ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.146.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 146

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
17 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 146/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6180 – CIE Management II/PHONES4U Group) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 146/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 146/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali

3

2011/C 146/04

Lista tal-għotjiet mogħtija għas-sena finanzjarja 2010 fuq il-linja tal-baġit 05.08.06 (ippubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002)

5

2011/C 146/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea tal-Amministrazzjoni tat-Traffiku tal-Ajru [in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru](Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)  ( 1 )

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 146/06

Opinjoni tal-Kummissjoni rigward avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta’ kontra d-dumping

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 146/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6191 – Birla/Columbian Chemicals) ( 1 )

13

2011/C 146/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6228 – Vivendi/SFR) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2011/C 146/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6155 – Groene Energie Maatschappij NV/DEME NV/S.R.I.W. Environment SA/Electrawinds Offshore NV/Z-Kracht NV/Power@Sea NV/Rent-a-Port Energy NV/Socofe SA/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

2011/C 146/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6102 – Wienerberger/Tondach Gleinstätten) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6180 – CIE Management II/PHONES4U Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 146/01

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6180. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Mejju 2011

2011/C 146/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4143

JPY

Yen Ġappuniż

114,35

DKK

Krona Daniża

7,4564

GBP

Lira Sterlina

0,87250

SEK

Krona Żvediża

9,0090

CHF

Frank Żvizzeru

1,2542

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,373

HUF

Forint Ungeriż

267,93

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9303

RON

Leu Rumen

4,1060

TRY

Lira Turka

2,2477

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3391

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3781

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9987

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8158

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7677

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 544,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9021

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2053

HRK

Kuna Kroata

7,3980

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 163,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,3228

PHP

Peso Filippin

61,230

RUB

Rouble Russu

39,8456

THB

Baht Tajlandiż

42,924

BRL

Real Brażiljan

2,3053

MXN

Peso Messikan

16,6180

INR

Rupi Indjan

63,8700


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Mejju 2011

li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali

2011/C 146/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (tfassil mill-ġdid) (1) (id-Direttiva), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u l-Kummissjoni.

(2)

L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tlaqqa’ regolarment forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li tikseb l-opinjoni tal-forum dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni kif previst f’dak l-Artikolu.

(3)

L-Artikolu 13(4) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni takkwista u tagħmel disponibbli pubblikament l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta’ referenza tal-aħjar tekniki disponibbli (il-BAT).

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit forum u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(5)

Il-forum għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni u dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT.

(6)

Il-forum għandu jkun magħmul mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw lill-industriji li huma kkonċernati mill-attivitajiet koperti fl-Anness I għad-Direttiva u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali.

(7)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni min-naħa tal-membri tal-forum.

(8)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (2),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-suġġett

B’dan qed jiġi stabbilit forum għall-promozzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva.

Artikolu 2

Il-kompitu

Il-kompitu tal-forum għandu jkun:

(a)

li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju tal-informazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tad-Direttiva;

(b)

li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT f’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva.

Artikolu 3

Il-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mal-forum dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-Artikolu 13 tad-Direttiva jew dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-BAT kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva.

Artikolu 4

Is-sħubija – il-ħatra

1.   Il-Membri għandhom ikunu l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrappreżentaw lill-industriji li huma kkonċernati mill-attivitajiet koperti fl-Anness I għad-Direttiva u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali. Dawk l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom livell aċċettabbli ta’ rappreżentanza Ewropea.

2.   Il-membri tal-Grupp tal-Esperti tal-Kummissjoni msejjaħ “Il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli skont il-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali” (E00466) għandhom ikunu kkunsidrati awtomatikament bħala membri tal-forum.

3.   Il-membri l-ġodda li mhumiex Stati Membri għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ għall-Ambjent.

4.   Il-membri li ma jibqgħux aktar f’qagħda li jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-diskussjonijiet tal-forum, li jirriżenjaw jew li ma jikkonformawx mal-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu ssostitwiti.

5.   L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li huma membri għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru. L-ismijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu jkunu ppubblikati fir-Reġistru.

6.   Id-dejta personali għandha tinġabar u tkun ipproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

It-tħaddim

1.   Il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-forum.

2.   Bi qbil mal-Kummissjoni, il-forum jista' jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-forum. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti. Il-Kummissjoni għandha tippresiedi s-sottogruppi. Il-president ta' kull sottogrupp għandu jirrapporta lura fil-forum.

3.   Ir-rappreżentanti tal-pajjiżi taż-ŻEE għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-forum skont il-Protokoll dwar iż-ŻEE.

4.   Ir-rappreżentanti ta' pajjiżi aderenti għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-forum mid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni.

5.   Il-President jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-forum li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-forum jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, il-President jista' jagħti status ta' osservatur lil individwi, lil organizzazzjonijiet kif iddefiniti fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta' esperti (3) u lill-pajjiżi kandidati.

6.   Il-membri tal-forum u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna, għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (4). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa kollha.

7.   Il-laqgħat tal-forum u tas-sottogruppi tiegħu għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali.

8.   Il-forum għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu u abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

9.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq il-forum, jew billi tinkludiha fir-Reġistru jew permezz ta' ħolqa fir-Reġistru għas-sit elettroniku apposta.

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-forum mgħandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-forum jistgħu jiġu rrimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  C(2010) 7649 finali.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/5


Lista tal-għotjiet mogħtija għas-sena finanzjarja 2010 fuq il-linja tal-baġit 05.08.06

(ippubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002)

2011/C 146/04

Miżuri Speċifiċi ta' Informazzjoni

Isem l-applikant

(akronimu)

Isem l-applikant (sħiħ)

Isem it-Triq

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż

Ammont tal-għotja

(EUR)

% tal-kofinanzjament

Titlu/Deskrizzjoni

Agri Aware

Agricultural Awareness Trust

Waverley Office Park, Old Naas Road, Bluebell

Dublin 12

Dublin

L-Irlanda

57 968,88

50,00 %

Il-Politika Agrikola Komuni – Parteċipazzjoni, Komunikazzjoni u Relazzjonijiet

AGRYA

Fiatal Gazdák Magyarországi Szövetsége

Váci út 134C. VI.28

1138

Budapest

L-Ungerija

60 015,25

50,00 %

Implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni fil-pajjiżi li ssieħbu fl-2004

Alba County Council

Alba County Council

1st Ion I. C. Brătianu Square

510118

Alba Iulia

Ir-Rumanija

24 900,00

49,71 %

Żvilupp ta' żona rurali fil-Muniċipalità ta' Alba – passi ġodda lejn prassi tajba u sostenibbiltà

Araga

Asociacion regional de agricultores y ganaderos de Aragon

Calle San Andres 8, planta 2a

50001

Zaragoza

Spanja

46 240,00

50,00 %

Il-PAK attwali u tal-ġejjieni. Orjentazzjoni lejn is-suq u impenn sħiħ għal kwalità

Association ‘Dobrudga Agro and Business School’

Association ‘Dobrudja Agro and Business School’

Bulgaria Str. 3

9300

Dobrich

Il-Bulgarija

63 612,50

50,00 %

Żvilupp Sostenibbli tar-Reġjun ta' Dobrudja permezz tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE

Associazione Alessandro Bartola

Associazione «Alessandro Bartola» — Studi e ricerche di economia e di politica agraria

Piazzale Martelli 8

60121

Ancona

L-Italja

51 990,00

50,00 %

L-Isfida tal-PAK – Laqgħat tal-Agriregionieuropa għall-għarfien tal-PAK u l-preżentazzjoni tal-ġejjieni tagħha quddiem sfidi ġodda

CEJA

European Council of Young Farmers (Kunsill Ewropew ta' Bdiewa Żagħżagħ)

Rue Belliard 23A — Boîte 8

1040

Brussels

Il-Belġju

76 689,50

48,71 %

Bdiewa żagħżagħ u l-PAK wara l-2013 – Opportunitajiet u sfidi għall-agrikoltura Ewropea

Chambre d'agriculture des Pyrénées Orientales

Chambre d'agriculture des Pyrénées Orientales

19 Avenue de Grande Bretagne

66025

Perpignan

Franza

32 975,00

50,00 %

Frott, ħxejjex u żagħżagħ: Kif tispjega l-PAK lit-tfal? [titlu oriġinali: Les fruits et légumes à la rencontre des jeunes: Comment expliquer la PAC aux enfants? ]

CIPA-AT Umbria

Centro istruzione professionale agricola — assistenza tecnica (della CIA dell'Umbria)

Via M. Angeloni 1

06125

Perugia

L-Italja

32 430,00

50,00 %

ABILITÀ/PAK – X'futur hemm għall-bdiewa wara l-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni, fil-kuntest tal-kriżi ekonomika finanzjarja ta' bħalissa?

Circolo Festambiente

Circolo Festambiente

Loc. Enaoli, Rispescia

58100

Grosseto

L-Italja

35 627,50

50,00 %

Għix bi stil (Titlu Oriġinali: Vivi con stile)

CJHR

County Council of Harghita

Piața Libertății 5

530140

Miercurea Ciuc

Ir-Rumanija

84 577,00

75,00 %

GĦARFIEN – Informazzjoni dwar l-iżvilupp Sostenibbli u l-agrikoltura fil-Muniċipalità ta' Harghita

Comune Di San Giuliano Terme

Comune di San Giuliano Terme

Via GB Niccolini 36

56017

San Giuliano Terme

L-Italja

60 190,50

50,00 %

KONTRAPAK

COPA

Committee of Professional Agricultural Organisations in the European Union

rue de Trèves 61

1040

Bruxelles

Il-Belġju

94 140,55

50,00 %

Il-Politika Agrikola Komuni wara l-2013: introjtu stabbli u ġust għal bdiewa

CSA

Collectif stratégies alimentaires

Boulevard Léopold II 184D

1080

Bruxelles

Il-Belġju

21 620,00

50,00 %

Seminar Internazzjonali: Riforma tal-PAK wara l-2013 u r-reviżjoni tal-baġit ta' nofs it-terminu: l-isfidi ewlenin għall-Presidenza Belġjana tal-UE. (Titlu oriġinali: Séminaire International. La réforme de la PAC post 2013 et la révision budgétaire à mi-parcours: des enjeux majeurs pour la présidence belge de l’UE)

Economedia AD

Economedia AD

Ivan Vazov Str. 20

1000

Sofia

Il-Bulgarija

29 225,00

50,00 %

Tliet snin ta' implimentazzjoni tal-PAK: konklużjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opportunitajiet ġodda għall-agrikoltura Bulgara

EKODOMOV

EKODOMOV

V Podbabě 29B

160 00

Praha

Ir-Repubblika Ċeka

104 590,00

50,00 %

Opportunitajiet għal Dinja Ħajja

Europäische ARGE Landentwicklung und Dorferneuerung

Europäische ARGE Landentwicklung und Dorferneuerung

Bartensteingasse 4/16

1010

Wien

L-Awstrija

48 215,00

50,00 %

Enerġija Ġdida għal Għaqda Qawwija – Għotja tal-Premju Ewropew għal Tiġdid ta' Villaġġi 2010

Films de la Dreve

Les films de la Drève

Ruelle de France 7

4651

Battice

Il-Belġju

198 548,37

41,97 %

Għamlet ix-xita fuq il-pajsaġġ (Titlu oriġinali: Il a plu sur le grand paysage)

Fundación Félix Rodríguez de la Fuente

Fundación Félix Rodríguez de la Fuente

Plaza de la Cortes, 5, 5o

28014

Madrid

Spanja

55 435,00

49,39 %

Gruppi ta' ħidma informattiva dwar l-applikazzjoni ta' miżuri agroambjentali abbażi tal-iskemi pilota tal-konservazzjoni tal-biodiversità u l-iżvilupp rurali f'Natura Net 2000

Interfel

Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais

60 rue du Faubourg Poissonnière

75010

Paris

Franza

198 540,50

50,00 %

It-tagħlim ta' drawwiet tajbin ta' ikel lit-tfal (Titlu oriġinali: Adoptez la fraich'attitude avec l'Europe)

Meusac

Malta-EU Steering and Action Committee (Kumitat għal Direzzjoni u Azzjoni ta' Malta u l-UE)

280, Triq ir-Repubblika

1112

Valletta

Malta

38 798,75

75,00 %

Il-Politika Agrikola Komuni tal-Ewropa: Issa u 'l Quddiem

NAJK

Nederlands Agrarisch Jongeren Kontakt

Bemuurde Weerd OZ 12

3514 AN

Utrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

69 992,50

50,00 %

Il-PAK u l-pożizzjoni ta' bdiewa żagħżagħ fil-katina tal-ikel

Passions céréales

Passion céréales, une culture à partager

23-25 avenue de Neuilly

75116

Paris

Franza

97 750,00

50,00 %

Il-kisba u t-tixrid ta' għodda ta' tagħlim għall-kulleġġi u l-iskejjel Franċiżi sabiex tispjega u tinforma dwar il-PAK (Titlu oriġinali: Réalisation et diffusion d'un outil pédagogique pour les collèges et lycées français, destiné à expliquer et à faire connaître la politique agricole commune)

Provincia di Ancona

Provincia di Ancona

Via Ruggeri 5

60131

Ancona

L-Italja

42 995,00

50,00 %

Il-Frott u l-Kwalità ta' Ħajja

Provincia di Macerata

Provincia di Macerata

Corso della Repubblica 28

62100

Macerata

L-Italja

36 150,00

50,00 %

Il-PAK għal kulħadd: relazzjonijiet, opportunitajiet u prospetti għall-iżvilupp ta' mudell lokali

Radio Italia Puglia

Radio Italia Puglia s.r.l.

Via Verga 9

70033

Corato

L-Italja

44 346,00

50,00%

iPAK - Inġibu l-politika tal-agrikoltura tal-UE qrib iċ-ċittadini kemm jista' jkun

Regione Campania

Regione Campania — Area generale di coordinamento sviluppo attività settore primario

Via S. Lucia 81

80132

Napoli

L-Italja

195 655,00

50,00 %

Politika Agrikola Komuni: Agrikoltura, Ambjent u Soċjetà - it-Tieni Fażi

Regione Lombardia

Regione Lombardia

Via Fabio Filzi 22

20124

Milano

L-Italja

143 487,50

50,00 %

ENV-AGRINFONET (Netwerk għall-Ambjent, l-Agrikoltura u l-Informazzjoni)

SLG-CC.LL.

Sindicato Labrego Galego

Rúa de Touro 21, 2o

15704

Santiago de Compostela

Spanja

48 570,50

50,00 %

Perspettivi dwar is-settur tal-ħalib meta tispiċċa s-sistema tal-kwoti fl-2015: alternattivi produttivi għal titjib fil-profittabbiltà tal-biedja fil-qafas tal-PAK

Slow Food

Slow Food

Piazza XX Settembre 5

12042

Bra

L-Italja

169 582,75

75,00 %

Skejjel Ewropej għal Ikel Bnin

Standart News EAD

Standart News EAD

„Tsarigradsko shose“ Blvd. 113A

1784

Sofia

Il-Bulgarija

166 816,00

47,95 %

Il-Politika Agrikola Komuni riformata – viżjoni ġdida għall-Agrikoltura Ewropea

Strategma

Strategma Agency Ltd

Triaditza Str. 4

1000

Sofia

Il-Bulgarija

83 513,40

50,00 %

PAK għaż-Żagħżagħ

Univ. degli Studi di Roma La Sapienza

Università degli studi di Roma La Sapienza

P.le Aldo Moro, 5

00185

Roma

L-Italja

30 320,00

39,03 %

Il-PAK u l-Immaniġjar ta' Diżastri Ambjentali: Ir-rwol tal-Agrikoltura

UUAA

Unións Agrarias — UPA

Doutor Maceira 13-bajo

15706

Santiago de Compostela

Spanja

99 350,00

50,00 %

Kampanja ta' informazzjoni, riflessjoni u dibattitu dwar il-prospetti futuri tal-PAK (Politika Agrikola Komuni)

Vasileios Zampounis

Vasileios Zampounis — Axion Editions

Xenofontos 15A

10557

Athens

Il-Greċja

95 639,31

50,00 %

Is-settur taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni l-ġdida: Sussidji, suq internazzjonali, kwalità u ambjent

Total tal-miżuri speċifiċi ta' informazzjoni

2 740 497,26

 

Għal finijiet ta' informazzjoni biss:

GĦOTJIET MOGĦTIJA FL-2010, IŻDA LI ĠEW IKKANĊELLATI MILL-APPLIKANT FL-ISTESS SENA (EBDA IMPATT FINANZJARJU)

Isem l-applikant

(akronimu)

Isem l-applikant (sħiħ)

Isem it-Triq

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż

Ammont tal-għotja

(EUR)

% tal-kofinanzjament

Titlu/Deskrizzjoni

AVHGA

Agrár-Vállalkozási Hitelgarancia Alapítvány

Kálmán Imre u. 20.

1054

Budapest

L-Ungerija

44 293,00

48,68 %

Konferenzi u seminars nazzjonali organizzati fi 18-il lokalità għal intrapriżi agrikoli rurali Ungeriżi, dwar kwistjonijiet finanzjarji relatati mal-Politika Agrikola Komuni (PAK)

Total ta' għotjiet ikkanċellati

44 293,00

 


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/11


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea tal-Amministrazzjoni tat-Traffiku tal-Ajru [in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru] (1)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)

2011/C 146/05

Organizzazzjoni

Referenza

Numru tal-edizzjoni

Titlu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità

Data tal-edizzjoni

Eurocontrol (2)

Spec-0106

4.2

Speċifikazzjoni tal-Eurocontrol għall-Iskambju elettroniku tad-dejta (OLDI) (3)

16.12.2010


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru: rue de la Fusée 96, 1130 Brussell, BELGIUM, Tel. +32 27299011, Fax +32 27295190.

(3)  http://www.eurocontrol.int/ses/public/standard_page/oldi_spec.html


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/12


Opinjoni tal-Kummissjoni rigward avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta’ kontra d-dumping

2011/C 146/06

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), li warajha ma waslet l-ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżura tal-anti-dumping imsemmija hawn taħt se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Manjeżja kkalċinizzata ħafna (sinterizzata)

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju ta' kontra d-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 716/2006 (ĠU L 125, 12.5.2006, p. 1)

13.5.2011


(1)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 27.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6191 – Birla/Columbian Chemicals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 146/07

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Aritkolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Indigold Carbon (il-Pajjiżi l-Baxxi) ikkontrollata mis-Sur Mr Kumar Mangalam Birla, Chairman ta' Aditya Birla Group (“Birla”, Indja) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża kollha Columbian Chemicals Acquisition LLC u tal-kumpaniji assoċjati (“Columbian Chemicals”, l-Istati Uniti) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Il-konċentrazzjoni kienet riferuta lill-Kummissjoni mill-awtorità nazzjonali Ġermaniza għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, Spanja, Franza u r-Renju Unit ingħaqdu fir-riferiment.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Birla: il-produzzjoni tal-aluminju u r-ram, laqx tal-fibra tal-visk, insjulejters, fibra akrilika, siment, fertilizzanti u karbonju iswed,

għal Columbian Chemicals: il-produzzjoni tal-karbonju iswed.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6191 – Birla/Columbian Chemicals, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6228 – Vivendi/SFR)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 146/08

1.

Fis-6 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vivendi SA (“Vivendi”, Franza), takkwista, fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklusiv tal-impriża SFR SA (“SFR”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Vivendi: televiżjoni, ċinema, mużika, logħob interattiv u telekomunikazzjoni fissa u mobbli,

SFR: telekomunikazzjoni fissa u mobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6228 – Vivendi/SFR, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6155 – Groene Energie Maatschappij NV/DEME NV/S.R.I.W. Environment SA/Electrawinds Offshore NV/Z-Kracht NV/Power@Sea NV/Rent-a-Port Energy NV/Socofe SA/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 146/09

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi (i) Groene Energie Maatschappij NV (“GEM”, il-Belġju) ikkontrollata minn Aspiravi Holding, (ii) Dredging Environmental & Marine Engineering NV (“Deme”, il-Belġju) ikkontrollata minn Ackermans& Van Haaren and CFE, (iii) Electrawinds Offshore NV (“Electrawinds Offshore”, il-Belġju) ikkontrollata minn Electrawinds NV, (iv) S.R.I.W. Environnement SA (“SRIWE”, il-Belġju) ikkontrollata minn SRIW group, (v) Z-Kracht NV (“Z-Kracht”, il-Belġju) ikkontrollata minn Nutesbedrijven Houdstermaatschappij NV, (vi) Power@Sea NV (“Power@Sea”, il-Belġju) ikkontrollata minn Deme, SRIWE, Socofe u Techno@Green NV, (vii) Rent-A-Port Energy NV (“Rent-A-Port Energy”, il-Belġju), (viii) Socofe SA (“Socofe”, il-Belġju) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Otary RS NV (Otary, il-Belġju), kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Deme: tħammil u reklamazzjoni tal-art, inġinerija idrawlika, servizzi ambjentali, estrazzjoni, proċessar u fornitura ta’ aggregati marittimi għall-industrija tal-bini, u proġett ta’ żvilupp,

għal Rent-A-Port Energy: entità ad hoc maħluqa sabiex iżżomm il-parteċipazzjoni tal-kumpaniji possedenti tagħha, speċjalment, Ackermans Van Haaren u CFE, f’Otary,

għal Electrawinds Offshore: attivitajiet fil-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz ta’ turbini tar-riħ, impjanti tal-bijomassa u żoni kbar b’pannelli solari (solar parks),

għal SRIWE: promozzjoni tal-ġestjoni ambjentali f’Wallonia, billi takkwista sehem fil-kumpaniji li jaħdmu fis-settur,

għal Z-Kracht: promozzjoni ta’ sostenibbiltà u innovazzjoni permezz ta’ parteċipazzjonijiet f’bosta kumpaniji, b’iffukar speċifiku fuq kumpaniji li jipproduċu enerġija rinnovabbli,

għal GEM: parteċipazzjoni f’proġetti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli,

għal Socofe: investimenti f’kumpaniji li jagħtu servizzi lil awtoritajiet lokali fil-qasam tal-enerġija, ġestjoni tal-iskart, ġestjoni taċ-ċiklu tal-ilma u teknoloġija tal-informatika,

għal Power@Sea: investitur fil-qasam tal-park eoliku fuq il-baħar,

Otary: ġenerazzjoni u fornitura bl-ingrossa tal-elettriku u l-għoti ta' servizzi għall-iżvilupp ta’ park eoliku lil pajjiżi terzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6155 – Groene Energie Maatschappij NV/DEME NV/S.R.I.W. Environment SA/Electrawinds Offshore NV/Z-Kracht NV/Power@Sea NV/Rent-a-Port Energy NV/Socofe SA/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6102 – Wienerberger/Tondach Gleinstätten)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 146/10

1.

Fil-6 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Wienerberger AG (“Wienerberger”, l-Awstrija) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża WIBRA Tondachziegel Beteiligungs-GmbH (“WIBRA”, l-Awstrija). L-impriża WIBRA tikkontrolla b’mod konġunt lill-impriża Tondach Gleinstätten AG (“Tondach Gleinstätten”, l-Awstrija).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Wienerberger: produzzjoni tal-briks u madum tat-tafal għal fuq is-saqaf b’faċilitajiet ta’ produzzjoni f’27 pajjiż,

għal WIBRA: kumpanija possedenti bl-ebda negozji operattiv proprju,

għal Tondach Gleinstätten: produzzjoni u distribuzzjoni tal-briks u madum tat-tafal għal fuq is-saqaf.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6102 – Wienerberger/Tondach Gleinstätten, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).