ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.212.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
19 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 212/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Spanja aġġornat, għall-perjodu 2011-2014

1

2011/C 212/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tar-Repubblika Ċeka u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, 2011-2014

5

2011/C 212/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Ġermanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Ġermanja 2011-2014

9

2011/C 212/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Pajjiżi l-Baxxi u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Pajjiżi l-Baxxi, 2011-2015

13

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 212/05

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2011 li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Tneħħija tal-Ġebla u għar-Rimi ta’ Skart Norm ta' Stoneyhill, li tinsab f'Aberdeenshire, l-Iskozja, fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

16

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 212/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6175 – Danaher/Beckman Coulter) ( 1 )

18

2011/C 212/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6191 – Birla/Columbian Chemicals) ( 1 )

18

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 212/08

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004

19

2011/C 212/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011)

20

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 212/10

Rata tal-kambju tal-euro

21

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 212/11

Sejħa għall-proposti – Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni – L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont il-linja tal-baġit 05 08 06 għall-2012

22

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 212/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6299 – KKR/Sorgenia/Sorgenia France) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

36

2011/C 212/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6238 – RREEF/SMAG/OHL – Arenales) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Spanja aġġornat, għall-perjodu 2011-2014

2011/C 212/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010, hu adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jiffurmaw il-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali tagħhom.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità biex jerġgħu jibdew jiftasslu baġits tajbin filwaqt li titreġġa' lura s-sostenibbiltà fiskali, jitnaqqas il-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin ħalli dawn ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fid-29 ta’ April 2011, Spanja ressqet il-Programm ta’ Stabbiltà tagħha għall-2011 li ġie aġġornat u li jkopri l-perjodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha għall-2011. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-ekonomija ta' Spanja ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi u għaddiet minn aġġustament qawwi bejn l-2008 u l-2009. Il-PDG reali waqa' b'4,3 % bejn il-bidu tas-sena 2008 u l-aħħar tas-sena 2010, u l-okkupazzjoni naqset b'aktar minn 10 %. Konsegwentement, ir-rata tal-qgħad telgħet għal 20,1 % fl-aħħar tas-sena 2010, li kienet l-ogħla waħda fl-UE. L-aktar li kellhom isofru l-piż tar-riċessjoni fi Spanja kienu l-ħaddiema żgħażagħ (b'rata ta' qgħad ta' 41,6 %) u l-ħaddiema b'livell inqas ta' edukazzjoni (b'rata ta' qgħad ta' 26,4 %). Ir-rendita fuq id-dejn sovran żdiedet fil-kuntest tal-iżviluppi avversi tad-dejn pubbliku fiż-żona tal-euro u s-sistemi bankarji, b'mod partikolari l-banek tat-tfaddil, sfaw taħt pressjoni kbira malli nfaqgħet il-bużżieqa tas-settur tad-djar u mat-tnaqqis f'salt fis-settur tal-bini. Il-proċess li għadu sejjer ta' assorbiment tal-iżbilanċi makroekonomiċi kbar li nkisbu matul il-perjodu ta' tkabbir qawwi se jkompli għaddej għal xi żmien ieħor. Bħala reazzjoni għal dawn l-isfidi, il-Gvern Spanjol daħal għal aġenda ambizzjuża ta' riforma li tkopri l-konsolidazzjoni fiskali, riforma tal-pensjonijiet pubbliċi, ir-ristrutturar tal-banek tat-tfaddil u r-riformi tax-xogħol u fis-suq tal-prodotti.

(8)

Il-Kunsill wasal għall-opinjoni, imsejsa fuq il-valutazzjoni tal-Programm ta' Stabbiltà li ġie aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, li x-xenarju makroekonomiku li qiegħed fl-isfond tal-previżjonijiet baġitarji fil-Programm ta' Stabbiltà, jidher favorevoli għall-2011 u l-2012. Il-Programm ta’ Stabbilità jippjana li jniżżel id-defiċit tal-baġit taħt il-valur referenzarju ta' 3 % sal-2013, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' April 2009, u li jnaqqas ulterjorment id-defiċit għal 2,1 % tal-PDG fl-2014. Il-Programm ta’ Stabbilità ma jipprevedix il-kisba tal-objettiv ta' terminu medju, li se jibqa' baġit bilanċjat, tul il-perjodu kopert mill-Programm ta’ Stabbilità. Il-pjan ta' aġġustament huwa adattat. It-titjib medju annwali tal-bilanċ strutturali huwa bejn wieħed u ieħor ta' 1,5 % tal-PDG tul il-perjodu 2010-2013, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, u ta' 0,3 % addizzjonali tal-PDG għas-sena 2014. Il-proporzjon ta' bejn id-dejn u l-PDG huwa previst li se jitla' minn 60,1 % tal-PDG fl-2010 għal 69 % fl-2013 u jinżel ftit fl-2014. Hemm għadd ta' riskji negattivi għall-pjan ta' konsolidazzjoni relatat mas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti u fir-rigward tal-miri baġitarji fuq livell reġjonali. Ir-reġjuni huma responsabbli għal sehem kbir min-nefqa pubblika totali u 9 minn 17 qabżu l-objettivi fiskali tagħhom għall-2010. Madanakollu, mekkaniżmi ta’ kontroll tad-defiċit u tad-dejn għall-gvernijiet reġjonali diġà ġew imsaħħa u l-Gvern Spanjol daħal għall-impenn li jieħu miżuri addizzjonali, jekk ikunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri baġitarji.

(9)

Il-kisba ta' konsolidazzjoni fiskali prevista fl-2011 u fl-2012 tirrikjedi l-applikazzjoni stretta tal-mekkaniżmi ta' kontroll tad-defiċit u tad-dejn li ġew stabbiliti għall-gvernijiet reġjonali. F'każ li l-iżviluppi makroekonomiċi u dawk baġitarji fl-2011 u fl-2012 imorru agħar minn kif mistenni, se jkun meħtieġ li jittieħdu l-miżuri addizzjonali li l-Gvern Spanjol intrabat li jieħu sabiex jintlaħqu l-miri baġitarji. Għas-sena 2013, il-Pjan tar-Reviżjoni tan-Nefqa jidentifika ċerti miżuri biex dawn jirfdu l-miri baġitarji. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma għoljin.

(10)

Il-qafas baġitarju ta' terminu medju fi Spanja kien strumentali biex jippromovi l-ippjanar fiskali multiannwali u b'mod ġenerali juri profil tajjeb. Madanakollu, dan il-qafas għadda minn prova minħabba l-kriżi u wera l-ħtieġa li jissaħħu ulterjorment l-istabbiltà fiskali u l-aspett preventiv tal-politika fiskali. Dan ikun jista' jissaħħaħ permezz tal-introduzzjoni ta' regola tal-infiq ibbażata fuq it-tkabbir nominali tal-PDG għal terminu medju skont il-qafas dwar il-governanza ekonomika tal-UE ġdid. Ir-regola, proposta mill-awtoritajiet Spanjoli fil-Programm ta' Stabbiltà tkun torbot awtomatikament lill-gvern ċentrali kif ukoll lill-gvernijiet lokali. Il-Gvern qed jippjana li jintlaħaq kunsens fi ħdan il-Kunsill tal-Politika Fiskali u Finanzjarja dwar l-applikazzjoni tar-regola għall-Komunitajiet Awtonomi.

(11)

Fin-nuqqas ta’ riforma, l-impatt fit-tul li aktarx ikollu t-tixjiħ fuq il-baġit pubbliku fi Spanja jkun ogħla mill-medja tal-UE. Dan hu prinċipalment minħabba li n-nefqa fuq il-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG hija prevista li se tiżdied sostanzjalment għad-deċennji ta’ snin li ġejjin. Fuq medda twila ta' żmien, it-tixjiħ se jwassal għal żieda sinifikanti fil-proporzjon tal-persuni rtirati għal kull ħaddiem. Il-proposta tal-Gvern Spanjol għal riforma tal-pensjonijiet, li ntlaħaq ftehim dwarha flimkien mal-imsieħba soċjali, se ttejjeb b’mod sinfikanti s-sostenibbiltà fiskali u biex jiġu miżjuda l-inċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Madanakollu, ir-riforma għad trid tiġi approvata mill-Parlament u tista' tkun għadha soġġetta għal xi tibdiliet minuri.

(12)

Spanja ħadet passi importanti biex issaħħaħ is-sistema bankarja, billi pprovdiet appoġġ pubbliku u billi ħadet miżuri bil-għan li tirristruttura l-banek tat-tfaddil, issaħħaħ is-solvenza tal-banek u ttejjeb it-trasparenza tal-karti tal-bilanċi tagħhom. Is-settur għadda minn konsolidament notevoli b’riżultat, u speċifikatament fost il-banek tat-tfaddil, b’konsegwenzi pożittivi f’termini tad-daqs medju tal-istituzzjonijiet, tnaqqis tal-kapaċità eċċessiva f'termini ta' fergħat u impjieg, tisħih tal-karti tal-bilanċ, rikapitalizzazzjoni u titjib fl-effiċjenza u fil-profitabbiltà. Il-leġiżlazzjoni reċenti indirizzat il-problemi li nħolqu minħabba r-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-governanza tal-banek tat-tfaddil minħabba li l-parti l-kbira tagħhom jittrasferixxu l-attiv u l-passiv tagħhom lill-banek kummerċjali. Il-Gvern Spanjol intrabat li jiffinalizza l-parti l-kbira tal-proċess ta’ ristrutturar sal-aħħar ta' Settembru tal-2011. Il-kopertura tar-rawnd li jmiss ta’ testijiet ta’ stress ser ikun mill-ġdid fost l-ogħla fl-UE.

(13)

Ir-riforma fis-suq tax-xogħol li għaddejja bħalissa fi Spanja għandha tiġi kkumplimentata minn reviżjoni tas-sistema attwali ta' negozjar kollettiv li hija waħda kumplessa. Il-predominanza tal-ftehimiet provinċjali u ta' dawk tal-industrija ftit li xejn tħalli lok għal negozjati fuq il-livell ta' impriża. L-estensjoni awtomatika tal-ftehimiet kollettivi, il-validità tal-kuntratti mhux imġedda u l-użu ta' klawsoli ta' indiċjar tal-inflazzjoni ex-post, jikkontribwixxu għall-ipparalizzar fil-pagi, filwaqt li jimpedixxu li jkun hemm il-flessibbiltà fil-pagi kif jinħtieġ biex jitħaffef l-aġġustament ekonomiku u titreġġa' lura l-kompetittività. Il-Gvern Spanjol talab lill soċjali biex jiftiehmu dwar riforma tas-sistema ta' negozjar kollettiv tal-pagi matul ir-rebbiegħa tal-2011. Fin-nuqqas ta’ ftehim, fl-10 ta’ Ġunju l-Gvern approva Digriet Irjali li daħal fis-seħħ immedjatament imma li jrid jiġi vvalidat mill-Parlament.

(14)

Fl-isfond ta' rata għolja ħafna ta' qgħad, Spanja varat riforma tas-suq tax-xogħol tagħha permezz tal-liġi ta' Settembru tal-2010. Il-liġi għandha l-għan li jitnaqqsu d-duwaliżmu fis-suq tax-xogħol u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, li tiżdied l-impjegabbiltà ta' gruppi ta' nies vulnerabbli kif ukoll li tiżdied il-flessibbiltà fil-livell ta' kumpanija u titjieb l-efffiċjenza tal-intermedjarjetà fis-suq. Fi Frar tal-2011 ġiet adottata riforma tal-politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol, li wkoll kienet tinkludi miżuri marbuta mat-tisħiħ tar-rwol konsultattiv u ta' gwida tas-servizzi tal-impjiegi u mat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tagħhom fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Għalissa għadu kmieni wisq biex wieħed jevalwa b’mod sħiħ kemm din ir-riforma hija suffiċjenti biex tnaqqas is-segmentazzjoni u biex tnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul minħabba li ċerti miżuri għadhom ma bdewx joperaw. Il-Gvern Spanjol impenja lilu nnifsu li jieħu passi ulterjuri sa Ottubru tal-2011.

(15)

Spanja esperjenzat telf fil-kompetittività abbażi tal-prezzijiet u tal-ispejjeż, għalkemm uriet prestazzjoni relattivament tajba f’termini ta’ ishma tas-suq tal-esportazzjoni, li ġie raffurzat waqt il-kriżi. Iż-żidiet ogħla fil-pagi flimkien mat-tkabbir aktar baxx fil-produttività meta mqabbel ma' dak taż-żona tal-euro, u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni f’ċerti swieq ta’ prodotti, ikkontribwixxew għall-inflazzjoni fi Spanja li baqgħet ogħla b'mod persistenti. Billi ssib spazju sabiex ittejjeb l-effiċjenza tat-taxxi tkun tista’ tagħti spinta lill-kompetittività. Issaħħaħ aktar il-kompetizzjoni fi swieq ta' prodotti u tadotta riforma tas-sistema ta' negozjar kollettiv sabiex tassigura li t-tkabbir tal-pagi jirrifletti aħjar l-iżviluppi tal-kompetittività fil-livell tal-azjenda jgħin sabiex tingħata spinta lill-kompetittività.

(16)

Il-livell għoli tat-tluq bikri mill-iskola fi Spanja (31,2 % fl-2009) huwa partikolarment inkwetanti, minħabba li jdgħajjef id-daqs tal-forza tax-xogħol imħarrġa sew, jaffettwa l-prospetti ta' xogħol tal-individwi kkonċernati u jnaqqas it-tkabbir potenzjali. Il-Liġi dwar l-Ekonomija Sostenibbli, adottata fil-15 ta' Frar 2011, tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u li jżidu l-kwantità tal-kapital uman permezz tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali. Madanakollu, l-effettività tal-miżuri l-ġodda fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola u għat-titjib tat-taħriġ vokazzjonali għadha mhix magħrufa fiċ-ċert u jista' jagħti l-każ li jkun diffiċli li l-implimentazzjoni titwettaq fil-livelli governattivi kollha.

(17)

Spanja għamlet progress sinifikanti fit-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, billi indirizzat waħda mir-raġunijiet tat-tkabbir kajman fil-produttività. It-traspożizzjoni f'liġi tad-Direttiva dwar is-Servizzi hija avvanzata sewwa u ambizzjuża fi Spanja, għalkemm jeħtieġ li jkun hemm ftuħ ulterjuri tas-servizzi professjonali. Il-Liġi dwar l-Ekonomija Sostenibbli tinkludi medda wiesgħa ta' miżuri marbuta mat-titjib tal-ambjent tan-negozju, mat-tisħiħ tal-kompetizzjoni u mal-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali. Implimentazzjoni effettiva titlob sforzi ulterjuri mil-livelli kollha tal-gvern u koordinazzjoni xierqa.

(18)

Spanja ħadet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Mil-lat fiskali, Spanja tieħu l-impenn li tistabbilixxi regola tan-nefqa sabiex issaħħaħ l-istabbiltà fiskali u b'hekk issaħħaħ ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Sabiex issaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja, Spanja impenjat ruħha li, qabel it-30 ta' Settembru, tikkonkludi l-proċess ta' ristrutturar tas-settur finanzjarju. Il-miżuri marbuta mal-impjieg jikkonċentraw fuq l-implimentazzjoni ta' atti fir-rigward tal-politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol u ta' dispożizzjonijiet fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll fuq l-indirizzar tal-impjieg informali. Il-miżuri marbuta mal-kompetittività jikkonċentraw fuq ir-riforma tas-sistema ta' negozjar kollettiv, il-professjonijiet regolati, it-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv dwar il-Kompetittività u r-riforma tal-liġi dwar il-fallimenti. L-impenji ta' hawn fuq jirreferu għall-erba' oqsma tal-Patt. Huma jirrappreżentaw kontinwità tal-aġenda ta' riforma kurrenti, filwaqt li jżidu perjodu ta' żmien strett għall-implimentazzjoni ta' ċerti riformi u jiżguraw li ssir l-implimentazzjoni totali tar-riformi li diġà jkunu twettqu. Dawn l-impenji ġew ivvalutati u ġew ikkunsidrati fir-rakkomandazzjonijiet.

(19)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus. Mhux biss qieset ir-relevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fi Spanja imma wkoll il-konformità tagħhom mar-regoli u mal-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika ġenerali tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni tqis li l-Gvern Spanjol stabbilixxa pjanijiet ta' konsolidazzjoni fiskali li huma konsistenti mal-miri meħtieġa, iżda li xorta fadal ċerti riskji negattivi. It-tkabbir tan-nefqa pubblika għandu jinżamm taħt ir-rata tat-tkabbir tal-PDG għal terminu medju u jeħtieġ li tiġi adottata r-riforma tal-pensjonijiet. Il-passi li għandhom jittieħdu fl-2011-2012 għandhom jikkonċentraw fuq l-iżgurar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja (permezz tal-finalizzazzjoni tar-ristrutturar u tal-konsolidazzjoni tal-banek tat-tfaddil) u tat-tisħiħ tas-sorsi domestiċi għat-tkabbir, billi tiġi indirizzata ż-żieda kurrenti fil-qgħad, b'mod partikolari permezz tar-riforma tan-negozjar kollettiv u tal-implimentazzjoni kontinwa tar-riformi li għaddejjin bħalissa fis-suq tax-xogħol, flimkien ma' monitoraġġi u evalwazzjonijiet mill-qrib tal-effikaċja ta' dawn ir-riformi. Is-settur tas-servizzi, il-kummerċ u l-professjonijiet għandu jiġi estiż għal kompetizzjoni ikbar, u l-piż amministrattiv għall-impriżi għandu jitnaqqas.

(20)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, wara li kkunsidra wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-Programm ta’ Stabbiltà ta' Spanja għas-sena 2011, u l-opinjoni tiegħu (3) ġiet riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) tiegħu ta' hawn taħt. Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta' Spanja,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li Spanja tieħu azzjoni matul il-perjodu 2011-2012 sabiex:

1.

Timplimenta l-istrateġija baġitarja fl-2011 u fl-2012, u tikkoreġi d-defiċit eċċessiv fis-sena 2013 skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-PDE, filwaqt li tiżgura l-kisba tal-miri tad-defiċit fil-livelli governattivi kollha, inkluż permezz tal-applikazzjoni stretta tal-mekkaniżmi ta' kontroll tad-defiċit u tad-dejn għall-gvernijiet reġjonali li qed jintużaw bħalissa; tadotta miżuri ulterjuri f'każ li l-iżviluppi baġitarji u ekonomiċi jmorru agħar milli mistenni; tieħu kwalunkwe opportunità, inkluż minn kundizzjonijiet ekonomiċi aħjar, biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis fid-defiċit; tistabbilixxi miżuri konkreti biex issostni bis-sħiħ il-miri għall-2013 u l-2014 li jġib il-proporzjon għoli ta' dejn pubbliku fi triq 'l isfel u jassigura progress adegwat lejn l-objettiv għal terminu medju. Iżżomm it-tkabbir tan-nefqa pubblika taħt ir-rata tat-tkabbir tal-PDG għal terminu medju, billi tintroduċi regola tan-nefqa vinkolanti fil-livelli governattivi kollha, kif previst. Ittejjeb aktar il-forniment ta' informazzjoni fir-rigward tal-baġits tal-gvernijiet reġjonali u lokali u l-implimentazzjoni tagħhom.

2.

Tadotta r-riforma tal-pensjonijiet proposta sabiex tiġi estiża l-età tal-irtirar statutorja u effettiva u biex jiġi miżjud l-ammont ta' snin ta' ħidma għall-kalkolu tal-pensjonijiet kif kien ippjanat; tirrevedi b'mod regolari l-parametri tal-pensjonijiet f'konformità mal-bidliet tal-istennija tal-għomor, kif kien ippjanat, u tiżviluppa miżuri ulterjuri biex ittejjeb it-tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema kbar fl-età.

3.

Timmonitorja mill-viċin ir-ristrutturar li għaddej bħalissa fis-settur finanzjarju, b’mod partikolari fir-rigward tal-banek tat-tfaddil, bil-ħsieb li tiffinalizzah sat-30 ta’ Settembru kif previst.

4.

Teżamina l-ambitu sabiex ittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta’ tassazzjoni, pereżempju billi titbiegħed minn taxxi fuq ix-xogħol għal taxxi fuq il-konsum u ambjentali waqt li tassigura l-pjanijiet ta' konsolidament fiskali.

5.

Wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u skont il-prattika nazzjonali, tikkompleta l-adozzjoni u tipproċedi bl-implimentazzjoni ta’ riforma komprensiva tal-proċess ta’ negozjar kollettiv u tas-sistema ta’ indiċjar tal-pagi sabiex tassigura li t-tkabbir fil-pagi jirrifletti l-iżvikuppi tal-produttività kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u dawk fil-livell tal-azjenda u sabiex tagħti lill-impriżi biżżejjed flessibiltà sabiex jadottaw internament il-kondizzjonijiet ta' xogħol għal tibdiliet fl-ambjent ekonomiku.

6.

Twettaq valutazzjoni, sal-aħħar tas-sena 2011, dwar l-effetti tar-riformi tas-suq tax-xogħol li saru f'Settembru 2010 u tar-riforma tal-politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol li saret fi Frar 2011, flimkien ma' proposti, skont kif meħtieġ, għal riformi ulterjuri biex titnaqqas is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, u biex jittejbu l-opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ; tiżgura monitoraġġ mill-qrib tal-effettività tal-miżuri stabbiliti fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma biex tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, anke permezz ta' politiki ta' prevenzjoni, u biex tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

7.

Tkompli tiftaħ aktar is-servizzi professjonali u tilleġiżla l-leġiżlazzjoni ppjanata sabiex tiddisinja mill-ġdid il-qafas regolatorju sabiex telimina r-restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni, l-effiċjenza u l-innovazzjoni; timplimenta l-Liġi dwar l-Ekonomija Sostenibbli, notevolment il-miżuri li l-iskop tagħhom huwa li jtejbu l-ambjent tan-negozju u li jsaħħu l-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, fil-livelli kollha governattivi; u ttejjeb il-koordinament bejn l-amministrazzjonijiet reġjonali u nazzjonali sabiex tnaqqas il-piż amminstrattiv għall-impriżi.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Li nżammet għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/5


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tar-Repubblika Ċeka u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, 2011-2014

2011/C 212/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, imsejħa Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010 huwa adotta deċiżjoni dwar il-Linji Gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki nazzjonali ekonomiċi u tal-impjiegi tagħhom.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u tas-7 ta’ Marzu 2011 u b’żieda mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir adottat mill-Kummissjoni). Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f’miżuri konkreti li għandhom jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(5)

Fid-29 ta’ April 2011, ir-Repubblika Ċeka ressqet il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha għall-2011 u fil-5 ta’ Mejju 2011, hija ressqet il-Programm ta’ Konverġenza għall-2011 tagħha aġġornat li jkopri l-perjodu mill-2011 sal-2014. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(6)

Minħabba l-ftuħ kbir fin-negozju tal-ekonomija Ċeka, il-kriżi finanzjarja dinjija ħalliet effett negattiv qawwi fuq it-tkabbir tal-PDG u l-qgħad fir-Repubblika Ċeka. Il-PDG reali naqas b’4,1 % fl-2009, minħabba t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet u fl-investiment domestiku. Ir-rata tal-qgħad żdiedet b’mod sinifikanti minn 4,4 % fl-2008 għal 7,3 % fl-2010, u r-rata tal-impjiegi naqset b’żewġ punti perċentwali bejn l-2008 u l-2010. Madankollu, l-livell għoli ta’ esponiment għan-negozju internazzjonali u l-irkupru b’rata mgħaġġla tas-sħab kummerċjali ewlenin tar-Repubblika Ċeka iffaċilitaw ukoll irkupru relativament mgħaġġel fit-tkabbir tal-PDG reali fl-2010, biex dan laħaq livell ta’ 2,3 % u se jkomplu jappoġġaw irkupru moderat.

(7)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Konverġenza aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-fehma li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi li fuqhom jissejjes il-Programm ta’ Konverġenza huma plawżibbli għall-ewwel sentejn tal-Programm u favorevoli għas-snin ta’ wara, meta vvalutati skont it-tbassir għall-perjodu medju tal-Kummissjoni dwar il-potenzjal produttiv, skont il-metodoloġija li hemm qbil komuni dwarha. Il-Programm ta’ Konverġenza jissejjes fuq tbassir ta’ tkabbir għall-2012 li huwa inqas minn dak imbassar mis-servizzi tal-Kummissjoni fit-tbassir maħruġ fir-Rebbiegħa tal-2011, l-iktar minħabba aktar tnaqqis kontinwu fin-nefqa reali tal-gvern fuq il-konsum – ħaġa li mhijiex meqjusa fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-2012 li huwa msejjes fuq sitwazzjoni ta’ ebda bidla fil-politika. Il-Programm ta’ Konverġenza jipprevedi tnaqqis tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika għal livell li jkun inqas minn 3 % tal-PDG fl-2013 u għal livell ta’ 1,9 % tal-PDG fl-2014. Il-konsolidazzjoni ppjanata hija bbażata l-aktar fuq limitazzjoni tan-nefqa. Il-miżuri proposta huma ġeneralment biżżejjed biex tintlaħaq il-mira sal-2013, kif ġie rrakkomandat mill-Kunsill, iżda hemm riskji marbutin mal-eżitu baġitarju attwali tal-miżuri kif imressqin fil-Programm ta’ Konverġenza. Barra minn hekk, il-kisba tal-miri għall-aħħar snin tal-Programm ta’ Konverġenza donnhom jiddependu fuq kundizzjonijiet ċikliċi favorevoli u fuq aktar kisbiet fl-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika, li jista’ jkun li jsiru dejjem iktar diffiċli biex jintlaħqu. Il-kisba tal-objettivi baġitarji ta’ terminu medju hija mbassra għal żmien li jmur lil hinn mill-perjodu tal-Programm ta’ Konverġenza. L-isforz fiskali medju annwali fil-perjodu mill-2010 sal-2013 huwa ftit inqas mil-livell ta’ 1 % tal-PDG li ġie rrakkomandat mill-Kunsill fil-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv tat-2 ta’ Diċembru 2009.

(8)

Il-Programm ta’ Konverġenza stabbilixxa objettiv ċar sabiex id-defiċit fil-finanzi pubbliċi jinġieb għal inqas minn 3 % tal-PDG sal-2013. L-isfida se tkun li wieħed jiżgura li l-miżuri li fuqhom tissejjes it-triq għat-tnaqqis fid-defiċit mill-2011 sal-2013 u fis-snin ta’ wara ma jikkompromettux it-tkabbir fit-tul, b’mod partikulari billi tiġi ssalagwardjata n-nefqa fuq l-edukazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam pubbliku, u li huma jinkludu lqugħ adegwat għal żidiet fin-nefqa li jiġu minħabba l-iżviluppi demografiċi.

(9)

L-istrateġija għall-konsolidazzjoni baġitarja tinkludi miżuri li jaffettwaw id-dħul mill-VAT: ir-rata l-baxxa tal-VAT mistennija tiżdied fl-2012 u fl-2013, filwaqt li dik li hija ogħla se tonqos fl-2013. Mill-2013 ’il quddiem il-gvern beħsiebu jżid ukoll l-għadd ta’ ditti li għandhom iħallsu l-VAT. Skont il-Programm ta’ Konverġenza , dawn il-bidliet għandhom iwasslu għal żieda fir-rikavati mit-taxxa ta’ 0,7 % tal-PDG fl-2012 u għal 0,1 % ieħor tal-PDG fl-2013. Barra minn hekk, donnu hemm lok għal iktar żieda fid-dħul mit-taxxi indiretti – dħul li kien ta’ 11,8 % tal-PDG fl-2010 meta mqabbel mal-livell medju tal-UE li kien ta’ 13,4 %, u b’hekk jista’ jkun li t-taxxi ma jibqgħux marbutin daqshekk max-xogħol. Ir-riforma ppjanata tat-taxxa ser tiffoka parzjalment fuq din il-kwistjoni. Barra minn hekk, huwa stmat li d-differenza bejn id-dħul reali mill-VAT u l-VAT li għandha titħallas teoretikament hija ferm iktar mill-medja tal-UE – ħaġa li ssostni l-ħtieġa għal miżuri li jtejbu l-konformità fil-qasam tat-taxxi. Għal dan il-għan, ir-Repubblika Ċeka introduċiet miżuri ġodda fl-2011, immirati lejn it-trattament tal-frodi tal-VAT u t-tnaqqis tal-evażjoni tat-taxxa.

(10)

Minħabba li l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa mistenni jkun ferm iktar mill-medja tal-UE, ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet hija kwistjoni importanti. Il-gvern ressaq żewġ settijiet ta’ proposti. L-ewwel sett huwa mistenni jkun approvat mill-Parlament sa Settembru tal-2011 u għandu fil-mira l-pilastru pubbliku ta’ pagament progressiv (“Pay-As-You-Go”) li ilu jsofri minn żbilanċ sa mill-2009. Fost miżuri oħrajn, dan jinkludi żieda fl-età statutarja tal-irtirar, li fl-2041 se tiġi unifikata għal 66 sena u 8 xhur, għall-irġiel u għan-nisa mweldin fl-1975. Għal kull grupp ta' età sussegwenti, l-età tal-irtirar ser tiżdied b'xahrejn oħra, mingħajr limitu predeterminat. Dan is-sett ta’ riformi tal-parametri għandu jgħin biex jindirizza l-problema tas-sostenibbiltà fiskali, iżda jista’ ma jkunx biżżejjed sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kollha ppreżentati minn pressjonijiet demografiċi. It-tieni sett ta’ miżuri, li għadhom ma ġewx approvati mill-gvern, se jkunu magħmulin mill-introduzzjoni ta’ pilastru ieħor volontarju privat fl-2013, bil-għan li tiżdied id-diversifikazzjoni tal-introjti tal-pensjonijiet u li tiġi appoġġata s-suffiċjenza tagħhom fil-ġejjieni billi jkun promoss l-iżvilupp tat-tfaddil privat. Madankollu, il-forma tal-pilastru li qed tiġi ssuġġerita ftit toħloq inċentivi sabiex wieħed jissieħeb fl-iskema u, fil-verità, tista’ tkompli żżid il-pressjonijiet fit-tul imsemmija hawn fuq. Il-kostijiet biex jitħaddmu t-tali fondi tal-pensjonijiet ukoll iridu jiġu analizzati sewwa u jridu jinżammu f’livell li jkun baxx kemm jista’ jkun sabiex ikun żgurat li l-iskema tkun effikaċi.

(11)

Is-suq tax-xogħol huwa meqjus li hu flessibbli b’mod moderat u ma kien wera l-ebda nuqqas kbir ta’ funzjonament qabel il-kriżi finanzjarja dinjija. Madankollu hemm xi nuqqasijiet strutturali. Sfida ewlenija għandha x’taqsam mad-diffikultajiet kbar li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa li għandhom it-tfal meta jkunu qed jerġgħu jidħlu fis-suq wara li jkunu ħarġu bil-liv tal-maternità. Din il-kwistjoni hija importanti wkoll minħabba r-riperkussjonijiet ekonomiċi usa’ tagħha: perjodi itwal mingħajr xogħol, differenza ikbar bejn in-nisa u l-irġiel b’rabta mal-impjiegi u distakk għoli ħafna bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel. Għadu diffiċli li wieħed imur lura għax-xogħol malajr wara li jkollu t-tfal, minkejja l-isforz tal-gvern li jagħti għażla ikbar lill-ġenituri biex jiddeċiedu t-tul taż-żmien tal-liv tal-ġenituri. Il-problema ġejja, b’mod parzjali, min-nuqqas ta’ rieda tal-kumpaniji li jipprovdu kuntratti tax-xogħol part-time, kuntratti li jużaw ħafna drabi l-impjegati bit-tfal żgħar fl-Istati Membri l-oħra, u, b’mod parzjali, id-disponibbiltà limitata ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal li huma għall-but ta’ kulħadd. Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma jidentifika numru ta' miżuri konkreti sabiex iżid id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal, inkluż għat-tfal ta’ inqas minn tliet snin.

(12)

Filwaqt li r-rata ġenerali tal-qgħad u dik tal-qgħad fit-tul għadhom ferm inqas mill-medja tal-UE, din tal-aħħar qiegħed tiżdied bħala konsegwenza tal-kriżi, b’mod partikulari fost dawk li għandhom bejn l-20 u d-29 sena. Dawk li għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni kif ukoll dawk l-oħrajn li jaqilgħu pagi baxxi jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet konsiderevoli biex isibu x-xogħol. In-nefqa fuq politiki attivi tas-suq tax-xogħol u s-sehem ta’ parteċipanti f’miżuri regolari t’attivazzjoni għandhom jiżdiedu u dawn il-miżuri għandhom jiġu mmirati aħjar.

(13)

L-ineffiċjenzi fl-amministrazzjoni pubblika, li jaffettwaw l-ambjent tan-negozju, jistgħu jiġu indirizzati billi l-istrateġiji eżistenti jiġu implimentati b’mod komprensiv. Fl-2007, il-gvern nieda aġenda għal “regolazzjoni aħjar” u strateġija għal kontra l-korruzzjoni għall-2011 sal-2012. Dawn jinkludu miżuri li huma importanti sabiex tittejjeb il-kwalità tal-qafas legali u regolatorju Ċek, li huwa kklassifikat f’livell inqas mill-medja tal-UE skont stħarriġ internazzjonali, u sabiex tissaħħaħ il-kunfidenza tan-negozji. Hemm sfida biex l-amministrazzjoni pubblika ssir stabbli, minħabba li r-ristrutturar ta’ spiss u b’konsegwenzi kbar tagħha jfixkel l-effiċjenza tagħha. Biex dan iseħħ, se jkun importanti li jiġi adottat l-Att dwar il-ħaddiema taċ-ċivil, li ilha żmien tiġi posposta. Dan l-aħħar il-gvern adotta miżuri sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Madankollu, element wieħed tal-qafas regolatorju, li huwa t-tip ta’ ishma speċifiċi fil-kumpaniji li jippermettu t-trasferiment tal-ġid b’mod kompletament anonimu jixraqlu li jingħata iktar attenzjoni.

(14)

Il-kriżi mistennija twassal għal impatt negattiv fuq it-tkabbir potenzjali. Minkejja l-għadd kbir ta’ żgħażagħ li qed isegwu kors fl-università, huwa importanti li jittejjeb il-kapital uman. Dan qed jixxekkel mill-kwalità insuffiċjenti tat-taħriġ, kif muri mill-klassifikazzjoni baxxa tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja tar-Repubblika Ċeka f’diversi stħarriġ internazzjonali. Barra minn hekk, l-infiq għal kull student, fi prezzijiet li jistgħu jitqabblu, jinsab fl-aħħar kwart tal-Istati Membri u huwa limitat b’mod speċjali fejn tidħol l-edukazzjoni primarja. Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma jagħti miżuri għall-istadji kollha tal-edukazzjoni. Riforma kumplessa tal-edukazzjoni terzjarja ilha titħejja diversi snin. Sabiex ikun hemm il-kompetittività u l-kapaċità għall-innovazzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li l-edukazzjoni terzjarja tkun ta’ kwalità u li din tkun effiċjenti.

(15)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta’ Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tar-Repubblika Ċeka. Hija qieset mhux biss ir-rilevanza tagħhom għal politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fir-Repubblika Ċeka, imma wkoll il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika ġenerali tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali tal-ġejjieni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-konsolidazzjoni fiskali għandha tinżamm fil-mira, filwaqt li għandha titħares in-nefqa li ttejjeb it-tkabbir. Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tiddependi ħafna fuq il-ħila li wieħed jimplimenta, dal-ħin stess, ir-riforma meħtieġa fis-sistema tal-pensjonijiet. Huwa essenzjali li wieħed itejjeb il-livell ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikulari min-naħa tan-nisa, u li wieħed joħloq iktar opportunitajiet tax-xogħol għal dawk li ilhom żmien twil bla xogħol. Għall-kompetittività huwa kruċjali li wieħed jieħu iktar passi sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u tal-qafas regolatorju, kif ukoll il-kwalità tal-edukazzjoni terzjarja.

(16)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, u filwaqt li titqies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Konverġenza tar-Repubblika Ċeka u l-opinjoni tiegħu (3) tidher b’mod partikulari fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mogħtija fil-punti (1) u (2) t’hawn taħt. Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tar-Repubblika Ċeka,

JIRRAKKOMANDA li r-Repubblika Ċeka tieħu azzjoni fil-perjodu mill-2011 sal-2012 sabiex:

1.

Timplimenta l-konsolidazzjoni ppjanata fl-2011 u tieħu miżuri kumpensatorji ta’ natura permanenti kif meħtieġ fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqasijiet fid-dħul ippjanat jew devjazzjonijiet fin-nefqa. Hija għandha tadotta l-miżuri fiskali kif ippjanati fil-Programm ta' Konverġenza għall-2012 u għandha tibbaża l-mira tal-2013 fuq miżuri iktar speċifiċi; soġġett għal dan, għandha tevita li tnaqqas in-nefqa fuq affarijiet li jtejbu t-tkabbir. Ittejjeb l-effiċjenza tal-investimenti pubbliċi u tkompli l-isforzi biex tisfrutta l-lok li hemm għal żidiet fid-dħul mit-taxxa indiretta sabiex jitmexxew it-taxxi lil hinn mix-xogħol, ittejjeb il-konformità fil-qasam tat-taxxi u tnaqqas l-evażjoni tat-taxxa. Tiżgura sforz fiskali medju matul il-perjodu 2010-2013 ta' 1 % tal-PDG, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li ser jippermetti li tintlaħaq l-iskadenza tal-PDE b'marġni suffiċenti fl-2013.

2.

Timplimenta r-riforma sħiħa ppjanata tas-sistema tal-pensjonijiet sabiex ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi u tiżgura s-suffiċjenza tal-pensjonijiet fil-ġejjieni. L-isforzi addizzjonali għandhom jiffukaw fuq iktar tibdil fil-pilastru pubbliku sabiex jiġi żgurat li s-sistema ma tkunx sors ta' żbilanċi fiskali fil-futur, u fuq l-iżvilupp tat-tfaddil privat. Bil-ħsieb li tiżdied l-età effettiva tal-irtirar, jistgħu jiġu kkunsidratimiżuri bħal rabta bejn l-età statutarja tal-irtirar u l-istennija tal-għomor. Tiżgura li l-iskema ffinanzjata prevista tattira parteċipazzjoni wiesgħa, u li din titfassal b’mod li l-kostijiet amministrattaivi jkunu trasparenti u baxxi.

3.

Ittejjeb il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jitnaqqsu l-ostakli biex il-ġenituri li għandhom it-tfal żgħar jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol permezz ta’ iktar faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal li huma għall-but ta’ kulħadd u ta’ aċċess akbar għalihom. Għandha tiżdied l-attrazzjoni u d-disponibbiltà ta’ forom ta’ arranġamenti tax-xogħol li huma iktar flessibbli, bħall-impjiegi part-time.

4.

Ittejjeb il-prestazzjoni tas-servizz pubbliku tal-impjiegi sabiex tiżdied il-kwalità u l-effikaċja tat-taħriġ, tal-għajnuna fit-tfittxija għal xogħol u tas-servizzi personalizzati, billi l-fondi tal-programmi jkunu marbutin mar-riżultati. F'kooperazzjoni mal-partijiet interessati, għandhom jiġu estiżi programmi speċifiċi tat-taħriġ, li jkunu adattati għall-ħaddiema li huma mdaħħlin fl-età, għaż-żgħażagħ, għall-persuni bi ftit kompetenzi, u għal gruppi vulnerabbli oħrajn.

5.

Tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi f’oqsma li huma essenzjali għall-ambjent tan-negozju. F'dan il-kuntest għandha tiġi implimentata b’rata iżjed mgħaġġla l-istrateġija għal kontra l-korruzzjoni skont miri identifikati, għandu jiġi adottat l-Att dwar il-ħaddiema taċ-ċivil sabiex ikunu promossi l-istabbiltà u l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika u jittieħdu passi sabiex tiġi indirizzata s-sjieda anonima tal-ishma.

6.

Għandha tiġi stabbilita sistema trasparenti għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istituzzjonijiet akkademiċi u din għandha tintrabat mal-finanzjament tagħhom, sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-edukazzjoni terzjarja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/9


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Ġermanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Ġermanja 2011-2014

2011/C 212/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn tinħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex-ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qagħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fis-27 ta' April 2011 il-Ġermanja ressqet il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tagħha, li jkopri l-perjodu 2011-2015, u fis-7 ta' April 2011 ressqet il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tagħha għall-2011. Sabiex jingħata kas tar-rabtiet bejn iż-żewġ programmi, ġew ivvalutati fl-istess ħin.

(7)

L-ekonomija Ġermaniża daħlet fil-kriżi f'pożizzjoni relattivament soda. Madanakollu, it-tnaqqis fil-kummerċ dinji wassal għal kollass tal-esportazzjonijiet u tal-investimenti fl-2009, b'mod li l-PDG reali ċkien b'4,7 %, figura li qatt ma kienet intlaħqet qabel. Minkejja dan, wara li għola ftit, il-qgħad ilu minn tmiem l-2009 li reġa' beda nieżel. Ir-reżiljenza tas-suq tax-xogħol tirrifletti l-effetti benefiċjali tar-riformi li saru fl-imgħoddi li ffaċilitaw tnaqqis fis-sigħat maħduma u tas-sussidji għal xogħol b'ħinijiet iqsar. L-ekonomija reġgħet ġiet f'postha bil-qawwa wara d-daqqa tar-riċessjoni, u l-PDG reali fl-2010 tela' bi 3,6 %. L-esportazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom reġġgħu lura t-tnaqqis massiv li kien hemm fl-2009 u wittew it-triq għal irkupru fuq bażi usa' li wassal ukoll biex jitnaqqas il-bilanċ pożittiv fil-kont kurrenti. L-ekonomija kompliet ittejjeb il-kompetittività tagħha vis-à-vis l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro. Il-baġit ġenerali tal-Gvern fl-2009 waqa' minn pożizzjoni fejn kien f'bilanċ għal waħda b'defiċit ta' 3 % tal-PDG, b'riżultat ta' stabbilizzaturi awtomatiċi li ntużaw bil-qawwa kollha tagħhom u ta' miżuri diskrezzjonarji li ttieħdu biex jiġi missielet it-tnaqqis ekonomiku. L-irkupru ekonomiku għen biex fl-2010 d-defiċit inżamm taħt kontroll (3,3 % tal-PDG) minkejja stimulu fiskali mdaqqas u miżuri ta' sostenn għas-suq li għadhom għaddejjin.

(8)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-Programm aġġornat ta' Stabbiltà, li saret skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-fehma li x-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa msejjes il-Programm ta' Stabbiltà huwa kawt fil-każ tal-2011 u mbagħad isir plawsibbli, anki kif ivvalutat b'paragun mat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa tal-2011. Il-Programm ta’ Stabbiltà jipprojetta li l-PDG reali se jikber bi 2,3 % fl-2011, qabel ma jbatti għal 1,8 % fl-2012 u jasal għal medja ta' 1,5 % fl-2013-2015. Il-Programm ta’ Stabbiltà jippjana li d-defiċit ikun diġà niżżlu taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG fl-2011, jiġifieri sentejn qabel iż-żmien li stabbilixxa l-Kunsill biex dan isir, u li jagħmel aktar progress lejn il-kisba tal-Objettiv ta' Terminu Medju (OTM) – defiċit ta' 0,5 % tal-PDG f'termini strutturali – fl-2014. Wara li ssir il-korrezzjoni mistennija tad-defiċit eċċessiv, il-pass tal-aġġustament lejn l-OTM skont il-Programm ta’ Stabbiltà jaqa' taħt il-valur referenzjarju ta' 0,5 % tal-PDG fl-2013 u fl-2014. Filwaqt li l-proporzjon tad-dejn meta pparagunat mal-PDG fl-2010 kiber bi kważi 10 punti perċentwali (3), huwa pprojettat li se jibda nieżel mill-2011 'il quddiem u huwa mistenni jilħaq il-75,5 % tal-PDG sal-2015; b'hekk jibqa' ogħla mill-valur ta' referenza tat-Trattat. Jidher li, b'mod ġenerali, ir-riskji għall-projezzjoni baġitarja għall-2011 huma bbilanċjati, iżda wara r-riżultati jistgħu jkunu agħar milli mistenni minħabba li xi tfaddil jista' ma jseħħx kif maħsub. Ċerti miżuri għad iridu jiġu ddibattuti (eż. it-taxxi fuq l-enerġija u t-transazzjonijiet finanzjarji) u oħrajn għad iridu jiġu speċifikati (eż. titjib tal-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika). Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li jittieħdu aktar miżuri biex jiġi sostnut is-suq finanzjarju. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma medji.

(9)

Minħabba li r-riforma ta' dan l-aħħar tas-sistema tas-servizzi tas-saħħa daħħlet miżuri biex jiġu kkontrollati ż-żidiet fl-infiq, l-aktar fl-2011 u fl-2012, jekk jittieħdu aktar passi biex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika fuq is-servizzi tas-saħħa u fuq il-kura fuq medda twila ta' żmien ikun qed jingħata sostenn lit-triq li ġiet maħsuba biex ikun hemm konsolidazzjoni. Fl-istess waqt, jekk tinżamm direzzjoni lejn il-konsolidazzjoni li fil-biċċa l-kbira tagħha tkun orjentata lejn it-tkabbir, inkluż billi tiżgura nefqa adegwata fuq l-edukazzjoni, dan jgħin biex jissaħħaħ il-potenzjal għat-tkabbir fuq medda twila ta' żmien.

(10)

Għalkemm il-qafas fiskali Ġermaniż issaħħaħ konsiderevolment bl-introduzzjoni ta' regola baġitarja kostituzzjonali, bil-ħolqien tal-Kunsill ta' Stabbiltà u bis-sistema ta' twissija bikrija biex ma jitħalliex li jkun hemm perikli baġitarji, ir-regola baġitarja għad trid tiġi implimentata għal kollox fil-livell tal-Länder. Biex tissaħħaħ il-kredibbiltà ġenerali tal-finanzi pubbliċi, ikun tajjeb ukoll li jkompli jissaħħaħ il-mekkaniżmu assoċjat ta' monitoraġġ u ta' sanzjonar.

(11)

Il-kriżi kixfet vulnerabbiltajiet serji fil-qasam bankarju. Telfiet kbar u tniżżil qawwi fil-valur rigward investimenti internazzjonali f'self subprime u f'assi strutturati dgħajfu l-bażi kapitali ta' xi banek u wasslu għall-ħtieġa ta' interventi Statali sostanzjali. Il-kriżi esponiet ukoll id-dgħjufijiet ta' xi Landesbanken, li qabel faqqgħet il-kriżi kienu diġà qed ibatu minn nuqqas ta' strutturi effettivi tal-ġestjoni tar-riskju u mill-fatt li ma kienx jeżisti mudell vijabbli ta' negozju. Jekk issir aktar riforma tas-settur bankarju, li tkun tinkludi r-ristrutturazzjoni tal-Landesbanken għandhom bżonn ta' mudell vijabbli u ffinanzjat b'mod adegwat ta' negozju, kif ukoll it-tisħiħ tal-qafas regolatorju u superviżorju, dan jgħin biex tinżamm l-istabbiltà tas-settur finanzjarju u biex jiġi wkoll żgurat li jkun hemm allokazzjoni aktar effiċjenti tat-tfaddil domestiku bħala mod kif jiġu sostnuti d-domanda u l-investiment.

(12)

Il-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività strutturali tal-ekonomija Ġermaniża jiddependu bil-kbir fuq forza tax-xogħol imħarrġa tajjeb u mogħnija bil-ħiliet, iżda meta wieħed iqis l-iżviluppi demografiċi jista' jkun li jkun hemm nuqqasijiet urġenti fil-provvista ta' ħaddiema. Dan jenfasizza l-importanza li l-potenzjal tal-forza tax-xogħol jiġi utilizzat kollu kemm hu billi jitwarrbu l-ostakli li jxekklu lil gruppi partikulari (il-ħaddiema ta' età ikbar, in-nisa, dawk bi ftit kompetenzi, dawk li m'għandhomx in-nazzjonalità tal-UE) milli jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, kif ukoll l-importanza li jkompli jiġi żviluppat il-kapital uman. Jekk jiġi indirizzat il-piż tat-taxxa, li għadu għoli b'mod speċjali għal dawk li għandhom dħul baxx jew medju, dan itejjeb l-inċentivi biex wieħed jaħdem filwaqt li jippermetti li ż-żidiet fil-pagi fil-biċċa l-kbira tagħhom jissarrfu f'introjtu disponibbli akbar u f'aktar domanda domestika. L-intaxxar tal-koppji joħloq diżinċentivi għall-provvista tax-xogħol. Il-“Faktorverfahren” introdotta fl-2009 tippermetti li l-piż ta' kull xahar tat-taxxa fuq l-individwu jirrifletti d-dħul personali ta' kull individwu, waqt li l-piż tat-taxxa għas-sena b’mod sħiħ jibqa’ mhux mibdul. L-effetti ta’ din ir-riforma fuq il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol għandu jiġi mmonitorjat. F’dan il-kuntest, miżuri oħra sabiex jitnaqqsu diżinċentivi possibbli li jifdal għax-xogħol jistgħu ikunu meħtieġa. Aktar disponibbiltà ta' faċilitajiet fejn jieħdu ħsieb it-tfal, b'mod partikulari, ukoll tgħin biex titjieb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza full-time tax-xogħol, li għadha baxxa. Barra minn dan, jekk jiżdied l-għadd ta' persuni bi kwalifiki ta' taħriġ vokazzjonali, dan jista' jtejjeb il-possibbiltajiet li ħaddiema bi ftit kompetenzi jidħlu fis-suq tax-xogħol.

(13)

Dan l-aħħar il-Ġermanja ħadet deċiżjonijiet radikali dwar it-taħlita tal-enerġija tagħha għall-ġejjieni. L-implimentazzjoni tal-Kunċett tal-Enerġija se timplika trasformazzjoni fundamentali fil-provvista tal-enerġija u se jkollha implikazzjonijiet għall-prezzijiet tal-enerġija u għall-kompetittività tal-ekonomija fuq medda medja u twila ta' żmien. Jeħtieġ, għalhekk, li l-effettività tar-riżultati meta mqabblin man-nefqa tkun il-prinċipju ewlieni ta' gwida għall-implimentazzjoni tal-Kunċett tal-Enerġija, li għandu jkun imsejjes fuq konsum effiċjenti tal-enerġija, fuq skemi ta' appoġġ li jagħtu riżultati effettivi meta mqabblin man-nefqa, u fuq grilji adegwati tal-elettriku għall-enerġija li tiġġedded u swieq kompetittivi tal-enerġija.

(14)

Jekk tingħata spinta lill-kompetizzjoni fis-settur privat, dan jinkuraġġixxi t-tkabbir tal-produttività u jagħti sostenn lid-domanda domestika. Anki t-tkabbir aktar dinamiku tas-settur tas-servizzi jista' jikkontribwixxi biex titwessa' l-bażi għat-tkabbir tal-provvista u tad-domanda fil-Ġermanja. Minkejja l-progress konsiderevoli li sar fl-aħħar snin bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi, jidher li hemm fejn ix-xkiel għad-dħul u l-ħruġ ta' ditti jkompli jitnaqqas, notevolment billi tkompli tiġi ssimplifikata s-sistema tal-liċenzji u tal-permessi u tiġi ssimplifikata r-regolamentazzjoni għall-eżerċizzju ta’ ċerti servizzi professjonali. Il-ġustifikazzjoni u l-adegwatezza tar-regolamentazzjoni ta’ ċerti snajja’ tista’ tiġi eżaminata. Rigward is-servizzi tal-industrija tan-netwerks, il-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju tista’ tiġi mtejba. Jekk jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Aġenzija Federali tan-Netwerks u l-infrastruttura tal-bejgħ u tal-biljetti tinfetaħ għall-kompetituri, tiġi inkuraġġita l-kompetizzjoni fuq medda qasira ta' żmien.

(15)

Aktar riformi sabiex jitjiebu l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni u tat-taħriġ huma ta' importanza ewlenija biex ikun hemm provvista ta' ħaddiema b'ħiliet adegwati, anki fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi. Huwa mbassar li se jkun hemm nuqqasijiet ta' ħaddiema, b'mod partikulari dawk b'ħiliet medji u b'ħiliet għoljin, speċjalment fir-rigward tas-suġġetti tal-matematika, tax-xjenza u tat-teknoloġija. Ir-rati tal-kisbiet edukattivi taż-żgħażagħ fil-Ġermanja, kemm fil-livell sekondarju superjuri kif ukoll f'dak terzjarju, huma iktar baxxi mill-medja tal-UE. Ir-riżultati edukattivi jistgħu jitjiebu billi tiżdied id-disponibbiltà tal-edukazzjoni preprimarja u tal-iskejjel għal ġurnata sħiħa u billi titħaffef it-tranżizzjoni bejn partijiet differenti tas-sistema skolastika.

(16)

Il-Ġermanja daħlet għal għadd ta' impenji bħala parti mill-Patt Euro Plus. Mill-aspett fiskali, l-impenji jitolbu li d-defiċit eċċessiv jissewwa sa mill-2011 u li l-miri li saru bħala parti mir-regola baġitarja nazzjonali jintlaħqu b'marġni wiesa' fl-2011-2012. Sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja, il-miżuri jinkludu r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni effiċjenti tas-suq kapitali. Il-miżuri dwar ix-xogħol jiffukaw fuq il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (riforma tal-istrumenti attivi tas-suq tax-xogħol, integrazzjoni aħjar tal-professjonisti bi kwalifiki barranin, u integrazzjoni tal-migranti) u fuq l-edukazzjoni (il-Patt dwar l-Edukazzjoni Bażika). Il-miżuri favur il-kompetittività jiffukaw fuq l-industriji tan-netwerks, l-enerġija u s-settur tas-servizzi (i.e. aġenzija għat-trasparenza tas-suq għas-settur tal-elettriku u l-gass, programm dwar l-elettromobbiltà, u aktar finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport) kif ukoll fuq l-edukazzjoni (i.e. l-Inizjattiva għall-Eċċellenza sabiex jiġu promossi l-iskejjel ta' speċjalizzazzjoni u l-finanzjament tal-Patt Universitarju). Dawn l-impenji jirreferu għall-erba' oqsma tal-Patt. Huma jirriflettu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-aġenda usa' tar-riforma ppreżentata b'mod ġenerali fil-Programm ta' Stabbiltà u f'dak Nazzjonali ta' Riforma. Madanakollu, diversi oqsma ta' linji politiċi għadhom mhux indirizzati fl-impenji tal-Patt (eż. ir-ristrutturazzjoni tal-Landesbanken jew il-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol) jew huma biss imsemmijin fuq fuq (il-ftuħ tas-settur tas-servizzi u tal-industriji tan-netwerks għal kompetizzjoni ikbar). Fir-rakkomandazzjonijiet, l-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u ngħata kashom.

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Ġermanja, inklużi l-impenji tagħha bħala parti mill-Patt Euro Plus. Hija tat kas mhux biss tar-relevanza tagħhom għal linja politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fil-Ġermanja iżda wkoll tal-konformità tagħhom mar-regoli u mal-gwida tal-UE, minħabba l-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika ġenerali tal-Unjoni Ewropea billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni mil-livell tal-UE għal deċiżjonijiet nazzjonali fil-ġejjieni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li l-istrateġija baġitarja Ġermaniża tiġi implimentata kif maħsub. Sforz ta’ aġġustament strutturali adegwat lejn l-OTM għandu wkoll jiġi assigurat minn hemm ’il quddiem, filwaqt li l-pajjiż jibqa' għaddej fi triqtu lejn il-konsolidazzjoni b'mod li jaġevola t-tkabbir. Fl-2011-2012 għandhom jittieħdu aktar passi li jiffukaw fuq li jiġu żgurati l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja (eż. permezz tar-ristrutturazzjoni tal-Landesbanken), it-tisħiħ tal-għejun domestiċi għat-tkabbir, billi tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta' tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol, billi jitjiebu l-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni u l-kwalità tagħha, u billi s-settur tas-servizzi, il-kummerċ u l-professjonijiet kif ukoll l-industriji tan-netwerks jinfetħu għal kompetizzjoni ikbar.

(18)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, anki meta wieħed iqis ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta' Stabbiltà tal-Ġermanja u l-opinjoni tiegħu (4) hija riflessa b'mod partikulari fir-rakkomandazzjoni (1) tiegħu hawn taħt. Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Ġermanja,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Ġermanja tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 sabiex:

1.

Timplimenta l-istrateġija baġitarja għas-sena 2012 u lil hinn minnha kif maħsub, b’hekk iġġib il-proporzjon tad-dejn pubbliku fi triq ’l isfel, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill taħt il-PDE. Tassigura sforz ta’ aġġustament strutturali adegwat lejn l-objettiv ta’ terminu medju minn hemm ‘il quddiem. Tlesti l-implimentazzjoni tar-regola baġitarja fil-livell tal-Länder u tkompli ssaħħaħ il-mekkaniżmu korrispondenti ta' monitoraġġ u ssanzjonar. Iżżomm fi triq ta' konsolidazzjoni li taġevola t-tkabbir, b'mod partikulari billi tissalvagwardja nefqa adegwata fuq l-edukazzjoni u billi tkompli ttejjeb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika fuq is-servizzi tas-saħħa u fuq il-kura fuq medda twila ta' żmien.

2.

Tindirizza d-dgħufijiet strutturali fis-settur finanzjarju, b'mod partikulari billi tirristruttura l-Landesbanken li għandhom bżonn ta' mudell vijabbli li jkun iffinanzjat b'mod adegwat ta' negozju.

3.

Iżżid il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol billi ttejjeb l-aċċess ġust għas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u billi tieħu passi ulterjuri sabex tnaqqas il-piż kbir fuq it-taxxi b'mod li l-effett fuq il-baġit ikun newtru u ttejjeb l-inċentivi tax-xogħol għal persuni b’perspettivi ta’ dħul baxx. Iżżid l-għadd ta' faċilitajiet full-time fejn jieħdu ħsieb lit-tfal u tal-iskejjel ta' ġurnata sħiħa. Timmonitorja mill-viċin l-effetti tal-miżuri ta’ riforma reċenti sabiex jitnaqqsu d-diżinċentivi tat-taxxa għal dawk li huma t-tieni sors ta' dħul, u tieħu passi ulterjuri f’każ li jibqgħu id-diżinċentivi.

4.

Tneħħi restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq ċerti servizzi professjonali u fuq ċerti snajja'. Ittejjeb il-kompetizzjoni fl-industriji tan-netwerks, issaħħaħ ir-rwol ta' superviżjoni li għandha l-Aġenzija Federali tan-Netwerks fis-settur ferrovjarju; u, fil-kuntest tal-Kunċett nazzjonali tal-Enerġija li tħabbar, tiffoka fuq it-titjib tal-effettività fuq medda twila ta' żmien tal-Att dwar l-Enerġija li Tiġġedded meta mqabbla man-nefqa, b'mod li jiggarantixxi l-indipendenza effettiva tal-produzzjoni u t-trażmissjoni tal-elettriku u li jtejjeb l-interkonnessjonijiet transkonfinali.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Il-qabża li kien hemm fl-2010 kienet marbuta l-aktar mal-fatt li żewġ banek li kienu f'qagħda diffiċli ttrasferew assi danneġġati lill-“banek tal-assi ħżiena” rispettivi tagħhom, li huma kklassifikati taħt is-settur governattiv. B'konformità mal-gwida tal-Eurostat dwar ir-regoli tal-kontabbiltà għall-istrutturi ta' annullament finanzjarju (ir-responsabbiltajiet korrispondenti tal-“banek tal-assi ħżiena” kellhom impatt dirett fuq il-livell tad-dejn.

(4)  Previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/13


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Pajjiżi l-Baxxi u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Pajjiżi l-Baxxi, 2011-2015

2011/C 212/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fis-29 ta’ April 2011, il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu l-aġġornament tal-Programm ta’ Stabbiltà 2011 tagħhom li jkopri l-perijodu 2011-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħhom. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

Minkejja li qabel kellha prestazzjoni soda, hekk kif żviluppat l-kriżi, l-ekonomija Olandiża ferm miftuħa sofriet b'mod sinifikanti: il-PDG reali naqas bi kważi 4 % fl-2009. L-irkupru beda fl-aħħar sitt xhur tal-2009, imsejjes fuq domanda esterna li bdiet tiżdied u żdiedet b'rata sostanzjali fl-ewwel sitt xhur tal-2010, bir-riżultat li ż-żieda fil-PDG kienet 1,8 %. L-impatt tal-kriżi fuq is-suq tax-xogħol kien relattivament ikkontrollat. Il-qgħad huwa mistenni li jonqos gradwalment matul is-sentejn li ġejjin minn 4,5 % fl-2010 għal 4 % fl-2012. L-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi pubbliċi Olandiżi kien enormi, bid-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jiżdied għal 5,5 % tal-PDG fl-2009 u għal 5,4 % fl-2010. L-operazzjonijiet tal-Gvern biex jappoġġa l-istituzzjonijiet finanzjarji u jistabilizza s-swieq finanzjarji kienu jirrikjedu żieda fil-proporzjoni tad-dejn tal-gvern bi 15-il punt perċentwali tal-PDG, bir-rata tad-dejn titla' għal 60,8 % tal-PDG fl-2009.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għat-tbassir baġitarju ppreżentat fil-Programm ta' Stabbiltà huwa plawsibbli. Il-Programm ta’ Stabbiltà huwa bbażat fuq tbassir tat-tkabbir għall-2011 u l-2012 ftit aktar prudenti mill-Previżjoni tar-Rebbiegħa 2011 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Programm ta' Stabbiltà huwa ppjanat li jnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika għal inqas mill-valur ta' referenza ta' 3 % fl-2012, li għandu jkun sena qabel id-data tal-iskadenza stipulata bil-proċedura tal-isbilanċ eċċessiv. Abbażi taċ-ċifri fil-Programm ta' Stabbiltà, l-objettiv ta’ terminu medju (OTM), jiġifieri defiċit strutturali ta' 0,5 % tal-PDG, se jintlaħaq kważi kollu sat-tmiem tal-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà, billi l-bilanċ strutturali kkalkulat mill-Kummissjoni huwa ta' – 0,8 % tal-PDG fl-2015. L-istrateġija baġitarja hija msejsa kompletament fuq miżuri speċifikati b'mod suffiċjenti sal-2015, għalkemm l-implimentazzjoni tagħhom hija suġġetta għal xi riskji, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità li n-nefqa żejda fil-kura tas-saħħa titpatta, u li n-nefqa lokali tal-gvern tiġi mmonitorjata. Il-medja tal-isforz fiskali annwali hija 0,75 % tal-PDG matul il-perijodu 2011-2013, b'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 taħt il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv (PŻE). Għas-snin ta' wara d-data tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv (2014 u 2015), il-bilanċ strutturali kkalkulat mill-ġdid għandu jitjieb b' 0,25 % fl-2014 u b' 0,5 % fl-2015, u b'hekk kemm ikun ftit inqas mit-titjib meħtieġ ta' 0,5 % fil-bilanċ strutturali sakemm jintlaħaq l-OTM.

(9)

Il-konsolidazzjoni baġitarja ppjanata u implimentata mill-awtoritajiet Olandiżi hija ġeneralment bbażata ħafna fuq tnaqqis fin-nefqa strutturali, b'ammont li jwassal għal kważi 3 % tal-PDG sa tmiem il-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà (2015) mqabbel mal-linja bażi. It-triq ta' aġġustament li tirriżulta tipprevedi tnaqqis fid-defiċit tal-amminsitrazzjoni pubblika minn 3,8 % tal-PDG fl-2011 għal 2,4 % tal-PDG fl-2012, li jibqa' jonqos b'ammonti annwali ta' madwar 0,5 % fil-perijodu 2013-2015. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma impenjati ferm li jilħqu dawk il-miri. Is-salvagwardja tal-oqsma ta' politika li jgħinu t-tkabbir bħall-edukazzjoni permezz ta' tnaqqis baġitarju għandha tevita t-tfixkil tal-potenzjal futur għal tkabbir ekonomiku, u tikkontribwixxi għal kisba ta' korrezzjoni sostenibbli għad-defiċit eċċessiv.

(10)

Minkejja konsolidazzjoni fuq terminu qasir, waħda mill-isfidi ewlenin hija li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila, li hija affettwata negattivament biż-żieda qawwija fin-nefqa relatata mal-età. Huwa ċar li l-kost għal terminu twil tax-xjuħija huwa ogħla mill-medja tal-UE, notevolment f'pensjonijiet u f'kura fit-tul. Iż-żieda mistennija fin-nefqa fil-kura fit-tul hija l-ogħla fl-Ewropa, kif jidher mir-Rapport dwar it-Tixjiħ 2009 tal-Kummissjoni. Ir-raġuni ewlenija għal dan hija l-eżistenza ta' sistema diġà komprensiva ta' kura formali fit-tul (pereżempju, assigurazzjoni pubblika għal żmien twil li tkopri kura personali, infermerija, għajnuna, trattament u rikoveru f'istituzzjoni), waqt li l-kura informali għandha rwol iktar limitat fil-Pajjiżi l-Baxxi. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà għal terminu twil tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma għoljin. Barra l-pjanijiet tiegħu ta’ konsolidazzjoni, il-gvern Olandiż ressaq miżuri lill-Parlament li jappoġġaw is-sostenibbiltà għal terminu twil inkluża żieda fl-età tal-irtirar statutorja li għadha ma ġietx adottata.

(11)

Is-suq tax-xogħol tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkaratterizzat b'rati ta' parteċipazzjoni relattivament għoljin, produttività għolja għal kull siegħa ta' xogħol u rata ta' qgħad baxxa. Madankollu, l-isfida ewlenija għas-suq tax-xogħol se tkun li jiżdied l-użu ta' potenzjal ta' xoghol mhux utilizzat, partikolarment biex ipatti għat-tnaqqis mistenni fil-popolazzjoni tal-età tax-xogħol minħabba l-kobor fl-età. L-ammont medju ta' sigħat maħduma fis-sena huwa l-iktar baxx fl-UE, kif ikkonfermat bl-aħħar dejta disponibbli. L-għadd baxx ta' sigħat maħduma jirriżulta mis-sehem kbir ħafna ta' nies li jaħdmu part-time, partikolarment nisa, li jirrifletti preferenzi personali iżda wkoll l-eżistenza ta' disinċentivi finanzjarji biex tidħol fis-suq tax-xogħol jew biex iżżid is-sigħat tax-xogħol. Attwalment, fil-Pajjiżi l-Baxxi, wieħed mid-disinċentivi ewlenin għal dawk li jaqilgħu t-tieni introjtu tad-dar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew biex jaħdmu iktar sigħat, hija r-rata għolja tat-taxxa marġinali fuq it-tieni introjtu, li f'xi każijiet tista' tkun ogħla minn 80 % b'riżultat ta' inter alia l-kreditu ġenerali tat-taxxa u t-tnaqqis fil-benefiċċji li jiddependu fuq l-introjtu bħas-sussidju ta' kura tat-tfal.

(12)

Għal grupp dejjem jiżdied u mħallat ta' dawk b'diżabbiltà parzjali, dawk li ilhom bla xogħol għal terminu twil li qed jiffaċċjaw riskju akbar ta' qgħad strutturali, l-implimentazzjoni ta' linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol apparentement ma tawx riżultati pożittivi. Dawk li ma għandhomx nazzjonalità tal-UE qed isibu diffikultajiet partikolari, u b'hekk id-differenzi persistenti bejn l-impjiegi u l-qgħad ikomplu jikbru.

(13)

Is-sistema tal-Pajjiżi l-Baxxi tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) irnexxielha żżomm il-kapaċità innovattiva tagħha, iżda s-sehem baxx tas-settur privat fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) jista' jaffettwa ħażin it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività futuri tal-ekonomija tal-Pajjiżi l-Baxxi. Il-gvern għandu l-għan li joħloq ambjent attraenti għal kumpaniji intensivi fl-R&I, inkluż dawk barranin, f'termini ta' inċentivi fiskali, spazju għal intraprendituri u eċċellenza fir-riċerka. Minħabba l-ħtieġa ta' konsolidazzjoni baġitarja din is-sena, ċerti sussidji għal kumpaniji, jistgħu madankollu, ma jitkomplewx, waqt li oħrajn se jiġu ssemplifikati u mmirati lejn 'oqsma ekonomiċi ta' prijorità' u jitqarrbu lejn strumenti tat-taxxa aktar ġeneriċi.

(14)

L-ambjent tan-negozju huwa affettwat b'mod negattiv bil-livelli ta' konġestjoni fit-trasport bit-triq u bil-ferrovija. Dawn il-livelli ta' konġestjoni huma fost l-ogħla fl-UE. F'dan il-kuntest, infrastruttura relattivament ineffiċjenti tat-trasport taffettwa l-mobilita tax-xogħol b'mod ħażin u b'hekk ukoll it-tkabbir potenzjali permezz tal-produttività. Il-ħaddiema jkollhom jivvjaġġaw distanzi twal, tul ta' ħinijiet ta' vjaġġi inaffidabbli u kostijiet għoljin ta' konġestjoni. Dawn tal-aħħar huma mistennija li jiżdiedu aktar sal-2020 fin-nuqqas ta' tibdiliet fil-politika. It-titjib fl-użu effiċjenti ta' infrastruttura ( p.e. permezz ta' miżuri ta' pprezzar tat-toroq), għandu jikkontribwixxi biex iżid l-mobilita tax-xogħol u l-produttività u b'hekk it-tkabbir potenzjali.

(15)

Il-Pajjiżi l-Baxxi, fl-4 ta' April 2011, ħabbru għadd ta' impenji taħt il-Patt Euro Plus. Dawn jinkludu miżuri biex jitrawmu il-kompetittività (introduzzjoni ta' politika ġdida tan-negozju bbażata fuq aktar tnaqqis ġeneriku fit-tassazzjoni u l-piżijiet amministrattivi) u l-impjiegi (is-sigurtà soċjali ssir aktar attiva u titnaqqas id-dipendenza fuq il-benefiċċji tal-qgħad), biex ikun hemm kontribuzzjoni ulterjuri għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi (il-patt tal-istabbiltà u t-tkabbir jiġi msejjes b'liġi nazzjonali) u biex l-istabbiltà finanzjarja tissaħħaħ mill-ġdid (aktar poter lill-istituzzjonijiet ta' sorveljanza). Dawn l-impenji jirriferu għall-oqsma kollha tal-Patt. Jirrappreżentaw kontinwazzjoni tal-aġenda usa' tar-riforma spjegata fil-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Madankollu, hemm nuqqas ta' dettal f'termini taż-żmien tagħhom u tal-miżuri li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn l-impenji ġew ivvalutati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet.

(16)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inkluż l-impenji tal-Patt Euro Plus. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda wkoll kemm dawn josservaw ir-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għal deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Tikkunsidra li l-istrateġija baġitarja ta' konsolidazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi speċifikata bis-sħiħ għandha tiġi implimetata kif previst, waqt li tiġi ppreservata n-nefqa f'oqsma li l-aktar li jwasslu għal tkabbir fuq medda twila. Għandhom jittieħdu iżjed passi biex titjib is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq terminu twil, notevolment fl-oqsma tal-pensjonijiet u l-kura fit-tul, tiżdied il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jiġu indirizzati l-kwistjonijiet dwar il-konġestjoni tat-trasport.

(17)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, li tqis ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta' Stabbiltà tal-Pajjiżi l-Baxxi, u l-opinjoni tiegħu (3) hija riflessa partikolarment fir-rakkomandazzjoni tiegħu fil-paragrafi (1) u (2) hawn taħt. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Pajjiżi l-Baxxi,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Pajjiżi l-Baxxi jieħdu azzjoni fil-perijodu 2011-2012 sabiex:

1.

Jimplimentaw l-istrateġija baġitarja għas-sena 2012 konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill sabiex id-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut, jitqiegħed fuq perkors ta’ tnaqqis il-proporzjon għoli tad-dejn pubbliku. Sussegwentement, isir progress lejn l-objettiv ta’ terminu medju konformement mar-rekwiżiti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, b’konformità mal-limiti massimi komplessivi għall-infiq u mar-rekwiżiti tal-konsolidazzjoni, sabiex b’hekk ikun żgurat li l-konsolidazzjoni tkun sostenibbli u tgħin fit-tkabbir, billi jitħares l-infiq f'oqsma direttament rilevanti għat-tkabbir bħar-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.

Jieħdu miżuri biex iżidu l-età statutorja tal-irtirar billi jgħaqqduha mal-istennija tal-għomor, u jsejsu dawn il-miżuri ma' oħrajn biex jgħollu l-età effettiva tal-irtirar u biex itejbu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila. Jippreparaw pjan dettaljat għar-riforma tal-kura fit-tul minħabba l-fatt li l-popolazzjoni qed tikber fl-età.

3.

Isaħħu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jnaqqsu d-disinċentivi fiskali għal dawk li jaqilgħu t-tieni introjtu biex jaħdmu, u jfasslu miżuri biex jappoġġaw il-gruppi l-aktar vulnerabbli u jgħinuhom biex jerġgħu jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

4.

Jippromwovu l-innovazzjoni, l-investiment privat fl-R&Ż u l-konnessjonijiet eqreb bejn ix-xjenza u n-negozju billi jipprovdu inċentivi adegwati fil-kuntest tal-politika l-ġdida tal-intrapriża (“Naar de top”).

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 10, Vol 01, p. 84.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/16


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Lulju 2011

li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Tneħħija tal-Ġebla u għar-Rimi ta’ Skart Norm ta' Stoneyhill, li tinsab f'Aberdeenshire, l-Iskozja, fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2011/C 212/05

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Eurotom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fis-3 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Brittaniku, Dejta Ġenerali marbuta mal-pjan tar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Tneħħija tal-Ġebla u għar-Rimi ta' Skart Norm ta' Stoneyhill, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn is-sit ta’ Stoneyhill u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Irlanda, hija ta' 398 km.

(2)

Il-faċilità tat-tneħħija tal-ġebla mhux se tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta' rilaxx fir-rigward ta' effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass. Matul l-operazzjonijiet normali, il-faċilità tat-tneħħija tal-ġebla mhux ser tirrilaxxa effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass. Madanakollu, ser joħroġ gass radjuattiv naturali (radon) mill-faċilità tat-tneħħija tal-ġebla u ser jiġu rilaxxati ammonti żgħar ħafna ta’ aerosols radjoattivi. dawn mhumiex mistennija li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

(3)

Matul il-perjodu tal-operat tal-faċilità tar-rimi ta' skart:

L-iskart radjuattiv se jinħażen fil-faċilità tar-rimi mingħajr l-intenzjoni ta' rkupru.

Il-faċilità tar-rimi mhux se jkun suġġett għal awtorizzazzjoni ta' rilaxx fir-rigward ta' effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass. Madankollu, se jkun hemm emissjoni ta' gass radjuattiv naturali (radon) mill-faċilità tar-rimi; din mhux mistennija li taffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

(4)

Wara l-perjodu tal-operat tal-faċilità tar-rimi:

Il-miżuri previsti għall-għeluq aħħari tal-faċilità tar-rimi, kif deskritti fid-Dejta Ġenerali joffru evidenza affidabbli li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punt 2 ta' hawn fuq sejrin jibqgħu validi fit-tul.

(5)

F'każ ta' tnixxijiet mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn inċidenti tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jolqtu l-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor ma jkunux tali li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f'liema forma jkun, li jirriżulta mill-Faċilità għat-Tneħħija tal-Ġebla u għar-Rimi ta' Skart Norm ta' Stoneyhill fir-Renju Unit, kemm matul iż-żmien tal-operat normali tagħha kif ukoll wara l-għeluq aħħari tagħha, u anki fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista' tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/18


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6175 – Danaher/Beckman Coulter)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 212/06

Fis-16 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6175. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/18


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6191 – Birla/Columbian Chemicals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 212/07

Fil-15 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6191. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/19


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004

2011/C 212/08

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddettermina li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju li jinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, u konsegwentement huma għandhom jibqgħu soġġetti għal dawn il-miżuri.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1763/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination Unit (10 HN 43)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/20


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011)

2011/C 212/09

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom) fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

(Attn: delegazzjonijiet tas-CP 931)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Biex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 188, 19.7.2001, p. 2.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/21


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Lulju 2011

2011/C 212/10

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4045

JPY

Yen Ġappuniż

111,10

DKK

Krona Daniża

7,4567

GBP

Lira Sterlina

0,87315

SEK

Krona Żvediża

9,2534

CHF

Frank Żvizzeru

1,1485

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,405

HUF

Forint Ungeriż

272,98

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,0440

RON

Leu Rumen

4,2688

TRY

Lira Turka

2,3468

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3237

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3472

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9488

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6640

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7107

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 490,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8084

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0853

HRK

Kuna Kroata

7,4500

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 024,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,2311

PHP

Peso Filippin

60,463

RUB

Rouble Russu

39,6125

THB

Baht Tajlandiż

42,219

BRL

Real Brażiljan

2,2208

MXN

Peso Messikan

16,5456

INR

Rupi Indjan

62,6060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/22


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI

“Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni”

L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni skont il-linja tal-baġit 05 08 06 għall-2012

2011/C 212/11

1.   DAĦLA

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika agrikola komuni (1), li jiddefinixxi t-tip u l-kontenut tal-miżuri ta’ informazzjoni li l-Unjoni tista’ tikkofinanzja. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 (2), emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1820/2004 (3), jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000.

Din is-sejħa hija għal proposti għall-iffinanzjar ta’ miżuri ta’ informazzjoni, kif deskritti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000, minn approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2012. Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) bejn l-1 ta’ Marzu 2012 u t-28 ta’ Frar 2013.

Miżura ta' informazzjoni hija operazzjoni ta' informazzjoni integrata, indipendenti u koerenti mwettqa abbażi ta' baġit uniku. Il- miżuri inklużi f’operazzjoni bħal din jistgħu jvarjaw minn sempliċi serje ta' konferenzi għal kampanja komprensiva ta’ informazzjoni li tkopri diversi tipi ta’ miżuri u ta’ għodda ta’ informazzjoni/ta’ komunikazzjoni għall-pubbliku.

Kif speċifikat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002, l-applikanti għal din is-sejħa għall-proposti għandhom ikunu persuni ġuridiċi kkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn.

2.   IL-PRIJORITAJIET U T-TIPI TA’ MIŻURI GĦALL-2012

2.1.   Il-prijoritajiet

Il-bażi tal-integrazzjoni Ewropea, il-PAK, fl-2012 se tagħlaq 50 sena. Għalhekk dan l-anniversarju huwa okkażjoni biex ikunu żviluppati miżuri ta’ komunikazzjoni dwar il-PAK, l-istorja u l-iżvilupp tagħha, ir-riżultati konkreti u l-perspettivi għall-iżvilupp fil-kuntest tar-riformi proposti.

Fil-qafas ta’ din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni tixtieq tagħti prijorità lill-miżuri li mistennija jkollhom impatt qawwi, li huma innovattivi u kreattivi, u li huma mmirati mhux biss għan-nies fiż-żoni rurali, iżda għas-soċjetà kollha.

Il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jippromovu r-rwol u l-utilità tal-PAK bħala politika komuni tal-UE li twieġeb għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi tas-soċjetà u li għandha l-għan:

li twieġeb aħjar għall-isfidi tas-sigurtà tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-iżvilupp ibbilanċjat tat-territorji,

li tgħin lis-settur agrikolu jaffronta l-effetti tal-kriżi ekonomika u ż-żieda fil-volatilità tal-prezzijiet agrikoli,

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif definit fl-istrateġija “Ewropa 2020”.

2.2.   It-tipi ta’ miżuri ta’ informazzjoni

F’din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni tixtieq tappoġġa żewġ tipi ta’ miżuri integrati ta’ komunikazzjoni għall-pubbliku:

fil-livell nazzjonali, billi jingħaqdu flimkien diversi msieħba fi proġett komuni fuq skala kbira,

fil-livell Ewropew, l-involviment tal-massimu tal-Istati Membri sabiex jiżdied l-impatt tal-miżuri.

il-miżuri ta’ informazzjoni għandu jkollhom l-għan li:

isaħħu l-għarfien dwar il-PAK, l-istorja u l-iżvilupp tagħha, kif ukoll dwar il-perspettivi tagħha għall-iżvilupp fil-kuntest tar-riformi proposti, fil-pajjiż ikkonċernat/fil-livell Ewropew,

iqajmu l-interess tal-pubbliku fuq firxa wiesgħa, u l-aktar tal-pubbliku ġenerali fiż-żoni urbani, dwar ir-rwol tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fis-soċjetajiet tagħna billi jagħtu valur lid-diversi funzjonijiet tal-bdiewa.

Il-miżuri ta’ informazzjoni għandhom isiru fil-forma ta’ kampanji ta’ informazzjoni fuq skala kbira li jinkludu attività waħda jew aktar minn dawk imsemmija hawn taħt:

il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ materjal tal-multimidja u/jew awdjoviżiv li jkun innovattiv u oriġinali (programmi tar-radju u/jew televiżivi (4), programmi tat-tip “reality show”, programmi ta' diskussjoni, klipps, eċċ.) (5),

il-kampanji ta’ kartelluni murija lill-pubbliku f’postijiet fejn jgħaddi ħafna traffiku (fil-metro, fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, eċċ.),

l-avvennimenti tat-tip imsejjaħ “ir-razzett fil-belt” eċċ.,

l-avvenimenti fuq il-mezzi tax-xandir,

il-konferenzi, is-seminars u l-gruppi ta' ħidma speċjalizzati mmirati għal gruppi speċifiċi tal-pubbliku.

2.3.   Il-pubbliku fil-mira

Il-pubbliku fil-mira kkonċernat minn din is-sejħa għall-proposti huwa l-pubbliku inġenerali (l-aktar iż-żgħażagħ f’żoni urbani), il-midja, is-soċjetà ċivili u l-atturi fiż-żoni rurali.

3.   IT-TUL TA' ŻMIEN U L-BAĠIT

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) bejn l-1 ta’ Marzu 2012 u t-28 ta’ Frar 2013, imma li għandhom assolutament jitwettqu fl-2012.

Il-baġit totali previst għall-miżuri ta' informazzjoni li għandhom jitwettqu skont din is-sejħa għall-proposti jammonta għal EUR 3 250 000. Dan l-ammont se jitqassam fost dawk l-applikazzjonijiet li jingħataw l-ogħla punti mill-Kumitat ta’ evalwazzjoni, skont il-kriterji msemmija fil-punt 2 tal-Anness III. Il-Kummssjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas dan l-ammont totali, jekk ikun meħtieġ.

L-ammont tal-għotja mitlub mingħand il-Kummissjoni se jkun ta’ bejn EUR 100 000 u EUR 500 000 għal kull miżura ta’ informazzjoni msemmija fil-punt 2.2 (rata fissa (ammont b’rata fissa) għall-ispejjeż tal-persunal).

Is-sehem tal-Kummissjoni fl-applikazzjonijiet magħżula huwa limitat għal 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli (ara l-Anness IV – It-Tfassil tal-Baġit), mingħajr l-ispejjeż tal-persunal, li għalihom jiżdied pagament b’rata fissa ta’ massimu ta' EUR 10 000 għal miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (mingħajr l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) jammontaw għal anqas minn EUR 400 000 u ta’ massimu ta' EUR 25 000 għall-miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (mingħajr l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) jammontaw għal bejn EUR 400 000 u EUR 950 000.

Għall-miżuri ta’ informazzjoni ta’ natura eċċezzjonali, u fil-każ li l-kandidat jitlob dan, il-perċentwali tas-sehem tal-Kummissjoni jista' jitla’ sa 75 %.

Miżura ta’ informazzjoni tiġi rrikonoxxuta bħala ta’ natura eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

tkun tinkludi pjan ta’ diffużjoni li jiżgura d-diffużjoni tal-informazzjoni fost l-akbar firxa possibbli tal-pubbliku, li jkun ikopri għall-inqas tliet Stati Membri u jkun jirrappreżenta minimu ta’ 5 % mill-popolazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri kollha koperti, u li l-impatt mistenni tiegħu (ex-ante) u dak irrealizzat (ex-post) se jkun appoġġat minn provi esterni adegwati (l-istatistika dwar l-udjenza, eċċ.)

(2)

il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”, ikun taha mill-inqas 75 punt minn 100 għall-kriterji tal-għotja mniżżlin fil-punt 2 tal-Anness III.

Mhu se jingħata l-ebda prefinanzjament għall-miżuri ta’ informazzjoni li ngħataw għotja skont din is-sejħa għall-proposti. Il-benefiċjarju jista’ jitlob għal pagament interim billi jippreżenta rapport interim tekniku u finanzjarju. L-ammont tal-pagament interim ma jistax jaqbeż it-30 % tal-ammont totali previst fil-ftehim tal-għotja. Dan l-ammont għandu jkun iddeterminat abbażi tar-realizzazzjoni effettiva tal-miżura u tal-ispejjeż eliġibbli attwalment murija fid-dikjarazzjoni finanzjarja interim u dawk li ġew ivvalidati mill-Kummissjoni, li għalihom għandu japplika l-perċentwali tal-kofinanzjament stipulat fil-ftehim tal-għotja. L-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal jingħata biss mal-pagament finali.

L-għażla ta’ applikazzjoni ma tobbligax lill-Kummissjoni tagħti l-ammont sħiħ mitlub mill-applikant. Fl-ebda ċirkostanza l-għotja ma għandha taqbeż l-ammont mitlub. Għotja ma tistax tingħata lil ebda miżura li hija s-suġġett ta' finanzjament ieħor mill-Unjoni Ewropea.

4.   L-ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦAT-TRESSIQ TAT-TALBIET

4.1.   L-istruzzjonijiet għat-tħejjija tal-applikazzjoni

Kull applikant huwa awtorizzat iressaq applikazzjoni għal miżura ta’ informazzjoni waħda biss għal kull eżerċizzju baġitarju (sena tal-baġit).

L-applikazzjoni titressaq bl-użu tal-formoli apposta disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/grants/capinfo/index_mt.htm

L-applikazzjoni għandha tinkiteb b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, sabiex ikun iffaċilitat it-trattament f’waqtu tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti huma mħeġġa jissottomettu (iressqu) l-applikazzjoni tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-applikanti għandhom talanqas jinkludu traduzzjoni tal-kontenut tal-formola nru 3 bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-applikazzjoni għandha tinkludi bilfors id-dokumenti li ġejjin li huma disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi hawn fuq:

l-ittra tal-applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni proposta u li tindika l-ammont tal-għotja mitlub, iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika; wieħed għandu jinnota li l-ammont tal-għotja mitlub fl-ittra għandu jkun identiku għall-ammont ta' kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea indikat fit-tabella tad-dħul tal-baġit (il-punti g + h),

il-Formola Nru 1 (informazzjoni dwar l-applikant), Nru 2 (informazzjoni dwar il-koorganizzaturi eventwali (jekk ikun hemm)) u Nru 3 (deskrizzjoni ddettaljata tal-miżura ta’ informazzjoni) tal-applikazzjoni. Jekk mistoqsija ma tapplikax għall-miżura ta’ informazzjoni proposta, għandek iddaħħal “mhux applikabbli” jew “m/a”. Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq dawn il-formoli; fil-każ li l-Formola Nru 2 ma tapplikax jekk jogħġbok ikteb “M/A” fuq l-ewwel paġna tagħha,

baġit tal-miżura ta' informazzjoni proposta (li huwa magħmul minn tabella waħda dettaljata tan-nefqa u tabella waħda dettaljata tad-dħul u fil-bilanċ (ibbilanċjati)), mimlija (mimli) kif xieraq, iffirmat u ddatat mir-rappreżentant awtorizzat legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika,

id-dokumenti kollha addizzjonali msemmija fl-Anness I (dokumenti addizzjonali meħtieġa sabiex tapplika għall-għotja).

4.2.   L-iskadenzi u d-destinatarji li lilhom trid tintbagħat l-applikazzjoni

L-applikanti għandhom jibagħtu kopja waħda tal-applikazzjoni sħiħa tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2011 bil-posta rreġistrata li tkun tinkludi għarfien li l-applikazzjoni waslet (il-marka (it-timbru) tal-posta fuq l-envelopp isservi (iservi) ta' prova tad-data ta' meta tkun intbagħtet) fl-indirizz li ġej:

European Commission

Unit AGRI. K.1.

Call for proposals 2011/C /…

Attn. Angela Filote

L130 4/148A

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu ġo envelopp jew kaxxa tal-kartun issiġillata li titqiegħed ġo envelopp ieħor jew kaxxa tal-kartun issiġillata. Fuq l-envelopp jew il-kaxxa tal-kartun ta’ ġewwa, barra l-indirizz tad-destinatarju, kif inhu indikat fis-sejħa għall-proposti, għandu jkun hemm ukoll it-titlu “appel à propositions — à ne pas ouvrir par le service du courrier” (“Sejħa għall-proposti – li m'għandhiex tinfetaħ mis-servizzi postali”). Meta jintużaw enveloppijiet li jkun fihom il-kolla, dawn għandhom ikunu ssiġillati b’tejp adeżiv u min jibgħathom għandu jiffirma fuq dak it-tejp.

Ladarba d-dokumenti kollha li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom (iridu) jiġu skennjati paġna paġna, huwa mitlub li l-folji tal-applikazzjoni u tal-annessi ma jitwaħħlux flimkien. Barra minn hekk, b’rispett għall-ambjent, il-kandidati (huma) mħeġġa jressqu l-applikazzjoni tagħhom fuq karti riċiklati jew (u) stampati minn wara u minn quddiem.

Fl-istess ħin u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011 f'nofsillejl (ħin ta' Brussell), l-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja elettronika tal-applikazzjoni tagħhom, (permezz tal-opzjoni għall-konferma tal-wasla) li tinkludi tal-anqas il-verżjoni elettronika tal-ittra tal-applikazzjoni (għall-għotja), il-formoli minn 1 sa 3 u l-baġit, (li għandhom ikunu) identiċi għal dawk mibgħuta bil-posta, fl-indirizz elettroniku li ġej:

AGRI-GRANTS-APPLICATIONS-ONLY@ec.europa.eu

Hija r-responsabbiltà tal-applikanti li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (bil-posta u b'mod elettroniku) b'mod sħiħ u sad-data tal-iskadenza. L-applikazzjonijiet mibgħuta wara l-iskadenza ppubblikata jiġu rrifjutati.

5.   IL-PROĊEDURA U L-ISKEDA TAŻ-ŻMIEN

5.1.   Il-wasla u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-Kummissjoni tirreġistra l-applikazzjoni u tibgħat konferma tar-riċeviment (tal-wasla) tagħha bil-posta elettronika bin-numru assenjat għall-applikazzjonijiet fi żmien ħmistax-il jum mit-terminu tas-sottomissjoni (mid-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet).

5.2.   L-eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-esklużjoni

Kumitat ta' evalwazzjoni apposta jwettaq l-eżami tal-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet li ma jissodisfawx kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fl-Anness II (il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-esklużjoni) ma jintlaqgħux.

L-applikazzjonijiet kollha eliġibbli jgħaddu għall-fażi tal-evalwazzjoni li jmiss (eżami fid-dawl tal-kriterji tal-għażla – il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti).

5.3.   L-eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għażla – il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti

Matul din il-fażi, il-kumitat se jeżamina l-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti eliġibbli abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u skont il-kriterji deskritti fl-Anness III(1) (il-kriterji ta’ għażla).

L-applikazzjonijiet kollha li jgħaddu din il-fażi jingħataw aċċess għall-fażi li jmiss (evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji tal-għotja).

5.4.   L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji għall-għoti (tal-għotja)

Matul din il-fażi, il-kumitat jevalwa l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji għall-għoti (tal-għotja) spjegati fl-Anness III(2) (il-kriterji għall-għoti (tal-għotja)).

Il-fajls li jirċievu matul din il-fażi tal-evalwazzjoni mill-inqas 60 punt mill-100 disponibbli (u mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju) biss ikunu proposti għal għotja mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. Madankollu, li miżura tirċievi 60 mill-100 punt disponibbli mhuwiex garanzija li l-miżura ta’ informazzjoni se tingħata l-għotja. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tan-numru ta’ applikazzjonijiet ta' suċċess (skont l-għadd ta’ applikazzjonijiet eliġibbli) u tar-riżorsi baġitarji disponibbli.

Il-fajls li jirċievu inqas minn 60 punt mill-100 disponibbli jew anqas minn 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju jiġu mwarrba; l-applikant jirċievi notifika bil-miktub li tagħti r-raġunijiet li għalihom ġiet imwarrba l-applikazzjoni.

Jekk l-għotja mitluba tingħata, il-benefiċjarju jirċievi ftehim ta’ għoti (ftehim tal-għotja) (mudell disponibbli mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti), denominat f’euro, li jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-livell ta’ finanzjament, li jista’ jkun inferjuri għall-ammont mitlub fil-fajl (tal-applikazzjoni). Fil-każ ta' żbalji aritmetiċi jew spejjeż ikkunsidrati mhux eliġibbli, il-baġit jiġi kkoreġut mis-servizzi tal-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni twassal għal ammont ogħla tal-ispejjeż totali, l-ammont mitlub jibqa’ mhux mibdul (tali kwali) u l-kontribuzzjoni tal-applikant tiżdied kif xieraq.

Id-data prevista għall-għeluq tal-proċedura tal-evalwazzjoni hija l-bidu tal-2012. Is-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex awtorizzati li jinfurmaw lill-applikanti dwar l-istat tal-evalwazzjoni tal-fajls tagħhom qabel id-deċiżjoni tal-għotja. Għal din ir-raġuni, l-applikanti huma mitluba ma jċemplux u ma jiktbux lill-Kummissjoni biex ikunu jafu dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom qabel id-data prevista msemmija hawn fuq.

6.   IR-REKLAMAR

6.1.   Ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarju

Id-DĠ AGRI se jiżviluppa lowgo għal kull proġett ta’ komunikazzjoni dwar il-politika agrikola komuni – il-PAK. Dan il-lowgo se jkun disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/grants/capinfo/index_mt.htm u se jkun jista’ jitniżżel f’verżjoni elettronika biex jintuża f’diversi formati (“banners”, kartelluni, “roll-ups”, eċċ.).

Il-benefiċjarji se jkollhom l-obbligu kuntrattwali li jniżżlu dan il-materjal minn fuq l-internet sabiex jużawh fil-formati adegwati meħtieġa fil-kuntest tal-kampanja tagħhom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja. L-ispejjeż marbuta mal-ħolqien ta’ dan il-materjal ta’ promozzjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-miżura.

Barra minn hekk, il-benefiċjarji għandhom l-obbligu (kuntrattwali) li jiżguraw, bil-mezzi adegwati kollha u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjoni tas-sussidju (fil-ftehim tal-għotja), li l-komunikazzjonijiet kollha, ir-reklamar (il-pubblikazzjonijiet) jew l-oġġetti promozzjonali (kollha) dwar il-miżura jsemmu l-finanzjament mogħti mill-Unjoni, u dan tul iż-żmien kollu tal-miżura.

Barra minn hekk, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u dwar kwalunkwe appoġġ (u fi kwalunkwe format), għandhom isemmu (għandha ssemmi) l-fatt li din torbot biss lill-awtur tagħha u li ma tirrappreżentax neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.

L-evidenza ta’ dan ir-reklamar trid tiġi inkluża fir-rapporti tekniċi finali ta’ implimentazzjoni. Mudell tal-lowgo jista’ jitniżżel mill-indirizz tal-internet li ġej: http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_mt.htm u għandu jinkludi fih il-kliem “bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea”.

Jekk l-organizzazzjoni benefiċjarja ma tkunx konformi mal-obbligi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas l-ammont tal-għotja allokat għall-miżura ta' informazzjoni kkonċernata jew li tiċħad kompletament il-ħlas tal-għotja lill-benefiċjarju.

7.   IL-ĦARSIEN TAD-DEJTA PERSONALI

Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li kwalunkwe dejta personali inkluża fl-applikazzjoni tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea u dwar il-moviment ħieles ta' dik id-dejta (6). Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sikurezza tad-dejta inkwistjoni.


(1)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7.

(2)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21.

(3)  ĠU L 320, 21.10.2004, p. 14.

(4)  Kull programm awdjoviżiv għandu jkun marbut ma’ impenn sod ta’ diffużjoni f’każ li jiġi kkofinanzjat.

(5)  Għal din it-tip ta’ azzjoni (miżura), il-Konvenzjoni għas-sussidju (il-ftehim tal-għotja) tawtorizza lill-Kummissjoni tiddisponi minn drittijiet ta’ riproduzzjoni u diffużjoni, għal finijiet mhux kummerċjali, f’kull qasam tax-xandir, għal perjodu ta’ żmien mhux limitat u mingħajr restrizzjoni territorjali, tal-prodotti jew programmi jew ta’ partijiet minn dawn deskritti f’din il-miżura.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

DOKUMENTI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA SABIEX WIEĦED JAPPLIKA GĦAS-SUSSIDJU [GĦALL-GĦOTJA]

Sabiex ikunu kompluti, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu (minbarra l-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli tal-applikazzjoni u [tal-preżentazzjoni ta’] l-baġit disponibbli mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti), id-dokumenti addizzjonali kollha li ġejjin. L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu mehmuża fl-ordni ppreżentata fit-tabella hawn taħt. In-nuqqas ta' wieħed minn dawn id-dokumenti jista' jwassal biex l-applikazzjoni tkun miċħuda.

Dokument

Deskrizzjoni

Kummenti

Id-dokument A

Formola ta’ identifikazzjoni tal-entità legali

Għall-applikanti kollha. Il-formola hija disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti.

Id-dokument B

Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja

Għall-applikanti kollha. Il-formola hija disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti.

Id-dokument C

L-att kostituttiv ta' assoċjazzjoni (statuti).

Għall-applikanti kollha li mhumiex entitajiet pubbliċi.

Id-dokument D

Estratt riċenti mir-reġistrazzjoni tal-applikant fir-reġistru professjonali [uffiċjali] prevista [previst] mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit (bħalma hu estratt mill-ġurnal uffiċjali jew [mir-]reġistru tal-kumpaniji) li juri biċ-ċar l-isem u l-indirizz tal-applikant u d-data ta' reġistrazzjoni

Għall-applikanti kollha.

Id-dokument E

Jekk l-applikant huwa soġġett għall-VAT, kopja tad-dokument irreġistrat [ta’ reġistrazzjoni].

Jekk l-applikant mhuwiex intitolat li jiġbor lura l-VAT, dokument uffiċjali li jikkonferma dan.

Għall-applikanti li huma entitajiet privati (il-VAT imħallsa mill-entitajiet pubbliċi mhi eliġibbli fl-ebda każ). Jekk il-VAT ma tkunx tinġabar lura, l-applikant għandu jew jehmeż ċertifikat mill-awtorità tal-VAT jew mingħand kwalunkwe persuna esterna oħra responsabbli mill-istabbiliment jew mill-kontroll tal-kontijiet (kontabilista indipendenti, awditur, eċċ.) li jikkonferma dan kollu inkella inizjalment [għandu] jagħmel awtoċertifikazzjoni. Madankollu jekk ma jiġix ipprovdut iċ-ċertifikat estern il-konvenzjoni eventwali ta’ sussidju ma tistax tiġi ffirmata [ma jistax jiġi ffirmat il-ftehim tal-għotja].

Id-dokument F

Il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet tat-telf u tal-qligħ tal-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ġew magħluqa l-kontijiet, jew kwalunkwe dokument ieħor (bħal ċertifikat bankarju) li jagħti prova tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità tiegħu li jżomm [jkompli jwettaq] l-attività matul il-perjodu li fih tkun qed titwettaq il-miżura ta' informazzjoni.

Għall-applikanti kollha li mhumiex entitajiet pubbliċi.

Id-dokument G

Curriculum vitae tal-persunal li se jwettaq il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni proposta.

Għall-applikanti u l-koorganizzaturi tagħhom kollha.

Id-dokument H

Prova tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn fornituri oħra ta’ fondi (anke jekk il-fornitur tal-fondi huwa wkoll koorganizzatur) għall-miżura ta’ informazzjoni proposta (li għandha tikkonsisti mill-inqas f'attestat [minn ċertifikat] uffiċjali ta’ finanzjar minn kull wieħed mill-fornituri previsti li jsemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont li jkun se jiġi kkontribwit).

Formola li għandha tkun mehmuża b'mod obbligatorju f'każ li jkun hemm kontribuzzjoni minn fornituri ta' fondi oħrajn.

NB:

Wieħed għandu jinnota li ż-żewġ raġunijiet prinċipali sabiex [għaliex] applikazzjonijiet ma tqisux eliġibbli f’dawn l-aħħar eżerċizzji [snin] kienu n-nuqqas ta’ rispett tal-obligazzjonijiet [tal-obbligi] marbuta mad-dokumenti E u H aktar ’il quddiem [imsemmija hawn fuq]. F’dak li għandu x’jaqsam mal-VAT (dok [id-dokument] E), huwa tassew importanti li d-dokumenti mitluba jingħataw anke jekk l-applikant mhuwiex suġġett għall-VAT (talanqas awtoċertifikazzjoni). F’dak li għandu x’jaqsam mal-provi tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji (dok [id-dokument] H), dawn għandhom jingħataw għal kull fornitur ta’ fondi (il-punti c, d u f tat-tabella tad-dħul tal-baġit).


ANNESS II

KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U TA' ESKLUŻJONI

1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà

(a)   Il-kriterji tal-eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikant:

L-applikant irid ikun persuna ġuridika kkostitwita legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn. Dan irid jintwera b’mod ċar fl-applikazzjoni u fid-dokumenti mehmuża. Dawk l-applikanti li ma jkunux ikkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn, jew li (ma) jistgħux juru dan, jiġu skwalifikati.

(b)   Il-kriterji tal-eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikazzjoni:

Kull applikazzjoni taħt (skont) din is-sejħa għall-proposti għandha tissodisfa l-kriterji (kollha) li ġejjin:

għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2011 (it-timbru tal-posta fuq l-envelopp jikkonferma dan),

għandha ssir, minn naħa waħda, bl-għajnuna tal-formoli oriġinali previsti għall-applikazzjoni u għall-baġit, li jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1, u, min-naħa l-oħra, b'verżjoni elettronika,

għandha tinkiteb b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

għandha tinkludi d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti,

għandha tinkludi ittra ta' applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont tas-sussidju (tal-għotja) mitlub (li għandu jkun identiku għall-ammont indikat fil-punti g u h tat-tabella tad-dħul tal-baġit), iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika,

l-applikanti jistgħu jissottomettu (jressqu) applikazzjoni waħda biss għal kull sena baġitarja,

l-ammont tas-sussidju (tal-għotja) mitlub lill-Kummissjoni (inkluż (l-ammont tar-rata fissa għal) l-ispejjeż tal-persunal) għandu jkun ta' bejn EUR 100 000 u EUR 500 000;

Il-baġit tal-miżuri ta’ informazzjoni proposti għandu:

ikun denominat f’Euro,

jinkludi tabella tal-bilanċ waħda għall-infiq u waħda għad-dħul (tabella tan-nefqa u tabella tad-dħul ibbilanċjati),

ikun iddatat u ffirmat fil-parti kemm tal-infiq kif ukoll tad-dħul mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li qed tapplika,

jitfassal bl-użu ta’ kalkoli ddettaljati (kwantitajiet, prezzijiet ta’ kull unità, prezzijiet totali) u speċifikazzjonijiet użati fit-tfassil tiegħu; l-ebda ammont b'rata fissa (ħlief għall-ispejjeż tal-persunal) mhuwa se jiġi aċċettat,

jirrispetta l-ammonti massimi stabbiliti mill-Kummissjoni għal ċerti kategoriji ta’ nfiq (ara l-Anness IV u d-dokument (imsejjaħ) “l-ispejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (il-lukandi) aċċettati mill-Kummissjoni” disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1),

ikun ippreżentat mingħajr VAT jekk l-applikant huwa soġġett għall-VAT u intitolat li jnaqqasha, jew jekk l-applikant huwa entità pubblika,

jinkludi fil-parti mmarkata “dħul” il-kontribuzzjoni diretta mill-applikant, il-finanzjament mitlub mingħand il-Kummissjoni, u (jekk applikabbli) id-dettall (id-dettalji) dwar kwalunkwe kontribuzzjoni minn donaturi (fornituri) oħra ta’ fondi, kif ukoll id-dħul kollu ġġenerat mill-proġett, inkluż, fejn opportun (xieraq), id-drittijiet finanzjarji (il-ħlasijiet) meħtieġa mill-parteċipanti.

L-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni proposta (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) għandha sseħħ bejn l-1 ta’ Marzu 2012 u t-28 ta’ Frar 2013.

Dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli:

il-miżuri obbligatorji bil-liġi,

il-miżuri li jirċievu finanzjament mill-Unjoni Ewropea minn linja baġitarja oħra,

il-miżuri li jagħmlu l-qligħ (li minnhom isir qligħ);

l-assembleji ġenerali jew laqgħat statutorji.

L-applikazzjonijiet kollha li ma jissodisfawx waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet ta' hawn fuq mhumiex eliġibbli u jiġu rrifjutati.

2.   Il-kriterji tal-esklużjoni

Il-Kummissjoni se teskludi l-applikanti kollha li jsibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 u fl-Artikoli 93(1), 94 u 96(2), il-punt a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, regolament finanzjarju tal-25 ta’ Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

L-għotjiet tas-sussidju (L-għotjiet) ma jistgħux jingħataw lill-applikanti li huma, fiż-żmien tal-proċedura tal-għotja, f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: l-applikanti

li jinsabu fi stat ta' falliment jew qegħdin fil-proċess ta' stralċ, għandhom kwistjonijiet il-qorti jew daħlu f’arranġament mal-kredituri, għandhom attivitajiet kummerċjali sospiżi, jew jinsabu f’sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali,

li nstabu ħatja ta’ reat rigward il-kondotta professjonali tagħhom b’sentenza li għandha s-saħħa ta’ res judicata,

li fil-qasam professjonali kienu ħatja ta' mġiba ħażina pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika,

li ma ssodisfawx l-obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew dawk relatati mal-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijet legali tal-pajjiż fejn huma stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew dawk tal-pajjiż fejn sejra titwettaq il-miżura,

(li) kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali (oħra) li hi ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

li, wara proċedura (oħra) ta' akkwist jew proċedura oħra ta' għotja ta’ sussidju (ta’ għotja) ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, kienu ddikjarati li kisru b'mod serju l-kuntratt minħabba li ma kkonformawx mal-obbligi kuntrattwali tagħhom,

(li) jkunu suġġetti għal kunflitt ta’ interessi,

(li) huma ħatja jew ta' dikjarazzjonijiet foloz fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa partikularment mid-dipartiment awtorizzanti jew talli ma pprovdewx din l-informazzjoni.

L-applikanti jridu jiddikjaraw fuq l-unur (tagħhom) li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq (ara l-ittra ta’ applikazzjoni disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti). Skont ir-riżultati tal-analiżi tal-ġestjoni tar-riskji (tal-analiżi tar-riskji tal-ġestjoni), il-Kummissjoni tista’ titlob evidenza addizzjonali. L-applikanti li jinstabu ħatja ta' dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu soġġetti għal pieni amministrattivi u finanzjarji.


ANNESS III

IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTJA

1.   Il-kriterji tal-għażla

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità teknika tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

għandhom il-ħiliet tekniċi (tal-persunal tekniku) neċessarji ta’ rilevanza diretta għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tat-tip (skont it-tip) ta’ miżura ta’ informazzjoni proposta,

jkunu wettqu mill-inqas proġett wieħed ta’ informazzjoni pubblika fis-sentejn li għaddew;

għandhom mill-inqas sentejn esperjenza fit-trattament tas-suġġett(i) propost(i).

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija b’saħħitha biżżejjed biex iżżomm (ikomplu jwettqu) l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq il-miżura ta' informazzjoni.

Il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti se tkun iġġudikata abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-fajl tal-applikazzjoni tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali. L-applikanti huma mfakkra li l-Kummissjoni ma hija se tagħti l-ebda finanzjament minn qabel għal dawk il-miżuri ta’ informazzjoni li jingħataw għotja taħt din is-sejħa għall-proposti. L-applikanti se jkollhom iġorru l-ispiża totali tal-miżuri ta’ informazzjoni huma stess. Is-sussidju (L-għotja) tal-Kummissjoni se jitħallas (se titħallas) biss wara l-approvazzjoni tar-rapport tekniku u finanzjarju finali ta' implimentazzjoni mressaq mill-benefiċjarji wara t-tmiem tal-miżura ta' informazzjoni u, f'dak il-każ (jekk ikun il-każ), (wara) l-esklużjoni tal-infiq li mhux eliġibbli.

Il-benefiċjarju jista’ jitlob pagament interim (ara d-dettalji mogħtija fil-punt 3 tas-sejħa għall-proposti msejjaħ “It-tul ta’ żmien u l-baġit”).

2.   Il-kriterji tal-għotja

Kull miżura ta’ informazzjoni se tkun evalwata mill-kumitat adegwat fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(1)

(massimu ta’ 30 punt): Ir-rilevanza u l-interess ġenerali tal-miżura huma ġġudikati, b'mod partikulari fir-rigward:

ta’ kemm l-għanijiet u l-kontenut tal-miżura jkunu konformi mal-objettivi (huma adegwati għall-għanijiet) stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 u mal-prijoritajiet (għall-prijoritajiet) indikati fil-punt 2.1 u t-tipi ta’ miżuri deskritti fil-punt 2.2 (15-il punt),

tal-kwalità sħiħa tal-proposta. Fil-proposti tal-proġett għandhom ikunu definiti b'mod ċar l-approċċ kunċettwali tagħhom u r-riżultati li jridu jinkisbu. Id-deskrizzjoni tal-miżura u l-għanijiet għandhom ikunu preċiżi u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-applikant u ta’ kull koorganizzatur għandhom ikunu ċari. Il-programm tal-miżura għandu jkun iddettaljat u l-iskeda ta' ħidma għandha tkun realistika u adattata għall-għanijiet tal-proġett (15-il punt);

(2)

(massimu ta’ 30 punt): Il-valur miżjud ġenerali tal-proposta huwa ġġudikat, b'mod partikulari fir-rigward:

tal-pubbliku fil-mira kkonċernat mill-miżura. Se tingħata preferenza lil miżuri li għandhom fil-mira bosta pajjiżi u 5 % tal-popolazzjoni tagħhom (15-il punt),

tal-karattru innovattiv u kreattiv tal-miżuri proposti (10 punti),

tal-kwalità finanzjarja tal-proposta. Il-proposti għandhom juru li l-miżura se tagħmel użu tajjeb mill-appoġġ finanzjarju mitlub mingħand il-Kummissjoni u li se tkun ta’ benefiċċju għall-ispejjeż involuti [se tkun kosteffettiva] (5 punti);

(3)

(massimu ta’ 25 punt): L-impatt tal-miżura u l-politika ta’ tixrid adottata huma ġġudikati, b'mod partikulari fir-rigward:

tad-dimensjoni, tal-kwalità u tar-rappreżentanza tal-pubbliku fil-mira (inklużi l-benefiċjarji indiretti) f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ miżura (15-il punt),

tal-ħila tal-applikant u tal-koorganizzaturi li jiżguraw segwitu effikaċi u tixrid tar-riżultati miksuba kif ukoll li jiżguraw (kif ukoll fir-rigward tal-)mezzi ta' tixrid użati (b’mod partikolari l-istampa, ir-radju u t-televiżjoni, l-internet, id-distribuzzjoni diretta) u r-rwol tagħhom fil-qafas tal-miżura (10 punti);

(4)

(massimu ta’ 15-il punt) L-evalwazzjoni tal-miżura hija ġġudikata b'mod partikulari fir-rigward:

tal-interess li jitqajjem mill-miżura u mill-evalwazzjoni tar-riżultati wara t-twettiq tal-miżura (tal-ġustifikażżjoni għall-impatt mistenni mill-miżura (analiżi ex ante) u minn analiżi tar-riżultati wara li tkun twettqet il-miżura (analiżi ex post) (10 punti),

tat-tekniki użati (stħarriġ, kwestjonarji, statistiċi, eċċ.) sabiex jitkejjel l-impatt tal-messaġġi mibgħuta (5 punti).

Kwalunkwe miżura titqies tal-ogħla kwalità mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u tiġi proposta għal għotja jekk din iġġib mill-inqas 60 mill-100 punt allokat għaliha fil-kriterji (allokati għall-kriterji) (1) sa (4) kif deskritt hawn fuq, u jkollha (ġġib) mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju. Il-Kummissjoni tista' tgħolli (din i)r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tar-riżorsi ta' baġit disponibbli. Jekk jogħġbok innota li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tagħti l-għotja tista’ tkun differenti mill-proposta maħruġa mill-Kumitat ta' Evalwazzjoni.


ANNESS IV

IT-TFASSIL TAL-BAĠIT

Il-baġit għandu jirrispetta r-regoli rilevanti kollha previsti fl-Anness II (Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-esklużjoni). Għandu jiġi ppreżentat bl-użu tal-formoli oriġinali (tabelli tal-infiq u tad-dħul).

It-tabella tal-infiq għandha tkun speċifika u għandha tippermetti fehim ċar ta’ kull nefqa (pereżempju m'għandux ikun hemm “(spejjeż) oħrajn”). Il-kategoriji differenti tal-ispejjeż għandhom ikunu riflessi fid-deskrizzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni (Formola Nru 3).

It-tabella tad-dħul għandha tkun speċifika u għandha tippermetti fehim ċar ta’ kull kontribuzzjoni ta’ dħul/dik finanzjarja (ta’ kull dħul/kontribuzzjoni finanzjarja) u għandha tirrispetta r-regola tan-non-profitt (tan-nuqqas ta’ profitt). Il-provi tal-kontribuzzjonijiet minn fornituri oħra ta’ fondi għandhom ikunu annessi (ara d-dokument H tal-Anness I).

Sabiex ikun iffaċilitat it-tfassil tal-baġit, mudell ta’ baġit mimli b'mod korrett jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1.

It-tabella tal-infiq tal-baġit għandha tinkludi biss spejjeż eliġibbli (ara iktar 'il quddiem).

Kwalunkwe nfiq li jsir qabel ikun iffirmat il-ftehim isir b’riskju proprju tal-applikant u ma huwa se joħloq l-ebda rabta, la legali u lanqas finanzjarja, min-naħa tal-Kummissjoni.

1.   Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta' informazzjoni huma spejjeż li fil-fatt saru mill-benefiċjarju, li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

huma marbuta mal-konvenzjoni (mas-suġġett tal-ftehim) u huma indikati fil-baġit ġenerali previst fil-miżura (għall-miżura) ta' informazzjoni;

(b)

huma meħtieġa għat-twettiq tal-miżura suġġetta għas-sussidju (tal-miżura li hija s-suġġett tal-għotja);

(c)

għandhom is-sostenn ta' u huma mħallsa (jiġġarrbu u jitħallsu) mill-benefiċjarju sakemm iddum il-miżura ta' informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu I.2.2 tal-konvenzjoni tas-sussidju (tal-ftehim tal-għotja), jiġifieri, (huma) appoġġati mid-dokumenti ta' sostenn oriġinali (ara t-tabella fil-punt 3 iktar ’il quddiem) u mill-provi rispettivi ta' ħlas;

(d)

huma identifikabbli u verifikabbli, b’mod partikulari hekk kif huma rreġistrati fil-kontabbiltà (fir-reġistri tal-kontabbiltà) tal-benefiċjarju u ddeterminati skont in-normi (l-istandards) tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju huwa stabbilit kif ukoll skont il-prattiki abitwali tal-benefiċjarju fir-rigward tal-kontabbiltà analitika;

(e)

huma raġonevoli, iġġustifikati, u jissodisfaw il-ħtiġijiet (ir-rekwiżiti) ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikulari fuq il-pjan (fir-rigward) tal-ekonomija u l-effiċjenza;

(f)

huma jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali u tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli.

FORNITURI/SOTTOKUNTRATTURI għal servizzi li jaqbżu l-EUR 10 000

Tajjeb li tinnota (wieħed jinnota) li fejn l-applikant għandu l-intenzjoni li juża fornituri/sottokuntratturi u fejn l-ammont tas-servizzi kollha li ser jingħataw mill-istess fornitur/sottokuntrattur jaqbżu l-EUR 10 000, l-applikant jeħtieġ jippreżenta lill-Kummissjoni mill-inqas tliet offerti, mitluba minn tliet kumpaniji differenti u jannessa (jehmeż) l-offerta magħżula filwaqt li juri li l-fornitur/is-sottokuntrattur magħżul jirrappreżenta l-aħjar valur għall-flus u għandhom jiġġustifikaw (għandu jiġġustifika) l-għażla fejn l-offerta magħżula ma tkunx l-irħas waħda.

Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati malajr kemm jista' jkun lill-Kummissjoni u dan mhux aktar tard mir-rapporti tekniċi u finanzjarji finali.

Jekk dan ma jsirx, il-Kummissjoni (tista’) tikkunsidra li dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli.

2.   Spejjeż li mhumiex eliġibbli

Dawn l-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli:

il-kontribuzzjonijiet f’oġġetti (mhux fi flus),

l-infiq mhux speċifikat jew b'rata fissa, ħlief fil-każ ta' spejjeż tal-persunal,

l-ispejjeż indiretti (kera, elettriku, ilma, gass, assigurazzjoni, taxxi, eċċ.),

l-ispejjeż għal materjal għall-uffiċċju (bħal karti, kartolerija, eċċ.),

l-ispejjeż li ġejjin mix-xiri ta’ tagħmir ġdid jew użat,

l-ispejjeż ta’ deprezzament tat-tagħmir,

l-ispejjeż mhux ipprovduti fil-baġit bikri (previst),

il-VAT, ħlief meta l-benefiċjarju jista' juri li ma jistax jiġborha lura skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Fi kwalunkwe każ, il-VAT imħallsa mill-entitajiet pubbliċi mhix eliġibbli,

ir-redditu fuq il-kapital,

id-dejn u l-ħlas fuq servizzi ta’ djun,

il-proviżjonijiet (il-provvedimenti) għal telf jew djun potenzjali fil-futur,

l-imgħax dovut,

id-djun dubjużi,

it-telf mill-kambju,

l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u koperti fil-qafas ta' miżura oħra jew ta' programm ta’ ħidma ieħor li jkun qiegħed jirċievi sussidju (għotja) mill-Unjoni Ewropea;

l-infiq eċċessiv jew bla kontroll.

3.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż eliġibbli u d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni mitluba

Kategorija ta' nfiq

Eliġibbli

Dokumenti ta’ sostenn meħtieġa (NB.: Jekk huma elenkati diversi dokumenti, dawn iridu jiġu pprovduti kollha)

L-ispejjeż tal-persunal

1.

L-impjegati

Se jitħallsu ammont massimu b’rata fissa ta’ EUR 10 000 għall-miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (minbarra l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma ta’ anqas minn EUR 400 000 EUR u ammont massimu ta’ EUR 25 000 EUR għall-miżuri li l-ispejjeż totali eliġibbli tagħhom (minbarra l-ammont b’rata fissa għall-ispejjeż tal-persunal) huma ta’ bejn EUR 400 000 u EUR 950 000. L-ammont għandu jinkludi l-ispejjeż tal-persunal għat-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni.

Ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ sostenn biex tinkiseb is-somma fissa (biex jingħata l-ammont b’rata fissa).

Madankollu għal skopijiet ta' analiżi, il-benefiċjari huma mitluba jehmżu dokument li jindika l- ispejjeż reali tal-persunal imġarrbin b'rabta mal-miżura ta’ informazzjoni.

2.

Persuni li jaħdmu għal rashom

Fattura li tindika għall-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq u d-dati ta' meta sar dan ix-xogħol.

Prova tal-ħlas.

L-ispejjeż għat-trasport (1)

1.

Bil-ferrovija

L-ispiża tal-ivvjaġġar fit-tieni klassi bl-użu tal-iqsar rotta (2).

Biljett.

Prova tal-ħlas.

2.

Bl-ajru

Il-ħlas tar-riżervazzjoni u l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi ekonomika, bl-użu tal-irħas tariffa promozzjonali disponibbli fis-suq (APEX, PEX, Excursion, eċċ.)

Ir-reġistrazzjoni (Ir-riżervazzjoni) elettronika (inkluż il-prezz).

Il-biljett użat tat-tlugħ fuq l-ajruplan. Il-biljett tat-tlugħ għandu jindika l-isem, id-data, il-post tat-tluq u d-destinazzjoni.

Il-fattura tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, jekk applikabbli.

Prova tal-ħlas.

3.

Bil-kowċ

Ivvjaġġar bejn l-ibliet (“intercity”) bl-iqsar rotta

Fattura li tindika talanqas il-postijiet tat-tluq u l-wasla, in-numru ta’ passiġġieri u d-dati tal-ivvjaġġar (tal-vjaġġ).

Prova tal-ħlas.

4.

Ferry

Biljett.

Prova tal-ħlas.

Akkomodazzjoni

1.

Waqt il-preparazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni

Akkomodazzjoni f’lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”)

Fattura ddettaljata tal-lukanda li tindika isem il-persuni, id-dati u n-numru ta’ ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni.

Deskrizzjoni mill-benefiċjarju tal-għotja tal-iskop tal-akkomodazzjoni, ir-rabta bejn (mal-) il-miżura ta’ informazzjoni kkofinanzjata u r-rwol tal-persuni kkonċernati.

Jekk applikabbli, il-minuti tal-laqgħa.

Prova tal-ħlas.

2.

Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni

Akkomodazzjoni f’lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”)

Fattura ddettaljata tal-lukanda li tindika isem il-persuni, id-dati u n-numru ta’ ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni.

Lista tal-attendenza (tal-parteċipanti) ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku (ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja).

Prova tal-ħlas.

Ikliet

Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni biss sal-ammont massimu (VAT eskluża) ta’:

EUR 5 kull persuna għall-waqfa għall-kafè

EUR 25 kull persuna għall-ikla ta' nofsinhar

EUR 40 kull persuna għall-ikla ta' filgħaxija

Fattura globali (3) (minn kumpaniji (kumpanija) tal-catering, mil-lukanda, miċ-ċentru għall-konferenzi, eċċ.) li tindika talanqas it-titlu tal-miżura ta' informazzjoni, id-data, in-numru ta' persuni, it-tip ta' servizzi mogħtija (waqfiet għall-kafè, ikliet ta' nofsinhar u/jew ikliet ta' filgħaxija), il-prezzijiet unitarji u l-prezz totali.

Lista tal-attendenza (tal-parteċipanti) ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku (ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja).

Prova tal-ħlas.

Interpretazzjoni

1.

L-impjegati: l-ispejjeż għall-impjegati (għall-pagi tal-impjegati) huma inklużi fir-rata fissa massima (fl-ammont massimu b’rata fissa) li titħallas (jitħallas) taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

Mhuwa meħtieġ l-ebda dokument ta’ sostenn.

2.

Il-persuni li jaħdmu għal rashom: sal-ammont massimu ta’ EUR 600 għal kull ġurnata (eskluża l-VAT).

Fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta l-interpretazzjoni, id-dati ta' meta twettaq ix-xogħol, u n-numru ta' sigħat maħduma.

Prova tal-ħlas.

Traduzzjoni

1.

L-impjegati: l-ispejjeż għall-impjegati (għall-pagi tal-impjegati) huma inklużi fir-rata fissa massima (fl-ammont massimu b’rata fissa) li titħallas (jitħallas) taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

Mhuwa meħtieġ l-ebda dokument ta’ sostenn.

2.

Il-persuni li jaħdmu għal rashom: sa ammont massimu ta’ EUR 45 għal kull paġna (eskluża l-VAT).

N.B. Paġna waħda tikkorrispondi għal 1 800 karattru mingħajr spazji.

Fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta t-traduzzjoni, u n-numru ta' paġni tradotti.

Prova tal-ħlas.

Miżati għal konsulenti u kelliema

Sa ammont massimu ta’ EUR 600 kuljum (VAT eskluża).

Il-miżati tal-esperti jew tal-kelliema mhumiex eliġibbli fejn il-persuni konċernati jkunu ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea jew internazzjonali jew (meta dawn ikunu) membri jew impjegati tal-organizzazzjoni li tirċievi l-għotja jew ta’ organizzazzjoni assoċjata jew affiljata (magħha).

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u t-trasport: jekk jogħġbok irreferi għal dawn il-kategoriji ta’ nfiq.

Fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq, u d-dati ta' meta sar ix-xogħol.

Il-programm finali tal-konferenza li jinkludi l-isem u l-funzjoni tal-kelliem.

Prova tal-ħlas.

Il-kiri ta’ swali għall-konferenzi u apparat

NB: il-kiri ta’ kabini għall-interpretazzjoni simultanja huwa limitat għal ammont massimu ta’ EUR 750 għal kull ġurnata (eskluża l-VAT).

Fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni, in-natura tal-apparat u d-dati ta’ meta nkrew is-swali għall-konferenzi u l-apparat.

Prova tal-ħlas.

L-ispejjeż tal-posta

Is-servizz postali jew ta’ kurjer għall-posta ta’ (biex jintbagħtu) dokumenti relatati mal-miżura ta’ informazzjoni (stediniet, eċċ.).

Fattura dettaljata li tindika tal-anqas l-isem u n-numru tad-dokumenti mibgħuta jew riċevuta tal-posta bil-ġustifikazzjoni tal-benefiċjarju (flimkien ma’ prova mogħtija mill-benefiċjarju).

Prova tal-ħlas.


(1)  L-ispejjeż għat-trasport komuni biss se jiġu ffinanzjati (ferrovija, ajruplan, dgħajsa). Madankollu wieħed għandu jinnota li t-tariffi tal-karozzi tal-linja, tal-metro, tat-tramm u tat-taxi mhumiex eliġibbli.

(2)  Fejn tintuża klassi oħra li mhix dik ekonomika, l-ispejjeż ikunu eliġibbli biss jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni mill-kumpanija tat-trasport li tindika l-prezz ta' vjaġġ fit-tieni klassi (fil-klassi ekonomika). F'dan il-każ, in-nefqa eliġibbli se tkun limitata għal dak l-ammont.

(3)  Mhumiex se jiġu aċċettati riċevuti individwali tar-ristoranti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6299 – KKR/Sorgenia/Sorgenia France)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 212/12

1.

Fil-11 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi għall-investimenti affiljati ma’ KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti) u Sorgenia SpA (“Sorgenia”, l-Italja), li jagħmlu parti mill-grupp ta’ kumpaniji kkontrollati minn Cofide, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ Sorgenia France SA (“Sorgenia France”, Franza), li attwalment hija kkontrollata biss minn Sorgenia, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR: il-fornitura ta' servizzi ta' ġestjoni alternattiva tal-assi u ta’ soluzzjonijiet għas-swieq kapitali,

Sorgenia: il-ġenerazzjoni kif ukoll il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ gass u elettriku, fundamentalment fl-Italja,

Sorgenia France: il-ġenerazzjoni tal-elettriku fi Franza minn sorsi rinnovabbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6299 – KKR/Sorgenia/Sorgenia France, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/37


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6238 – RREEF/SMAG/OHL – Arenales)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 212/13

1.

Fit-8 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RREEF Pan-European Infrastructure Fund II, LP (“RREEF”), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Deutsche Bank AG (“Deutsche Bank”, il-Ġermanja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Arenales Solar PS, S.L. (“Azucarera”, Spanja), permezz tax-xiri ta' ishma. Arenales bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Solar Millenium AG (“SMAG”, il-Ġermanja) u OHL Industrial, S.L., parti mill-grupp Villar Mir (“OHL/Villar”, Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża RREEF/Deutsche Bank: servizzi finanzjarji,

għall-impriża Arenales: il-bini u l-operat ta’ impjant tal-enerġija termosolari f’Morón de la Frontera, Seville, Spanja,

għall-impriża OHL/Villar: attivitajiet relatati ma’ fertilizzanti, ligi tal-ħadid, proprjetà immobbli, enerġija u mal-kostruzzjoni ta’ proġetti industrijali,

għall-impriża SMAG: il-promozzjoni, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant tal-enerġija termosolari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6238 – RREEF/SMAG/OHL – Arenales, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).