ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.211.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
16 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 211/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 204, 9.7.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 211/02

Opinjoni 1/08: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Opinjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 300(6) KE — Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) — Skedi ta’ rabtiet speċifiċi — Konklużjoni ta’ ftehim dwar l-aġġustamenti kumpensatorji li għandhom jiġu pprovduti fid-dawl tal-modifika u l-irtirar ta’ ċerti rabtiet wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea — Kompetenza kondiviża — Bażijiet legali — Politika kummerċjali komuni — Politika komuni tat-trasport)

2

2011/C 211/03

Opinjoni 1/09: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Opinjoni mogħtija taħt l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim — Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi — Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja — Kompatibbiltà ta’ dan l-abbozz mat-trattati)

2

2011/C 211/04

Kawża C-485/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen vs H. Akdas, H. Agartan, Z. Akbulut, M. Bas, K. Yüzügüllüer, E. Keskin, C. Topaloglu, A. Cubuk, S. Sariisik (Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti — Revoka tal-klawżoli ta’ residenza — Portata — Suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità mogħti mill-Istat Membru ospitanti sabiex jiġi żgurat il-livell minimu vitali għall-benefiċjarji — Emenda fil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Tneħħija tal-imsemmi suppliment fil-każ li l-benefiċjarju jkun residenti f’territorju li ma huwiex dak tal-Istat Membru kkonċernat)

3

2011/C 211/05

Kawża C-306/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 93/37/KEE u 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu tal-komunità awtonoma ta’ Valencia)

3

2011/C 211/06

Kawżi magħquda C-165/09 sa 167/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting Natuur en Milieu et. (C-165/09)/College van Gedeputeerde Staten van Groningen, Stichting Natuur en Milieu et (C-166/09)/College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, Stichting Natuur en Milieu et (C-167/09) vs College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland (Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Permess għall-bini u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija — Direttiva 2001/81/KE — Limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ xi sustanzi li jniġġsu l-atmosfera — Setgħa tal-Istati Membri matul il-perijodu tranżitorju — Effett dirett)

4

2011/C 211/07

Kawża C-538/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-pjanijiet jew proġetti li jistgħu jaffettwaw b’mod sinjifikattiv is-sit protett — Eżenzjoni mill-evalwazzjoni tal-pjanijiet jew proġetti suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni — Traspożizzjoni inkorretta)

5

2011/C 211/08

Kawża C-293/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Gebhard Stark vs DAS Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG (Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Għażla libera ta’ avukat mill-persuna assigurata — Limitazzjoni tar-rimbors mogħti abbażi tal-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza legali tal-persuna assigurata — Rimbors limitat għall-ammont li jikkorrispondi għal dak mitlub minn avukat stabbilit fid-distrett ġudizzjarju tal-qorti tal-ewwel istanza kompetenti)

6

2011/C 211/09

Kawża C-344/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mora Kommun — l-Isvezja) — fil-kuntest tal-eżami ta’ lment ippreżentat minn Dan Bengtsson (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ qorti jew tribunal nazzjonali — Neċessità ta’ kawża u ta’ proċedura intiża sabiex tirriżulta f’deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

6

2011/C 211/10

Kawża C-519/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Wuppertal — il-Ġermanja) — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard — Ħlas ta’ kumpens fil-każ ta’ mard — Kunċett ta’ ħaddiem — Impjegati ssuġġettati għal-leġiżlazzjoni relattiva għal-leave annwali tal-uffiċjali pubbliċi (Dienstordnungsangestellte))

6

2011/C 211/11

Kawżi magħquda C-136/10 u C-178/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Târgu — Mureș — ir-Rumanija) — Daniel Ionel Obreja vs Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș (C-136/10), Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș, Administrația Finanțelor Publice Târgu-Mureș vs SC Darmi SRL (C-178/10) (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq it-tniġġis miġbura fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

7

2011/C 211/12

Kawża C-151/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Dai Cugini NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 97/811/KE — Trattament ugwali bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time — Diskriminazzjoni — Ostakolu amministrattiv ta’ natura li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time — Pubbliċità u konservazzjoni obbligatorji tal-kuntratti u tal-ħinijiet tax-xogħol)

7

2011/C 211/13

Kawża C-336/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Impożizzjonijiet interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

8

2011/C 211/14

Kawża C-418/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2011 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Stabilator sp. z o.o. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Proċedimenti ta’ oppiżizzjoni — Trade mark preċedenti STABILAT — Sinjal figurattiv stabilator — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn prodotti u servizzi)

8

2011/C 211/15

Kawża C-609/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Dieter C. Umbach vs Il-Kummissjoni (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Programm TACIS — Kuntratt konkluż mill-Kummissjoni — Xoljiment ta’ kuntratt — Tilwima bejn il-kontraenti — Talba għal aċċess għad-dokumenti — Inammissibbiltà manifesta)

9

2011/C 211/16

Kawżi magħquda C-29/11 u C-30/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Suceava — ir-Rumanija) — Aurora Elena Sfichi vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-29/11), Adrian Ilaș vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava, Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-30/11) (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

9

2011/C 211/17

Kawża C-92/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Frar 2011 — RWE Vertrieb AG vs Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V.

10

2011/C 211/18

Kawża C-168/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2011 — Manfred Beker u Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

10

2011/C 211/19

Kawża C-182/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Cagno u Comune di Varese

10

2011/C 211/20

Kawża C-183/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Solbiate u Comune di Varese

11

2011/C 211/21

Kawża C-187/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa milt-Tribunale di Treviso (l-Italja) fl- 20 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Elena Vermisheva

11

2011/C 211/22

Kawża C-188/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2011 — Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

11

2011/C 211/23

Kawża C-191/11 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 minn Yorma’s AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-213/09 — Yorma’s vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

12

2011/C 211/24

Kawża C-192/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

13

2011/C 211/25

Kawża C-197/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (Il-Belġju) fit-28 ta’ April 2011 — Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele vs Il-Gvern Fjamming

13

2011/C 211/26

Kawża C-207/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Mejju 2011 — 3D I srl vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

14

2011/C 211/27

Kawża C-208/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2011 minn Internationaler Hilfsfonds e.V kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-36/10, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni

14

2011/C 211/28

Kawża C-210/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — État belge vs Medicom sprl

15

2011/C 211/29

Kawża C-211/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — L-Istat Belġjan vs Maison Patrice Alard sprl

15

2011/C 211/30

Kawża C-223/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

16

2011/C 211/31

Kawża C-225/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Able UK Ltd

16

2011/C 211/32

Kawża C-226/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Expedia Inc. vs Autorité de la concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.Com, Agence Voyages-SNCF.Com, VFE Commerce, IDTGV

17

2011/C 211/33

Kawża C-228/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Melzer vs MF Global UK Ltd

17

2011/C 211/34

Kawża C-235/11 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-589/08, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

17

2011/C 211/35

Kawża C-240/11 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 minn World Wide Tobacco España, S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-37/05, World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 211/36

Kawża C-247/11 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 minn Areva et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-117/07 u T-121/07, Areva et vs Il-Kummissjoni

18

2011/C 211/37

Kawża C-253/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 minn Alstom, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fit-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawżi maqgħuda T-117/07 u T-121/07, Areva et vs Il-Kummissjoni

19

2011/C 211/38

Kawża C-219/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano — l-Italja — Vitra Patente AG vs High Tech Srl

20

2011/C 211/39

Kawża C-158/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Johan van Leendert Holding BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

21

2011/C 211/40

Kawża C-227/10: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

21

2011/C 211/41

Kawża C-241/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg — l-Awstrija) — Harald Jung, Gerald Hellweger vs Magistrat der Stadt Salzburg, fil-preżenza tal-Finanzamt Salzburg-Stadt

21

2011/C 211/42

Kawża C-306/10: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

21

2011/C 211/43

Kawża C-374/10: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

21

2011/C 211/44

Kawża C-380/10: Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

21

2011/C 211/45

Kawża C-445/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

21

2011/C 211/46

Kawża C-471/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg — l-Awstrija) — Martin Wohl, Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, fil-preżenza ta’: Finanzamt Salzburg-Stadt

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 211/47

Kawża T-206/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-methacrylates — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet taddifiża — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Prinċipju ta’ legalità tad-delitti u tal-pieni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Multi — Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji)

22

2011/C 211/48

Kawża T-217/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Arkema France et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-methacrylates — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Multi — Gravità tal-ksur — Impatt konkret fuq is-suq — Effett dissważiv tal-multa — Reċidiva — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Ċirkustanzi attenwanti — Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim — Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji — Ġurisdizzjoni sħiħa)

22

2011/C 211/49

Kawża T-471/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)

23

2011/C 211/50

Kawża T-507/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali 16PF — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Nuqqas ta’ sinjali li saru komuni — Nuqqas ta’ mala fide — Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

23

2011/C 211/51

Kawża T-489/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ — Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) — Użu ħażin ta’ proċedura — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

23

2011/C 211/52

Kawża T-176/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Deċiżjoni 2009/95/KE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju — Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ Estrecho oriental ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh — Annullament parzjali — Indiviżibbiltà — Inammissibbiltà)

24

2011/C 211/53

Kawża T-493/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2011 — Y vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Tkeċċija — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

24

2011/C 211/54

Kawża T-115/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi — Deċiżjoni 2010/45/UE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà)

24

2011/C 211/55

Kawża T-198/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 minn Guido Strack kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-121/07 — Strack vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 211/56

Kawża T-228/11 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Apríl 2011 minn Florence Barbin mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament

26

2011/C 211/57

Kawża T-229/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Inglewood et vs Il-Parlament

26

2011/C 211/58

Kawża T-234/11 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2011 minn Oscar Orlando Arango Jaramillo et mid-digriet mogħti fl-4 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/10, Arango Jaramillo et vs BEI

27

2011/C 211/59

Kawża T-242/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2011 — Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

27

2011/C 211/60

Kawża T-248/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2011 — International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)

28

2011/C 211/61

Kawża T-255/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2011 — Fellah vs Il-Kunsill

28

2011/C 211/62

Kawża T-257/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Pangyrus vs UASI — RSVP Design (COLOURBLIND)

29

2011/C 211/63

Kawża T-260/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 211/64

Kawża T-264/11 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09, De Nicola vs BEI

30

2011/C 211/65

Kawża T-267/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 — Video Research USA vs UASI (VR)

31

2011/C 211/66

Kawża T-269/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

31

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 211/67

Kawża F-35/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

33

2011/C 211/68

Kawża F-57/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 211/69

Kawża F-58/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ et vs BEI

34

2011/C 211/70

Kawża F-59/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs UASI

34

2011/C 211/71

Kawża F-60/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs BĊE

35

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/1


2011/C 211/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 204, 9.7.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 194, 2.7.2011

ĠU C 186, 25.6.2011

ĠU C 179, 18.6.2011

ĠU C 173, 11.6.2011

ĠU C 160, 28.5.2011

ĠU C 152, 21.5.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/2


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Opinjoni 1/08) (1)

(Opinjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 300(6) KE - Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) - Skedi ta’ rabtiet speċifiċi - Konklużjoni ta’ ftehim dwar l-aġġustamenti kumpensatorji li għandhom jiġu pprovduti fid-dawl tal-modifika u l-irtirar ta’ ċerti rabtiet wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea - Kompetenza kondiviża - Bażijiet legali - Politika kummerċjali komuni - Politika komuni tat-trasport)

2011/C 211/02

Lingwa tal-kawża: il-lingwi kollha

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għal opinjoni — Organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ (WTO) — Ftehim ġenerali dwar il-kummerċ fis-servizzi (GATS) — Skedi ta’ rabtiet speċifiċi dwar il-ftuħ tas-swieq u l-għoti ta’ trattament nazzjonali — Ftehim dwar l-emenda u l-irtirar ta’ rabtiet speċifiċi wara l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq l-għoti ta’ kumpens bħala aġġustament favur il-membri tad-WTO effettwati minn din l-emenda u l-irtirar — Natura tal-kompetenza (esklużiva jew kondiviża) tal-Komunità sabiex tikkonkludi ftehim bħal dawn u bażijiet legali xierqa — Kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-politika kummerċjali komuni u tal-politika komuni ta’ trasport

Dispożittiv

(1)

Il-konklużjoni ta’ ftehim mal-Membri affettwati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-sens tal-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), kif deskritti f’din it-talba għal opinjoni, taqa’ taħt il-kompetenza kondiviża tal-Komunità u tal-Istati Membri.

(2)

L-att Komunitarju li jikkonkludi dawn il-ftehim għandu jkun ibbażat kemm fuq l-Artikolu 133(1) u (5) KE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 133(6) KE kif ukoll fuq l-Artikoli 71 KE u 80(2) KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 300(2) KE u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) KE.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/2


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Opinjoni 1/09) (1)

(Opinjoni mogħtija taħt l-Artikolu 218(11) TFUE - Abbozz ta’ ftehim - Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi - Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja - Kompatibbiltà ta’ dan l-abbozz mat-trattati)

2011/C 211/03

Lingwa tal-Kawża: il-lingwi kollha

Partijiet

Rikorrent: Il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għal opinjoni — Kompatibbiltà, mat-Trattat KE, ta’ abbozz ta’ ftehim li joħloq sistema unifikata għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi — Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja, komposta minn qorti tal-ewwel istanza u qorti tal-appell — Għoti, lil dawn il-qrati, ta’ kompetenza li jiddeċiedu, b’mod partikolari, fuq il-kawżi rigward il-validità u/jew l-applikazzjoni tal-privattivi Komunitarji, marbuta mal-fakultà jew, rispettivament, l-obbligu, għal dawn il-qrati, li jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domandi preliminari fir-rigward tal-interpretazzjoni tat-Trattat KE jew il-validità u l-interpretazzjoni ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Preġudizzju għall-awtonomija tas-sistema legali Komunitarja u għan-natura primarja tad-dritt Komunitarju?

Dispożittiv

Il-ftehim previst li joħloq sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi (attwalment intitolat “Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja”) ma huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE.


(1)  JO C 220, 12.09.2009


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen vs H. Akdas, H. Agartan, Z. Akbulut, M. Bas, K. Yüzügüllüer, E. Keskin, C. Topaloglu, A. Cubuk, S. Sariisik

(Kawża C-485/07) (1)

(Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti - Revoka tal-klawżoli ta’ residenza - Portata - Suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità mogħti mill-Istat Membru ospitanti sabiex jiġi żgurat il-livell minimu vitali għall-benefiċjarji - Emenda fil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Tneħħija tal-imsemmi suppliment fil-każ li l-benefiċjarju jkun residenti f’territorju li ma huwiex dak tal-Istat Membru kkonċernat)

2011/C 211/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Konvenuti: H. Akdas, H. Agartan, Z. Akbulut, M. Bas, K. Yüzügüllüer, E. Keskin, C. Topaloglu, A. Cubuk, S. Sariisik

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Adizzjonali għall-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 43) u tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983 C 110, p. 60) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ benefiċċji supplimentari flimkien mal-benefiċċji mogħtija bis-saħħa tal-assigurazzjoni għall-inkapaċità għax-xogħol sabiex jintlaħaq il-livell minimu soċjali — Limitazzjonijiet fil-każ ta’ residenza barra l-Pajjiżi l-Baxxi — Irtirar b’ħeffa differenti skont ir-residenza u n-nazzjonalità

Dispożittiv

(1)

Is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu effett dirett, b’mod li ċ-ċittadini Torok li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni għandhom id-dritt li jużawha direttament quddiem il-qrati tal-Istati Membri sabiex ma jiġux applikati r-regoli tad-dritt nazzjonali li jiksru din id-dispożizzjoni.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4 tal-liġi dwar is-supplimenti (Toeslagenwet) tas-6 ta’ Novembru 1986, tneħħi l-għoti ta’ benefiċċju bħalma huwa s-suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità, mogħti abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta’ ex ħaddiema migranti Torok ladarba dawn jirritornaw lura lejn it-Turkija wara li jkunu tilfu d-dritt ta’ soġġorn tagħhom fl-Istat Membru ospitanti minħabba l-fatt li huma kienu ntlaqtu minn invalidità f’dan l-Istat Membru.

(3)

L-Artikolu 9 tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 22, 26.01.2008


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-306/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 93/37/KEE u 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu tal-komunità awtonoma ta’ Valencia)

2011/C 211/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 6(6), 11, 12 u tat-Titolu II tal-Kapitolu IV (Artikoli 24 sa 29) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163) u tal-Artikoli 2, 6, 24, 30, 31(4)(a), 48(2) u 53 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu tal-komunità awtonoma ta’ Valencia — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting Natuur en Milieu et. (C-165/09)/College van Gedeputeerde Staten van Groningen, Stichting Natuur en Milieu et (C-166/09)/College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, Stichting Natuur en Milieu et (C-167/09) vs College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland

(Kawżi magħquda C-165/09 sa 167/09) (1)

(Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Permess għall-bini u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija - Direttiva 2001/81/KE - Limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ xi sustanzi li jniġġsu l-atmosfera - Setgħa tal-Istati Membri matul il-perijodu tranżitorju - Effett dirett)

2011/C 211/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Greenpeace Nederland, B. Meijer, E. Zwaag, F. Pals (C-165/09), Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne (C 166/09), Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne (C-167/09),

Konvenuti: College van Gedeputeerde Staten van Groningen (C-165/09), College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland (C-166/09 u C-167/09)

fil-preżenza ta’: RWE Eemshaven Holding BV, li kienet RWE Power AG (C-165/09), Electrabel Nederland NV (C-166/09), College van Burgemeester en Wethouders Rotterdam (C-166/09 u C-167/09), E.On Benelux NV (C-167/09)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80), attwalment id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, p. 8) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 320) — Applikazzjoni għal permess ambjentali — Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti — Obbligi tal-Istati Membri matul il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva u d-data prevista fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/81, wara d-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħha — Impjant tal-enerġija

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 9(1), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, fil-verżjoni oriġinali tagħha kif ukoll f’dik ikkodifikata mid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, għandu jiġi intepretat fis-sens li, meta jinħareġ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-Istati Membri ma humiex marbuta li jqisu, fost il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan il-permess, il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ SO2 u ta’ NOx stabbiliti mid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, filwaqt li għandhom josservaw l-obbligu li jinsilet mill-imsemmija Direttiva 2001/81 li jadottaw jew jipprevedu, fil-kuntest ta’ programmi nazzjonali, politiki u miżuri xierqa u koerenti, adattati biex inaqqsu, komplessivament, l-emissjonijiet b’mod partikolari ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu għal kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti indikati fl-Anness I ta’ din id-direttiva sa mhux iktar tard minn tmiem is-sena 2010.

(2)

Matul il-perijodu tranżitorju mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/81:

l-Artikolu 4(3) TUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u d-Direttiva 2001/81 jimponu l-obbligu fuq l-Istati Membri li ma jadottawx miżuri li jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat li jrid jintlaħaq minn din id-direttiva;

ma jidhirx li l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miżura speċifika fir-rigward ta’ sors wieħed ta’ SO2 u ta’ NOx tista’, fiha nnifisha, tikkomprometti serjament il-kisba tar-riżultat li jrid jintlaħaq mid-Direttiva 2001/81. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan ikunx il-każ fir-rigward ta’ kull waħda mid-deċiżjonijiet li permezz tagħhom jinħareġ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali;

it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 6, 7(1) u (2) u 8(1) u (2) tad-Direttiva 2001/81, minn naħa, jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jfasslu, jaġġornaw u jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, programmi ta’ tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u ta’ NOx. Għandhom iqiegħdu dawn il-programmi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati permezz ta’ informazzjoni ċara, komprensibbli u aċċessibbli faċilment, u għandhom ukoll jibagħtuhom lill-Kummissjoni fit-termini previsti. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjonijiet jimponu l-obbligu fuq l-Istati Membri li jħejju u jaġġornaw kull sena inventarji nazzjonali tal-imsemmija emissjonijiet, kif ukoll l-istimi nazzjonali għas-sena 2010. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fit-termini previsti;

it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u d-Direttiva 2001/81 stess ma jimponux obbligu fuq l-Istati Membri jew li jirrifjutaw jew li jillimitaw il-ħruġ ta’ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jew li jadottaw miżuri kompensatorji speċifiċi għal kull permess ta’ dan it-tip li jinħareġ, u dan anki f’każ li jinqabżu jew li jkun hemm riskju li jinqabżu l-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ SO2 u ta’ NOx.

(3)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/81 ma huwiex inkondizzjonat u preċiż biżżejjed biex ikun jista’ jiġi invokat minn individwi quddiem il-qrati nazzjonali qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/81 jagħti lill-individwi kkonċernati direttament drittijiet li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati nazzjonali sabiex ikun jista’ jiġi pretiż li, matul il-perijodu tranżitorju bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jadottaw jew jipprevedu, fil-kuntest ta’ programmi nazzjonali, politiki u miżuri, xierqa u koerenti, li jkunu adattati biex inaqqsu, komplessivament, l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija b’mod li jikkonformaw ruħhom mal-limiti nazzjonali previsti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva sa mhux iktar tard minn tmiem is-sena 2010, u għandhom iqiegħdu l-programmi mfasslin għal dan il-għan għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati permezz ta’ informazzjoni ċara, komprensibbli u aċċessibbli faċilment.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-538/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-pjanijiet jew proġetti li jistgħu jaffettwaw b’mod sinjifikattiv is-sit protett - Eżenzjoni mill-evalwazzjoni tal-pjanijiet jew proġetti suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni - Traspożizzjoni inkorretta)

2011/C 211/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: D. Recchia u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni incorretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoluż6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102 — Evalwazzjoni obbligatoria tal-impatt fuq l-ambjent f’każ ta’ effetti ta’ proġett jew pjan fuq sit “Natura 2000”

Dispożittiv

(1)

Billi ma imponiex fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet, suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, evalwazzjoni tal-effetti ambjentali xierqa meta dawn l-attivitajiet jistgħu jaffettwaw sit Natura 2000, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Gebhard Stark vs DAS Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG

(Kawża C-293/10) (1)

(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera ta’ avukat mill-persuna assigurata - Limitazzjoni tar-rimbors mogħti abbażi tal-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza legali tal-persuna assigurata - Rimbors limitat għall-ammont li jikkorrispondi għal dak mitlub minn avukat stabbilit fid-distrett ġudizzjarju tal-qorti tal-ewwel istanza kompetenti)

2011/C 211/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gebhard Stark

Konvenuta: DAS Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187) — Kuntratt ta’ assigurazzjoni li jipprovdi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li persuna li għandha assigurazzjoni għall-ispejjeż legali hija marbuta tagħżel avukat stabbilit fil-post fejn tinsab il-qorti kompetenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tagħha, il-persuna assigurata għall-ispejjeż legali tkun tista’ tagħżel biss, għar-rappreżentanza tal-interessi tagħha fi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, persuna awtorizzata professjonalment għal dan, li jkollha l-uffiċċju legali tagħha fil-post fejn tinsab il-qorti jew l-amministrazzjoni kompetenti fl-ewwel istanza, sakemm sabiex ma tiġix ippreġudikata l-libertà tal-għażla, tal-persuna assigurata, tal-persuna inkarigata sabiex tirrappreżentaha, din il-limitazzjoni tkun tirrigwarda biss il-firxa tal-kopertura, mill-assiguratur tal-ispejjeż legali, tal-ispejjeż marbuta mal-intervent ta’ rappreżentant u li l-kumpens effettivament imħallas minn dan l-assiguratur ikun suffiċjenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mora Kommun — l-Isvezja) — fil-kuntest tal-eżami ta’ lment ippreżentat minn Dan Bengtsson

(Kawża C-344/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal nazzjonali” - Neċessità ta’ kawża u ta’ proċedura intiża sabiex tirriżulta f’deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2011/C 211/09

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Mora Kommun

Partijiet fil-kawża prinċipali

Dan Bengtsson

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE, tat-12 ta’ Lulju 1999, dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (ĠU L 199, p. 59), kif ukoll tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Effetti fuq is-saħħa tar-radjazzjoni elettromanjetika maħruġa mill-bażijiet tat-telekomunikazzjoni u ta’ xandir ta’ data bil-wireless — Livell ta’ referenza previst mir-rakkomandazzjoni

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden (l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2009.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Wuppertal — il-Ġermanja) — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse

(Kawża C-519/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Ħlas ta’ kumpens fil-każ ta’ mard - Kunċett ta’ ħaddiem - Impjegati ssuġġettati għal-leġiżlazzjoni relattiva għal-leave annwali tal-uffiċjali pubbliċi (‘Dienstordnungsangestellte’))

2011/C 211/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Wuppertal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dieter May

Konvenuta: AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Wuppertal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3), kif ukoll 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Dritt għal ħlas ta’ kumpens għal leave annwali li ma ntużax minħabba mard — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2003/88/KE — Impjegati ta’ korpi ta’ sigurtà soċjali li jwettqu kompiti paragunabbli ma’ dawk tas-servizz pubbliku u li huma suġġetti għar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol applikabbli għal uffiċjali (“Dienstordnungsangestellte”)

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “ħaddiem” jinkludi impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku fil-qasam tas-sigurtà soċjali, suġġett, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-dritt tiegħu għal-leave annwali bi ħlas, għar-regoli applikabbli għall-uffiċjali pubbliċi.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Târgu — Mureș — ir-Rumanija) — Daniel Ionel Obreja vs Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș (C-136/10), Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș, Administrația Finanțelor Publice Târgu-Mureș vs SC Darmi SRL (C-178/10)

(Kawżi magħquda C-136/10 u C-178/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

2011/C 211/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Târgu — Mureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daniel Ionel Obreja (C-136/10), Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș, Administrația Finanțelor Publice Târgu-Mureș (C-178/10)

Konvenuti: Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș (C-136/10), SC Darmi SRL (C-178/10)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Târgu-Mureș — Reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali imposta fuq il-vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikoli 23, 25 u 90 KE — Deroga eventwali bbażata fuq l-Artikolu 174 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid f’ċirkulazzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ vetturi bil-mutur użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi bil-mutur użati tal-istess żmien u fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Dai Cugini NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

(Kawża C-151/10) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 97/811/KE - Trattament ugwali bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time - Diskriminazzjoni - Ostakolu amministrattiv ta’ natura li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time - Pubbliċità u konservazzjoni obbligatorji tal-kuntratti u tal-ħinijiet tax-xogħol)

2011/C 211/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dai Cugini NV

Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen (Afdeling Hasselt) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal sistema ta’ pubbliċità u ta’ kontroll tal-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu part-time, li tikkonsisti fil-formulazzjoni u l-konservazzjoni obbligatorji, taħt piena ta’ sanzjoni kriminali jew amministrattiva, ta’ dokumenti li jindikaw il-ħin tax-xogħol eżatt ta’ kull ħaddiem

Dispożittiv

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq min iħaddem obbligi ta’ konservazzjoni u ta’ pubbliċità tal-kuntratti u tal-ħinijiet tal-ħaddiema part-time jekk jiġi stabbilit li din il-leġiżlazzjoni ma twassalx sabiex dawn tal-aħħar jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time li jinsabu f’sitwazzjoni kumparabbli jew, jekk tali differenza ta’ trattament teżisti, jekk jiġi stabbilit li din hija ġġustifikata b’raġunijiet oġġettivi u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki fattwali u ġuridiċi neċessarji, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt nazzjonali applikabbli, sabiex tevalwa jekk tali huwiex il-każ fil-kawża li għandha quddiemha.

Fl-ipoteżi fejn il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time anness mad-Direttiva 97/81, ikun hemm lok li l-klawżola 5(1) tiegħu tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi wkoll tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova — ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac

(Kawża C-336/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Impożizzjonijiet interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq l-inkwinament imposta mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

2011/C 211/13

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Konvenuta: Victor Vinel Ijac

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Craiova — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru speċifiku — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE.

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa fuq l-inkwinament fuq vetturi bil-mutur li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tiġi applikata b’mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġi skoraġġut ix-xiri ta’ vetturi użati tal-istess numru ta’ snin u tal-istess użu fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2011 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Stabilator sp. z o.o.

(Kawża C-418/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppiżizzjoni - Trade mark preċedenti STABILAT - Sinjal figurattiv “stabilator” - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn prodotti u servizzi)

2011/C 211/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: A. Zinnecker u S. Müller, avukati)

Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Stabilator sp. z o.o. (rappreżentant: M. Kacprzak, radca prawny)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010, Herhof vs UASI — Stabilator (T-60/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali STABILAT, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42, kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-oppożizzjoni tiegħu mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh bejn is-servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni — Ksur tad-dritt għal smigħ

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2011 — Dieter C. Umbach vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-609/10 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - “Programm TACIS” - Kuntratt konkluż mill-Kummissjoni - Xoljiment ta’ kuntratt - Tilwima bejn il-kontraenti - Talba għal aċċess għad-dokumenti - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 211/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dieter C. Umbach (rappreżentant: M. Stephani, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010, Umbach vs Il-Kummissjoni (T-474/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta lill-appellant aċċess għal ċerta informazzjoni li tinsab f’dokumenti marbuta ma’ kuntratt konkluż bejn l-appellant u l-Kummissjoni u li tirrigwarda l-assistenza għar-redazzjoni ta’ kodiċi amministrattiv għall-benefiċċju tal-Federazzjoni tar-Russja fil-kuntest tal-programm TACIS — Talba għal aċċess marbuta mat-tilwima bejn l-appellant u l-Kummissjoni wara x-xoljiment tal-imsemmi kuntratt — Nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 89, 19.03.2011.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Suceava — ir-Rumanija) — Aurora Elena Sfichi vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-29/11), Adrian Ilaș vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava, Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-30/11)

(Kawżi magħquda C-29/11 u C-30/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)

2011/C 211/16

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurora Elena Sfichi (C-29/11), Adrian Ilaș C-30/11)

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-29/11), Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava, Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-30/11)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Suceava — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi għall-ħlas ta’ taxxa ambjentali, filwaqt li l-vetturi użati li huma diġà preżenti fis-suq nazzjonali huma eżenti mill-imsemmija taxxa meta jerġgħu jiġu rreġistrati — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 110 TFUE — Xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija.

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li hija imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati li jkollhom l-istess età u li jkunu fl-istess kundizzjoni fir-rigward tal-użu li jkun sar minnhom fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Frar 2011 — RWE Vertrieb AG vs Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V.

(Kawża C-92/11)

2011/C 211/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fuq punti ta’ liġi: RWE Vertrieb AG

Appellata fuq punti ta’ liġi: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżoli kuntrattwali dwar bidla fil-prezzijiet inklużi f’kuntratti ta’ provvista tal-gass li ġew konklużi ma’ konsumaturi li jingħataw is-servizz barra mill-obbligu ġenerali ta’ provvista ta’ gass, fil-kuntest tal-libertà kuntrattwali tad-dritt komuni (klijenti b’kuntratti speċjali), ma humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jekk ir-regoli legali fis-seħħ, applikabbli għall-klijenti li jaqgħu taħt ir-rata fissa fil-kuntest tal-obbligu ġenerali ta’ konnessjoni u provvista ta’ gass, jiġu inkorporati mingħajr tibdil fir-relazzjonijiet kuntrattwali mal-klijienti b’kuntratti speċjali?

(2)

L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur — sa fejn huma applikabbli — flimkien mal-punt 1(j) u t-tieni sentenza tal-punt 2(b) tal-Anness fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 3(3), flimkien mal-punti (b) u/jew (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, klawżoli kuntrattwali dwar bidla fil-prezzijiet inklużi f’kuntratti ta’ provvista ta’ gass naturali konklużi ma’ klijenti b’kuntratt speċjali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ redazzjoni sempliċi u ċara u/jew ikollhom il-livell ta’ trasparenza rekwiżit jekk, għalkemm ma jiġux indikati l-motivi, il-kundizzjonijiet u l-portata tal-bidla fil-prezz, dawn ikunu jiżguraw li l-impriża li tipprovdi l-gass tinnotifika minn qabel lill-klijenti tagħha bi kwalunkwe żieda fil-prezz u jekk il-klijenti jkollhom dritt ixolju l-kuntratt jekk ma jkunux iridu jaċċettaw il-kundizzjonijiet emendati li jkunu ġew innotifikati lilhom?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2011 — Manfred Beker u Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

(Kawża C-168/11)

2011/C 211/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manfred Beker u Christa Beker

Konvenuta: Finanzamt Heilbronn

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni fi Stat Membru li permezz tagħha — skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa dopjja — fil-każ ta’ persuni taxxabbli li għandhom responsabbiltà fiskali illimitata li d-dħul tagħhom minn pajjiż ieħor huwa suġġett għal taxxa li tikkorrispondi għat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul fl-Istat fejn dan id-dħul joriġina, ikun hemm tpaċija tat-taxxa barranija mat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul imposta fuq id-dħul minn dak l-Istat l-ieħor b’mod li t-taxxa nazzjonali fuq id-dħul li tirriżulta mill-istima tad-dħul taxxabbli — inkluż id-dħul barrani — titqassam proporzjonalment skont il-proporzjon li d-dħul barrani għandu mad-dħul totali — u għalhekk mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż speċjali jew straordinarji bħalma huma spejjeż personali u dawk marbuta ma’ ċirkustanzi personali u tal-familja?


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Cagno u Comune di Varese

(Kawża C-182/11)

2011/C 211/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Econord Spa

Konvenuti: Comune di Cagno, Comune di Varese

Parti oħra fil-kawża: Aspem Spa

Domanda preliminari

Il-prinċipju li jipprovdi li s-sitwazzjoni tal-korp pubbliku individwali parteċipanti fil-kumpannija ad hoc (kumpannija li twaqqfet sabiex tipprovdi ċerti servizzi muniċipali) hija rrilevanti, għandu japplika wkoll fil-każ fejn wieħed mill-komuni assoċjati jkollu sehem wieħed biss fil-kumpannija ad hoc u fejn il-ftehim tal-azzjonisti konkluż bejn korpi pubbliċi ma jkunx tali li jagħti lill-komun parteċipanti kontroll effettiv kwalunkwe fuq il-kumpannija, b’mod li l-parteċipazzjoni fil-kumpannija tista’ titqies biss bħala rappreżentazzjoni formali ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi?


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Solbiate u Comune di Varese

(Kawża C-183/11)

2011/C 211/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Econord Spa

Konvenuti: Comune di Solbiate u Comune di Varese

Parti interessata: Aspem Spa

Domanda preliminari

Il-prinċipju li jipprovdi li s-sitwazzjoni individwali ta’ kull awtorità pubblika li għandha ishma fil-kumpannija ad hoc hija irrilevanti għandu japplika wkoll fil-każ meta wieħed mill-komuni assoċjati jkollu sehem wieħed biss fil-kumpannija ad hoc u meta l-ftehim tal-azzjonisti konklużi bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma humiex adatti sabiex jagħtu l-iċken kontroll effettiv tal-kumpannija lill-komun azzjonarju, b’tali mod li s-sehem fil-kumpannija jista’ jitqies bħala s-sempliċi kuntest formali ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi?


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa milt-Tribunale di Treviso (l-Italja) fl- 20 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Elena Vermisheva

(Kawża C-187/11)

2011/C 211/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Treviso

Parti fil-kawża prinċipali

Elena Vermisheva

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fl-Istat Membru illegalment ikun jista’ jiġi ssanzjonat b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ erba’ snin fil-każijiet fejn ma jkunx osserva l-ewwel ordni tal-Questore, u b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ ħames snin għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordnijiet li jirriżultaw (flimkien mal-obbligu għall-pulizija ġudizzjarja li jarrestaw lill-persuna in flagrante delicto) mis-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tiegħu fil-proċedura tat-tkeċċija u b’mod partikolari mis-sempliċi nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tneħħija tal-awtorità amministrattiva?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2011 — Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-188/11)

2011/C 211/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Hehenberger

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Domanda preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (1), moqri flimkien mar-Regolament (KE) Nru 817/2004 (2), jipprekludi regoli min-naħa tal-persuna li tipprovdi l-għajnuna, liema regoli jistabbilixxu li, fil-każ fejn tiġi prekluża spezzjoni fil-post (kejl tas-superfiċje), l-għajnuna kollha li tkun diġà ngħatat fil-kuntest ta’ miżura agroambjentali matul perijodu ta’ impenn għandha tiġi rrimborsata mill-benefiċjarju, anki jekk din l-għajnuna tkun ingħatat u tħallset matul numru ta’ snin?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87)


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/12


Appell ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 minn Yorma’s AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-213/09 — Yorma’s vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-kawża: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

(Kawża C-191/11 P)

2011/C 211/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Yorma’s AG (rappreżentant: A. Weiß, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża:

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-213/09 skont l-Artikolu 116(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors, ippreżentat mill-appellanti, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Frar 2010 li tiċħad l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Yorma’s”. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tikkonstata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “NORMA”.

L-appellanti tinvoka aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 40/94”).

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li kkonkludiet li kien hemm ċertu xebh bejn is-servizzi inkwistjoni, jiġifieri, minn naħa, l-akkomodazzjoni temporanja u, min-naħa l-oħra, il-kera ta’ bini. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li dawn is-servizzi la jikkumplimentaw lil xulxin minn perspettiva funzjonali u lanqas ma jikkompetu bejniethom. Il-gruppi ta’ konsumaturi li jużaw tali servizzi huma differenti bħal ma huma wkoll iċ-ċirkwiti ta’ distribuzzjoni.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u wasslet għal konklużjoni żbaljata minn perspettiva kawżali meta eskludiet in-newtralizzazzjoni tax-xebh kunċettwali manifestament ineżistenti bejn iż-żewġ trade marks.

Meta jiġi konkluż, bħal ma kkonkludiet il-Qorti Ġenerali, li ma hemmx xebh kunċettwali, lanqas ma jista’ jiġi konkluż li hemm xebh bħala tali fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. It-tifsira kunċettwali ta’ kelma ġġorr piż kbir peress li sinjal li għandu tifsira kunċettwali ddefinita sew huwa iktar faċli li jiġi mmemorizzat minn sinjali oħra li ma għandhom ebda tifsira. Ikun hemm biss lok ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni jekk it-trade mark sussegwenti tuża l-kontenut kunċettwali tat-trade mark preċedenti. Huwa ċar li dan ma japplikax fil-każ ineżami. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-probabbiltà ta’ konfużjoni meħtieġa mill-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat it-tifsira tan-nuqqas ta’ xebh kunċettwali sa fejn interpretat b’mod żbaljat it-tifsira speċifika ta’ dan in-nuqqas ta’ xebh kunċettwali fir-rigward tan-nuqqas ta’ xebh akustiku u figurattiv u ma evalwatx dan kif suppost kellha tagħmel, qabelxejn, peress li l-ittra “s”, bl-apostrofu qabilha, fil-kelma “Yorma’s”, għandha tifsira awtonoma u partikolarment enfatika.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat fid-dritt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta indikat li, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, kien b’mod ġust li l-Bord tal-Appell sostna li l-element verbali kien jiddomina fil-każ inkwistjoni. Din il-konstatazzjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-enfasi kkulurita tas-sinjal “Y” fuq tliet linji li jfakkru f’noti mużikali. Barra minn hekk, ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kulur użat għall-“Y” huwa iktar intens u imbuzzat minn dak użat għal kelma “Yorma’s”. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali lanqas ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ittra “Y” hija miktuba b’kitba partikolari (korsiva) filwaqt li l-element verbali “Yorma’s” huwa mfassal b’ittri stampati abitwali.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ieħor u tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta tikkonstata li t-trade mark ta’ oppożizzjoni Norma tittrażmetti impressjoni viżwali. Huwa ċar li din it-trade mark ma tittrażmetti ebda impressjoni viżwali.

Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-impressjoni globali evokata mis-sinjal mitlub għar-reġistrazzjoni tista’ tiġi influwenzata b’mod sostanzjali tikkostitwixxi wkoll żball ta’ liġi u tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi ieħor u tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta tikkonkludi li d-differenza akustika bejn l-ewwel ittri “N” u “Y” tal-kliem “Norma” u “Yorma’s” hija inqas sinjifikattiva mill-koinċidenza akustika tal-ittri “o”, “r”, “m” u “a” li huma ittri komuni għal dawn iż-żewġ kelmiet. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ġenerali, l-ittra “Y”, li tinsab fl-isfond tat-trade mark mitluba, ma hijiex ippronunzjata. Bl-istess mod, l-ittra “s”, b’apostrofu, ma hijiex neċessarjament ippronunzjata. Anki jekk tiġi ppronunzjata, din ma hijiex biżżejjed sabiex tinnewtralizza x-xebh fonetiku li jirriżulta mill-element verbali komuni “orma”.

Minħabba l-ittri inizjali differenti tagħhom, it-trade marks għandhom ħoss totalment ġdid. Il-“Y” ta’ “Yorma’s” tagħti impressjoni akustika iktar mielsa mill-“N” ta’ “Norma” li tagħti impressjoni akustika iktar ħarxa u monotona. L-“S” li, kuntrarjament għal dak li tikkonstata l-Qorti Ġenerali, hija ippronunzjata dejjem peress li ma tinsabx fit-tieni parti tal-konfigurazzjoni grafika, tagħti lit-trade mark “Yorma” ħoss kunsiderevolment iktar melodjuż u differenti fl-intonazzjoni.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-192/11)

2011/C 211/24

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 5, u 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1), minħabba li ma tipproteġix l-ispeċi kollha ta’ għasafar selvaġġi li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri u li l-protezzjoni tagħhom hija prevista minn din id-direttiva u minħabba li ma tiddefinix b’mod korrett il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ derogi mill-projbizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tittrasponi b’mod korrett l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147 sa fejn ma estendietx il-protezzjoni tal-ispeċi għall-ispeċi ta’ għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huma protetti biss l-ispeċi ta’ għasafar li l-preżenza tagħhom kienet osservata fit-territorju Pollakk u li jinsabu elenkati fl-Annessi I u II tar-Rozporządzenie Ministra Środowiska z dnia 28 września 2004 r. w sprawie gatunków dziko występujących zwierząt objętych ochroną (Regolament tal-Ministru għall-Ambjent tat-28 ta’ Settembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ annimali li jinsabu fin-natura) (2).

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tittrasponi b’mod korrett l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147 sa fejn il-projbizzjoni li jinżamm bajd vojt u li jinżammu għasafar ta’ speċi li l-kaċċa u l-insib tagħhom huma pprojbiti tkopri biss l-ispeċi ta’ għasafar li kienet osservata l-preżenza tagħhom fit-territorju Pollakk.

Ir-Repubblika tal-Polonja lanqas ma ttrasponiet b’mod korrett l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147 sa fejn, fl-ewwel lok, l-Ustawa z 16 kwietnia 2004 r. o ochronie przyrody (Liġi tas-16 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tan-natura) (3) introduċiet il-possibbiltà li jiġu previsti derogi għal raġunijiet differenti minn dawk elenkati fl-artikolu msemmi, fit-tieni lok, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-protezzjoni tan-natura jmorru lil hinn mir-rekwiżit stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ dannu serju għall-uċuħ, għall-bhejjem, għall-foresti, għas-sajd u għall-ilmijiet; fit-tielet lok, fir-Regolament tal-Ministru għall-Ambjent dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ annimali li jinsabu fin-natura hija aċċettata deroga, fir-rigward tal-attivitajiet li jikkonċernaw l-attwazzjoni ta’ politika razzjonali dwar l-użu tal-art, tal-foresti u tal-ħut, li ma tinsabx fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva u, fir-raba’ lok, fir-regolament imsemmi hija aċċetta deroga ġenerali, li ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva, fir-rigward tal-margun (Phalacrocorax carbo) u tar-russett griż (Ardea cinerea), li jinsabu fl-inħawi ta’ għadajjar tal-ilma li jkun fihom il-ħut u li huma identifikati bħala żoni ta’ tgħammir.

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tittrasponi b’mod korrett l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/147 sa fejn, fl-ewwel lok, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma huma previsti ebda kontrolli fir-rigward tad-derogi konċessi, fit-tieni lok, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma humiex iddefiniti l-kundizzjonijiet tar-riskju għad-derogi konċessi u, fit-tielet lok, ma huma stabbiliti ebda kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga ġenerali fis-sens tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva fir-rigward tal-margun (Phalacrocorax carbo) u tar-russett griż (Ardea cinerea), li jinsabu fl-inħawi ta’ għadajjar tal-ilma li jkun fihom il-ħut u li huma identifikati bħala żoni ta’ tgħammir, u li jinsabu elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Ministru għall-Ambjent dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ annimali li jinsabu fin-natura.


(1)  ĠU L 20, p. 7

(2)  Dz.U. 2004, Nru 220, p. 2237.

(3)  Dz.U. 2004, Nru 92, p. 880, kif emendata sussewgentement.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (Il-Belġju) fit-28 ta’ April 2011 — Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele vs Il-Gvern Fjamming

(Kawża C-197/11)

2011/C 211/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele

Konvenut: Il-Gvern Fjamming.

Intervenjenti: Collège de la Commission communautaire française, Gouvernement de la Communauté française, Conseil des ministres

Domanda preliminari

L-Artikoli 21, 45, 49, 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-iskema stabbilita mill-Ktieb 5 tad-Digriet tar-Reġjun Fjamming tas-27 ta’ Marzu 2009 dwar il-politika tal-art u tal-immobbli, intitolat “Għajxien fir-reġjun tiegħek stess”, li jissuġġetta, f’ċerti komuni msejħa komuni mmirati, it-trasferiment ta’ artijiet u ta’ kostruzzjonijiet mibnija fuqhom għall-prova, mix-xerrej jew mill-kerrej, ta’ rabta suffiċjenti mal-komuni skont l-Artikolu 5.2.1(2) tad-Digriet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Mejju 2011 — 3D I srl vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

(Kawża C-207/11)

2011/C 211/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 3D I srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Istat Taljan, stabbilita fl-Artikolu 2(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 544, tat-30 ta’ Diċembru 1992, li abbażi tagħha trasferiment jew skambju ta’ azzjonijiet jagħti lok għal tassazzjoni, fir-rigward tal-kumpannija li tittrasferixxi, tal-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment u li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża inizjali ta’ akkwist tal-azzjonijiet jew tal-ishma ittrasferiti u l-valur attwali tagħhom, sakemm il-kumpannija li tittrasferixxi tinkludi fil-karta tal-bilanċ tagħha fond ta’ riżerva speċjali ekwivalenti għall-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment, hija, f’każ bħal dan li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti, kuntrarja għall-Artikoli 2, 4 u 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (1)?


(1)  ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2011 minn Internationaler Hilfsfonds e.V kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-36/10, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-208/11 P)

2011/C 211/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds e.V. (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara li l-miżuri kkontestati huma nulli u tiddeċiedi definittivament fuq il-mertu tal-kawża, jew sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti hija organizzazzjoni mhux governattiva rregolata mid-dritt Ġermaniż li topera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja. Is-suġġett tal-kawża huwa l-kuntratt konkluż bejn l-appellanti u l-Kummissjoni “LIEN 97-2011” dwar il-kofinanzjament ta’ proġett ta’ għajnuna medika fil-Kazakhstan. Skont l-appellanti, il-kuntratt u l-proġett ġew unilateralment xolti mill-Kummissjoni f’Ottubru 2009, u dan b’mod illegali.

Sa minn meta ġie xolt il-kuntratt, l-appellanti ppruvat tivverifika liema kienu l-motivi li wasslu lill-Kummissjoni ttemm kuntratt li, kif isostnu l-appellanti stess u l-Gvern tal-Kazakhstan, kien importanti u kellu bidu pożittiv. Hija tissuspetta li kien hemm abbuż ta’ poter u għalhekk ippruvat permezz ta’ diversi proċeduri, quddiem l-Ombudsman u l-qrati Ewropej, iġġiegħel lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dokumenti kollha abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Nru 1049/2011”). Il-Kummissjoni tiċħad aċċess komplet għal tali dokumenti.

L-appell huwa intiż kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali, li permezz tiegħu din tal-aħħar iddikjarat bħala inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet mill-ġdid l-aċċess għad-dokumenti kollha, u barra minn hekk, ikkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tal-proċeduri. L-appellanti tikkontesta l-fatt li l-Qorti Ġenerali ddeterminat u intepretat b’mod żbaljat it-terminu previst għall-preżentata ta’ rikors għal annullament.

B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikors tagħha kien intiż kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fil-kuntest tal-proċedura b’żewġ stadji prevista fir-Regolament Nru 1049/2001. Minn perspettiva proċedurali, l-appellanti ma kinitx f’pożizzjoni li tippreżenta rikors qabel ir-risposta tal-Kummissjoni għat-tieni talba tagħha, tal-15 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħha hija talbet li tiġi eżaminata mill-ġdid ir-risposta tad-9 ta’ Ottubru 2009 għall-ewwel talba tagħha. Fil-fehma tal-appellanti, hija aġixxiet b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni. Skont l-appellanti, it-terminu beda jiddekorri minn meta hija rċeviet ir-risposta, għat-tieni domanda tagħha, fil-forma ta’ ċaħda għat-talba tagħha fis-sens tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, fit-2 ta’ Diċembru 2009. Dan it-terminu skada fit-2 ta’ Frar 2010. Għalhekk, skont l-appellanti, ir-rikors ġie ppreżentat fit-terminu previst. L-appellanti tqis bħala inkomprensibbli li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet it-terminu tas-16 ta’ Ottubru 2009 (data li fiha hija ressqet it-tieni talba) bħala bidu tat-terminu previst għall-preżentata tar-rikors, u d-29 ta’ Diċembru 2009 bħala t-tmiem tat-terminu previst, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni li d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 (risposta provviżorja għall-ewwel talba tagħha) inbidlet f’att ġuridiku kontestabbli biss meta ngħatat ir-risposta ta’ ċaħda tat-tieni talba tagħha.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — État belge vs Medicom sprl

(Kawża C-210/11)

2011/C 211/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Medicom sprl

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2)(a) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jiġi kkunsidrat bħala provvista ta’ servizzi eżentati, peress li huwa kera ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b), l-użu, għall-bżonnijiet privati tad-diretturi, amministraturi jew imsieħba u tal-familja tagħhom ta’ kumpannija bil-personalità ġuridika, ta’ parti jew tat-totalità ta’ bini li jagħmel parti mill-patrimonju ta’ din il-kumpannija u hekk intiż fit-totalità tiegħu għall-impriża tagħha, fil-każ fejn l-ebda kera fi flus ma tiġi stabbilita bħala ħlas għal dan l-użu imma fejn dan huwa benefiċċju minn impjieg jew kariga impost bħala tali fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul li huma suġġetti għaliha d-diretturi, peress li dan l-użu huwa għalhekk ikkunsidrat għal skopijiet ta’ taxxa bħala l-ħlas ta’ parti mill-provvista ta’ xogħol magħmul mid-diretturi, amministraturi jew l-imsieħba?

(2)

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsemmija eżenzjoni tapplika fl-imsemmija ipoteżi meta l-kumpannija tonqos milli tipprova l-eżistenza ta’ rabta neċessarja bejn l-użu tal-impriża u t-tqegħid għad-dispożizzjoni parzjali jew totali tal-bini għad-diretturi, amministraturi jew imsieħba, u f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ rabta indiretta hija biżżejjed?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — L-Istat Belġjan vs Maison Patrice Alard sprl

(Kawża C-211/11)

2011/C 211/29

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan

Konvenuta: Maison Patrice Alard sprl

Domandi preliminari

(1)

L-inċiż (a) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jiġi meqjus bħala provvista ta’ servizzi eżenti, fejn ikun hemm kiri ta’ beni immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b), l-użu, għall-bżonnijiet privati tad-diretturi, amministraturi jew soċji u tal-familja tagħhom ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa li għandha personalità ġuridika, ta’ beni immobbli jew parti minnha u li tagħmel parti mill-proprjetà ta’ din il-kumpannija u li għalhekk hija kollha kemm hi għall-użu tal-impriża tagħha, fil-każ fejn ebda kera pagabbli fi flus ma hi stipulata inkambju għal dan l-użu iżda fejn din tirriżulta f’benefiċċju in natura taxxabbli bħala tali fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul li għaliha huma suġġetti d-diretturi, fejn minħabba dan il-fatt, mill-perspettiva fiskali dan l-użu huwa kkunsidrat bħala l-korrispettiv ta’ parti mill-provvista ta’ xogħol imwettaq mid-diretturi, amministraturi jew soċji?

(2)

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsemmija eżenzjoni tapplika fl-imsemmija ipoteżi meta l-kumpannija ma tipprovax l-eżistenza ta’ rabta neċessarja bejn l-operat tal-impriża u t-tqegħid ta’ beni immobbli jew parti minnha għad-dispożizzjoni tad-diretturi, amministraturi jew soċji u, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ rabta indiretta hija biżżejjed?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-223/11)

2011/C 211/30

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u I. Hadjiyiannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(1)

tiddikjara li:

billi ma ppubblikatx il-pjanijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 13(6), flimkien mal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE (1);

billi ma ppubblikatx u billi ma għamlitx disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-utenti, għall-preżentazzjoni eventwali ta’ osservazzjonijiet, il-proġetti u pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva 2000/60/KE;

billi ma bagħtitx lill-Kummissjoni kopja tal-pjanijiet tagħha ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(2)

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE

L-Artikolu 13(6), flimkien mal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE, jistabbilixxi li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ta’ kull distrett tal-baċin tax-xmara, nazzjonali jew internazzjonali li jkun jinsab fit-territorju tal-Unjoni, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2009.

Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata jew informata dwar jekk ġewx ippubblikati dawn il-pjanijiet, fir-rigward tal-Portugall.

Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60/KE

Kif jirriżulta mid-Direttiva, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija kkunsidrata essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata jew informata dwar jekk ġewx ippubblikati jew sarux disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-utenti, għall-preżentazzjoni eventwali ta’ osservazzjonijiet, kwalunkwe proġett ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar.

Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE

Il-Kummissjoni ma rċeviet, min-naħa tal-Istat Portugiż, ebda kopja tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, la dawk tad-distretti tal-baċini tax-xmajjar nazzjonali u lanqas dawk tad-distretti tal-baċini tax-xmajjar internazzjonali.


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275)


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Able UK Ltd

(Kawża C-225/11)

2011/C 211/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Konvenuta: Able UK Ltd

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżenta l-provvista fir-Renju Unit ta’ servizzi ta’ żmantellar ta’ bastimenti rtirati mis-servizz tal-US Navy lill-US Department of Transportation Maritime Administration f’waħda jew fiż-żewġ ċirkustanzi segwenti:

(a)

meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO li jipparteċipa fl-isforz ta’ difiża komuni jew lil persunal ċivili li jakkumpanjhom;

(b)

meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO stazzjonat jew fi żjara fir-Renju Unit jew lil persunal ċivili li jakkumpanja lil tali forzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, p. 1)


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Expedia Inc. vs Autorité de la concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.Com, Agence Voyages-SNCF.Com, VFE Commerce, IDTGV

(Kawża C-226/11)

2011/C 211/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation (Franza).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Expedia Inc.

Konvenuti: Autorité de la concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.Com, Agence Voyages-SNCF.Com, VFE Commerce, IDTGV

Domandi preliminari

L-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jsiru proċeduri kontra u milli jingħataw sanzjonijiet minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fuq il-bażi kemm tal-Artikolu 101(1) TFUE kif ukoll tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ prattiċi ta’ ftehim, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriża jew prattiċi miftiehma li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda li ma jilħqux il-livelli stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2001 dwar ftehim ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli l-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (de minimis) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8 Vol. 2 p. 125)?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205).


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Melzer vs MF Global UK Ltd

(Kawża C-228/11)

2011/C 211/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Melzer

Konvenuta: MF Global UK Ltd

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 (1), fil-każ ta’ parteċipazzjoni transkonfinali ta’ diversi persuni fl-istess att illegali, huwa possibbli li għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq tittieħed inkunsiderazzjoni determinazzjoni alternattiva tal-post fejn ikun twettaq l-att?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-589/08, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-235/11 P)

2011/C 211/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DG ENVI) li tiċħad l-offerti mressqa mill-applikant għal kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 “Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni — CITL/CR” (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor,

tirrinvija l-każ lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar teżamina l-bqija tal-kwistjonijiet fiż-żewġ lottijiet, inkluża t-talba għad-danni, li għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti Ġenerali,

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż legali tal-appellanti u spejjeż oħra inklużi dawk sostnuti inkonnessjoni mal-proċedura inizjali, anki jekk dan l-appell jiġi miċħud kif ukoll dawk ta’ dan l-appell, jekk dan jiġi milqugħ.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għal dawn il-motivi:

żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni

interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1) u tal-Artikolu 149 tar-regoli ta’ implementazzjoni (2) fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-obbligu li jingħataw raġunijiet mill-awtorità kontraenti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma aċċettatx l-argumenti tal-appellanti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol 4, p. 74.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol 4, p. 145.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/18


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 minn World Wide Tobacco España, S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-37/05, World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-240/11 P)

2011/C 211/35

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: World Wide Tobacco España, S.A. (rappreżentanti: M. Odriozola u A Vide, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-37/05;

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, l-appellanti tqis li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta imponiet fuq WWTE (World Wide Tobacco España, SA) fattur disważiv iktar strett minn dak impost fuq l-impriżi ta’ pproċessar l-oħra. Il-Kummissjoni imponiet fattur disważiv fuq WWTE minħabba l-fatt li hija kienet tifforma parti minn grupp multinazzjonali li għandu forza ekonomika u finanzjarja sinjifikattiva. Il-fatt li WWTE kienet aġixxiet, quod non, taħt l-influwenza determinanti tal-kumpanniji parent tagħha tqis biss bħala fattur addizzjonali.

It-tieni nett, sussidjarjament, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkalkola mill-ġdid il-fattur multiplikatur sa fejn hija tqis li waħda mill-kumpanniji parent ma hijiex responsabbli għall-aġir ta’ WWTE. Il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ WWTE minħabba li hija ma kinitx inkludiet fit-talba tagħha l-allegazzjonijiet tal-kumpanniji parent għaliex huma huma li għandhom jikkontestaw ir-responsabbiltà imposta fuqhom u mhux is-sussidjarja. Fi kwalunkwe każ, is-sentenzi deċiżi, peress li jiddeċiedu fuq ir-rikorsi tal-kumpanniji parent, inkluża s-sentenza mogħtija fil-Kawża T-24/05, għandhom saħħa ta’ res judicata bejn partijiet in solidum.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tiddikjara bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ ċarezza l-allegazzjoni tal-appellanti li fiha hija sostniet li, peress illi l-kumpanniji parent ma kinux responsabbli, il-Kummissjoni kienet imponiet multa li tikser il-limitu ta’ 10 % tal-kont. Ir-raġunijiet huma identiċi għal dawk imressqa fil-punt preċedenti: huma biss il-kumpanniji parent li jistgħu jikkontestaw ir-responsabbiltà imposta fuqhom u s-sentenza mogħtija għandha saħħa ta’ res judicata bejn partijiet in solidum.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikser il-linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi billi ma tikkunsidrax il-fatt li, matul is-snin 1996 u 1997, WWTE ma osservatx il-ftehim. L-appellanti tqis ukoll li, billi ma rreferietx b’mod espress għal dan il-fatt attenwanti fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma tistax tippretendi li hija kkunsidratu.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/18


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 minn Areva et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-117/07 u T-121/07, Areva et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-247/11 P)

2011/C 211/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Areva SA (rappreżentant: A. Schild, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Alstom, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata;

fil-każ fejn tqis li l-proċeduri huma tali li l-kawża hija definittivament res judicata:

prinċipalment, tannulla l-artikoli segwenti tad-deċiżjoni kkontestata:

Artikolu 1(c),

Artikolu 2(c);

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali;

fil-każ fejn tqis li l-proċeduri huma tali li l-kawża ma hijiex definittivament res judicata, tirrinvija l-kawża quddiem awla tal-Qorti Ġenerali komposta b’mod differenti u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tqajjem erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tar-regoli dwar il-motivazzjoni u d-drittijiet tad-difiża fil-kuntest tal-analiżi tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ Areva SA fuq Areva T&D SA u Areva T&D AG matul il-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar u l-11 ta’ Mejju 2004. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 36 u 53 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva s-sentenza tagħha) peress li fil-punt 150 tas-sentenza kkontestata, hija ssostitwiet ir-raġunament tagħha għal dak tal-Kummissjoni billi żiedet a posteriori għad-deċiżjoni inkwistjoni motivi li ma humiex fiha. Ir-rikorrenti tosserva wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha sa fejn l-argumenti tagħha ma jippermettux li jinftiehmu r-raġunijiet għalfejn ma laqgħetx l-argumenti tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tosserva li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Areva SA billi imponitilha probatio diabolica fil-kuntest tal-prova tan-nuqqas ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti min-naħa tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarji tagħha u billi rrifjutatilha l-possibbiltà li tesprimi ruħha fuq l-argumenti l-ġodda li hija żiedet għad-deċiżjoni inkwistjoni.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli dwar is-solidarjetà għall-ħlas tal-multi, li għandu bħala konsegwenza ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-individwalità tal-pieni. Ir-rikorrenti ssostni li, billi imponiet multi li għandhom l-effett li joħolqu solidarjeta “ta’ fatt” bejn żewġ kumpanniji li qatt ma għamlu parti mill-istess unità ekonomika, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tar-regoli dwar id-delega illegali tas-setgħat tal-Kummissjoni, ta’ nuqqasijiet ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali u tal-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet għal nuqqas ta’ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn kodebituri fil-kuntest ta’ solidarjetà. F’dan ir-rigward, Areva SA ssostni, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kuntrarja għall-intenzjoni ta’ din tal-aħħar sabiex tagħti “soluzzjoni” li, mingħajr ma hija fondata ġuridikament, tippermettilha li tiċħad l-argumenti tar-rikorrenti dwar id-delega tas-setgħat tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti ssostni, min-naħa l-oħra, li s-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tikser il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u tal-individwalità tal-pieni.

Ir-raba’ u l-aħħar motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali f’dak li jikkonċerna l-multa imposta in solidum fuq Areva SA. Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali, billi ma użatx is-setgħa tagħha ta’ ġurisdizzjoni sħiħa u billi kkonfermat attribuzzjoni tal-multi li ma tieħux inkunsiderazzjoni tat-tul tal-ksur imwettaq, kisret l-imsemmija prinċipji.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/19


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 minn Alstom, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fit-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawżi maqgħuda T-117/07 u T-121/07, Areva et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-253/11 P)

2011/C 211/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Alstom, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)

Il-partijiet l-oħra fil-proċedura: Areva, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawżi T-117/07 u T-121/07, Areva SA, Areva T&D Holding SA, Areva T&D AG, Areva T&D SA u Alstom vs Il-Kummissjoni Ewropea;

fil-każ li tqis li l-kawża tinsab fi stat ta’ deċiżjoni finali:

prinċipalment, tannulla l-artikoli segwenti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 tal-24 ta’ Jannar 2007 (Każ COMP/38.899 — Switchgear insulat bil-gass):

Artikolu 1(b) [Alstom],

Artikolu 1(d) [Alstom Grid AG (ex-Areva T&D AG)],

Artikolu 1(e) [T&D Holding (ex-Areva T&D Holding SA)],

Artikolu 1(f) [Alstom Grid SAS (ex-Areva T&D SA)],

Artikolu 2(b) [Alstom],

Artikolu 2(c) [Alstom, Alstom Grid AG (ex-Areva T&D AG), T&D Holding (ex-Areva T&D Holding SA) u Alstom Grid SAS (ex-Areva T&D SA)];

sussidjarjament, tnaqqas b’mod sostanzjali l-multi imposti fuq l-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

fil-każ li tqis li l-kawża ma tinsabx fi stat ta’ deċiżjoni finali, tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem awla tal-Qorti Ġenerali komposta b’mod differenti u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw ħames aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, li jinvolvi żewġ partijiet, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 269 TFUE inkwantu ddeċidiet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet motivata b’mod suffiċjenti. F’dan ir-rigward, huma jikkritikaw, fl-ewwel lok, lill-Qorti Ġenerali talli deċidiet, fil-punti 90 sa 99 tas-sentenza mogħtija, li l-Kummissjoni kienet motivat b’mod suffiċjenti skont il-liġi l-konklużjoni tagħha ta’ responsabbiltà flimkien u in solidum ta’ Alstom ma’ Areva T&D SA u Areva T&D AG, ibbażata fuq il-fatt li Alstom ma kienx irnexxielha taqleb il-preżunzjoni li hija tinfluwenza b’mod determinanti l-operat tas-sussidjarji tagħha, minkejja li l-Kummissjoni ma kinitx irrispondiet għall-elementi pprovduti minn Alstom sabiex taqleb din il-preżunzjoni (l-ewwel parti). Fit-tieni lok, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli deċidiet, fil-punt 200 tas-sentenza mogħtija, li l-Kummissjoni setgħet ġustament ma tipprovdix motivazzjoni għar-raġunijiet li permezz tagħhom setgħet tiġi imposta multa in solidum fuq żewġ kumpanniji li ma jifformawx entità ekonomika fil-jum li ġiet adottata d-deċiżjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jinvokaw il-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikoli 36 u 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien mal-Artikolu 263 TFUE, inkwantu l-Qorti Ġenerali tissotitwixxi, fil-punti 101 sa 110 (l-ewwel parti), 148 sa 150 (it-tieni parti) u 214 sa 216 (it-tielet parti) tas-sentenza, ir-ratio tagħha ma’ dak tal-Kummissjoni billi żiedet a posteriori mad-deċiżjoni kkontestata motivi li ma jinsabux fiha. Bl-istess mod, Alstom et tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli deċidiet, fil-punt 206 tas-sentenza kkontestata, li setgħet tiġi imposta multa in solidum fuq żewġ kumpanniji li ma jifformawx parti minn unità ekonomika fil-jum li ġiet adottata d-deċiżjoni (ir-raba’ parti).

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-iffissar mill-Qorti Ġenerali ta’ probatio diabolica bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, u b’mod partikolari bi ksur tar-regoli li jirregolaw l-imputabbiltà lil kumpannija parent tal-prattiki tas-sussidjarja tagħha u tal-prinċipji ta’ dritt għal smigħ xieraq u tal-preżunzjoni ta’ innoċenza stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jinvolvi żewġ partijiet. L-appellanti jsostnu li:

(a)

minn naħa, billi kkonfermat l-imputabbiltà tar-responsabbiltà tal-prattiki mwettqa mis-sussidjarji tagħha fuq il-kumpannija parent tagħhom Alstom u billi applikat il-prinċipji ġurisprudenzjali tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti, il-Qorti Ġenerali kisret, fil-punti 84 sa 110 tas-sentenza mogħtija, id-dritt għal smigħ xieraq u l-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, billi użat, f’kuntest ta’ imputabbiltà tar-responsabbiltà, definizzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinati ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha mingħajr l-ebda rabta ma’ aġir effettiv fuq is-suq inkwistjoni u, għalhekk, billi tagħti natura inkonfutabbli lil din il-preżunzjoni;

(b)

min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi, fil-punti 144 sa152 tas-sentenza mogħtija, fl-iffissar ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn Areva T&D Holdings SA fuq Areva T&D SA u Areva T&D AG matul il-perijodu mid-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-kunċett ta’ ħlas in solidum inkwantu ddeċidiet, fil-punti 214 sa 216 tas-sentenza mogħtija li l-ħlas in solidum jiddetermina l-parti tal-kontribuzzjonijiet rispettivi tal-kumpanniji li fuqhom ġiet imposta multa in solidum (l-ewwel parti) u inkwantu tikser, fil-punti 232 sa 236 u 238 sa 242 tas-sentenza kkontestata, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni kif ukoll l-Artikolu 13 TUE fir-rigward tad-delega mill-Kummissjoni tas-setgħa li tiddetermina r-responsabbiltà ta’ kull impriża sanzjonata.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha li twieġeb għall-motivi zviluppati inkwantu hija twettaq żball, fil-punti 223 sa 230 tas-sentenza, fir-rigward tal-portata tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rikors effettiv u għal protezzjoni ġudizzjarja u ma tweġibx għalhekk għall-motiv imqajjem iżda għal motiv ieħor li ma kienx tqajjem.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano — l-Italja — Vitra Patente AG vs High Tech Srl

(Kawża C-219/09) (1)

2011/C 211/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Johan van Leendert Holding BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-158/10) (1)

2011/C 211/39

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-227/10) (1)

2011/C 211/40

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg — l-Awstrija) — Harald Jung, Gerald Hellweger vs Magistrat der Stadt Salzburg, fil-preżenza tal-Finanzamt Salzburg-Stadt

(Kawża C-241/10) (1)

2011/C 211/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-306/10) (1)

2011/C 211/42

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-374/10) (1)

2011/C 211/43

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-380/10) (1)

2011/C 211/44

Lingwa tal-kawża: l-Isvediz

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-445/10) (1)

2011/C 211/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg — l-Awstrija) — Martin Wohl, Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, fil-preżenza ta’: Finanzamt Salzburg-Stadt

(Kawża C-471/10) (1)

2011/C 211/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


Il-Qorti Ġenerali

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-methacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet taddifiża - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta’ legalità tad-delitti u tal-pieni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Multi - Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji)

2011/C 211/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) u Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(ċ) u (d) u tal-Artikolu 2(b) u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Methacrylates), u, sussidjarjament, talba għal modifika tal-Artikolu 2(b) tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Total SA u Elf Aquitaine SA għandhom ibatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Arkema France et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-methacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Gravità tal-ksur - Impatt konkret fuq is-suq - Effett dissważiv tal-multa - Reċidiva - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim - Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2011/C 211/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza), Altuglas International SA (Puteaux, Franza); u Altumax Europe SAS (Puteaux) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas Jimeno u P. Geffriaud, sussegwentement S. Sorinas Jimeno u E. Jégou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Methacrylates), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa li għalih huma responsabbli in solidum Arkema SA (issa Arkema Franza), Altuglas International SA u SAS Altumax Ewropa, skont l-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni C(2006) 2098 finali tal-Kummissjoni, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Methacrylates), huwa mnaqqsa għal EUR 113 343 750.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Arkema France, Altuglas International u Altumax Europe huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament

(Kawża T-471/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)

2011/C 211/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ciarán Toland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burke, solicitor, E. Regan, SC, u J. Newman, barrister)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u D. Moore, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u C. Vang, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, A. Guimaraes-Purokoski u H. Leppo, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenza A(2008) 10636, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenża A(2008) 10636, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.

(2)

Il-Parlament ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Ciarán Toland.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF)

(Kawża T-507/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali 16PF - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ sinjali li saru komuni - Nuqqas ta’ mala fide - Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 211/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Psytech International Ltd (Pulloxhill, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, solicitor, N. Saunders, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Institute for Personality & Ability Testing, Inc. (Champaign, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hobbs, QC, u A. Chaudri, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1012/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Psytech International Ltd u l-Institute for Personality & Ability Testing, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Psytech International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/08) (1)

(Rikors għad-danni - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) - Użu ħażin ta’ proċedura - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 211/51

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Power-One Italy SpA (Terranova Bracciolini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), maħsub sabiex jikkofinanzja l-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/09) (1)

(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2009/95/KE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju - Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà)

2011/C 211/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gvern ta’ Ġibiltà (rappreżentanti: D. Vaughan u M. Llamas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u D. Recchia, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u M. Muñoz Pérez, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterranju (ĠU 2009, L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), bl-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u b’settur ta’ baħar miftuh.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Gvern ta’ Ġibiltà huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2011 — Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-493/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 211/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment J. P. Keppenne u L. Lozano Palacios, sussegwentement J.-P. Keppenne u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009, Y vs Il-Kummissjoni (F-29/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u li jitlob l-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Y għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 221, 14.8.2010


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-115/10) (1)

(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2010/45/UE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà)

2011/C 211/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, assistit minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta’ “Estrecho Oriental” (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibili.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/25


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 minn Guido Strack kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-121/07 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/11 P)

2011/C 211/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-121/07;

tannulla parzjalment id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża F-121/07 sa fejn dan id-digriet jiċħad it-talba tal-appellant għall-għoti ta’ sentenza fil-kontumaċja;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea li permezz tagħha l-Kawża F-121/07, li inizjalment kienet assenjata lill-Ewwel Awla, ġiet sussegwentement assenjata lit-Tieni Awla;

tannulla d-deċiżjoni meħuda mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Kawża F-121/07 u li permezz tagħha l-ittra tal-appellant tat-2 ta’ April 2009 u t-talba mressqa mill-appellant f’din l-ittra sabiex jitħalla jestendi t-talbiet tiegħu la ġew ikkunsidrati u lanqas irreġistrati;

tiddeċiedi skont it-talbiet tal-appellant imressqa fir-rikors fil-Kawża F-121/07 u fl-ittra tal-appellant fil-kuntest ta’ dik il-kawża tat-2 ta’ April 2009, u tikkundanna lill-konvenuta fil-Kawża F-121/07 skont dawn it-talbiet u skont it-talbiet addizzjonali tal-appellant;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

barra minn hekk, b’riferiment għall-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-appellanti jitlob kumpens għal dewmien indebitu fl-ammont ta’ EUR 2 500 jew f’ammont stabbilit skont id-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tnejn u għoxrin aggravju.

Permezz ta’ dawn l-aggravji, huwa jallega fost l-oħrajn: in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kulleġġ ġudikanti li adotta d-deċiżjoni appellata; ir-rifjut illegali li tingħata sentenza fil-kontumaċja; l-illegalità tal-prorogi tat-termini mogħtija lill-Kummissjoni; in-nuqqas li jitħalla jressaq talbiet addizzjonali; in-nuqqas li l-kawża tingħaqad ma’ kawżi oħra bejn il-partijiet, kif mitlub; il-preżentazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rapport għas-seduta ppreparat minn qabel u fis-sentenza appellata; preġudizzju min-naħa tal-Imħallef Relatur; ksur tar-regoli tat-Tribunal dwar is-sistema lingwistika u diskriminazzjoni fil-konfront tal-appellant fuq il-bażi tal-lingwa kif ukoll in-nuqqas li jiġu tradotti dokumenti proċedurali.

Barra minn hekk, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi u naqas milli jimmotiva s-sentenza tiegħu b’mod suffiċjenti. Dan b’mod partikolari fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 25, 26, 26a u 90 et seq. tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 6, 8 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-Artikoli 8, 41, 42, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 6 et seq. tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) u tal-Artikoli 11 et seq. tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-kopri tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/26


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Apríl 2011 minn Florence Barbin mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament

(Kawża T-228/11 P)

2011/C 211/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011 (Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament), li tiċħad l-azzjoni tar-rikorrenti, hija annullata;

tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tal-10 ta’ Novembru 2008, li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 matul il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2006, hija annullata;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011, mogħtija fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament, li permezz tagħha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors tagħha li kellu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-10 ta’ Novembru 2008, li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2006.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:

żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-Parlament ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċieda, minn naħa, li dan tal-aħħar ma kienx marbut josserva r-regoli interni dwar l-evalwazzjoni u dwar il-promozzjoni u, min-naħa l-oħra, li dan seta’ legalment jippromwovi uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrenti fuq il-bażi ta’ raġunijiet li jmorru kontra s-sistema ta’ paragun tal-merti rispettivi tal-uffiċjali intitolati għal promozzjoni kif stabbilit bid-deċiżjonijiet tal-uffiċċju u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew;

ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali kif ukoll tal-obbligu tal-Parlament li jagħti prova tan-nuqqas ta’ kull diskriminazzjoni mġarrba mir-rikorrenti minħabba l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għal leave parentali.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Inglewood et vs Il-Parlament

(Kawża T-229/11)

2011/C 211/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lord Inglewood (Penrith, ir-Renju Unit), Georges Berthu (Longré, Franza), Guy Bono (Saint-Martin-de-Crau, Franza), David Robert Bowe (Leeds, ir-Renju Unit), Brendan Donnelly (Londra, ir-Renju Unit), Catherine Guy-Quint (Cournon-d’Auvergne, Franza), Christine Margaret Oddy (Coventry, ir-Renju Unit), Nicole Thomas-Mauro (Épernay, Franza), Gary Titley (Bolton, ir-Renju Unit), Vincenzo Viola (Palermo, l-Italja), u Maartje van Putten (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament, fl-1 ta’ April 2009, li temenda s-sistema ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tal-Membri tal-Parlament Ewropew, hija illegali;

id-deċiżjonijiet ikkontestati huma annullati;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors sar kontra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament, tal-1 ta’ April 2009, li temenda s-sistema ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw fil-merti erba’ motivi bbażati fuq:

ksur tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi

ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità, sa fejn d-deċiżjonijiet ikkontestati għollew bi tliet snin l-età pensjonabbli, u dan mingħajr miżura tranżitorja;

ksur tal-Artikolu 29 tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jipprevedu attenzjoni partikolari min-naħa tal-kwesturi u tas-segretarju ġenerali għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni stretta ta’ dawn ir-regoli;

żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ April 2009, li emendat is-sistema li abbażi tagħha ttieħdu d-deċiżjoni kkontestati.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2011 minn Oscar Orlando Arango Jaramillo et mid-digriet mogħti fl-4 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/10, Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-234/11 P)

2011/C 211/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Maria Esther Badiola (Lussemburgu), Marcella Bellucci (Lussemburgu), Stefan Bidiuc (Grevenmacher, il-Lussemburgu), Raffaella Calvi (Schuttrange, il-Lussemburgu), Maria José Cerrato (Lussemburgu), Sara Confortola (Verona, l-Italja), Carlos D’Anglade (Lussemburgu), Nuno Da Fonseca Pestana Ascenso Pires (Lussemburgu), Andrew Davie (Medernach, il-Lussemburgu), Marta De Sousa e Costa Correia (Itzig, il-Lussemburgu), Nausica Di Rienzo (Lussemburgu), José Manuel Fernandez Riveiro (Sandweiler, il-Lussemburgu), Eric Gällstad (Rameldange, il-Lussemburgu), Andres Gavira Etzel (Lussemburgu), Igor Greindl (Canach, il-Lussemburgu), José Doramas Jorge Calderon (Lussemburgu), Monica Lledo Moreno (Sandweiler), Antonio Lorenzo Ucha (Lussemburgu), Juan Antonio Magaña-Campos (Lussemburgu), Petia Manolova (Bereldange, il-Lussemburgu), Ferran Minguella Minguella (Gonderange, il-Lussemburgu), Barbara Mulder-Bahovec (Lussemburgu), István Papp (Lussemburgu), Stephen Richards (Blaschette, il-Lussemburgu), Lourdes Rodriguez Castellanos (Sandweiler), Daniela Sacchi (Mondorf-les-Bains, il-Lussemburgu), Maria Teresa Sousa Coutinho da Silveira Ramos (Almargem do Bispo, il-Portugall), Isabelle Stoffel (Mondorf-les-Bains), Fernando Torija (Lussemburgu), Maria del Pilar Vargas Casasola (Lussemburgu), Carolina Vento Sánchez (Lussemburgu), Pé Verhoeven (Brussell, il-Belġju), Sabina Zajc (Contern, il-Lussemburgu); u Peter Zajc (Contern) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-digriet ikkontestat, tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-BEI fil-Kawża F-34/10, u tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi dwar il-mertu kif ukoll dwar l-ispejjeż skont it-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, fid-dawl tal-kwistjonijiet ta’ dritt ġodda mqajma f’dan l-appell, taqsam l-ispejjeż bejn il-partijiet skont kif ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ekwità.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet u huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tat-terminu raġonevoli applikabbli għall-preżentata tar-rikors fil-kawżi bejn l-BEI u l-membri tal-persunal tagħha.

Fl-ewwel parti, l-appellanti jikkontestaw lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ta lill-ġurisprudenza li tikkonċerna t-termini ta’ rikors tal-membri tal-persunal tal-BEI portata barranija, billi de facto ma ssegwix ir-regola tat-terminu raġonevoli, li min-natura tagħha hija flessibbli u miftuħa għall-ibbilanċjar konkret tal-interessi inkwistjoni, u tissostitwixxi dan b’terminu ta’ applikazzjoni strett u ġenerali ta’ tliet xhur.

Permezz tat-tieni parti, l-appellanti jsostnu li, fir-rigward tal-kwistjonjiet bejn l-BEI u l-membri tal-persunal tagħha, l-ebda terminu ma ġie ffissat fit-testi rilevanti, filwaqt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika t-terminu ta’ tliet xhur u għaxart ijiem b’analoġija, previst fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fl-Artikolu 100(3) tar-Regoli tal-Proċedura.

Permezz tat-tielet parti, l-appellanti jinvokaw il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll il-ksur tad-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien ikkwalifika bħala irraġonevoli t-terminu osservat mill-appellanti, li għandu ftit sekondi ta’ differenza meta pparagunat mat-termini ta’ riferiment, applikabbli fir-relazzjonijiet statutorji.

(2)

It-tieni aggravju invokat sussidjarjament u bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-regoli proċedurali applikabbli, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ każ fortuwitu.

(3)

It-tielet aggravju invokat sussidjarjament u bbażat fuq l-iżnaturament tal-provi sabiex jingħata prova tal-eżistenza ta’ każ fortuwitu u ta’ ksur tar-regoli dwar l-istruttorja u l-organizzazzjoni tal-proċedura.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2011 — Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

(Kawża T-242/11)

2011/C 211/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaltenbach & Voigt GmbH (Biberach an der Riß, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 2361/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali figurattiva “3D eXam” għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 7(1)(b), (c) u Artikolu 2 tar-RTMK irrifjutata.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u n-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni reġistrazzjonijiet/għoti ta’ protezzjoni nazzjonali, peress li r-reġistrazzjoni internazzjonali inkwistjoni: (1) ma hijiex purament deskrittiva, u; (2) turi karattru distintiv peress li l-pubbliku rilevanti se jikkunsidra s-sinjal “3D eXam” bħala indikazzjoni tal-oriġini imprenditorjali.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2011 — International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)

(Kawża T-248/11)

2011/C 211/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Engine Intellectual Property Company, LLC (Warrenville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 2310/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tiffissa data għal seduta fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tkunx tista’ tiddeċiedi l-kawża mingħajr seduta.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PURE POWER” għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-dipartiment “Trade marks u Reġistru: Applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), (c) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 kif ukoll tal-‘prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks’, peress li l-Bord tal-Appell sab li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet ta” natura deskrittiva tal-prodotti li għalihom kienet intalbet reġistrazzjoni kif ukoll nieqsa minn karattru distintiv.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/28


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2011 — Fellah vs Il-Kunsill

(Kawża T-255/11)

2011/C 211/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zakaria Fellah (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Zakaria FELLAH, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, ippubblikati fis-7 ta’ April 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati,

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011;

sussidjarjament, tordna li isem Zakaria FELLAH jitneħħa mil-lista annessa mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-motivi għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi huma stereotipati mingħajr ma jissemma’ xi punt ta’ fatt preċiż li jippermetti li tiġi evalwata r-rilevanza tal-imsemmija inklużjoni.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu:

qed jiġi allegat li r-rikorrent ikkontribwixxa għall-finanzjament tal-amministrazzjoni ta’ L. Gbagbo, filwaqt li, min-naħa waħda, ir-rikorrent, essenzjalment, eżerċita l-funzjonijiet tiegħu taħt L Gbagbo, meta dan tal-aħħar kien ġie rikonoxxut bħala kap ta’ Stat leġittimu mill-komunità internazzjonali u, min-naħa l-oħra, ir-rikorrent ma kellux ir-riżorsi li setgħu jippermettulu li jiffinanzja l-amministrazzjoni ta’ L. Gbagbo;

jidher li l-atti kkontestati tilfu l-iskop tagħhom mill-11 ta’ April 2011, peress li L. Gbagbo inqabad f’din id-data.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Pangyrus vs UASI — RSVP Design (COLOURBLIND)

(Kawża T-257/11)

2011/C 211/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pangyrus Ltd (York, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Clubb, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: RSVP Design Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-23 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 751/2009-4;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-12 ta’ Mejju 2009; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “COLOURBLIND”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35 u 41 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3337979

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq żewġ motivi, jiġifieri l-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi invokat dritt preċedenti mhux irreġistrat protett mil-liġi kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) fir-Renju Unit, kif ukoll fuq l-eżistenza ta’ mala fide skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja ddikjarata kollha kemm hi invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi kkonstata li: (i) il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ma aġixxiex in mala fide meta applika għat-trade mark Komunitarja; u (ii) ir-rikorrenti naqset milli tipprova li kienet użat sinjal preċedenti matul in-negozju tagħha qabel id-data li fiha saret l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/11)

2011/C 211/63

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011, tat-22 ta’ Frar 2011, li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-anness miżjud mar-regolament ikkontestat jissanzjona lil Spanja, għas-sajd żejjed tal-kavalli fl-2010 fiż-żoni VIIIc. IX u X u fl-ibħra tal-UE tas-CECAF 34.1.1 bi tnaqqis ta’ 39 242 tunnellata, li minnhom 4 500 japplikaw għall-2011, 5 500 għall-2012, 9 748 għall-2013, 9 747 għall-2014 u 9 747 għall-2015 “u jekk ikun neċċessarju għas-snin segwenti”.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

Ksur tal-Artikolu 105(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (iktar ’il quddiem, ir-Regolament 1224/2009), sa fejn ir-regolament ikkontestat ġie adottat qabel mal-Kummissjoni adottat ir-regolament ta’ implementazzjoni previst fl-Artikolu 105(6) iċċitat.

(2)

Difett tal-forom proċedurali sostanzjali, minħabba n-nuqqas ta’ rapport tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, peress li sal-lum is-sanzjonjiet kollha kontra Stat Membru għal qbiż ta’ kwoti ġew adottati b’regolament tal-Kummissjoni b’opinjoni motivata minn qabel tal-Kumitat ta’ Ġestjoni.

(3)

Ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li r-regolament ikkontestat ġie approvat mingħajr ma nstema’ minn qabel ir-Renju ta’ Spanja.

(4)

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn, billi imponiet is-sanzjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-possibbiltà li żżid sussegwentement din is-sanzjoni għal numru ta’ snin indefinit.

(5)

Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, peress li r-regolament ikkontestat daħal fis-seħħ wara l-bidu tas-sena tas-sajd tal-kavalli fi Spanja.

(6)

Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-Kummissjoni applikat kriterju ta’ riskju ta’ konsegwenzi soċjoekonomiċi differenti meta mqabbel ma’ okkażjonijiet oħra komparabbli.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/30


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/09, De Nicola vs BEI

(Kawża T-264/11 P)

2011/C 211/64

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti l-oħra fil-proċedura: Bank Ewropew għall-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu, fil-grad ta’ appell, filwaqt li jiċħad it-talbiet kollha kuntrarji, jirriforma parzjalment is-sentenza appellata u:

jaċċetta t-talbiet istruttorji u jilqa’ l-kumplament tal-kapijiet tat-talbiet ippreżentati fil-kuntest tar-rikors amministrattiv;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.

It-talbiet għall-annullament

(1)

L-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku injora kompletament it-talba tiegħu għall-annullament tan-nota ta’ servizz Nru HR/Coord/2008-0038/BK tat-22 ta’ Settembru 2008, għalkemm it-Tribunal irrefera għad-difiża tal-BEI li jsostni li għandu dritt li la jipprovdi kopja tar-reġistrazzjoni orali tal-laqgħa quddiem il-Kumitat tal-Appell u lanqas il-minuti tal-laqgħa lill-appellant, b’dan il-mod, bħala konklużjoni, il-BEI huwa ħieles li jbiddel il-fatti, peress li ma jkunx possibbli li tiġi prodotta evidenza kuntrarja.

(2)

L-appellant talab ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’mod analogu għall-proċedura tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, kien tal-fehma li l-identità tat-talbiet (proposta l-ewwel fil-proċedura amministrattiva u mbagħad quddiem it-Tribunal) tawtorizza lil dan tal-aħħar jeżamina biss t-tieni talba u li jqis li l-ewwel talba kienet diġà ġiet eżaminata kompletament. L-appellant jirrifjuta l-applikazzjoni tal-Artikolu 90 iċċitat iktar ’il fuq u huwa tal-fehma li għandu dritt għad-dikjarazzjoni ta’ annullament, peress li dak id-dokument jagħmel parti mill-fajl personali tiegħu u jista’ jikkundizzjona b’mod negattiv il-karriera futura tiegħu.

(3)

Fl-aħħarnett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-talba għall-annullament tal-promozzjonijiet peress li ġiet ippreżentata tard. De Nicola jiddikjara li d-deċiżjoni hija illegali abbażi ta’ erba’ aggravji.

Fuq it-talba għal dikjarazzjoni

(4)

L-appellant talab lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jaċċerta u jiddikjara li l-fastidju li ilu jġarrab għal dawn l-aħħar 18-il sena għandhom jiġu kkunsidrati fl-intier tagħhom u jikkostitwixxu dak li d-duttrina u l-ġurisprudenza rigward id-dritt tax-xogħol jirreferu għalih bħala “mobbing” (fastidju psikoloġiku). Rigward dan il-punt l-appellant jilmenta dwar l-inadegwatezza tad-dokument intitolat “Politika tar-rispett tad-dinjità tal-persuna fuq il-post tax-xogħol” (li lanqas biss jagħti definizzjoni ta’ “mobbing”) u jikkontesta d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li qies bħala inammissibbli t-talba, peress li kienet initiża li tikseb dak li huwa pprojbit, jiġifieri, dikjarazzjonijiet dwar prinċipju jew inġunzjonijiet fil-konfront tal-BEI. Fil-fatt, l-appellant jikkunsidra li t-talba tiegħu ma ġietx interpretata kif suppost, peress li huwa talab li jiġu kkonstatati l-abbużi li saru minn xi impjegati fil-konfront tiegħu, li jiġi stabbilit jekk dan il-fastidju, ikkunsidrat fl-intier tiegħu, kienx jikkostitwixxi ksur kif iddefinit mit-terminu “mobbing” u li l-BEI jitqies responsabbli għal dak l-aġir, fil-kwalità tiegħu ta’ mandatarju.

(5)

Minn perspettiva oħra, l-appellant appella mid-deċiżjoni sa fejn, bi ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolament għall-Persunal, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sostna li kien neċessarju, li ma kienx il-każ, li ssir analoġija u ħoloq huwa stess sistema applikabbli għall-BEI, bi ksur tad-dritt tiegħu għall-awtonomija.

(6)

Barra minn hekk, l-imħallef a quo applika, b’mod żbaljat, fir-rigward ta’ kuntratt ta’ xogħol privat regoli li kienu applikabbli biss għall-impjegati pubbliċi u, agħar minn hekk, applika fir-rigward tal-fatti illegali mwettqa minn xi wħud mill-impjegati, ir-regoli applikabbli għall-atti amministrattivi.

It-talbiet quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(7)

L-appellant jinvoka tlett aggravji għal kundanna: 1. waqfien tal-attività tal-“mobbing”, 2. kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali u 3. ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Fir-rigward tal-ewwel talba, it-Tribunal lanqas ħa deċiżjoni.

Fir-rigward tat-tieni talba, t-Tribunal ċaħadha wara li interpretaha b’mod żbaljat, peress li l-appellant talab ċertu kumpens minħabba l-aġir illegali tal-BEI, indipendentement mill-mod kif jista’ jiġi kklassifikat dan l-aġir meta tiġi evalwata t-talba fl-intier tagħha.

Fi kwalunkwe każ, [l-appellant] jqis li din it-talba ma hijiex inammissibbli fin-nuqqas ta’ “kwalunwke att li jikkawża dannu” li fir-rigward tiegħu jistgħu jsiru talbiet kumpensatorji. Dan minħabba l-fatt li r-relazzjoni ta’ xogħol hija ta’ natura privata, u hawn inkwistjoni fatti illegali u mhux atti.

It-tielet kap ta’ talba għal kundanna ġie miċħud peress li t-Tribunal assuma, u dan ma huwiex minnu, li l-appellant ma kienx talab li l-BEI jiġi kkundannat għall-ispejjeż.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/31


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 — Video Research USA vs UASI (VR)

(Kawża T-267/11)

2011/C 211/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Video Research USA, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 1187/2010-2;

tirrinvija l-kawża lill-UASI flimkien ma’ rakkomandazzjoni li għandu jingħata restitutio in integrum fir-rigward tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 919324;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “VR” — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 919324

Deċiżjoni tad-Diviżjoni “Trade Marks u Reġistru”: Talba għal restitutio in integrum miċħuda u annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 919324 ikkonfermat

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu u fl-evalwazzjoni tiegħu tal-fatti meta kkunsidra li r-rappreżentanti tar-rikorrenti naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni dovuta fiċ-ċirkustanzi.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/31


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/11)

2011/C 211/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-applikazzjoni ammissibbli u fondata.

tannulla id-deċiżjoni kkontestata.

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/EU, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71).

B’riżultat tad-deċiżjoni kkontestata, l-entrata għal etossikina fid-Deċiżjoni 2008/941/EU ġiet imħassra u l-etossikina mhux ser tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. B’riżultat ta’ dan, ir-rikorrenti mhux ser tkun iktar tista’ tipproduċi u tbigħ l-etossikina u prodotti abbażi ta’ etossikina fl-Unjoni Ewropea u mit-3 ta’ Settembru 2011 ser titlef ir-reġistrazzjonijiet tal-prodott tagħha fl-Istati Membri.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata effettivament tipprojbixxi l-użu tal-etossikina fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti abbażi ta’ tħassib xjentifiku u l–allegat lakuna ta’ data msemmija fil-premessa 6 tagħha, fejn kull wieħed minnhom kien adegwatament indirizzat mir-rikorrenti jew ma kienx ta’ tħassib li jiġġustifika nuqqas ta’ inklużjoni.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u ta’ ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal smigħ, xieraq billi ma tagħtx opportunità u ħin biżżejjed lir-rikorrenti sabiex tindirizza tħassib imqajjem tardivament fil-proċedura, u billi naqset milli tikkunsidra b’attenzjoni l-kummenti tagħha fir-rigward tal-allegat lakuna ta’ data.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-proċedura ta’ preżentazzjoni mill-ġdid taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, tas-17 ta’ Jannar 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (ĠU L 15, p. 5).

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata minħabba l-għażla tal-miżuri disponibbli għall-Kummissjoni u l-iżvantaġġi kkawżati fir-rigward tal-għanijiet imfittxija.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-35/11)

2011/C 211/67

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Rybánsky, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jagħti lir-rikorrent biss nofs l-allowance ta’ installazzjoni li normalment hu intitolat għaliha.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (Unità tad-Drittijiet Individwali) tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar l-allokazzjoni tal-allowance ta’ installazzjoni lir-rikorrent f’dik il-parti li tistabbilixxi l-allowance ta’ installazzjoni għal perijodu ta’ xahar biss tas-salarju bażiku u li ma tikkonċedix l-allowance ta’ installazzjoni ekwivalenti għal xahrejn tas-salarju bażiku;

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/11)

2011/C 211/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni, u t-talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tagħha tal-5 ta’ Awwissu 2010, li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tat-30 ta’ Lulju 2010, mibgħuta lilu permezz tal-posta elettronika fit-30 ta’ Lulju 2010, u li tirrevoka dik l-offerta;

jannulla, sa fejn hu meħtieġ, l-atti preparatorji għall-imsemmija deċiżjoni kkontestata;

jannulla, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta l-ilment imressaq mir-rikorrenti u li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Frar 2011, ikkomunikata lir-rikorrent l-għada;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-danni materjali li jirriżultaw mid-deċiżjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-imsemmija ittra tat-30 ta’ Lulju 2010; il-ħsara qiegħda tiġi provviżorjament ikkwantifikata billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn ir-remunerazzjoni totali reali li rċieva r-rikorrent fil-pożizzjoni tiegħu bħala aġent temporanju fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka u dik li kien ikun intitolat għaliha kieku ġie tempestivament impjegat wara l-aċċettazzjoni tal-imsemmija offerta għall-pożizzjoni ta’ uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 3, biż-żieda tal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-danni morali li jirriżultaw mid-deċiżjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-imsemmija ittra tat-30 ta’ Lulju 2010, kif se jkun stabbilit ex æquo et bono mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku, u li qed jiġi indikat hawnhekk, provviżorjament, għal ammont daqs tliet darbiet ir-remunerazzjoni mensili bażika ta’ uffiċjal fl-ewwel skala fil-grad AST 3, fl-ammont totali ugwali għal EUR 10 001,31;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/34


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ et vs BEI

(Kawża F-58/11)

2011/C 211/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F Spitaleri, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jirriżultaw mill-karta tas-salarju ta’ Frar 2011 tar-rikorrenti, li jżidu l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet, permezz taż-żieda fil-bażi tal-kalkolu (remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis) tal-imsemmija kontribuzzjoni, kif ukoll tal-koeffiċjent tal-kalkolu, espress bħala perċentwali tal-imsemmija remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis, min-naħa l-oħra;

jikkundanna lill-Bank sabiex iħallas EUR 1 simbolika, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs UASI

(Kawża F-59/11)

2011/C 211/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: R. Adam u P. Ketter, avukati)

Konvenut: UASI

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta t-tieni tiġdid tal-kuntratt inizjali bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u, fit-tieni lok, l-annullament tal-kuntratt il-ġdid tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju, kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2010 li tirrifjuta t-tieni tiġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju inizjalment konkluż fis-16 ta’ Lulju 2005;

jannulla l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat konkluż fl-1 ta’ Awwissu 2010 minħabba li tali kuntratt jikkostitwixxi fir-realtà t-tieni tiġdid tal-kuntratt inizjali ċċitat iktar ’il fuq;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2011;

jikkonstata l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat;

alternattivament, jannulla l-kwalifikazzjoni legali tal-kuntratt inizjali konkluż fis-16 ta’ Lulju 2005 kif ukoll tad-data tal-iskadenza tiegħu stabbilita, wara t-tiġdid, bħala s-16 ta’ Lulju 2010, u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat, jew inkella jikkonstata tali reklutaġġ għal żmien indeterminat;

alternattivament, jannulla l-kwalifikazzjoni legali tal-kuntratt konkluż fl-1 ta’ Awwissu 2010 kif ukoll tad-data tal-iskadenza tiegħu stabbilita bħala l-1 ta’ Awwissu 2013 u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat, jew inkella jikkonstata tali għal reklutaġġ għal żmien indeterminat;

jikkundanna lill-konvenut għall-kumpens tad-danni kemm dawk materjali kif ukoll dawk morali sofferti mir-rikorrent minħabba l-aġir tal-UASI, li qegħdin jiġu kkwantifikati proviżorjament, mingħajr kwalunkwe rikonoxximent u bir-riżervi kollha b’mod partikolari b’dik dwar iż-żieda tat-talba fil-mori tal-kawża, bħala EUR 6 113,79 għad-danni materjali u EUR 30 000,00 għad-danni morali;

sussidjarjament, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li minkejja li sar kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat, ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet spiċċat fis-16 ta’ Lulju 2010 — li ma huwiex aċċettat —, jagħti danni għal xoljiment abbużiv tar-rabta kuntrattwali;

b’mod iktar sussidjarju, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li ebda riklassifikazzjoni u ebda konstatazzjoni ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat ma huma possibbli — li ma huwiex aċċettat —, jagħti danni għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir delittwali tal-UASI;

jirriżerva lir-rikorrent id-drittijiet, ir-rimedji, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha, u b’mod partikolari l-kundanna tal-UASI għad-danni konnessi mad-dannu mġarrab;

jirriżerva lir-rikorrent id-dritt li jippreżenta bi kwalunkwe mezz legali u b’mod partikolari permezz ta’ xhieda l-fatti esposti fil-każ preżenti,

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/35


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs BĊE

(Kawża F-60/11)

2011/C 211/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tikkonferma d-deċiżjoni preċedenti tiegħu dwar is-sospensjoni tar-rikorrent b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tikkonferma d-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2010 dwar is-sospensjoni tar-rikorrent u, jekk ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-appell speċjali;

konsegwentement, jordna l-integrazzjoni sħiħa mill-ġdid tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ reklamar xieraq sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid l-unur tiegħu;

fi kwalunkwe każ, tordna li jingħata kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000,00;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.