ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.203.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 203

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
9 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 203/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6236 – Dana/Bosch Rexroth/Dana Rexroth Transmission Services JV) ( 1 )

1

2011/C 203/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6271 – RWE Deutschland/Aesop/Vitronet Holding) ( 1 )

1

2011/C 203/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6226 – Media-Saturn/Redcoon) ( 1 )

2

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 203/04

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (CON/2011/44)

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 203/05

Rata tal-kambju tal-euro

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 203/06

Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

12

2011/C 203/07

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17)

14

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 203/08

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8)

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill

2011/C 203/09

Sejħa miftuħa – Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST)

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 203/10

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

19

2011/C 203/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6232 – Allianz/Banco Popular/Popular Gestión) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2011/C 203/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6240 – Temasek/E. OPPENHEIMER/Tana JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

2011/C 203/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6316 – Aurubis/Luvata Rolled Products) ( 1 )

22

 

Rettifika

2011/C 203/14

Rettifika għall-awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Fir-rigward ta’ dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 187, 28.6.2011)

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6236 – Dana/Bosch Rexroth/Dana Rexroth Transmission Services JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/01

Fis-27 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6236. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6271 – RWE Deutschland/Aesop/Vitronet Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/02

Fit-30 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6271. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6226 – Media-Saturn/Redcoon)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/03

Fit-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6226. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Mejju 2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea

(CON/2011/44)

2011/C 203/04

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta' Frar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost huwa fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Bħala produttur u utent tal-istatistika Ewropea, il-BĊE jilqa’ r-regolament propost bħala pass importanti lejn aktar titjib fil-kwalità tal-istatistika Ewropea, b’mod partikolari tal-kontijiet nazzjonali, billi jġibhom konformi mal-bidliet fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju u mal-progress fil-metodoloġija. Is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali tifforma l-qalba tal-istatistika makroekonomika Ewropea u hija għalhekk vitali għall-finijiet tal-politika monetarja.

2.

Il-BĊE jilqa’ wkoll il-konsistenza intiża tal-kunċetti u definizzjonijiet statistiċi deskritti fi ħdan ir-regolament propost, fost oħrajn, mas-Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali (SNA 2998) adottata mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istatistika, is-sitt edizzjoni tal-Manwal tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti u l-Pożizzjoni tal-Investiment Internazzjonali (BPM6), ir-raba’ edizzjoni tal-Kriterju ta’ Referenza tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi tad-Definizzjoni tal-Investiment Dirett Barrani u mal-klassifika tal-attività industrijali Ewropea (NACE Rev.2). Ir-regolament propost ibbenefika wkoll mill-istrumenti msemmija hawn fuq għal dak li jikkonċerna l-konsistenza u l-metodoloġiji armonizzati.

Osservazzjonijiet Speċifiċi

3.

Kemm is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u s-Sistema Statistika Ewropea (ESS) ġew assenjati l-kompitu mit-Trattat li jiżviluppaw, jipproduċu u jiddisseminaw l-istatistika Ewropea, iżda taħt oqfsa legali separati sabiex jiġu riflessi l-istrutturi ta' governanza rispettivi tagħhom. Ir-regolament propost għandu impatt fuq l-istatistika prodotta minn dawn iż-żewġ sistemi. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (2) jagħti dritt lill-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, li jiġbor informazzjoni statistika fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta' referenza u ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ. Aktar speċifikament, il-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza tinkludi persuni legali u naturali li jgħixu fi Stat Membru u jaqgħu fis-settur “korporazzjonijiet finanzjarji” kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), kif ukoll persuni legali u naturali li jgħixu fi Stat Membru, sal-punt li huma jkunu jokkupaw pożizzjonijiet transkonfinali jew ikunu wettqu tranżazzjonijiet transkonfinali.

4.

Li tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib u l-koordinazzjoni xierqa bejn is-SEBĊ u l-ESS jimminimizza l-piż tar-rappurtar u jiggarantixxi l-koerenza neċessarja sabiex tiġi prodotta l-istatistika Ewropea. Din il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib hija riflessa wkoll fil-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Istatistika Ekonomika u Finanzjarja tal-10 ta’ Marzu 2003 bejn id-Direttorat Ġenerali Statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (DĠ Statistika) u l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) (4).

5.

Minħabba r-relazzjoni mill-qrib fit-tħejjija tal-qafas metodoloġiku tar-regolament propost, il-BĊE qabel fuq talba tal-Eurostat li jabbozza bosta kapitoli tal-Anness A li huwa marbut mill-qrib mal-qafas statistiku tas-SEBĊ. B’mod partikolari, il-BĊE għamel kontribuzzjoni sostanzjali għad-definizzjoni tas-settur “korporazzjonijiet finanzjarji” f’termini ta’ unitajiet istituzzjonali u sottosetturi bħala parti minn Kapitolu 2 u d-deskrizzjoni ta’ attiv u passiv finanzjarju u l-preżentazzjoni tagħhom fis-sekwenza tal-kontijiet (Kapitolu 5 u partijiet minn Kapitoli 6 u 7). Abbozzi kienu pprovduti wkoll għal Kapitolu 17 (assigurazzjoni soċjali inklużi l-pensjonijiet) u dwar partijiet ta’ Kapitolu 21 (kontijiet tal-gvern) u ta’ Kapitolu 19 (kontijiet Ewropej).

6.

Fir-rigward tad-definizzjoni tas-settur istituzzjonali “korporazzjonijiet finanzjarji” u s-sottosetturi tiegħu (Anness A għar-regolament propost, Kapitolu 2), il-BĊE jilqa’ l-fatt illi d-definizzjoni tas-subsettur istituzzjonijiet finanzjarji monetarji ssegwi d-definizzjoni tal-BĊE f’paragrafu 2.67 ta’ Anness A. Id-definizzjonijiet ta’ sottosetturi ta’ “korporazzjonijiet finanzjarji oħra” huma konsistenti, fil-parti l-kbira tagħhom, mal-approċċ użat f’atti legali tal-BĊE. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż tar-rappurtar u tiġi ggarantita l-koerenza neċessarja għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea, il-BĊE jipproponi illi d-definizzjoni proposta ta' korporazzjoni finanzjarja b'għan speċjali involuti fi tranżazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ titoli tiġi allinjata aktar mar-Regolament BĊE/2008/30 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijet finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ titoli (5).

7.

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq u minħabba l-interdependenzi tal-qafas statistiku tas-SEBĊ u l-ESS, ir-regolament propost huwa rilevanti ħafna għar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE, fost oħrajn, fl-oqsma ta’ statistika monetarja, dik tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq, l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti u statistika dwar il-pożizzjoni tal-investimenti internazzjonali, kontijiet finanzjarji trimestrali u statistika tal-finanzi tal-gvern. Skont il-prattika kurrenti u l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib u l-koordinazzjoni xierqa bejn is-SEBĊ u l-ESS, bl-emenda tar-regolament propost permezz ta' setgħat iddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-involviment dovut tal-BĊE billi tħejji abbozz tal-atti ddelegati skont ir-regolament propost.

8.

Barra minn dan, filwaqt li jikkunsidra l-importanza tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, il-BĊE jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-eżerċizzju tar-rwol konsultattiv tiegħu stess taħt l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat.

L-ewwel, l-abbozzi ta’ atti delegati tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala “atti tal-Unjoni proposti” skont it-tifsira tal-ewwel inċiż tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat (6). Atti delegati jikkostitwixxu atti legali tal-Unjoni (7). B’mod sinifikanti, il-parti l-kbira ta' verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferu għal “abbozzi” tal-atti legali tal-Unjoni li fuqhom il-BĊE huwa meħtieġ li jiġi kkonsultat (8). Għaldaqstant, l-iskop tad-dmir li jiġi kkonsultat il-BĊE ma jistax jiġi ristrett biss għal dawk l-abbozzi ta’ atti bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni.

It-tieni, fis-sentenza OLAF (9), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat illi l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa intiż “essenzjalment sabiex jiġi żgurat illi l-leġislatura tadotta l-att biss meta tkun instemgħet l-istituzzjoni, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li teżerċita fil-qafas Komunitarju tal-qasam konċernat u permezz tal-livell għoli ta’ esperjenza li tgawdi, hija f’pożizzjoni partikolarment tajba sabiex ikollha rwol utli fil-proċess leġislattiv li hemm maħsub”.

F’dan l-isfond, sabiex jiġu msarrfa l-benefiċċji sħaħ tat-tħaddim mill-BĊE tar-rwol konsultattiv tiegħu, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fil-ħin xieraq dwar abbozzi ta’ atti tal-Unjoni, inkluż abbozzi ta’ atti delegati, li jaqgħu fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. Il-BĊE ser jeżerċita r-rwol konsultattiv tiegħu billi jqis bl-akbar mod possibbli t-termini ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti.

9.

Minħabba l-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja, il-fokus statistiku tal-BĊE huwa fuq l-aggregati Ewropej. Il-BĊE jagħti importanza lill-kontijiet integrati trimestrili taż-żona tal-euro skont is-settur istituzzjonali. Għal dak il-għan, firxa suffiċjenti ta’ dejta f’termini tal-provvediment ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali hija meħtieġa fil-ħin għal deċiżjonijiet ta' politika monetarja.

10.

Il-ġbir ta’ dejta għal Stati Membri individwali kisbet aktar importanza minħabba l-ħtiġijiet statistiċi ġodda għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja u dawk makroprudenzjali, partikolarment b’rabta mat-twaqqif riċenti tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u r-responsabbiltà tiegħu għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni. Statistika tal-kontijiet nazzjonali f’waqtha u li wieħed jista' jorbot fuqha għal Stati Membri individwali hija meħtieġa wkoll biex tappoġġja l-miri tal-Patt Euro Plus u għall-għanijiet tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

11.

Mill-perspettiva tal-politika monetarja u tal-istabbiltà finanzjarja, il-BĊE jagħti prijorità għolja lil dejta trimestrili f’waqtha ta’ affidabbiltà suffiċjenti li tieħu preċedenza fuq dejta dettaljata annwali jew anqas frekwenti. Barra minn hekk, il-kumpilazzjoni ta’ sett sħiħ ta’ tabelli għal snin riċenti għandha jkollha prijorità fuq sensiliet twal ta’ dejta retrospettiva dettaljata.

12.

Il-BĊE jaqbel b’mod ġenerali mal-programm ta’ trasmissjoni (Anness B tar-regolament propost). Madankollu, il-programm ta’ trasmissjoni għandu jqis il-ġbir ta' statistika mill-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, u għandu jirrifletti prijoritiajiet żviluppati bejn l-utenti u l-kumpilaturi tad-dejta.

13.

Il-BĊE jilqa’ t-titjib fit-tempestività tal-elementi trimestrali 1-12, 27 u 28 f’Tabella 1 dwar l-aggregati ewlenin — eżerċizzju trimestrali u annwali sa t + 2 xhur. Madankollu, il-BĊE joġġezzjona għad-differenza proposta fir-rappurtar bejn Stati Membri ikbar u iżgħar imsemmijin fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 4 u 7 tad-“Deskrizzjoni qasira tat-tabelli” u n-nota ta' qiegħ il-paġna 10 f' “Tabella 1”, u d-deterjorament relatat fit-tempestività għall-Istati Membri li huma iżgħar għal t + 80 jum għall-aggregati ewlenin. Fil-preżent, 17-il Stat Membru jkunu koperti mir-rappurtar differenzjat, u bħala rizultat tat-tkabbir tal-Unjoni numru li qed jiżdied ta’ Stati Membri ser jaqgħu taħt il-limitu propost għar-rappurtar iddifferenzjat. Bħala konsegwenza, il-kwalità kemm tal-aggregati Ewropej kif ukoll tal-informazzjoni statistika għal Stati Membri iżgħar ser tiddeterjora..

14.

F’Settembru tal-2000 il-Kunsill tal-ECOFIN approva l-Pjan t’Azzjoni tal-UME dwar ir-Rekwiżiti Statistiċi u stabbilixxa d-data tal-iskadenza biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-politika monetarja tal-BĊE għall-kontijiet integrati trimestrali taż-żona tal-euro mis-settur istituzzjonali bħala t + 90 jum wara t-trimestru ta’ referenza. Dan implika illi l-Eurostat u l-BĊE kien ser ikollhom jiġbru d-dejta nazzjonali rispettiva fi t + 82 jum. Minħabba l-iskeda prevista tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2015 u l-2016, tnaqqis fid-dewmien għal t + 85 ikun biżżejjed għall-2015 sal-2016. Bl-istess mod, il-BĊE jappoġġja l-avvanz tal-iskadenzi tar-rappurtar għall-kontijiet settorjali trimestrali taħt il-programm ta’ trasmissjoni tal-ESA għal t + 85 sal-2014, u jimmira għal t + 82 jum sal-2017 sabiex jappoġġja l-kumpilazzjoni ta’ kontijiet integrati trimestrali sħaħ f't + 90 jum. Dan huwa ukoll fl-istess linja tal-inizjattiva tal-G-20 dwar in-nuqqasijiet fid-dejta li tidentifika l-kontijiet settorjali bħala waħda mill-prijoritajiet biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-dejta bħala segwitu tal-kriżi finanzjarja. Fil-programm ta’ trasmissjoni tal-ESA għall-2010, dan jaffettwa t-Tabella 801.

15.

Barra minn dan, il-BĊE jiffavorixxi skadenza konsistenti għat-trasmissjoni tad-dejta nazzjonali trimestrali u annwali kollha li tirrigwarda l-amministrazzjoni pubblika, u b’hekk jimplika sinkronizzazzjoni tad-dejta trimestrali dwar l-amministrazzjoni pubblika għall-miri tat-tempestività stabbiliti għal Tabella 801, li taffettwa wkoll it-Tabelli 27 u 28, u, bl-istess mod, l-iskadenzi għar-rappurtar għal Tabella 2 u dejta tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP). Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġja li jitressqu ’l quddiem l-iskadenzi għar-rappurtar għall-kontijiet trimestrali tal-gvern taħt il-programm ta’ trasmissjoni tal-ESA u għad-dejta tal-EDP għal t + 85 sal-2014 u li jiġi mmirat t + 82 sal-2017 sabiex tiġi appoġġjata l-kumpilazzjoni tal-kontijiet integrati trimestrali sħaħ taż-żona tal-euro sa t + 90.

16.

Fl-Opinjoni CON/2010/28 tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta statistika fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (10), il-BĊE appoġġja wkoll it-titjib fit-trasparenza tal-proċess ta’ rappurtar bl-użu tad-defiċit tal-kontijiet nazzjonali (B.9) għall-EDP. Bl-esklużjoni tal-ħlasijiet taħt arranġamenti dwar swaps u ta’ ftehim dwar ir-rata bil-quddiem mid-defiċit użat għall-EDP, il-figuri tad-defiċit isiru anqas suxxettibbli għall-manipulazzjonijiet minn tranżazzjonijiet finanzjarji kumplessi. F’dan il-kuntest, il-BĊE jilqa’ l-fatt li Anness A għar-regolament propost ma jibqax aktar jiddefinixxi EDP_B.9 u EDP_D.41. Madankollu dan jimplika wkoll illi r-referenzi kollha għal dawn iż-żewġ varjabbli għandhom jiġu eliminati minn Tabella 2 fl-Anness B. Bħala konsegwenza, Regolament (KE) Nru 479/2009 ikollu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-fatt illi d-defiċit fil-kontijiet nazzjonali (B.9) ser ikollu jintuża għall-EDP u biex jirrifletti d-definizzjoni ta’ valur nominali fir-regolament propost.

17.

Sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet pubbliċi u ta' politika għall-kejl tal-kumpens għal kull impjegat u għal kull siegħa fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, b’fokus fuq interpretazzjoni aħjar tad-dinamiċi tal-pagi u effetti indiretti potenzjali bejn is-setturi pubbliċi u privati, il-BĊE jissuġġerixxi li f’ Tabella 801 tiġi inkluża għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika dejta trimestrali dwar in-numru ta’ impjegati u s-sigħat li nħadmu, bil-kumpens tal-impjegati fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika diġa' inkluż fil-programm ta’ trasmissjoni.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi jiġi emendat ir-regolament propost, qed tiġi stabbilita għal dan il-għan proposta għall-abbozzar fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2010) 774 finali.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(3)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(4)  Jinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(5)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.

(6)  L-ewwel inċiż ta' Artikolu 127(4) tat-Trattat jipprovdi illi l-BĊE għandu jkun ikkonsultat “dwar kull att propost mill-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu”. L-Artikolu 282(5) tat-Trattat jipprovdi illi: “Fl-oqsma tal-kompetenzi tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat fuq l-atti kollha proposti tal-Unjoni”.

(7)  L-Artikolu 290 tat-Trattat jappartjeni għal Parti Sitta, Kapitolu 2, Taqsima 1 intitolata “L-atti legali tal-Unjoni”.

(8)  L-Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferi għal abbozzi ta’ atti tal-Unjoni fil-verzjonijiet lingwistiċi li ġejjin: Bulgaru (“проект на акт на Съюза”); Spanjol (“proyecto de acto de la Unión”); Daniż (“udkast”); Ġermaniż (“Entwürfen für Rechtsakte der Union”); Estonjan (“ettepanekute”); Grieg (“προτεινόμενη πράξη της Ένωσης”); Franċiż (“projet d'acte de l'Union”); Taljan (“progetto di atto dell'Unione”); Latvjan (“projektiem”); Litwan (“Sąjungos aktų projektų”); Olandiż (“ontwerp van een handeling van de Unie”); Portugiż (“projectos de acto da União”); Rumen (”proiect de act al Uniunii”); Slovakk (”navrhovaných aktoch Únie”); Sloven (“osnutki aktov Unije”); Finlandiż (“esityksistä”); Żvediż (“utkast”). Il-verżjoni Irlandiża taqra “gniomh Aontais arna bheartu”, li tikkorrispondi għall-kunċett ta’ atti tal-Unjoni “ppjanati”.

(9)  Każ Ċ-11/00 Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew v Il-Bank Ċentrali Ewropew, [2003] ECR I-7147, partikolarment il-paragrafi 110 u 111.

(10)  ĠU C 103, 22.4.2010, p. 1.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Artikolu 2(2)

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 7, 8 u 9, emendi għall-metodoloġija tal-ESA 2010 li huma intiżi biex jispeċifikaw u jtejbu l-kontenut tagħha sakemm ma jbiddlux il-kunċetti sottostanti, ma jirrikjedux riżorsi addizzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom u ma jwasslux għal żieda fir-riżorsi tagħha stess.”

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 7, 8 u 9, emendi għall-metodoloġija tal-ESA 2010 li huma intiżi biex jispeċifikaw u jtejbu l-kontenut tagħha sakemm ma jbiddlux il-kunċetti sottostanti, ma jirrikjedux riżorsi addizzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom u ma jwasslux għal żieda fir-riżorsi tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz ta’ atti delegati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew.

Spjegazzjoni

Il-bażi legali għall-adozzjoni tar-regolament propost huwa Artikolu 338(1) tat-Trattat, li jikkjarifika espressament illi l-adozzjoni ta’ miżuri taħt Artikolu 338(1) huwa “mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew” (minn hawn “il quddiem l-'Istatut tas-SEBĊ”). Bl-istess mod, Artikolu 5.3 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊE “għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni, fejn ikun jinħtieġ, tar-regoli u tal-prattika tal-ġbir, il-kompilazzjoni u t-tqassim tal-istatistika fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu”. Fl-isfond ta’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat, il-Kummissjoni, meta tkun qed teżerċita s-setgħat iddelegati tagħha taħt ir-regolament propost, għandha tħejji l-abbozz tal-atti delegati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE sabiex tiżgura, inter alia, il-konsistenza u l-kwalità tad-dejta u li jiġi minimizzat il-piż tar-rappurtar.

Emenda 2

Paragrafu 2.21. ta’ Anness A

“2.21.

Kumpanija holding li sempliċement ikollha fil-pussess tagħha l-assi tas-sussidjarji hija eżempju wieħed ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva. Unitajiet oħra li huma wkoll ittrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi huma unitajiet li għandhom il-karatteristiċi ta’ SPE kif imfisser hawn fuq, inklużi l-fondi tal-investiment u l-pensjoni u l-unitajiet li jintużaw għaż-żamma u l-immaniġġjar tal-ġid bħala servizz għal individwi jew familji, għaż-żamma ta’ assi għat-titolizzazzjoni, għall-ħruġ ta’titoli f’isem kumpaniji relatati (kumpanija bħal din tissejjaħ ‘conduit’), u l-unitajiet li jservu ta’ mezzi għat-titolizzazzjoni u li jwettqu funzjonijiet finanzjarji oħra.”

“2.21.

Kumpanija holding li sempliċement ikollha fil-pussess tagħha l-assi tas-sussidjarji hija eżempju wieħed ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva. Unitajiet oħra li huma wkoll ittrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi huma unitajiet li għandhom il-karatteristiċi ta’ SPE kif imfisser hawn fuq, inklużi l-fondi tal-investiment u l-pensjoni u l-unitajiet li jintużaw għaż-żamma u l-immaniġġjar tal-ġid bħala servizz għal individwi jew familji, , għall-ħruġ ta’titoli f’isem kumpaniji relatati (kumpanija bħal din tissejjaħ ‘conduit’), u li jwettqu funzjonijiet finanzjarji oħra.”

Spjegazzjoni

Korporazzjoni finanzjarja b’għan speċjali involuta fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’kull forma ma jistgħux jiġu ttrattati bħala simili għal istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi – b’mod partikolari, mhumiex ikkonsolidati mal-oriġinatur, irrispettivament mill-kriterji tal-“indipendenza”. Huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125). Ara Artikolu 1 tar-Regolament BĊE/2008/30 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation  (2).

Emenda 3

Paragrafu 2.75 ta’ Anness A

“2.75.

Definizzjoni: Is-subsettur ‘korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali’ (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-unitajiet ta’ status kważi korporattiv finanzjarji kollha, għajr għal dawk ikklassifikati fil-bank ċentrali u fis-subsetturi tal-MMF, li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom hu li jirċievu d-depożiti minn unitajiet istituzzjonali, u, fuq il-kont proprju tagħhom, japprovaw għoti b’self u/jew jinvestu f’titoli.”

“2.75.

Definizzjoni: Is-subsettur ‘korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali’ (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-unitajiet ta’ status kważi korporattiv finanzjarji kollha, għajr għal dawk ikklassifikati fil-bank ċentrali u fis-sottosetturi tal-MMF, li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom hu li jirċievu d-depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali li mhumiex MFIs, u, fuq il-kont proprju tagħhom, japprovaw għoti b’self u/jew jinvestu f’titoli.”

Spjegazzjoni

It-test jinħtieġ jiġi allinjat mad-definizzjoni ta’ “MFIs oħrajn” f’Artikolu 1 ta’ Regolament BĊE/2008/32 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulata mill-ġdid)  (3). Kliem simili huwa inkluż ukoll fl-SNA 2008.

Emenda 4

Paragrafu 2.90. ta’ Anness A

“2.90.

Definizzjoni: Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVC) huma kumpaniji li jwettqu tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. FCV li jissodisfaw il-kriterji ta’ unità istituzzjonali huma kklassifikati f’S.125, jew inkella jiġu ttrattati bħala parti integrali mill-kumpanija prinċipali.”

“2.90.

Definizzjoni: Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVC) huma kumpaniji li jwettqu tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. ”

Spjegazzjoni

FVCs għandhom jiġu ttrattati bħala unitajiet istituzzjonali separati indipendentement minn kriterji bħall-“grad ta’ indipendenza mill-kumpanija prinċipali” (ara 2.22). Ara Artiklu 1 ta’ Regolament BĊE/2008/30.

Emenda 5

Paragrafu 5.108. ta’ Anness A

“5.108.

Huwa essenzjali li jiġi stabbilit … ikklassifikati bħala istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi.”

Spjegazzjoni

Dan il-paragrafu għandu jitħassar peress illi mhuwiex konsistenti mad-definizzjonijiet u l-kriterji applikabbli għal mezzi għat-titolizzazzjoni. L-applikazzjoni tiegħu tista’ tirriżulta f’konsolidazzjoni tal-mezzi residenti mal-unitajiet “prinċipali” residenti, peress illi l-mezzi għat-titolizzazzjoni tipikament ma jissodisfawx il-kriterji proposti li jġorru r-riskju tas-suq u r-riskju tal-kreditu (ara ukoll emenda 4).

Emenda 6

Paragrafu 5.111. ta’ Anness A

“5.111.

Il-bonds koperti huma titoli tad-dejn maħruġa minn korporazzjoni finanzjarja, jew garantiti bis-sħiħ minn korporazzjoni finanzjarja. Fil-każ ta’ inadempjenza min-naħa tal-korporazzjoni emittenti jew dik ta’ garanzija finanzjarja, it-titolari tal-bonds ikollhom pretensjoni prijoritarja fuq il-ġabra ta’ kopertura, flimkien mal-pretensjoni ordinarja tagħhom fuq il-korporazzjoni finanzjarja.”

“5.111.

Il-bonds koperti huma titoli tad-dejn maħruġa minn korporazzjoni finanzjarja, jew garantiti bis-sħiħ minn korporazzjoni finanzjarja. Fil-każ ta’ inadempjenza min-naħa tal-korporazzjoni emittenti jew dik ta’ garanzija finanzjarja, it-titolari tal-bonds ikollhom pretensjoni prijoritarja fuq il-ġabra ta’ kopertura, flimkien mal-pretensjoni ordinarja tagħhom fuq il-korporazzjoni finanzjarja. Bonds koperti huma differenti minn titoli sostnuti minn assi maħruġin f’titolizzazzjoni peress illi l-emittent/is-sid tal-assi jassumi obbligazzjoni inkondizzjonata li jħallas lura l-kapital u l-imgħax irrispettivament mill-prestazzjoni tal-assi. L-assi jiffunzjonaw sempliċement bħala kollateral mogħtija b’rahan għall-benefiċċju tad-detenturi ta’ bond f’każ li dawk l-obbligazzjonijiet ma jitwettqux.

Spjegazzjoni

Mingħajr ma tiġi spjegata d-differenza bejn bonds koperti u titoli sostnuti minn assi, mhuwiex ċar għaliex it-taqsima dwar it-titolizzazzjoni tirreferi għal bonds koperti. Alternattivament, kull referenza għal bonds koperti tista’ titħassar, peress illi bonds koperti mhumiex marbutin mat-titolizzazzjoni.

Emenda 7

Programm ta’ Trażmissjoni ta’ Dejta dwar il-Kontijiet Nazzjonali

Stampa ġenerali tat-tabelli (Anness B)

It-tielet kolonna “Meta jagħlqu t + xhur (ġranet fejn huwa speċifikat)” ta’ Skedi 2, 801, 27, 28 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna l-ġdida

2/L-ammonti prinċipali meħuda f’daqqa tal-gvern ġenerali – annwali/3/9

2/L-ammonti prinċipali meħuda f’daqqa tal-gvern ġenerali – annwali/85 jum  (4) /85 jum fit-tielet trimestru

801/Il-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur – kull tliet xhur/85 jum

801/Il-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur – kull tliet xhur/85 jum (4)

27/Il-kontijiet finanzjarji għall-gvern ġenerali – kull tliet xhur/85 jum

27/Il-kontijiet finanzjarji għall-gvern ġenerali – kull tliet xhur/85 jum (4)

28/Id-dejn tal-gvern – kull tliet xhur/3

28/Id-dejn tal-gvern – kull tliet xhur/85 jum  (4)

Spjegazzjoni

F’Settembru tal-2000 il-Kunsill tal-ECOFIN approva l-Pjan t’Azzjoni tal-EMU dwar ir-Rekwiżiti Statistiċi u stabbilixxa d-data tal-iskadenza biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-politika monetarja tal-BĊE għall-kontijiet integrati trimestrali taż-żona tal-euro mis-settur istituzzjonali bħala t+90 jum wara t-trimestru ta’ referenza. Dan implika illi l-Eurostat u l-BĊE kien ser ikollhom jiġbru d-dejta nazzjonali rispettiva fi t+82 jum. Minħabba l-iskeda prevista tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2015 u l-2016, tnaqqis fid-dewmien għal t+85 ikun biżżejjed għall-2015 sal-2016. Bl-istess mod, il-BĊE jappoġġja l-avvanz tal-iskadenzi tar-rappurtar għall-kontijiet settorjali trimestrali taħt il-programm ta’ trażmissjoni tal-ESA għal t+85 sal-2014, u jimmira għal t+82 jum sal-2017 sabiex jappoġġja l-kumpilazzjoni ta’ kontijiet integrati trimestrali sħaħ fil-t+90 jum.

Barra minn dan, il-BĊE jiffavorixxi skadenza konsistenti għat-trasmissjoni tad-dejta nazzjonali trimestrali u annwali kollha li tirrigwarda l-gvern ġenerali, u b’hekk jimplika sinkronizzazzjoni tad-dejta trimestrali fuq il-gvern ġenerali mal-miri tat-tempestività stabbiliti għal Tabella 801, li taffettwa wkoll Tabelli 27 u 28, u, bl-istess mod, l-iskadenzi għar-rappurtar għal Tabella 2 u dejta tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP). Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġja li jitressqu ’l quddiem l-iskadenzi għar-rappurtar għall-kontijiet trimestrali tal-gvern taħt il-programm ta’ trasmissjoni tal-ESA u għad-dejta tal-EDP għal t+85 sal-2014 u li jiġi mmirat t+82 sal-2017 sabiex tiġi appoġġjata l-kumpilazzjoni tal-kontijiet integrati trimestrali sħaħ taż-żona tal-euro sa t+90.

Emenda 8

L-aħħar ta’ Tabella 2 ta’ Anness B – L-aggregati prinċipali tal-gvern ġenerali

EDP_D.41

Imgħax inklużi l-flussi fuq swaps u FRAs (1) (4)

S.13, S.1311, S.1312, S.1313, S.1314

EDP_B.9

Għoti b’self nett (+)/Teħid b’self nett (-) taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (EDP) (4)

S.13, S.1311, S.1312, S.1313, S.1314

D.41

Imgħax (1)

S.13, S.1311, S.1312, S.1313, S.1314

B.9

Għoti b’self nett (+)/Teħid b’self nett (-)

S.13, S.1311, S.1312, S.1313, S.1314

Spjegazzjoni

Anness A tar-regolament propost m’għadux jiddefinixxi EDP_D.41 u EDP_B.9. Dan jimplika illi r-referenzi kollha għal dawn iż-żewġ varjabbli għandhom jiġu eliminati minn Tabella 2 f’Anness B. Dan jirreferi wkoll għan-nota f’qiegħ il-paġna numru 4 ta’ Tabella 2.

Emenda 9

L-aħħar ta’ Kolonna S.13 f’Tabella 801 – Kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur – trimestrali

Spiża totali tal-gvern ġenerali OTE/x

Spiża totali tal-gvern ġenerali OTE/x

Spiża totali tal-gvern ġenerali OTE/x

Dħul totali tal-gvern ġenerali OTR/x

 

Sigħat EMH maħdumin/x

 

Persuni impjegati EMP/x

Spjegazzjoni

Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet pubbliċi u politiki għall-kejl tal-kumpens għal kull impjegat u għal kull siegħa fis-settur tal-gvern ġenerali, il-programm ta’ trażmissjoni (Tabella 801) għandu jkun issupplimentat b’dejta dwar in-numru ta’ impjegati u s-sigħat maħduma għas-settur tal-gvern ġenerali għal kull trimestru.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2009, pġ. 1.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2009, pġ. 14.

(4)  82 jum mill-2017.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Lulju 2011

2011/C 203/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4242

JPY

Yen Ġappuniż

115,98

DKK

Krona Daniża

7,4587

GBP

Lira Sterlina

0,89320

SEK

Krona Żvediża

9,0838

CHF

Frank Żvizzeru

1,2102

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7450

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,224

HUF

Forint Ungeriż

263,08

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

3,9401

RON

Leu Rumen

4,2010

TRY

Lira Turka

2,3124

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3231

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3645

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0824

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7111

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7364

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 505,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5102

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2072

HRK

Kuna Kroata

7,3910

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 133,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,2565

PHP

Peso Filippin

60,892

RUB

Rouble Russu

39,8226

THB

Baht Tajlandiż

43,025

BRL

Real Brażiljan

2,2214

MXN

Peso Messikan

16,4491

INR

Rupi Indjan

63,2270


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/12


Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2011/C 203/06

ORDINIJIET DWAR IR-REKWIŻITI B'RABTA MAL-ANGLO IRISH BANK CORPORATION LIMITED U L-IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY SKONT IT-TAQSIMA 50 TAL-CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT 2010

Fis-7 ta' April 2011, il-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (il-“Ministru”) ħareġ ordnijiet dwar ir-rekwiżiti (l-“Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti”) b'rabta sew mal-Anglo Irish Bank Corporation Limited (“Anglo”) sew mal-Irish Nationwide Building Society (“INBS”) skont it-taqsima 50 tal-Credit Institutions (Stabilisation) Act 2010 (l-“Att”):

1.

li jeħtieġu lill-Anglo:

1.1.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-għeluq ta' wħud mill-uffiċji tal-Anglo fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-fergħat tal-Anglo fi Vjenna, Dusseldorf u Jersey;

1.2.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għaċ-ċessjoni tan-negozju tal-Anglo tal-Ġestjoni tal-Patrimonju;

1.3.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-akkwist ta' u /jew l-amalgamazzjoni mal-INBS; u

1.4.

ifassal, flimkien mal-INBS u l-NTMA u, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-NTMA, jimplimenta fl-aspetti materjali kollha pjan ta' livell għoli ta' ristrutturar u r-rinegozjar għall-Anglo u l-INBS skont il-Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar imressaq lill-Kummissjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2011 (suġġett għal kwalunkwe varjazzjoni għal pjan bħal dan kif dirett u approvat mill-Kummissjoni Ewropea); u

2.

li jeħtieġu lill-INBS:

2.1.

jimplimenta fl-aspetti materjali kollha l-pjan ta' livell għoli fi stadji għall-akkwist tal-INBS mill-Anglo u/jew l-amalgamazzjoni mal-Anglo; kif ukoll

2.2.

ifassal, flimkien mal-INBS u l-NTMA u, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-NTMA, jimplimenta fl-aspetti materjali kollha pjan ta’ livell għoli fi stadji skont il-Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar għall-Anglo u l-INBS imressaq lill-Kummissjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2011 (suġġett għal kwalunkwe varjazzjoni għal pjan bħal dan kif dirett u approvat mill-Kummissjoni Ewropea),

(flimkien, ir-“Rekwiżiti”);

3.

jiddikjara li l-impożizzjoni tar-Rekwiżiti hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-għanijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 (id-“Direttiva CIWUD”) u r-Regolamenti 2011 (ir-“Regolamenti 2011”) tal-Komunitajiet Ewropej (Riorganizzazzjoni u Stralċ tal-Istituzzjonijiet tal-Kreditu) u, skont dan, li r-Rekwiżiti għandhom ikollhom seħħ sħiħ skont id-Direttiva CIWUD, ir-Regolmenti 2011 u l-Att, inkluż, b'mod partikolari imma mhux limitati għal, it-taqsima 61 tal-Att; u

4.

jiddikjara li r-Rekwiżiti għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.

Skont it-Taqsima 63 tal-Att, il-persuni affettwati mill-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti jistgħu japplikaw mal-Qorti Għolja tal-Irlanda, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, Ireland, għall-awtorizzazzjoni biex jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju għal deċiżjoni skont l-Att relatat mal-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti, fi żmien 14-il jum wara li tiġi nnotifikata d-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew li dik il-persuna ssir taf dwar id-deċiżjoni b'xi mod ieħor.


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/14


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17)

2011/C 203/07

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

SPANJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007

Is-sezzjoni “Fruntieri ta' l-arju” hija sostitwita b'dan li ġej:

(1)

Albacete

(2)

Alicante

(3)

Almería

(4)

Asturias

(5)

Barcelona

(6)

Bilbao

(7)

Castellón

(8)

Ciudad Real

(9)

Fuerteventura

(10)

Gerona

(11)

Gran Canaria

(12)

Granada

(13)

Huesca-Pirineos

(14)

Ibiza

(15)

Jerez de la Frontera

(16)

La Coruña

(17)

La Palma

(18)

Lanzarote

(19)

León

(20)

Madrid-Barajas

(21)

Málaga

(22)

Matacán (Salamanca)

(23)

Menorca

(24)

Murcia

(25)

Palma de Mallorca

(26)

Pamplona

(27)

Reus

(28)

Santander

(29)

Santiago

(30)

Sevilla

(31)

Tenerife North

(32)

Tenerife South

(33)

Valencia

(34)

Valladolid

(35)

Vigo

(36)

Vitoria

(37)

Zaragoza


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/16


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8)

2011/C 203/08

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IN-NORVEĠJA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Skont l-Artikolu 17(f) tal-Liġi tal-Immigrazzjoni tan-Norveġja, kwalunkwe ċittadini barranin li ma jkunux jistgħu jipprovaw li għandhom fondi adegwati għas-soġġorn tagħhom fir-Renju u għall-vjaġġ tar-ritorn, jew illi huma jkunu jistgħu jserrħu fuq dawn il-fondi, jista' jiġi rrifjutat lilhom id-dħul meta jaslu fil-fruntiera.

L-ammonti meqjusa bħala meħtieġa huma ffissati individwalment u d-deċiżjonijiet jittieħdu każ b'każ. Jiġu kkunsidrati t-tul taż-żjara, jekk iċ-ċittadin barrani jkunx se joqgħod mal-familja jew mal-ħbieb, jekk ikollux biljett għall-vjaġġ lura u jekk tkunx ingħatat garanzija għaż-żjara tiegħu (bħala indikazzjoni, ammont ta' NOK 500 għal kull ġurnata jitqies adegwat għal viżitaturi li ma jkunux se joqogħdu ma' familjari jew ħbieb).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/17


SEJĦA MIFTUĦA

Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST)

2011/C 203/09

Il-COST tressaq flimkien riċerkaturi u esperti f'pajjiżi differenti li jaħdmu fuq suġġetti speċifiċi. Il-COST MA TIFFINANZJAX ir-riċerka innifisha, imma tappoġġa attivitajiet ta' networking bħal laqgħat, konferenzi, skambji xjentifiċi fuq terminu qasir u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni. Attwalment huma appoġġati aktar minn 250 netwerk xjentifiku (Azzjonijiet).

Il-COST tistieden proposti għal Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku, kulturali jew soċjali tal-Ewropa. Proposti li jkollhom rwol prekursur għal programmi oħrajn Ewropej u/jew mibdija minn riċerkaturi fi stadju bikri huma milqugħa b'mod speċjali.

L-iżvilupp ta' rabtiet aktar sodi fost ir-riċerkaturi Ewropej huwa kruċjali għall-bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). Il-COST tistimula netwerks ta' riċerka ġodda, innovattivi, interdixxiplinari u wisgħin fl-Ewropa. L-attivitajiet tal-COST jitwettqu minn gruppi ta' riċerka għat-tisħiħ tas-sisien għall-bini ta' eċċellenza xjentifika fl-Ewropa.

Il-COST hi organizzata f'disa' Setturi (Bijomediċina u Bijoxjenzi Molekulari; Kimika u Xjenzi u Teknoloġiji Molekulari; Xjenza tas-Sistema Terrestri u Ġestjoni Ambjentali; Ikel u Agrikoltura; Foresti, Prodotti u Servizzi tagħhom; Individwi, Soċjetajiet, Kulturi u Saħħa; It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; Materjali, Fiżika u Nanoxjenzi; Trasport u Żvilupp Urban). Il-kopertura intenzjonata ta' kull Settur hi spjegata f'http://www.cost.eu

L-applikanti huma mistiedna jqiegħdu s-suġġett tagħhom f'Settur wieħed. Madankollu, proposti interdixxiplinari li ma jaqgħux direttament f'Settur wieħed huma milqugħa b'mod partikolari u ser ikunu vvalutati separatament.

Il-proposti għandhom jinkludu riċerkaturi minn minimu ta' ħames pajjiżi tal-COST. Jista' jiġi mistenni appoġġ finanzjarju ta' madwar EUR 100 000 p.a. normalment għal 4 snin, soġġett għall-baġit disponibbli.

Il-proposti ser ikunu vvalutati f'żewġ stadji. Proposti Preliminari (massimu ta' 1 500 kelma/3 paġni), mibgħuta bl-użu tal-mudell online fuq http://www.cost.eu/opencall għandhom jipprovdu deskrizzjoni qasira tal-proposta u l-impatt maħsub tagħha. Il-proposti li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' eliġibilità tal-COST (eż. li jitolbu finanzjament għar-riċerka) ser jiġu esklużi. Proposti eliġibbli ser ikunu vvalutati mill-Kumitati tas-Setturi rilevanti f'konformità mal-kriterji ppublikati f'http://www.cost.eu L-applikanti tal-Proposti Preliminari magħżula ser ikunu mistiedna jippreżentaw Proposta Sħiħa. Proposti Sħaħ ser ikunu riveduti mill-pari skont il-kriterji ta' valutazzjoni f'http://www.cost.eu/opencall Id-deċiżjoni normalment ser tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data tal-ġbir u l-Azzjonijiet mistennija li jibdew fi żmien tliet xhur minn dakinhar.

Id-data tal-ġbir għall-Proposti Preliminari hi t-30 ta' Settembru 2011, 17:00 ħin ta' Brussell. Ser jiġu mistiedna mhux aktar minn 80 Proposta Kompleta għall-għażla finali ta' mhux aktar minn 30 Azzjoni ġdida, soġġett għall-baġit disponibbli. Proposti Sħaħ ser ikunu mistiedna sal-25 ta' Novembru 2011 għall-preżentazzjoni sas-27 ta' Jannar 2012, bid-deċiżjonijiet mistennija f'Ġunju 2012. Id-data tal-ġbir li jmiss hija prevista għat-30 ta' Marzu 2012.

Jekk jixtiequ l-applikanti jistgħu jikkuntattjaw il-Koordinatur nazzjonali tal-COST (CNC) tagħhom għal informazzjoni u gwida – ara http://www.cost.eu/cnc

Il-proposti għandhom jintbagħtu online lill-website tal-Uffiċċju tal-COST.

Il-COST tirċievi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tagħha ta' koordinazzjoni mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RŻT) tal-UE. L-Uffiċċju tal-COST, stabbilit mill-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (ESF), li jaġixxi bħala aġent implimentattiv għal COST, jipprovdi u jiġġestixxi s-segretarjat amministrattiv, xjentifiku u tekniku għall-COST, il-Kumitati tas-Setturi tiegħu u l-Azzjonijiet tiegħu.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/19


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

2011/C 203/10

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka jixtieq javża li rċieva applikazzjoni biex tkun stabbilita żona għall-prospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi fix-Xlokk tar-Repubblika Ċeka (Trutnovsko), kif inhi mmarkata fuq il-mappa li hija mehmuża bħala Anness 1.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fit-titolu u fl-Artikolu 11 tal-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi minerali (l-Att dwar il-Minjieri), kif emendat, u fl-Artikolu 4d tal-Att tal-Kunsill Nazzjonali Ċek Nru 62/1988 dwar ix-xogħlijiet ġeoloġiċi, kif emendat, il-Ministeru għall-Ambjent qed jistieden persuni naturali u legali li għandhom l-awtorizzazzjoni biex iwettqu attivitajiet fil-minjieri (entitajiet li jawtorizzaw) biex iressqu applikazzjoni kompetittiva biex jistabbilixxu żona għall-prospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi fix-Xlokk tar-Repubblika Ċeka (Trutnovsko).

L-awtorità kompetenti li għandha tiddeċiedi hija l-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti fl-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni Ċeka fl-Att tal-Kunsill Nazzjonali Ċek Nru 62/1988 dwar ix-xogħlijiet ġeoloġiċi, kif emendat.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matu it-13-il ġimgħa wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa u għandhom jintbagħtu lil:

Martin Holý

Direttur tad-Dipartiment għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Minerali u l-Ħamrija

Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka

Vršovická 65

100 10 Praha 10

ČESKÁ REPUBLIKA

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati. Ser tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jiskadi dan il-perjodu.

Aktar tagħrif huwa disponibbli fuq talba mingħand Jaroslav Česnek (Tel. +420 267122652).


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6232 – Allianz/Banco Popular/Popular Gestión)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/11

1.

Fl-1 ta’ Lulju 2011, il–Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja) u Banco Popular Español SA (“BPE”, Spanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt Popular Gestión, SGIIC, SA (“PG”, Spanja) permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Allianz: fornitriċi ta' assigurazzjoni internazzjonali u ta' servizzi finanzjarji,

għal BPE: servizzi bankarji kummerċjali, fatturament, ġestjoni ta’ assi, ġestjoni tal-fondi ta’ pensjoni, ġestjoni ta’ titoli u ta’ kambju, self fit-tul, u setturi ta’ assigurazzjoni,

għal PG: servizzi ta' ġestjoni ta' assi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6232 – Allianz/Banco Popular/Popular Gestión, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6240 – Temasek/E. OPPENHEIMER/Tana JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/12

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapor) u E. OPPENHEIMER & Son International Ltd (“E. OPPENHEIMER”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regoalment dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Impriża Konġunta li tinkludi żewġ kumpaniji, Tana Africa Capital Limited u Tana Africa Investment Managers Limited (li kollettivament magħrufa bħala Tana) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Temasek: kumpanija holding tal-investiment. Il-portafoll tagħha jkopri firxa wiesa’ ta’ industriji: servizzi finanzjarji; telekomunikazzjonijiet, midja u teknoloġiji; trasportazzjoni & industrijali; xjenza tal-ħajja, konsumatur & beni immobbli; riżorsi & enerġija,

għal E. OPPENHEIMER: strument ta’ investiment għall-familja li l-assi ewlenin tagħha huwa qatgħa ta’ ishma sostanzjali f’De Beers, flimkien ma’ interessi oħrajn miżmuma fuq bażi ta’ investimenti,

għal Tana: impriża konġunta ġdida li se tinvesti f’kumpaniji privati u pubbliċi fis-settur li jinbidel malajr tal-prodotti għall-konsumatur fl-Afrika. Tana bħalissa m’għandha l-ebda negozju jew attivitajiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6240 – Temasek/E. OPPENHEIMER/Tana JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6316 – Aurubis/Luvata Rolled Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 203/13

1.

Fis-1 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aurubis AG (“Aurubis”, il-Ġermanja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ wħud mill-entitajiet legali u assi li huma attwalment fil-pussess tas-sussidjarji ta’ Luvata Oy (“Luvata”, il-Finlandja) u li jikkostitwixxu d-diviżjoni “Rolled Products Division” ta’ Luvata (“LRP”) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Aurubis: waħda mill-produtturi ewlenin tar-ram fl-Ewropa. In-negozju ewlieni tagħha hu l-produzzjoni ta’ ram raffinat kummerċjabbli minn konċentrati tar-ram, minn skart tar-ram u materja prima riċiklata. Dawn jiġu pproċessati f’vireg tal-wajer, forom kif ukoll bħala prodotti mremblin,

għal Luvata: tforni metalli u toffri soluzzjonijiet, servizzi, komponenti u materjali għall-manifattura u l-kostruzzjoni. Il-mira tat-tranżazzjoni propostà, LRP, hi waħda mill-erba’ diviżjonijiet ta’ Luvata,

għal LRP: timmanifattura prodotti mir-ram irqiq u mil-liga tar-ram imrembel għal użu industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6316 – Aurubis/Luvata Rolled Products, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Rettifika

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/23


Rettifika għall-awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Fir-rigward ta’ dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 187, tat-28 ta’ Ġunju 2011 )

2011/C 203/14

F'paġna 6:

minflok:

“Baġit globali: EUR 10 625 700 miljun”,

aqra:

“Baġit globali: EUR 10 625 700”.