ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.159.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 159/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2011/C 159/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
2011/C 159/03 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
2011/C 159/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5047 – REWE/ADEG) ( 2 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2011/C 159/05 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2011/C 159/06 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 159/07 |
||
2011/C 159/08 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2011/C 159/09 |
||
2011/C 159/10 |
||
2011/C 159/11 |
Avviż skont l-Artikolu 114, paragrafi 4, 5 u 6 tat-TFUE – L-Awtorizzazzjoni għaż-żamma jew l-introduzzjoni ta’ miżuri nazzjonali iktar stretti mid-dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE ( 2 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 159/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6168 – RBI/EFG Eurobank/JV) ( 2 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2011/C 159/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
2.8.2010 |
|||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31031 (N 220/10) |
|||||||||
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||
Reġjun |
Toscana |
Artikolu 107(3)(c) |
||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Misura 226 «Ricostituzione del potenziale forestale e interventi preventivi» — Programma di sviluppo rurale della Regione Toscana 2007-2013 |
|||||||||
Il-bażi legali |
Programma di sviluppo rurale 2007-2013 della Regione Toscana [decisione della Commissione delle Comunità europee del 16 ottobre 2007 C(2007) 4664], e modifiche approvate con:
|
|||||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||
L-għan |
Forestrija |
|||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 36 (f'miljuni) |
|||||||||
L-intensità |
100 % |
|||||||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
|||||||||
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
2.8.2010 |
|||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31092 (N 250/10) |
|||||||||
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||
Reġjun |
Toscana |
Artikolu 107(3)(c) |
||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Misura 226 «Ricostituzione del potenziale forestale e interventi preventivi» — Programma di sviluppo rurale della Regione Toscana 2007-2013 — Interventi a carattere economico |
|||||||||
Il-bażi legali |
Misura 226 «Ricostituzione del potenziale forestale ed interventi preventivi» del Programma di sviluppo rurale 2007-2013 della Regione Toscana [decisione della Commissione delle Comunità europee del 16 ottobre 2007 C(2007) 4664], e modifiche approvate con:
|
|||||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||
L-għan |
Forestrija |
|||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||
L-estimi |
|
|||||||||
L-intensità |
100 % |
|||||||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2013 |
|||||||||
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
16.9.2010 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31213 (N 295/10) |
|||||
Stat Membru |
Spanja |
|||||
Reġjun |
Andalucia |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aides contre la peste de la mouche d'olivier (Andalucia) |
|||||
Il-bażi legali |
Orden de 9 de mayo de 2008 por la que se establecen medidas fitosanitarias obligatorias en los Programas Nacionales de control y lucha contra las plagas y se regulan las ayudas para su ejecución. |
|||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
L-għan |
Mard tal-pjanti |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
|
|||||
L-intensità |
75 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2013 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Junta de Andalucia Consejería de Agricultura y Pesca |
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
16.9.2010 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31220 (N 300/10) |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Reġjun |
Andalucia |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aides à la lutte contre les mouches méditerranéennes des fruits et contre les insectes vecteurs de maladies virales des cultures horticoles (Andalousie) |
|
Il-bażi legali |
Orden de 9 de mayo de 2008 por la que se establecen medidas fitosanitarias obligatorias incluidas en los Programas Nacionales de control y lucha contra las plagas y se regulan las ayudas para su ejecución. |
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
L-għan |
Mard tal-pjanti |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 25,70 (f'miljuni) |
|
L-intensità |
75 % |
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2013 |
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
— |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/5 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 159/02
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
15.10.2010 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 447/10 |
||||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||
Reġjun |
Gdynia, Wrocław |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Geoban S.A. Oddział w Polsce |
||||||
Il-bażi legali |
|
||||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impjiegi |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
L-estimi |
Baġit globali: PLN 1,647 miljun |
||||||
L-intensità |
2,51 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2011 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.11.2010 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 487/10 |
|||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
|||||
Reġjun |
— |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Extension of the ELG Scheme until June 2011 |
|||||
Il-bażi legali |
|
|||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
|||||
L-estimi |
[…] (1) |
|||||
L-intensità |
— |
|||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-30.6.2011 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
13.1.2011 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 555/10 |
||||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||
Reġjun |
Łódź |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Nordea Bank AB Oddział w Polsce |
||||||
Il-bażi legali |
|
||||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impjiegi |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
L-estimi |
Baġit globali: PLN 1,382 miljun |
||||||
L-intensità |
4,25 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Il-kompjuter u attivitajiet relatati, L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
(1) Informazzjoni kunfidenzjali.
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/8 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 159/03
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
14.4.2011 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 306/09 |
||||
Stat Membru |
Il-Ġreċja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Αποζημίωση — Δυσμενείς καιρικές συνθήκες- τομέας υδατοκαλλιεργειών |
||||
Il-bażi legali |
Κοινή Υπουργική Απόφαση του Υπουργείου Οικονομίας και Οικονομικών και του Υπουργείου Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων |
||||
It-tip tal-miżura |
— |
||||
L-għan |
Kumpens għal ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku avvers fl-2008 fis-settur tal-akkwakultura f'provinċja Griega. |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
EUR 2 000 000 |
||||
L-intensità |
Massimu ta' 70 % tal-valur tal-produzzjoni mitlufa jew tal-ispejjeż meħtieġa biex titranġa l-ħsara |
||||
It-tul ta' żmien |
Sentejn |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tal-akkwakultura |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
Ir-rapport annwali |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/9 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5047 – REWE/ADEG)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 159/04
Fid-29 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M5047. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Il-Bank Ċentrali Ewropew
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/10 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Mejju 2011
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
(CON/2011/42)
2011/C 159/05
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (1) (iktar ’il quddiem id-“direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li d-direttiva proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija mingħajr xkiel ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Sabiex is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja, li ġiet stabbilita reċentament, tkun tista’ taħdem b’mod effettiv, huma meħtieġa bidliet għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-operat tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) (2) u tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) (3). F’dan ir-rigward, id-direttiva proposta li temenda leġiżlazzjoni fis-setturi tal-assigurazzjoni u t-titoli – essenzjalment id-Direttiva 2009/138/KE (4) u sa grad iktar limitat id-Direttiva 2003/71/KE (5) – tikkumplimenta l-qafas legali diġà adottat mid-Direttiva 2010/78/UE (6). Din l-opinjoni b'hekk għandha tinqara flimkien mal-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/23 (7). |
2. |
L-opinjoni tevalwa d-direttiva proposta minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja. L-osservazzjonijiet u l-proposti ta’ abbozzar li jinsabu f’din l-opinjoni jiffokaw fuq aspetti li huma relevanti għar-riforma tal-arkitettura ta’ superviżjoni, l-involviment tal-BĊE, tas-SEBĊ u tal-BERS u arranġamenti ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-ASE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Tagħti attenzjoni partikolari wkoll lill-ħtieġa sabiex jiġu żgurati fejn relevanti approċċi konsistenti bejn id-diversi setturi finanzjarji bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali kif ukoll bħala għodda għall-konverġenza tas-superviżjoni. |
Osservazzjonijiet speċifiċi
Ktieb wieħed tar-Regoli Ewropej fis-settur finanzjarju
3. |
L-iżvilupp ta’ ktieb wieħed tar-regoli Ewropej għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq waħdieni (8), li l-BĊE jappoġġja bis-sħiħ (9), jeħtieġ (i) identifikazzjoni xierqa tal-oqsma relevanti għal atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, (ii) involviment adegwat tal-ASE fil-tħejjija ta’ dawn l-atti li jieħu f’kunsiderazzjoni n-natura teknika tagħhom u l-ħtieġa li wieħed jiddependi fuq il-ħila esperta speċjalizzata ħafna tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni; u (iii) approċċ konsistenti u kkoordinat bejn setturi differenti sabiex jiġu adottati dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni. |
L-irwol ta’ konsulenza tal-BĊE fir-rigward ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni
4. |
Wara li kkunsidra l-importanza tal-funzjoni li għandhom jaqdu l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni adottati taħt l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat (10) bħala komponent sostanzjali tal-ktieb ta’ regoli wieħed, il-BĊE jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-eżerċizzju tal-irwol tiegħu ta’ konsulenza taħt l-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 282(5) tat-Trattat. L-ewwel nett, l-abbozzi ta’ atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala “atti proposti tal-Unjoni” fi ħdan it-tifsira tal-ewwel inċiż tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Kemm l-atti ddelegati kif ukoll dawk tal-implimentazzjoni jikkostitwixxu atti legali tal-Unjoni. B’mod sinifikanti, il-maġġoranza tal-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferu għal “abbozzi” ta’ atti legali tal-Unjoni li dwarhom il-BĊE jeħtieġ li jiġi kkonsultat (11). Għalhekk, l-ambitu tad-dmir li jiġi kkonsultat il-BĊE ma jistax jiġi llimitat biss għal dawk l-abbozzi ta’ atti bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni. Fit-tieni lok, fis-sentenza OLAF (12), il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat li l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa intiż “sabiex essenzjalment jiżgura illi l-leġiżlatura tadotta l-att biss wara li l-korp ikun ġie kkonsultat, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li huwa jeżerċita fil-qafas Komunitarju fil-qasam ikkonċernat u permezz tal-grad għoli ta’ kompetenza li huwa għandu, huwa f’pożizzjoni partikolarment tajba sabiex ikollu rwol utli fil-proċess leġiżlattiv previst”. F’dan l-isfond, sabiex jitgawdew il-benefiċċji sħaħ tal-irwol ta’ konsulenza li jeżerċita l-BĊE, dan tal-aħħar għandu jiġi kkonsultat fil-ħin dwar kull abbozz ta’ atti tal-Unjoni, inklużi abbozzi ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. Il-BĊE għandu jeżerċita l-irwol ta’ konsulenza tiegħu waqt li jikkunsidra bis-sħiħ it-termini ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti. |
Arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni
5. |
Fil-kuntest tal-emendi ġenerali komuni għall-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni settorjali u li huma neċessarji sabiex ikunu jistgħu joperaw l-awtoritajiet il-ġodda, il-BĊE jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-inklużjoni ta’ mezzi ta’ aċċess xierqa għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-leġiżlazzjoni relevanti applikabbli għas-settur finanzjarju. Il-BĊE b’hekk jissuġġerixxi li d-Direttiva 2009/138/KE tiġi emendata b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2006/48/KE (13) skont liema m’hemm xejn li jżomm lill-awtoritajiet kompetenti u lill-AEAPX milli jibagħtu informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, fejn xieraq, lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn responsabbli għas-superviżjoni ta’ sistemi ta’ pagament u lill-BERS meta din l-informazzjoni tkun relevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom (14). Għandhom jiġu stabbiliti wkoll arranġamenti xierqa għall-iskambju ta’ informazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
Konverġenza bejn diversi setturi tas-servizzi finanzjarji
6. |
Waqt li jirrikonoxxi l-objettivi limitati tad-direttiva proposta, il-BĊE huwa tal-fehma li l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni għandu jkun konsistenti, fejn xieraq, bejn id-diversi setturi tas-servizzi finanzjarji, l-aktar sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju. Pereżempju, il-BĊE jissuġġerixxi l-promozzjoni ta’ konverġenza bejn settur u ieħor f'dawn l-oqsma: 6.1. It-trattament ta’ investimenti finanzjarji fil-kalkolu ta’ fondi proprji: meta jiddetermina l-fondi proprji tiegħu, il-BĊE huwa tal-fehma li l-koerenza fit-trattament ta’ “parteċipazzjonijiet” fl-istess settur u bejn diversi setturi tas-servizzi finanzjarji tista’ tiġi miżjuda sabiex jiġi evitat kwalunkwe arbitraġġ regolatorju bejn entitajiet legali u/jew bejn entitajiet fi ħdan konglomerat finanzjarju (15). Il-BĊE jirrakkomanda b’mod partikolari li tiġi allinjata ulterjorment id-definizzjoni ta’ parteċipazzjoni f’impriżi tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet tal-kreditu fid-Direttiva 2006/48/KE (16) u d-Direttiva 2009/138/KE (17) u l-metodi li għandhom jintużaw fil-livell tal-grupp sabiex jiġi indirizzat l-ingranaġġ doppju li jirriżulta minn parteċipazzjonijiet transsettorjali (18). Is-Sottokumitat dwar Konglomerati Finanzjarji stabbilit mir-regolamenti tal-ASE (19) jista’ jiżvolġi rwol siewi fit-trawwim ta’ konverġenza transsettorjali. 6.2. L-indirizzar tal-istabbiltà finanzjarja: kwalunkwe effetti tal-proċiklikalità li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju Solvenza II, u, fejn relevanti, il-kontribuzzjoni ta’ mekkaniżmi kontroċikliċi għall-istabbiltà finanzjarja, inkluż fir-rigward tal-primjum tal-illikwidità, imsemmi fid-direttiva proposta, jistgħu jiġu evalwati ulterjorment. 6.3. Politiki u skemi ta’ remunerazzjoni: skont l-objettivi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (20), il-BĊE ġeneralment jilqa’ x-xogħol għaddej fuq politiki u skemi ta’ remunerazzjoni fil-kuntest tal-miżuri ta’ implimentazzjoni Solvenza II (21); il-prinċipji ta’ livell għoli miftiehma internazzjonalment ta’ politiki ta’ remunerazzjoni żviluppati għal banek u standards ta’ implimentazzjoni korrispondenti (22) għandhom japplikaw għas-settur tal-assigurazzjoni (23), waqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, fejn relevanti. 6.4. Stimi ta’ kreditu: taħt id-direttiva proposta, l-AEAPX ser tiġi fdata b’ċerti kompiti relatati ma’ (i) l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ istituzzjonijiet esterni ta’ valutazzjoni tal-kreditu (external credit assessment institutions – ECAIs) u (ii) l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom għal skala oġġettiva ta’ passi tal-kwalità tal-kreditu (24), li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni jkollha tadotta kriterji dettaljati fil-forma ta’ atti ddelegati (25). Waqt li l-BĊE fil-prinċipju jappoġġja dawn il-kompiti l-ġodda fdati lill-AEAPX u jirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull wieħed mis-setturi tas-servizzi finanzjarji, il-BĊE jinnota wkoll li l-eliġibbiltà tal-ECAIs hija diġà indirizzata fil-kuntest tad-Direttiva 2006/48/KE (26) u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (27). F’dan l-isfond u fid-dawl tan-natura transsettorjali ta’ dawn il-kwistjonijiet, il-BĊE għalhekk jissuġġerixxi, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva, evalwazzjoni li tinvolvi t-tliet ASE bil-għan li jiġu żgurati konsistenza u sinerġiji bejn il-leġiżlazzjoni settorjali relevanti tal-Unjoni, inklużi wkoll miżuri possibbli ta’ implimentazzjoni. 6.5. Konstatazzjoni ta’ “waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji”: f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Rekwiżit tal-Kapital ta’ Solvenza, impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija meħtieġa mill-awtorità superviżorja li tieħu l-miżuri meħtieġa fi ħdan perjodu massimu ta’ disa’ xhur (28). F’każ ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, l-awtorità superviżorja tista’ testendi dan il-perjodu b’perjodu ta’ żmien xieraq li “jieħu f’kunsiderazzjoni il-fatturi relevanti kollha” (29). Taħt id-direttiva proposta, l-AEAPX ikollha tidentifika u tiddikjara l-eżistenza ta’ avveniment ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati li jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-AEAPX sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali avvenimenti u “il-fatturi” li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni, inkluż il-“perjodu ta’ żmien xieraq” massimu (30). Il-BĊE jappoġġja l-irwol propost assenjat lill-AEAPX sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-approċċi bejn l-Istati Membri. Għall-istess raġuni, il-konsultazzjoni tal-BERS u l-introduzzjoni ta’ kriterji, metodi u rekwiżiti kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jiġu stabbiliti tali avvenimenti jistgħu jkunu xierqa wkoll. Kjarifika ulterjuri għandha tiġi pprovduta dwar l-interazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet tal-AEAPX dwar avvenimenti ta’ waqgħa eċċezzjonali fi swieq finanzjarji, dikjarazzjonijiet mill-Kunsill dwar sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fi ħdan it-tifsira tar-regolamenti tal-ASE (31) kif ukoll miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’każ ta’ deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata (32). |
Dispożizzjonijiet tranżitorji
7. |
Waqt li l-BĊE jifhem il-ħtiġijiet għal rekwiżiti tranżitorji (33), jista’ jkun xieraq li jitnaqqsu sostanzjalment f’xi każijiet il-perjodi massimi ta’ 10 snin previsti għall-adozzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex jiġu pprovduti l-inċentivi xierqa għal applikazzjoni f’waqtha tar-riforma Solvenza II (34). Bħala eżempju u fid-dawl tal-importanza ta’ approċċ konsistenti biex jiġi żgurat rapportaġġ ta’ kwalità, l-applikazzjoni tal-metodi u l-preżunzjonijiet li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tal-attivi u l-passivi għandha ssir fi żmien raġonevoli. |
Meta l-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qegħdin jiġu ppreżentati proposti ta’ abbozzar speċifiċi fl-Anness flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni f’dan is-sens.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Mejju 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2011) 8 finali.
(2) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12); Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48); Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84) (iktar ’il quddiem imsejħa konġuntament “ir-regolamenti tal-ASE”).
(3) Ara r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-superviżjoni makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1) u Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
(4) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformulazzjoni) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(5) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
(6) Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120).
(7) Opinjoni CON/2010/23 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (ĠU C 87, 1.4.2010, p. 1).
(8) Ara, pereżempju, il-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-premessa 14 tad-Direttiva 2010/78/UE.
(9) Ara, pereżempju, il-paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2009/17 tal-5 ta’ Marzu 2009 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU C 93, 22.4.2009, p. 3), paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2010/5 tat-8 ta’ Jannar 2010 dwar tliet proposti għal regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Awtorità Bankarja Ewropea, Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1) u l-paragrafu 1.3.1 tal-Opinjoni CON/2010/23.
(10) L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat jappartjienu għall-Parti Sitta, Kapitolu 2, Sezzjoni 1 bit-titolu “L-atti legali tal-Unjoni”.
(11) L-Artikolu 282(5) tat-Trattat jirreferi għal abbozzi ta’ atti tal-Unjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi li ġejjin: Bulgaru (“проект на акт на Съюза”); Spanjol (“proyecto de acto de la Unión”); Daniż (“udkast”); Ġermaniż (“Entwurf für Rechtsakte der Union”); Estonjan (“ettepanekute”); Grieg (“προτεινόμενη πράξη της Ένωσης”); Franċiż (“projet d'acte de l'Union”); Taljan (“progetto di atto dell'Unione”); Latvjan (“projektiem”); Litwan (“Sąjungos aktų projektų”); Olandiż (“ontwerp van een handeling van de Unie”); Portugiż (“projectos de acto da União”); Rumen (“proiect de act al Uniunii”); Slovakk (“navrhovaných aktoch Únie”); Sloven (“osnutki aktov Unije”); Finlandiż (“esityksistä”); Svediż (“utkast”). Il-verżjoni Irlandiża tgħid “gniomh Aontais arna bheartu”, li tikkorrispondi għall-kunċett ta’ atti “ppjanati” tal-Unjoni.
(12) Kawża C-11/00 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Bank Ċentrali Ewropew [2003] Ġabra I-7147, b’mod partikolari l-punti 110 u 111.
(13) Ara l-Artikolu 49 u l-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.
(14) Ara, pereżempju, il-paragrafi 13 sa 15 tal-Opinjoni CON/2009/17 u l-paragrafu 2.2 tal-Opinjoni CON/2010/23.
(15) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(16) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1). B’mod partikolari l-Artikolu 4(10) u l-Artikolu 57.
(17) Ara l-Artikolu 92 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 212(2), kif emendat bid-direttiva proposta.
(18) Jiġifieri, pereżempju, id-differenzi fid-definizzjonijiet ta’ “konnessjoni sostenibbli”, “influwenza sinifikanti” fir-rigward tal-kunċett ta’ “parteċipazzjoni” jew fir-rigward tal-limiti minimi għall-waqgħa – li jvarjaw minn 20 % fil-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni għal 10 % fil-leġiżlazzjoni bankarja.
(19) Ara l-Artikolu 57(1) tar-regolamenti tal-ASE.
(20) Ara b’mod partikolari l-premessa 8 u l-paragrafi 1.1 u 2.1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2009 dwar politiki ta’ remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).
(21) Ara d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni (DĠ Suq Intern u Servizzi), il-karta ta’ konsultazzjoni dwar il-funzjoni depożitarja UCITS u dwar ir-remunerazzjoni tal-maniġers tal-UCITS, 14.12.2010, p. 26 (disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2010/ucits/consultation_paper_en.pdf).
(22) Ara b’mod partikolari l-Artikolu 22 u u l-Anness V tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Linji ta’ Gwida tas-CEBS dwar Politiki u Prattiki ta’ Remunerazzjoni, l-10 ta’ Diċembru 2010, disponibbli fuq: http://eba.europa.eu/cebs/media/Publications/Standards%20and%20Guidelines/2010/Remuneration/Guidelines.pdf
(23) Ara l-Parir tas-CEIOPS għal Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Livell 2 dwar is-Solvenza II: Kwistjonijiet ta’ Remunerazzjoni, CEIOPS-DOC-51/09, https://eiopa.europa.eu/fileadmin/tx_dam/files/consultations/consultationpapers/CP59/CEIOPS-DOC-51-09%20L2-Advice-Remuneration-Issues.pdf
(24) Ara l-Artikolu 2(20) tad-direttiva proposta – l-Artikolu 109a(1)(a) ġdid propost tad-Direttiva 2009/138/KE.
(25) Ara l-premessa 18 u l-Artikolu 2(21) tad-Direttiva proposta – subparagrafu (n) ġdid propost tal-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.
(26) Ara l-Artikoli 81 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE kif ukoll l-Anness VI, Parti 2 tiegħu.
(27) Regolament (KE) Nru 1060/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(28) Artikolu 138 tad-Direttiva 2009/138/KE.
(29) Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.
(30) Artikolu 2(30) u 2(31) tad-Direttiva proposta.
(31) Artikolu 18 tar-regolamenti tal-ASE.
(32) Artikolu 138(5) tad-Direttiva 2009/138/KE.
(33) Taħt id-Direttiva proposta, il-perjodi massimi għad-dispożizzjonijiet tranżitorji huma stipulati fid-Direttiva 2009/138/KE. Madankollu, il-perjodi ta’ żmien attwali fi kwalunkwe att iddelegat jistgħu jkunu iqsar (ara wkoll il-premessa 30 tad-Direttiva proposta).
(34) Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE – Ara l-Artikoli 308a(5) u 308b(e) tad-Direttiva proposta.
ANNESS
Proposti ta’ abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||
Emenda 1 |
|||||||
Artikolu 2 tad-direttiva proposta Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE, Artikolu 70 |
|||||||
[L-ebda emenda fid-direttiva proposta]. |
“Artikolu 70 It-trażmissjoni ta’ informazzjoni lil banek ċentrali, awtoritajiet monetarji, superviżuri ta’ sistemi ta’ pagament u l-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku Bla ħsara għal din it-Taqsima, awtorità superviżorja tista’ tittrażmetti informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħha lil dawn li ġejjin:
Dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet jistgħu wkoll jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji dik l-informazzjoni li jeħtieġu għall-finijiet tal-Artikolu 67. L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbilit f’din it-Taqsima. F’sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkomunikaw, mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali meta dik l-informazzjoni tkun relevanti għall-kompiti statutorji tagħhom inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-provvediment relatat ta’ likwidità, superviżjoni tal-ħlasijiet, sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu tat-titoli u s-salvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u lill-BERS, meta dik l-informazzjoni tkun relevanti għall-kompiti tiegħu.” |
||||||
Spjegazzjoni L-emenda għandha l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mat-terminoloġija użata fid-direttivi l-oħrajn dwar is-settur finanzjarju, kif ukoll f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, waqt li tiżgura l-aċċess tal-BERS għal informazzjoni minn awtoritajiet superviżorji (ara wkoll il-paragrafu 5 tal-opinjoni). |
|||||||
Emenda 2 |
|||||||
Artikolu 2(30)(a) tad-direttiva proposta Emenda għall-Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE |
|||||||
“Fil-każ ta waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, kif determinat mill-AEAPX skont dan il-paragrafu, l-awtoritàsuperviżorja tista’ testendi l-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b’perjodu xieraq ta’ żmien b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha”. |
“Fil-każ ta waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, kif determinat mill-AEAPX b’konsultazzjoni mal-BERSskont dan il-paragrafu, l-awtorità superviżorja tista’ testendi l-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b’perjodu xieraq ta’ żmien b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha”. |
||||||
Spjegazzjoni Fid-dawl tal-implikazzjonijiet sistemiċi transsettorjali possibbli ta’ tali avveniment, il-BERS għandu jiġi kkonsultat fejn xieraq malli tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji (ara l-paragrafu 11 tal-opinjoni). |
|||||||
Emenda 3 |
|||||||
Artikolu 2(31) tad-direttiva proposta Emenda għall-Artikolu 143 tad-Direttiva 2009/138/KE |
|||||||
“1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301ċ, billi tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-AEAPX biex tkun determinata l-eżistenza ta' waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji u l-fatturi li għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) inkluż il-perjodu massimu ta’ żmien xieraq, espress f’għadd totali ta’ xhur, li għandu jkun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(4)”. |
“1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301ċ, billi tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-AEAPX biex tkun determinata l-eżistenza ta' waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji u l-fatturi li għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) inklużi l-metodi, il-kriterji u r-rekwiżiti kwalitattivi u kwantitattivi, il-perjodu massimu ta’ żmien xieraq, espress f’għadd totali ta’ xhur, li għandu jkun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(4)”. |
||||||
Spjegazzjoni L-iskop tal-emenda huwa li jiżgura evalwazzjoni oġġettiva tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji (ara l-paragrafu 6.5 tal-opinjoni). |
|||||||
Emenda 4 |
|||||||
Artikolu 2(61) tad-direttiva proposta Emenda għall-Artikolu 259 tad-Direttiva 2009/138/KE (paragrafu 4 ġdid) |
|||||||
|
Huwa miżjud dan il-paragrafu 4: “4. L-AEAPX għandha tabbozza fi żmien [XXX] snin wara [XXX] rapport li jevalwa kwalunkwe effetti ta’ proċiklikalità li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju Solvenza II, u, fejn relevanti, il-kontribuzzjoni ta’ mekkaniżmi kontroċikliċi għall-istabbiltà finanzjarja, inkluż fir-rigward tal-primjum ta’ illikwidità msemmi fl-Artikolu 77a”. |
||||||
Spjegazzjoni Ara l-paragrafu 6.2 tal-opinjoni. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jitħassar it-test.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2011
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
2011/C 159/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012. |
(2) |
Is-siġġu ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem sar vakanti b'riżultat tar-riżenja tas-Sur Juan MENÉNDEZ VALDÉS ÁLVAREZ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:
RAPPREŻENTANTI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM:
SPANJA |
Is-Sur Juan Carlos TEJEDA HISADO Confederación Española de Organizaciones Empresariales — CEOE |
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
CZENE A.
(2) ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/18 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta’ Mejju 2011
2011/C 159/07
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4265 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
115,70 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4562 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86685 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9108 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2221 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7690 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,585 |
HUF |
Forint Ungeriż |
268,58 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9780 |
RON |
Leu Rumen |
4,1320 |
TRY |
Lira Turka |
2,2895 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3346 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3925 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,1002 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7479 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7632 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 543,57 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8805 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2621 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4375 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 224,56 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3280 |
PHP |
Peso Filippin |
61,770 |
RUB |
Rouble Russu |
40,0420 |
THB |
Baht Tajlandiż |
43,323 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2981 |
MXN |
Peso Messikan |
16,6077 |
INR |
Rupi Indjan |
64,4280 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/19 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għal prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur
2011/C 159/08
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' April 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011, għall-kwoti 09.4212, 09.4214, 09.4217 u 09.4218, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2011, u jidhru fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (f'kg) |
09.4212 |
27 783 000 |
09.4214 |
2 986 100 |
09.4217 |
8 313 000 |
09.4218 |
3 478 800 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/20 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 159/09
Għajnuna Nru: SA.32897 (11/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Lombardia
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ulteriori misure regionali di sostegno degli allevamenti colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini.
Bażi legali: Deliberazione Giunta regionale «Ulteriori misure regionali di sostegno degli allevamenti colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini»;
L.R. n. 31/2008 (Testo unico leggi agricoltura) art. 18,
Decreto DG Sanità n. 6929, del 26 giugno 2007;
Decreto DG Sanità n. 9348 del 27 agosto 2007;
Provvedimento DG Sanità prot. H1.2007.0046390, del 29 ottobre 2007, «Malattia vescicolare dei suini – intervento straordinario».
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 1,70 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-20 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012
Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Trobbija ta' majjali/annimali ta' l-istess speċi
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Regione Lombardia |
Piazza Città di Lombardia 1 |
20124 Milano MI |
ITALIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.agricoltura.regione.lombardia.it/cs/Satellite?c=Page&childpagename=DG_Agricoltura%2FDGLayout&cid=1213337053885&p=1213337053885&pagename=DG_AGRWrapper
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33021 (11/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Trento
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Disciplina relativa alla concessione degli indennizzi per i danni agli allevamenti colpiti da «Micoplasma agalactiae» (Agalassia contagiosa).
Bażi legali:
— |
L.P. 28 marzo 2003, n. 4 «Legge provinciale in materia di agricoltura». Capo IX «Eventi calamitosi»; articolo 52 «Altri eventi naturali», |
— |
Del. n. 2362 del 15 ottobre 2010, Direttive per l’attuazione del Piano di controllo finalizzato all’eradicazione della Agalassia contagiosa negli allevamenti colpiti da Agalassia, |
— |
Del. n. 1001 del 13 maggio 2011: «Disciplina relativa alla concessione degli indennizzi per i danni agli allevamenti colpiti da Agalassia contagiosa». |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,20 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 90 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-30 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati, trobbija ta' nagħaġ u mogħoż
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Provincia Autonoma di Trento |
Servizio Aziende agricole e territorio rurale |
Via G.B. Trener 3 |
38121 Trento TN |
ITALIA |
Indirizz tal-Internet:
— |
http://www.consiglio.provincia.tn.it/banche_dati/codice_provinciale/clex_ricerca_per_campi.it.asp |
— |
http://www.delibere.provincia.tn.it/ricerca_delibere.asp |
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33027 (11/XA)
Stati Membri: L-Olanda
Reġjun: Noord-Limburg
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Steun voor Eiwitrijk in het kader van Stimulering Agro-innovatie in Limburg 3 (SAIL 3)
Bażi legali: Subsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:
|
Ammont kumplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża: EUR 0,01 (f'miljuni) |
|
Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,01 (f'miljuni) |
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-24 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Provincie Limburg |
Postbus 5700 |
6202 MA Maastricht |
NEDERLAND |
Indirizz tal-Internet: http://www.limburg.nl/beleid/europa/kennisgevingen_staatssteun
Informazzjoni oħra: —
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/22 |
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2011/C 159/10
ORDINIJIET DWAR IR-REKWIŻITI B'RABTA MAL-ANGLO IRISH BANK CORPORATION LIMITED U L-IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY SKONT IT-TAQSIMA 50 TAL-CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT 2010
Fis-7 ta' April 2011, il-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (il-“Ministru”) ħareġ ordnijiet dwar ir-rekwiżiti (l-“Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti”) b'rabta sew mal-Anglo Irish Bank Corporation Limited (“Anglo”) sew mal-Irish Nationwide Building Society (“INBS”) skont it-taqsima 50 tal-Credit Institutions (Stabilisation) Act 2010 (l-“Att”):
1. |
li jeħtieġu lill-Anglo:
|
2. |
li jeħtieġu lill-INBS:
(flimkien, ir-“Rekwiżiti”); |
3. |
jiddikjara li l-impożizzjoni tar-Rekwiżiti hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-għanijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 (id-“Direttiva CIWUD”) u r-Regolamenti 2011 (ir-“Regolamenti 2011”) tal-Komunitajiet Ewropej (Riorganizzazzjoni u Stralċ tal-Istituzzjonijiet tal-Kreditu) u, skont dan, li r-Rekwiżiti għandhom ikollhom seħħ sħiħ skont id-Direttiva CIWUD, ir-Regolmenti 2011 u l-Att, inkluż, b'mod partikolari imma mhux limitati għal, it-taqsima 61 tal-Att; u |
4. |
jiddikjara li r-Rekwiżiti għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih. |
Skont it-Taqsima 63 tal-Att, il-persuni affettwati mill-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti jistgħu japplikaw mal-Qorti Għolja tal-Irlanda, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, Ireland, għall-awtorizzazzjoni biex jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju għal deċiżjoni skont l-Att relatat mal-Ordnijiet dwar ir-Rekwiżiti , fi żmien 14-il jum wara li tiġi nnotifikata d-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew wara li dik il-persuna ssir taf dwar id-deċiżjoni b'xi mod ieħor.
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/23 |
Avviż skont l-Artikolu 114, paragrafi 4, 5 u 6 tat-TFUE – L-Awtorizzazzjoni għaż-żamma jew l-introduzzjoni ta’ miżuri nazzjonali iktar stretti mid-dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 159/11
1. |
Fl-20 ta’ Jannar 2011, il-Gvern Federali Ġermaniż talab lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-permess biex iżomm id-dispożizzjonijiet eżistenti stipulati fil-liġi Ġermaniża għall-ħames elementi li ġejjin: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju kif ukoll għal sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli rilaxxati mill-materjal tal-ġugarelli, wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Anness II, Parti III, tad-Direttiva 2009/48/KE (1) (minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva”). |
2. |
L-Ordinanza Ġermaniża dwar l-Oġġetti għall-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung) tistipula rekwiżiti għal sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli. |
3. |
L-Ordinanza dwar l-Oġġetti tal-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung) titlob li għal sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli fil-ġugarelli magħmula minn gomma naturali jew sintetika li huma ddisinjati għal tfal taħt is-36 xahar u li huma maħsuba jew mistennija li jitqiegħdu fil-ħalq, l-ammont rilaxxat bħala riżultat ta’ migrazzjoni għandu jkun żgħir, tant li ma jkunx jidher f’analiżi fil-laboratorju. |
4. |
L-Ordinanza msemmija hawn fuq bħalissa teħtieġ li l-migrazzjoni ta’ sustanzi notrosamini u nitrosatabbli tkun inqas minn 0,01 mg/kg għan-nitrosammini u inqas minn 0,1 mg/kg għal sustanzi nitrosatabbli. |
5. |
Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli huma stipulati fl-Anness 4, punt 1.b, u l-Anness 10, punt 6, tal-Ordinanza dwar l-Oġġetti tal-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung), ippubblikata fit-23 ta' Diċembru 1997, u reċentement emendata mill-Ordinanza tas-6 ta' Marzu 2007. |
6. |
It-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Zweite Verordnung zum Geräte- und Produktsicherheitsgesetz (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug) (2. GPSGV)) tikkonċerna b’mod partikolari l-elementi li ġejjin: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju. Il-valuri tal-limitu għall-elementi msemmija hawn fuq li jinsabu fit-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug — 2. GPSGV) huma dawk stipulati fid-Direttiva 88/378/KEE (2). Il-bijodisponibilità massima ta’ kuljum hija 0,7 μg għaċ-ċomb, 0,1 μg għall-arseniku, 0,5 μg għall-merkurju, 25 μg għall-barju u 0,2 μg għall-antimonju. |
7. |
Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-elementi msemmija hawn fuq huma stipulati f’§ 2 tat-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug — 2. GPSGV), reċentement emendati mill-Ordinanza tas-6 ta’ Marzu 2007. |
8. |
Id-Direttiva tistipula regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, u dwar il-moviment liberu tagħhom fil-Komunità. Skont l-Artikolu 54, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma konformi ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Jannar 2011, u għandhom japplikawhom mill-20 ta’ Lulju 2011. Parti III tal-Anness II tad-Direttiva se tkun applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2013. |
9. |
Id-Direttiva tinkludi, fl-Anness II, parti III, punt 8, valuri speċifiċi għal sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli. Dawn is-sustanzi għandhom ikunu projbiti għall-użu fil-ġugarelli maħsuba għall-użu mit-tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħrajn li huma maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq, jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi tkun ekwivalenti għal 0,05 mg/kg jew ogħla minnha għan-nitrosammini u 1 mg/kg għas-sustanzi nitrosatabbli. |
10. |
Punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva jinkludi limiti speċifiċi ta’ migrazzjoni, għal bosta elementi, inkluż iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju. Jeżistu tliet limiti differenti ta’ migrazzjoni, marbuta mat-tip ta' materjal tal-ġugarell: xott, fraġli, materjal tal-ġugarell bħat-trab jew flessibbli, materjal tal-ġugarell likwidu jew li jwaħħal u materjal tal-ġugarell li jkun inbarax minn fuqu. Ma għandhomx jinqabżu l-limiti li ġejjin: 13,5, 3,4 u 160 mg/kg għaċ-ċomb, 3,8, 0,9 u 47 mg/kg għall-arseniku, 7,5, 1,9 u 94 mg/kg għall-merkurju, 4 500, 1 125 u 56 000 mg/kg għall-barju, u 45, 11,3 u 560 mg/kg għall-antimonju. |
11. |
Billi jmorru lil hinn f'termini ta' tqegħid fis-suq, id-dispożizzjonijiet attwali li huma inklużi fl-Ordinanzi tal-Ġermanja għaldaqstant huma aktar stretti mil-leġiżlazzjoni li se tkun applikabbli fil-livell tal-UE mill-20 ta' Lulju 2013. |
12. |
Il-Gvern Federali Ġermaniż jargumenta li ż-żamma tad-dispożizzjonijiet attwali hija meħtieġa sabiex tipproteġi s-saħħa tat-tfal, li jeħtieġu protezzjoni xierqa mill-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi perikolużi. |
13. |
Għal sustanzi nitrosammini u nitrosatabbli, il-Gvern Federali Ġermaniż jikkunsidra li l-limiti inklużi fid-Direttiva (0,05 mg/kg għan-nitrosammini u 1 mg/kg għal sustanzi nitrosatabbli) huma xierqa biss fir-rigward tal-bżieżaq. Il-bżieżaq jitqiegħdu fil-ħalq għal ħin qasir waqt l-infiħ, filwaqt li x-xenarju tal-kuntatt għal ġugarelli oħra magħmula minn gomma naturali jew sintetika ddisinjati għal tfal taħt is-36 xahar u li huma maħsuba jew mistennija jiddaħħlu fil-ħalq huwa itwal. Għaldaqstant l-espożizzjoni għan-nitrosammini fil-bżieżaq huwa inqas importanti. Għall-ġugarelli magħmula minn gomma naturali jew sintetika ddisinjati għal tfal taħt is-36 xahar u li huma maħsuba jew mistennija jitqiegħdu fil-ħalq, il-limiti għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ALARA (baxx daqs kemm jista' jkun miksub b’mod raġonevoli) sabiex jipprovdi livell xieraq ta’ sikurezza. Għaldaqstant, il-Gvern Federali Ġermaniż jikkunsidra li ż-żamma tal-limiti ta’ skoperta taħt iż-0,01 mg/kg għan-nitrosammini u ż-0,1 mg/kg għal sustanzi nitrosatabbli tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għat-tfal meta wieħed juża ġugarelli tal-gomma li huma maħsuba jew mistennija jiddaħlu fil-ħalq. |
14. |
Rigward ċerti elementi, l-Gvern Federali Ġermaniż jargumenta li l-limiti għaċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju kif stabbiliti fid-direttiva huma għoljin wisq u jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tat-tfal. L-awtoritajiet Ġermaniżi huma konxji li dawn il-limiti huma bbażati fuq id-dożi tollerabbli ta’ kuljum disponibbli stabbiliti mill-komunità xjentifika. Madankollu, l-użu ta’ dawn id-dożi tollerabbli ta' kuljum irriżulta f'żieda fil-limiti tal-elementi tqal imsemmija hawn fuq. Din iż-żieda hija kkunsidrata bħala żieda bla bżonn mill-Gvern Federali Ġermaniż. Għaċ-ċomb u l-arseniku, il-prinċipju ALARA biss jista' jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għat-tfal. Għall-merkurju, il-barju u l-antimonju l-Gvern Federali Ġermaniż jargumenta li l-limiti aktar baxxi inklużi fit-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug — 2. GPSGV) ikkunsidrati bħala prattiki tajbin tal-manifattura, għandhom jinżammu sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni għat-tfal. |
15. |
In-notifika preżenti se tiġi vvalutata fid-dawl tad-Direttiva 2009/48/KE u f’konformità mal-Artikolu 114 (4) tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex tapprova jew tirrifjuta l-miżuri notifikati, li matulhom għandha tivverifika li dawn ma jkunux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija għall-kummerċ u li ma joħolqux ostakli mhux meħtieġa u sproporzjonati għall-funzjonament tas-suq intern. |
16. |
Kwalunkwe kumment dwar in-notifika preżenti għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Kwalunkwe kumment imressaq wara dawn it-30 jum mhux se jiġi kkunsidrat. |
17. |
Aktar dettalji dwar in-notifika Ġermaniża jistgħu jinkisbu minn:
|
(1) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli, ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/26 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6168 – RBI/EFG Eurobank/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 159/12
1. |
Fl-20 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Raiffeisen Bank International AG (“RBI”, l-Awstrija) u EFG Eurobank Ergasias S.A. (“EFG”, il-Greċja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tas-sussidjarji rispettivi tagħhom Raiffeisenbank Polska S.A. (“RBPL”, il-Polonja), u Polbank EFG, (“Polbank”, il-Polonja), u jamalgamawhom, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6168 – RBI/EFG Eurobank/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).