ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.152.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
21 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 152/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 145, 14.5.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 152/02

Kawża C-400/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-istabbiliment ta’ żoni għall-bejgħ bl-imnut f’Cataluña — Restrizzjonijiet — Ġustifikazzjonijiet — Proporzjonalità)

2

2011/C 152/03

Kawża C-565/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 49 KE — Avukati — Obbligu li jiġu osservati t-tariffi massimi fir-rigward ta’ onorarji — Ostakolu għall-aċċess għas-suq — Assenza)

3

2011/C 152/04

Kawża C-96/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Anheuser-Busch, Inc. vs Budějovický Budvar, národní podnik, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(4) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali u figurattiva BUD — Oppożizzjoni — Indikazzjoni ta’ provenjenza ġeografika bud — Protezzjoni skont il-Ftehim ta’ Lisbona u t-trattati bilaterali li jorbtu żewġ Stati Membri — Użu fil-kummerċ — Sinjal li ma huwiex biss ta’ sinjifikat lokali)

3

2011/C 152/05

Kawża C-119/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 24 — Preklużjoni tal-projbizzjonijiet ġenerali kollha fuq komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati — Professjoni ta’ awditur — Projbizzjoni li jiġu ssoleċitati klijenti prospettivi)

4

2011/C 152/06

Kawża C-352/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — ThyssenKrupp Nirosta GmbH, li kienet ThyssenKrupp Nirosta AG, li kienet ThyssenKrupp Stainless AG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Komunitarju tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetenza tal-Kummissjoni — Prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ res judicata — Drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Trasferiment tar-responsabbiltà permezz ta’ dikjarazzjoni — Preskrizzjoni — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)

4

2011/C 152/07

Kawża C-369/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp., ISD Polska sp. z o.o. (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni tal- inkompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni — Ordni għall-irkupru tal-għajnuna — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Determinazzjoni tan-natura xierqa tar-rata tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna)

5

2011/C 152/08

Kawża C-407/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa)

5

2011/C 152/09

Kawża C-424/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Christina Ioanni Toki vs Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton (Direttiva 89/48/KEE — Subparagrafi (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla — Inġinier ambjentali — Attività meqjusa bħala attività professjonali regolata — Mekkaniżmu għar-rikonoxximent applikabbli — Kunċett ta’ esperjenza professionali)

6

2011/C 152/10

Kawża C-435/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Kriterji ta’ għażla — Determinazzjoni tal-limiti — Daqs tal-proġett)

6

2011/C 152/11

Kawża C-450/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln (Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni tad-dħul mill-kiri ta’ beni immobbli — Possibbiltà ta’ tnaqqis tar-renta mħallsa lil xi qarib fil-kuntest ta’ wirt antiċipat — Kundizzjoni li wieħed ikun kompletament taxxabbli fl-Istat Membru inkwistjoni)

7

2011/C 152/12

Kawża C-546/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Aurubis Balgaria AD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, li kien Nachalnik na Mitnitsa Sofia (Kodiċi Doganali — Dazji doganali — Dejn doganali fuq l-importazzjoni — Interessi moratorji — Perijodu ta’ ġbir tal-interessi moratorji — Interessi kumpensatorji)

7

2011/C 152/13

Kawża C-552/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark Komunitarja figurattiva TiMi KiNDERJOGHURT — Trade mark verbali preċedenti KINDER — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 52(1)(a) — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali — Grupp ta’ trade marks)

8

2011/C 152/14

Kawża C-50/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġiż — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)

8

2011/C 152/15

Kawża C-365/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kontroll tat-tniġġis — Valuri limitu għall-konċentrazzjnijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti)

9

2011/C 152/16

Kawża C-375/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/36/KE — Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2011/C 152/17

Kawża C-53/11: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ Novembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-137/09, Nike International vs UASI — Muñoz Molina (R 10)

10

2011/C 152/18

Kawża C-78/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Frar 2011 — Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA) et

10

2011/C 152/19

Kawża C-87/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2011 minn Fidelio KG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-286/08 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

10

2011/C 152/20

Kawża C-89/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2011 minn E.ON Energie AG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-141/08, E.ON Energie AG vs Il-Kummissjoni

11

2011/C 152/21

Kawża C-96/11 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn August Storck KG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-13/09 — August Storck KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2011/C 152/22

Kawża C-114/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs U. Notermans-Boddenberg

13

2011/C 152/23

Kawża C-115/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny de Varsovie (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych, bureau I à Varsovie.

13

2011/C 152/24

Kawża C-116/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sąd Rejonowy Poznań (ir-Repubblika tal-Polonja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

14

2011/C 152/25

Kawża C-121/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fit-8 ta’ Marzu 2011 — Association sans but lucratif PRO-BRAINE (A.S.B.L.), Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere vs Commune de Braine-le-Château

14

2011/C 152/26

Kawża C-126/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-10 ta’ Marzu 2011 — INNO NV vs Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA

15

2011/C 152/27

Kawża C-127/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2011 — Aldegonda van den Booren vs Rijksdienst voor Pensioenen

15

2011/C 152/28

Kawża C-140/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Demba Ngagne

16

2011/C 152/29

Kawża C-141/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Karl Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB

16

2011/C 152/30

Kawża C-144/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Mestre (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Asad Abdallah

17

2011/C 152/31

Kawża C-147/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Lucja Czop

17

2011/C 152/32

Kawża C-148/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Margita Punakova

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 152/33

Kawża T-84/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ April 2011 — Intesa Sanpaolo vs UASI — MIP Metro (COMIT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMIT — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Comet — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)

19

2011/C 152/34

Kawża T-12/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2011 — Gruber vs UASI (Run the globe) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Run the globe — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

19

2011/C 152/35

Kawża T-239/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2011– Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rifjut ta’ istituzzjoni li tiftaħ investigazzjoni — Proċedura prekontenzjuża — Rikors għad-danni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

19

2011/C 152/36

Kawża T-392/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Dannu finanzjarju — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Urġenza — Bilanċ ta’ interessi — Sospensjoni parzjali u kundizzjonali)

20

2011/C 152/37

Kawża T-15/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2011 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni et (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza — Rikors parzjalment inammissibbli — Nuqqas ta’ rabta kawżali — Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt — Artikoli 111 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

20

2011/C 152/38

Kawża T-36/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Internationaler Hilsfonds vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 — Risposta għal applikazzjoni inizjali — Terminu tar-rikors — Inammissibbiltà manifesta — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Interess ġuridiku — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2011/C 152/39

Kawża T-71/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Direttiva 91/414/KEE — Deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 — Talba oħra għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

21

2011/C 152/40

Kawża T-484/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri proviżżorji — Għajnuna mill-Istat — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favurihom — Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

22

2011/C 152/41

Kawża T-486/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri proviżżorji — Għajnuna mill-Istat — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favurihom — Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

22

2011/C 152/42

Kawża T-490/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Endesa u Endesa Generación vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri proviżżorji — Għajnuna mill-Istat — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favurihom — Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

23

2011/C 152/43

Kawża T-135/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2011 — Clorox vs UASI — Industrias Alen (CLORALEX)

23

2011/C 152/44

Kawża T-143/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2011 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — Fédération française de rugby (Emblema bid-disinn ta’ serduk)

24

2011/C 152/45

Kawża T-164/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2011 — Reddig vs UASI– Morleys (Shape of knife handles)

25

2011/C 152/46

Kawża T-165/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI (COLLEGE)

25

2011/C 152/47

Kawża T-176/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — Carbunión vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2011/C 152/48

Kawża T-179/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Seven (SEVEN SUMMITS)

27

2011/C 152/49

Kawża T-180/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVAS LIVE WITH CHIVALRY)

27

2011/C 152/50

Kawża T-181/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (LIVE WITH CHIVALRY)

28

2011/C 152/51

Kawża T-182/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Dacoury-Tabley vs Il-Kunsill

29

2011/C 152/52

Kawża T-187/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 — Trabelsi et vs Il-Kunsill

29

2011/C 152/53

Kawża T-189/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2011 — Yordanov vs UASI — Distribuidora comercial del frio (DISCO DESIGNER)

30

2011/C 152/54

Kawża T-192/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Seka Yapo et vs Il-Kunsill

30

2011/C 152/55

Kawża T-193/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Ahoua-N’Guetta et vs Il-Kunsill

31

2011/C 152/56

Kawża T-194/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Bro Grébé vs Il-Kunsill

31

2011/C 152/57

Kawża T-213/11 P(I): Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2011 mill-Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-BEI et mid-digriet mogħti fis-17 ta’ Marzu 2011 mill-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-95/10, Bömcke vs BEI

31

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 152/58

Kawża F-7/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2011 — AX vs Il-BĊE

33

2011/C 152/59

Kawża F-9/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 — Sabbag Afota vs Il-Kunsill

33

2011/C 152/60

Kawża F-24/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2011 — Nicolas Katrakasas vs Il-Kummissjoni

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


2011/C 152/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 145, 14.5.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 139, 7.5.2011

ĠU C 130, 30.4.2011

ĠU C 120, 16.4.2011

ĠU C 113, 9.4.2011

ĠU C 103, 2.4.2011

ĠU C 95, 26.3.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-400/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 43 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-istabbiliment ta’ żoni għall-bejgħ bl-imnut f’Cataluña - Restrizzjonijiet - Ġustifikazzjonijiet - Proporzjonalità)

2011/C 152/02

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u R. Vidal Puig, aġenti, C. Fernández Vicién u A. Pereda Miquel, avukati)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg u R. Holdgaard, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 43 KE — Restrizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ żoni għall-bejgħ bl-imnut — Liċenzji

Dispożittiv

(1)

Ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 43 KE billi adotta u/jew żamm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet segwenti:

l-Artikolu 4(1) tal-Liġi 18/2005, dwar il-faċilitajiet għall-bejgħ bl-imnut (Ley 18/2005 de equipamientos comerciales), tas-27 ta’ Diċembru 2005, sa fejn huwa jipprekludi t-twaqqif ta’ stabbilimenti kbar għall-bejgħ bl-imnut barra miż-żoni urbani kkonsolidati ta’ numru limitat ta’ muniċipalitajiet;

l-Artikoli 7 u 10(2) kif ukoll l-anness tad-Digriet 379/2006, li japprova l-pjan territorjali settorjali ġdid għall-faċilitajiet għall-bejgħ bl-imnut (Decreto 379/2006 por el que se aprueba el Plan territorial sectorial de equipamientos comerciales), tal-10 ta’ Ottubru 2006, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet li jillimitaw it-twaqqif ta’ ipermarkits ġodda f’numru mnaqqas ta’ distretti u jimponu li ipermarkits ġodda bħal dawn ma jassorbux iktar minn 9 % tal-ispejjeż f’prodotti ta’ użu ta’ kuljum u ta’ 7 % tal-ispejjeż f’prodotti li ma humiex ta’ użu ta’ kuljum;

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Liġi 7/1996, li tirregola l-kummerċ bl-imnut (Ley 7/1996, de ordenación del comercio minorista), tal-15 ta’ Jannar 1996, l-Artikolu 8 tal-Liġi 18/2005, dwar il-faċilitajiet għall-bejgħ bl-imnut, tas-27 ta’ Diċembru 2005, u l-Artikoli 31(4), u 33(2) tad-Digriet 378/2006, li jimplementa l-Liġi Nru 18/2005 (Decreto 378/2006 por el que se desarolla la Ley 18/2005), tal-10 ta’ Ottubru 2006, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ limiti għal dak li jirrigwarda s-sehem mis-suq u l-effett fuq il-kummerċ bl-imnut diġà eżistenti minn meta huwa impossibbli li jinfetħu stabbilimenti kbar għall-bejgħ bl-imnut u/jew stabbilimenti ġodda medji għall-bejgħ bl-imnut, u

l-Artikolu 26 tad-Digriet Nru 378/2006, li jimplementa l-Liġi Nru 18/2005, tal-10 ta’ Ottubru 2006, sa fejn jirregola l-kompożizzjoni tal-Comisión de Equipamientos Comerciales (Kumitat tal-Faċilitajiet għall-Bejgħ bl-Imnut) billi jiżgura r-rappreżentanza tal-interessi tal-kummerċ bl-imnut diġà eżistenti u billi ma pprovdix għar-rappreżentanza tal-assoċjazzjonijiet attivi fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-gruppi ta’ interess li jaħdmu għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

(2)

Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan jirrigwarda l-kompatibbiltà mal-Artikolu 43 KE tal-Artikolu 33(5) u (7) tad-Digriet 378/2006, li jimplementa l-Liġi Nru 18/2005, tal-10 ta’ Ottubru 2006.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tad-Danimarka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-565/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 49 KE - Avukati - Obbligu li jiġu osservati t-tariffi massimi fir-rigward ta’ onorarji - Ostakolu għall-aċċess għas-suq - Assenza)

2011/C 152/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u L. Prete, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, G. Palmieri u W. Ferrante, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 49 KE — Avukati — Obbligu ta’ osservanza ta’ tariffi massimi mandatorji fil-qasam tal-onorarji

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Anheuser-Busch, Inc. vs Budějovický Budvar, národní podnik, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-96/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(4) - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali u figurattiva BUD - Oppożizzjoni - Indikazzjoni ta’ provenjenza ġeografika “bud” - Protezzjoni skont il-Ftehim ta’ Lisbona u t-trattati bilaterali li jorbtu żewġ Stati Membri - Użu fil-kummerċ - Sinjal li ma huwiex biss ta’ sinjifikat lokali)

2011/C 152/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anheuser-Busch, Inc. (rappreżentanti: V. von Bomhard u B. Goebel, avukati)

Appellati: Budějovický Budvar, národní podnik (rappreżentanti: F. Fajgenbaum, T. Lachacinski, C. Petsch u S. Sculy-Logotheti, avukati), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008, Budějovický Budvar vs UASI (Kawżi magħquda T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjonijiet R 234/2005-2, R 241/2005-2, R 802/2004-2 u R-305/2005-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) li ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li rrifjutaw l-oppożizzjoni mressqa minn Budějovický Budvar, národní podnik kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BUD” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — Ksur tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tas-16 ta’ Diċembru 2008, Budějovický Budvar vs UASI — Anheuser-Busch (BUD) (T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06) hija annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali, rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 422/2004, tad-19 ta’ Frar 2004, ikkkunsidrat b’mod żbaljat, l-ewwel nett, li s-sinjifikat tas-sinjal inkwistjoni, li ma jistax ikun biss lokali, għandu jkun esklużivament evalwat skont il-portata tat-territorju ta’ protezzjoni ta’ dan is-sinjal, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu tiegħu f’dan it-territorju, sussegwentement, li t-territorju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-użu tal-imsemmi sinjal ma huwiex neċessarjament it-territorju ta’ protezzjoni ta’ dawn tal-aħħar, u, fl-aħħar nett, li l-użu tal-istess sinjal ma għandux neċessarjament iseħħ qabel id-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Il-Kawżi magħquda T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

l-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-119/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 24 - Preklużjoni tal-projbizzjonijiet ġenerali kollha fuq komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati - Professjoni ta’ awditur - Projbizzjoni li jiġu ssoleċitati klijenti prospettivi)

2011/C 152/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société fiduciaire nationale d’expertise comptable

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) u, speċifikament, l-Artikolu 24 tagħha dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati — Prattiki kummerċjali ta’ ssoleċitar ta’ klijenti prospettivi — Preklużjoni, fir-rigward tal-professjonijet irregolati mid-direttiva, ta’ kull projbizzjoni ġenerali, tkun xi tkun il-forma ta’ prattika kummerċjali kkonċernata, jew possibbiltà, għall-Istati Membri, li jżommu l-projbizzjonijiet ġenerali għal ċerti prattiki kummerċjali bħal dik ta’ ssoleċitar ta’ klijenti prospettivi?

Dispożittiv

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern għandu jkun interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi totalment lill-membri ta’ professjoni rregolata, bħalma hija l-professjoni ta’ awditur, milli jwettqu atti li jiġu ssoleċitati klijenti prospettivi.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — ThyssenKrupp Nirosta GmbH, li kienet ThyssenKrupp Nirosta AG, li kienet ThyssenKrupp Stainless AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-352/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ res judicata - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Trasferiment tar-responsabbiltà permezz ta’ dikjarazzjoni - Preskrizzjoni - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)

2011/C 152/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp Nirosta GmbH, li kienet ThyssenKrupp Nirosta AG, li kienet ThyssenKrupp Stainless AG (rappreżentanti: M. Klusmann, Rechtsanwalt u S. Thomas, Universitätsprofessor)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2009, ThyssenKrupp Stainless vs Il-Kummissjoni (T-24/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 KEFA, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni — Akkordju fuq is-suq tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara li skada t-Trattat KEFA, bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) — Ksur tal-prinċipji tal-legalità tal-pieni u tar-res judicata, kif ukoll tal-Artikoli 5, 7(1) u 83 KE — Ksur tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-preskrizzjoni tal-proċeduri

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

ThyssenKrupp Nirosta GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp., ISD Polska sp. z o.o. (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-369/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Konstatazzjoni tal- inkompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni - Ordni għall-irkupru tal-għajnuna - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Determinazzjoni tan-natura ‘xierqa’ tar-rata tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna)

2011/C 152/07

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp., ISD Polska sp. z o.o. (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) (rappreżentanti: C. Rapin u E. Van den Haute, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009, ISD Polska et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-273/06 u T-297/06), li permezz tagħha il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C-20/04 favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU L 366, p. 1), sa fejn tiddikjara ċerta għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lir-Repubblika tal-Polonja tipproċedi għall-irkupru tagħhom — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti Komunitarji — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Determinazzjoni tan-natura “xierqa” tar-rata ta’ interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

ISD Polska sp. z o.o. u Industrial Union of Donbass Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-407/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sanzjonijiet pekunjarji - Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa)

2011/C 152/08

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u N. Dafniou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża C-26/07 — Nuqqas milli tadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7 p. 65) — Talba għall-iffissar ta’ pagamenti ta’ penalità.

Dispożittiv

(1)

Billi ma addotatatx, fid-data li fiha skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa fit-23 ta’ Settembru 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, taħt l-Artikolu 228 KE, il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-26/07), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) KE.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljun.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Christina Ioanni Toki vs Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

(Kawża C-424/09) (1)

(Direttiva 89/48/KEE - Subparagrafi (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla - Inġinier ambjentali - Attività meqjusa bħala attività professjonali regolata - Mekkaniżmu għar-rikonoxximent applikabbli - Kunċett ta’ ‘esperjenza professionali’)

2011/C 152/09

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christina Ioanni Toki

Konvenut: Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1998, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/48/KEE u 92/51/KEE dwar is-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u d-Direttivi tal-Kunsill 77/452/KEE, 77/453/KEE, 78/686/KEE, 78/687/KEE, 78/1026/KEE, 78/1027/KEE, 80/154/KEE, 80/155/KEE, 85/384/KEE, 85/432/KEE, 85/433/KEE u 93/16/KEE li jikkonċernaw il-professjonijiet tal-infermier responsabbli mill-kura ġenerali, tad-dentist, tal-kirurgu veterinarju, tal-qabla, tal-arkitett, tal-farmaċista u tat-tabib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 138) — Aċċess għal professjoni rregolata jew eżerċitata fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk nazzjonali — Professjoni ta’ inġinier ambjentali — Kunċett ta’ “esperjenza professjonali”

Dispożittiv

(1)

Is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu għar-rikonoxximent li jipprovdi huwa applikabbli meta, fl-Istat Membru tal-oriġini, il-professjoni inkwistjoni taqa’ taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(d) tal-istess direttiva, indipendentement mill-kwistjoni jekk il-persuna kkonċernata hijiex membru sħiħ jew le tal-assoċjazzjoni jew l-organizzazzjoni kkonċernata.

(2)

Sabiex tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finjiet tas-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48, kif emendata bid-Direttiva 2001/19, l-esperjenza professjonali li tinvoka persuna li tagħmel talba sabiex tiġi awtorizzata twettaq professjoni regolata fl-Istat Membru ospitanti għandha tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

l-esperjenza invokata għandha tikkonsisti f’xogħol full-time matul għall-inqas sentejn tul l-għaxar snin preċedenti;

dan ix-xogħol għandu jkun ikkonsista fit-twettiq b’mod kostanti u regolari ta’ numru ta’ attivitajiet professjonali li jikkaratterizzaw il-professjoni kkonċernata fl-Istat Membru tal-oriġini, mingħajr ma huwa neċessarju li dan ix-xogħol ikun kopra t-totalità ta’ dawn l-attivitajiet, u

il-professjoni, kif titwettaq normalment fl-Istat Membru tal-oriġini, għandha tkun ekwivalenti, għal dak li jirrigwarda l-attivitajiet li tkopri, għall-professjoni li tkun intalbet awtorizzazzjoni għat-twettiq tagħha fl-Istat Membru ospitanti.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-435/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Kriterji ta’ għażla - Determinazzjoni tal-limiti - Daqs tal-proġett)

2011/C 152/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, J.-B. Laignelot u C. ten Dam, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KEE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) — Artikolu 4(2) u (3) flimkien mal-Annessi II u III (Komunità Fjamming), Artikolu 4(1) flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I, u l-Artikolu 7(1)(b) (Reġjun Vallon) u Artikolu 4(2) u (3), flimkien mal-Annessi II u III (Reġjun Brussell-Kapitali) — Limiti u kriterji

Dispożittiv

(1)

Peress illi ma ġewx adottati l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni korretta jew kompleta:

fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Fjamming, tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, moqri flimkien mal-Annessi II u III ta’ din id-direttiva;

fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Vallon, tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, u,

fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tal-Artikolu 4(2) u (3), moqri flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Anness III tagħha fih nnifsu,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln

(Kawża C-450/09) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tad-dħul mill-kiri ta’ beni immobbli - Possibbiltà ta’ tnaqqis tar-renta mħallsa lil xi qarib fil-kuntest ta’ wirt antiċipat - Kundizzjoni li wieħed ikun kompletament taxxabbli fl-Istat Membru inkwistjoni)

2011/C 152/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ulrich Schröder

Konvenut: Finanzamt Hameln

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nierdersächsisches Finanzgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 56 KE — Taxxa fuq dħul mill-kiri ta’ proprjetà immobbli — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ħlasijiet tal-kera li saru lil ex proprjetarju ta’ dawn il-beni fil-kuntest ta’ wirt antiċipat għall-kundizzjoni li jkun kompletament taxxabbli.

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġu interpretat li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tippermetti lill-persuna taxxabbli residenti li tnaqqas ir-renti, imħallsa lil xi qarib li jkun ittrasferixxa lil din il-persuna beni immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat, mid-dħul li jirriżulta mill-kiri ta’ dawn il-beni, ma tagħtix tali dritt għal tnaqqis lill-persuna taxxabbli mhux residenti, sakemm l-obbligu li jitħallsu dawn ir-renti jirriżulta mit-trasferiment ta’ tali beni.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Aurubis Balgaria AD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, li kien Nachalnik na Mitnitsa Sofia

(Kawża C-546/09) (1)

(Kodiċi Doganali - Dazji doganali - Dejn doganali fuq l-importazzjoni - Interessi moratorji - Perijodu ta’ ġbir tal-interessi moratorji - Interessi kumpensatorji)

2011/C 152/12

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurubis Balgaria AD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, li kien Nachalnik na Mitnitsa Sofia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven Administrativen Sad — Interpretazzjoni tal-Artikoli 214(3), 222(1)(a) u 232(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Applikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ interessi moratorji fuq l-ammont tad-dazji doganali addizzjonali dovut għall-perijodu wara d-dħul fil-kontijiet inizjali tad-dazji doganali — Applikazzjoni ta’ interessi kumpensatorji għall-perijodu bejn id-data tad-dikjarazzjoni doganali u d-dħul fil-kontijiet ulterjuri tal-ammont dovut — Possibbiltà ta’ żieda, mad-dħul fil-kontijiet ulterjuri tad-dazji doganali, ekwivalenti għall-ammont ta’ interessi moratorji kkalkulati mid-data tat-tnissil tad-dejn sa dik tad-dħul fil-kontijiet ulterjuri

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 232(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-interessi moratorji relatati mal-ammont tad-dazji doganali li jkunu għadhom iridu jiġu rkuprati jistgħu jinġabru, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, biss għall-perijodu sussegwenti għall-iskadenza tat-terminu għall-ħlas ta’ dan l-ammont.

(2)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007, l-Artikolu 214(3) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, jimponu fuq id-debitur tad-dejn doganali interessi kumpensatorji għall-perijodu bejn id-data tad-dikjarazzjoni doganali inizjali u d-data tad-dħul fil-kontijiet sussegwenti tiegħu.

(3)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-legalità tar-reati u tal-pieni jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw fir-rigward ta’ ksur doganali sanzjoni li ma hijiex espressament prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

(Kawża C-552/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja figurattiva TiMi KiNDERJOGHURT - Trade mark verbali preċedenti KINDER - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 52(1)(a) - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali - Grupp ta’ trade marks)

2011/C 152/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ferrero SpA (rappreżentant: C. Gielen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2009, Ferrero SpA vs UASI — Tirol Milch (T-140/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni R 682/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Jannar 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali “TiMi KINDERJOGHURT”, għal prodotti fil-klassi 29, fil-kuntest tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata mill-appellanti.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ferrero SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-50/10) (1)

(Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġiż - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)

2011/C 152/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Russo, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Installazzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq emissjonijiet fl-arja, l-ilma u l-ħamrija u fuq it-tniġġiż — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti.

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa b’mod konformi mal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid il-kundizzjonijiet u, fejn meħtieġ, jaġġornawhom, sabiex l-installazzjonijiet eżistenti kollha fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2008/1/KE joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) tal-imsemmija direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-365/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjnijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti)

2011/C 152/15

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Kukovec, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [arja ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex il-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti.

Dispożittiv

(1)

Billi qabżet, għas-snin 2005 sa 2007, il-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet annwali u ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti].

(2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-375/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/36/KE - Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2011/C 152/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17)

Dispożittiv

(1)

Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/10


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ Novembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-137/09, Nike International vs UASI — Muñoz Molina (R 10)

(Kawża C-53/11)

2011/C 152/17

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Nike International Ltd. u Aurelio Muñoz Molina

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tagħti deċiżjoni dwar il-mertu, tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.   Ksur tar-Regola 49 tar-Regolament ta’ implementazzjoni  (1) u tal-Artikolu 59 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja  (2)

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq ir-Regola 49(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni flimkien mal-Artikolu 59 attwali tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. Madankollu, is-sentenza appellata ma tirreferi fl-ebda mument la għar-Regola 49(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, u lanqas għall-Artikolu 59 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitaja, u ma tgħid xejn dwar l-applikazzjoni tagħhom f’dan il-każ. L-UASI jikkunsidra li dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni.

2.   Ksur tal-linji gwida tal-UASI u tar-Regola 49(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni

L-UASI jqis li l-linji gwida tiegħu ma japplikawx f’dan il-każ. Madankollu, is-sentenza appellata tikkonferma f’żewġ okkażjonijiet li l-Bordijiet tal-Appell għandhom l-obbligu li japplikaw il-linji gwida tal-UASI. Fil-fehma tal-UASI, dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Frar 2011 — Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA) et

(Kawża C-78/11)

2011/C 152/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

Konvenuti: Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Trabajadores del Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT y Federación del Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi interrott il-perijodu ta’ leave sabiex wieħed ikun jista’ igawdi l-leave kollu — jew il-leave li jifdal — f’data sussegwenti fil-każ li jkun hemm diżabbiltà temporanja matul il-perijodu tal-leave imsemmi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/10


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2011 minn Fidelio KG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-286/08 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-87/11 P)

2011/C 152/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fidelio KG (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-286/08;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-reġistrazzjoni tas-sinjal “Hallux” għal “prodotti ortopediċi” u “żraben” hija milquta mir-raġuni assoluta għal rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94. Ir-rikorrenti ma tistax tifhem għaliex, b’mod kuntrarju għall-kunsiderazzjonijiet tagħha, il-Qorti Ġenerali ssegwi l-argumentazzjoni tal-UASI u tikkunsidra li “hallux”, l-espressjoni bil-Latin għas-saba’ l-kbir tas-sieq, hija t-taqsira abitwali ta’ “hallux valgus”, patologija tas-saba’ l-kbir tas-sieq. Dan l-approċċ tal-Qorti Ġenerali jinjora l-importanza tal-prinċipju tal-eżami ex officio u jikser barra minn hekk l-obbligu ta’ motivazzjoni.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali għamlet determinazzjoni żbaljata tal-prodotti u tal-kategoriji ta’ prodotti. Peress li l-kunċett “prodotti ortopediċi” huwa wisq wiesa’ u huwa suffiċjenti li r-raġuni assoluta għal rifjut ta’ reġistrazzjoni tapplika għal parti mill-prodotti, l-UASI għandha l-possibbiltà li tikkunsidra kemm trid bħala tipi ta’ prodotti sabiex tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ tip ta’ prodotti partikolari. Dan ma tteħidx inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali.

Fir-rigward taż-żraben, il-Qorti Ġenerali telqet b’mod żbaljat mill-prinċipju tal-eżistenza ta’ kategorija ta’ żraben “żraben ta’ konfort”. Madankollu, fir-realtà ma hemm ebda differenza bejn iż-żraben inġenerali u ż-żraben imsejħa ta’ konfort.

Barra minn hekk, fid-determinazzjoni tal-pubbliku kkonċernat għall-“prodotti ortopediċi” u għaż-“żraben” rispettivament, il-Qorti Ġenerali segwiet kunsiderazzjonijiet irrilevanti. Skont ir-rikorrenti, f’dan ir-rigward, wieħed għandu jibbaża ruħu fuq il-konsumatur medju. Dan tal-aħħar, madankollu, ma għandux għarfien la tal-Latin u lanqas tal-patoloġija tas-sieq hallux valgus. Għalhekk, it-trade mark “Hallux” ma tistax tiġi mifhuma bħala waħda deskrittiva.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta naqset milli teżamina s-sinjal “Hallux” fid-dawl tal-imsemmija dispożizzjoni.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2011 minn E.ON Energie AG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-141/08, E.ON Energie AG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-89/11 P)

2011/C 152/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: E.ON Energie AG (rappreżentanti: A. Röhling, F. Dietrich u R. Pfromm, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 377 finali, innotifikata lill-appellanti fis-6 ta’ Frar 2008, fil-Każ COMP/B-1/39.326;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq sa fejn (a) l-appellanti hija kkundannata għall-ħlas ta’ multa, u (b) l-appellanti hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż, u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza;

iktar sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali, billi titlob l-annullament tagħha u li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 377 finali, tat-30 ta’ Jannar 2008, fil-Każ COMP/B-1/39.326 għandha tiġi annullata. Is-sentenza kkonfermat deċiżjoni tal-konvenuta li imponiet multa, fejn ġie allegat li l-appellanti kisret siġill magħmul minn rappreżentanti tal-konvenuta skont l-Artikolu 20(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u għalhekk “tal-inqas b’negliġenza” kisret l-Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament Nru 1/2003. Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji:

(1)

L-ewwel nett, l-appellanti tissottometti li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-oneru tal-prova hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi u għalhekk tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u tal-prinċipju ta’ teħid ta’ deċiżjoni tad-dritt Komunitarju in dubio pro reo. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra l-fatt li l-prova fl-għamla (inkontestata) tas-siġill magħmul fuq ix-Shelf Life tagħha ma kinitx tikkostitwixxi prova “suffiċjentement sinjifikattiva” sabiex turi l-eżistenza ta’ ksur.

(2)

Bit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi wettqet żball ta’ karatterizzazzjoni. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-qlib tal-oneru tal-prova, il-kriterju, stabbilit minnha qabel, tal-“eżami” tal-piż probatorju tas-siġill fid-dawl tar-rekwiżit sussegwenti, ikkunsidrat fil-kuntest tal-iżball ta’ karatterizzazzjoni, ta’ “rabta kawżali” diretta bejn iż-żmien tas-siġill u l-ħolqien ta’ riżultat pożittiv falz.

(3)

Bit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-provi u għalhekk ksur tal-prinċipji ta’ loġika, tal-prinċipju ġenerali ta’ stat tad-dritt u ksur ieħor tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. F’dan ir-rigward, l-appellanti tissottometti b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali qiegħda tevalwa l-prova tal-“att li jiddokumenta t-twettiq tas-siġill” billi tippreżumi li din se tipprovdi prova suffiċjenti tat-twettiq korrett tas-siġill, spjegazzjoni li ma tistax tiġi dedotta minnha.

(4)

Bir-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tallega li hemm nuqqas ieħor ta’ motivazzjoni tas-sentenza marbut ma’ ksur tal-prinċipji ta’ loġika. B’riferiment għall-issiġillar ulterjuri fil-bini tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali, mill-funzjonament tas-siġill użat għal dan l-iskop, tasal ukoll għal deduzzjoni illoġika fir-rigward tal-funzjonament tas-siġill ikkontestat.

(5)

Bil-ħames aggravju tagħha, l-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli tal-produzzjoni tal-prova, il-prinċipji ta’ loġika u l-prinċipju in dubio pro reo. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li s-sottomissjoni tal-appellanti fir-rigward tal-kundizzjoni tal-ittri “VOID” fuq iċ-ċaċċis tal-bieb kienet irrilevanti u naqset milli tagħmel investigazzjoni, bi ksur tar-regoli tal-proċedura korretta tal-provi.

(6)

Bis-sitt aggravju tagħha, fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret ukoll ir-regoli tal-produzzjoni tal-prova u l-prinċipju legali ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kalkolu tal-multa. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt ta’ mitigazzjoni li l-konvenuta stess kienet il-kawża tas-sitwazzjoni, li sussegwentement ma setgħetx tiġi ċċarata, fil-jum tal-ispezzjoni. Barra minn hekk, fir-rigward tal-ambitu tal-effett tal-oġġetti protetti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikseb provi dwar il-kwistjoni essenzjali tal-ftuħ tal-bieb, li hija rilevanti għall-gravità tal-att u għalhekk għall-ammont tal-multa.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/12


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn August Storck KG mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-13/09 — August Storck KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-96/11 P)

2011/C 152/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: August Storck KG (rappreżentanti: T. Reher, P. Goldenbaum, I. Rohr, T. Melchert, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa fir-rikors fl-ewwel istanza u tiddeċiedi il-kawża b’mod definittiv, u sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fejn din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar iċ-ċaħda tal-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata.

L-appellanti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha:

I.   Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

(1)

Il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-aspetti differenti tal-kunċett tal-karattru distintiv, u għaldaqstant applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u għalhekk żbaljat meta rrifjutat li tirrikonoxxi li t-trade mark hija intrinsikament distintiva.

(2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, meta fid-dawl tal-ġurisprudenza, hija evalwat it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, bħala trade mark nieqsa minn elementi grafiċi jew verbali, minkejja li t-trade mark għandha element grafiku bassoriljiev. It-trade mark għandha tiġi evalwata skont il-prinċipji applikabbli għat-trade marks figurattivi.

(3)

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-fatt li l-forma ta’ prodott jista’ jkollha għanijiet oħra minbarra dak ta’ identifikazzjoni, bħall-estetika, u dawn bl-ebda mod ma jnaqqsu mill-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark ikkostitwit mill-forma tal-prodott.

(4)

Il-Qorti Ġenerali interpretat “mhux komuni” fis-sens ta’ “mhux użat” u għalhekk eskludiet il-possibbiltà li l-konsumatur fil-qasam tal-ħelu diġà kien mdorri b’dawn it-tip ta’ trade marks u li għalhekk dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala distintivi. Peress li għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-importanza tal-forma tal-prodott sabiex jiġu identifikati l-prodotti tas-suq rilevanti u konsegwentement applikat b’mod żbaljat il-kriterju għall-prova tal-karattru distintiv tat-trade marks komposti minn forma fil-qasam tal-ħelu, sa fejn tali trade marks huma komposti minn forom li jimitaw annimali u/jew kreaturi oħra ħajjin jew kombinazzjoni ta’ elementi ta’ ħlejjaq differenti ħajjin.

(5)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta wettqet kuntrast bejn minn naħa “disinn dekorattiv” u min-naħa l-oħra “perċezzjoni analitika”, filwaqt li naqset milli tirrikonoxxi li t-trade marks għandhom jiġu evalwati skont l-impressjoni globali tagħhom.

(6)

Il-konnessjoni fost dawn l-elementi żbaljati waslet lill-Qorti Ġenerali sabiex tiċħad il-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, minkejja l-fatt li applikazzjoni korretta tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja kellha twassal għal konklużjoni opposta.

II.   Ċaħda tad-dritt għal smigħ

(7)

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt għal smigħ tal-appellanti, billi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħha ma kkunsidratx numru ta’ argumenti mressqa minnha.

III.   Ksur tal-Artikolu 73(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (obbligu ta’ motivazzjoni)

(8)

Il-Qorti Ġenerali bbażat s-sentenza tagħha fuq l-allegazzjoni li ma kienx ntwera li s-suġġett tar-rappreżentazzjoni li tikkosttiwixxi t-trade mark kellu personalità distinta, anki jekk, skont il-prinċipju tal-investigazzjoni ex officio, kien għall-UASI li tipprova ddgħajjef l-personalità tat-trade mark billi tippreżenta rappreżentazzjonijiet paragunabbli li huma magħrufa fis-suq. Il-Qorti Ġenerali ma ttrattatx b’mod manifest l-allegazzjoni tal-appellanti u dan bi ksur tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.

(9)

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu tagħha li timmotiva b’mod loġiku id-deċiżjoni tagħha sa fejn ittrattat parti mill-allegazzjonijiet tal-appellanti iżda la kkunsidrathom u lanqas irreferiet għalihom fid-deċiżjoni tagħha.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs U. Notermans-Boddenberg

(Kawża C-114/11)

2011/C 152/22

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: U. Notermans-Boddenberg

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 39 KE (li sar l-Artikolu 45 TFUE) u l-Artikolu 8 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), is-sitwazzjoni li fiha Stat Membru jissuġġetta resident ta’ dan l-Istat Membru għal taxxa, fuq il-bażi tal-ewwel użu ta’ vettura fin-netwerk tat-toroq tat-territorju tiegħu, fil-każ meta:

din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor,

din il-vettura tagħmel parti mill-beni importati mir-resident matul il-bidla fir-residenza tiegħu, li żamm iċ-ċittadinanza tiegħu, meta telaq mill-Istat Membru l-ieħor, u

din il-vettura tintuża minn dan ir-resident, wara li l-bidla fir-residenza, bl-istess mod li kienet tintuża qabel il-bidla fir-residenza, jiġifieri għal finijiet privati iżda wkoll sabiex jivvjaġġa lejn il-post tax-xogħol fl-Istat Membru li r-resident kellu d-domiċilju tiegħu fih preċedentement,

hija sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju?


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny de Varsovie (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych, bureau I à Varsovie.

(Kawża C-115/11)

2011/C 152/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny de Varsovie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych, bureau I à Varsovie

Domandi preliminari

(1)

il-fatt li [p]ersuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — li dwarha l-Artikolu 14(2)(b) jiċċara li dan jirrigwarda persuna differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 14(2)(a)– taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Siġurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persui li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), ifisser li persuna impjegata permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol minn min iħaddem, fejn dan tal-aħħar huwa persuna waħda

a)

hija pparagunata ma’ tali persjuna jekk, minħabba n-natura tal-impjieg tagħha, hija impjegata attività f’diversi Stati Membri fl-istess waqt (simultanjament), inkluż għal perijodi relattivament qosra, u għaldaqstant, taqsam il-fruntiera ta’ spiss

u jfisser ukoll li din il-persuna impjegata

b)

huwa pparagunat ma’ tali persuna jekk, fil-kuntest ta’ kuntratt wieħed ta’ xogħol, jitqies li jwettaq xogħlu b’mod permanenti (normalment) f’diversi Stati Membri, inkluż fl-Istat fejn jirrisjedi jew f’diversi Stati Membri oħrajn li ma humiex l-Istat ta’ residenza tiegħu — sew jekk indipendentement mit-tul tal-perijodi suċċessivi li fihom iwettaq l-obbligi tiegħu f’kull wieħed mill-Istati Membri u mill-interruzzjonijiet bejniethom, sew jekk b’limitu ratione temporis?

(2)

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fil-pożittiv għall-każ ippreżentat fil-punt (b) hawn fuq, huwa possibbli li l-Artikolu 14(2)(b)(ii) tar-Regolament Nru 1408/71 jiġi applikat, meta l-obbligu li jirriżulta mill-kuntratt ta’ xogħol bejn il-ħaddiem u min iħaddem, fejn dan tal-aħħar huwa persuna waħda, għal xogħol li jrid jitwettaq, b’mod permanenti, f’diversi Stati Membri jinkludi t-twettiq ta’ obbligi fl-Istat ta’ residenza tal-ħaddiem, minkejja li din is-sitwazzjoni — ix-xogħol fl-Istat ta’ residenza — tidher eskluża fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ xogħol u, fil-każ ta’ risposta negattiva, huwa possibbli li jintuża l-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru 1408/71?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sąd Rejonowy Poznań (ir-Repubblika tal-Polonja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

(Kawża C-116/11)

2011/C 152/24

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań

Partijiet fil-kawża prinċipali

Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 (1) u (2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1 p. 191) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment” użat f’din id-dispożizzjoni għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma, li ma tiddependix fuq leġiżlazzjonijiet applikabbli fis-sistemi legali tal-Istati Membri differenti jew huwa r-responsabbiltà tad-dritt nazzjonali tal-Istat ta’ ftuħ sabiex jiddetermina f’liema mument iseħħ l-għeluq ta’ din il-proċedura?

(2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li jkollha quddiemha talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ma tista’ fl-ebda każ teżamina l-falliment tad-debitur li kontrih kawża prinċipali ta’ falliment ġiet miftuħa fi Stat Membru ieħor jew fis-sens li l-qorti nazzjonali tista’, f’xi każijiet, teżamina l-kwistjoni tal-eżistenza tal-falliment tad-debitur, speċjalment meta l-proċedura prinċipali hija proċedura ta’ protezzjoni fejn il-qorti sabet li d-debitur ma huwiex fallut (proċedura Franċiża għas-salvagwardja)?

(3)

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, kif interpretat, jippermetti li jinfetaħ proċediment sekondarju ta’ falliment — li n-natura tiegħu hija ddefinita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament — fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-propjetà kollha tad-debitur inkwistjoni, meta wieħed jikkunsidra li l-proċedura prinċipali, b’mod partikolari meta l-proċedura prinċipali, li tgawdi minn rikonoxximent awtomatiku, hija protettiva fin-natura tagħha (proċedura Franċiża għas-salvagwardja), li pjan ta’ rimbors kien ġie adottat u approvat fil-kuntest ta’ din il-proċedura, li dan il-pjan ikun implementat mid-debitur, u li l-imħallef ipprojbixxa kull trasferiment tal-beni tad-debitur?


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fit-8 ta’ Marzu 2011 — Association sans but lucratif PRO-BRAINE (A.S.B.L.), Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere vs Commune de Braine-le-Château

(Kawża C-121/11)

2011/C 152/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association sans but lucratif PRO-BRAINE (A.S.B.L.), Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere.

Konvenuta: Commune de Braine-le-Château.

Domanda preliminari

Id-deċiżjoni finali dwar it-tkomplija ta’ tħaddim ta’ landfill li għalih inħareġ permess jew li diġà jitħaddem fuq il-bażi tal-Artikolu 14,(b), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (1), tikkostitwixxi awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 4, p. 228

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 1, p. 248


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-10 ta’ Marzu 2011 — INNO NV vs Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA

(Kawża C-126/11)

2011/C 152/26

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INNO NV

Konvenuti: Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’mod partikolari l-Artikoli tagħha 1, 2(d), 3(1) u 5 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħall-ewwel u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 53(1) tal-liġi [Belġjana] tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni lill-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur, timpedixxi lill-kummerċjanti, fis-setturi koperti mill-Artikolu 52(1) ta’ din il-liġi milli jniedu, matul il-perijodu ta’ stennija mill-15 ta’ Novembru sat-2 ta’ Lulju inkluż u mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju inkluż, avviżi ta’ tnaqqis tal-prezzijiet u avviżi li jissuġġerixxu tnaqqis tal-prezzijiet, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ din il-liġi, kif ukoll milli jniedu, qabel ma jibda perijodu ta’ stennija, avviżi ta’ tnaqqis tal-prezzijiet jew avviżi li jissuġġerixxu tnaqqis tal-prezzijiet applikabbli matul dak il-perijodu ta’ stennija, anki jekk, minkejja l-għan doppju invokat mil-leġiżlatur nazzjonali, jiġifieri, minn naħa, li jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi u, min-naħa l-oħra li jiġu rregolati r-relazzjonijiet kompetittivi bejn il-kummerċjanti, il-miżura prevista jkollha fir-realtà bħala l-għan tagħha li tirregola dawk ir-relazzjonijiet u, fid-dawl tal-garanziji l-oħra pprovduti mil-liġi, ma tikkontribwixxix effettivament għall-protezzjoni tal-konsumaturi?


(1)  ĠU L 149, p.22


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2011 — Aldegonda van den Booren vs Rijksdienst voor Pensioenen

(Kawża C-127/11)

2011/C 152/27

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aldegonda van den Booren

Konvenut: Rijksdienst voor Pensioenen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 52(1) tal-koninklijk besluit van 21 december 1967 tot vaststelling van het algemeen reglement betreffende het rust- en overlevingspensioen voor werknemers (Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati), li jistabbilixxi li l-pensjoni tas-superstiti titnaqqas minħabba ż-żieda tal-pensjoni tax-xjuħija mogħtija taħt il-Wet van 31 mei 1956 inzake een algemene ouderdomsverzekering (Liġi tal-31 ta’ Mejju 1956 dwar il-pensjonijiet ġenerali tax-xjuħija) b’riżultat tal-implementazzjoni tat-trattament ugwali ta’ irġiel u nisa mil-Liġi tat-28 Marzu 1985, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mal-Artikolu 46a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità;

(2)

L-Artikolu 52(1) tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mal-Artikoli 10 u 39 sa 42 tat-Trattat tal-25 ta’ Marzu 1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jekk dik id-dispożizzjoni tiġi interpretata b’tali mod li pensjoni tax-xjuħija mogħtija taħt il-Wet van 31 mei 1956 inzake een algemene ouderdomsverzekering (Liġi tal-31 ta’ Mejju 1956 dwar il-pensjonijiet ġenerali tax-xjuħija) għandha tiġi kkunsidrata bħala inkluża fil-pensjonijiet ta’ rtirar jew benefiċċji ekwivalenti msemmija f’dik id-dispożizzjoni, u f’każ ta’ inkompatibbiltà, l-Artikolu 52(1) tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 dwar ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-iskema tal-pensjoni ta’ rtirar u tas-superstiti għall-impjegati ma għandux jiġi applikat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Demba Ngagne

(Kawża C-140/11)

2011/C 152/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Demba Ngagne

Domandi preliminari

(a)

L-Artikoli 7(1) u (4), 8(1), (3) u (4) u 15(1) tad-Direttiva 2008/115/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru huwa prekluż, bl-inverżjoni tal-prijoritajiet u tal-ordni proċedurali indikat f’dawn id-dispożizzjonijiet, milli jordna lil barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment li jħalli t-territorju nazzjonali meta ma jkunx possibbli li titwettaq it-tneħħija furzata, immedjata jew wara detenzjoni?

(b)

Konsegwentement, l-Artikolu 15(1), (4), (5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa prekluż milli jimponi bħala l-konsegwenza tan-nuqqas inġustifikat ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-barrani għar-ritorn volontarju, u għal din ir-raġuni biss, l-inkriminazzjoni ta’ dan in-nuqqas bħala reat u sanzjoni ta’ detenzjoni (priġunerija) kwantitattivament superjuri (sa għaxar darbiet) għad-detenzjoni diġà eżawrita jew oġġettivament impossibbli għall-finijiet ta’ tneħħija?

(ċ)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE, għandu jiġi interpretat, anki fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-istess direttiva u tal-oqsma tal-politika komuni stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 79 TFUE, fis-sens li huwa biżżejjed li l-Istat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-barrani għar-ritorn volontarju tiegħu bħala reat, sabiex id-direttiva ma tkunx applikabbli?

(d)

L-Artikoli 2(2)(b) u 15(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE, għandhom min-naħa l-oħra jiġu interpretati, anki fid-dawl tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fis-sens li dawn jipprekludu l-issuġġettar tal-barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment, li għalih ma huwiex oġġettivament possibbli jew ma għadhiex possibbli d-detenzjoni, għal numru dejjem jikber ta’ ordnijiet ta’ ritorn volontarju u ta’ restrizzjonijiet tal-libertà li jiddependu minn kundanni għal reati ta’ nuqqas ta’ ubbidjenza għal tali ordnijiet?

(e)

Finalment, anki fid-dawl tal-għaxar premessa, tal-ex Artikolu 23 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, tar-rakkomandazzjonijiet u tal-linji gwida invokati fil-preambolu tad-Direttiva 2008/115/KE u tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jista’ jiġi sostnut li l-Artikoli 7(l) u (4), 8(1), (3) u (4), 15(1), (4), (5) u (6), jikkonferixxu valur ta’ regola lill-prinċipji li jistabbilixxu li r-restrizzjoni tal-libertà għall-finijiet tar-ritorn għandha titqies bħala ta’ extrema ratio u li ebda miżura ta’ detenzjoni ma hija ġġustifikata jekk tkun relatata ma’ proċedura ta’ espulsjoni li għaliha ma teżisti ebda prospettiva raġonevoli ta’ ritorn?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Karl Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB

(Kawża C-141/11)

2011/C 152/29

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Karl Torsten Hörnfeldt

Konvenuta: Posten Meddelande AB

Domandi preliminari

Is-Södertörns tingsrätt titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrispondi d-domandi preliminari li ġejjin fuq l-interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali dwar il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba l-età u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1).

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, twassal għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tista’ tiġi ġġustifikata meta l-objettivi jew l-għanijiet tagħha ma jirriżultaw la mil-kuntest tal-adozzjoni tagħha u lanqas minn xi fattur ieħor?

(2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-età tal-irtirar li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, tapplika għal kulħadd u li, b’mod partikolari, b’ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni l-livell tal-pensjoni ta’ rtirar li ser tirċievi l-persuna kkonċernata, tmur lil hinn minn dak li huwa utli u xieraq sabiex jintlaħqu l-objettiv u l-għan imfittxa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Mestre (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Asad Abdallah

(Kawża C-144/11)

2011/C 152/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Mestre

Parti fil-kawża prinċipali

Asad Abdallah

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2008/115/KE (1) tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 10a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal-25 ta’ Lulju 1998, li tqis bħala reat, punibbli b’multa ta’ bejn EUR 5 000 u EUR 10 000, is-sempliċi dħul jew waqfa fit-territorju nazzjonali, bi ksur tal-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz?

(2)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ appikazzjoni tal-garanziji previsti mill-imsemmija direttiva l-espulsjoni ordnata bħala sanzjoni sostitutiva, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 16(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal-25 ta’ Lulju 1998, wara li jiġi kommess tip ta’ reat li jippenalizza s-sempliċi dħul jew waqfa fit-territroju nazzjonali, bħal dak previst fl-Artikolu 10a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal-25 ta’ Lulju 1998?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Lucja Czop

(Kawża C-147/11)

2011/C 152/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions

Konvenuta: Lucja Czop

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi fejn rikorrenti:

(a)

hija ċittadina tal-Polonja;

(b)

ġiet fir-Renju Unit qabel pajjiżha ssieħeb fl-UE;

(ċ)

stabbilixxiet ruħha bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE);

(d)

baqgħet hemm, u kompliet taħdem għal rasha, wara l-adeżjoni;

(e)

ma għadhiex taħdem għal rasha; u

(f)

għandha l-kura primarja ta’ minuri li ġie fir-Renju Unit u segwa l-edukazzjoni ġenerali wara l-adeżjoni u wara li ma baqgħetx stabbilita bħala persuna li taħdem għal rasha,

ir-rikorrenti għandha dritt tirrisjedi fir-Renju Unit abbażi tal-fatt li (individwalment jew kumulattivament):

(a)

japplika r-Regolamaent 1612/68 (1), flimkien mar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Baumbast u R vs Secretary of State for the Home Department (Kawża C-413/99) [2002] Ġabra p. I-7091, London Borough of Harrow vs Ibrahim (Kawża C-310/08) u Teixeira vs London Borough of Lambeth (Kawża C-480/08);

(b)

jeżisti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-UE li jekwivali l-pożizzjoni ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom;

(ċ)

ikun jimpedixxi jew jipprevjeni l-libertà tal-istabbiliment jekk l-applikanti ma kellhiex id-dritt li tirrisjedi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Margita Punakova

(Kawża C-148/11)

2011/C 152/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions

Konvenuta: Margita Punakova

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi meta l-attriċi:

(a)

hija ċittadina Ċeka;

(b)

daħlet fir-Renju Unit qabel l-adeżjoni tal-pajjiż tagħha mal-Unjoni Ewropea;

(c)

baqgħet hemm wara l-adeżjoni;

(d)

sussegwentement stabbilixxiet ruħha bħala persuna li taħdem għal rasha skont l-Artikolu 49 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 43 KE);

(e)

ma għadhiex taħdem għal rasha; u

(f)

hija l-persuna li għandha l-kustodja effettiva ta’ wild li daħal fis-sistema ta’ tagħlim ġenerali fiż-żmien meta hija kienet stabbilita bħala persuna li taħdem għal rasha,

għandha dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit:

(a)

abbażi tal-fatt li r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 (1) japplika, flimkien mar-raġunament li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat fis-sentenzi tas-17 ta’ Settembru 2002, Baumbast u R (C-413/99, Ġabra p. I-7091); tat-23 ta’ Frar 2010, Ibrahim (C-310/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u tat-23 ta’ Frar 2010, Teixeira (C-480/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra);

(b)

abbażi tal-fatt li jeżisti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jqiegħed fuq l-istess livell il-pożizzjoni tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom;

(c)

abbażi tal-fatt li kieku ma kellhiex id-dritt li tirrisjedi, dan jimpediha jew jiskoraġġiha milli teżerċita d-dritt għal-libertà ta’ stabbiliment jew

(d)

fuq xi bażi oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15.


Il-Qorti Ġenerali

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ April 2011 — Intesa Sanpaolo vs UASI — MIP Metro (COMIT)

(Kawża T-84/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMIT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Comet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)

2011/C 152/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH &Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase, J.-C. Plate u M. Berger, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Intesa Sanpoalo SpA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4) hija annullata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni ta’ Intesa Sanpaolo SpA relatata mal-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 16.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Intesa Sanpaolo.

(4)

MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2011 — Gruber vs UASI (Run the globe)

(Kawża T-12/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Run the globe - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 152/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Gruber (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kienle u M. Krinke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1779/2007-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Run the globe bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Alexander Gruber huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2011– Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/09 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rifjut ta’ istituzzjoni li tiftaħ investigazzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Rikors għad-danni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 152/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-146/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 193, 15.8.2009.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/09 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Dannu finanzjarju - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Urġenza - Bilanċ ta’ interessi - Sospensjoni parzjali u kundizzjonali)

2011/C 152/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Powell, solicitor, A. Sutton u G. Forwood, barristers, sussegwentement minn M. Powell u G. Forwood)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/39.396 — Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal intervent ta’. Jaroslav Červenka, Milan Hošek, Roman Murar, Adrián Vološin, Milan Kasanický u Peter Fratič hija miċħuda.

(2)

L-obbligu fuq ir-rikorrenti, 1. garantovaná a.s.,li tipprovdi favur il-Kummissjoni Ewropea garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/39.396 — Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar) huwa sospiż sakemm iseħħ l-ewwel miż-żewġ avvenimenti li ġejjin:

meta jimmatura s-self fit-tul fil-11 ta’ Lulju 2012;

id-deċiżjoni tas-sentenza li ttemm il-kawża prinċipali;

u bil-kundizzjoni li:

min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti ma tistax titrasferixxi, la direttament u lanqas indirettament, is-sehem tagħha fis-sussudjarja tagħha G1 Investment Ltd mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-President tal-Qorti Ġenerali l-ftehim li jipprovdi li s-sussidjarja tagħha G1 Investment u s-sussidjarja ta’ din tal-aħħar, ma jistgħux jitrasferixxu l-attivi tagħhom lil terz mingħajr awtrorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni;

min-notifika ta’ dan id-digriet, ir-rikorrenti tħallas lill-Kummissjoni s- somma ta’ EUR 2,1 miljuni;

f’terminu ta’ xahar min-notifika ta’ dan id-digriet, u sussegwentement kull tliet xhur sad-deċiżjoni tas-sentenza fil-kawża prinċipali, jew f’kull avveniment li jista’ jkollu influwenza fuq il-kapaċità futura li tħallas il-multa imposta, ir-rikorrenti tippreżenta bil-miktub lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp tat-attivi tagħha, u b’mod iktar partikolari tal-investiment fit-tul tagħha.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2011 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-15/10) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza - Rikors parzjalment inammissibbli - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Artikoli 111 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

2011/C 152/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes, aġent), AT (Brussell, il-Belġju), AU (Brussell), AV (Brussell); u AW (Brussell)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu materjali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-impossibbiltà li jipproċedi għall-irkupru ta’ dejn u għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-bidu ta’ proċeduri kriminali kontrih fil-Belġju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala ppreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu sa fejn dan huwa intiż kontra AT, AU, AV u AW.

(2)

Il-kap tat-talbiet ta’ Mariyus Noko Ngele intiż sabiex il-Qorti Ġenerali taqta’ u tiddeċiedi li ċ-Centre pour le développement des entreprises (CDE) qatt ma ssostitwixxa ċ-Centre pour le développement industriel (CDI) u li ċ-CDE ma għandux eżistenza legali u personalità ġuridika fil-Belġju huwa miċħud bħala mressaq quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu.

(3)

It-talba ta’ M. Noko Ngele intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza hija miċħuda bħala inammissibbli.

(4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(5)

M. Noko Ngele huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Internationaler Hilsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/10) (1)

(Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 - Risposta għal applikazzjoni inizjali - Terminu tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 152/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H. Kaltenecker, sussegwentement minn R. Bôhm, u fl-aħħar nett minn H. Kaltenecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn B. Weis Fogh u V. Pasternak Jørgensen, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, C. Yang u S. Juul Jørgensen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 u tal-1 ta’ Diċembru 2009 li jirrifjutaw l-aċċess komplet lil Internationaler Hilfsfonds tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors għal annullament, sa fejn huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009, huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-applikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2009 għal aċċess għad-dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.

(3)

Internationaler Hilfsfonds hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Internationaler Hilfsfonds f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2009.

(5)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/414/KEE - Deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 - Talba oħra għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 152/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrusek u F. Wilman, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżjorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/10 R)

(Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom - Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2011/C 152/40

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gas Natural Fenosa SDG, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal intervent tal-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de A Coruña hija miċħuda.

(2)

E.ON Generación, S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón jistgħu jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2010, Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni (T-490/10 R, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa revokat.

(4)

Għandu jiġi stabbilit terminu għal Gas Natural Fenosa SDG, għall-Kummissjoni u għar-Renju ta’ Spanja sabiex jitolbu li ċerti elementi kunfidenzjali tal-proċess kif ukoll ta’ dan id-digriet jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-partijiet imsemmija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv u sabiex tiġi prodotta, għall-finijiet ta’ din il-komunikazzjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ partijiet tal-proċess u ta’ dan id-digriet.

(5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/10 R)

(Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom - Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2011/C 152/41

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de la Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

E.ON Generación, S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón jistgħu jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.

(2)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2010, Iberdrola vs Il-Kummissjoni (T-490/10 R, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa revokat.

(3)

Għandu jiġi stabbilit terminu għal Iberdrola għall-Kummissjoni u għar-Renju ta’ Spanja sabiex jitolbu li ċerti elementi kunfidenzjali tal-proċess kif ukoll ta’ dan id-digriet jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv u sabiex tiġi prodotta, għall-finijiet ta’ din il-komunikazzjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ partijiet tal-proċess u ta’ dan id-digriet.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Endesa u Endesa Generación vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-490/10 R)

(Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom - Deċiżjoni li jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2011/C 152/42

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Endesa, SA (Madrid, Spanja); u Endesa Generación, SA (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: M. Merola, avukat) (Madrid, Spanja)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

E.ON Generación, S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón jistgħu jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.

(2)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2010, Endesa u Endesa Generación vs Il-Kummissjoni (T-490/10 R, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa revokat.

(3)

Għandu jiġi stabbilit terminu għal Endesa, SA u għal Endesa Generación, SA, għall-Kummissjoni u għar-Renju ta’ Spanja sabiex jitolbu li ċerti elementi kunfidenzjali tal-proċess kif ukoll ta’ dan id-digriet jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv u sabiex tiġi prodotta, għall-finijiet ta’ din il-komunikazzjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ partijiet tal-proċess u ta’ dan id-digriet.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/23


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2011 — Clorox vs UASI — Industrias Alen (CLORALEX)

(Kawża T-135/11)

2011/C 152/43

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Clorox Company (Oakland, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Chaudri, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrias Alen SA de CV (Santa Catarina, il-Messiku)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 521/2009-4;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut u l-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CLORALEX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4037371

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Griega Nru 147925 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX”, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Benelux Nru 340039 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5, Reġistrazzjoni ta’ trade mark Ċeka Nru 165741 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Daniża Nru VR 04153 1985 1985 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX”, għal prodotti fil-klassi 3; Reġistrazzjoni ta’ trademark Franċiża Nru 1402988 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5, 29, 30, 31 u 32; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Litwana Nru 8254 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Portugiża Nru 296498 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 3; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Portugiża Nru 193727 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni ta’ trademark Spanjola Nru 1047984 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 3; Reġistrazzjoni tat-trademark Spanjola Nru 835878 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni ta’ trademark Awstrijaka Nru 52470 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 1; Reġistrazzjoni ta’ trademark Estonjana Nru 8348 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trademark Ġermaniża Nru 644398 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Ungeriża Nru 124182 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Latvjan Nru M 10054 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Slovena Nru 9181304 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trademark Daniża Nru VR 01019 1978 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Finlandiża Nru 93244 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Reġistrazzjoni ta’ trademark Pollakka Nru 60273 li tirrigwarda t-trade mark verbali “CLOROX” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni rrifjutata fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell għamel analiżi żbaljata fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade marks fl-eżami tiegħu fuq livell viżiv, fonetiku u kunċettwali; huwa naqas ukoll milli jikkunsidra x-xebh evidenti bejn il-partijiet inizjali u finali tat-trade marks.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2011 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — Fédération française de rugby (Emblema bid-disinn ta’ serduk)

(Kawża T-143/11)

2011/C 152/44

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consorzio vino Chianti Classico (Radda in Chianti, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u G. Ciccone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fédération française de rugby (Pariġi, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 43/2010-4 u tipprekludi l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 5713888 sa mid-data tal-oppożizzjoni;

sussidjarjament, tbiddel l-imsemmija deċiżjoni u tipprekludi l-applikazzjoni għas-sinjal ikkontestat għal reġistrazzjoni għal inbejjed fil-klassi 33; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tar-rikorrent, ukoll dawk għall-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “F.F.R” bid-deskrizzjoni “orange-yellow: PMS reference 1235C; gold: PMS reference 145C; red: PMS reference 1795C”, għal prodotti fil-klassi 33 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 5713888

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade Taljana Nru FI2007C00984 tat-trade mark figurattiva (kollettiva) “CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO — CHIANTI CLASSICO”, għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta’ trade mark Taljana kollettiva Nru 856049 tat-trade mark figurattiva “CHIANTI CLASSICO — CONSORZIO DEL MARCHIO STORICO”, għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta’ trade mark Taljana kollettiva Nru 856219 tat-trade mark figurattiva “CHIANTI CLASSICO — CHIANTI CLASSICO — CONSORZIO”, għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta’ trade mark Taljan kollettiva Nru 1006311 tat-trade mark figurattiva “CHIANTI CLASSICO — SINCE 1716”, għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta’ trade mark Taljana kollettiva Nru 856048 tat-trade mark figurattiva “CHIANTI CLASSICO — CONSORZIO DEL MARCHIO STORICO”, għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 1215633 tat-trade mark figurattiva “CONSORTIO VINO CHIANTI CLASSICO”, għal prodotti fil-klassi 33; trade mark magħrufa sew Ġermaniża u Franċiża “CHIANTI CLASSICO — CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO”, għal prodotti fil-klassi 33; u trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ fil-Ġermanja u fi Franza “CHIANTI CLASSICO — CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO”, għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) ikkonkluda b’mod żbaljat li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjal ikkontestat u t-trade marks tar-rikorrent u ma kkunsidrax b’mod adegwat il-karattru distintiv ħafna tat-trade marks tar-rikorrent; (ii) naqas milli jikkunsidra għad-dannu tat-trade marks tar-rikorrent u l-vantaġġ indebitu li s-sinjal ikkontestat jikseb jekk ir-reġistrazzjoni tiegħu tiġi permessa; u (iii) naqas milli jikkunsidra l-partikolarità tal-każ, li fin-natura tat-trade mark kollettiva tat-trade mark tar-rikorrent, b’funzjoni istituzzjonali din tagħmilha waħda mill-boll ta’ garanzija tal-Istati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/25


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2011 — Reddig vs UASI– Morleys (Shape of knife handles)

(Kawża T-164/11)

2011/C 152/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reddig GmbH (Drebber, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Morleys Ltd (Preston, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2010 fil-Każ R 1072/2009-2;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna lil intervenjenti (potenzjali) ibati l-ispejjeż tal-proċeduri amministrattivi quddiem il-Bord tal-Appell; u

tiffissa data għal smigħ fil-każ li l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jkunx possibbli mingħajr smigħ.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark tridimensjonali “dolphin”, għall-prodotti fil-klassijiet 6, 8 u 20 — Trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 2630101

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-parti li qeda titlob id-dikjarazzjoni għall-invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d) u (e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u fuq li l-proprjetarju kien aġixxa b’mala fede meta ppreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Aċċettat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ddikjarat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja invalida fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, meta l-Bord tal-Appell interpreta b’mod skorrett dan l-artikolu u interpreta b’mod skorrett ir-rekwiżiti tad-deċiżjoni Lego tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2010, Lego Juris vs UASI, C-48/09 P)


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI (COLLEGE)

(Kawża T-165/11)

2011/C 152/46

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R.M.R. van Leeuwen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Investimust, S.A. (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 508/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark verbali “COLLEGE”, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 43 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2645489

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta ma kkunsidrax l-provi prodotti fl-appell.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — Carbunión vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-176/11)

2011/C 152/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: K. Desai, Solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli;

tiddikjara r-rikors għal annullament fondat u konsegwentement tannulla l-Artikolu 3(1)(a), (b), u (f); kif ukoll l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (2010/787/UE) (1), u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-atti rilevanti peress li l-Kunsill ibbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq il-konklużjonijiet li ġejjin:

il-parti tal-faħam fil-provvista tal-enerġija fl-Unjoni hija żgħira;

l-għeluq tal-minjieri li ma humiex kompetittivi u t-tmiem tal-produzzjoni Ewropea tal-faħam jinkoraġġixxu sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

il-produzzjoni tal-faħam fl-UE u b’mod partikolari fi Spajna bl-ebda mod ma hija mistennija li ssir kompetittiva sal-2018.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni peress li l-Kunsill naqas milli:

jittratta n-numru kbir ta’ provi u konklużjonijiet li ġew ippreżentati lilu matul il-proċedura preparatorja mill-istituzzjonijiet l-oħra u mill-azzjonisti u li juru l-importanza tal-industrija Ewropea tal-faħam għas-sigurtà tal-provvista fl-UE;

jesponi r-raġunijiet li għalihom i) huwa ddevja mill-qafas tal-għajnuna mill-Istat u mill-politika stabbilita fil-qasam mir-Regolament dwar il-faħam tal-2002 (2), qafas li kien ibbażat fuq tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, u ii) minflok adotta d-deċiżjoni kkontestata li hija bbażata biss fuq kunsiderazzjonijiet ta’ kompetittività.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi peress li d-deċiżjoni kkontestata:

tikkostitwixxi bidla, f’daqqa u mhux mistennija, min-naħa tal-UE, fil-pożizzjoni tagħha dwar is-settur tal-faħam indiġenu tal-UE u b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda s-settur tal-faħam Spanjol;

tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi peress li hija ma tipprovdix perijodu ta’ tranżizzjoni sabiex tippermetti lir-rikorrenti tadatta ruħha għal din il-bidla kbira ta’ politika.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li d-deċiżjoni kkontestata timponi restrizzjonijiet eċċessivi u mhux ġustifikati għal funzjonament tal-minjieri ta’ faħam indiġenu fi Spanja, li ma jikkorrispondux mal-għanijiet tal-Kunsill. B’mod iktar preċiż, skont ir-rikorrenti, il-miżuri adottati mid-deċiżjoni kkontestata ma jissodisfawx it-tħassib dwar l-ambjent ppreżentat mill-Kunsill, peress li ċ-ċentri tal-elettriku tal-UE ser ikomplu “jaħarqu” faħam importat. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata timponi obbligi eċċessivament kbar fuq ir-rikorrenti, li ma għandhom l-ebda rabta mal-għan tal-ħarsien tal-ambjent. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni li jirriżulta mis-sussidji għall-produzzjoni tal-faħam indiġenu huwa wkoll eżaġerat fid-deċiżjoni kkontestata.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poteri. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri adottati fid-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-effetti avversi fuq is-settur tal-minjieri tal-faħam fl-UE, ma jikkorrispondux għall-għanijiet strateġiċi u politiċi li l-UE għandha tilħaq skont l-Artikolu 194 TFUE. Id-deċiżjoni kkontestata thedded il-funzjonament tajjeb tas-suq tal-enerġija fl-UE kif ukoll is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE, b’mod partikolari fi Spanja. Għaldaqstant, il-Kunsill għamel użu ħażin ta’ poter billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, liema deċiżjoni hija intiża sabiex telimina wieħed mill-materji primi indiġeni l-iktar importanti sabiex jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tagħmel diskriminazzjoni kontra l-produtturi tal-faħam indiġenu i) fil-konfront tal-importaturi tal-faħam fl-UE u ii) fil-konfront ta’ għamliet oħra ta’ enerġija.

(7)

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq bażi legali żbaljata. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija adottata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(e) TFUE, filwaqt li kellha tkun ibbażata wkoll fuq l-Artikolu 109 TFUE u kellha ssegwi l-proċedura korrispondenti.


(1)  ĠU L 336, p. 24

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Seven (SEVEN SUMMITS)

(Kawża T-179/11)

2011/C 152/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Fürst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Jannar 2001 fil-Każ R 364/2010-4;

tiffissa l-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “SEVEN SUMMITS”, imlewma bil-blu u bl-aħmar, għal, fost affarijiet oħra, oġġetti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6307243

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3489234 fir-rigward tat-trade mark figurattiva “Seven”, għal oġġetti fil-klassijiet 16 u 18; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4783866 fir-rigward tat-trade mark figurattiva “7Seven”, għal oġġetti fil-klassijiet 16 u 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, għaliex il-Bord tal-Appell stabbilixxa b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/27


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVAS LIVE WITH CHIVALRY)

(Kawża T-180/11)

2011/C 152/49

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2011 fil-Każ R 1262/2010-1, u tirrinvija l-applikazzjoni lill-UASI sabiex huwa jkun jista’ jipproċedi; u

Tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet intervenjenti kollha quddiem il-Bord tal-Appell sabiex isostnu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk li r-rikorrenti ġarrbet f’dawn il-proċeduri u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CHIVAS LIFE WITH CHIVALRY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7299605.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Nru 1293610 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY” fil-Renju Unit għal prodotti fil-klassi 33; Reġistrazzjoni Nru 2468527 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY SPECIAL RESERVE SCOTCH WHISKY” fir-Renju Unit għal prodotti fil-klassi 33; Trade mark verbali mhux irreġistrata “CHIVALRY” fir-Renju Unit għas-“Scotch whisky”.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-Bord tal-Appell: (i) żbaljatament għamel konstatazzjoni ta’ fatt fir-rigward tal-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti mingħajr ma indika r-raġunijiet għal din il-konstatazzjoni; (ii) sussidjarjament, qies li l-konsumatur rilevanti huwa “partikolarment konxju u leali għat-trade mark” mingħajr, żbaljatament, ma evalwa li dawn il-karatteristiċi jżidu l-attenzjoni tal-konsumatur rilevanti filwaqt li jnaqqsu l-possibbiltà ta’ konfużjoni; (iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni, jew ma ħax inkunsiderazzjoni suffiċjentement l-indikazzjonijiet importanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja u adotta l-approċċ ħażin meta pparaguna t-trade marks; (v) iffoka b’mod eċċessiv l-attenzjoni tiegħu fuq il-preżenza tal-kelma “CHIVALRY” fit-trade mark tal-applikant u injora d-differenzi viżivi bejn it-trade marks; (vi) żbaljatament issuppona li x-xebh fonetiku tat-trade marks seta’ jinftiehem bl-istess mod bħax-xebh viżiv; (vii) żbaljatament analizza x-xebh konċettwali bejn it-trade marks billi llimita ruħu jew ikkonċentra ruħu biss fuq il-kelma “CHIVARLY” li tidher f’kull trade mark; u (viii) żbaljatament ikkonkluda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (LIVE WITH CHIVALRY)

(Kawża T-181/11)

2011/C 152/50

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2011 fil-Każ R 1263/2010-1, u tirrinvija l-applikazzjoni lill-UASI sabiex huwa jkun jista’ jipproċedi; u

Tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet intervenjenti kollha quddiem il-Bord tal-Appell sabiex isostnu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk li r-rikorrenti ġarrbet f’dawn il-proċeduri u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “LIFE WITH CHIVALRY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6616569.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Nru 1293610 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY” fil-Renju Unit għal prodotti fil-klassi 33; Reġistrazzjoni Nru 2468527 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY SPECIAL RESERVE SCOTCH WHISKY” fir-Renju Unit għal prodotti fil-klassi 33; Trade mark verbali mhux irreġistrata “CHIVALRY” fir-Renju Unit għas-“Scotch whisky”.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Il-motivi huma identiċi għal dawk ippreżentati fil-Kawża T-180/11.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — Dacoury-Tabley vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/11)

2011/C 152/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Henry Dacoury-Tabley (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Philippe Henry DACOURY-TABLEY, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, ippubblikat fit-2 ta’ Frar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, ippubblikata fit-2 ta’ Frar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati,

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kunsill Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011

sussidjarjament, tordna li l-isem Philippe Henry DACOURY-TABLEY jitneħħa mil-lista annessa mal-imsemmi regolament u l-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-motivi għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi huma stereotipati mingħajr ma jissemma’ xi punt ta’ fatt preċiż li jippermetti li tiġi evalwata r-rilevanza tal-imsemmija inklużjoni.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu:

qed jiġi allegat kontra r-rikorrent li rrifjuta li jissottometti ruħu għall-awtorità ta’ A. Outtara, meta huwa pprova jissuġġetta l-Banque centrale des États de l'Afrique de l’Ouest (iktar ’il quddiem il-“BCEAO”), li kien il-gvernatur tiegħu, għalih;

qed jiġi allegat kontra r-rikorrent li kkontribwixxa għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima ta’ L. Gbagbo, meta t-tranżazzjonijiet tal-BCEAO qatt ma taw għajnuna finanzjarja lill-gvern fil-poter;

barra minn hekk ir-rikorrent ma kienx għadu l-gvernatur tal-BCEAO meta ġew adottati r-regolament u d-deċiżjoni kkontestati.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2011 — Trabelsi et vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/11)

2011/C 152/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamed Trabelsi (Pariġi, Franza), Ines Lejri (Pariġi), Moncef Trabelsi (Pariġi), Selima Trabelsi (Pariġi); u Tarek Trabelsi (Pariġi) (rappreżentant: A. Metzker, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill tal-Unjoni tal-4 ta’ Frar 2011;

tħassar isem “Mohamed TRABELSI” mil-lista;

tħassar isem “INES LEJRI” mil-lista;

tħassar isem omm Mohamed TRABELSI;

tħassar l-indirizz indikat ta’ Mohamed TRABELSI;

tawtorizza dritt ta’ risposta għas-Sinjur u s-Sinjura TRABELSI;

tipproteġi lil Tarek TRABELSI minħabba d-diżabbiltà li għandu;

tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex jerġa’ jeżamina t-test tiegħu u josserva l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza;

tissospendi t-test stabbilit mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tagħti lis-Sinjur TRABELSI l-ammont ta’ EUR 150 000 bħala danni għad-dannu subit;

tordna li l-Unjoni għandha tħallas l-ammont ta’ EUR 25 000 għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-Istat sabiex iħallas l-ispejjeż li jitħallsu darba fejn hija din il-Qorti li għandha tiffissa l-ammont b’mod ekwu u billi tibbaża ruħha fuq l-Artikolu L 761-1 tas-CJA.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq illegalità esterna tad-deċiżjoni kkontestata minħabba użu ħażin tal-poter u ksur tal-prinċipji tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tan-nullum crimen sine lege u nulla pœna sine lege, tan-non bis in idem u tal-kontradittorju, kif ukoll ta’ proċess ġust.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq illegalità interna tad-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tad-dritt ta’ proprjetà kif ukoll tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u ta’ ugwaljanza, ta’ ksur tal-libertajiet tal-familja TRABELSI, ta’ dannu għall-ħajja privata u ta’ diskriminazzjoni fil-konfront ta’ tarbija b’diżabbiltà.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2011 — Yordanov vs UASI — Distribuidora comercial del frio (DISCO DESIGNER)

(Kawża T-189/11)

2011/C 152/53

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Yordanov (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentant: T. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Distribuidora comercial del frio, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Jannar tal-2011 fil-Każ R 803/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrent.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “disco DESIGNER” għal prodotti fil-klassijiet 11, 19 u 20.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Distribuidora comercial del frio, SA.

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “DISCO” għal prodotti fil-klassi 11.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni u l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-prodotti inkwistjoni kienu identiċi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/30


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Seka Yapo et vs Il-Kunsill

(Kawża T-192/11)

2011/C 152/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anselme Seka Yapo (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan), Blé Brunot Dogbo (Abidjan), Gagbei Faussignaux Vagba (Abidjan), Georges Guiai Bi Poin (Abidjan), Affro (Abidjan), Kassaraté Tiapé (Abidjan); u Philippe Mangou (Abidjan) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-118/11, Attey vs Il-Kunsill.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Ahoua-N’Guetta et vs Il-Kunsill

(Kawża T-193/11)

2011/C 152/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timothée Ahoua-N’Guetta (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Jacques André Monoko Daligou (Abidjan), Bruno Walé Ekpo (Abidjan), Félix Tano Kouakou (Abidjan), Hortense Sess (Abidjan); u Joséphine Suzanne Ebah (Abidjan) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-118/11, Attey vs Il-Kunsill.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — Bro Grébé vs Il-Kunsill

(Kawża T-194/11)

2011/C 152/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Geneviève Bro Grébé (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: J. C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-118/11, Attey vs Il-Kunsill.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2011 mill-Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-BEI et mid-digriet mogħti fis-17 ta’ Marzu 2011 mill-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-95/10, Bömcke vs BEI

(Kawża T-213/11 P(I))

2011/C 152/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Marie-Christel Heger (il-Lussemburgu), Jean-Pierre Bodson (il-Lussemburgu), Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu), Manuel Sutil (Nondkeil, Franza) u Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: G. J. Wilson, A. Senes u B. Entringer, avukati)

Appellati: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) u l-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-digriet tas-17 ta’ Marzu 2011 tal-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddikjara bħala ammissibbli u fondata t-talba għal intervent imressqa fit-12 ta’ Jannar 2011 lill-President u lill-membri tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tiddikjara lill-appellanti bħala parti fil-kawża pendenti bejn Eberhard BÖMCKE u l-Bank Ewropew tal-Investiment, fid-dawl tal-interess dirett li l-parti li qiegħda tressaq it-talba għandha li tkun parti fiha, b’mod konformi mal-Artikoli 109 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Marzu 2011, il-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad bħala inammissibbli, minħabba dewmien, it-talba għal intervent imressqa fil-Kawża F-95/10, Bömcke vs BEI, minn naħa, mill-Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment u, min-naħa l-oħra, minn M. Heger u J. Bodson, E. Kourgias, M. Sutil u P. Vanhoudt.

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball fil-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tat-talba għal intervent, safejn it-terminu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u t-terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 100(3) tal-imsemmija regoli għandhom jiġu kkunsidrati bħala termini separati u indipendenti b’tali mod li l-prorogazzjoni tat-terminu, b’mod konformi mal-Artikolu 100(2) tal-imsemmija regoli, għal tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss, fil-każ li l-jum li fih jiskadi t-terminu jkun Sibt, Ħadd jew jum ta’ vaganza legali, għandha tapplika għat-terminu ta’ erba’ ġimgħat qabel iż-żieda tat-terminu għal raġuni ta’ distanza u mhux għat-terminu sħiħ, bit-terminu għal raġuni ta’ distanza inkluż.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq użu żbaljat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 1997, Horeca-Wallonie vs Il-Kummissjoni (T-85/97, Ġabra p. II-2113, punti 25 u 26), safejn dak id-digriet kien jirrigwarda każ differenti minn dak inkwistjoni f’din il-kawża.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tal-partijiet li qegħdin iressqu t-talba għal intervent peress li l-interpretazzjoni mwettqa mill-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tisfavorixxi ħafna li r-rikors jintlaqa’.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2011 — AX vs Il-BĊE

(Kawża F-7/11)

2011/C 152/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Awwissu 2010 lil permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010;

konsegwentement, tordna r-riintegrazzjoni tar-rikorrent fil-funzjoni tiegħu flimkien mal-informazzjoni adegwata pprovduta lill-pubbliku sabiex ir-reputazzjoni tiegħu terġa’ tkun bħal ma kienet.

fi kwalunkwe, każ, tordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent stmati ex aequo et bono għal EUR 20 000.

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 — Sabbag Afota vs Il-Kunsill

(Kawża F-9/11)

2011/C 152/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Veronica Sabbag Afota (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad ta’ AD 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2010, li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad ta’ AD 11 matul din il-proċedura;

safejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-tieni evalwatur li tistabbilixxi ir-rapport finali tar-rikorrenti għall-perijodu ta’ evalwazzjoni 2008-2009 u d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-26 ta’ April 2010, li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad ta’ AD 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2011 — Nicolas Katrakasas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/11)

2011/C 152/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Katrakasas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jidhirx isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni COM/INT/OLAF/09/AD8.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla, tal-11 ta’ Mejju 2010, li tikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni tiegħu tad-9 Marzu 2010 li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna “COM/INT/OLAF/09/AD8 — Diretturi li jispeċjalizzaw fil-ġlieda kontra l-frodi”;

tannulla, safejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta’ Novembru 2010, li tiċħad l-ilment;

tannulla l-lista ta’ riżerva sa fejn din ma tinkludix l-isem tar-rikorrent u d-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.