ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.194.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
2 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 194/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 186, 25.6.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 194/02

Kawża C-147/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Römer vs Freie und Hansestadt Hamburg (Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 157 TFUE — Direttiva 2000/78/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ remunerazzjoni — Esklużjonijiet — Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjoni tal-irtirar kumplimentari għall-ex impjegati ta’ kollettività lokali u s-superstiti tagħhom — Metodu ta’ kalkolu ta’ din il-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġa meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja rreġistrata — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali)

2

2011/C 194/03

Kawżi magħquda C-230/09 u C-231/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hauptzollamt Koblenz vs Kurt Etling, Thomas Etling (C-230/09), Hauptzollamt Oldenburg vs Theodor Aissen, Hermann Rohaan (C-231/09) (Agrikoltura — Settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib — Regolament (KE) Nru 1788/2003 — Taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni — Trasferiment ta’ kwantitajiet ta’ referenza individwali — Riperkussjonijiet fuq il-kalkolu tat-taxxa — Riperkussjonijiet fuq il-kalkolu tal-premium għall-prodotti mill-ħalib)

3

2011/C 194/04

Kawża C-391/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius (Ċittadinanza tal-Unjoni — Libertà ta’ moviment u residenza fl-Istati Membri — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità — Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE — Prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni mingħajr distinzjoni abbażi ta’ razza jew oriġini etnika — Direttiva 2000/43/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-kunjomijiet u l-ismijiet tal-persuni fiżiċi jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili f’forma li tirrispetta r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali)

4

2011/C 194/05

Kawża C-543/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 25(2) — Direttiva 2002/58/KE — Artikolu 12 — Provvista ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji — Obbligu impost fuq impriża li tassenja numri tat-telefon sabiex tittrażmetti lil impriżi oħrajn id-data li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi)

5

2011/C 194/06

Kawża C-107/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto NAP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttivi 77/388/KEE u 2006/112/KE — Rimbors — Terminu — Interessi — Tpaċija — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

5

2011/C 194/07

Kawża C-144/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch (Ġurisdizzjoni f’materji ċivili — Artikoli 22(2) u 27 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn tinsab is-sede biex jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi dwar il-validità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tal-kumpanniji — Portata — Kawża mressqa minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku intiża li tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba l-allegata invalidità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tagħha relatati mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt — Lis pendens — Obbligu tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża li tissospendi l-proċeduri — Portata)

6

2011/C 194/08

Kawżi magħquda C-201/10 u C-202/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Ze Fu Fleischhandel GmbH (C-201/10), Vion Trading GmbH (C-202/10) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 3 — Irkupru ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Terminu ta’ preskrizzjoni trentennali — Regola ta’ preskrizzjoni li tifforma parti mid-dritt ċivili ġenerali ta’ Stat Membru — Applikazzjoni per analogia — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

7

2011/C 194/09

Kawża C-294/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – ir-Repubblika tal-Litwanja) — Andrejs Eglītis, Edvards Ratnieks vs Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(3) — Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira — Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens fil-każ ta’ ċirkustanzi straordinarji — Implementazzjoni, mit-trasportatur tal-ajru, tal-miżuri kollha raġonevoli sabiex jipprevjeni ċirkustanzi straordinarji — Pjanifikazzjoni ta’ riżorsi fiż-żmien opportun sabiex tkun tista’ tiġi żgurata t-titjira wara li tali ċirkustanzi jintemmu)

7

2011/C 194/10

Kawża C-479/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

8

2011/C 194/11

Kawża C-128/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2011 — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp.

8

2011/C 194/12

Kawża C-165/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka) fl-4 ta’ April 2011 — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. s.r.o.

9

2011/C 194/13

Kawża C-173/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fit-8 ta’ April 2011 — Football Dataco Ltd, Scottish Premier League Ltd, Scottish Football League, PA Sport UK Ltd vs Sportradar GmbH (kumpannija rreġistrata fil-Ġermanja), Sportradar (kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera)

10

2011/C 194/14

Kawża C-177/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-15 ta’ April 2011 — Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton vs 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

10

2011/C 194/15

Kawża C-209/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-4 ta’ Mejju 2011 — Sportingbet PLC vs Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 194/16

Kawża T-423/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Settur tal-avjazzjoni — Użu esklużiv tat-terminal 2 tal-ajruport ta’ München — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Obbligu li tittieħed azzjoni — Assenza)

12

2011/C 194/17

Kawża T-502/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — IIC Intersport International vs UASI — McKenzie (McKENZIE) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE — Trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti McKINLEY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

12

2011/C 194/18

Kawża T-207/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Habanos vs UASI — Tabacos de Centroamérica (KIOWA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

13

2011/C 194/19

Kawża T-580/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — PJ Hungary vs UASI — Pepekillo (PEPEQUILLO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEPEQUILLO — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti PEPE u PEPE JEANS — Restitutio in integrum — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009))

13

2011/C 194/20

Kawża T-376/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Glenton España vs UASI — Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2011/C 194/21

Kawża T-81/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Tempus Vade vs UASI — Palacios Serrano (AIR FORCE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIR FORCE — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti TIME FORCE — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebħ tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2011/C 194/22

Kawża T-206/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — COMPLEX S.A. vs UASI — Kajometal 5KX)

14

2011/C 194/23

Kawża T-207/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2011 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE)

15

2011/C 194/24

Kawża T-216/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — Progust, SL vs UASI — Sopralex & Vosmarques (IMPERIA)

15

2011/C 194/25

Kawża T-219/11: Rikors ippreżentat fit-15 ta’ April 2011 — José Luis Otero Gonzàlez vs UASI — Apli-Agipa (AGIPA)

16

2011/C 194/26

Kawża T-220/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — TeamBank AG Nürnberg vs UASI — Fercredit Servizi Finanziari (f@ir Credit)

16

2011/C 194/27

Kawża T-223/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Siemens vs Il-Kummissjoni

17

2011/C 194/28

Kawża T-224/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — Caventa AG vs UASI

17

2011/C 194/29

Kawża T-225/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)

18

2011/C 194/30

Kawża T-227/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2011 — Wall vs UASI — Bluepod Media Worldwide (bluepod media)

18

2011/C 194/31

Kawża T-232/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2011 — Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

19

2011/C 194/32

Kawża T-243/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2011 — Glaxo Group vs UASI — Farmodiética (ADVANCE)

19

2011/C 194/33

Kawża T-245/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2011 — ClientEarth and International Chemical Secretariat vs ECHA

20

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/1


2011/C 194/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 186, 25.6.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 179, 18.6.2011

ĠU C 173, 11.6.2011

ĠU C 160, 28.5.2011

ĠU C 152, 21.5.2011

ĠU C 145, 14.5.2011

ĠU C 139, 7.5.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Römer vs Freie und Hansestadt Hamburg

(Kawża C-147/08) (1)

(Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 157 TFUE - Direttiva 2000/78/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “remunerazzjoni” - Esklużjonijiet - Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjoni tal-irtirar kumplimentari għall-ex impjegati ta’ kollettività lokali u s-superstiti tagħhom - Metodu ta’ kalkolu ta’ din il-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġa meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja rreġistrata - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali)

2011/C 194/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Römer

Konvenuti: Freie und Hansestadt Hamburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-Artikolu 141 tat-Trattat KE, tal-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(ċ) u tal-Artikolu 3(3) kif ukoll tal-premessa 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Esklużjoni tal-ħlasijiet ta’ kull natura magħmula mill-iskemi statali jew simili, inklużi skemi pubbliċi ta’ sigurtà soċjali jew ta’ protezzjoni soċjali — Esklużjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili u d-drittijiet [benefiċċji] li jiddependu minnhom — Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjonijiet supplimentari lill-ex-impjegati u l-ħaddiema ta’ kollettività lokali u lis-superstiti tagħhom — Metodu ta’ kalkolu tal-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġin meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu f’unjoni tul il-ħajja rreġistrata

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha, la minħabba l-Artikolu 3(3) tagħha u lanqas minħabba l-premessa 22 tagħha, il-pensjonijiet tal-irtirar kumplimentari bħal dawk imħallsa lill-ex impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg u lis-superstiti tagħhom abbażi tal-liġi tal-Land ta’ Hamburg dwar il-pensjonijiet kumplimentari ta’ rtirar u tas-superstiti tal-impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg (Erstes Ruhegeldgesetz der Freien und Hansestadt Hamburg), fil-verżjoni tagħha tat-30 ta’ Mejju 1995, li jikkostitwixxu remunerazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 1, 2, u 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 10(6) tal-imsemmija liġi tal-Land ta’ Hamburg, li abbażi tagħha benefiċjarju marbut fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja jirċievi pensjoni tal-irtirar kumplimentari f’ammont inferjuri għal dak mogħti lil benefiċjarju miżżewweġ u mhux separat b’mod permanenti, jekk

fl-Istat Membru kkonċernat, iż-żwieġ huwa rriżervat għal persuni ta’ sess differenti u jeżisti flimkien ma’ unjoni tul il-ħajja bħal dik stabbilita mil-liġi dwar l-unjoni tul il-ħajja rreġistrata (Gesetz über die Eingetragene Lebenspartnerschaft), tas-16 ta’ Frar 2001, li hija rriżervata għal persuni tal-istess sess, u

teżisti diskriminazzjoni diretta abbażi tal-orjentazzjoni sesswali minħabba l-fatt li, fid-dritt nazzjonali, l-imsemmi sieħeb tul il-ħajja jinsab f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli ma’ dik ta’ persuna miżżewġa f’dak li jirrigwarda l-imsemmija pensjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq l-evalwazzjoni tal-paragunabbiltà, u din għandha tkun iffokata fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-konjuġi u tal-persuni marbuta f’unjoni tul il-ħajja, hekk kif inhuma rregolati fil-kuntest tal-istituzzjonijiet korrispondenti, li huma rilevanti fid-dawl tal-għan u tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju inkwistjoni.

(3)

Fil-każ fejn l-Artikolu 10(6) tal-liġi tal-Land ta’ Hamburg dwar il-pensjonijiet kumplimentari ta’ rtirar u tas-superstiti tal-impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg fil-verżjoni tagħha tat-30 ta’ Mejju 1995 ikun jikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78, id-dritt għal-trattament ugwali jkun jista’ jiġi invokat minn individwu bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali sa minn wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva msemmija, jiġifieri mit-3 ta’ Diċembru 2003, u dan mingħajr ma jkun hemm għalfejn li jiġi mistenni li d-dispożizzjoni msemmija titqiegħed f’konformità mad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlatur nazzjonali.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hauptzollamt Koblenz vs Kurt Etling, Thomas Etling (C-230/09), Hauptzollamt Oldenburg vs Theodor Aissen, Hermann Rohaan (C-231/09)

(Kawżi magħquda C-230/09 u C-231/09) (1)

(Agrikoltura - Settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib - Regolament (KE) Nru 1788/2003 - Taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni - Trasferiment ta’ kwantitajiet ta’ referenza individwali - Riperkussjonijiet fuq il-kalkolu tat-taxxa - Riperkussjonijiet fuq il-kalkolu tal-“premium” għall-prodotti mill-ħalib)

2011/C 194/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hauptzollamt Koblenz (C-230/09), Hauptzollamt Oldenburg (C-231/09)

Konvenuti: Kurt Etling, Thomas Etling (C-230/09), Theodor Aissen, Hermann Rohaan (C-231/09)

fil-preżenza ta’: Bundesministerium der Finanzen,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391) — Teħid lura tal-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib matul il-perijodu ta’ referenza wara x-xoljiment ta’ qbiela — Teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ referenza disponibbli għal min jikri, tal-kwantità diġà ttrasferita mill-kerrej preċedenti matul il-perijodu ta’ referenza?

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2217/2004, tat-22 ta’ Diċembru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha ssir b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li kkunsinna b’eċċess, jiġifieri dik determinata fid-data tal-1 ta’ April tal-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri. Il-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza individwali, użat f’din id-dispożizzjoni, ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza magħmula matul dan il-perijodu.

(2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa l-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2217/2004, li jiġu ffissati kriterji oġġettivi li skonthom issir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha tirrispetta, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-għanijiet segwiti mill-politika agrikola komuni, u b’mod iktar partikolari dawk intiżi mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib.

(3)

Dawn l-għanijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ din il-possibbiltà, li tippermetti lill-produtturi li kkunsinnaw b’eċċess, meta ġiet ittrasferita lilhom, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2217/2004, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza individwali li għaliha diġà kien ġie prodott u kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li preċedentement kellu din il-kwantità ta’ referenza, jipparteċipaw għal din l-allokazzjoni mill-ġdid billi jinkludu parti jew it-totalità ta’ din il-kwantità ta’ referenza. Madankollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li tali leġiżlazzjoni ma tagħtix lok għal trasferimenti li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonjiet previsti minn dan ir-regolament, kellhom bħala sempliċi għan li jippermettu lil ċerti produtturi li kkunsinnaw b’eċċess jiksbu pożizzjoni iktar favorevoli meta ssir l-imsemmija allokazzjoni mill-ġdid.

(4)

Il-kunċett ta’ “kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] eliġibbli għall-’premium’ u disponibbli fl-azjenda”, li jinsab fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005, tas-26 ta’ Jannar 2005, li jikkorrispondi għall-kunċett ta’ “kwantità tar-referenza disponibbli” ddefinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2217/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun ġiet ittrasferita lil produttur, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib mill-persuna li tittrasferixxi matul l-istess perijodu, dan ma jinkludix, fir-rigward tal-persuna li qed tirċievi t-trasferiment, il-parti tal-kwantità ta’ referenza ttrasferita li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib eżenti mit-taxxa mill-persuna li qed tittrasferixxi.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius

(Kawża C-391/09) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Libertà ta’ moviment u residenza fl-Istati Membri - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità - Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE - Prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni mingħajr distinzjoni abbażi ta’ razza jew oriġini etnika - Direttiva 2000/43/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-kunjomijiet u l-ismijiet tal-persuni fiżiċi jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili f’forma li tirrispetta r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali)

2011/C 194/04

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn

Konvenuti: Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE u tal-Artikolu 18(1) KE kif ukoll tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1., p. 23) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi t-traskrizzjoni tal-kunjomijiet u tal-ismijiet tal-persuni ta’ nazzjonalità jew ċittadinanza differenti fil-karattri tal-lingwa uffiċjali tal-Istat fl-atti tal-istat ċivili maħruġa minn dan l-Istat.

Dispożittiv

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kunjomijiet u l-ismijiet ta’ persuna jistgħu jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili ta’ dan l-Istat biss f’forma li tosserva r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali tikkonċerna sitwazzjoni li ma taqax taħt il-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika].

(2)

L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw, filwaqt li jaġixxu b’mod konformi ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kunjom u l-ismijiet ta’ persuna jistgħu jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili ta’ dan l-Istat biss f’forma li tosserva r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali, li jbiddlu fiċ-ċertifikati tat-twelid u taż-żwieġ ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu l-kunjom u l-isem tiegħu skont ir-regoli ortografiċi ta’ Stat Membru ieħor;

ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwisjtoni fil-kawża prinċipali u filwaqt li jaġixxu b’mod konformi ma’ din l-istess leġiżlazzjoni, li jbiddlu l-kunjom komuni għal koppja miżżewġa ta’ ċittadini tal-Unjoni, kif jinsab fl-atti tal-istat ċivili maħruġa mill-Istat Membru tal-oriġini ta’ wieħed minn dawn iċ-ċittadini, f’forma li tosserva r-regoli ortografiċi tal-Istat imsemmi l-aħħar, bil-kundizzjoni li dan ir-rifjut ma jikkawżax għall-imsemmija ċittadini tal-Unjoni, inkonvenjenti serji ta’ natura amministrattiva, professjonali u privata, ħaġa li għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju. Jekk jirriżulta li dan huwa l-każ, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika wkoll jekk ir-rifjut li jsiru tibdiliet huwiex meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprova tiggarantixxi u huwiex proporzjonali għall-għan imfittex leġittimament;

ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwisjtoni fil-kawża prinċipali u filwaqt li jaġixxu b’mod konformi ma’ din l-istess leġiżlazzjoni, li jbiddlu ċ-ċertifikat taż-żwieġ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor sabiex l-ismijiet tal-imsemmi ċittadin jinkitbu f’dan iċ-ċertifikat b’marki dijakritiċi kif kienu nkitbu fl-atti tal-istat ċivili maħruġa mill-Istat Membru tal-oriġini tiegħu u f’forma li tosserva r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali tal-Istat imsemmi l-aħħar.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-543/09) (1)

(Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 25(2) - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 12 - Provvista ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji - Obbligu impost fuq impriża li tassenja numri tat-telefon sabiex tittrażmetti lil impriżi oħrajn id-data li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi)

2011/C 194/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

fil-preżenza ta’: GoYellow GmbH, Telix AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ nerworks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif ukoll tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settus tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514) — Provvista ta’ servizzi ta’ direttorju — Portata tal-obbligu impost fuq impriża li tkun assenjat in-numri tat-telefon lill-abbonati li tgħaddi lil impriżi oħra d-data rilevanti kollha sabiex jiġi editjat direttorju universali jew li tipprovdi servizz universali ta’ konsultazzjoni tad-direttorju — Data li tikkonċerna l-abbonati ta’ impriżi terzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-impriżi li jassenjaw numri tat-telefon lill-utenti finali l-obbligu sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ impriżi li l-attività tagħha tikkonsisti li tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji mhux biss id-data dwar l-abbonati tagħhom stess, iżda wkoll dik li huma jkollhom dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi.

(2)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga impriża li tippubblika direttorji pubbliċi li tittrażmetti data personali li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ fornituri oħrajn ta’ servizzi telefoniċi lil impriża terza li l-attività tagħha tikkonsisti li tippubblika direttorju stampat jew elettroniku jew tagħmel tali direttorji disponibbli għall-konsultazzjoni permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorji, mingħajr ma tagħmel tali konsultazzjoni suġġetta għal kunsens ġdid tal-abbonati, sa fejn madankollu, minn naħa, dawn tal-aħħar kienu ġew informati, qabel l-ewwel inklużjoni tad-data tagħhom f’direttorju pubbliku, bil-għan ta’ dan id-direttorju u bil-fatt li din id-data tista’ tiġi kkomunikata lil fornitur ieħor ta’ servizzi telefoniċi u li, min-naħa l-oħra, huwa ggarantit li l-imsemmija data ma tiġix, wara t-trażmissjoni tagħha, użata għal skopijiet oħra ħlief għal dawk li għalihom hija nġabret għall-ewwel pubblikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” NAP

(Kawża C-107/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttivi 77/388/KEE u 2006/112/KE - Rimbors - Terminu - Interessi - Tpaċija - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

2011/C 194/06

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enel Maritsa Iztok 3 AD

Konvenuta: Direktor “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” NAP

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Terminu mandatorju għar-rimbors tal-VAT eċċessiva li fl-iskadenza tiegħu jsir il-kalkolu tal-interessi dovuti lill-persuna taxxabbli — Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul tali kalkolu li tipprovdi li, fil-każ ta’ kontroll fiskali, dan il-kalkolu għandu jitwettaq b’effett mid-data tal-preżentata tal-avviż tat-taxxa li jtemm il-kontroll fiskali — Terminu raġonevoli — Possibbiltà ta’ rimbors tal-VAT eċċessiva bi tpaċija tas-somma li għandha tiġi rimborsata mal-ammonti fiskali li hija suġġetta għalihom il-persuna taxxabbli — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/138/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2006, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, b’effett retroattiv, l-estensjoni tat-terminu li fih għandu jsir ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ċċaħħad lill-persuna taxxabbli mid-dritt, li hija kellha qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, li tikseb interessi moratorji fuq l-ammont li għandu jiġi rrimborsat lilha.

(2)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2006/138, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu normali sabiex isir ir-rimbors tat-taxxa fuq il valur miżjud eċċessiva mħallsa, li fl-iskadenza tiegħu interessi moratorji jkunu dovuti fuq l-ammont li għandu jiġi rrimborsat, jiġi mtawwal fil-każ li tinbeda l-proċedura ta’ verifika fiskali, peress li l konsegwenza ta’ din il-proroga hija li dawn l-interessi jkunu dovuti biss mid-data li fiha din il-proċedura tiġi fi tmiemha, minkejja l-fatt li din it-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa tkun diġà s-suġġett ta’ differiment matul it-tliet perijodi taxxabbli li jsewgu dak il-perijodu li abbażi tiegħu din tkun ġiet ikkonstatata. Min-naħa l-oħra, il-fatt li dan it-terminu normali huwa ta’ 45 ġurnata ma jmurx kontra l-imsemmija dispożizzjoni.

(3)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2006/138, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix li r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa jsir permezz ta’ tpaċija.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

(Kawża C-144/10) (1)

(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili - Artikoli 22(2) u 27 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn tinsab is-sede biex jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi dwar il-validità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tal-kumpanniji - Portata - Kawża mressqa minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku intiża li tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba l-allegata invalidità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tagħha relatati mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt - Lis pendens - Obbligu tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża li tissospendi l-proċeduri - Portata)

2011/C 194/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts

Konvenut: JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammergericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikoli 22(2) u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn tinsab is-sede fir-rigward ta’ kawżi dwar il-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tal-kumpanniji — Applikabbiltà ta’ din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva għal kawża mressqa minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku intiża li tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba l-allegata invalidità ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tagħha relatati mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt

Dispożittiv

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma japplikax għal kawża li fil-kuntest tagħha kumpannija tinvoka n-nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ kuntratt fir-rigward tagħha, minħabba l-allegata invalidità, abbażi ta’ ksur tal-istatuti tagħha, ta’ deċiżjoni tal-organi tagħha li wasslet għall-konklużjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Ze Fu Fleischhandel GmbH (C-201/10), Vion Trading GmbH (C-202/10) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawżi magħquda C-201/10 u C-202/10) (1)

(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3 - Irkupru ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Terminu ta’ preskrizzjoni trentennali - Regola ta’ preskrizzjoni li tifforma parti mid-dritt ċivili ġenerali ta’ Stat Membru - Applikazzjoni ‘per analogia’ - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2011/C 194/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ze Fu Fleischhandel GmbH (C-201/10), Vion Trading GmbH (C-202/10)

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340) — Irkupru ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa mill-esportatur minħabba irregolaritajiet imwettqa minnu — Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

(1)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali fil-prinċipju ma jipprekludix, fil-kuntest tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea ddefiniti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, u b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-regolament, lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali ta’ Stat Membru milli japplikaw “per analogia”, għall-każ relattiv għar-rimbors ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament, terminu ta’ preskrizzjoni bbażat fuq dispożizzjoni nazzjonali tad-dritt komuni, bil-kundizzjoni madankollu li tali applikazzjoni riżultanti minn prassi deċiżjonali tkun suffiċjentement prevedibbli, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

(2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi, fil-kuntest tal-implementazzjoni mill-Istati Membri tal-fakultà mogħtija lilhom mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni trentennali għall-każ relattiv għar-rimbors ta’ rifużjonijiet imħallsa indebitament.

(3)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li terminu ta’ preskrizzjoni “itwal” fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95 ikun jista’ jirriżulta minn terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt komuni mnaqqas mill-ġurisprudenza sabiex dan tal-aħħar jissodisfa l-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-applikazzjoni tiegħu, peress li f’tali ċirkustanzi, jista’ fi kwalunkwe każ jiġi applikat it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – ir-Repubblika tal-Litwanja) — Andrejs Eglītis, Edvards Ratnieks vs Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

(Kawża C-294/10) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens fil-każ ta’ ċirkustanzi straordinarji - Implementazzjoni, mit-trasportatur tal-ajru, tal-miżuri kollha raġonevoli sabiex jipprevjeni ċirkustanzi straordinarji - Pjanifikazzjoni ta’ riżorsi fiż-żmien opportun sabiex tkun tista’ tiġi żgurata t-titjira wara li tali ċirkustanzi jintemmu)

2011/C 194/09

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andrejs Eglītis, Edvards Ratnieks

Konvenuta: Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Augstākās tiesas Senāts - Interpretazzjoni tal Artikoli 5(3) u 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) - Kanċellazzjoni ta’ titjira l-ewwel minħabba l-għeluq tal-ispazju tal-ajru, minħabba problemi ta’ sistemi ta’ radar u ta’ avjazzjoni, u wara minħabba l-iskadenza taż-żmien massimu ta’ xogħol awtorizzat tal-ekwipaġġ tat-titjira - Teħid, mit-trasportatur tal-ajru, tal-miżuri kollha raġonevoli sabiex jiġu evitati ċ-ċirkustanzi straordinarji

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur tal-ajru, peress li huwa obbligat jimplementa l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jipprevjeni ċirkustanzi straordinarji, għandu b’mod raġonevoli, fl-istadju tal-pjanifikazzjoni tat-titjira, jieħu inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ dewmien marbut mal-eventwali fatt li jseħħu tali ċirkustanzi. Konsegwentement, huwa għandu jipprevedi ċerta riżerva ta’ żmien li tippermettilu, jekk possibbli, li jopera t-titjira kollha kemm la darba ċ-ċirkustanzi straordinarji jintemmu. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala li timponi, skont miżuri raġonevoli, li tiġi ppjanata, b’mod ġenerali u indifferenzjat, riżerva ta’ żmien minima applikabbli indistintivament għat-trasportaturi tal-ajru kollha fis-sitwazzjonijiet kollha meta jseħħu ċirkustanzi straordinarji. L-evalwazzjoni tal-kapaċità tat-trasportatur tal-ajru li jiżgura t-titjira skedata kollha kemm hi fil-kundizzjonijiet ġodda li jirriżultaw mill-fatt li jseħħu dawn iċ-ċirkustanzi għandha ssir filwaqt li jiġi żgurat li t-tul tar-riżerva ta’ żmien rikjesta ma jkollhiex il-konsegwenza li twassal it-trasportatur tal-ajru li jġarrab sagrifiċċji intollerabbli fir-rigward ta’ kapaċitajiet tal-impriża tiegħu fil-mument rilevanti. L-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament ma japplikax fil-kuntest ta’ tali evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-479/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

2011/C 194/10

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Aritkolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) — Eċċess tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5

Dispożittiv

(1)

Billi eċċeda l-valuri ta’ limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005 sa 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4, u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2011 — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp.

(Kawża C-128/11)

2011/C 194/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UsedSoft GmbH

Konvenuta: Oracle International Corp.

Domandi preliminari

(1)

Il-persuna li tista’ tinvoka eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopja ta’ programm ta’ kompjuter hija “persuna li tikseb legalment” skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/24/KE (1)?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: id-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopja ta’ programm tal-kompjuter hija eżawrita, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24/KE, meta l-persuna li tikseb tkun wettqet il-kopja bl-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-dritt, billi tniżżel il-programm fuq sostenn informatiku mill-internet?

(3)

Fil-każ li anki t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-persuna li tikseb liċenzja ta’ softwer “użata”, tista’ wkoll tinvoka, għat-twettiq ta’ kopja ta’ programm bħala “persuna li tikseb legalment”, skont l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24/KE, l-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopja ta’ programm ta’ kompjuter li l-ewwel persuna li tikseb legalment, bl-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-dritt, tkun wettqet billi tniżżel il-programm fuq sostenn informatiku mill-internet, jekk l-ewwel persuna li tikseb legalment tkun neħħiet il-kopja tagħha jew ma tużahiex iktar?


(1)  Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, p. 16).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka) fl-4 ta’ April 2011 — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. s.r.o.

(Kawża C-165/11)

2011/C 194/12

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: Profitube spol. s.r.o.

Domandi preliminari

(1)

F’sitwazzjoni fejn, matul is-snin 2005 u 2006, importatur ta’ Stat Membru importa f’maħżen doganali pubbliku ta’ dan l-Istat Membru merkanzija li toriġina mit-territorju ta’ Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea (l-Ukraina) li sussegwentement ġiet ipproċessata f’dan il-maħżen doganali taħt is-sistema ta’ perfezzjonament attiv taħt forma ta’ sistema ta’ sospensjoni, u li l-prodott li rriżulta minn dan ma ġiex direttament esportat fis-sens tal-Artikolu 114 tar-Regolament Nru 2913/92, iżda, kuntrarjament, inbigħ mill-proċessatur tal-merkanzija f’dan l-istess maħżen lil kumpannija oħra li toriġina minn dan l-Istat Membru, li min-naħa tagħha ma poġġitux f’ċirkulazzjoni ħielsa mill-maħżen doganli msemmi, iżda reġgħet poġġitu taħt is-sistema tal-maħżen doganali, il-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja dejjem tapplika unikament għall-bejgħ imsemmi iktar ’il fuq f’dan il-maħżen doganali, jew il-bejgħ tal-merkanzija inkwistjoni biddel, f’dan il-punt, is-sitwazzjoni legali fis-sens li t-tranżazzjoni msemmija iktar ’il fuq taqa’ diġà taħt is-sistema tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977 (77/388/KEE) (1), jiġifieri li huwa possibbli li jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud tas-Sitt Direttiva, li l-maħżen doganali pubbliku li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru jkun jagħmel parti mit-territorju tal-Komunità, jiġifieri tat-territorju ta’ dan l-Istat Membru fis-sens tad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3 tas-Sitt Direttiva?

(2)

Is-sitwazzjoni inkwistjoni iktar ’il fuq tista’ tiġi evalwata billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-duttrina tal-abbuż ta’ dritt żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li tikkonċerna l-applikazzjoni tas-Sitt Direttiva (Kawża C-255/02, Halifax), fis-sens li r-rikorrenti, permezz tal-bejgħ tal-merkanzija fil-maħżen doganali pubbliku li jinsab fit-territorju tar-Repubblika Slovakka, diġà effettwat kunsinna ta’ beni bi ħlas fuq it-territorju nazzjonali?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, fis-sens li t-tranżazzjoni inkwistjoni taqa’ diġà taħt is-sistema tas-Sitt Direttiva, din it-tranżazzjoni tiġġenera t-taxxa

(a)

skont l-Artikolu 10(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, meta mqabbla mal-eżiġibbiltà tat-taxxa, minħabba li saret kunsinna ta’ beni f’maħżen doganali li jinsab fuq it-territorju tar-Repubblika Slovakka, jew

(b)

minħabba li, wara li l-merkanzija ġiet importata minn pajjiż terz (Artikolu 10(3) tas-Sitt Direttiva), matul il-ħażna f’dan il-maħżen doganali, kienet diġà intemmet il-proċedura doganali permezz tal-bejgħ tal-merkanzija maħżuna lil persuna oħra tal-Istat Membru?

(4)

L-għanijiet tas-Sitt Direttiva espressi fil-preambolu tagħha, fejn l-għanijiet tal-GATT (WTO), huma sodisfatti jekk il-bejgħ tal-merkanzija importata minn pajjiż terz lejn maħżen doganali, li sussegwentement ġiet ipproċessata, mibjugħa lil persuna oħra ta’ dan l-Istat Membru f’maħżen doganali fuq it-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jaqax taħt is-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’dan l-Istat Membru?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fit-8 ta’ April 2011 — Football Dataco Ltd, Scottish Premier League Ltd, Scottish Football League, PA Sport UK Ltd vs Sportradar GmbH (kumpannija rreġistrata fil-Ġermanja), Sportradar (kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera)

(Kawża C-173/11)

2011/C 194/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Football Dataco Ltd, Scottish Premier League Ltd, Scottish Football League, PA Sport UK Ltd

Konvenuti: Sportradar GmbH (kumpannija rreġistrata fil-Ġermanja), Sportradar (kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera)

Domandi preliminari

(1)

Meta parti taplowdja data minn database protetta mid-dritt sui generis taħt id-Direttiva 96/9/KE (1) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva Database”) fuq il-web server ta’ din il-parti li jinsab fi Stat Membru A u bħala risposta għat-talbiet minn utent fi Stat Membru B il-web server jibgħat din id-data lill-kompjuter tal-utent sabiex id-data tinħażen fil-memorja ta’ dan il-komputer u tintwera fuq l-iskrin tiegħu

(a)

l-att li bih tintbagħat id-data huwa att ta’ “estrazzjoni” jew ta’ “użu mill-ġdid” minn din il-parti?

(b)

l-att ta’ estrazzjoni u/jew ta’ użu mill-ġdid minn din il-parti jseħħ

(i)

fi Stat Membru A biss

(ii)

fi Stat Membru B biss

(iii)

jew kemm fi Stat Membru A kif ukoll fi Stat Membru B?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459)


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-15 ta’ April 2011 — Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton vs 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

(Kawża C-177/11)

2011/C 194/14

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton.

Konvenuti: 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

Domanda preliminari

“Sa fejn id-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157), tipprovdi li għandha ssir stima ambjentali għall-pjanijiet u l-programmi kollha ‘in vista ta’ l-effett fuq iż-żoni li x’aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva 92/43/KEE’, din għandha tiġi interpretata fis-sens li din tissuġġetta l-obbligu li pjan speċifiku jiġi sottomess għal stima ambjentali għall-kundizzjoni li jiġu sodisfatti, fir-rigward ta’ dan l-istess pjan, kundizzjonijiet li jippermettu li dan jiġi sottomess għal stima ambjentali fis-sens tad-Direttiva 92/43/KEE, u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/42/KE tippreżumi, hija ukoll, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva 92/43/KEE, li l-pjan jista’ jkollu effetti kunsiderevoli fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jipproċedu għall-evalwazzjoni korrispondenti fuq il-mertu? Jew inkella, din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li ssir stima ambjentali skont din id-dispożizzjoni ma huwiex suġġett għall-kundizzjoni li jiġu sodisfatti kundizzjonijiet ta’ twettiq ta’ stima ambjentali fis-sens tad-Direttiva 92/43, jiġifieri għall-evalwazzjoni tal-eventwalità ta’ effetti kunsiderevoli fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni, iżda li jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li pjan speċifiku huwa marbut, minn naħa jew minn oħra, ma’ wieħed mis-siti msemmija fid-Direttiva 92/43, iżda mhux neċessarjament ma’ żona speċjali ta’ konservazzjoni, sabiex jitnissel l-obbligu li ssir tali stima ?”


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-4 ta’ Mejju 2011 — Sportingbet PLC vs Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon

(Kawża C-209/11)

2011/C 194/15

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC

Konvenuti: Ypourgos Politismou, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon.

Domandi preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi ristretta l-provvista ta’ logħob bix-xorti, tagħti d-dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti lil impriża waħda, li għandha l-forma ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata kkwotata fil-borża, hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE fejn, barra minn hekk, din l-impriża tirreklama l-logħob bix-xorti li torganizza u tespandi lejn pajjiżi barranin, il-lagħba jipparteċipaw liberament u l-imħatri u r-rebħ massimi huma stabbiliti għal kull formula u mhux għal kull lagħab?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan esklużiv li tiġġieled il-kriminalità billi teżerċita kontroll fuq l-impriżi li joperaw fis-settur inkwistjoni sabiex tiżgura li dawk l-attivitajiet isiru biss f’sistema kkontrollata, tikkonċedi lil impriża waħda d-dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti, tkun kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE anki meta l-konċessjoni tad-dritt tkun tirriżulta fl-istess ħin f’espansjoni tal-provvista inkwistjoni? Jew huwa neċessarju f’kull każ, sabiex din ir-restrizzjoni titqies li hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, li l-espansjoni tal-provvista tkun f’kull każ ikkontrollata, jiġifieri, tkun kbira biss daqs kemm ikun neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-għan? Jekk din l-espansjoni għandha f’kull każ tiġi kkontrollata, tista’ l-espansjoni titqies li hija kkontrollata minn dak l-aspett jekk id-dritt esklużiv fis-settur inkwistjoni jingħata lil korp li għandu l-kwalitajiet deskritti fl-ewwel domanda? Finalment, jekk il-konċessjoni tad-dritt esklużiv inkwistjoni titqies li tirriżulta f’espansjoni kkontrollata tal-provvista ta’ logħob bix-xorti, il-konċessjoni tiegħu lil impriża waħda tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju, fis-sens li l-istess għan jista’ wkoll jintlaħaq b’suċċess bil-konċessjoni ta’ dak id-dritt lil iktar minn impriża waħda?

(3)

Jekk, abbażi taż-żewġ domandi preċedenti, jitqies li l-konċessjoni, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti f’dan il-każ, ta’ dritt esklużiv ta’ ġestjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat ta’ logħob bix-xorti ma hijiex kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE: (a) huwa permess, għall-iskopijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li l-awtoritajiet nazzjonali ma jeżaminawx, matul perijodu tranżitorju meħtieġ sabiex isiru liġijiet kompatibbli mat-Trattat KE, applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni fl-attivitajiet inkwistjoni mressqa minn persuni legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra; (b) jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi ddeterminat it-tul ta’ dak il-perijodu ta’ tranżizzjoni; (ċ) jekk ma huwa permess ebda perijodu ta’ tranżizzjoni, abbażi ta’ liema kriterji għandhom l-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet?


Il-Qorti Ġenerali

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Settur tal-avjazzjoni - Użu esklużiv tat-terminal 2 tal-ajruport ta’ München - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni - Assenza)

2011/C 194/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: E. Vahida, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni inkwantu naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilment tar-rikorrenti dwar, minn naħa, għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Lufthansa u lis-soċji tagħha tal-iStar Alliance, taħt il-forma ta’ użu esklużiv tat-Terminal 2 tal-ajruport ta’ München u, min-naħa l-oħra, allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti mill-ajruport ta’ München.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair Ltd fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat favur Lufthansa.

(2)

It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat favur is-soċji ta’ Lufthansa tal-iStar Alliance huma miċħuda.

(3)

It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair fir-rigward tal-allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti huma miċħuda.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Ryanair.

(5)

Ryanair għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — IIC Intersport International vs UASI — McKenzie (McKENZIE)

(Kawża T-502/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE - Trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti McKINLEY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 194/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IIC-Intersport International Corporation GmbH (Ostermundigen, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Steinhauser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The McKenzie Corp. Ltd (Ponteland Village, Newcastle Upon Tyne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Alexander, QC, R. Kempner u O. M. Delafaille, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1425/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The McKenzie Corporation Ltd u IIC — Intersport International Corp. GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

IIC — Intersport International Corp. GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Habanos vs UASI — Tabacos de Centroamérica (KIOWA)

(Kawża T-207/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 194/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: inizjalment V. Gil Vega u A. Ruiz López, sussegwentement A. Ruiz López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tabacos de Centroamérica, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: R.M. Caldés Llopis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1189/2001-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporación Habanos, SA u Tabacos de Centroamérica, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Corporación Habanos, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

(3)

Tabacos de Centroamérica, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — PJ Hungary vs UASI — Pepekillo (PEPEQUILLO)

(Kawża T-580/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEPEQUILLO - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti PEPE u PEPE JEANS - Restitutio in integrum - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 194/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter u C. Gutiérrez Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pepekillo, SL (Algésiras, Spanja) (rappreżentant: J. Garrido Pastor, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2008 u tal-24 ta’ Settembru 2008 (it-tnejn mogħtija fil-Każ R 722/2007-1), dwar, rispettivament, it-talba għal restitutio in integrum ta’ Pepekillo, SL, u l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) u Pepekillo

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2008 (Każ R 722/2007-1) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż ta’ PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft), kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn PJ Hungary kif ukoll għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-ewwel Bord tal-Appell tal-UASI.

(4)

Pepekillo, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ PJ Hungary kft.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Glenton España vs UASI — Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)

(Kawża T-376/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 194/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glenton España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti R. Black, R. Guthrie, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 594/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP, u Glenton España, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Glenton Glenton España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Tempus Vade vs UASI — Palacios Serrano (AIR FORCE)

(Kawża T-81/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIR FORCE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti TIME FORCE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 194/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Vade, SL (San Sebastián de los Reyes, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Palacios Serrano (Alcobendas, Spanja) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría, J. del Valle Sánchez u V. Ruiz de Velasco Martinez de Ercilla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 111/208-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tempus Vade, SL u M. Juan Palacios Serrano.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Tempus Vade, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/14


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — COMPLEX S.A. vs UASI — Kajometal 5KX)

(Kawża T-206/11)

2011/C 194/22

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: COMPLEX S.A. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: M. R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kajometal s.r.o. (Dolny Kubin, is-Slovakkja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors bħala fondat;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-21 ta’ Jannar 2011 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 864/2010-2;

tissostitwixxi din id-deċiżjoni b’oħra li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark KX Nru 61225405;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kajometal s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali KX għall-prodotti fil-klassi 7.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: COMPLEX S.A.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali Nru 3 588 241 CX, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7, it-trade mark Komunitarja grafika Nru 397 932 CX PRECISION BEARINGS, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) fuq it-trade mark Komunitarja, peress li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/15


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2011 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE)

(Kawża T-207/11)

2011/C 194/23

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EyeSense AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osypka Medical GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-4 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 1098/2010-4;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Osypka Medical

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ISENSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 42 — Applikazzjoni Nru 7 165 327

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “EyeSense” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), billi kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/15


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — Progust, SL vs UASI — Sopralex & Vosmarques (IMPERIA)

(Kawża T-216/11)

2011/C 194/24

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Progust, SL (Girona, Spanja) (rappreżentanti: M. E. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sopralex & Vosmarques SA (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, fil-Każ R 1036/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tikkudanna lil Sopralex & Vosmarques SA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Progust, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “IMPERIA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7.008.154), fejn qed issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sopralex & Vosmarques SA.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja (Nru 3.260.288) li tikkontjeni l-element verbali “IMPERIAL” irreġistrata għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni aċċettata u r-reġistrazzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/16


Rikors ippreżentat fit-15 ta’ April 2011 — José Luis Otero Gonzàlez vs UASI — Apli-Agipa (AGIPA)

(Kawża T-219/11)

2011/C 194/25

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-14 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 0556/2010-2, sa fejn jirrigwarda l-ilqugħ parzjali tal-prodotti li ġejjin: “ritratti, adeżivi, sustanza li twaħħal għall-użu ta’ kartolerija u tad-dar, pniezel, tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar”.

tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5.676.721 “AGIPA” fir-rigward tal-prodotti kollha aċċettati fil-klassi 16.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: APLI-AGIPA S.A.S.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “AGIPA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 676 721) għal prodotti fil-klassi 16.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Spanjola “AGIPA” (Nru 2.216.879) u t-trade mark figurattiva Spanjola li fiha l-element verbali “a — agipa” (Nru 1.269.511), it-tnejn li huma rreġistrati għal prodotti fil-klassi 16.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment.

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/16


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — TeamBank AG Nürnberg vs UASI — Fercredit Servizi Finanziari (f@ir Credit)

(Kawża T-220/11)

2011/C 194/26

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kiphuth, H. Lindner u D. Terheggen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fercredit Servizi Finanziari SpA (Ruma, L-Italja)

Talbiet tal-partijiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 719/2010-1,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “fa@ir Credit” għal servizzi fil-klassi 36 (Applikazzjoni Nru 6947766).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Fercredit Servizi Finanziari SpA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva “FERCREDIT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 12, 14, 16, 18, 25, 35, 36, 39, 41, 42, 43 u 44 (Trade mark Komunitarja Nru 3 749 801), fejn l-oppożizzjoni tirrigwarda r-reġistrazzjoni ta’ servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), minħabba n-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata), ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Siemens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/11)

2011/C 194/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Siemens AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbsst u H. Haller, avukati)

Konvenuta: Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallasaha l-ammont ta’ EUR 16 114 147, flimkien mal-interessi b’rata ta’ 8 punti perċentwali ogħla mir-rata bażika fis-seħħ fil-Ġermanja mill-20 ta’ April 2011; u

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrenti, b’indennizz sħiħ, l-ispejjeż tal-avukati u l-ispejjeż l-oħra sostnuti minnha fil-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni li taħt il-kuntratt konkluż mal-konvenuta, hija għandha dritt għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali sostnuti minnha.

(2)

It-tieni motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni, sussidjarjament, li tali kumpens għandu jitħallas taħt il-liġi Ġermaniża, applikabbli fuq il-kuntratt, b’mod iktar speċifiku, taħt it-Taqsima 313 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (BGB).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — Caventa AG vs UASI

(Kawża T-224/11)

2011/C 194/28

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-10 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 1491/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Caventa AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: il-kelma “BERG” għal prodotti fil klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 7 115 009)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson’s Herrenhaus KG

Trade mark jew sinjal invokat: il-kelma “Christian Berg” għal prodotti u servizzi fil klassijiet 3, 18, 25 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 338 36 76), filwaqt li l oppożijjoni hija diretta kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkonsolidata) (ĠU L 78, p. 1).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)

(Kawża T-225/11)

2011/C 194/29

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-10 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 1491/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Caventa AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Il-kelma “BERG” għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 7 124 084)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson’s Herrenhaus KG

Trade mark jew sinjal invokat: Il-kelma “Christian Berg” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 338 36 76), filwaqt li l-oppożijjoni hija diretta kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkonsolidata) (ĠU L 78, p. 1).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2011 — Wall vs UASI — Bluepod Media Worldwide (bluepod media)

(Kawża T-227/11)

2011/C 194/30

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wall AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bluepod Media Worldwide Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 301/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “bluepod media”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6099709

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5660972 għat-trade mark figurattiva “blue spot”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 38; Reġistrazzjoni ta’ trade mark internazzjonali Nru 880800 għat-trade mark verbali “BlueSpot”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 38; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Ġermaniża Nru 30472373 għat-trade mark verbali “BlueSpot”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment. Għalhekk, il-kumplament tal-applikazzjoni huwa milqugħ u l-oppożizzjoni hija miċħuda parzjalment.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2011 — Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/11)

2011/C 194/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 (Ares(2011)223668) tmur kontra r-Regolament Nru 1367/2006/KE (1);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 (Ares(2011)223668);

tordna lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-merti tat-talba għal reviżjoni interna tal-20 ta’ Diċembru 2010, f’terminu stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li l-konvenuta kellha l-obbligu kif mitlub mir-rikorrenti, li twettaq ir-reviżjoni interna tad-Direttiva 2010/77/UE (2), peress li l-imsemmija direttiva ma għandhiex aplikazzjoni ġenerali, kif sostnut mill-konvenuta, iżda hija pjuttost att li jinkludi deċiżjonijiet konkreti u individwali bbażati fuq talbiet individwali tal-produtturi kkonċernati.

(2)

It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra r-Regolament Nru 1367/2006/KE peress li d-Direttiva 2010/77/UE tinkludi għadd ta’ atti amministrattivi li jikkonċernaw deċiżjonjiet individwali adottati għal talbiet individwali. Barra minn hekk, peress li l-imsemmija direttiva ma ġietx adottata taħt il-kompetenza leġiżlattiva tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti jqisu li l-aċċess għall-ġustizzja li jikkonċerna din id-direttiva għandu jiġi ggarantit.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)

(2)  Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77/UE, tal-10 ta’ Novembru 2010, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE fir-rigward tad-dati ta’ skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta’ ċerti sustanzi attivi (ĠU L 293, p. 48)


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2011 — Glaxo Group vs UASI — Farmodiética (ADVANCE)

(Kawża T-243/11)

2011/C 194/32

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Benito, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farmodiética — Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda (Estarda de S.Marcos, il-Portugall)

Talbiet

Tissospendi l-proċeduri sakemm il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fil-Portugall jiġu deċiżi peress li f’dawn il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità qed tiġi kkontestata l-unika raġuni li fuqha huwa bbażat ir-rifjuat tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6472971, u fil-każ li dawn il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma jiġux milqguħa;

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 665/2010-4; u

Tordna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikkorenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ADVANCE”, għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6472971

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark Portugiża rreġistrata bin-Nru 417744 għat-trade mark figurattiva “ADVANCIS CAPS MORE BIOAVAILABLE. MORE EFFECTIVE”, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell: (i) ikkunsidra li r-rikorrenti ma kkontestatx id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Frar 2010 fir-rigward tax-xebh tal-prodotti kkonċernati, (ii) ikkunsidra li ma kienx hemm raġuni għalfejn ibiddel id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Frar 2010 fir-rigward tax-xebh tal-prodotti kkonċernati, (iii) ma analizzax jekk il-prodotti kkonċernati fil-klassi 3 humiex l-istess bħal jew differenti mill-prodotti kkonċernati fil-klassi 5, (iv) ma spjegax għalfejn kien rilevanti li jiġi kkunsidrat kif is-sinjali huma ppronunzjati bl-Ingliż meta t-territorju rilevanti huwa l-Portugall, (v) ikkunsidra t-trade marks kunfliġġenti bħala li jixxiebhu mill-perspettiva ta’ kif jinstemgħu fil-lingwa Ingliża, (vi) applika t-testijiet żbaljati fir-rigward tat-tqabbil tas-sinjali, u b’hekk sab żbaljatament li l-livell ta’ xebh kien medju, u (vii) applika t-testijiet żbaljati u inkompluti meta evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni globali.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/20


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2011 — ClientEarth and International Chemical Secretariat vs ECHA

(Kawża T-245/11)

2011/C 194/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, Ir-Renju Unit) u The International Chemical Secretariat (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-konvenuta kisret il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali;

tiddikjara li l-konvenuta kisret ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1);

tiddikjara li l-konvenuta kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2);

tannulla d-deċiżjoni stabbilita fir-risposta konfermatorja tal-konvenuta tal-4 ta’ Marzu 2011 li ma għandhomx jiġu żvelati d-dokumenti mitluba; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu, skont l-Artikolu 263 TFEU, l-annullament tad-deċiżjoni stabbilita fir-risposta konfermatorja tal-konvenuta tal-4 ta’ Marzu 2011 li ma għandux jingħata aċċess għad-dokumenti li fihom l-ismijiet u d-dettalji tar-reġistranti (produtturi/importaturi) ta’ numru sostanzjali ta’ sustanzi allegatament perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u t-tunellaġġ li fih dawn jiġu kkumerċjalizzati fis-suq tal-UE.

Insostenn tal-azzjoni tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi ma ngħatatx risposta fit-termini previsti għat-talba konfermatorja tar-rikorrenti u billi dan in-nuqqas ma kienx iġġustifikat.

(2)

It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi ma ġewx ikkonsultati r-reġistranti sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix interess kummerċjali fin-nuqqas ta’ żvelar u billi ma ġewx prodotti raġunijiet suffiċjenti sabiex jiġi ppruvat li kien ċar li d-dokumenti ma kellhomx jiġu żvelati.

(3)

It-tielet motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus billi naqset li tipprovdi aċċess lir-rikorrenti għall-informazzjoni mitluba. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 billi ma tinterpretax l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 b’mod restrittiv filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku milħuq permezz tal-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba hijiex marbuta ma’ emissjonijiet fl-ambjent.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi naqset li turi li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jippreġudika serjament il-proċess intern tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ECHA, kif ukoll l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess att billi naqset li turi l-eżistenza ta’ interess kummerċjali li jiġġustifika n-nuqqas ta’ żvelar.

(5)

Il-ħames motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi naqset li tevalwa jekk jeżistix interess pubbliku ikbar fl-iżvelar u li tipprovdi raġunijiet dettaljati insostenn ta’ dan ir-rifjut.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13)

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)