ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.186.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
25 ta' Ġunju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 186/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 179, 18.6.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 186/02

Kawża C-249/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus — ir-Repubblika tal-Estonja) — Novo Nordisk AS vs Ravimiamet (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Reklamar — Ġurnal mediku — Informazzjoni li ma hijiex inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott)

2

2011/C 186/03

Kawża C-267/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim ŻEE — Restrizzjonijiet — Tassazzjoni diretta — Persuni taxxabbli mhux residenti — Obbligu li jinħatar rappreżentant tat-taxxa)

2

2011/C 186/04

Kawża C-305/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż — Rkupru)

3

2011/C 186/05

Kawża C-316/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Projbizzjoni tar-reklamar lill-pubbliku fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li huma disponibbli biss b’riċetta medika — Kunċett ta’ reklamar — Informazzjoni ppreżentata lill-awtorità kompetenti — Informazzjoni aċċessibbli fuq l-internet)

3

2011/C 186/06

Kawża C-375/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A. (Kompetizzjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 5 — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw in-nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 102 TFUE)

4

2011/C 186/07

Kawża C-384/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) — Prunus SARL, Polonium SA vs Directeur des services fiscaux (Tassazzjoni diretta — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 64 TFUE — Persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat terz — Pussess ta’ immobbli li jinsabu fi Stat Membru — Taxxa fuq il-valur tas-suq ta’ dawn il-immobbli — Rifjut ta’ eżenzjoni — Evalwazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi jew territorji lil hinn mill-baħar — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Responsabbiltà in solidum)

4

2011/C 186/08

Kawża C-434/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department (Moviment liberu tal-persuni — Artikolu 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Kunċett ta’ benefiċjarju — Artikolu 3(1) — Ċittadin li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu u li għex dejjem fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu — Impatt tal-fatt li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor — Sitwazzjoni purament interna)

5

2011/C 186/09

Kawża C-537/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor vs Secretary of State for Work and Pensions (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Element ta’ mobbiltà fl-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (disability living allowance) — Benefiċċju separat — Benefiċċju speċjali mhux kontributorju — Nuqqas ta’ esportabbiltà)

5

2011/C 186/10

Kawża C-137/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — il-Belġju) — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale (Artikoli 207(2)KE u 282 KE — Rappreżentenza tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-qrati nazzjonali — Kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni — Delega tas-setgħa ta’ rappreżentenza lil istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni — Kundizzjonijiet)

6

2011/C 186/11

Kawża C-200/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt dwar sostenn finanzjarju Komunitarju allokat lil proġett fil-kuntest tal-programm eContent — Xoljiment tal-kuntratt mill-Kummissjoni — Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli — Motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali)

7

2011/C 186/12

Kawża C-206/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 4(1)(a) — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 7(2) — Benefiċċji mogħtija mil-Länder Ġermaniżi lill-għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbilità — Kundizzjoni ta’ residenza)

7

2011/C 186/13

Kawża C-265/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Sustanzi kimiċi — Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom — Regolament REACH — Artikolu 126 — Sistema ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH — Nuqqas ta’ implementazzjoni fit-terminu previst)

8

2011/C 186/14

Kawża C-61/11 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Trento — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Hassen El Dridi alias Karim Soufi (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali — Artikoli 15 u 16 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ priġunerija għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali fil-każ ta’ rifjut li tiġi obduta ordni li jitħalla t-territorju ta’ Stat Membru — Kompatibbiltà)

8

2011/C 186/15

Kawża C-258/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Dâmbovița — ir-Rumanija) — Nicușor Grigore vs Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Kunċett ta’ ħin tax-xogħol — Kunċett ta’ ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa — Issuġġettar ta’ persuna li tieħu ħsieb il-foresti, skont it-termini tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha u tal-ftehim kollettiv applikabbli, għal ħin flessibbli ta’ xogħol ta’ 8 sigħat kuljum u ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżommha responsabbli għal kull dannu li jkun seħħ fis-sezzjoni tal-foresta li tkun responsabbli minnha — Klassifikazzjoni — Effett tas-sahra fuq ir-remunerazzjoni u l-kumpens finanzjarju tal-persuna kkonċernata)

9

2011/C 186/16

Kawża C-273/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Spanja) — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku — Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

10

2011/C 186/17

Kawża C-370/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva EDUCA Memory game — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY — Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Raġunijiet relattivi għal rifjut)

10

2011/C 186/18

Kawża C-95/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

11

2011/C 186/19

Kawża C-132/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

11

2011/C 186/20

Kawża C-138/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

12

2011/C 186/21

Kawża C-153/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Klub OOD vs Direktor na direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

12

2011/C 186/22

Kawża C-164/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

13

2011/C 186/23

Kawża C-179/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ April 2011 — CIMADE, Groupe d'information et de soutien des immigrés (GISTI) vs Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration

13

2011/C 186/24

Kawża C-181/11 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2011 minn Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-33/05, Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2011/C 186/25

Kawża C-184/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

14

2011/C 186/26

Kawża C-186/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ April 2011 — Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou

15

2011/C 186/27

Kawża C-189/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

16

2011/C 186/28

Kawża C-198/11: Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2011 minn Lan Airlines S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-194/09, Lan Airlines, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, S.A.

16

2011/C 186/29

Kawża C-408/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

17

2011/C 186/30

Kawża C-517/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias — Spanja) — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

17

2011/C 186/31

Kawża C-563/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Kashayar Khavand vs Bundesrepublik Deutschland

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 186/32

Kawża T-1/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka — Irkupru ta’ krediti pubbliċi — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kriterju tal-kreditur privat)

18

2011/C 186/33

Kawża T-145/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2011 — Atlas Transport vs UASI (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali ATLAS — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Benelux Atlasair — Rekwiżiti proċedurali — Preżentata ta’ nota li tispjega r-raġunijiet tal-appell — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Regola 20(7) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

18

2011/C 186/34

Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Manifattura ta’ materjal tal-ferroviji — Ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Aġġustament tat-talbiet — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Riżorsi tal-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju tal-investitur privat — Impriża fid-diffikultà)

19

2011/C 186/35

Kawża T-299/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-klorat tas-sodju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Prinċipju ta’ legalità tal-pieni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Multi — Ċirkustanza aggravanti — Dissważjoni — Ċirkustanza attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv)

19

2011/C 186/36

Kawża T-343/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Arkema Franza vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-klorat tas-sodju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Ċirkustanza aggravanti — Reċidiva — Ċirkustanza attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv)

20

2011/C 186/37

Kawża T-203/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (Olymp) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità — Trade mark Komunitarja verbali Olymp — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabblità ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

20

2011/C 186/38

Kawża T-204/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (OLYMP) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OLYMP — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLYMPO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))

21

2011/C 186/39

Kawża T-341/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava et vs UASI (TXAKOLI) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali TXAKOLI — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

21

2011/C 186/40

Kawża T-460/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2011/C 186/41

Kawża T-461/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights b’ajruplan iswed) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights b’ajruplan iswed — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2011/C 186/42

Kawża T-464/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni vs New Acoustic Music u Hildibrandsdottir (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm-qafas Culture 2000 — Implementazzjoni tal-proġett European Music Roadwork — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem — Proċedura fil-kontumaċja — Għajnuna legali)

23

2011/C 186/43

Kawża T-488/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali REDTUBE — Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Redtube — Nuqqas ta’ ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni fit-terminu — Deċiżjoni li tiddikjara li l-oppożizzjoni titqies li ma saritx — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Regola 17 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Proċedura ex parte — Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Regola 18 tar-Regolament Nru 2868/95 — Natura legali ta’ komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li oppożizzjoni ġiet iddikkjarata ammissibbli — Regola tal-paralleliżmu tal-forom u tal-actus contrarius — Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

23

2011/C 186/44

Kawża T-7/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon Ygeia vs UASI (υγεία) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali υγεία — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv u karattru deskrittiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2011/C 186/45

Kawża T-41/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — SIMS — École de ski internationale vs UASI — SNMSF (esf école du ski français) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva esf école du ski français — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Emblema ta’ Stat — Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Trademark tali li tqarraq lill-pubbliku — Artikolu 7(1)(g) tar-Regoplament Nru 207/2009)

24

2011/C 186/46

Kawża T-74/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Flaco-Geräte vs UASI — Delgado Sánchez (FLACO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO — Raġuni relattiva għal rifjut — Identità tal-prodotti — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

25

2011/C 186/47

Kawża T-187/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2011 — Emram vs UASI — Guccio Gucci (G) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva G — Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti G — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2011/C 186/48

Kawża T-402/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leġiżlazzjoni dwar il-kopertura tar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej — Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ marda — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u pazjalment manifestament infondat)

26

2011/C 186/49

Kawża T-195/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà parzjali — Nuqqas ta’ urġenza)

26

2011/C 186/50

Kawża T-197/11: Appell ippreżentat fl-1 ta’ April 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Jannar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubblika fil-Kawża F-121/07, Strack vs Il-Kummissjoni

26

2011/C 186/51

Kawża T-203/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Transports Schiocchet — Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

27

2011/C 186/52

Kawża T-205/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2011 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 186/53

Kawża T-209/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — MB System vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 186/54

Kawża T-215/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2011 — ADEDY et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

29

2011/C 186/55

Kawża T-222/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Rautenbach vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

29

2011/C 186/56

Kawża T-235/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

30

2011/C 186/57

Kawża T-238/11 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

31

2011/C 186/58

Kawża T-338/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni vs Tornasol Films

32

2011/C 186/59

Kawża T-88/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2011 — BIA Separations vs Il-Kummissjoni

32

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 186/60

Kawża F-17/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummisssjoni

33

2011/C 186/61

Kawża F-27/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 186/62

Kawża F-31/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs CEDEFOP

33

2011/C 186/63

Kawża F-40/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 186/64

Kawża F-42/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2011 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 186/65

Kawża F-44/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

34

2011/C 186/66

Kawża F-45/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2011 — ZZ vs BEI

35

2011/C 186/67

Kawża F-46/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

35

2011/C 186/68

Kawża F-49/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 186/69

Kawża F-50/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

36

2011/C 186/70

Kawża F-52/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2011 — ZZ vs Bank Ewropew għall-Investiment

37

2011/C 186/71

Kawża F-53/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

37

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/1


2011/C 186/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 179, 18.6.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 173, 11.6.2011

ĠU C 160, 28.5.2011

ĠU C 152, 21.5.2011

ĠU C 145, 14.5.2011

ĠU C 139, 7.5.2011

ĠU C 130, 30.4.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus — ir-Repubblika tal-Estonja) — Novo Nordisk AS vs Ravimiamet

(Kawża C-249/09) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Reklamar - Ġurnal mediku - Informazzjoni li ma hijiex inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott)

2011/C 186/02

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Nordisk AS

Konvenut: Ravimiamet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tartu Ringkonnakohus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Reklamar għal prodotti mediċinali li jidher f’ġurnal mediku intiż għall-persuni awtorizzati jippreskrivu prodotti mediċinali — Possibbiltà jew impossibbiltà li f’tali reklamar tiġi inkluża informazzjoni li ma tkunx limitata għal dik li tinsab fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-kwotazzjonijiet meħuda minn ġurnali mediċi jew minn xogħlijiet xjentifiċi u li jiġu inklużi f’reklamar għal prodott mediċinali intiż għall-persuni awtorizzati jippreskrivu jew jipprovdu prodotti mediċinali.

(2)

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-pubblikazzjoni, f’reklamar għal prodott mediċinali indirizzat lill-persuni awtorizzati jippreskrivuh jew jipprovduh, ta’ affermazzjonijiet li jmorru kontra s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, iżda ma jeżiġix li l-affermazzjonijiet kollha li jkunu jinsabu f’dan ir-reklamar għandhom ikunu jinsabu wkoll fl-imsemmi sommarju jew għandhom ikunu jistgħu jiġu dedotti minnu. Tali reklamar jista’ jinkludi affermazzjonijiet li jikkompletaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tad-direttiva msemmija bil-kundizzjoni li dawn l-affermazzjonijiet:

jikkonfermaw jew jippreċiżaw, f’sens kompatibbli, l-imsemmija informazzjoni mingħajr ma jiżnaturawha, u

ikunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 87(3) u 92(2) u (3) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-267/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Restrizzjonijiet - Tassazzjoni diretta - Persuni taxxabbli mhux residenti - Obbligu li jinħatar rappreżentant tat-taxxa)

2011/C 186/03

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18 KE u 56 KE — Obbligu tal-persuni taxxabbli mhux residenti sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxa

Dispożittiv

(1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 130 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares), li jobbliga lill-persuni taxxabbli mhux residenti sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxa fil-Portugall meta jirċievu dħul li jirrikjedi li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tat-taxxa, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati t-tliet kwarti tal-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-kwart l-ieħor.

(4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-305/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż - Rkupru)

2011/C 186/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, D. Del Gaizo u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/919/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2004: Inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż [innotifikata bid-dokument numru C(2004) 4746], (ĠU L 335, p. 39).

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna kollha mogħtija skont l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/919/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2004, dwar inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH

(Kawża C-316/09) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Projbizzjoni tar-reklamar lill-pubbliku fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li huma disponibbli biss b’riċetta medika - Kunċett ta’ “reklamar” - Informazzjoni ppreżentata lill-awtorità kompetenti - Informazzjoni aċċessibbli fuq l-internet)

2011/C 186/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MSD Sharp & Dohme GmbH

Konvenuta: Merckle GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Projbizzjoni tar-reklamar lill-pubbliku fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li huma disponibbli biss b’riċetta medika — Kunċett ta’ “reklamar” — Reklamar għal prodott mediċinali li jagħti aċċess esklużivament lill-persuni li jifittxuh fuq l-Internet u li jipprovdi biss l-informazzjoni ppreżentata lill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-imsemmi prodott mediċinali u aċċessibbli għall-pazjenti waqt ix-xiri

Dispożittiv

L-Artikolu 88(1)(a) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix it-tixrid fuq sit tal-lnternet, minn impriża farmaċewtika, ta’ informazzjoni dwar prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika, meta din l-informazzjoni hija disponibbli fuq dan is-sit biss għal min ifittex li jiksibha u li dan it-tixrid jikkonsisti biss fir-riproduzzjoni fidila tal-imballaġġ tal-prodott mediċinali, skont l-Artikolu 62 tad-Direttiva 2004/27, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, kif ukoll fir-riproduzzjoni litterali u sħiħa tal-fuljett fil-pakkett jew tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-prodotti mediċinali. Għall-kuntrarju huwa pprojbit it-tixrid, fuq tali sit, ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali li kien suġġett, mill-produttur, għal għażla jew għal tibdil li jista’ jiġu spjegat biss permezz ta’ għan promozzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk u sa liema punt l-attivitajiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux ir-reklamar fis-sens tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A.

(Kawża C-375/09) (1)

(Kompetizzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 5 - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw in-nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 102 TFUE)

2011/C 186/06

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Konvenuta: Tele2 Polska sp. z o.o., li saret Netia S.A..

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex jikkonstataw permezz ta’ deċiżjoni li l-Artikolu 82 KE ma japplikax għall-prattiki kummerċjali ta’ impriża

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, meta, sabiex tapplika l-Artikolu 102 TFUE, hija teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu ġewx sodisfatti u li, wara dan l-eżami, hija tqis li ma kienx hemm prattika abbużiva, milli tkun tista’ tieħu deċiżjoni li tikkonkludi li ma hemmx ksur tal-imsemmi artikolu.

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa ta’ applikazzjoni diretta u jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li timponi t-tmiem ta’ proċedura dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE b’deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ ksur tal-imsemmi artikolu.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) — Prunus SARL, Polonium SA vs Directeur des services fiscaux

(Kawża C-384/09) (1)

(Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 64 TFUE - Persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat terz - Pussess ta’ immobbli li jinsabu fi Stat Membru - Taxxa fuq il-valur tas-suq ta’ dawn il-immobbli - Rifjut ta’ eżenzjoni - Evalwazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi jew territorji lil hinn mill-baħar - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Responsabbiltà in solidum)

2011/C 186/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prunus SARL, Polonium SA

Konvenut: Directeur des services fiscaux

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance (Pariġi) Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 et seq tat-Trattat KE — Taxxa fuq il-valur fis-suq ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza — Kompatibbiltà mat-trattat ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta minn din it-taxxa l-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, iżda li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni, fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fit-territorju ta’ Stat terz, għall-eżistenza ta’ ftehim dwar għajnuna amministrattiva iffirmat bejn Franza u dan l-Istat bil-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, jew għall-eżistenza ta’ trattat li jkun fih klawżola ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità — Rifjut ta’ eżenzjoni għal żewġ kumpanniji stabbiliti fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi — Obbligu li titħallas it-taxxa mid-debituri in solidum, persuni ġuridiċi stabbiliti fi Franza.

Dispożittiv

L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 63 TFUE ma jippreġudikax l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1993, li jeżenta mit-taxxa fuq il-valur tas-suq ta’ immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat u li jissuġġetta din l-eżenzjoni, għal kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha tinsab fit-territorju ta’ pajjiż u territorju lil hinn mill-baħar, għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza amministrattiva konkluż bejn l-imsemmi Stat Membru u dan it-territorju bil-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali jew għaċ-ċirkustanza fejn, b’applikazzjoni ta’ trattat li jinkludi klawżola ta’ nondiskriminazzjoni li skont din in-nazzjonalità, dawn il persuni ġuridiċi ma għandhomx ikunu ntaxxati iktar minn kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ dan l-istess Stat Membru.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-434/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Kunċett ta’ “benefiċjarju” - Artikolu 3(1) - Ċittadin li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu u li għex dejjem fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu - Impatt tal-fatt li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor - Sitwazzjoni purament interna)

2011/C 186/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shirley McCarthy

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 16 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Kunċetti ta’ “benefiċjarju” u ta’ “residenza legali” — Ċittadina Brittanika, li għandha wkoll ċittadinanza Irlandiża, li għaddiet ħajjitha kollha fir-Renju Unit.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin tal-Unjoni li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, li għex dejjem fi Stat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza u li, barra minn hekk, għandu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor.

(2)

L-Artikolu 21 TFUE ma japplikax għal ċittadin tal-Unjoni li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, li għex dejjem fi Stat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza u li, barra minn hekk, għandu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin ma timplikax l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ Stat Membru li jista’ jkollhom l-effett li jċaħħduh mit-tgawdija effettiva tal-essenza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni jew li jostakolaw l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-537/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Element ta’ “mobbiltà” fl-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (“disability living allowance”) - Benefiċċju separat - Benefiċċju speċjali mhux kontributorju - Nuqqas ta’ esportabbiltà)

2011/C 186/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) fil-verżjoni tagħha fis-seħħ qabel il-5 ta’ Mejju 2005 — Benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà li jinqasam minn naħa waħda bħala “dipendenza” mogħtija lil dawk li għandhom bżonn assistenza personali u min-naħa l-oħra bħala “mobilità” intiża għal dawk li għandhom bżonn għajnuna sabiex jiċċaqilqu (“disability living allowance”) — Possibbiltà li għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regolament, l-element ta’ mobilità jiġi kkunsidrat bħala benefiċċju separat — Klassifikazzjoni tal-imsemmi benefiċċju

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, kif ukoll tar-Regolament Nru 1408/71, fl-aħħar verżjoni tagħha, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-element ta’ “mobbiltà” tal-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (“disability living allowance”) jikkostitwixxi benefiċċju speċjali fi flus mhux kontributorju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, imsemmi fl-Anness IIa ta’ dawn ir-regolamenti.

(2)

L-eżami tat-tielet domanda ma tqajjem l-ebda element li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71 f’waħda jew oħra mill-verżjonijiet tiegħu applikabbli fil-kawżi prinċipali, sa fejn dan l-artikolu jippermetti li l-għoti tal-element ta’ “mobbiltà” tal-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà jkun suġġett għal kundizzjonijiet ta’ residenza u ta’ preżenza fil-Gran Brittanja.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — il-Belġju) — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-137/10) (1)

(Artikoli 207(2)KE u 282 KE - Rappreżentenza tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-qrati nazzjonali - Kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni - Delega tas-setgħa ta’ rappreżentenza lil istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni - Kundizzjonijiet)

2011/C 186/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il-Komunitajiet Ewropej

Konvenuta: Région de Bruxelles-Capitale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 282 u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(2) — Kundizzjonijiet tad-delega, mill-Kummissjoni, tas-setgħat ta’ rappreżentanza legali tal-Komunità lil istituzzjoni oħra — Validità tal-mandat fin-nuqqas ta’ ħatra bl-isem tal-persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni delegatarja — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali sabiex tiddeċiedi fuq din il-kwistjoni — Dubji relatati mal-validità tar-rappreżentanza legali fi proċeduri legali tal-Kunsill mid-Deputat Segretarju Ġenerali, responsabbli mis-Segretarjat Ġenerali — Osservanza tal-prinċipju ta’ awtonomija organizzativa tal-istituzzjonijiet

Dispożittiv

Il-mandat li bih il-Kummissjoni Ewropea ddelegat lil xi istituzzjoni oħra s-setgħa tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 282 KE, li tirrappreżenta l-Komunitajiet Ewropej quddiem qorti nazzjonali, f’kawża li tikkonċerna din l-istituzzjoni, kien ingħata b’mod validu kemm meta kien fih il-ħatra bl-isem ta’ persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni ddelegata. F’tali każijiet, kemm din l-istituzzjoni kif ukoll il-persuna fiżika, jekk hija kienet inħatret, jistgħu jagħtu mandat lil avukat sabiex jirrappreżenta lill-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-200/10 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar sostenn finanzjarju Komunitarju allokat lil proġett fil-kuntest tal-programm “eContent” - Xoljiment tal-kuntratt mill-Kummissjoni - Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli - Motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali)

2011/C 186/11

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, D. Philippe u M. Gouden, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tad-9 ta’ Frar 2010, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-340/07), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiża sabiex tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas, minn naħa, tas-somom allegatament dovuti lill-appellanti u, min-naħa l-oħra, tad-danni wara x-xoljiment tal-kuntratt dwar sostenn finanzjarju Komunitarju allokat lill-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (“EEBO”) (Kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873), konkluż fil-kuntest ta’ Programm Komunitarju multiannwali intiż sabiex jistimula l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-netwerks mondjali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà tal-informatika (Programm “eContent”)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Frar 2010, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-340/07) hija annullata sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE intizi, minkejja x-xoljiment tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallasha s-somma ta’ EUR 172 588,62 li tikkorrispondi għall-ispejjeż li għadhom ma humiex rimborsati mill-Kummissjoni u li ġew sostnuti minnha fil-kuntest tal-imsemmi kuntratt.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-imsemmija talbiet ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-206/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4(1)(a) - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 7(2) - Benefiċċji mogħtija mil-Länder Ġermaniżi lill-għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbilità - Kundizzjoni ta’ residenza)

2011/C 186/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u C. Blaschke, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: M. Noort, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) u tal-Artikolu 4(1)(a), flimkien mal-Kapitolu 1 tat-Titolu III, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċji mil-Länder favur persuni b’diżabbiltà u għomja għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun jirrisjedi fil-Land ikkonċernat — Benefiċċji msemmija fis-Sezzjoni III tal-Anness II, tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Kunċett ta’ “benefiċċju speċjali ta’ natura mhux kontributorja”

Dispożittiv

(1)

Billi tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċji lill għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbiltà, mogħtija taħt il-leġiżlazzjoni tal-Länder lil persuni li jaqgħu fil-kompetenza tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għall-kundizzjoni ta’ residenza jew ta’ residenza abitwali fil-Land ikkonċernat, ir-Republika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, flimkien mal-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament u l-Artikolu 7(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-265/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Sustanzi kimiċi - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom - Regolament REACH - Artikolu 126 - Sistema ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH - Nuqqas ta’ implementazzjoni fit-terminu previst)

2011/C 186/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u L. Van den Broeck, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1) — Sanzjonijiet li japplikaw fil-każ ta’ ksur tar-Regolament REACH

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-implementazzjoni tas-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 126 tal-imsemmi regolament.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Trento — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Hassen El Dridi alias Karim Soufi

(Kawża C-61/11 PPU) (1)

(Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali - Artikoli 15 u 16 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ priġunerija għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali fil-każ ta’ rifjut li tiġi obduta ordni li jitħalla t-territorju ta’ Stat Membru - Kompatibbiltà)

2011/C 186/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Trento

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Hassen El Dridi alias Karim Soufi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte di Appello di Trento — Interpretazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali — Kundizzjonijiet għad-detenzjoni għall-finijiet ta’ ripatrijazzjoni — Applikabbiltà diretta — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn erba’ snin għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkompli jirrisjedi illegalment fit-territorju nazzjonali wara li jkun ġie nnotifikat b’ordni ta’ ripatrijazzjoni

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 16 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ piena ta’ priġunerija għal ċittadin ta’ pajjiż terz b’residenza illegali sempliċement minħabba l-fatt li, bi ksur ta’ ordni li jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat f’terminu determinat, tali ċittadin jibqa’ fuq l-imsemmi territorju mingħajr motivazzjoni ġġustifikata.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Dâmbovița — ir-Rumanija) — Nicușor Grigore vs Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București

(Kawża C-258/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa” - Issuġġettar ta’ persuna li tieħu ħsieb il-foresti, skont it-termini tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha u tal-ftehim kollettiv applikabbli, għal ħin flessibbli ta’ xogħol ta’ 8 sigħat kuljum u ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżommha responsabbli għal kull dannu li jkun seħħ fis-sezzjoni tal-foresta li tkun responsabbli minnha - Klassifikazzjoni - Effett tas-sahra fuq ir-remunerazzjoni u l-kumpens finanzjarju tal-persuna kkonċernata)

2011/C 186/15

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Dâmbovița

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicușor Grigore

Konvenuta: Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Dâmbovița — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) u (6) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija responsabbli għad-dannu kollu kkonstatat fis-sezzjoni tal-foresta tagħha, minkejja li l-klawżoli tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha jipprovdu li hija taħdem massimu ta’ tmien sigħat kuljum — Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa” — Ħin fil-ġimgħa reali li jeċċedi l-ħin fil-ġimgħa massimu legali — Effett fuq ir-remunerazzjoni u l-kumpens finanzjarju tal-persuna kkonċernata

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu li matul tiegħu persuna li tieħu ħsieb il-foresti, li skont kif stabbilit fil-kuntratt ta’ xogħol tagħha, il-ħin tax-xogħol ta’ kuljum tagħha huwa ta’ tmien sigħat, għandha tiżgura s-sorveljanza ta’ sezzjoni tal-foresta, billi tkun suġġetta għar-responsabbiltà dixxiplinari, patrimonjali, amministrattiva jew kriminali tagħha, skont il-każ, fir-rigward tad-danni kkonstatati fis-sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha, indipendentement minn meta jseħħu d-danni, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni biss meta n-natura jew il-portata tal-obbligu ta’ sorveljanza li għandha din il-persuna li tieħu ħsieb il-foresti u s-sistema ta’ responsabbiltà li tapplika għaliha jeżiġu l-preżenza fiżika ta’ din tal-aħħar fuq il-post tax-xogħol u jekk, matul l-imsemmi perijodu, tali persuna għandha tkun disponibbli għall-persuna li tħaddimha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki fattwali u legali neċessarji, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt nazzjonali applikabbli, sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li tkun tressqet quddiemha.

(2)

Il-klassifikazzjoni ta’ perijodu ta’ “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88 ma tiddependix fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-persunal fi ħdan is-sezzjoni tal-foresta li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-persuna li tieħu ħsieb il-foresta kkonċernata sa fejn dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni ma jimplikax li din tal-aħħar jeħtieġ li tkun fiżikament preżenti fil-post iddeterminat mill-persuna li tħaddimha u li tkun disponibbli hemmhekk għal persuna li tħaddimha sabiex tkun tista’ tipprovdi s-servizzi neċessarji f’każ ta’ bżonn. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li tkun tressqet quddiemha.

(3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-prinċipju, sitwazzjoni li fiha, anki jekk il-kuntratt ta’ xogħol ta’ persuna li tieħu ħsieb il-foresti jipprovdi li l-ħin tax-xogħol massimu huwa ta’ 8 sigħat kuljum u l-ħin massimu fil-ġimgħa huwa ta’ 40 siegħa, fil-verità din tal-aħħar tiżgura, skont obbligi legali, is-sorveljanza ta’ sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha, kemm b’mod permanenti, kif ukoll b’mod li teċċedi l-ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa li huwa previst f’dan l-artikolu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li tkun tressqet quddiemha u, skont il-każ, jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88 jew fl-Artikolu 22(1) tagħha u li jikkonċernaw il-possibbiltà ta’ deroga mill-imsemmi Artikolu 6, humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali.

(4)

Id-Direttiva 2003/88 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu tal-persuna li tħaddem li tħallas is-salarji u l-benefiċċji li jistgħu jitqiesu bħala salarji għal perijodu li matulu l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti għandha tiżgura s-sorveljanza tas-sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, iżda taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Spanja) — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante

(Kawża C-273/10) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku - Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

2011/C 186/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Montoya Medina

Konvenut: Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Interpretazzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 368) — Kuntratti ta’ xogħol ta’ għalliem-riċerkatur konklużi mal-universitajiet pubbliċi — Esklużjoni ta’ ċerti allowances mill-kuntratti għal żmien determinat

Dispożittiv

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, tirriżerva d-dritt għal allowance ta’ anzjanità biss lill-lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu indeterminat, bl-esklużjoni ta’ lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu determinat, meta, fir-rigward tal-fatt li jirċievu din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA

(Kawża C-370/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY - Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Raġunijiet relattivi għal rifjut)

2011/C 186/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm u M. Goldmann, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T-243/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarja tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassi 28, kontra d-Deċiżjoni R 597/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti kontra t-trade mark figurattiva “EDUCA Memory game”, għal prodotti fil-klassi 28.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/11


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-95/11)

2011/C 186/18

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, u H. Peytz, avukat)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ppermetta lil persuni mhux taxxabbli jassoċjaw ruħhom ma’ grupp tal-VAT, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għall-finijiet ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u ta’ prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ abbużi, id-Direttiva 2006/112 tippermetti lill-Istati Membri li jqisu lil diversi persuni taxxabbli bħala persuna taxxabbli waħda. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-imsemmija direttiva ma tippermettix lill-persuni taxxabbli jassoċjaw ruħhom ma’ tali gruppi tal-VAT u li għalhekk ikunu suġġetti għad-drittijiet u l-obbligi li għandhom persuni taxxabbli. Għaldaqstant, il-liġi Daniża li tippermetti lill-persuni mhux taxxabbli li jassoċjaw ruħhom ma’ grupp tal-VAT, ma hijiex konformi mal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

(Kawża C-132/11)

2011/C 186/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgerischt Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

Konvenuti: Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, skont kif attwalment fis-seħħ, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (flimkien mal-Artikolu 6(1) TUE), il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 6(3) TUE) ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u l-Artikoli 1, 2, u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali ta’ ftehim kollettiv li tiddiskrimina indirettament l-ixjeħ ħaddiema billi tieħu biss inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ impjieg previsti mill-ftehim kollettiv u, konsegwentement, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tas-salarju, il-kompetenzi u l-għarfien li kisbu bħala membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru partikolari, bl-esklużjoni ta’ kompetenzi u għarfien sostanzjalment identiċi li dawn l-istess persuni kisbu mingħand kumpannija tal-ajru oħra li tappartjeni mal-istess grupp ta’ impriżi? Din il-konstatazzjoni tapplika wkoll, skont il-każ, għall-kuntratti ta’ xogħol li ġew konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2009?

(2)

Qorti nazzjonali tista’, b’analoġija mal-kawża Rieser Internationale Transporte (2) u mas-soluzzjoni li ngħatat mill-ġurisprudenza fir-rigward ta’ ftehim antikompetittiv fil-kawża Béguelin Import (3), tqis klawżola ta’ kuntratt individwali li tikser indirettament l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u/jew l-Artikoli 1, 2, u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE bħala li hija parzjalment nulla minħabba l-effett orizzontali dirett tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u ma tapplikax tali klawżola?


(1)  Direttiva tal Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(2)  Sentenza tal-5 ta’ Frar 2004, fil-Kawża C-157/02 (Ġabra p. I-1477).

(3)  Sentenza tal-25 ta’ Novembru 1971, fil-Kawża 22/71 (Ġabra p. 949).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-138/11)

2011/C 186/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compass-Datenbank GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Partijiet oħra fil-proċeduri: Bundeskartellanwalt, Bundeswettbewerbsbehörde

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ awtorità pubblika li tissejvja f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji), data li l-impriżi għandhom jikkomunikaw abbażi tal-obbligi legali u li tippermetti li ssir konsultazzjoni ta’ din id-data u/jew li jiġu pprovduti kopji bi ħlas, filwaqt li tipprojbixxi kwalunkwe użu ieħor ta’ din id-data, hija attività kummerċjali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

(2)

Ikun hemm attività kummerċjali meta l-awtorità pubblika tinvoka l-protezzjoni sui generis li tingħatalha bħala produttur ta’ database, u tipprojbixxi kwalunkwe użu li jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni u stampar tad-data?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

(3)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji kkonstatati bis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-6 ta’ April 1995, RTE u ITP vs Il-Kummissjoni (C-241/91 P u C-242/91 P, Ġabra p. I-743), u tad-29 ta’ April 2004, IMS Health (C-418/01, Ġabra p. I-5039) (“duttrina tal-faċilitajiet essenzjali”) japplikaw ukoll meta ma hemmx “suq upstream” peress li d-data protetta tinġabar u tiġi ssejvjata f’database (Firmenbuch — reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji) fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ attività tal-poter pubbliku?


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2011 — “Klub” OOD vs Direktor na direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-153/11)

2011/C 186/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Klub” OOD.

Konvenuti: Direktor na direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (id-Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa).

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 168(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (1), dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara li l-persuna taxxabbli tkun eżerċitat id-dritt tagħha ta’ għażla ħielsa u allokat proprjetà immobbli li tirrappreżenta beni kapitali mal-patrimonju tal-kumpannija, huwa preżunt (jiġi preżunt, sakemm jiġi ppruvat il-kuntrarju) li din il-proprjetà se tintuża għall-finijiet ta’ operazzjonijiet taxxabbli magħmula mill-persuna taxxabbli?

(2)

L-Artikolu 168(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input fuq ix-xiri ta’ proprjetà immobli allokata mal-patrimonju tal-impriża ta’ persuna taxxabbli li jirriżulta immedjatament matul il-perijodu fiskali li matulu t-taxxa tkun saret dovuta, irrispettivament minn jekk il-proprjetà immobli tkunx tista’ tintuża minħabba n-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi mħaddma kif rikjest mil-liġi?

(3)

Prattika amministrattiva, bħal dik ta’ Natsionalna Agentsia po Prihodite, li tikkonsisti f’li persuni taxxabbli, fis-sens tal-liġi Bulgara fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, jiġu mċaħħda milli jnaqqsu VAT tal-input għal beni kapitali mixtrija minnhom minħabba li dawn il-beni huma użati għall-finijiet privati tal-proprjetarji tal-kumpanniji, mingħajr ma l-valur miżjud jiġi impost fuq dan l-użu, hijiex konsistenti mad-direttiva?

(4)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-kumpannija rikorrenti għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input fuq ix-xiri ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri l-maisonette f’Sofia?


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/13


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-164/11)

2011/C 186/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Mölls, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tadatta s-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku għad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva 2003/96/KE (1), minkejja l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni qiegħda ssostni li, minkejja l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju mogħti lill-konvenuta, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2009, hija baqgħet ma adattatx l-elementi kollha tas-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-Liġi Nru 2010-1488, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li ġiet adottata u li daħlet fis-seħħ wara l-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, tittrasponi fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-direttiva msemmija. Skont il-Kummissjoni, dan ir-rikors għandu jintlaqa’ fid-dawl tas-sitwazzjoni fid-dritt nazzjonali applikabbli fil-mument tal-iskadenza tat-terminu stabbiliti fl-opinjoni motivata.

Il-Kummissjoni tosserva li, fi kwalunkwe każ, Franza għadha ma adattatx l-elementi kollha tas-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku b’tali mod li trendihom konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. B’hekk, ir-rikorrenti tiċħad l-argument tal-awtoritajiet nazzjonali li d-Direttiva ma tipprojbixxix żidiet fid-dazji tas-sisa skont iż-żoni ġeografiċi kkonċernati. Għall-kuntrarju, id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipju ta’ rata waħda għal kull konsum ta’ elettriku li jseħħ fl-istess Stat Membru u tistabbilixxi, b’mod eżawrjenti, id-derogi għal dan il-prinċipju fl-Artikoli 5, 14, 15 u 17.

Il-Kummissjoni tiċħad, barra minn hekk, it-teżi mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi fis-sens li “id-differenzjazzjoni tariffarja adottata” ma toħloq ebda riskju ta’ frodi, ma timplika ebda piż addizzjonali għall-operaturi u lanqas ma tikkostitwixxi ostakolu għad-dħul fis-suq minn fornituri barranin.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ April 2011 — CIMADE, Groupe d'information et de soutien des immigrés (GISTI) vs Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration

(Kawża C-179/11)

2011/C 186/23

Lingwa tal-kawża: il-Franciz

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CIMADE, Groupe d’information et de soutien des immigrés (GISTI)

Konvenut: Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003 (1), tiggarantixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza li hija tirreferi għalihom għall-applikanti li fir-rigward tagħhom Stat Membru li jkun irċieva applikazzjoni għall-ażil jiddeċiedi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003 (2), li jirreferi l-applikazzjoni lil Stat Membru ieħor li huwa jikkunsidra bħala responsabbli biex jeżamina din l-applikazzjoni, kemm iddum għaddejja l-proċedura ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura tal-applikanti minn dan l-Istat Membru l-ieħor?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda:

(a)

l-obbligu, impost fuq l-ewwel Stat Membru, li jiggarantixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza, jispiċċa fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni ta’ aċċettazzjoni mill-Istat li tkun saritlu t-talba, malli effettivament jittieħed inkarigu jew jittieħed lura l-applikant għall-ażil, jew f’xi data oħra?

(b)

liema Stat Membru għandu b’hekk jassumi l-piż finanzjarju biex jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza matul dan il-perijodu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/14


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2011 minn Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-33/05, Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-181/11 P)

2011/C 186/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Compañía Española de Tabaco en Rama, S.A. (Cetarsa) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Bunedía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE [C(2004) 4030 finali] fil-Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Spanja;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, billi tiffissa l-ammont il-ġdid għal EUR 1 000 u, iktar sussidjarjament, fil-każ li l-multa imposta ma tkunx l-istess bħal dik imposta fuq il-produtturi, tiffissa l-ammont tagħha għal EUR 2 905 200, riżultat miksub wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 40 % għal ċirkustanzi attenwanti sal-limitu massimu ta’ 10 % tal-volum tan-negozju, u dan bla ħsara għat-tnaqqis applikabbli sussegwentement lil Cetarsa minħabba l-kooperazzjoni tagħha fl-investigazzjoni kif rikonoxxut mill-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tafferma li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-impatt tal-kuntest ġuridiku nazzjonali fuq il-legalita tal-aġir ta’ Cetarsa.

L-appellanti tafferma wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat elementi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tal-ksur, li wassluha, b’mod żbaljat, li tqis li l-aġir tal-proċessuri kien iktar dannuż minn dak tal-produtturi u li bl-azzjonijiet tagħhom, il-proċessuri marru lil hinn minn dak li l-kuntest ġuridiku kien jippermettilhom.

Fl-aħħar, l-appellanti tafferma li, bid-differenza mill-bqija tal-impriżi implikati, it-tnaqqis mogħti bis-saħħa tal-inċertezza kkawżata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma kellu ebda impatt fuq il-kalkolu tal-multa imposta fuq Cetarsa.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/14


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-184/11)

2011/C 186/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi ma adottax il-miżuri kollha sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Spanja (Kawżi magħquda C-485/03 sa C-490/03, Ġabra p. I-11887; iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-2006”), dwar in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li r-Renju ta’ Spanja għandu taħt id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/820/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur l-impriżi tal-provinċja ta’ Álava fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002 L 296, p. 1); 202/892/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Álava (ĠU 2002 L 314, p. 1); 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur l-impriżi tal-provinċja ta’ Vizcaya fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2003 L 17, p. 1); 2002/806/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Vizcaya (ĠU 2002 L 279, p. 35); 2002/894/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur l-impriżi tal-provinċja ta’ Guipúzcoa fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002 L 314, p. 26); u 2002/540/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Guipúzcoa (ĠU 2002 L 174, p. 31) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjonijiet tal-2001”), kif ukoll taħt l-Artikolu 260 TFUE, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-deċiżjonijiet.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 236 044,8 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza, mill-ġurnata tal-qari tas-sentenza f’din il-kawża sal-ġurnata tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-2006.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum ta’ EUR 25 817,40 bin-numru ta ġranet li matulhom dam għaddej il-ksur, b’effett mill-ġurnata tal-qari tas-sentenza tal-2006 sakemm:

ir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-għajnuna ddikjarata illegali permezz tad-Deċiżjonijiet tal-2001, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-irkupru effettivament seħħ qabel l-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;

tinħareġ sentenza f’din il-kawża, fil-każ fejn is-sentenza tal-2006 tkun għadha ma ġietx eżegwita kompletament qabel din id-data.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjez.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, billi ma rkuprawx l-għajnuna kollha ddikjarata illegali u inkompatibbli permezz tad-deċiżjonijiet tal-2001, l-awtoritajiet Spanjoli ma adottawx il-miżuri kollha sabiex jeżegwixxu s-sentenza tal-2006. Fl-ewwel lok, l-awtoritajiet Spanjoli qiesu li ċerta għajnuna individwali kienet kompatibbli mas-suq intern, filwaqt li l-għajnuna ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ skema nazzjonali ta’ għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni u sa fejn dawn bl-ebda mod ma kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Linji ta’ gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 226). Fit-tieni lok, l-awtoritajiet Spanjoli applikaw, fil-konfront ta’ ċerti benefiċjarji, tnaqqis li jista’ jilħaq EUR 100 000 għal kull benefiċjarju fuq perijodu ta’ tliet snin, mingħajr ma osservaw ir-regoli dwar l-għajnuna de minimis. Fit-tielet lok, f’ċerti każijiet l-awtoritajiet Spanjoli applikaw b’mod retroattiv it-tnaqqis fiskali previst mir-regoli fiskali Spanjoli filwaqt li r-kwiżiti kollha previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis mhux kollha kienu ssodisfatti. Fl-aħħar nett, fir-raba’ lok l-ordnijiet kollha ta’ ħlas maħruġa mill-awtoritajiet Spanjoli ma ġewx imħallsa mill-benefiċjarji tal-għajnuna illegali. Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, l-ammonti li għad fadal jitħallsu jirrappreżentaw madwar 87 % tal-ammont totali tal-għajnuna illegali li għandha tiġi rkuprata.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ April 2011 — Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou

(Kawża C-186/11)

2011/C 186/26

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc

Konvenuti: Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou.

Domandi preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti f’li tiġi limitata l-offerta ta’ logħob tal-ażżard, tagħti d-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard lil impriża waħda, li għandha l-istruttura ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata u li hija kkwotata fil-borsa, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43 u 49 KE, meta, minbarra dan, din l-impriża tirreklama l-logħob tal-azżard li hija torganizza u li hija għandha l-intenzjoni li torganizza f’pajjiżi barranin, fejn il-ġugaturi jipparteċipaw liberament u li l-ammont massimu ta’ mħatra u ta’ rebħa huwa ffissat skont bullettin u mhux minn ġugatur?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda preliminari, leġiżlazzjoni nazzjonali li, intiża esklużivament sabiex tkun miġġielda l-kriminalità permezz tal-eżerċizzju ta’ kontroll fuq l-impriżi li joperaw fis-settur inkwistjoni, b’mod li tagħmel mezz li dawn l-attivitajiet ikunu eżerċitati unikament ġewwa ċirkuwiti kkontrollati, tagħti d-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard lil impriża waħda hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43 u 49 KE, anki meta dan l-għoti għandu parallelament bħala effett espansjoni illimitata tal-offerta kkonċernata? Jew inkella huwa meħtieġ, f’kull każ, li, sabiex il-limitazzjoni inkwistjoni tiġi kkunsidrata bħala adegwata sabiex jitwettaq l-għan ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, il-portata tal-offerta tkun, bi kwalunkwe mod, ikkontrollata, jiġifieri li hija estiża biss daqskemm huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ dan l-għan? Fil-każ fejn din l-espansjoni għandha assolutament tiġi kkontrollata, tista’ tiġi kkunsidrata bħala kkontrollata, minn din il-perspettiva, jekk dritt esklużiv jingħata fis-settur inkwistjoni lill-uniku korp li għandu l-karatteristiċi deskritti fl-ewwel domanda preliminari? Fl-aħħar nett, fil-każ fejn l-għoti tad-dritt esklużiv inkwistjoni huwa kkunsidrat bħala li jwassal għal espansjoni kkontrollata tal-offerta ta’ logħob tal-ażżard, dan l-għoti li jsir lil impriża waħda u unika jeċċedi dak li huwa neċessarju, fis-sens li l-istess għan jista’ wkoll effettivament jintlaħaq jekk dan id-dritt jingħata lil iktar minn impriża waħda?

(3)

Jekk, sussegwentement għaż-żewġ domandi preliminari msemmija iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-għoti, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti f’dan il-każ, tad-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard ma huwiex kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49: a) Huwa ammissibbli, fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tat-trattat, li l-awtoritajiet nazzjonali ma jeżaminawx, matul it-tul ta’ perijodu tranżitorju, neċessarju għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet kompatibbli mat-Trattat KE, id-domandi magħmula minn persuni legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra bil-għan li jiġu eżerċitati l-attivitajiet ikkonċernati? b) F’każ ta’ risposta affermattiva, fuq il-bażi ta’ liema kriterji, it-tul ta’ dan il-perijodu tranżitorju huwa ffissat? ċ) Jekk perijodu tranżitorju ma huwiex ammissibbli, fuq il-bażi ta’ liema kriterji, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jevalwaw id-domandi kkonċernati?


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-189/11)

2011/C 186/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-parti rikorrenti

Tiddikjara li

billi applika l-iskema speċjali għal aġenziji tal-vjaġġi għal dawk il-każijiet fejn is-servizzi ta’ vjaġġar inbiegħu lil persuna li ma hijiex il-vjaġġatur;

billi eskluda mill-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali l-bejgħ lill-pubbliku min-naħa tal-aġenziji li jbiegħu bl-imnut li jwettqu f’isimhom stess vjaġġi organizzati minn aġenziji li jbiegħu bl-ingross;

billi awtorizza lill-aġenziji tal-vjaġġi, taħt ċirkustanzi partikolari, li jniżżlu fil-fattura kwota globali li ma hijiex relatata mal-VAT effettivament miġbur mingħand il-klijent, u billi awtorizza lil dan il-klijent, dejjem jekk ikun suġġett passiv, li jnaqqas din il-kwota globali mill-VAT li għandu jitħallas, u

billi awtorizza lill-aġenziji tal-vjaġġi, sa fejn jibbenefikaw mill-iskema speċjali, li jistabbilixxu l-ammont taxxabbli globalment għal kull perijodu ta’ taxxa,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 306 sa 310; 226; 168, 169 u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni li r-Renju ta’ Spanja jagħmel tal-iskema speċjali għal aġenziji tal-vjaġġġi, sa fejn ma hijiex limitata għas-servizzi pprovduti lill-vjaġġaturi, kif stabbilit mid-direttiva, iżda li testendi għal operazzjonijiet imwettqa bejn aġenziji tal-vjaġġi, tikser id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-VAT.

Minbarra dan, l-esklużjoni minn din l-iskema speċjali tal-bejgħ lill-pubbliku minn aġenziji li jbiegħu bl-imnut li jwettqu f’isimhom stess vjaġġi organizzati minn aġenziji li jbiegħu bl-ingrossa, ukoll ma hijiex kompatibbli mad-direttiva, peress li tali attivitajiet jidħlu, mingħajr ebda dubju fil-fehma tal-Kummissjoni, taħt l-attivitajiet koperti mill-iskema speċjali.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li jiksru bl-istess mod id-Direttiva tal-VAT ir-regoli Spanjoli li jawtorizzaw lill-aġenziji tal-vjaġġi, mingħajr ebda bażi f’din id-direttiva, li jniżżlu fil-fattura kwota globali tal-VAT li ma hijiex relatata mal-VAT effettivament miġbura mingħand il-klijient, kif ukoll dawk ir-regoli li jawtorizzaw lil dan tal-aħħar, dejjem jekk ikun suġġett passiv, li jnaqqas din il-kwota globali mill-VAT li għandha titħallas, kif ukoll dawk li jippermettu lill-aġenziji tal-vjaġġi, sa fejn dawn jibbenefikaw mis-sistema speċjali, li jistabbilixxu l-ammont taxxabbli globalment għal kull perijodu taxxabbli.


(1)  ĠU L 347, p. 1


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/16


Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2011 minn Lan Airlines S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-194/09, Lan Airlines, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, S.A.

(Kawża C-198/11)

2011/C 186/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Lan Airlines S.A., (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, S.A.

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Frar 2011 mill-Qorti Ġenerali;

tagħti senternza ġdida dwar il-mertu tal-kawża (l-oppożizzjoni magħmula f’waqtha minn Lan Airlines, S.A. kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja ta’ Air Nostrum għat-trade mark verbali LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRANÉO LAM) jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni dwar din tal-aħħar;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż fiż-żewġ każijiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali dwar il-kontenut tal-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94  (1) (li issa sar ir-Regolament Nru 207/09  (2)).

Ir-rikors jikkritika l-ksur mis-sentenza appellata tal-ġurisprudenza li tgħid li l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, fir-rigward tax-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-impressjoni kollha prodotta minnhom, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-elementi distintivi u dominanti tagħhom meta dawn il-komponenti jiddominaw waħedhom l-immaġni tat-trade mark kumplessa.

Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti ta’ din il-kawża (essenzjalment il-karattteristiċi speċifiċi tal-qasam, in-natura tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja u l-kriterju ta’ perċezzjoni tal-konsumatur ikkonċernat) fl-evalwazzjoni tal-effett reali tal-element “LAM”, li jinsab fl-applikazzjoni għal trade mark ikkontestata fil-perċezzjoni ta’ din tal-aħħar mill-konsumatur medju Spanjol.

Għar-rikorrenti, l-evalwazzjoni xierqa taċ-ċirkustanzi tal-kawża għandha twassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tirrikonoxxi li l-applikazzjoni għal trademark ikkontestata hija pperċepita, l-ewwel u qabel kollox, fir-rigward tal-akronimu “LAM”, u li titqabbel din l-applikazzjoni għal trade mark mat-trade marks tar-rikorrenti abbażi ta’ dan l-element.

Ir-rikors ippreżentat huwa bbażat fuq il-fatt li kieku l-Qorti Ġenerali kienet aċċettat dan il-punt, hija kienet tevalwa l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRANÉO LAM u t-trademarks tar-rikorrenti LAN.


(1)  Regolament tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

(2)  Regolament tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-408/10) (1)

2011/C 186/29

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias — Spanja) — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

(Kawża C-517/10) (1)

2011/C 186/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Kashayar Khavand vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-563/10) (1)

2011/C 186/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


Il-Qorti Ġenerali

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka - Irkupru ta’ krediti pubbliċi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kriterju tal-kreditur privat)

2011/C 186/32

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Buczek Automotive sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gackowski, sussegwentement minn D. Szlachetko-Reiter u fl-aħħar minn J. Jurczyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Gross, M. Kaduczak, A. Stobiecka-Kuik u K. Herrmann, sussegwentement minn A. Stobiecka-Kuik, K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Niechciała, sussegwentement minn M. Krasnodębska-Tomkiel u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group, huwa annullat.

(2)

L-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2008/344 huma annullati, sa fejn jirrigwardaw lil Buczek Automotive sp. z o.o.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Buczek Automotive, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(4)

La Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2011 — Atlas Transport vs UASI

(Kawża T-145/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Benelux Atlasair - Rekwiżiti proċedurali - Preżentata ta’ nota li tispjega r-raġunijiet tal-appell - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Regola 20(7) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

2011/C 186/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Atlas Air, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Dissmann, sussegwentement R. Dissmann u J. Guhn, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atlas Air, Inc. u Atlas Transport GmbH.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Atlas Air Inc.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Manifattura ta’ materjal tal-ferroviji - Ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Aġġustament tat-talbiet - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Riżorsi tal-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju tal-investitur privat - Impriża fid-diffikultà)

2011/C 186/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Région Nord-Pas-de-Calais (Franza) (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati) (Kawża T-267/08); u Communauté d’agglomération du Douaisis (Franza) (rappreżentanti: M.Y. Benjamin u D. Rombi, avukati) (Kawża T-279/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implimentata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA, sussegwentement, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implimentata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail SA.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, minbarra dawk sostnuti mir-région Nord-Pas-de-Calais u mill-communauté d’agglomération du Douaisis wara l-komunikazzjoni, lil dawn tal-aħħar, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail, li rtirat id-Deċiżjoni C(2008) 1089 finali.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta’ legalità tal-pieni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Multi - Ċirkustanza aggravanti - Dissważjoni - Ċirkustanza attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv)

2011/C 186/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Primarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-Sodju), sa fejn din tal-aħħar tikkonċernaha u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammonti tal-multi imposti fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Arkema Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Ċirkustanza aggravanti - Reċidiva - Ċirkustanza attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv)

2011/C 186/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas u H. Kanellopoulos, sussegwentement S. Sorinas, E. Jégou u M. Sabeva, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju), sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tikkonċerna lil Arkema Fance u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammonti tal-multi li ġew imposti fuq din tal-aħħar fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Arkema France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (Olymp)

(Kawża T-203/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità - Trade mark Komunitarja verbali Olymp - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 186/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Bellido, SA (rappreżentant: Manzanares, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2009 (Każ R 531/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità bejn Miguel Bellido, SA u Olymp Bezner GmbH & Co. KG

Dispożittiv

(1)

Ir rikors huwa miċħud.

(2)

Olymp Bezner GmbH & KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (OLYMP)

(Kawża T-204/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OLYMP - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLYMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 186/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Bellido, SA (Manzanares, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 598/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel. Bellido, SA u Sánchez u Olymp Bezner GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava et vs UASI (TXAKOLI)

(Kawża T-341/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali TXAKOLI - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 186/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava (Amurrio, Spanja); Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Bizkaia (Leioa, Spanja); u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Getaria (Getaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 197/2009-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TXAKOLI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava, il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Bizkaia u l-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Getaria huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)

(Kawża T-460/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cheapflights Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights b’ajruplan iswed)

(Kawża T-461/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights b’ajruplan iswed - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cheapflights Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1607/2007-4) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni vs New Acoustic Music u Hildibrandsdottir

(Kawża T-464/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm-qafas ‘Culture 2000’ - Implementazzjoni tal-proġett ‘European Music Roadwork’ - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja - Għajnuna legali)

2011/C 186/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u N. Bambara, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Konvenuti: New Acoustic Music Association (Orpington, ir-Renju Unit); u Anna Hildur Hildibrandsdottir (Orpington, ir-Renju Unit)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 238 KE, intiża sabiex New Acoustic Music Association u A. Hildur Hildibrandsdottir jiġu kkundannati jħallsu lura lilha parti mis-somma mħallsa bil-quddiem kif ukoll l-interessi moratorji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2003-1895/001-001, għall-implementazzjoni tal-proġett “CLT2003/A1/GB-317 — European Music Roadwork”, fil-kuntest tal-programm-qafas “Culture 2000”, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 508/2000/KE, tal-14 ta’ Frar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, P. 97).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa inammissibli sa fejn huwa dirett kontra New Acoustic Music Association.

(2)

A. Hildur Hildibrandsdottir, bħala membru tal-partenarjat New Acoustic Music Association, hija kkundannata tħallas lura, lill-Kummissjoni Ewropea, is-somma ta’ EUR 31 136,23, flimkien mal-interessi moratorji b’rata ta’ 7,70 % fis-sena, mill-4 ta’ Jannar 2008 sakemm id-dejn jitħallas lura kompletament.

(3)

A. Hildur Hildibrandsdottir hija kkundannata għall-ispejjeż.

(4)

It-talba għal għajnuna legali ta’ A. Hildur Hildibrandsdottir hija miċħuda.


(1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011 — Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE)

(Kawża T-488/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali REDTUBE - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Redtube - Nuqqas ta’ ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni fit-terminu - Deċiżjoni li tiddikjara li l-oppożizzjoni titqies li ma saritx - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Regola 17 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Proċedura ex parte - Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Regola 18 tar-Regolament Nru 2868/95 - Natura legali ta’ komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li oppożizzjoni ġiet iddikkjarata ammissibbli - Regola tal-paralleliżmu tal-forom u tal-actus contrarius - Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jager & Polacek GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każ R 442/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jager & Polacek GmbH u RT Mediasolutions s.r.o.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Jager & Polacek GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” vs UASI (υγεία)

(Kawża T-7/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali υγεία - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv u karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/44

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Alexiou u S. Foteas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2009 (Każ R 190/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali υγεία bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — SIMS — École de ski internationale vs UASI — SNMSF (esf école du ski français)

(Kawża T-41/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva esf école du ski français - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Emblema ta’ Stat - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Trademark tali li tqarraq lill-pubbliku - Artikolu 7(1)(g) tar-Regoplament Nru 207/2009)

2011/C 186/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale) (Albertville, Franza) (rappreżentant: L. Raison-Rebufat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: iniżjalment A. Folliard-Monguiral sussegwentement A. Folliard-Monguiral u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF) (Meylan, Franza) (rappreżentant: J.-P. Stouls, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 235/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn is-Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale) u s-Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Is-Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale), huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

(3)

Is-Syndicat national des moniteurs du ski français għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Flaco-Geräte vs UASI — Delgado Sánchez (FLACO)

(Kawża T-74/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO - Raġuni relattiva għal rifjut - Identità tal-prodotti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

2011/C 186/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flaco-Geräte GmbH (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jesús Delgado Sánchez (Socuellamos, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Flaco-Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2011 — Emram vs UASI — Guccio Gucci (G)

(Kawża T-187/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti G - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maurice Emram (Marseille, Franza) (rappreżentanti: M. Benavï, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Maurice Emram.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Maurice Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leġiżlazzjoni dwar il-kopertura tar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ marda - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u pazjalment manifestament infondat)

2011/C 186/48

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta’ Lulju 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-86/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.

(2)

L. Marcuccio huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/26


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà parzjali - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 186/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Cahier (Montchaude, Franza) u t-28 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentant: C. É. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Sitbon Bercain u P. Mahnič Bruni, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, B. Schima u M. Vollkommer, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25), kif miżmum fis-seħħ bl-Artikolu 128(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, tad-29 ta’ April 2008, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, p. 1).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/26


Appell ippreżentat fl-1 ta’ April 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Jannar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubblika fil-Kawża F-121/07, Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/11)

2011/C 186/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Costa de Oliveira u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża F-121/07, Strack vs Il-Kummissjoni, sa fejn fis-sentenza appellata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni;

tikkundanna lil kull parti għall-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravju segwenti.

Ksur tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari tas-separazzjoni tal-kompetenzi bejn il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala qorti speċjalizzata, kif din is-separazzjoni tirriżulta mill-Artikolu 270 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mal-Artikolu 62a u mal-Artikolu 1 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Skont dawn id-dispożizzjonijiet, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma għandux kompetenza ġenerali fir-rigward tat-tilwim bejn l-Unjoni u persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal, iżda din il-kompetenza hija limitata għal dak it-tilwim li jikkonċerna l-legalità ta’ att li jikkawża preġudizzju lil tali persuna, fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Meta uffiċjal iressaq talba għal aċċess għal dokumenti, huwa jkun qiegħed jaġixxi bħala ċittadin ordinarju fis-sens tar-Regolament Nru 1049/2001. Bħala tali, skont dan ir-regolament, huwa jista’ jirrekorri għal sistema partikolari ta’ rimedji ġuridiċi billi jippreżenta rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali. Ir-rimedji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal u fir-Regolament Nru 1049/2001 huma kompletament inkompatibbli.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Transports Schiocchet — Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/11)

2011/C 186/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Transports Schiocchet — Excursions (Beuvillers, Franza) (rappreżentant: É. Deshoulières, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea in solidum għall-kumpens tad-danni subiti minn SARL Transport Schiocchet — Excursions, li jammontaw għal EUR 8 372 483;

tiddikjara u tiddeċiedi li l-ammonti hekk allokati għandhom jitħallsu bl-interessi bir-rata legali min-notifika tat-talba preliminari għal kumpens lill-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti u b’mod partikolari tal-obbligu tal-korpi tal-Unjoni Ewropea li jipprovdu għall-possibbiltà ta’ rimedju effettiv f’każ ta’ ksur tad-drittijiet rikonoxxuti favur individwi mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti ssemmi n-nuqqas, minn naħa, ta’ sanzjoni kontra l-Istati Membri u t-trasportaturi li ma jkunux iridu josservaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, u min-naħa l-oħra, tas-sistema ta’ kumpens favur it-trasportaturi li josservaw din il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 94 sa 96 TFUE sa fejn il-Kummissjoni kienet obbligata tivverifika l-applikazzjoni korretta tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 (1), taqbad b’mod effettiv lill-operaturi li ma josservawx is-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista mir-regolament u twaqqaf id-diskriminazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regolament. Ir-rikorrenti tirreferi għan-nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta miżuri neċessarji fir-rigward tal-eżekuzzjoni tar-regolament inkwistjoni minkejja d-diversi ilmenti li ressqet ir-rikorrenti li juru li l-Kummissjoni kienet taf bis-sitwazzjoni. Dan in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-konvenuta minkejja li kienet taf effettivament bis-sitwazzjoni dannuża għar-rikorrenti jikkostitwixxi nuqqas gravi u manifest li jagħti lok għal ksur suffiċjentement serju tal-Artikoli 94 sa 96 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta’ Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306).


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2011 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/11)

2011/C 186/52

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C(2011) 275 finali, adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2011 fil-proċedura Għajnuna mill-Istat C 7/2010 — Skema dwar trasferiment fiskali ta’ telf (“Sanierungsklausel”);

sussidjarjament: tannulla parzjalment id-Deċiżjoni C(2011) 275 finali adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2011 fil-proċedura “Għajnuna mill-Istat C 7/2010 — Skema dwar trasferiment fiskali ta” telf (“Sanierungsklausel”); sa fejn, fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-għajnuna individwali mogħtija hija kompletament inkompatibbli mas-suq intern u għandha tiġi rkuprata kollha, fil-każ fejn l-ammont tagħha jeċċedi EUR 500 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi sussegwenti.

Motivi invokati insostenn tat-talba prinċipali:

(1)

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — nuqqas ta’ selettività peress li l-klawżola li tawtorizza t-trasferiment ta’ telf (“Sanierungsklausel”) ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema ta’ riferiment rilevanti

Il-Gvern Ġermaniż isostni li s-Sanierungsklausel ipprovduta fl-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”), intiża li tippermetti lill-impriżi li nxtraw li jittrasferixxu t-telf fiskali, ma hijiex selettiva. Skont il-Gvern Ġermaniż, din id-dispożizzjoni ma tikkostitwixxix skema ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li ma tipprovdi ebda eċċezzjoni għas-sistema ta’ riferiment rilevanti.

(2)

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — żball manifest ta’ evalwazzjoni tan-natura ġenerali tal-miżura.

Il-Gvern Ġermaniż iqis li l-Kummissjoni evalwat b’mod manifestament żbaljat il-kwistjoni dwar jekk is-Sanierungklausel ipprovduta fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG hijiex miżura ġenerali, inkwantu l-Kummissjoni applikat metodu ta’ eżami li ma huwiex xieraq u ma eżaminatx jekk, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ekonomika globali, is-Sanierungsklausel kinitx ibbażata fuq data “orizzontali” li kienet tapplika għall-impriżi kollha mingħajr distinzjoni; skont il-Gvern Ġermaniż, is-Sanierungsklausel tibbenefika għalhekk b’mod transversali għal kull impriża li tinsab fit-territorju Ġermaniż u tista’ konsegwentement titqies li hija miżura ġenerali.

(3)

It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — nuqqas ta’ selettività minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża

Skont il-Gvern Ġermaniż, is-Sanierungsklausel ipprovduta fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG ma hijiex selettiva u konsegwentement ma tikkostitwixxix skema ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża

Motiv invokat insostenn tat-talba sussidjarja

Ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) TFUE u tal-qafas temporanju Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat intiża li tiffavorixxi l-aċċess għall-finanzjament fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali

Il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) TFUE u tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-qafas temporanju tal-komunità għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzi fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, sa fejn tikkunsidra l-ammont ta’ EUR 500 000 imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni bħala livell massimu ta’ għajnuna legali li l-eċċess tiegħu jimplika l-irkupru kollu tal-għajnuna, u mhux bħala ammont ta’ għajnuna awtorizzata li fir-rigward tiegħu tkun biss l-għajnuna żejda li tagħti lok għal irkupru.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/28


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/11)

2011/C 186/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8289 finali, tal-14 ta’ Diċembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) mogħtija mill-Ġermanja favur il-Grupp Biria;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej.

Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti

Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti meta saret il-klassifikazzjoni bħala impriżi f’diffikultà;

Nuqqas li jiġu applikati l-Linji Gwida tal-1999 dwar is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà meta saret il-klassifikazzjoni tal-impriżi bħala impriżi f’diffikultà u meta saret il-verifika tal-valur intrinsiku tal-“Harten Patronatserklärung” [dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriża mħejjija minn awdituri esterni];

Motivazzjoni insuffiċjenti għan-nuqqas li jiġu applikati l-Linji Gwida tal-1999 dwar is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà meta saret il-klassifikazzjoni tal-impriżi bħala impriżi f’diffikultà u meta saret il-verifika tal-valur intrinsiku tal-“Harten Patronatserklärung”;

Evalwazzjoni żbaljata meta saret id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandu jitħallas lura minħabba li meta saret din id-determinazzjoni ma tteħditx inkunsiderazzjoni l-“Harten Patronatserklärung”.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/29


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2011 — ADEDY et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-215/11)

2011/C 186/54

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY) (Ateni, Greċja) Sp. Papaspiros (Ateni, Greċja), Il. Iliopulos (Ateni, Greċja) (rappreżentant: M. Zipra, dikigoros)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 26, p. 15), bin-Numru 2011/57/UE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors ineżami, ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 26, p. 15), bin-Numru 2011/57/UE.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu l-motivi li ġejjin:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jaffermaw li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill irrikonoxxuti fit-Trattat. B’mod partikolari, l-Artikoli 4 u 5 tat-Trattati jistabbilixxu l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tat-Trattati, huwa stipulat espressament li kwalunkwe kompetenza li ma ġietx attribwita mill-Istati Membri lill-Unjoni tappartjenti għall-Istati Membri. Skont l-Artikolu 126 et seq. tat-Trattati, il-miżuri li jistgħu jiġu deċiżi mill-Kunsill fi ħdan il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv u li jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu previsti b’mod speċifiku, espliċitu u rigoruż, peress li din il-kompetenza ma ġietx attribwita lill-Kunsill mit-Trattat.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tiċċita, bħala bażi legali għall-adozzjoni tagħha, l-Artikoli 126(9) u 136 tat-Trattat. Madankollu, il-miżura kkontestata ġiet adottata b’mod li eċċeda l-kompetenzi mogħtija minn dawn l-artikoli lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill, sempliċiment bħala miżura li timplementa ftehim bilaterali bejn il-15-il Stat Membru taż-żona Euro, li ddeċidew li jagħtu self bilaterali, u l-Greċja. Madankollu, kompetenza tal-Kunsill sabiex tadotta att bħal dan la hija rikonoxxuta u lanqas prevista mit-Trattati.

 

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jenfasizzaw li d-deċiżjoni kkontestata, billi introduċiet tnaqqis fl-allowances tal-familja u billi abbinathom ma’ kriterji ta’ dħul (means-testing), tagħmel ħsara lid-drittijiet patrimonjali ggarantiti tar-rikorrenti u, b’hekk, ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Rautenbach vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/11)

2011/C 186/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Muller Conrad Rautenbach (Harare, iż-Żimbabwe) (rappreżentanti: S. Smith QC, M. Lester, Barristers, u W. Osmond, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, p. 6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011, tat-23 ta’ Frar 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 49, p 23) sa fejn japplikaw għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ħames motivi li ġejjin.

(1)

L-ewwel motiv: la r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011 u lanqas id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK ma għandhom bażi legali valida peress li l-istituzzjonijiet ikkonċernati marru lil hinn mill-portata tal-awtorità tagħhom.

(2)

It-tieni motiv: il-konvenuti ma għandhomx l-awtorità li jimponu dawn il-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent; alternattivament, l-inklużjoni tiegħu hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-konvenuti żbaljaw meta kkonkludew li l-miżuri restrittivi kienu ġustifikati fir-rigward tar-rikorrent.

(3)

It-tielet motiv: il-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

(4)

Ir-raba’ motiv: il-konvenuti kisru d-dmir tagħhom li jagħtu raġunijiet, peress li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet mogħtija ma tikkonformax mal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej.

(5)

Il-ħames motiv: il-miżuri kkontestati jimponu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, speċifikament fuq id-drittijiet ta’ proprjetà tiegħu, fuq il-libertà tal-intrapriża tiegħu u fuq id-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni u tal-ħajja tal-familja tiegħu.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/30


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-235/11)

2011/C 186/56

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1023 finali, tat-18 ta’ Frar 2001, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni għall fażijiet tal-proġetti

“Suministro y montaje de materiales de vía en la Línea de Alta Velocidad Madrid-Zaragoza-Barcelona-Frontera francesa. Tramo Madrid-Lleida” (CCI Nru 1999.ES.16.CPT.001)

“Línea de Alta Velocidad ferroviaria Madrid-Barcelona. Tramo Lleida-Martorell (Plataforma, 1a fase)” (CCI Nru 2000.ES.16.C.PT.001)

“Línea de Alta Velocidad Madrid-Zaragoza-Barcelona-Frontera francesa. Accesos a Zaragoza” (CCI Nru 2000.ES.16.C.PT.003)

“Línea de Alta Velocidad Madrid-Zaragoza-Barcelona-Frontera francesa. Tramo Lleida-Martorell. Subtramo X-A (Olérdola — Avinyonet del Penedés” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.007) u

“Nuevo acceso ferroviario de Alta Velocidad a Levante. Subtramo La Gineta-Albacete (Plataforma)” (CCI Nru 2004.ES.16.C.PT.014).

sussidjarjament, tannulla parzjalment, sa fejn din tirreferi għall-korrezzjonijiet applikati għall-modifiki msemmijin espliċitament fil-paragrafi ta’ dan ir-rikors, billi tnaqqas l-ammont tal-korrezzjoni għal EUR 27 047 647,00 .

f’kull każ, tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9), peress li l-Kummissjoni ma osservatx it-terminu ta’ tliet xhur, mid-data ta’ meta tinżamm is-seduta, sabiex tadotta d-Deċiżjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat, fir-rigward tal-kuntratti ta’ provvista, fuq il-ksur, minħabba applikazzjoni żbaljata, tal-Artikolu 20(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194) u, fir-rigward tal-kuntratti ta’ xogħolijiet u tal-kuntratti ta’ servizzi li huma s-suġġett tal-korrezzjoni, fuq ksur, minħabba applikazzjoni żbaljata, tal-Artikolu 20(2)(f) tal-istess direttiva, peress li l-użu ta’ servizzi addizzjonali huwa figura li hija kunċettwalment distinta mill-modifika ta’ kuntratt fil-fażi ta’ eżekuzzjoni previst mil-liġi Spanjola fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, b’tali mod li tali modifika ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.

(3)

It-tielet motiv, sussidjarjament għal dak preċedenti u biss fir-rigward tal-kuntratti ta’ xogħolijiet u ta’ servizzi li huma s-suġġett tal-korrezzjoni, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38, peress li kienu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha sabiex l-awtoritajiet Spanjoli jagħtu, permezz tal-proċedura ta’ negozjar mingħajr informazzjoni lill-pubbliku, ix-xogħolijiet addizzjonali mwettqa fil-ħames fażijiet tal-proġett effetwati mill-korrezzjoni.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/31


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011 fil-Kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/11 P)

2011/C 186/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, sa fejn il-qorti fl-ewwel istanza: a) ċaħdet ir-rikors li ġie ppreżentat quddiemha mir-rikorrent; b) iddeċidiet li tliet kwarti tal-ispejjeż inkorsi mir-rikorrent fl-ewwel istanza għandhom jiġu sostnuti minnu; u barra minn hekk,

prinċipalment:

(B.1.1)

tilqa’ t-talbiet kollha ppreżentati mir-rikorrent fl-ewwel istanza, bl-eċċezzjoni tat-talbiet li jikkonċernaw ir-rimbors tal-ispejjeż;

(B.1.2)

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrent tliet kwarti tal-ispejjeż li l-qorti tal-ewwel istanza ddeċidiet li għandhom jiġu sostnuti minnu

jew, sussidjarjament:

(B.2)

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f’kompożizzjoni differenti, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid dwar il-mertu ta’ kull waħda mit-talbiet iċċitati fil-punti preċedenti (B.1.1) u (B.1.2)

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Kawża F-81/09). Din is-sentenza ċaħdet rikors li kellu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad parzjalment it-talba tar-rikorrent intiża għall-ħlas ta’ interessi moratorji fuq l-arretrati tal-allowance ta’ invalidità li kienet dovuta lilu minn din l-istituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tħallsu somma ekwiparabbli għad-differenza bejn l-ammont tal-interessi moratorji kkalkolati abbażi ta’ kriterji li, skontu, għandhom jiġu applikati, u l-ammont effettivament imħallas.

(1)

L-ewwel aggravju jikkonċerna n-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ċċitata fil-punt 32 tas-sentenza appellata, kif ukoll [ksur] tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha kull istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea (punti 41 sa 47 tas-sentenza appellata).

(2)

It-tieni aggravju jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-kontenut tal-komunikazzjoni tat-8 ta’ Mejju 2003, li tissemma’ fil-punt 53 tas-sentenza appellata.

(3)

It-tielet aggravju jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-kunċett ta’ applikazzjoni ta’ regola b’analoġija kif ukoll tar-regoli tad-dritt u tal-ġurisprudenza li hija relatata magħhom (punti 57 u 58 tas-sentenza appellata).

(4)

Ir-raba’ aggravju jikkonċerna l-ksur tal-prinċipju tad-dritt patere legem quam ipse feristi, li s-sentenza appellata hija irrimedjabbilment affettwata minnu, u n-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-argument dwar il-ksur tal-prinċipju patere legem quam ipse feristi (ara b’mod partikolari l-punt 59 tas-sentenza appellata).

(5)

Il-ħames aggravju jikkonċerna l-illegalità taċ-ċaħda (punti 69 u 70 tas-sentenza appellata) tat-“talba għal kundanna pekunjarja” peress li xejn ma ġie deċiż dwar it-talba legali tar-rikorrent li tikkonċerna l-interessi kumpensatorji.

(6)

Is-sitt aggravju jikkonċerna l-illegalità taċ-ċaħda (punti 73 u 76 tas-sentenza appellata) tat-talba għad-danni.

(7)

Is-seba’ aggravju jikkonċerna l-illegalità tal-kundanna tar-rikorrent li jbati tliet kwarti tal-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni vs Tornasol Films

(Kawża T-338/10) (1)

2011/C 186/58

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2011 — BIA Separations vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/11) (1)

2011/C 186/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 103, 02.04.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummisssjoni

(Kawża F-17/11)

2011/C 186/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Blot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, kif tirriżulta impliċitament min-nota tat-28 ta’ April 2010 u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-ARKK li tiċħad l-ilment;

konsegwentement, jirreintegra lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament għal EUR 27 000 bi ħlas għad-dannu materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 15 000 (ħmistax-il elf euro), bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

jikkundanna lill-Kummisssjoni għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/11)

2011/C 186/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għall-benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tirrifjuta t-talba

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs CEDEFOP

(Kawża F-31/11)

2011/C 186/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tas-CEDEFOP li ttemm l-impjieg tar-rikorrent u talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2010 tad-Direttur tas-CEDEFOP li ttemm l-impjieg tar-rikorrent;

jikkundanna lis-CEDEFOP tħallaslu, b’kumpens għad-dannu materjali subit minnu fin-nuqqas ta’ reintegrazzjoni jew sakemm issir din ir-reintegrazzjoni eventwali, id-differenza bejn ir-remunerazzjoni u l-pensjoni li minnha huwa kien jibbenefika li kieku baqa’ fil-pożizzjoni tiegħu wara l-15 ta’ Novembru 2010, minn naħa, u, min-naħa l-oħra, ir-remunerazzjoni eventwali jew il-benefiċċji tal-qagħad u l-pensjoni li minnha kien jibbenefika wara din id-data;

jikkundanna lis-CEDEFOP tħallaslu l-ammont ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu, evalwata b’mod provviżorju;

jikkundanna lil CEDEFOP għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/34


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/11)

2011/C 186/63

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tistabilixxi l-benefiċċji li għandu dritt għalihom ir-rikorrent minħabba d-diżabbiltà parzjali permanenti li jbati minnha.

Talbiet tar-rikorrent

Quatenus opus est, tannulla l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Ġunju 2010, li tirrigwarda l-garanziji disponibbli għar-rikorrent taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward ta’ inċident li huwa sofra fis-17 ta’ Ġunju 2005, sa fejn tipprovdi li r-rikorrent kellu jitħallas, kif fil-fatt ġara, is-somma ta’ EUR 10 682,29;

tannulla d-deċiżjoni li rriżultat mill-abbozz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010, meta skada t-terminu ex lege tan-notifika tal-abbozz lir-rikorrent mingħajr ma dan ta’ l-aħħar ma talab li jikkonsulta mal-kumitat mediku, annullament mitlub biss fir-rigwad ta’ dik il-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tipprovdi li r-rikorrent kellu jitħallas, kif fil-fatt ġara, is-somma ta’ EUR 10 682,29;

quatenus oportet, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tas-26 ta’ Awwissu 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas mingħajr dewmien lir-rikorrent id-differenza pożittiva bejn dak li kellu jitħallas lir-rikorrent, taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u fir-rigward tal-inċident inkwistjoni, u s-somma EUR 10 682,29 li diġà tħallsitlu, flimkien mal-interessi fuq din id-differenza b’rata ta’ 10 % għal kull sena flimkien ma kapitalizzazzjoni annwali, mill-24 ta’ Awwissu 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/34


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2011 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/11)

2011/C 186/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta’ Frar 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż;

jekk ikun il-każ, jagħti sentenza fil-kontumaċja.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/34


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-44/11)

2011/C 186/65

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba sabiex il-konventua tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrent somma flus bħala kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament subixxa minħabba t-talba, magħmula mit-tabib tal-Kummissjoni lit-tabib tar-rikorrent, sabiex jagħti xi informazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament l-annullament tad-deċiżjoni, adottata bi kwalunkwe mod, li tiċħad it-talba tar-rikorrent li saret fin-nota tas-6 ta’ Marzu 2010;

sa fejn dan ikun neċessarju, jiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament l-annullament, tal-att, adottat bi kwalunkwe mod, li permezz tiegħu l-konvenuta ċaħdet l-ilment tat-3 ta’ Settembru 2010;

sa fejn dan ikun neċessarju, jikkonstata li t-Tabiba M., li dak iż-żmien kienet uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea: (a) talbet lit-Tabib U. jinformaha jekk ir-rikorrent “bħalissa huwiex qed jingħata trattament psikofarmakoloġiku (neuroleptics, antidipressanti) u jekk iva, liema, jew x’tip ta’ terapija oħra qed jingħata”; (b) għarrfet lit-Tabib U. li “skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-uffiċjali kollha tal-Kummissjoni Ewropea, mill-1 ta’ April 2002 [ZZ] kien residenti uffiċjalment fi Brussell u mhux iktar f’Angola, kif ġie deċiż mill-kapijiet [tiegħu.], u kif ġie nnotifikat uffiċjalment lill-pazjent tiegħek”;

sa fejn dan ikun neċessarju, jikkonstata l-illegalità ta’ kull wieħed mill-fatti li kkawżaw id-danni inkwistjoni u, a fortiori, tal-effett kumulattiv tagħhom;

sa fejn dan ikun neċessarju, jiddikjara l-illegalità ta’ kull wieħed mill-fatti li kkawżaw id-danni inkwistjoni u, a fortiori, tal-effett kumulattiv tagħhom;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas mingħajr dewmien lir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 10 000, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena fuq bażi komposta mill-5 ta’ Lulju 2010 jew kwalunkwe somma, li tinkludi l-ispejjeż anċillari, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu li tkun ġusta u ekwa sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-danni inkwistjoni;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/35


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2011 — ZZ vs BEI

(Kawża F-45/11)

2011/C 186/66

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009, sa fejn ma jipproponix il-marka A jew B+, u fil-parti fejn ma jipproponihx għal promozzjoni għall-grad D.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni li ntbagħtet kopja tagħha fl-24.9.10, sa fejn il-Kumitat tal-Appelli, skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal u skont l-ittra tat-18.3.10, fit-22.9.10 ċaħad ir-rikors tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-2009;

jannulla r-Rapport ta’ evalwazzjoni għall-2009, fil-parti tal-evalwazzjoni, kif ukoll fil-parti fejn ma jagħtix lir-rikorrent il-marka A jew il-marka B+ u fil-parti fejn ma jipproponihx għal promozzjoni għall-grad D;

jannulla l-atti konnessi, sussegwenti u preċedenti kollha, fosthom ċertament hemm inklużi kemm il-linji gwida stabbiliti mid-dipartiment tar-riżorsi umani sabiex l-evalwazzjoni tiġi indikata permezz ta’ waħda mill-ewwel ittri tal-alfabett kif ukoll il-promozzjonijiet li ġew deċiżi fil-25.03.10 peress li, fid-dawl tal-opinjoni espressa mis-superjuri tiegħu u llum ikkontestata, il-Bank naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni r-rikorrent fil-punt “Promotions from Function E to D”;

jannulla l-ittri tas-17 u tat-30 ta’ Novembru 2010, li bihom il-President tal-BEI fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, ċaħad li r-rikorrent jista’ jirrappreżenta lilu nnifsu, u dik tal-20.01.2011, li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani rrifjuta li jirrimborsa l-ispża li saret għall-professjonist li rrappreżentah;

tikkundanna lil BEI sabiex jagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali, kif ukoll għar-rimbors tad-dritt imħallas lill-avukat Gabriele Isola, għall-ispejjeż tal-kawża, għall-interessi u għall-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fir-rigward tal-kreditu rrikonoxxut.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/35


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/11)

2011/C 186/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li t-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti tiġi arkivjata.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2010, li jarkivja t-talba għal assistenza tar-rikorrenti tal-5 ta’ Diċembru 2007;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas għad-dannu morali subit mir-rikorrenti, iffissat għal EUR 10 000, bir-riżerva ta’ żieda matul il-proċedura, kif ukoll li tirrimborsa l-ispejjeż inkorsi matul il-proċedimenti prekontenzjużi;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/36


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/11)

2011/C 186/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B. Rohde-Liebenau, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex ineħħi ċerti dokumenti mill-fajl mediku tiegħu u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta’ Jannar 2011 (Nru. R/588jlO);

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ammont ta’ EUR 363,23 lir-rikorrent bħala rimbors għal spejjeż mediċi;

jordna lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi aċċess għall-fajl personali kollu flimkien mal-fajls mediċi lit-tabib tar-rikorrent, jew

sussidjarjament, billi tibgħatu lir-rappreżentant legali tar-rikorrent f’din il-kawża;

sussidjarjament, billi tipprovdi aċċess għal kopja tal-fajl kollu;

sussidjarjament, billi tipprovdi aċċess elettroniku għall-fajl kollu;

jordna lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li ma jeżistu ebda fajls personali jew mediċi addizzjonali jew paralleli għal dawn, jew

sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni sabiex tħassar kull fajl addizzjonali jew kopji tiegħu,

sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni sabiex iddaħħal il-kontenut kollu tagħhom fil-fajl personali regolari (jew il-fajl mediku tiegħu);

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, liema ksur għamel ħsara fuq l-unur u r-reputazzjoni tiegħu, f’ammont meqjus xieraq ex aequo et bono mit-Tribunal u skont il-prassi stabbilita, iżda mhux inqas mid-dħul nett tal-applikant f’sena fi żmien l-impjieg regolari tiegħu mal-konvenuta immedjatament qabel l-inċident tal-2000;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent somma f’daqqa ta’ EUR 717 863,04 jiġifieri tmien darbiet il-paga bażika annwali tiegħu kkalkolata abbażi tal-ammonti ta’ paga rċevuti matul it-tnax-il xahar qabel l-inċident skont l-Artikolu 73(2b) tar-Regolamenti tal-Persunal, jew

sussidjarjament, parti minn dan l-ammont, skont kif meqjus xieraq mit-Tribunal ex aequo et bono;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-50/11)

2011/C 186/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-AIPN li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta’ Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-11 ta’ Mejju 2010, mgħarrfa lir-rikorrent fis-27 ta’ Mejju 2010, li biha kienet ser tagħti lir-rikorrent punt wieħed biss ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwzzjoni 2009;

tindika lill-AIPN l-effetti li jseħħu wara l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati;

tordna li jingħataw EUR 2 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2011 — ZZ vs Bank Ewropew għall-Investiment

(Kawża F-52/11)

2011/C 186/70

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew għall-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament ta’ ittra li permezz tagħha l-President tal-BEI ddikjara li, wara li l-Kummissjoni ta’ investigazzjoni ddeċidiet li l-ilment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kellu jiġi miċħud, ma kienet meħtieġa ebda azzjoni u lanqas ma kien meħtieġ l-annullament ta’ deċiżjonijiet oħrajn relatati mal-investigazzjoni dwar fastidju psikoloġiku. Min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla l-ittra tal-1 ta’ Settembru 2010 sa fejn il-President tal-BEI, barra milli ma adotta ebda miżura fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku li għalih ilu suġġett għal snin ir-rikorrent, qies li seta’ jinvestiga l-mertu tal-motivazzjoni tal-Kummissjoni ta’ investigazzjoni;

jannulla r-rapport u l-konklużjonijiet adottati mill-Kummissjoni ta’ investigazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010, sa fejn ma wettqet ebda investigazzjoni fuq l-aġir tal-Kummissjoni tal-ilmenti u tal-komponenti tiegħu, fil-parti fejn ġie definit il-fastidju psikoloġiku u, fl-aħħar nett, fil-parti fejn ċaħdet l-ilment, illimitat lilha nnifisha biss għall-eżami tal-aġir ta’ xi persuni u arbitrarjament eskludiet l-investigazzjoni fuq xi wħud mill-fatti rrapportati;

jannulla l-ittri tas-17 ta’ Novembru 2010 u tat-30 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħhom il-President tal-BEI, fil-kuntest tal-proċedura skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, ma awtorizzax lir-rikorrent jirrappreżenta lilu nnifsu, filwaqt li min-naħa l-oħra l-Bank kien irrappreżentat minn impjegat tiegħu;

jannulla l-messaġġ tal-14 ta’ April 2011 li permezz tiegħu d-Direttur tar-Riżorsi Umani irrifjuta kwalsiasi kumpens;

jannulla l-atti kollha relatati, konsegwenti u preċedenti, fosthom, bla ebda dubju, dawk użati mill-Kummissjoni għal fastidju psikoloġiku;

jiddikjara li kien hemm fastidju psikoloġiku fil-konfront tar-rikorrent;

jordna lill-BEI itemm il-fastidju psikoloġiku fil-konfront tar-rikorrent u jikkundannah, minbarra għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali li rriżultaw b’konsegwenza tal-fastidju, għall-ispejjeż tal-kawża, għall-interessi u għar-rivalutazzjoni tal-krediti magħrufa lilu.


25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/37


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/11)

2011/C 186/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ dawk li għaddew mill-kompetizzjoni EPSO/AD/168/09-PL.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/168/09-PL li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ dawk li għaddew minn din il-kompetizzjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.