ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.232.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
6 ta' Awwissu 2011


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 232/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 226, 30.7.2011

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 232/02

L-Awla tal-Appell

2

2011/C 232/03

Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

2

2011/C 232/04

Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 232/05

Kawża C-484/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjżi l-Baxxi) — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Riunifikazzjoni tal-familja — L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Wild ta’ ħaddiem Tork li kkoabità ma’ dan il-ħaddiem għal iktar minn tliet snin, iżda żżewweġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni — Dritt nazzjonali li jikkontesta, għal din ir-raġuni, il-permess ta’ residenza tal-parti kkonċernata)

4

2011/C 232/06

Kawża C-196/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej) — Paul Miles et vs L-Iskejjel Ewropej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ qorti jew tribunal ta xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej — Sistema ta’ remunerazzjoni għall-għalliema ssekondati fl-Iskejjel Ewropej — Nuqqas ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet wara d-deprezzament tal-Lira Sterlina — Kompatibbiltà mal-Artikoli 18 TFUE u 45 TFUE)

4

2011/C 232/07

Kawża C-346/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Gravenhage — il-Pajjiżi Baxxi) — L-Istat tal-Pajjiżi Baxxi vs Denkavit Nederland BV et (Agrikoltura — Spezzjonijiet sanitarji — Direttiva 90/425/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali temporanja intiża sabiex tiġġieled il-firxa tal-enċefalopatija sponġiformi bovina u li tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf tal-annimali tat-trobbija — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2000/766/KE li tipprovdi tali projbizzjoni — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għal żewġ prodotti li jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni prevista minn din id-deċiżjoni — Kumpatibbiltà mad-Direttiva 90/425/KEE u d-Deċiżjonijiet 94/381/KE u 2000/66/KE)

5

2011/C 232/08

Kawża C-360/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bonn — il-Ġermanja) — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dokumenti u informazzjoni pprovduti fil-kuntest ta’ programm nazzjonali ta’ klemenza — Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni)

5

2011/C 232/09

Kawża C-399/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Marie Landtová vs Česká správa socialního zabezpečení (Moviment liberu tal-ħaddiema — Sigurtà soċjali — Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn żewġ Stati Membri qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea — Stat Membru kompetenti biex jevalwa l-perijodi kontributorji kkompletati — Pensjoni tax-xjuħija — Suppliment għall-benefiċċju mogħti biss liċ-ċittadini u lir-residenti ta’ Stat Membru)

6

2011/C 232/10

Kawża C-462/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting de Thuiskopie vs Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Dritt tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Eċċezzjoni ta’ ikkuppjar għal użu privat — Artikoli 5(2)(b) u 5(2) — Kumpens ġust — Debitur tar-remunerazzjoni marbut mal-finanzjament ta’ dan il-kumpens — Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti)

7

2011/C 232/11

Kawża C-536/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta' Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije — Ir-Repubblika tas-Slovenja) — Marija Omejc vs Republika Slovenija (Politika Agrikola Komuni — Skemi ta’ għajnuna Komunitarja — Amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Fatt li tiġi prekluża verifika fuq il-post — Kunċett — Bidwi li ma jirrisjedix fl-azjenda — Rappreżentant tal-bidwi — Kunċett)

7

2011/C 232/12

Kawża C-10/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Tnaqqis tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim — Tnaqqis limitat għad-donazzjonijiet magħmula lill-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali)

8

2011/C 232/13

Kawża C-152/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — id-Danimarka) — Unomedical A/S vs Skatteministeriet (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Boroż ta’ tbattil għad-dijalisi tal-plastik esklużivament maħsuba għall-apparat ta’ dijalisi (kliewi artifiċjali) — Boroż li titbattal fihom l-awrina esklużivament maħsuba għall-kateteri — Intestaturi 9018 u 3926 — Kunċetti ta’ bċejjeċ u ta’ aċċessorji — Oġġetti oħrajn tal-plastik)

8

2011/C 232/14

Kawża C-212/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach — ir-Repubblika tal-Polonja) — Logstor ROR Polska Sp z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach (Tassazzjoni — Dazju fuq il-kapital — Direttiva 69/335/KEE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju mingħand persuna li għandha dritt għal perċentwali tal-qligħ tal-istess kumpannija — Dritt ta’ Stat Membru li jerġa’ jintroduċi taxxa li ma kinitx iktar fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea)

9

2011/C 232/15

Kawża C-317/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade marks verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali UNIFONDS u UNIRAK kif ukoll tat-trade mark figurattiva nazzjonali UNIZINS — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni — Sensiela jew familja ta’ trade marks)

9

2011/C 232/16

Kawża C-32/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) — il-Bulgarija) — Tony Georgiev Semerdzhiev vs ET Del-Pi-Krasimira Mancheva (Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 90/314/KEE — Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż — Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari)

10

2011/C 232/17

Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10) vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances (L-Artikolu 6(1) TUE — Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

10

2011/C 232/18

Kawża C-460/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rappreżentazzjoni tar-rikorrent — Avukat mhux inkarigat — Notifika tal-appell — Talba għal danni — Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Rifjut — Rikors għal annullament — Dannu allegatament subit — Rikors għad-danni — Appell parzjalment u manifestament inammissibbli u parzjalment u manifestament infondat)

11

2011/C 232/19

Kawża C-613/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma (Rinviju għal deċiżoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

11

2011/C 232/20

Kawża C-180/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2011 — Bericap vs Plastinnova 2000

11

2011/C 232/21

Kawża C-204/11 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2011 mill-Fédération Internationale de Football Association (FIFA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-385/07: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2011/C 232/22

Kawża C-205/11 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2011 minn Fédération Internationale de Football Association (FIFA) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-68/08: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2011/C 232/23

Kawża C-218/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig) u Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

14

2011/C 232/24

Kawża C-219/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2011 — BrainProducts GmbH vs BioSemi V.O.F. et

15

2011/C 232/25

Kawża C-221/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Leyla Ecem Demirkan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

15

2011/C 232/26

Kawża C-234/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Varna (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Mejju 2011 — TETS Haskovo AD vs Direktor na Direktsiya Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

15

2011/C 232/27

Kawża C-241/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

16

2011/C 232/28

Kawża C-249/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad (Sofia–grad, il-Bulgarija) fid-19 ta' Mejju 2011 — Hristo Byankov vs Glaven sekretar na Ministerstvoto na vatreshnite raboti

17

2011/C 232/29

Kawża C-254/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság (l-Ungerija) fil-25 ta’ Mejju 2011 — Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége vs Oskar Shomodi

17

2011/C 232/30

Kawża C-262/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Mejju 2011 — Kremikovtsi AD vs Ministar na ikonomikata, energetikata i turizma i zamestnik-ministar na ikonomikata, energetikata i turizma

18

2011/C 232/31

Kawża C-269/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

19

2011/C 232/32

Kawża C-271/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-31 ta’ Mejju 2011 — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

19

2011/C 232/33

Kawża C-293/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

21

2011/C 232/34

Kawża C-295/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

21

2011/C 232/35

Kawża C-298/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Dobrudzhanska petrolna kompania AD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

22

2011/C 232/36

Kawża C-547/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Andrea Schwab

23

2011/C 232/37

Kawża C-341/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

23

2011/C 232/38

Kawża C-437/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial de Vieria do Minho — il-Portugall) — Manuel Afonso Esteves vs Axa — Seguros de Portugal SA

23

2011/C 232/39

Kawża C-622/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2011 (talbiet għal deċiżjoni prelimnari mit-tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — Rémi Paquot (C-622/10), Adrien Daxhelet (C-623/10) vs L-Istat Belġjan — SFP Finances

23

2011/C 232/40

Kawża C-110/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Minister van Financiën vs G. in 't Veld

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 232/41

Kawża T-471/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI — Bonfait (Buonfatti) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti — Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2011/C 232/42

Kawża T-475/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2011/C 232/43

Kawża T-476/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2011/C 232/44

Kawża T-477/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2011/C 232/45

Kawża T-478/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2011/C 232/46

Kawża T-479/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Garden) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER Garden — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2011/C 232/47

Kawża T-480/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICOCENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICOCENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2011/C 232/48

Kawża T-481/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (maxi BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva maxi BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

27

2011/C 232/49

Kawża T-482/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Città) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER Città — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

28

2011/C 232/50

Kawża T-483/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (Affiliato BRICO CENTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Affiliato BRICO CENTER — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

28

2011/C 232/51

Kawża T-487/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ReValue — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

29

2011/C 232/52

Kawża T-207/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

29

2011/C 232/53

Kawża T-259/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2011 — Ax vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil Stat Membru li jkun għaddej minn tfixfil ekonomiku jew finanzjarju serju — Regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ assenjazzjoni diretta — Inammissibbiltà)

29

2011/C 232/54

Kawża T-199/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 minn Guido Strack kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-132/07, Strack vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 232/55

Kawża T-251/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2011 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 232/56

Kawża T-268/11 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża F-120/07, Strack vs Il-Kummissjoni

31

2011/C 232/57

Kawża T-274/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 minn VE (*1)  mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-28/10, VE (*1) vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 232/58

Kawża T-275/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2011 — TF1 vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 232/59

Kawża T-276/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Carlotti vs Il-Parlament

33

2011/C 232/60

Kawża T-279/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2011 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 232/61

Kawża T-284/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI — MIP Metro (METROINVEST)

35

2011/C 232/62

Kawża T-286/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża F-21/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

35

2011/C 232/63

Kawża T-291/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Portovesme vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 232/64

Kawża T-299/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — European Dynamics Luxembourg et vs UASI

37

2011/C 232/65

Kawża T-305/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Italmobiliare vs Il-Kummissjoni

38

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 232/66

Kawża F-50/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors fil-qasam tad-danni — Natura kontradittorja tal-proċedura — Użu minn qorti ta’ dokument kunfidenzjali, ikklassifikat bħala Restreint UE — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet — Responsabbiltà bbażata fuq nuqqas — Rabta kawżali — Pluralità ta’ kawżi tad-dannu — Għemil ta’ terz — Responsabbiltà indipendenti minn nuqqas — Dmir ta’ assistenza — Obbligu ta’ istituzzjoni li tiżgura l-protezzjoni tal-persunal tagħha — Qtil ta’ uffiċjal u tal-mara tiegħu minn terz — Telf tal-possibbilità ta’ sopravvivenza)

39

2011/C 232/67

Kawża F-84/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Larue u Seigneur vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Aġġustament ġenerali tal-pagi — Ksur tal-metodu ta’ kalkolu)

39

2011/C 232/68

Kawża F-22/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Bombín Bombín vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Leave għal raġunijiet personali — Leave annwali — Trasferiment ta’ leave — Uffiċjal li ma għadux fis-servizz — Kumpens finanzjarju)

39

2011/C 232/69

Kawża F-49/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment (Servizz Pubbliku — Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment — Assigurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi — Talba għall-ħatra ta’ tabib indipendenti — Terminu raġonevoli)

40

2011/C 232/70

Kawża F-55/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 AS vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ċaħda tal-kandidatura — Interess ġuridiku — Uffiċjal invalidu — Indiviżibbiltà tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u tad-deċiżjoni tal-ħatra — Nuqqas — Distinzjoni bejn uffiċjali fl-istess grupp ta’ funzjoni u titulari tal-istess grad u f’karriera differenti — Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg)

40

2011/C 232/71

Kawża F-64/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Mantzouratos vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni — Ammissibbiltà ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

40

2011/C 232/72

Kawża F-66/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — AQ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 — Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post — Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta’ riferenza — Nuqqas ta’ twaqqif ta’ objettivi għat-titolari tal-post)

41

2011/C 232/73

Kawża F-128/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Mora Carrasco et vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li matula l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni tiegħu ta’ oriġini — Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal trasferit)

41

2011/C 232/74

Kawża F-74/07 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Meierhofer vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Kandidat li ma għaddiex mill-eżami orali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regoli li jirregolaw ix-xogħol tal-Bord tal-Għażla)

41

2011/C 232/75

Kawża F-33/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Lebedef vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — DĠE tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rapport redatt wara s-sentenza mogħtija fil-Kawża F-36/07 — Inammissibbiltà manifesta)

42

2011/C 232/76

Kawża F-88/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Van Asbroeck vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni fi grad intermedjarju — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatt ġdid sostanzjali — Assenza — Rikors manifestament inammissibbli)

42

2011/C 232/77

Kawża F-125/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — Schuerewegen vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Miżura ta’ tkeċċija mill-post tax-xogħol — Revoka tal-pass tax-xogħol — Revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk informatiku — Ilment amministrattiv preliminari — Trażmissjoni elettronika — Għarfien effettiv mill-amministrazzjoni — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

42

2011/C 232/78

Kawża F-90/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Mejju 2011 — Florentiny vs Il-Parlament

43

2011/C 232/79

Kawża F-93/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Mejju 2011 — AL vs Il-Parlament

43

2011/C 232/80

Kawża F-120/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ April 2011 — AR vs Il-Kummissjoni

43


 


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/1


(2011/C 232/01)

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 226, 30.7.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 219, 23.7.2011

ĠU C 211, 16.7.2011

ĠU C 204, 9.7.2011

ĠU C 194, 2.7.2011

ĠU C 186, 25.6.2011

ĠU C 179, 18.6.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/2


L-Awla tal-Appell

(2011/C 232/02)

Fis-6 ta’ Lulju 2011, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Awla tal-Appell ser tkun komposta, għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2013, mill-President tal-Qorti Ġenerali u, skont sistema ta’ rotazzjoni, minn żewġ Presidenti ta’ awla.

L-Imħallfin sedenti mal-President tal-Awla tal-Appell sabiex jifformaw il-kulleġġ estiż ta’ ħames Imħallfin huma t-tliet imħallfin tal-kulleġġ li lilu tkun ġiet assenjata inizjalment il-kawża u, skont sistema ta’ rotazzjoni, żewġ Presidenti ta’ awla.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/2


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

(2011/C 232/03)

Fis-6 ta’ Lulju 2011, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2013, skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:

(1)

L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell.

(2)

Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin.

Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jitqassmu bejn l-awli skont tliet listi differenti stabbiliti skont l-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

għall-kawżi li jirrigwardaw l-implementazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u ta’ regoli dwar il-miżuri ta’ difiża kummerċjali;

għall-kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

għall-kawżi kollha l-oħra.

Fil-kuntest ta’ dawn il-listi, l-awla bi tliet Imħallfin komposta minn erba’ Mħallfin ser tittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn kull darba li t-tielet lista tiġi applikata.

Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura li x-xogħol jiġi assenjat b’mod ibbilanċjat.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/3


Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

(2011/C 232/04)

Fis-6 ta’ Lulju 2011, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 106 tar-Regoli tal Proċedura, li tinnomina lill-Imħallef M. Prek biex jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali fil-każ ta’ assenza jew ta’ impediment bħala Mħallef għal miżuri provviżorji għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2012.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjżi l-Baxxi) — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-484/07) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Riunifikazzjoni tal-familja - L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Wild ta’ ħaddiem Tork li kkoabità ma’ dan il-ħaddiem għal iktar minn tliet snin, iżda żżewweġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni - Dritt nazzjonali li jikkontesta, għal din ir-raġuni, il-permess ta’ residenza tal-parti kkonċernata)

(2011/C 232/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fatma Pehlivan

Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Wild ħaddiem Tork li kienet tirrisjedi miegħu għal tliet snin imma li matul dan il-perijodu żżewwġet lil ċittadin Tork u naqset milli tinforma lill-awtoritajiet kompetenti b’dan.

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembri 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li:

din id-dispożizzjoni tipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skont din il-membru tal-familja debitament awtorizzat li jingħaqad ma’ ħaddiem immigrant Tork li diġà jappartjeni għas-suq legali tax-xogħol ta’ dan l-Istat jitlef kull benefiċċju tad-drittijiet ibbażati fuq ir-riunifikazzjoni tal-familja abbażi tal-istess dispożizzjoni minħabba l-fatt biss li, peress li sar maġorenni, huwa jiżżewweġ, anki meta jkompli jirrisjedi ma’ dak il-ħaddiem fl-ewwel tliet snin tar-residenza tiegħu fl-Istat Membru li jospita;

ċittadin Tork li, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt l-imsemmija dispożizzjoni, jista’ validament jeżiġi dritt ta’ residenza fl-Istat Membru li jospita fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja ċ-ċirkustanza li huwa żżewweġ qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet snin previst fl-imsemmi l-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu, fil-każ fejn, f’dan il-perijodu kollu, huwa effettivament irrisjeda taħt l-istess saqaf bħall-ħaddiem immigrant Tork li permezz tiegħu huwa ddaħħal fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja.


(1)  ĠU C 8, 12.01.2008


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej) — Paul Miles et vs L-Iskejjel Ewropej

(Kawża C-196/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej - Sistema ta’ remunerazzjoni għall-għalliema ssekondati fl-Iskejjel Ewropej - Nuqqas ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet wara d-deprezzament tal-Lira Sterlina - Kompatibbiltà mal-Artikoli 18 TFUE u 45 TFUE)

(2011/C 232/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Miles, Robert Watson Mac Donald

Konvenuti: L-Iskejjel Ewropej

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 39 u 234 tat-Trattat KE — Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 234 KE — Sistema ta’ ħlas tas-salarju tal-għalliema ssekondati fl-iskejjel Ewropej — Nuqqas ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet wara d-deprezzament tal-Lira Sterlina — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ moviment liberu tal-ħaddiema

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għal talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej.


(1)  ĠU C 193, 15.8.2009.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Gravenhage — il-Pajjiżi Baxxi) — L-Istat tal-Pajjiżi Baxxi vs Denkavit Nederland BV et

(Kawża C-346/09) (1)

(Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Direttiva 90/425/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali temporanja intiża sabiex tiġġieled il-firxa tal-enċefalopatija sponġiformi bovina u li tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf tal-annimali tat-trobbija - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2000/766/KE li tipprovdi tali projbizzjoni - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għal żewġ prodotti li jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni prevista minn din id-deċiżjoni - Kumpatibbiltà mad-Direttiva 90/425/KEE u d-Deċiżjonijiet 94/381/KE u 2000/66/KE)

(2011/C 232/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat tal-Pajjiżi Baxxi

Konvenuta: Denkavit Nederland BV et

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu, Vol., p.), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1994, dwar ċerti miżuri protettivi relattivi għall-enċefalopatija sponġiformi bovina u għall-għalf abbażi ta’ proteini li ġejjin minn mammiferi (ĠU L 172, p. 23), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 306, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/9/KE, tad-29 ta’ Diċembru 2000, dwar miżuri għall-monitoraġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 2, p. 32) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proteini mill-annimali pproċessati għall-għalf tal-annimali — Data tad-dħul fis-seħħ u perijodu tranżitorju.

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif ukoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/381/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1994, dwar ċerti miżuri protettivi relattivi għall-enċefalopatija sponġiformi bovina u għall-għalf abbażi ta’ proteini li ġejjin minn mammiferi, u tal-Kunsill 2000/766/KE, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħala protezzjoni kontra l-ESB, kienet timponi projbizzjoni provviżorja ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf għall-annimali tat-trobbija sa fejn is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat kinitx ta’ natura urġenti li kienet tiġġustifika l-adozzjoni immedjata ta’ tali miżuri għal motivi gravi ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa tal-annimali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din l-aħħar kundizzjoni hijiex sodisfatta u jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwiex irrispettat.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bonn — il-Ġermanja) — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt

(Kawża C-360/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Dokumenti u informazzjoni pprovduti fil-kuntest ta’ programm nazzjonali ta’ klemenza - Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni)

(2011/C 232/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfleiderer AG

Konvenuta: Bundeskartellamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Bonn — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-akkordji, b’mod partikolari tal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 205), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 KE, flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE — Dokumenti u informazzjoni pprovduti mill-applikanti għall-klemenza lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri skont programm nazzjonali ta’ klemenza — Effetti dannużi eventwali tal-aċċess ta’ terzi għal tali dokumenti fuq l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jiffurmaw in-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkordji, u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li persuna, leża minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u li tfittex li tikseb danni, tikseb l-aċċess għad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ klemenza li tikkonċerna l-awtur ta’ dan il-ksur. Madankollu, huma l-qrati tal-Istati Membri, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tagħhom, li għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li fihom tali aċċess għandu jingħata jew jiġi rrifjutat billi jibbilanċjaw l-interessi protetti mid-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Marie Landtová vs Česká správa socialního zabezpečení

(Kawża C-399/09) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Sigurtà soċjali - Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn żewġ Stati Membri qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea - Stat Membru kompetenti biex jevalwa l-perijodi kontributorji kkompletati - Pensjoni tax-xjuħija - Suppliment għall-benefiċċju mogħti biss liċ-ċittadini u lir-residenti ta’ Stat Membru)

(2011/C 232/09)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marie Landtová

Konvenut: Česká správa socialního zabezpečení

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 KE, tal-Artikoli 3(1), 7(2)(ċ), 10 u 46, kif ukoll tal-punt 6 tal-Parti A tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Pensjoni ta’ xjuħija — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti biex jevalwa l-perijodi kontributorji kkompletati — Riperkussjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq ftehim fil-qasam tas-sigurtà soċjali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Parti A tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tagħha permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2)(ċ) tagħha, ma jipprekludux regola nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-ħlas ta’ suppliment ta’ benefiċċju tax-xjuħija meta l-ammont tiegħu, mogħti taħt l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni bilaterali bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka, li ġiet konkluża fid-29 ta’ Ottubru 1992, intiż sabiex jirregola s-sitwazzjoni wara d-diviżjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, huwa inqas minn dak li kien ikun irċevut jekk il-pensjoni tal-irtirar kienet tkun ġiet ikkalkulata skont ir-regoli tad-dritt tar-Repubblika Ċeka.

(2)

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 3(1) u 10 tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 629/2006, jipprekludu regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-ħlas ta’ suppliment ta’ benefiċċju tax-xjuħija liċ-ċittadini Ċeki biss li huma residenti fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, li mhux neċessarjament iwassal, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, għaċ-ċaħda ta’ dan is-suppliment lil persuna li tissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting de Thuiskopie vs Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee

(Kawża C-462/09) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dritt tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Eċċezzjoni ta’ ikkuppjar għal użu privat - Artikoli 5(2)(b) u 5(2) - Kumpens ġust - Debitur tar-remunerazzjoni marbut mal-finanzjament ta’ dan il-kumpens - Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti)

(2011/C 232/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting de Thuiskopie

Konvenuta: Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2)(b) u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu Vol. p.) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Kumpens ġust — Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti — Leġiżlazzjoni li ma tippermettix l-irkupru ta’ kumpens

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u (5) tagħha, għandha tiġi interpretati fis-sens li l-utent finali li jagħmel, privatament, riproduzzjoni ta’ xogħol protett, għandu, bħala prinċipju, jiġi kkunsidrat bħala d-debitur tal-kumpens ġust ipprovdut fl-imsemmi Artikolu 5(2)(b). Madankollu, huwa possibbli għall-Istati Membri li jintroduċu remunerazzjoni għal ikkuppjar privat li titħallas mill-persuni li jagħmlu disponibbli għal dan l-utent l-attrezzatura, it-tagħmir jew il-mezzi ta’ riproduzzjoni, peress li dawn il-persuni għandhom il-possibbiltà li jirkupraw l-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni fil-prezz tal-imsemmi tqegħid għad-dispożizzjoni mill-utent finali.

(2)

Id-Direttiva 2001/29, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u (5) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa l-Istat Membru li jkun istitwixxa sistema ta’ remunerazzjoni għal ikkuppjar privat li titħallas mill-fabbrikant jew mill-importatur ta’ mezzi ta’ riproduzzjoni ta’ xogħlijiet protetti, u li fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jiġi kawżat id-dannu lill-awturi mill-użu għal finijiet privati tax-xogħlijiet tagħhom minn xerrejja li jirrisjedu hemmhekk, li għandu jiżgura li dawn l-awturi fil-fatt jirċievu effettivament il-kumpens ġust intiż sabiex jikkumpensawhom għal dan id-dannu. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li l-bejjiegħ professjonali tal-attrezzatura, tat-tagħmir u tal-mezzi ta’ riproduzzjoni huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn jirrisjedu x-xerrejja ma għandu l-ebda effett fuq dan l-obbligu ta’ riżultat. Hija l-qorti nazzjonali li għandha, fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi żgurat il-ġbir tal-kumpens ġust mingħand ix-xerrejja, tinterpreta d-dritt nazzjonali sabiex jista’ jsir il-ħlas ta’ dan il-kumpens mingħand debitur li jaġixxi bħala kummerċjant.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta' Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije — Ir-Repubblika tas-Slovenja) — Marija Omejc vs Republika Slovenija

(Kawża C-536/09) (1)

(Politika Agrikola Komuni - Skemi ta’ għajnuna Komunitarja - Amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Fatt li tiġi prekluża verifika fuq il-post - Kunċett - Bidwi li ma jirrisjedix fl-azjenda - Rappreżentant tal-bidwi - Kunċett)

(2011/C 232/11)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marija Omejc

Konvenuta: Republika Slovenija

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upravno sodišče Republike Slovenije — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, [tad-29 ta’ Settembru 2003], li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243) — Kunċett ta’ prevenzjoni milli titwettaq verifika fuq il-post — Kunċett ta’ rappreżentant tal-bidwi meta l-bidwi ma jirrisjedix fl-azjenda

Dispożittiv

(1)

Il-kliem “jipprevjeni milli titwettaq verifika fuq il-post”, li jinsabu fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, [tad-29 ta’ Settembru 2003], li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, jikkorrispondu għal kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha fis-sens li jkopri, minbarra l-aġir intenzjonali, kull att jew kull ommissjoni attribwibbli għan-negliġenza tal-bidwi jew tar-rappreżentant tiegħu li kellhom bħala konsegwenza li jipprekludu t-twettiq tal-verifika fuq il-post fl-intier tagħha, meta dan il-bidwi jew ir-rappreżentant tiegħu ma jkunx adotta kull miżura li setgħet raġonevolment tkun meħtieġa min-naħa tiegħu sabiex jiggarantixxi li din il-verifika ssir fl-intier tagħha.

(2)

Iċ-ċaħda tat-talbiet ta’ għajnuna kkonċernati, taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004, ma tiddependix fuq jekk il-bidwi jew ir rappreżentant tiegħu ġiex informat b’mod xieraq dwar il-parti tal-verifika fuq il-post li tirrikjedi l-parteċipazzjoni tiegħu.

(3)

Il-kunċett ta’ “rappreżentant” imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha fis-sens li jkopri, meta jsiru l-verifiki fuq il-post, kull persuna adulta, li għandha kapaċità legali, li tirrisjedi fl-azjenda agrikola u li lilha tiġi fdata mill-inqas parti mill-amministrazzjoni ta’ din l-azjenda, sa fejn il-bidwi jkun esprima b’mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jagħtih mandat bil-għan li jirrappreżentah u, għaldaqstant, ikun impenja ruħu li jassumi l-atti u l-ommissjonijiet kollha ta’ din il-persuna.

(4)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bidwi, li ma jirrisjedix fl-azjenda agrikola li minnha huwa responsabbli, ma għandux l-obbligu li jaħtar rappreżentant li, bħala regola ġenerali, wieħed ikun jista’ jikkomunika miegħu f’kull mument fl-azjenda.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-10/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Tnaqqis tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim - Tnaqqis limitat għad-donazzjonijiet magħmula lill-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali)

(2011/C 232/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU 1994, L 1, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġ fiskali għad-donazzjonijiet lill-korpi ta’ riċerka u ta’ tagħlim pubbliku għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju tad-donazzjoni jkun stabbilit fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

Billi tawtorizza t-tnaqqis fiskali tad-donazzjonijiet mogħtija lil istituzzjonijiet b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tagħlim esklużivament meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu stabbiliti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — id-Danimarka) — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-152/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Boroż ta’ tbattil għad-dijalisi tal-plastik esklużivament maħsuba għall-apparat ta’ dijalisi (kliewi artifiċjali) - Boroż li titbattal fihom l-awrina esklużivament maħsuba għall-kateteri - Intestaturi 9018 u 3926 - Kunċetti ta’ ‘bċejjeċ’ u ta’ ‘aċċessorji’ - Oġġetti oħrajn tal-plastik)

(2011/C 232/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Unomedical A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) — Boroż tal-plastik għad-dijalisi intiżi esklużivament għall-użu ta’ apparat ta’ dijalisi — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 9018 90 30 jew 3926 90 99 — Boroż tal-plastik li jitbattal likwidu fihom intiżi esklużivament għall-kateters — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 9018 39 00 jew 3926 90 99 — Kunċett ta’ “bċejjeċ u aċċessorji”

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet applikabbli għall-kawża prinċipali, għandha tiġi interpretata fis-sens li borża ta’ tbattil għad-dijalisi, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal apparat ta’ dijalisi (kilwa artifiċjali) u tista’ tintuża biss b’dan il-mod, bejn ix-xahar ta’ Mejju tas-sena 2001 u dak ta’ Diċembru tas-sena 2003, għandha tiġi klassifikata taħt is-subintestatura 3926 90 99 ta’ din in-nomenklatura bħala “plastik u oġġetti tiegħu” u li borża li titbattal fiha l-awrina, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal kateter u konsegwentement tista’ tintuża biss b’dan il-mod, għall-istess perijodu, għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 3926 90 99 tal-imsemmija nomenklatura, fis-seħħ f’dak iż-żmien, bħala “plastik u oġġetti tiegħu”.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach — ir-Repubblika tal-Polonja) — Logstor ROR Polska Sp z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach

(Kawża C-212/10) (1)

(Tassazzjoni - Dazju fuq il-kapital - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju mingħand persuna li għandha dritt għal perċentwali tal-qligħ tal-istess kumpannija - Dritt ta’ Stat Membru li jerġa’ jintroduċi taxxa li ma kinitx iktar fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea)

(2011/C 232/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Logstor ROR Polska Sp z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Katowicach

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122) — Dritt ta’ Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid taxxa li kienet abolita fid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea — Dazju fuq il-kapital — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju mingħand persuna li għandha dritt għal perċentwali tal-qligħ tal-istess kumpannija

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi mill-ġdid, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta dan l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-317/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali UNIFONDS u UNIRAK kif ukoll tat-trade mark figurattiva nazzjonali UNIZINS - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Sensiela jew familja ta’ trade marks)

(2011/C 232/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Union Investment Privatfonds GmbH (rappreżentanti: J. Zindel u C. Schmid, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: UniCredito Italiano SpA (rappreżentant: G. Floridia, avukat), l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 — UniCredito Italiano SpA vs UASI — Union Investment Privatfonds (Kawżi magħquda T-303/06 u T-337/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet ta’ Union Investment Privatfonds GmbH fir-rigward tar-rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 196/2005-2 u R 211/2005-2) u tal-25 ta’ Settembru 2006 (Każijiet maqgħuda R 456/2005-2 u R 502/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u UniCredito Italiano SpA

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2010, UniCredito Italiano vs UASI — Union Investment Privatfonds (UNIWEB) (T-303/06 u T-337/06), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 146, 11.09.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) — il-Bulgarija) — Tony Georgiev Semerdzhiev vs ET Del-Pi-Krasimira Mancheva

(Kawża C-32/10) (1)

(Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż - Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari)

(2011/C 232/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tony Georgiev Semerdzhiev

Konvenuta: ET Del-Pi-Krasimira Mancheva

fil-preżenza ta’: ZAD Bulstrad VIG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven kasatsionen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 4(1)(b)(iv) u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) — Kunċett ta’ “servizzi turistiċi oħra” mhux anċillari għat-trasport jew għall-akkomodazzjoni u li jitħallsu mill-organizzatur — Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi għal kull konsumatur polza ta’ assigurazzjoni individwali u li jipprovdilu l-oriġinal qabel il-vjaġġ — Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni individwali li jkopri l-ispejjeż kollha ta’ ripatrijazzjoni fil-każ ta’ aċċident — Kunċett ta’ “danni” għal konsumatur, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt — Inklużjoni ta’ danni morali

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija).


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10) vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

(Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10) (1)

(L-Artikolu 6(1) TUE - Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2011/C 232/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10)

Konvenuti: L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

Parti intervenjeni in sostenn tal-partijiet rikorrenti: L-Istat tal-Belġju — Service public fédéral Défense

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Namur — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-TUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà, mal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, li huwa rikonoxxut bħala prodott li jagħmel ħsara gravi — Validità, fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-mistoqsijiet tat-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) permezz tad-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2010.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/10 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rappreżentazzjoni tar-rikorrent - Avukat mhux inkarigat - Notifika tal-appell - Talba għal danni - Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Rifjut - Rikors għal annullament - Dannu allegatament subit - Rikors għad-danni - Appell parzjalment u manifestament inammissibbli u parzjalment u manifestament infondat)

(2011/C 232/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-401/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t-talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa matul in-notifika tal-appell lil L. Marcuccio fil-kuntest tal-Kawża T-20/09 P u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio huwa kkundanat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma

(Kawża C-613/10) (1)

(Rinviju għal deċiżoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

(2011/C 232/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danilo Debiasi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Parma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Strutturi sanitarji pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attività eżentata — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi użati fl-imsemmija attivitajiet eżentati

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2011 — Bericap vs Plastinnova 2000

(Kawża C-180/11)

(2011/C 232/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai bt.

Konvenuta: Plastinnova 2000 kft.

Parti oħra fil-proċedura: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala (li kienet Magyar Szabadalmi Hivatal)

Domandi preliminari

(1)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta bit-talbiet jew dikjarazzjonijiet oħra tal-partijiet li għandhom effetti legali, u li hi għandha s-setgħa li tordna ex officio il-produzzjoni ta’ provi li hija tqis neċessarji, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

(2)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li fl-evalwazzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva għal talba għal annullament, u lanqas minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li huma effettwati minnha, b’mod partikolari permezz tal-motivi ta’ annullament invokati matul il-proċedura amministrattiva, jew ukoll mid-dikjarazzjonijiet jew affermazzjonijiet ifformulati, jew il-provi prodotti matulha, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

(3)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali teskludi, minn fost il-provi prodotti fil-kuntest tat-talba ġdida — inklużi dawk minnhom li huma tal-iprem kwalità — dawk li diġa ġew prodotti fuq talba preċedenti għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/12


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2011 mill-Fédération Internationale de Football Association (FIFA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-385/07: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-204/11 P)

(2011/C 232/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fédération internationale de football association (FIFA) (rappreżentanti: A. Barav, u D. Reymond, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellanti

tikkonferma s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-385/07 fir-rigward tal-ammissibbiltà;

tħassar is-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-385/07 fir-rigward tas-sustanza, sa fejn tapprova l-inklużjoni ta’ logħbiet “mhux ta’ importanza primarja” tat-tazza tad-Dinja tal-FIFA (FIFA World Cup™) fil-lista Belġjana ta’ avvenimenti “ta’ importanza kbira għas-soċjetà” skont it-tifsira tad-direttiva;

tagħti sentenza finali skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ispejjeż tal-FIFA sostnuti minħabba l-proċeduri fl-ewwel istanza u f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)   Żball ta’ liġi, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ksur tal-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE (1) kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE (2) u tad-dritt Ewropew, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE (inqabżu l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju, sar raġunament kontradittorju, ġew introdotti raġunijiet li ma kinux ingħataw fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-FIFA World Cup™ u nsiltu minnhom konklużjonijiet legali żbaljati, inqaleb l-oneru tal-prova).

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE meta tat raġunijiet li ma ssemmewx fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (3) biex issostni d-deċiżoni tagħha li l-Kummissjoni kellha raġun tikkaratterizza l-FIFA World Cup™ bħala ta’ “natura unitarja” għall-finijiet tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, meta tat raġunijiet kontradittorji u inkonsistenti, meta ddeċidiet li ma għandhiex tingħata motivazzjoni speċjali mill-Istati Membri sabiex il-FIFA World Cup™ kollha kemm hi tiġi inkluża fil-listi tagħhom ta’ avvenimenti ta' importanza kbira, u meta qalbet l-oneru tal-prova.

(2)   Żball ta’ liġi, ksur tal-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (karatterizzazzjoni żbaljata tal-FIFA World Cup™, inqabżu l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju, servew bħala bażi kunsiderazzjonijiet li ma kinux inklużi fid-deċiżoni kkontestata, saret evalwazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward ta’ logħbiet “mhux ta’ importanza primarja” u nsiltu minnha konklużjonijiet legali żbaljati, ġie deċiż li r-raġunijiet mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata kienu suffiċjenti, nuqqas li jiġu indirizzati l-argumenti mqajma) L-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ddeċidiet legalment u tat raġunijiet suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha li l-FIFA World Cup™ kollha kemm hi hija avveniment ta’ importanza kbira għas-soċjetà Belġjana skont it-tifsira tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u siltet konklużjonijiet żbaljati mill-fatti meta kkonfermat id-deċiżjoni mhux fondata tal-Kummissjoni li l-FIFA World Cup™ kollha kemm hi għandha “qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju”, li tradizzjonalment kienet tixxandar b’xejn u li kienet tiġbed udjenza kbira.

(3)   Żball ta’ liġi, ksur tat-TFUE, ksur tal-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (nuqqas ta’ osservanza tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, ġie deċiż li l-Kummissjoni ddeċidiet b’mod korrett u tat raġunijiet suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha li l-miżuri Belġjani nnotifikati huma kompatibbli mad-dritt tal-UE u li r-restrizzjonijiet involuti huma proporzjonati, interpretazzjoni żbaljata tal-portata tad-dritt għal informazzjoni u tal-interess pubbliku f’aċċess wiesa’ għal avvenimenti mxandrin bit-televiżjoni ta’ importanza kbira għas-soċjetà).

Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti: L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ddeċidiet legalment li l-miżuri Belġjani nnotifikati kienu kompatibbli mad-dritt tal-UE, għalkemm ir-restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ stabbiliment ma ġewx ikkunsidrati fid-deċiżoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE wkoll meta ddeċidiet li r-restrizzjonijiet fuq id-dritt għal stabbiliment kienu proporzjonati u meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ddeċidiet legalment, u tat raġunijiet suffiċjenti meta kkonkludiet li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kienu proporzjonati.

It-tieni parti: L-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kkonkludiet legalment li l-miżuri Belġjani nnotifikati kienu kompatibbli mad-dritt tal-UE, għalkemm ir-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-proprjetà tal-FIFA ma ġewx ikkunsidrati fid-deċiżoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-UE wkoll meta ddeċidiet li r-restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-proprejtà tal-FIFA kienu proporzjonati.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

(2)  Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 180, p. 24).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/13


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2011 minn Fédération Internationale de Football Association (FIFA) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-68/08: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-205/11 P)

(2011/C 232/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fédération internationale de football association (FIFA) (rappreżentanti: A. Barav, u D. Reymond, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonferma s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-68/08 fir-rigward tal-ammissibbiltà;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-68/08 fir-rigward tal-mertu, sa fejn din tapprova l-inklużjoni ta’ partiti “mhux ta’ importanza primarja” tal-FIFA World Cup™ (Tazza tad-Dinja tal-FIFA) fil-lista ta’ avvenimenti tar-Renju Unit “ta’ importanza kbira għas-soċjetà” fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva;

tagħti deċiżjoni finali skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-FIFA li jirriżultaw mill-proċeduri fl-ewwel istanza u minn dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)   Żball ta’ liġi, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ksur tal-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE (1) kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE (2) u tad-dritt tal-Unjoni, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE (eċċess tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju, raġunament kontradittorju, introduzzjoni ta’ motivi mhux imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-FIFA World Cup™ u wasla għal konklużjonijiet legali żbaljati minnhom, inverżjoni tal-oneru tal-prova)

L-appellanti tikkontendi li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi bbażat fuq motivi li ma jinstabux fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni (3) sabiex tikkonstata li l-Kummissjoni korettament ikkaratterizzat it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA bħala “min-natura tagħha, avveniment waħdieni” għall-għanijiet tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, billi bbażat fuq motivi kontradittorji u inkonsistenti, meta kkonstatat li ebda motivi speċifiċi ma għandhom jingħataw mill-Istati Membri biex jinkludu l-FIFA World Cup™ kollha fil-listi tagħhom ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira, u billi invertiet l-oneru tal-prova.

(2)   Żball ta’ liġi, ksur tal-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE (il-konstatazzjoni li l-Kummissjoni korrettament ikkunsidrat li l-lista tal-miżuri tar-Renju Unit kienet redatta “b’mod ċar u trasparenti”).

L-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi kkonstatat li l-Kummissjoni legalment ikkunsidrat li l-lista ta’ avvenimenti tar-Renju Unit kienet redatta “b’mod ċar u trasparenti”, kif preskritt fid-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, minkejja l-fatt li l-inklużjoni tal- FIFA World Cup™ kollha f’dik il-lista kienet ġiet deċiża kontra parir kuntrarju unanimu u li din kienet ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni, inter alia, abbażi ta’ motivi li ma kinux jeżistu fid-data li fiha din il-lista kienet redatta.

(3)   Żball ta’ liġi, ksur tal-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (karatterizzazzjoni żbaljata tal-FIFA World Cup™, eċċess tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju, ibbażar fuq kunsiderazzjonjiet li ma jinstabux fid-deċiżjoni kkontestata, evalwazzjoni żbaljata tal-fatti relatati ma’ partiti “mhux ta’ importanza primarja” u wasla għal konklużjonijiet legali żbaljati minnhom, konstatazzjoni li l-motivi mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata huma suffiċjenti, nuqqas li tindirizza argumenti mqajma)

L-appellanti tisħaq li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi kkonstatat li l-Kummissjoni legalment ikkonstatat u tat motivi suffiċjenti għall-konstatazzjoni tagħha li l-FIFA World Cup™ kollha hija avveniment ta’ importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u siltet konklużjonjiet legali żbaljati mill-fatti billi qablet mal-konstatazzjonijiet mhux motivati tal-Kummissjoni li l- FIFA World Cup™ kollha għandha “riżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit”, li tradizzjonalment din ġiet imxandra fuq televiżjoni bla ħlas u li ġibdet lejha udjenzi kbar.

(4)   Żball ta’ liġi, ksur tad-dritt tal-Unjoni, ksur tal-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (nuqqas ta’ osservanza tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, billi kkonstatat li l-Kummissjoni korrettament ikkonstatat u tat motivi suffiċjenti għall-konstatazzjoni tagħha li l-miżuri nnotifikati tar-Renju Unit huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u li r-restrizzjonijiet li dawn jinvolvu huma proporzjonati, interpretazzjoni żbaljata tal-portata tad-dritt għal informazzjoni u tal-interess pubbliku għal aċċess wiesa’ għal avvenimenti mxandra ta’ importanza kbira għas-soċjetà).

Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet:

L-ewwel parti:: L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi kkunsidrat li l-Kummissjoni legalment ikkonstatat li l-miżuri nnotifikati tar-Renju Unit kienu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, għalkemm ir-restrizzjonijiet għad-dritt ta’ stabbiliment ma kinux indirizzati fid-deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni wkoll billi kkunsidrat li r-restrizzjonijiet għad-dritt ta’ stabbiliment kienu proporzjonati u billi kkunsidrat li l-Kummissjoni legalment ikkonstatat, u li tat motivi suffiċjenti għal-kunsiderazzjoni tagħha, li r-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kienu proporzjonati.

It-tieni parti: L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi kkunsidrat li l-Kummissjoni legalment kkonstatat li l-miżuri nnotifikati tar-Renju Unit kienu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, għalkemm ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet ta’ proprjetà tal-FIFA ma kinux indirizzati fid-deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dritt tal-Unjoni billi kkunsidrat li r-restrizzjonijiet għad-dritt tal-FIFA għal proprjetà kienu proporzjonati.

It-tielet parti: L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi kkunsidrat li l-Kummissjoni legalment ikkonstatat, u li tat motivi suffiċjenti għall-konstatazzjoni tagħha, li l-miżuri nnotifikati tar-Renju Unit huma kompatabbli mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, abbażi tal-fatt li r-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kienu ġġustifikati. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dritt tal-Unjoni billi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kellhiex neċessità li tiddefinixxi s-suq rilevanti sabiex tevalwa r-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni u li dawn il-miżuri ma kinux jinvolvu l-għoti ta’ drittijiet speċjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 106(1) TFUE.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

(2)  Id-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321)

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2007/730], tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 295, p. 12).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig) u Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

(Kawża C-218/11)

(2011/C 232/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig), Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe

Konvenuta: Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

Intervenjenti: Vegyépszer Építő és Szerelő Zrt., MÁVÉPCELL Kft.

Domandi preliminari

(1)

Ir-rabta meħtieġa bejn il-livell minimu ta’ kapaċità previst fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) u l-Artikolu 47(1)(b) tal-istess direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha d-dritt torbot il-livell minimu ta’ kapaċità ma’ “indikatur” wieħed biss tad-dokument tal-kontabbiltà (il-karta tal-bilanċ), magħżul minnha sabiex tivverifika l-kapaċità ekonomika u finanzjarja?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: id-data (il-profitt/telf skont il-karta tal-bilanċ) magħżula sabiex jiġi evalwat il-livell minimu ta’ kapaċità, li l-kontenut tiegħu huwa differenti skont il-leġiżlazzjoni dwar il-kontabbiltà ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, tissodisfa l-ħtieġa ta’ rabta imposta mill-Artikolu 44(2) tad-direttiva?

(3)

Sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi li, bla dubju, jeżistu bejn l-Istati Membri, huwa biżżejjed li l-awtorità kontraenti, minbarra d-dokumenti li tkun għażlet sabiex tivverifika l-kapaċità ekonomika u finanzjarja, tiggarantixxi l-possibbiltà li jintużaw riżorsi esterni (l-Artikolu 47(3)) jew, sabiex tiġi sodisfatta l-ħtieġa tar-rabta fil-każ tad-dokumenti kollha mitluba mill-awtorità kontraenti, għandha tiġi ggarantita l-possibbiltà li l-imsemmija kapaċità tintwera b’xi mod ieħor (l-Artikolu 47(5))?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2011 — BrainProducts GmbH vs BioSemi V.O.F. et

(Kawża C-219/11)

(2011/C 232/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BrainProducts GmbH

Konvenuti: BioSemi V.O.F., Antonius Pieter Kuiper, Robert Jan Gerard Honsbeek, Alexander Coenraad Metting van Rijn

Domanda preliminari

Prodott li huwa intiż mill-manifattur għall-użu fuq il-bniedem sabiex isir studju ta’ proċess fiżjoloġiku jikkostitwixxi mezz mediku, skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (1), biss fil-każ li jkun intiż għall-finijiet mediċi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), kif emendata mid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 247, p. 21)


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Leyla Ecem Demirkan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-221/11)

(2011/C 232/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leyla Ecem Demirkan

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll addizzjonali, tat-23 ta’ Novembru 1970, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (il-“Protokoll addizzjonali” (1)) jinkludi wkoll il-libertà passiva li jiġu pprovduti servizzi?

(2)

Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, il-protezzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li tirriżulta mill-Artikolu 41(1) tal-Protokoll addizzjonali testendi wkoll għal ċittadini Torok li, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jixtiequ jidħlu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mhux sabiex ikollhom aċċess għal servizz partikolari, iżda sabiex iżuru qraba fil-kuntest ta’ żjara ta’ mhux iktar minn tliet xhur, u li jinvokaw is-sempliċi possibbiltà li jibbenefikaw minn servizzi fil-Ġermanja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 43.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Varna (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Mejju 2011 — “TETS Haskovo” AD vs Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

(Kawża C-234/11)

(2011/C 232/26)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad-Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“TETS Haskovo” AD

Konvenuti: Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “distruzzjoni tal-proprjetà” fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 (1), u l-motivi u/jew il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tad-distruzzjoni huma rilevanti għall-finijiet tal-aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT imnaqqsa meta tinxtara l-proprjetà?

(2)

It-twaqqigħ debitament ipprovat tal-proprjetà ta’ impriża bl-uniku għan li jinbena ieħor ġdid, iktar modern, bl-istess skop, għandu jiġi interpretat bħala “tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas” fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112?

(3)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu għal aġġustamenti f’każ ta’ distruzzjoni ta’ proprjetà meta l-akkwist ta’ din tal-aħħar ma jkunx ta lok għal ħlas jew ikun ta lok għal ħlas parzjali?

(4)

L-Artikolu 185(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikoli 79(3) u 80(2)(1) tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (ZDDS), li tipprovdi aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT imnaqqsa f’każ ta’ distruzzjoni ta’ proprjetà li għaliha l-ammont prinċipali u l-VAT ffatturati tħallsu fl-intier tagħhom, u li tissuġġetta n-nuqqas ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT għal kundizzjoni oħra minbarra l-ħlas?

(5)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-possibbiltà li tiġi aġġustata t-taxxa tal-input fuq il-VAT diġà mnaqqsa fil-każ ta’ twaqqigħ ta’ bini, bl-unika skop li jinbena minflok bini ġdid iktar modern, li għandu l-istess skop u li jiġġenera qligħ li jagħti d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-VAT?


(1)  ĠU L 347, p. 1


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/16


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-241/11)

(2011/C 232/27)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, N. Yerrell u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 8, 9, 13, 15 sa 18 u 20(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali [professjonali] (1), u billi b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Ċeka ma adottatx il-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, u, għaldaqstant, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi tal-Unjoni Ewropea”:

somma f’daqqa ta’ EUR 5 644,80 għal kull ġurnata ta’ dewmien biex timplementa l-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, mid-data tal-għoti tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, tal-14 ta’ Jannar 2010,

sal-ġurnata li fiha tkun ingħatat is-sentenza f’din il-kawża, jew

sal-adozzjoni, mir-Repubblika Ċeka, tal-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, jekk din id-data tkun preċedenti għall-ġurnata tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, u

pagament ta’ penalità ta’ EUR 22 364,16 għal kull ġurnata ta’ dewmien biex timplementa l-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, sal-adozzjoni, mir-Repubblika Ċeka, tal-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-14 ta’ Jannar 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka (2) li fiha hija ddeċidiet li, “billi ma adottatx, fit-terminu previst, illiġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 8, 9, 13, 15 sa 18 u 20(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/41, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva”.

Sa llum, ir-Repubblika Ċeka ma indikatx lill-Kummissjoni li adottat illiġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 8, 9, 13, 15 sa 18 u 20(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/41, b’mod li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Ċeka ma adottatx il-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-343/08. Skont l-Artikolu 260(2) TFUE, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u, fl-istess ħin tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew tal-pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru kkonċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkustanzi. Abbażi tal-metodu stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Diċembru 2005, dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 228 KE (SEC(2005)1658), il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Repubblika Ċeka tħallas l-ammont dovut tal-pagamenti ta’ penalità u tas-somma f’daqqa kif indikat f’dawn it-talbiet.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 350.

(2)  Li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad (Sofia–grad, il-Bulgarija) fid-19 ta' Mejju 2011 — Hristo Byankov vs Glaven sekretar na Ministerstvoto na vatreshnite raboti

(Kawża C-249/11)

(2011/C 232/28)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hristo Byankov

Konvenut: Glaven sekretar na Ministerstvoto na vatreshnite raboti

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit mill-Artikolu 4(3) TUE, flimkien mal-Artikoli 20 u 21 TFUE, jeħtieġ li tiġi applikata dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti t-tħassir ta’ att amministrattiv li sar definittiv sabiex jintemm ksur ta’ dritt fundamentali stabbilit f’sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħad-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Istati Membri, li wkoll ġie rrikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni, ukoll meta tali konstatazzjoni ta’ ksur tirriżulta minn interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu, anki jekk it-tħassir tal-att inkwistjoni huwa neċessarju sabiex jintemm l-imsemmi ksur?

(2)

Isegwi li mill-Artikolu 31(1) u (3) tad-Direttiva 2004/38 li, meta Stat Membru stabbilixxa fid-dritt nazzjonali tiegħu, proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ att amministrattiv li jillimita d-dritt stabbilit mill-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha teżemina mill-ġdid l-att inkwistjoni, fuq talba tad-destinatarju tiegħu, u tevalwa l-legalità tagħha, billi tieħu inkunsiderazzjoni wkoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, sabiex tiżgura li l-limitazzjoni imposta fuq l-imsemmi dritt ma hijiex sproporzjonata mill-mument tal-istabbiliment tal-att ta’ eżami mill-ġdid, meta, f’dan il-mument, l-att amminsitrattiv li impona l-limitazzjoni kien diġà sar definittiv?

(3)

Id-dispożizzjonijiet tad-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u dawk tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni li tippovdi l-istabbiliment ta’ limitazzjoni fuq id-dritt ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ta’ moviment liberu fl-UE, deċiżjoni meħuda sempliċiment minħabba l-eżistenza, lejn persuna privata, jiġifieri kumpannija kummerċjali, ta’ dejn li jaqbeż il-limitu legali u li ma huwiex protett minn garanzija u li, flimkien ma’ proċedura ta’ eżekuzzjoni pendenti fid-dawl tal-irkupru tal-kreditu, u mingħajr ma tittieħdet inkunsiderazzjoni il-possibbiltà, prevista fid-dritt tal-Unjoni, li awtorità ta’ Stat Membru ieħor tista’ twettaq dan l-irkupru?


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság (l-Ungerija) fil-25 ta’ Mejju 2011 — Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége vs Oskar Shomodi

(Kawża C-254/11)

(2011/C 232/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant fil-kassazzjoni: Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége.

Appellat fil-kassazzjoni: Oskar Shomodi

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1931/2006”), li tawtorizza soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur, għandha tiġi interpretata — fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 2(a) u tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament — fis-sens li dan ir-regolament jippermetti, abbażi ta’ ftehim bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ġara msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan l-istess regolament, iktar minn dħul u ħruġ wieħed u soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur b’mod li, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ soġġorn ta’ tliet xhur, resident tal-fruntiera li għandu permess għat-traffiku lokali tal-fruntiera jista’ jinterrompi s-soġġorn bla interruzzjoni u sussegwentement, wara li jkun qasam il-fruntiera mill-ġdid, ikollu mill-ġdid dritt ta’ soġġorn bla interruzzjoni ta’ tliet xhur?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, is-soġġorn bla interruzzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 jista’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa interrott meta d-dħul u l-ħruġ ikunu seħħew fl-istess jum, jew f’jumejn konsekuttivi?

(3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, iżda ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, x’intervall jew x’kriterju ta’ evalwazzjoni ieħor għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat sabiex tiġi kkonstatata interruzzjoni ta’ soġġorn bla interruzzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjoni li tawtorizza soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 tista’ tiġi interpretata fis-sens li għandu jiġi inkluż iż-żmien li jkun għadda bejn iktar minn dħul u ħruġ wieħed u li, fid-dawl tal-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9) — jew ta’ kull regola oħra dwar id-dritt taż-żona Schengen — peress li total tal-jiem li jkunu hekk għaddew jilħaq 93 jum, jew tliet xhur, għandu jiġi kkunsidrat li l-permess għat-traffiku lokali tal-fruntiera ma jagħtix iktar dritt ta’ soġġorn għall-perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-ewwel dħul?

(5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda, għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ din l-addizzjoni, iktar minn dħul u ħruġ wieħed matul l-istess jum, jew dħul u ħruġ wieħed matul l-istess jum, u liema metodu ta’ kalkolu għandu jintuża għal dan il-għan?


(1)  Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405, p. 1).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Mejju 2011 — “Kremikovtsi” AD vs Ministar na ikonomikata, energetikata i turizma i zamestnik-ministar na ikonomikata, energetikata i turizma

(Kawża C-262/11)

(2011/C 232/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Kremikovtsi” AD

Konvenuti: Ministar na ikonomikata, energetikata i turizma i zamestnik-ministar na ikonomikata, energetikata i turizma (Ministru u Viċi-Ministru tal-Ekonomija, tal-Enerġija u tat-Turiżmu)

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewropew ta’ Assoċjazzjoni, u b’mod partikolari d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Bulgarija, huma applikabbli fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat li ngaħatat qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-UE, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim iċċitat iktar ’il fuq, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tat-tieni protokoll tiegħu, meta l-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mogħtija sseħħ wara d-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-UE? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, hemm lok li tingħata l-interpretazzjoni segwenti:

(a)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-protokoll addizzjonali tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ proroga tal-perijodu previst fl-Artikolu 9(4) tat-tieni protokoll għall-Ftehim Ewropew ta’ assoċjazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li hija biss il-Kummissjoni Ewropea li hija awtorizzata tiddeċiedi jekk il-programm ta’ ristrutturazzjoni u l-pjanijiet skont l-Artikolu 2 tal-imsemmi protokoll addizzjonali ġewx implementati b’mod sħiħ u jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(4) tat-tieni protokoll għall-ftehim Ewropew ta’ assoċjazzjoni? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, hemm lok li tingħata l-interpretazzjoni segwenti:

(b)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-protokoll addizzjonali tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ proroga tal-perijodu previst fl-Artikolu 9(4) tat-tieni protokoll għall-Ftehim Ewropew ta’ assoċjazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali kompetenti tar-Repubblika tal-Bulgarija hija awtorizzata tadotta deċiżjoni ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat li ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(4) tat-tieni protokoll għall-ftehim Ewropew ta’ assoċjazzjoni? Jekk ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda tkun fin-negattiv, hemm lok li tingħata l-interpretazzjoni segwenti:

(2)

L-ewwel paragrafu tat-titolu 2, dwar il-politika tal-kompetizzjoni, tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandu jiġi intepretat fis-sens li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni tikkostitwixxi “għajnuna ġdida” fis-sens tat-titolu 2 ta’ dan l-anness? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 107 u 108 TFUE (Artikoli 87 u 88 KE) dwar l-għajnuna mill-Istat u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 659/1999 (1) japplikaw għal tali “għajnuna ġdida”?

(a)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din id-domanda, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda dwar jekk l-ewwel paragrafu tal-Anness V tal-Att ta’ Adeżjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jistgħux iwettqu rkupru ta’ għajnuna mill-Istat bħal dik fil-proċeduri tal-kawża prinċipali qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni inkompatibbli mas-suq komuni?

(b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Diċembru 2009, ippreżentata quddiem il-Varhoven adminstrativen sad, għandha titqies bħala deċiżjoni negattiva dwar għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/19


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-269/11)

(2011/C 232/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios, M. Šimerdová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi ppermettiet li l-aġenziji tal-ivvjaġġar, skont l-Artikolu 89 tal-Liġi Nru 235/2004, fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, japplikaw l-iskema speċjali tal-aġenziji tal-ivvjaġġar għall-provvista ta’ servizzi ta’ vvjaġġar għal persuni li ma humiex vjaġġaturi, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-Repubblika Ċeka, l-iskema speċjali tal-VAT tal-aġenziji tal-ivvjaġġar, prevista fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ma tapplikax biss għas-servizzi offerti mill-aġenziji tal-ivvjaġġar lill-vjaġġaturi, iżda wkoll għas-servizzi offerti lil persuni li ma humiex vjaġġaturi. L-iskema speċjali tapplika fir-Repubblika Ċeka, skont l-Artikolu 89 tal-Liġi Nru 235/2004, fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, anki fil-każ fejn tali servizz ta’ vvjaġġar huwa pprovdut lil persuna ġuridika li iktar ’il quddiem tbigħu lil aġenzija tal-ivvjaġġar oħra. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan imur kontra l-Artikoli 306 u 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, li jirrikjedu li din l-iskema speċjali tapplika biss fil-każ fejn is-servizzi ta’ vvjaġġar jingħataw lill-vjaġġaturi. Il-formulazzjoni tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, kif ukoll l-għan ta’ tali dispożizzjonijiet, jissostanzjaw l-argument tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, p. 1


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-31 ta’ Mejju 2011 — Techniko Epimelitirio Ellados et vs Ypourgos Esoterikon, Dimosisias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

(Kawża C-271/11)

(2011/C 232/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Techniko Epimelitirio Ellados et

Konvenuti: Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Metaforon kai Epikoinonias, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

Domandi preliminari

(1)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 2042/2003, flimkien mad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tal-imsemmi regolament, u fid-dawl ta’ dak li tipprovdi d-dispożizzjoni AMC. M.B. 102(c)(1) (subparagrafi 1.1 sa 1.4, 1.6 sa 1.7), tal-Kapitolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar mezzi aċċettabbli ta’ konformità mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq, il-leġiżlatur nazzjonali għandu l-possibbiltà, waqt l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali ta’ implementazzjoni tal-imsemmi regolament, li jqassam l-attivitajiet ta’ spezzjoni tal-ajruplani, maħsuba sabiex jiġi kkonstatat li huma konformi mar-rekwiżiti fis-seħħ fil-qasam tan-navigazzjoni bl-ajru, lil diversi kategoriji/speċjalitajiet ta’ spetturi, fejn kull wieħed minnhom jista’ jikkontrolla biss l-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan f’qasam wieħed partikolari? B’mod partikolari, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ u li tipprevedi spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni (Airworthness and Avionics Inspectors), spetturi tal-operazzjonijiet tat-titjira (Flight Operations Inspectors), spetturi tas-sigurtà fil-kabini (Cabin Safety Inspectors) u spetturi tad-diplomi u liċenzji (Licensing Inspectors) hija konformi mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 tfisser li kull persuna li tiġi fdata bil-kompiti ta’ ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan f’qasam wieħed partikolari, għandu jkollha esperjenza ta’ ħames snin li tkopri l-aspetti kollha intiżi li tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ ajruplan jew ikun suffiċjenti li jkollha esperjenza ta’ ħames snin fil-funzjonijiet speċifiċi fdati lilha u li jaqgħu taħt l-ispeċjalità tagħha?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta għal din id-domanda li huwa suffiċjenti li l-persunal tal-ispezzjoni jkollu esperjenza ta’ ħames snin fil-funzjonijiet speċifiċi li ġew fdati lilu, għandha tiġi kkunsidrata li tissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1) tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni għandu jkollu “mill-inqas ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata”, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ, u li tipprovdi li l-ispetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni (Airworthness and Avionics Inspectors), responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll tal-mezzi tan-navigazzjoni, tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati kif ukoll tat-trasportaturi bl-ajru, b’mod konformi mar-regoli inklużi fil-manwal tal-ICAO dok 9760, għandu jkollhom esperjenza ta’ mill-inqas ħames snin ma’ opertur fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani u għandhom ikunu ħadmu fil-manutenzjoni tal-ajruplani?

(4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f’dan il-każ, li tekwipara t-titulari ta’ liċenzja għall-manutenzjoni tal-ajruplani, skont il-Parti 66 (Anness III) tar-Regolament Nru 2042/2003, mat-titulari ta’ diplomi maħruġa minn stabbilimenti ta’ edukazzjoni ogħla fil-qasam tan-navigazzjoni bl-ajru, hija konformi mal-imsemmi regolament, sa fejn hija tipprovdi li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persuni għandu jkollhom esperjenza ma’ opertur fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani sabiex ikunu jistgħu jiġi ċċertifikati bħala spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni?

(5)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(1), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, fid-dawl ukoll tas-subparagrafi 1.4 u 1.5 tad-dispożizzjoni AMC M.B. 102(c)(1) tal-Kaptiolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM, tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar mezzi aċċettabbli ta’ konformità mar-Regolament Nru 2042/2003 iċċitat iktar ’il fuq, fl-esperjenza ta’ ħames snin fil-qasam tal-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hemm inkluża l-esperjenza prattika miksuba, fejn ikun il-każ, fil-kuntest tal-istudji intiżi sabiex jinkiseb il-grad akkademiku kkoċernat jew għandha tgħodd biss l-esperjenza miksuba fil-kundizzjonijiet reali tax-xogħol, indipendentement mill-istudji u, wara t-tmiem tal-istudji u l-kisba tal-grad akkademiku kkonċernat?

(6)

Skont id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 2042/2003, fl-esperjenza ta’ ħames snin fil-qasam tal-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hemm inkluż ukoll l-esperjenza li tkun inkisbet mill-eżerċizzju, fejn ikun il-każ, fil-passat, u anki qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ta’ funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani?

(7)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(2), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, sabiex it-titulari ta’ liċenzja għall-manutenzjoni tal-ajruplani skont il-Parti 66 (Anness III) tal-istess Regolament Nru 2042/2003 jintgħażel inizjalment bħala spettur, hemm bżonn, qabel l-għażla tiegħu, li huwa jingħata taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani jew ikun suffiċjenti li huwa jingħata tali taħriġ, wara l-għażla inizjali tiegħu iżda qabel ma huwa jassumi l-funzjonijiet tiegħu ta’ spettur?

(8)

Skont id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(3), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni għandu jkollu “taħriġ adattat fil-manutenzjoni ajrunawtika”, huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li tikkostitwixxi tali taħriġ, sistema ta’ taħriġ, stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali li għandha l-karatteristiċi li ġejjin: i) it-taħriġ jingħata wara l-għażla inizjali ta’ persuna bħala spettur sempliċiment abbażi tal-kwalifiki formali tagħha, ii) dan it-taħriġ ma jiġix varjat skont il-kwalifiki formali tal-persuni magħżula inizjalment bħala spetturi u iii) fil-kuntest ta’ din is-sistema ta’ taħriġ, ma huma previsti l-ebda proċedura u l-ebda kriterju ta’ evalwazzjoni tal-persuna mħarrġa, u lanqas eżami finali sabiex jikkonstata li hija jkollha konoxxenzi suffiċjenti, fi tmiem it-taħriġ tagħha?

(9)

Id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li tipprovdi li l-persunal tal-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għandu jkollu “pożizzjoni b’responsabilitajiet xierqa” tfisser li l-pożizzjoni tikkostitwixxi kwalifika li persuna għandu jkollha sabiex tkun tista’ tiġi ċċertifikata bħala spettur, fis-sens li huwa neċessarju li hija kienet tokkupa, matul l-attività preċedenti tagħha, pożizzjoni għolja? Jew id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 2042/2003 tfisser, fid-dawl ukoll tad-dispożizzjoni M.B. 902(b)(3), tal-Kaptiolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003, li wara l-għażla inizjali ta’ persuna bħala spettur, hija għandha tingħata pożizzjoni fi ħdan l-awtorità kompetenti għall-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, li tkun tali li tippermettilha torbot lil din l-awtorità bil-firma tagħha?

(10)

Jekk id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-regolament għandha t-tieni tifsira esposta iktar ’il fuq, jista’ jiġi kkunsidrat li tissodisfa r-rekwiżiti f’dan is-sens tar-regolament, leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjoni tal-ispettur issir wara t-taħriġ teoretiku u prattiku tiegħu, li huwa l-mument minn meta huwa jkun jista’ jibda jwettaq ispezzjonijiet sabiex jikkonstata l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, billi jiffirma waħdu dokumenti tal-ispezzjoni u billi jorbot lill-awtorità kompetenti?

(11)

Barra minn hekk, jekk id-dispożizzjoni M.B. 902(b)(4), tal-Kapitolu I, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I tar-Regolament Nru 2042/2003 għandha t-tieni tifsira esposta iktar ’il fuq, għandu jiġi kkunsidrat li hija konformi ma’ din tal-aħħar, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik eżaminata f’dan il-każ, li tipprovdi li sabiex tintgħażel inizjalment persuna bħala spettur tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, huwa preferibbli li huwa jkun ġie promoss minn qabel “fi gradi ġerarkikament iktar għoljin u li huwa jkun responsabbli minn ażjenda tal-manutenzjoni tal-ajruplani”?

(12)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li ma jirregolax il-kwistjoni dwar jekk, u f’liema kundizzjonijiet, il-persuni li kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ spettur sabiex jikkontrollaw l-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, għandhomx dritt li jkomplu jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, il-leġiżlatur nazzjonali kellu l-obbligu li jipprovdi li l-persuni li kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ spettur fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq (jew, fejn xieraq, qabel din id-data) kellhom awtomatikament jiġu ċċertifikati mill-ġdid bħala spetturi, mingħajr ma jiġu sottoposti preliminarjament għal proċedura ta’ għażla jew ta’ evalwazzjoni? Jew jeħtieġ li r-Regolament Nru 2042/2003, iċċitat iktar ’il fuq, li huwa intiż sabiex itejjeb is-sigurtà tat-trasport bl-ajru u mhux sabiex jikkonsolida d-drittijiet professjonali tal-persuni li jaħdmu fi ħdan l-awtorità tal-Istat Membru li hija kompetenti għall-ispezzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, jiġi interpretat fis-sens li huwa sempliċement jagħti lill-Istati Membri l-fakultà, jekk huma jqisu li jkun neċessarju, li jkomplu jimpjegaw, bħala spetturi tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajruplani, persuni li kienu jwettqu l-imsemmija spezzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, anki jekk dawn il-persuni ma jkollhomx il-kwalifiki rikjesti mill-imsemmi regolament, fid-dawl ukoll ta’ dak li huwa previst f’dan ir-rigward mid-dispożizzjoni AMC M.B. 902(b)(4) tal-Kapitolu A, tas-Sezzjoni B, tal-Anness I, tad-Deċiżjoni tal-AESA Nru 2003/19/RM tat-28 ta’ Novembru 2003?

(13)

Fil-każ li jiġi ammess li, skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, l-Istati Membri huma obbligati jiċċertifikaw mill-ġdid u b’mod awtomatiku, mingħajr proċedura ta’ għażla, persuni li kienu jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ spettur qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, għandha tiġi kkunsidrata konformi mar-regolament, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik eżaminata f’dan il-każ, li tipprovdi li sabiex jiġu ċċertifikati mill-ġdid bħala spetturi, dawn il-persuni kellhom ikunu eżerċitaw effettivament il-funzjonijiet ta’ spettur, mhux fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, iżda wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali?


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-293/11)

(2011/C 232/33)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u C. Soulay)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi applikat l-iskema speċjali f’dak li jikkonċerna VAT tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fil-każijiet fejn is-servizzi ta’ vvjaġġar kienu nbigħu lil persuna li ma kinitx vjaġġatur, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE (1).

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-iskema tal-aġenziji tal-ivvjaġġar tapplika biss għas-servizzi pprovduti direttament lill-vjaġġaturi, skont kif inhu pprovdut fid-Direttiva fil-parti l-kbira tal-lingwi. Anki l-verżjoni Ingliża, li tuża, f’punt wieħed biss, il-kelma “akkwirent” (customer), ma tkunx tagħmel sens li kieku ma kellhiex tapplika għall-vjaġġaturi biss. Wieħed jista’ jasal għall-istess konklużjoni jekk jaqra’ d-dispożizzjonijiet kollha konnessi (interpretazzjoni sistematika). Wieħed jasal għall-istess riżultat permezz tal-kriterju storiku, ġaladarba d-Direttiva tal-VAT ikkodifikat biss is-“Sitt Direttiva, mingħajr ma biddlet l-għan tagħha”. Fir-rigward tal-interpretazzjoni teleoloġika, din tikkonstata li ma hijiex permessa t-tassazzjoni doppja tal-aġenziji ta’ Stati Membri partikolari (ħlief fl-ipoteżi ta’ applikazzjoni estensiva tal-iskema tal-aġenziji tal-ivvjaġġar). Ma tistax issir rettifika għal dan il-limitu impost mid-Direttiva min-naħa tal-Istati Membri mingħajr emenda uffiċjali tat-test tagħha.


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-295/11)

(2011/C 232/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, u S. Fiorentino, Avvocato dello Stato)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE, tal-10 ta’ Marzu 2011, li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (1)

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Taljana tinvoka erba’ motivi.

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa ġiet awtorizzata, mill-Kunsill, barra mil-limiti previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) TUE, li jipprovdi li tali proċedura hija awtorizzata biss fil-kuntest tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-UE. L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva li toħloq “regoli Ewropej” li għandhom l-Artikolu 118 TFUE bħala l-bażi legali tagħhom.

Fit-tieni lok, din issostni li l-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa fil-każ preżenti hija kuntrarja għal, jew, fi kwalunkwe każ, ma hijiex konformi mal-għanijiet li fir-rigward tagħhom din l-istituzzjoni hija stabbilita mit-Trattati. Sa fejn din l-awtorizzazzjoni tmur kontra, jekk mhux il-kliem, l-ispirtu tal-Artikolu 118 TFUE, din tisker l-Artikolu 326(1) TFUE, peress li dan tal-aħħar jeħtieġ li kooperazzjonijiet imsaħħa għandhom jikkonformaw mat-Trattati u mad-dritt tal-UE.

Fit-tielet lok, ir-Repubblika Taljana ssostni li d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ġiet adottata mingħajr investigazzjoni adegwata fir-rigward tar-rekwiżit tal-hekk imsejjaħ last resort u mingħajr motivazzjoni xierqa fuq dan il-punt.

Fl-aħħar lok, id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni tikser l-Artikolu 326 TFUE sa fejn taffettwa b’mod ħażin is-suq intern, billi tintroduċi ostakolu għal kummerċ bejn l-Istati Membri u diskriminazzjoni bejn il-kumpanniji, u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, hija ma tgħinx sabiex issaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni tal-Unjoni, u għalhekk tmur kontra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 20(1) TUE.


(1)  ĠU L 76, p. 53


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2011 — “Dobrudzhanska petrolna kompania” AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

(Kawża C-298/11)

(2011/C 232/35)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Dobrudzhanska petrolna kompania” AD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u l-amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” fl-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Istat)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ssir provvista bejn persuni konnessi u l-korrispettiv ikun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, l-ammont taxxabbli huwa l-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss meta l-fornitur jew id-destinatarju ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq ix-xiri u/jew il-produzzjoni tal-merkanzija pprovduta?

(2)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-fornitur ikun eżerċita d-dritt sħiħ li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq merkanzija u servizzi li jiġu pprovduti sussegwentement bejn persuni konnessi b’valur li jkun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, u dan id-dritt li titnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud ma jkunx ġie kkoreġut taħt l-Artikoli 173 sa 177 tad-direttiva u l-provvista ma tistax tiġi eżentata mit-taxxa taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew 380 sa 390 tad-direttiva, l-Istat Membru ma jistax jadotta miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli huwa biss il-valur tas-suq miftuħ?

(3)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt sħiħ li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq merkanzija u servizzi li jiġu pprovduti sussegwentement bejn persuni konnessi b’valur li jkun iktar baxx mill-valur tas-suq miftuħ, u dan id-dritt li titnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud ma jkunx ġie kkoreġut taħt l-Artikoli 173 sa 177 tad-direttiva, l-Istat Membru ma jistax jadotta miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli huwa biss il-valur tas-suq miftuħ?

(4)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 jikkostitwixxi lista eżawrjenti tal-każijiet li fihom Stat Membru jista’ jadotta miżuri li permezz tagħhom l-ammont taxxabbli fir-rigward tal-provvisti għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni?

(5)

Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 27(3)(1) taż-ZDDS hija ammissibbli f’sitwazzjonijiet oħra apparti dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112?

(6)

F’każ bħal dak inkwistjoni hawnhekk, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112 għandha effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tapplikaha direttament?


(1)  ĠU L 347, p. 1


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Andrea Schwab

(Kawża C-547/09) (1)

(2011/C 232/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-341/10) (1)

(2011/C 232/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial de Vieria do Minho — il-Portugall) — Manuel Afonso Esteves vs Axa — Seguros de Portugal SA

(Kawża C-437/10) (1)

(2011/C 232/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2011 (talbiet għal deċiżjoni prelimnari mit-tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — Rémi Paquot (C-622/10), Adrien Daxhelet (C-623/10) vs L-Istat Belġjan — SFP Finances

(Kawża C-622/10) (1)

(2011/C 232/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Minister van Financiën vs G. in 't Veld

(Kawża C-110/11) (1)

(2011/C 232/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


Il-Qorti Ġenerali

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI — Bonfait (Buonfatti)

(Kawża T-471/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti - Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (rappreżentant: F. Graf von Stosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bonfait BV (Denekamp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bonfait BV u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4) hija annullata.

(2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-475/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-476/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1006/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1006/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-477/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1008/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1008/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-478/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1009/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1008/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Garden)

(Kawża T-479/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER Garden - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1044/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1044/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICOCENTER)

(Kawża T-480/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICOCENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1045/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1045/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (maxi BRICO CENTER)

(Kawża T-481/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva maxi BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

(2011/C 232/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009, (Każ R 1046/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1046/2008-4) hija annullata inkwantu laqgħet ir-rikors ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni ta’ affarijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess magħmula matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.1.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Città)

(Kawża T-482/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER Città - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1047/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1047/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.11.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (Affiliato BRICO CENTER)

(Kawża T-483/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Affiliato BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2011/C 232/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1048/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1048/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)

(Kawża T-487/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ReValue - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

(2011/C 232/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ReValue Immobilienberatung GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Fischoeder u M. Schork, sussegwentement S. Fischoeder, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-(UASI) tas-7 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 531/2009-4) li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva ReValue bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

ReValue Immobilienberatung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.2.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/29


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/07 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

(2011/C 232/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi u R. Denton, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f[ir-reġjun] ta’ Gardenne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 [C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)] (ĠU L 147, p. 29), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2011 — Ax vs Il-Kunsill

(Kawża T-259/10) (1)

(Rikors għal annullament - Assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil Stat Membru li jkun għaddej minn tfixfil ekonomiku jew finanzjarju serju - Regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ assenjazzjoni diretta - Inammissibbiltà)

(2011/C 232/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Ax (Neckargemünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Baumann, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Middleton, M. Bauer u A. De Gregorio Merino, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne, H. Krämer, aġenti); u r-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: M. Borkoveca u A. Nikolajeva, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Thomas Ax għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/30


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 minn Guido Strack kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-132/07, Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/11 P)

(2011/C 232/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-132/07 u tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent f’dawk il-proċeduri;

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża F-132/07 sa fejn ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent għal proċeduri fil-kontumaċja;

tannulla d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fejn il-Kawża F-132/07, li kienet inizjalment assenjata lill-Ewwel Awla, ġiet sussegwentement assenjata lit-Tieni Awla;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2007 u d-deċiżjonijiet supplementari taċiti tad-9 ta’ Awwissu 2007 u tal-11 ta’ Settembru 2007 u d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2007, sa fejn jiċħdu t-talbiet tal-appellant tad-9 ta’ April 2007, tal-11 ta’ Mejju 2007 u tal-11 ta’ Ottubru 2007 għall-awtorizzazzjoni għal pubblikazzjoni ta’ dokumenti (fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet legali kollha, b’mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ data) u tirrapporta (ex) Kummissarji u uffiċjali tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni;

tordna lill-Kummissjoni tħallas danni lill-appellant fl-ammont ta’ minn tal-inqas EUR 10 000 għal dannu mhux materjali u dannu lis-saħħa kkawżat lill-appellant bid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu annullati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha;

l-appellant jitlob, barra minn hekk, abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kumpens għal dewmien eċċessiv tal-proċeduri fl-ammont ta’ EUR 2 000, il-figura eżatta għandha tiġi deċiża skont id-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka għoxrin aggravju.

L-appellant jinvoka, inter alia: nuqqas ta’ ġurisidizzjoni tal-formazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li adotta d-deċiżjonijet taħt appell, iċ-ċaħda illegali tat-talba għal proċeduri fil-kontumaċja, id-deċiżjoni illegali li tingħata proroga lill-Kummissjoni tat-termini stabbiliti, iċ-ċaħda tat-talba li l-proċeduri jingħaqdu ma’ proċeduri oħra bejn il-partijiet, il-fatti żbaljati tal-kawża fir-rapport preparatorju għas-seduta u fis-sentenza taħt appell, il-parzjalità tal-Imħallef Relatur, il-ksur tar-regoli lingwistiċi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u diskriminazzjoni kontra l-appellant abbażi tal-lingwa u nuqqas ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti proċedurali.

Barra minn hekk, l-appellant isostni wkoll li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi u naqas milli jagħti raġunijiet suffiċjenti għas-sentenza tiegħu: inter alia, fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 17, 17a, 19 u 25, u 90 et seq tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 6, 10 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u tal-Artikoli 11, 41, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2011 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/11)

(2011/C 232/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1363 finali, tat-8 ta’ Marzu 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 24/2009 mogħtija mil-Awstrija skont il-Liġi dwar l-elettriku ekoloġiku (Ökostromgesetz) lill-impriżi li jikkonsmaw kwantitajiet kbar ta’ enerġija [Għajnuna C 24/09 (ex N 446/08)];

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE — Ineżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

Skont ir-rikorrenti, il-limitazzjoni tan-nefqa ppjanata għall-kumpanniji li jikkonsmaw kwantitajiet kbar ta’ enerġija fl-Artikolu 22(c) tal-Liġi Awstrijaka fuq l-elettriku ekoloġiku (Ökostromgesetz), BGBl. I Nru 114/2008 (iktar ’il quddiem l-“ÖSG”) ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba n-nuqqas ta’ użu ta’ “riżorsi tal-Istat”.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE — Nuqqas ta’ natura selettiva

Skont ir-rikorrenti, tonqos in-natura selettiva kemm de jure kif ukoll de facto. Anki jekk jitqies li l-Artikolu 22(c) tal-ÖSG jikkawża devjazzjoni mis-sistema ta’ referenza, din id-devjazzjoni tidher iġġustifikata mil-loġika u mill-istruttura interna tas-sistema ta’ għajnuna għall-elettriku ekoloġiku.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE — Abbuż ta’ poter

Skont ir-rikorrenti jekk, xorta waħda, il-miżura proposta hija kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, din taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali: li, fi kwalunkwe każ, għandha tiġi stabbilita skont l-Kapitolu 4 tal-Linji Gwida; barra minn hekk għandha ssir analoġija bejn l-avviż ta’ ħlas ta’ kumpens tal-Artikolu 22(c) ÖSG u r-regoli għall-eżami tat-tnaqqis tat-taxxi fuq l-enerġija rregolati taħt id-dritt Komunitarju, għalhekk, il-ħlas ta’ kumpens kellu jkun awtorizzat fuq il-bażi ta’ din l-analoġija. Huwa wkoll konċepibbli li flimkien ma’ applikazzjoni analoga tal-Linji Gwida, ikun hemm analoġija mal-Artikolu 25 tar-regolament ta’ eżenzjoni ġenerali għal kategoriji.

(4)

Ir-raba’ motiv: trattament mhux ugwali mill-Kummissjoni Ewropea għal kwistjonijiet li għandhom l-istess ċirkustanzi fattwali mill-perspettiva tal-kompetizzjoni

Skont ir-rikorrenti, tqum il-kwistjoni għalfejn huma ttrattati b’mod manifestament differenti sitwazzjonijiet simili mill-perspettiva tal-kompetizzjoni — f’dan il-każ issir referenza għall-possibbiltà li jitqabblu l-ÖSG u l-liġi Ġermaniża dwar l-enerġiji rinovabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti ekonomiċi tagħhom u fil-qasam tall-kompetizzjoni —, li jidher li huwa inkompatibbli mal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/31


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża F-120/07, Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/11 P)

(2011/C 232/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża F-120/07, Strack vs Il-Kummissjoni;

tordna li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha tal-proċeduri kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti essenzjalment tinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju: ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”)

L-ewwel nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni u l-ġurisprudenza stabbilita meta interpreta l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li ma japplikax għat-trasferiment tad-dritt ta’ leave fil-każ ta’ mard fuq perijodu twil.

(2)

It-tieni aggravju: ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba fi żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-portata u tal-effett legali tal-Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal

It-tieni nett, kien ukoll bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u flimkien ma’ nuqqas ta’ motivazzjoni li ġie stabbilit, b’mod żbaljat, l-ambitu tal-Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, bħala li huwa l-obbligu ġenerali tal-istituzzjonijiet fil-konfront tal-membri tal-persunal, li fir-rigward tal-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol f’dak li jirrigwarda s-saħħa, jingħataw l-istandards minimi skont l-Artikolu 153 TFUE. L-Artikolu 1e(2) ġie introdott insegwitu għar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 bil-għan li l-lakuna f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti tekniċi li kienu nieqsa mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà tal-uffiċjali fi ħdan l-istituzzjonijiet (pereżempju sigurtà minn nirien, materjali perikolużi, ventilazzjoni, ergonomija, u oħrajn) jiġu eliminati. Għalhekk, ir-Regolamenti tal-Persunal issa jippermettu l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi minimi fid-direttivi u b’dan il-mod it-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali. Ir-regola ma tistax u ma għandhiex taffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dak illi jirrigwarda it-trasferiment tal-leave u kumpens għal-leave mhux użat. Sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wasal għal dan ir-riżultat, huwa mhux biss kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertezza legali.

(3)

It-tielet aggravju: żball proċedurali

It-tielet nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser r-regoli proċedurali billi ma eżaminax ex officio l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u billi ċaħad de facto, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr ma kienet tqajmet eċċezzjoni ta’ illegalità u mingħajr ma kien hemm il-possibbiltà li l-Kunsill u l-Parlament tal-Unjoni Ewropea jintervjenu.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/32


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 minn  VE (*1) mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-28/10,  VE (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/11 P)

(2011/C 232/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: VE (*1) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla totalment is-sentenza appellata, mogħtija fil-15 ta’ Marzu 2011, mit-Tieni Awla tat-Trubunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, innotifikata b’ittra rreġistrata tal-15 ta’ Marzu 2011, li biha kien ġie miċħud ir-rikors ippreżentat mill-appellant, tas-7 ta’ Mejju 2010;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-istanza, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, inklużi l-ispejjeż neċessarji mħallsa għall-finijiet tal-proċedura, u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ, kif ukoll id-drittijiet tal-avukati, skont l-Artikolu 91 (b) tar-Regoli tal-Proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fuq l-iżnaturament tal-provi prodotti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-appellant jikkritika lill-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minn naħa waħda, li injora d-dokumenti prodotti bin-numri 22, 23, 24, 25 tal-proċess tagħha, billi ddeċieda, fil-punt 31 tas-sentenza tiegħu, li l-preżenza tiegħu fi Franza bejn l-1999 u 2000 ma tistax tiġi mqabbla ma’ rieda tal-appellant li jċaqlaq iċ-ċentru tal-interessi tiegħu fil-pajjiż fejn twieled, u, min-naħa l-oħra, li għamel evalwazzjoni inkonsistenti tal-kunċett ta’ residenza abitwali fil-punti 29, 31 u 33 tas-sentenza appellata.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-iżnatuarament tal-provi prodotti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġġustifika t-tneħħija tardiva tal-benefiċċju ta’ espatrijazzjoni “minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar fejn ir-rikorrenti kien irċieva l- baccalauréat tiegħu”. L-apellant jikkritika lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ma ħax inkunsiderazzjoni d-dokument nru 15 tal-proċess tiegħu, li ma rrispondiex għall-punt 31 tar-rikors tiegħu u li b’hekk għamel konstatazzjonijiet ivvizzjati b’ineżattezza materjali manifesta.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2011 — TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/11)

(2011/C 232/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 (TF1) (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors tagħha bħala ammissibbli u fondat;

bħala miżura tal-organizzazzjoni tal-proċedura, skont l-Artikolu 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tordna l-produzzjoni tad-dokumenti li użat il-Kummissjoni sabiex tikkonstata n-natura proporzjonali u trasparenti tal-finanzjament pubbliku, jiġifieri: ir-rapporti ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 u 3 tad-digriet dwar is-snin finanzjarji 2007 u 2008 u l-abbozz ta’ rapport previst fl-Artikolu 2 għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll il-verżjoni kunfidenzjali tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/140/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, li tiddikjara kumpatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ sussidju baġitarju annwali, li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom il-ħsieb li jimplementaw favur France Télévisions.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tar-rabta bejn it-taxxi l-ġodda previsti fir-riforma tal-awdjoviżiv pubbliku u l-finanzjament ta’ France télévisions. Ir-rikorrenti tinvoka provi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta vinkolanti bejn, minn naħa, it-taxxa fuq ir-reklamar u t-taxxa fuq il-komunikazzjoni elettronika u, min-naħa l-oħra, is-sussidji baġitarji mħallsa lil France Télévisions, kemm minn perspettiva ġuridika, b’teħid inkunsiderazzjoni tat-testi nazzjonali rilevanti kollha, u kemm minn perspettiva ekonomika, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-mekkaniżmu tad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, tar-rata tat-taxxa u tal-użu effettiv tagħha.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq riskju ta’ kumpens żejjed marbut mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament ta’ France Télévisions. Ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li, minn naħa, peress li ma kellhiex aċċess għal diversi dokumenti amministrattivi hija ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita d-dritt ta’ appell tagħha b’mod utli u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni kienet wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 106(2) TFUE, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kundizzjoni tal-effikaċja ekonomika fil-provvisti tas-servizz pubbliku, fil-kuntest tal-analiżi tagħha tal-legalità tal-miżura kkontestata.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ regoli oħra tat-TFUE u tad-dritt sekondarju. Ir-rikorrenti ssostni l-ewwel nett, li t-taxxa fuq il-komunikazzjonijiet elettroniċi tmur kontra l-Artikolu 110 TFUE, it-tieni nett, li t-taxxi kkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tad-dritt ta’ stabbiliment sa fejn l-akkumulazzjoni tat-taxxi speċifiċi fl-oqsma tax-xandir u tat-telekomunikazzjoni jillimitaw sew il-possibbiltà għall-operaturi tax-xandir u tat-telekomunikazzjoni milli jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fi Franza u, it-tielet nett, li l-miżura kkontestata tmur kontra d-Direttiva 2002/20, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi sa fejn hija timponi taxxa fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni li ma tirrispettax il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-direttiva.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/33


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Carlotti vs Il-Parlament

(Kawża T-276/11)

(2011/C 232/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Arlette Carlotti (Marseille, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

li d-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament Ewropew, fl-1 ta’ April 2009, li temenda s-sistema tal-pensjoni addizzjonali volontarja tad-deputati tal-Parlament Ewropew hija illegali;

li d-deċiżjoni kkontestata hija annullata;

li l-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 li ċċaħħad lir-rikorrenti mill-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali tagħha mal-għeluq tas-60 sena (b’effett mix-xahar ta’ Frar 2012), meħuda abbażi tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-1 ta’ April 2009, li temenda s-sistema tal-pensjoni addizzjonali volontarja tad-deputati tal-Parlament Ewropew.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi bbażati fuq:

ksur ta’ drittijiet kweżiti li jirriżultaw minn atti legali u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali;

ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità, sa fejn id-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2009 u d-deċiżjoni kkontestata jwasslu għal żieda ta’ tliet snin mal-età li tagħti lok għad-dritt tal-pensjoni u dan, mingħajr ebda miżura tranżitorja;

ksur tal-Artikolu 29 tar-regoli dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew, li tipprevedi li l-kwesturi u s-segretarju ġenerali għandhom jiżguraw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni sretta ta’ dawn ir-regoli;

żball ta’ evalwazzjoni manifest li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tal-1 ta’ April 2009, li temenda r-regoli li jservu bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata billi hija tibbaża ruħha fuq evalwazzjoni infondata tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-fondi tal-pensjoni;

ksur tal-bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti u nullità ta’ klawżoli purament fakultattivi.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/33


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2011 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/11)

(2011/C 232/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T&L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ippreżentat skont l-Artikolu 263(4) TFUE kontra r-Regolament Nru 222/2011, ir-Regolament Nru 293/1022, ir-Regolament Nru 302/2011 u r-Regolament Nru 393/2011 bħala ammissibbli u fondat, u/jew tiddikjara li l-eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE kontra r-regolamenti inkwistjoni hija ammissbbli u fondata;

tannulla r-Regolament Nru 222/2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011;

tannulla r-Regolament Nru 293/2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed;

tannulla r-Regolament Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011; u

tannulla r-Regolament Nru 393/2011 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji;

sussidjarjament, tiddikjara l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament 1234/2007 ammissibbli u fondata u tiddikjara dawn id-dispożizzjonijiet illegali, kif ukoll tannulla r-regolamenti kkontestati, li huma bbażati direttament jew indirettament fuq dawn id-dispożizzjonijiet;

tikkundanna lill-UE kif irrappreżentata mill-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni sostnuti mir-rikorrenti bħala riżultat tal-ksur tal-Kummissjoni tal-obbligi legali tagħha u tiffissa l-ammont ta’ dan il-kumpens għad-danni sostnuti mir-rikorrenti matul il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Marzu 2011 għal EUR 35 485 746 flimkien mat-telf kurrenti sostnut mir-rikorrenti wara din id-data jew kull ammont ieħor li jirrifletti d-danni sostnuti jew li jiġu sostnuti mir-rikorrenti kif jiġu stabbiliti ulterjorment minnhom matul din il-proċedura speċjlament sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni debitament danni futuri;

tordna l-ħlas tal-interessi fuq l-ammont prinċipali dovut, mid-data tas-sentenza tal-Qorti sakemm isir il-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita dak iż-żmien mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, biż-żieda ta’ żewġ punti perċentwali, jew bi kwalunkwe rata xierqa oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1234/2007 (1) u fuq nuqqas ta’ bażi legali xierqa. Bi ksur tar-Regolament Nru 1234/2007, ir-Regolament Nru 222/2011 ikkontestat iżid effettivament il-kwoti ta’ produzzjoni mogħtija lil produtturi domestiċi. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma għandiex dan it-tip ta’ poter u hija inkarigata espressament sabiex tnaqqas il-kwoti ta’ produzzjoni. Madankollu, sabiex jinkiseb riżultat ekwivalenti, u minkejja l-obbligu legali tal-Kummissjoni li timponi imposta dissważiva fuq l-ammont żejjed, ir-Regolament Nru 222/2011, illegalment, jistabbilixxi għal EUR 0 l-imposta fuq l-ammont żejjed fuq zokkor ’il fuq mill-kwota. Barra minn hekk, sabiex jiġi kkoreġut it-taqlib fis-suq ikkawżat minn tnaqqis fl-importazzjonijiet, kemm ir-Regolament Nru 222/2011 kif ukoll ir-Regolament Nru 302/2011 jinjoraw il-prijorità li r-Regolament Nru 1234/2007 jagħti lill-miżuri ta’ importazzjoni u lir-raffinaturi full-time.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li minkejja l-identiċità bejn iz-zokkor tal-kannamiela u z-zokkor mill-pitravi, ir-regolamenti kkontestati jiffavorixxu l-produtturi domestiċi bi ħsara għar-raffinaturi li jimportaw.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-regolamenti kkontestati jimmiraw biex jirrispondu għal nuqqasijiet fis-suq taz-zokkor tal-UE kkawżati minn defiċit ta’ zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat importat. Madankollu, minflok ma solvew il-problema billi awtorizzaw l-importazzjonijiet neċessarji taz-zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat, żiedu l-possibbiltajiet għall-produzzjoni domestika taz-zokkor. Għaldaqstant, dawn ir-regolamenti huma manifestament mhux xierqa u sproporzjonati.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni żgurat ripetutament li ma kinitx ser iżżid il-kwota ta’ produzzjoni u kienet ser iżżomm bilanċ bejn il-partijiet ikkonċernati. Madankollu, kjarament, ir-regolamenti kkontestati ġew imfassla b’tali mod li jiffavorixxu l-produzzjoni domestika bi ħsara għar-raffinaturi li jimportaw.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni, fl-ewwel lok, naqset għalkollox milli taġixxi, minkejja li kienet ġiet avżata ripetutament li kien ser kien ikun hemm taqlib fis-suq u fit-tieni lok, adottat miżuri manifestament mhux xierqa sabiex jirrispondu għal dan it-taqlib, u b’hekk ħassret il-bilanċ li kien ġie stabbilit mill-Kumsill bejn l-operaturi differenti tas-suq.

Ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi għal annullament msemmija hawn fuq anki kontra r-Regolament Nru 222/2011 u r-Regolament Nru 302/2011 insostenn tal-eċċezzjoni ta’ illegalità abbażi tal-Artikolu 277 TFUE. Sussidjarjament, ir-rikorrenti iqajmu eċċezzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu TFUE anki kontra l-Artikoli 186a u 187 tar-Regolament Nru 1234/2007, li fuqhom huma bbażati r-regolamenti kkontestati


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/35


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI — MIP Metro (METROINVEST)

(Kawża T-284/11)

(2011/C 232/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 954/2010-1, u tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja “METROINVEST”;

sussidjarjament, u unikament f’każ li tinċaħad it-talba preċedenti, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 954/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “METROINVEST”, għal servizzi fil-klassi 36 — Reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7112113

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Nru 30348717 tat-trade mark figurattiva “METRO” fil-Ġermanja, bil-kulur blu u isfar, għal firxa ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45; Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 779116, tat-trade mark figurattiva “METRO” bil-kulur isfar, għal firxa ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, marbuta mad-dritt għal smigħ xieraq u l-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u mal-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trattament ugwali. Ksur mill-Bord tal-Appell tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, minħabba nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/35


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża F-21/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-286/11 P)

(2011/C 232/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-digriet kkontestat fl-intier tiegħu u mingħajr eċċezzjoni, u, barra minn hekk, prinċipalment:

tilqa’ t-talbiet kollha magħmula fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż esposti minnu fil-kuntest tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza appellata, jew, sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f’kompożizzjoni differenti, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fil-mertu fuq kull waħda mit-talbiet magħmula fil-punti preċedenti ta’ dawn it-talbiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni tat-“talbiet għal-danni”

L-appellant isostni, f’dak li jikkonċerna n-nuqqas ta’ istruzzjoni u l-iżnaturament tal-fatti, in-natura żbaljata u mhux raġonevoli tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli ta’ liġi inerenti għall-ħolqien ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-kunċett tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandhom dawn l-istituzzjonijiet kollha kif ukoll il-qrati tal-Unjoni Ewropea, u tal-kunċett ta’ aġir illegali min-naħa ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-ewwel istanza “fuq l-ispejjeż”

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li l-kundanna ta’ parti f’kawża li tirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku l-ispejjeż esposti minnha, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura, tista’ tkun ibbażata biss fuq fatti strettament marbuta mal-kawża inkwistjoni, u mhux fuq aġir allegat tal-istess parti f’kawżi oħra.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/36


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Portovesme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/11)

(2011/C 232/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Portovesme Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Ciulli, G. Dore, M. Liberati u A. Vinci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

(1)

skont l-Artikolu 267 TFUE, tiddikjara illegali d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 38/B/2004 (ex NN 58/2004) u Nru C 13/2006 (ex N587/2005) li l-Italja implementat favur, fost oħrajn, ir-rikorrenti u b’hekk tiddikjara l-annullament totali jew parzjali tagħha;

(2)

sussidjarjament u biss jekk ma tintlaqax it-talba msemmija fil-punt 1), taċċerta ruħha u tiddikjara li d-deċiżjoni hija illegali fil-parti fejn tordna l-ħlas lura tal-għajnuna inkwantu dan imur kontra l-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

(3)

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż u b’riżerva għad-dritt li ssir azzjoni awtonoma għal kumpens għad-danni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka 11-il motiv.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u fuq ksur tal-Artikoli 4, 7, 10 u 14 tar-Regolament 59/1999 (1).

Argumenti insostenn tal-motiv: id-deċiżjoni ttieħdet kważi sitt snin u nofs wara li nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq is-spjegazzjoni żbaljata u/jew mhux kompleta tal-qafas leġiżlattiv u regolamentari inkwistjoni u b’hekk ksur tad-dmir ta’ diliġenza u imparzjalità.

Argumenti insostenn tal-motiv: id-deċiżjoni dwar l-inkompatibbiltà hija bbażata fuq spjegazzjoni tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fiha lakuni u li hija żbaljata, u b’hekk inkisru l-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità li kellhom jiggwidaw lill-Kummissjoni fl-aġir tagħha.

(3)

It-tieni motiv, ibbażat fuq it-trattament differenti irraġonevoli bejn Portovesme u Alcoa Trasformazioni.

Argumenti insostenn tal-motiv: b’deċiżjoni oħra li kienet tirrigwarda kumpannija oħra, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat legali l-istess skema li issa qed tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni fir-rigward tar-rikorrenti, u b’hekk seħħ trattament differenti irraġonevoli bejn iż-żewġ kumpanniji.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Argumenti insostenn tal-motiv: bit-tariffa preferenzjali rikonoxxuta favur ir-rikorrenti l-Istat Taljan intervjena sabiex jelimina sitwazzjoni ta’ żvantaġġ mhux iġġustifikata, u anki sabiex inaqqas l-ispejjeż eċċessivi li għandhom x’jaqsmu mal-konsum tal-enerġija elettrika, dovuti għall-kollegamenti ħżiena tan-netwerk tal-ġżira ma’ dik nazzjonali. Għaldaqstant, ma kinux sodisfatti r-rekwiżiti tal-vantaġġ ekonomiku u tas-selettività tal-miżura. Barra minn hekk, l-intervent tal-Cassa Conguaglio [Fond ta’ Aġġustament għas-settur tal-elettriku] kien biss eventwali u, b’hekk, il-miżura inkwsitjoni ma setgħetx tiġi kkwalifikata bħala riżors impubattbli lill-Istat. Fl-aħħar nett, l-istess miżura ma seta’ jkollha ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri peress li, fir-rigward tas-suq taż-żingu ma jeżistux flussi kummerċjali intra-Komunitarji.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-iżbalji fl-argumenti li fuqhom hija bbażata d-deċiżoni kkontestata.

Argumenti insostenn tal-motiv: id-deċiżjoni hija bbażata fuq l-argument żbaljat li l-għajnuna ħolqot żbilanċ fis-suq tal-enerġija, meta s-suq ikkonċernat mill-iskema huwa dak tal-produzzjoni tal-metalli ta’ densità għolja.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-kwalifika bħala għajnuna ġdida jew bħala għajnuna eżistenti.

Argumenti insostenn tal-motiv: l-għajnuna inkwistjoni jmissha ġiet ikkwalifikata bħala għajnuna eżistenti, li diġà ġiet ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni permezz ta’ deċiżoni preċedenti tal-Kummissjoni.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni.

Argumenti insostenn tal-motiv: il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni li l-miżura inkwistjoni kkontribwiet sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp tal-impjiegi fit-tul fiż-żona kkonċernata.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2, 3, 5, 12 KE u fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u proporzjonalità fl-aġir tal-istituzzjonijiet Komunitarji.

Argumenti insostenn tal-motiv: id-deċiżjoni kkontestata, illegalment, eliminat sistema ta’ għajnuna intiża sabiex telimina sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni gravi eżistenti bejn l-impriżi Taljani li jipproduċu metalli b’densità għolja, minn naħa, u dawk Ewropej, min-naħa l-oħra.

(9)

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 174 TFUE u tal-Anness D u fuq id-dikjarazzjoni Nru 30 fuq il-gżejjer reġjuni.

Argumenti insostenn tal-motiv: il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-iżbilanċ strutturali u tas-suq li jirriżulta mill-insularità.

(10)

L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali [Artikolu 107(3)(a), (b) u (ċ) TFUE] u fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-“LINJI GWIDA fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għal finijiet reġjonali 1998”, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-“LINJI GWIDA” 2007-2013.

Argumenti insostenn tal-motiv: il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu li tivverifika b’mod korrett il-kompatibbiltà tal-għajnuna.

(11)

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

Argumenti insostenn tal-motiv: il-Kummissjoni la kkunsidrat li l-iskema li ġiet estiża lir-rikorrenti kienet diġà ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni permezz ta’ deċiżjoni preċedenti, u lanqas li, fir-rigward ta’ tali skema, ma tqajjem ebda dubju matul il-ħmistax-il sena li kienu għaddew minn meta ttieħdet din id-deċiżjoni, bir-rilevanza konsegwenti ta’ dawn l-aspetti għal dak li jirrigwarda l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/37


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — European Dynamics Luxembourg et vs UASI

(Kawża T-299/11)

(2011/C 232/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Korogiannakis and M. Dermitzakis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-UASI li tagħżel l-offerta magħmula mir-rikorrenti għas-sejħa għal offerti miftuħa Nru AO/021/10 għal “Provvista ta’ servizzi esterni li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ programmi u proġetti kif ukoll pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika (PMTC)” bħala t-tielet kuntrattur fis-sistema kaskata (cascade mechanism), kif innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Marzu 2011, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha tal-UASI relatati mad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratt lill-ewwel u lit-tieni kuntratturi fil-kaskata;

tordna lill-UASI jħallas id-danni sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-proċeduri tas-sejħa għal offerti inkwistjoni li jammontaw għal EUR 6 500 000;

barra minn hekk, tordna lill-UASI jħallas id-danni sostnuti mir-rikorrenti minħabba t-telf ta’ opportunità u d-danni għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tagħhom għall-ammont ta’ EUR 650 000;

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma’ dan ir-rikors, anki f’każ li dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Nru 1605/2002 (1). Ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba r-rifjut li tingħata ġustifikazzjoni suffiċjenti jew spjegazzjoni lir-rikorrenti u minħabba l-oġġezzjoni li tingħata informazzjoni dwar il-merti tal-offerenti magħżula.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti billi matul l-evalwazzjoni itteħdu inkunsiderazzjoni rekwiżiti li ma humiex imsemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti u kummenti vagi u mhux sostanzjati tal-kumitat tal-evalwazzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq trattament diskriminatorju tal-offerenti, nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni tal-offerenti magħżula, ksur tal-Artikoli 93(1)(f); 94 u 96 tar-Regolament Nru 1605/2002 u tal-Artikolu 133(a) u 134(b) tar-Regolament Nru 2343/2002 (2) kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Skont ir-rikorrenti, it-tieni offerent magħżul kellu jiġi eskluż.


(1)  Regolament tal-Kunsilll (KE, Euratom), Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Italmobiliare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/11)

(2011/C 232/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene, G. Rizza u M. Piergiovanni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla in toto jew parzjalment id-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż u d-drittijiet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv jibbaża ruħu fuq l-identifikazzjoni żbaljata tal-persuna li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, bi ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament 1/2003, peress li din tal-aħħar ġiet indirizzata lil Italmobiliare, li hija sempliċiment kumpannija holding, li ma kenitx detentriċi tal-kapital kollu, minflok lil Italcementi, li għandha r-rwol ta’ holding operattiva fil-grupp ta’ kummpanniji li qiegħda fih. Il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ kontradittorju u l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn tidentifika lir-rikorrenti bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, meta hija kienet kompletament estranja għall-investigazzjonijiet li saru s’issa. Ir-rikorrenti tinvoka, fl-aħħar nett, il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li Italmobiliare hija l-unika kumpannija li hija purament holding, involuta fil-kawża.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 (1) tar-Regolament 1/2003 billi l-Kummissjoni bdiet investigazzjoni formali u adottat att vinkolanti mingħajr ma kellha s-setgħa tagħmel dan.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-ewwel nett, il-mezzi użati ma humiex adattati biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxa, billi l-Kummissjoni użat l-Artikolu 18 tar-Regolament 1/2003 fil-kuntest ta’ stħarriġ mhux ibbażat fuq indizzji speċifiċi u b’għan indefinit, li ssib l-elementi ta’ investigazzjoni li kellha tfittex permezz ta’ inkjesta settorjali skont l-Artikolu 17 tar-Regolament 1/2003. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata ma bbilanċjatx adegwatament bejn l-interess li tinvestiga u d-dannu lill-individwi kkonċernati, peress li l-Kummissjoni imponiet indebitament oneri fuq r-rikorrenti għas-sejbien, l-ikkatalogar u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni, li kienu sproporzjonati u mhux raġonevoli.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE. Il-Kummissjoni naqset milli tiddikjara fl-att ikkontestat, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-għażla li jintuża l-istrument legali partikolari tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament 1/2003. L-att huwa wkoll ivvizzjat minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tas-suġġett u l-portata tal-inkjesta u l-ħtieġa tal-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjonijiet li għaddejja bħalissa. Il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi ksur proċedurali sostanzjali, skont l-Artikolu 263 TFUE u ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata billi kisret il-prinċipju ta’ kontradizzjoni. It-terminu ta’ ftit jiem mogħti mill-Kummissjoni biex tagħmel osservazzjonijiet dwar il-kwestjonarju anness mal-Komunikazzjoni tal-4 ta’ Novembru kien manifestament mhux biżżejjed għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ smigħ. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-4 ta’ Novembru għandha kontenut sa ċertu punt differenti mid-deċiżjoni kkontestata: Il-Kummissjoni għalhekk ostakolat lill-kumpannija milli tasserixxi l-argumenti tagħha fir-rigward tal-mistoqsijiet varji li wara ġew inkorporati fl-att finali. Barra minn hekk, l-osservazzjonijiet ġew injorati mill-Kummissjoni taħt diversi aspetti. Il-kontradittorju hekk stabbilit ġie konsegwentement imxejjen, bi preġudizzju għall-possibbiltà ta’ difiża u għall-pożizzjoni tar-rikorrenti fil-kawża..

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jikkonsisti fi (i) nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-kwestjonarji differenti mibgħuta minn żmien għal żmien, suġġetti għal rinumerazzjoni, riformulazzjoni, adattamenti metodoloġiċi u estensjonijiet, (ii) li ttawwal il-proċess istruttorju, lil hinn mil-limiti ta’ raġonevolezza, kif ukoll (iii) il-mod ta’ kif ġiet ġestita l-kawża mill-Kummissjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors fil-qasam tad-danni - Natura kontradittorja tal-proċedura - Użu minn qorti ta’ dokument kunfidenzjali, ikklassifikat bħala “Restreint UE” - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet - Responsabbiltà bbażata fuq nuqqas - Rabta kawżali - Pluralità ta’ kawżi tad-dannu - Għemil ta’ terz - Responsabbiltà indipendenti minn nuqqas - Dmir ta’ assistenza - Obbligu ta’ istituzzjoni li tiżgura l-protezzjoni tal-persunal tagħha - Qtil ta’ uffiċjal u tal-mara tiegħu minn terz - Telf tal-possibbilità ta’ sopravvivenza)

(2011/C 232/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonini u N. Sibona, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro, B. Eggers u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti mir-rikorrenti minħabba l-qtil tat-tifel tiegħu, ex uffiċjal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Is-siltiet mid-dokument tal-2006 dwar ir-regoli u l-kriterji ta’ sigurtà, ikkomunikati mill-Kummissjoni Ewropea lit-Tribunal fil-mori tal-kawża, ser jiġu rrinvijati mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea taħt forma kunfidenzjali bl-indikazzjoni “classifié Restreint UE”.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009, p. 27.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Larue u Seigneur vs BĊE

(Kawża F-84/09) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Aġġustament ġenerali tal-pagi - Ksur tal-metodu ta’ kalkolu)

(2011/C 232/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Emmanuel Larue u Olivier Seigneur (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: G. Nuvoli u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tal-karti tas-salarju ta’ Jannar 2009.

Dispożittiv

(1)

Il-karti tas-salarju ta’ E. Larue u ta’ O. Seigneur għax-xahar ta’ Jannar 2009 huma annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009, p. 44.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Bombín Bombín vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Leave għal raġunijiet personali - Leave annwali - Trasferiment ta’ leave - Uffiċjal li ma għadux fis-servizz - Kumpens finanzjarju)

(2011/C 232/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Luis María Bombín Bombín (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha rrifjutat li tagħti lir-rikorrent, meta rtira, kumpens ta’ iktar minn tnax-il ġurnata għal-leave li ma tteħidx.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ L. M. Bombín Bombín huwa miċħud.

(2)

L. M. Bombín Bombín huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 148, 05.06.10, p. 54.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża F-49/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għall-ħatra ta’ tabib indipendenti - Terminu raġonevoli)

(2011/C 232/69)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jirrimborsax l-ispejjeż għal sessjonijiet ta’ terapija bil-laser.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 221, 14.8.10, p. 61.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011

AS vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda tal-kandidatura - Interess ġuridiku - Uffiċjal invalidu - Indiviżibbiltà tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u tad-deċiżjoni tal-ħatra - Nuqqas - Distinzjoni bejn uffiċjali fl-istess grupp ta’ funzjoni u titulari tal-istess grad u f’karriera differenti - Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg)

(2011/C 232/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AS (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta’ assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma għall-kumpens għad-danni materjali u morali.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta’ AS hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AS is-somma ta’ EUR 3 000.

(3)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ AS.

(5)

AS għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010, p. 43.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Mantzouratos vs Il-Parlament

(Kawża F-64/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni - Ammissibbiltà ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2011/C 232/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 9.10.10, p. 33.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — AQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 - Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post - Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta’ riferenza - Nuqqas ta’ twaqqif ta’ objettivi għat-titolari tal-post)

(2011/C 232/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AQ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta’ prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta’ promozzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ AQ għall-proċedura ta’ evalwazzjoni u tal-promozzjoni tal-2009 kif ukoll id-deċiżjoni li attribwit lil AQ żewġ punti ta’ promozzjoni fl-istess proċedura huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lil AQ is-somma ta’ EUR 2 000.

(3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija tat-talbiet.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Mora Carrasco et vs Il-Parlament

(Kawża F-128/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li matula l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni tiegħu ta’ oriġini - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal trasferit)

(2011/C 232/73)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Mora Carrasco et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u J. F. de Wachter, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 63, 26.02.11, p. 35.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Meierhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/07 RENV) (1)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kandidat li ma għaddiex mill-eżami orali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regoli li jirregolaw ix-xogħol tal-Bord tal-Għażla)

(2011/C 232/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. -G. Schiessl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05, tal-10 ta’ Mejju 2007, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmi kompetizzjoni minħabba li ma għaddiex mill-eżami orali.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ta’ S. Meierhofer inkwantu jikkontesta n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007.

(2)

Il-kumplament tar-rikors ta’ S. Meierhofer huwa miċħud, inparti bħala manifestament infondat u inparti bħala manifestament inammissibbli.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fl-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż tagħha marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal, mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.

(4)

Ir-rikorrent għandu jsostni terz mill-ispejjeż tiegħu marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż kollha tiegħu marbutin mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.


(1)  ĠU C 223, 22.09.07, p. 21.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - DĠE tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport redatt wara s-sentenza mogħtija fil-Kawża F-36/07 - Inammissibbiltà manifesta)

(2011/C 232/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif ġie redatt wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu F-36/07.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 53.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Van Asbroeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni fi grad intermedjarju - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza - Rikors manifestament inammissibbli)

(2011/C 232/76)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Van Asbroeck (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u D. Martin, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi parzjalment annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-introduzzjoni ta’ kumpens favur uffiċjali li bidlu l-kategorija qabel l-1 ta’ Mejju 2004, sabiex jiġi riklassifikat, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2004, fil-grad D*4/8 u sabiex il-karriera tiegħu tiġi kkostitwita mill-ġdid skont il-promozzjonijiet, aġġustamenti annwali u żidiet fl-iskala li seħħew minn dakinhar.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

M. Van Asbroeck għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010, p. 50.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — Schuerewegen vs Il-Parlament

(Kawża F-125/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Miżura ta’ tkeċċija mill-post tax-xogħol - Revoka tal-pass tax-xogħol - Revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk informatiku - Ilment amministrattiv preliminari - Trażmissjoni elettronika - Għarfien effettiv mill-amministrazzjoni - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

(2011/C 232/77)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: D. Schuerewegen (Marienthal, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tiegħu ġie revokat kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni u t-talba għal danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

D. Schuerewegen għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.11, p. 68.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/43


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Mejju 2011 — Florentiny vs Il-Parlament

(Kawża F-90/10) (1)

(2011/C 232/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011, p. 36.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/43


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Mejju 2011 — AL vs Il-Parlament

(Kawża F-93/10) (1)

(2011/C 232/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara li ntlaħaq ftehim bonarju


(1)  ĠU C 328, 04.12.10, p. 61.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/43


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ April 2011 — AR vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-120/10) (1)

(2011/C 232/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 05.03.11, p. 35.