ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.145.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
14 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 145/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 139, 7.5.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 145/02

Kawża C-385/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Adeżjoni ta’ Stati ġodda — Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta’ referenza Plavix — Deċiżjonijiet kundizzjonali ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti farmaċewtiċi — Ksur tal-acquis)

2

2011/C 145/03

Kawża C-27/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Anton Vinkov vs Nachalnik Administrativno-nakazatelna deynost v otdel Patna politsiya na Stolichna direktsiya na vatreshnite raboti (direttur tas-sanzjonijiet amministrattivi fid-dipartiment pulizija tat-toroq fi ħdan id-direttorat tal-affarijiet interni tar-reġjun tal-belt kapitali)

3

2011/C 145/04

Kawża C-32/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2011 — Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., li daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. vs Gazdasági Versenyhivatal

4

2011/C 145/05

Kawża C-40/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2011 — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm

4

2011/C 145/06

Kawża C-44/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst vs Deutsche Bank AG

6

2011/C 145/07

Kawża C-49/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Frar 2011 — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer

6

2011/C 145/08

Kawża C-56/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2011 — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

7

2011/C 145/09

Kawża C-62/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2011 — Land Hessen, irrappreżentat mir-Regierungspräsidium Gießen vs Florence Feyerbacher

7

2011/C 145/10

Kawża C-68/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

8

2011/C 145/11

Kawża C-69/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis-16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat

8

2011/C 145/12

Kawża C-83/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Frar 2011 — Secretary of State for the Home Department vs Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman

9

2011/C 145/13

Kawża C-84/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-24 ta’ Frar 2011 — Marja-Liisa Susisalo, Olli Tuomaala, Merja Ritala

9

2011/C 145/14

Kawża C-85/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

10

2011/C 145/15

Kawża C-86/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq

11

2011/C 145/16

Kawża C-98/11 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-Kawża T 336/08 (L-Ewwel Awla), Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

11

2011/C 145/17

Kawża C-100/11 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 minn Helena Rubinstein, L’Oréal mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-345/08: Helena Rubinstein SNC, L’Oréal SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan, Inc.

12

2011/C 145/18

Kawża C-103/11 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-19/07 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni

13

2011/C 145/19

Kawża C-108/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

13

2011/C 145/20

Kawża C-117/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Marzu 2011 — Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

14

2011/C 145/21

Kawża C-118/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2011 — EON ASSET MANAGEMENT OOD vs Direktor na Direktsiya Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna

15

2011/C 145/22

Kawża C-119/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

16

2011/C 145/23

Kawża C-120/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Yeboah Kwadwo

17

2011/C 145/24

Kawża C-123/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Marzu 2011 — A Oy

17

2011/C 145/25

Kawża C-129/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Marzu 2011 — Provadiinvest OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 145/26

Kawża T-375/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Viega vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Parteċipazzjoni fil-ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Multi — Dħul mill-bejgħ rilevanti — Ċirkustanzi attenwanti)

19

2011/C 145/27

Kawża T-376/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Legris Industries vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

19

2011/C 145/28

Kawża T-377/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Comap vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur — Multi — Iffissar tal-ammont inizjali tal-multa — Proporzionalità)

19

2011/C 145/29

Kawża T-378/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IMI et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Dħul mill-bejgħ rilevanti — Avviż dwar il-kooperazzjoni — Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi — Trattament ugwali)

20

2011/C 145/30

Kawża T-379/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Drittijiet tad-difiża — Parteċipazzjoni fil-ksur — Tul tal-ksur — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Trattament ugwali)

20

2011/C 145/31

Kawża T-381/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — FRA.BO vs Il-Kummisjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Immunità mill-multi — Aspettatitvi leġittimi — Trattament ugwali)

21

2011/C 145/32

Kawża T-382/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Tomkins vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Tul tal-ksur)

21

2011/C 145/33

Kawża T-384/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IBP u International Building Products France vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur — Multi — Ċirkustanzi aggravanti)

22

2011/C 145/34

Kawża T-385/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur uniku u kontinwu — Parteċipazzjoni fil-ksur)

22

2011/C 145/35

Kawża T-386/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Pegler vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Effett dissważiv)

23

2011/C 145/36

Kawża T-214/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Uċuh tar-raba’ li tinħarat — Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Eġew)

23

2011/C 145/37

Kawża T-117/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011 — L-Italja vs KESE (Sistema lingwistika — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għar-reklutaġġ ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE — Pubblikazzjoni bi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Artikoli 12 KE u 290 KE — Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Regolament Nru 1)

23

2011/C 145/38

Kawża T-443/08 u T-455/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Freistaat Sachsen et vs Il Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur l-ajruport ta’ Leipzig-Halle — Finanzjament ta’ investimenti relatati mal-bini tar-runway ġdida fin-nofsinhar tal-ajruport — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà — Kunċett ta’ impriża — Kunċett ta’ attività ekonomika — Infrastruttura tal-ajruporti)

24

2011/C 145/39

Kawża T-33/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Talba għal ħlas — Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata)

24

2011/C 145/40

Kawża T-54/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — XXXLutz Marken vs UASI — Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti natura selection — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

25

2011/C 145/41

Kawża T-149/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament (Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Kontroll dwar l-użu tal-allowances — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

25

2011/C 145/42

Kawża T-184/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 — Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

26

2011/C 145/43

Kawża T-419/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali AK 47 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2011/C 145/44

Kawża T-503/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali AK 47 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2011/C 145/45

Kawża T-14/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — CheckMobile vs UASI (carcheck) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali carchek — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Aritkolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2011/C 145/46

Kawża T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 — Milux vs UASI (REFLUXCONTROL et) (Trade mark Komunitarja — Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li mgħandux il-kwalità ta’ terzi — Inammissibbiltà)

27

2011/C 145/47

Kawża T-175/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 — Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO) (Trade mark Komunitarja — Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz — Inammissibbiltà)

28

2011/C 145/48

Kawża T-100/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — MSE Pharmazeutika vs UASI — Merck Sharp & Dohme (SINAMIT)

28

2011/C 145/49

Kawża T-112/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 145/50

Kawża T-113/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 145/51

Kawża T-125/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Centre national de la recherche scientifique vs Il-Kummissjoni

31

2011/C 145/52

Kawża T-149/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill

31

2011/C 145/53

Kawża T-151/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Telefónica de España u Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 145/54

Kawża T-159/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2011 — Marszałkowski vs UASI — Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)

33

2011/C 145/55

Kawża T-166/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2011 — Häfele vs UASI (Infront)

33

2011/C 145/56

Kawża T-167/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2011 — Centre national de la recherche scientifique vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 145/57

Kawża T-170/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2011 — Rivella International vs UASI — Baskaya di Baskaya & C. (BASKAYA)

34

2011/C 145/58

Kawża T-171/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — Hopf vs UASI (Clampflex)

35

2011/C 145/59

Kawża T-173/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2011 — Hesse vs UASI — Porsche (Carrera)

35

2011/C 145/60

Kawża T-177/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — PASP et vs Il-Kunsill

36

2011/C 145/61

Kawża T-178/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 — Voss of Norway vs UASI — Nordic Spirit (Flixkun Tridimensjonali)

36

2011/C 145/62

Kawża T-183/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — MIP Metro vs UASI — Jacinto (My Little Bear)

37

2011/C 145/63

Kawża T-186/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2011 — Schönberger vs Il-Parlament

37

2011/C 145/64

Kawża T-188/11: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ April 2011 — Chiboub vs Il-Kunsill

38

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/1


2011/C 145/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 139, 7.5.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 130, 30.4.2011

ĠU C 120, 16.4.2011

ĠU C 113, 9.4.2011

ĠU C 103, 2.4.2011

ĠU C 95, 26.3.2011

ĠU C 89, 19.3.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-385/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Adeżjoni ta’ Stati ġodda - Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta’ referenza Plavix - Deċiżjonijiet kundizzjonali ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti farmaċewtiċi - Ksur tal-acquis)

2011/C 145/02

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz u B. Majczyna, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Mackevičienė, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), moqri flimkien mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 151), kif ukoll mal-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) — Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta’ referenza Plavix, bi ksur tal-perijodu ta’ protezzjoni ta’ għaxar snin li minnu kien jibbenefika dan il-prodott — Deċiżjonijiet kundizzjonali ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti farmaċewtiċi mogħtija qabel id-data tal-adeżjoni tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea li iżda saru effettivi wara din id-data — Deċiżjonijiet mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika tal-Polonja:

billi żammet fis-seħħ id-deċiżjonijiet tal-Ministru tas-Saħħa dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jikkorrispondu għall-prodott ta’ referenza Plavix, u

billi introduċiet u billi żammet fis-suq, wara l-1 ta’ Mejju 2004, prodotti mediċinali li l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tagħhom ma nħarġux inkonformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, fir-rigward tal-ewwel inċiż indikat iktar ’il fuq, taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali, kif ukoll tal-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u, fir-rigward tat-tieni inċiż indikat iktar ’il fuq, taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Anton Vinkov vs Nachalnik “Administrativno-nakazatelna deynost” v otdel “Patna politsiya” na Stolichna direktsiya na vatreshnite raboti (direttur tas-sanzjonijiet amministrattivi fid-dipartiment “pulizija tat-toroq” fi ħdan id-direttorat tal-affarijiet interni tar-reġjun tal-belt kapitali)

(Kawża C-27/11)

2011/C 145/03

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Vinkov

Konvenut: Nachalnik “Administrativno-nakazatelna deynost” v otdel “Patna politsiya” na Stolichna direktsiya na vatreshnite raboti (direttur tas-sanzjonijiet amministrattivi fid-dipartiment “pulizija tat-toroq” fi ħdan id-direttorat tal-affarijiet interni tar-reġjun tal-belt kapitali)

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli applikabbli fid-dritt nazzjonali bħal dawk fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn jikkonċernaw il-konsegwenzi legali ta’ deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja kontra ksur ta’ natura amministrattiva, f’dan il-każ aċċident tat-traffiku, adottata minn awtorità amministrattiva, għandhom jiġu interpretati skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tad-dritt sekondarju, fil-qasam tal-“spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja” u/jew, jekk ikun il-każ, fil-qasam tat-trasport?

(2)

Mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati u mill-miżuri adottati abbażi tagħhom fil-qasam tal-“ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja” li jikkonċernaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, taħt l-Artikolu 82(1)(a) TFUE, kif ukoll fil-qasam tat-trasport, skont l-Artikolu 91(ċ) TFUE, jirriżulta li sanzjonijiet amministrattivi għal ksur tar-regoli tat-traffiku li jista’ jiġi kkwalifikat bħala “minuri” fis-sens ta’ u flimkien mal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, għandha tingħata risposta wkoll għad-domandi li ġejjin:

3.1.

Ksur ta’ natura amministrattiva tar-regoli tat-traffiku jirrappreżentaksur minuriskont id-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, meta jeżistu ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

A.

l-aġir li ta lok għal aċċident tat-traffiku li kkawża dannu materjali huwa kkwalifikat bħala kolpuż u huwa ssanzjonat bħala ksur ta’ natura amministrattiva;

B.

skont l-ammont tas-sanzjoni pekunjarja prevista, id-deċiżjoni li timponiha ma tistax tiġi kkontestata quddiem il-qrati, u l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-possibbiltà li tipprova li l-aġir attribwit lilha ma huwiex responsabbiltà tagħha u ma kienx kolpuż;

Ċ.

ċertu numru ta’ punti, indikat fid-deċiżjoni, jiġu ipso jure mnaqqsa mil-liċenzja tas-sewqan bil-punti minn meta d-deċiżjoni ssir finali;

D.

wara l-introduzzjoni tas-sistema tal-liċenzja tas-sewqan bil-punti, maħruġa inizjalment b’ammont speċifiku ta’ punti li jservu sabiex jittieħed kont tal-ksur ta’ regoli mwettaq, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-punti mnaqqsa ipso jure minħabba deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet amministrattivi li ma jistgħux jiġu kkontestati;

E.

fil-każ li miżura restrittiva li tikkonsisti fl-irtirar ta’ liċenzja tas-sewqan għal vettura bil-mutur minħabba t-telf tad-dritt ta’ sewqan li jseħħ ipso jure bħala konsegwenza tat-tnaqqis tal-punti kollha inizjalment mogħtija tiġi kkontestata quddiem il-qrati, ma jsirx stħarriġ ġudizzjarju inċidentali tal-legalità tad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni amministrattiva, li ma jistgħux jiġu kkontestati u li permezz tagħhom jiġi ordnat it-tnaqqis tal-punti.

3.2.

Hemm lok li jiġi konkluż li l-Artikolu 82 TFUE, u, jekk ikun il-każ, anki l-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE, kif ukoll il-miżuri adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq u d-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, jippermettu li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u tas-sentenzi jew il-miżuri adottati għat-titjib fis-sigurtà tat-toroq ma japplikawx għal deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, billi dan l-aġir jista’ jiġi kkwalifikat bħala “minuri” taħt id-dritt tal-Unjoni, meta l-Istat Membru jkun iddeċieda li ma josservax ir-rekwiżiti tal-possibbiltà li deċiżjoni tiġi kkontestata quddiem qorti kompetenti b’mod partikolari f’materji kriminali, u tal-applikabbiltà tar-regoli proċedurali nazzjonali dwar l-appelli kontra l-akkuża ta’ twettiq ta’ reat.

(4)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, għandha tingħata risposta wkoll għad-domanda li ġejja:

Hemm lok li jiġi konkluż li l-Artikolu 82 TFUE, u, jekk ikun il-każ, anki l-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE, kif ukoll il-miżuri adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq u d-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, jippermettu li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u tas-sentenzi jew il-miżuri adottati għat-titjib fis-sigurtà tat-toroq fid-dritt tal-Unjoni, ma japplikawx għal deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja wara ksur tar-regoli tat-traffiku, skont id-diskrezzjoni tal-Istat Membru, meta permezz ta’ att leġiżlattiv ikun iddeċieda li ma josservax ir-rekwiżiti tal-possibbiltà li deċiżjoni tiġi kkontestata quddiem qorti kompetenti b’mod partikolari f’materji kriminali, u tal-applikabbiltà tar-regoli proċedurali nazzjonali dwar l-appelli kontra l-akkuża ta’ twettiq ta’ reat, meta jeżistu ċ-ċirkustanzi li ġejjin, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali:

A.

l-aġir li ta lok għal aċċident tat-traffiku li kkawża dannu materjali, huwa kkwalifikat bħala kolpuż u huwa punibbli bħala ksur ta’ natura amministrattiv;

B.

skont l-ammont tas-sanzjoni pekunjarja prevista, id-deċiżjoni li timponiha ma tistax tiġi kkontestata quddiem il-qrati, u l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-possibbiltà li tipprova li l-aġir attribwit lilha ma kienx kolpuż;

Ċ.

ċertu numru ta’ punti, indikat fid-deċiżjoni, jiġu ipso jure mnaqqsa mil-liċenzja tas-sewqan bil-punti meta din id-deċiżjoni ssir finali;

D.

wara l-introduzzjoni tas-sistema tal-liċenzja tas-sewqan bil-punti, maħruġa inizjalment b’ammont speċifiku ta’ punti li jservu sabiex jittieħed kont tal-ksur ta’ regoli mwettaq, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-punti mnaqqsa ipso jure minħabba deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet amministrattivi li ma jistgħux jiġu kkontestati;

E.

fil-każ li miżura restrittiva li tikkonsisti fl-irtirar ta’ liċenzja tas-sewqan għal vettura bil-mutur minħabba t-telf tad-dritt ta’ sewqan li jseħħ ipso jure bħala konsegwenza tat-tnaqqis tal-punti kollha inizjalment mogħtija tiġi kkontestata quddiem il-qrati, ma jsirx stħarriġ ġudizzjarju inċidentali tal-legalità tad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni amministrattiva, li ma jistgħux jiġu kkontestati u li permezz tagħhom jiġi ordnat it-tnaqqis tal-punti.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2011 — Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., li daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. vs Gazdasági Versenyhivatal

(Kawża C-32/11)

2011/C 145/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Legfelsőbb Bírósága

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., li daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft.

Konvenuta: Gazdasági Versenyhivatal

Domandi preliminari

Ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u ċerti kumpanniji li jsewwu l-karozzi jew bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u assoċjazzjoni ta’ kumpanniji li jsewwu l-karozzi, li permezz tagħhom ir-rata għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ tiswija mħallsa lil kumpannija li ssewwi l-karozzi mill-kumpannija tal-assigurazzjoni għat-tiswija ta’ karozzi assigurati minn din tal-aħħar tiddependi, fost fatturi oħra, min-numru u mill-proporzjon tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din il-kumpannija tal-assigurazzjoni permezz tal-kumpannija li ssewwi l-karozzi, li jaġixxu bħala intermedjarji ta’ assigurazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE billi huma ftehim li għandhom l-għan ta’ prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern?


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2011 — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm

(Kawża C-40/11)

2011/C 145/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Yoshikazu Iida

Konvenuta: Stadt Ulm

Domandi preliminari

A.   Domandi dwar l-Artikoli 2, 3 u 7 tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni  (1)

(1)

Fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u b’interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2004/38/KE, “membru tal-familja” jista’ jinftiehem ukoll bħala l-ġenitur ta’ wild li jibbenfika mil-libertà li jiċċaqlaq bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea, meta l-wild ma huwiex dipendenti fuq dan il-ġenitur, ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu l-awtorità parentali?

(2)

Fl-affermattiv: fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u b’interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38/KE, l-imsemmija direttiva tapplika wkoll għal dan il-ġenitur, meta dan ma jakkompanjax jew ma jingħaqadx mal-wild tiegħu sa minn meta dan ikun stabbilixxa ruħu fi Stat Membru ieħor, iżda jkompli jgħix fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-wild?

(3)

Fl-affermattiv: fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, dan il-ġenitur jista’ jeżiġi dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-wild, b’interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-inqas sakemm ikun għad għandu l-awtorità parentali u jkun għadu fil-fatt jeżerċitaha?

B.   Domandi dwar id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 6(1) TUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

1.a)

Il-Karta hija intiża sabiex tapplika skont it-tieni alternattiva tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tagħha, meta s-suġġett tal-kawża jiddependi minn liġi nazzjonali (jew minn parti ta’ liġi) li fost affarijiet oħra — iżda mhux biss — tittrasponi direttivi Ewropej?

1.b)

Fin-negattiv: il-Karta hija intiża sabiex tapplika skont it-tieni alternattiva tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tagħha, mill-fatt biss li r-rikorrent jista’ possibbilment jeżiġi dritt ta’ residenza taħt il-leġiżlazzjoni Ewropea u jkun jista’ konsegwentement jitlob, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tal-liġi Ġermaniża dwar il-moviment liberu ġenerali taċ-ċittadini tal-Unjoni (Freizügigkeitsgesetz/EU), “Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni”, kif previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE?

1.ċ)

Fin-negattiv: fl-estensjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża ERT (sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1991, C-260/89, Ġabra p. I-2925, punti 41 sa 45), il-Karta hija intiża sabiex tapplika skont it-tieni alternattiva tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tagħha, meta Stat Membru jillimita d-dritt ta’ residenza tal-missier ta’ ċittadin tal-Unjoni minuri li joqgħod fil-parti l-kbira taż-żmien fi Stat Membru ieħor ma’ ommu minħabba l-attività professjonali ta’ din tal-aħħar, filwaqt li l-missier, ċittadin ta’ pajjiż terz, jeżerċita wkoll l-awtorità parentali?

2.a)

Fil-każ fejn il-Karta hija intiża sabiex tkun applikabbli: huwa possibbli li mill-Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiġi direttament dedott dritt ta’ residenza Ewropew għall-missier ċittadin ta’ pajjiż terz, tal-inqas sakemm dan ikollu l-awtorità parentali u sakemm huwa fil-fatt jeżerċitaha fir-rigward tal-wild tiegħu li jkollu ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u dan, anki jekk il-wild ikun joqgħod fil-parti l-kbira taż-żmien fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

2.b)

Fin-negattiv: id-dritt ta’ moviment liberu li l-wild għandu bħala ċittadin tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 45(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea moqri flimkien ma’, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 24(3) tal-imsemmija karta jippermetti li jiġi dedott dritt ta’ residenza Ewropew għall-missier ċittadin ta’ pajjiż terz, tal-inqas sakemm dan għandu l-awtorità parentali u sakemm dan fil-fatt jeżerċitaha fir-rigward tal-wild tiegħu, sabiex jiġi evitat b’mod partikolari li d-dritt ta’ moviment liberu tal-wild jitlef kull effett utli?

C.   Domandi dwar l-Artikolu 6(3) TUE flimkien mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni

(1)

Id-drittijiet fundamentali “mhux miktuba” tal-Unjoni Ewropea, kif deskritti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-sentenza tat-12 ta’ Novembru 1969 Stauder (29/69, Ġabra p. 419, punt 7) sa, pereżempju, is-sentenza tat-22 ta’ Novembru 2005 Mangold (C-144/04, Ġabra p. I-9981, punt 75), jistgħu japplikaw fl-intier tagħhom, anki jekk il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma hijiex intiża sabiex tapplika fil-każ ineżami; fi kliem ieħor, id-drittijiet fundamentali li jibqgħu applikabbi inkwantu huma prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 6(3) TUE jeżistu b’mod awtonomu u indipendenti flimkien mad-drittijiet fundamentali l-ġodda tal-Karta rikonoxxuti fl-Artikolu 6(1)?

(2)

Fl-affermattiv: sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effettiv tal-awtorità parentali, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fid-dawl b’mod partikolari tad-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jippermettu li jiġi dedott dritt ta’ residenza Ewropew għall-missier ta’ ċittadin tal-Unjoni minuri li joqgħod fil-parti l-kbira taż-żmien fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma’ ommu minħabba l-attività professjonali ta’ din tal-aħħar, meta l-missier ikun ċittadin ta’ pajjiż terz?

D.   Domanda dwar id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 21(1) TFUE u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

Fil-każ fejn l-Artikolu 6(1) jew (3) TUE ma jippermettix li r-rikorrent jikseb dritt ta’ residenza Ewropew: sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effettiv tal-awtorità parentali fl-estensjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Ottubru 2004 Zhu u Chen (C-200/02, Ġabra p. I-9925, punti 45 sa 47), id-dritt ta’ moviment liberu ta’ ċittadin tal-Unjoni minuri li joqgħod fil-parti l-kbira taż-żmien fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma’ ommu minħabba l-attività professjonali ta’ din tal-aħħar jippermetti li jiġi dedott għall-missier ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza Ewropew fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-wild, fuq il-bażi tal-Artikolu 21(1) TFUE u, jekk ikun il-każ, fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

E.   Domanda dwar l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni

Fil-każ fejn dritt ta’ residenza Ewropew ikun rikonoxxut: ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkun jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrent, għandu d-dritt li jikseb il-ħruġ ta’ “Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni”, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) — ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst vs Deutsche Bank AG

(Kawża C-44/11)

2011/C 145/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst

Konvenut: Deutsche Bank AG

Domandi preliminari

(1)

Il-ġestjoni tal-patrimonju permezz ta’ titoli (ġestjoni tal-portafoll), li hija attività remunerattiva fejn persuna taxxabbli tieħu deċiżjonijiet awtonomi dwar xiri u bejgħ ta’ titoli u teżegwixxi dawn id-deċiżjonijiet permezz tax-xiri u tal-bejgħ ta’ titoli, hija eżenti mit-taxxa

biss bħala ġestjoni tal-fondi ta’ investiment għal numru ta’ investituri kollettivament, skont l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jew ukoll

bħala ġestjoni ta’ portafoll individwali għal ċerti investituri skont l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (tranżazzjoni ta’ titoli jew bħala negozjar ta’ tali tranżazzjoni)?

(2)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-servizz prinċipali u tas-servizz anċillari, liema importanza għandha tingħata lill-kriterju li jipprovdi li s-servizz anċillari ma jikkostitwixxix għall-klijentela għan fih innifsu, iżda mod kif wieħed jibbenefika bl-aħjar kundizzjonijiet mis-servizz prinċipali tal-fornitur, fir-rigward ta’ fatturazzjoni separata tas-servizz anċillari u tal-possibbiltà li s-servizz anċillari jista’ jiġi pprovdut minn terz?

(3)

L-Artikolu 56(1)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE japplika biss għas-servizzi elenkati fl-Artikolu 135(1)(a) sa (g) tad-Direttiva 2006/112/KE jew jinkludi wkoll il-ġestjoni tal-patrimonju permezz ta’ titoli (ġestjoni tal-portafoll), anki jekk din it-tranżazzjoni ma taqax taħt din id-dispożizzjoni tal-aħħar?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Frar 2011 — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer

(Kawża C-49/11)

2011/C 145/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Content Services Ltd

Konvenut: Bundesarbeitskammer

Domanda preliminari

Huwa biżżejjed, sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-direttiva dwar il-kuntratti li jsiru mill-bogħod (1), li jipprovdi li l-konsumatur għandu jirċievi konferma tal-informazzjoni inkluża f’tali artikolu permezz ta’ medium sostenibbli li huwa disponibbli u aċċessibbli għalih, ħlief jekk din l-informazzjoni tkun diġà ġiet trażmessa lilu, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, permezz ta’ medium sostenibbli li huwa disponibbli u aċċessibbli għalih, fejn tali informazzjoni hija aċċessibbli għall-konsumatur permezz ta’ hyperlink fuq is-sit internet tan-negozjant, li hija inkluża f’test li fir-rigward tiegħu l-konsumatur għandu jindika li jkun qara, sabiex ikun jista’ jidħol f’relazzjoni kuntrattwali?


(1)  Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2011 — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-56/11)

2011/C 145/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G.

Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Domandi preliminari

(1)

Il-fornitur ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar għandu biss iwettaq l-obbligu li jipprovdi informazzjoni taħt is-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 (1) u tal-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament Nru 1768/95 (2) fil-każ fejn it-talba għal informazzjoni tal-proprjetarju tasal għandu qabel l-iskadenza tas-sena tas-suq koperta mit-talba (jew l-iktar sena reċenti fil-każ li jkun hemm diversi snin tas-suq?)

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Talba għal informazzjoni hija “ppreżentata fit-terminu previst” fil-każ fejn fit-talba tiegħu l-proprjetarju jsostni li għandu indizji li l-fornitur wettaq jew ser iwettaq operazzjonijiet ta’ pproċessar fuq prodott ta’ ħsad li l-bidwi, li ismu ssemma’ fit-talba, kiseb permezz tat-tħawwil tal-prodott ta’ propagazzjoni tal-varjetà protetta, jew inkella l-prova tal-indizji invokati għandha barra minn hekk tiġi prodotta lill-fornitur fit-talba għal informazzjoni (pereżempju permezz tat-trażmissjoni ta’ kopja tad-dikjarazzjoni tat-tħawwil tal-bidwi)?

(3)

Indizji li jagħtu lok għal obbligu ta’ informazzjoni tal-fornitur tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar jistgħu jirriżultaw mill-fatt li l-fornitur, fil-kwalità tiegħu ta’ mandatarju tal-proprjetarju, jeżegwixxi l-kuntratt ta’ propagazzjoni intiż għall-produzzjoni ta’ żerriegħa li tista’ tinbiegħ tal-varjetà protetta, li l-proprjetarju kkonkluda ma’ bidwi marbut bil-propagazzjoni, fejn u peress li l-bidwi jingħata de facto l-possibbiltà, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt, li juża parti miż-żerriegħa ta’ propagazzjoni miksuba bl-għan li titħawwel?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2011 — Land Hessen, irrappreżentat mir-Regierungspräsidium Gießen vs Florence Feyerbacher

(Kawża C-62/11)

2011/C 145/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Land Hessen, irrappreżentat mir-Regierungspräsidium Gießen

Konvenuta: Florence Feyerbacher

Domandi preliminari

(1)

Il-ftehim tat-18 ta’ Settembru 1998, konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar is-sede tal-BĊE (“il-ftehim dwar is-sede”) jagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni li għandu preċedenza fuq id-dritt nazzjonali jew inkella jikkostitwixxi trattat internazzjonali?

(2)

L-Artikolu 15 tal-ftehim dwar is-sede, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE għandu jiġi interpretat b’mod strett fis-sens li l-applikabbiltà għall-membri tal-persunal tal-BĊE ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt soċjali Ġermaniż li jikkonferixxu l-benefiċċju inkwistjoni hija biss eskluża jekk jingħata servizz soċjali paragunabbli mill-BĊE lill-membri tal-persunal tiegħu skont ir-regolamenti tal-persunal ?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda:

(a)

Id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tikkonferixxi allowances tal-familja biss abbażi tal-prinċipju territorjali?

(b)

Ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Bosmann (sentenza tal-20 ta’ Mejju 2008, C-352/06, Ġabra p. I-3827, punti 31 sa 33) japplika għad-dispożizzjonijiet iċċitati? L-Artikolu 15 tal-ftehim dwar is-sede, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE, jipprekludi lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-poter tagħha li tagħti allowances tal-familja lill-membri tal-persunal tal-BĊE li jirrisjedu fit-territorju tagħha?


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/8


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-68/11)

2011/C 145/10

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li billi qabżet, għal numru ta’ snin konsekuttivi, il-valuri ta’ limitu għall-partiċelli PM10 fl-arja ambjentali f’numru ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fir-rigward tal-kwalità tal-arja fit-territorju Taljan kollu, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (1), tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, li sar l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30/KE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li l-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri tal-limitu stabbiliti f’punt I tal-Anness III tad-direttiva, sa mid-data indikata hemmhekk. Id-data rilevanti fil-każ preżenti hija l-1 ta’ Jannar 2005.

Meta l-Kummissjoni evalwat ir-rapporti annwali mibgħuta għas-snin 2005 sa 2007, jirriżulta li l-valuri ta’ limitu għall-PM10 kienu nqabżu f’ħafna żoni u agglomerazzjonijiet urbani. Barra minn hekk, mid-data l-iktar riċenti mibgħuta mill-Italja għas-sena 2009 jirriżulta li din is-sitwazzjoni ta’ qabżiet tal-valuri ta’ limitu ta’ kuljum u/jew annwali seħħew f’70 żona.

B’hekk jirriżulta li l-Italja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30 għal dak li jirrigwarda ż-żoni u s-snin inkwistjoni.


(1)  ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 04, p. 164

(2)  ĠU L 152, 11.06.2008, p. 1


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis-16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-69/11)

2011/C 145/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Connoisseur Belgium BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 26 tal-kodiċi tal-VAT jikser l-Artikolu 11 A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), li issa huwa inkluż fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, jekk din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta fuq spejjeż jew ammonti li jistgħu kuntrattwalment jiġu allokati lill-kontroparti, li madankollu ma humiex hekk allokati?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU L 34, p. 1.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Frar 2011 — Secretary of State for the Home Department vs Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman

(Kawża C-83/11)

2011/C 145/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuti: Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jeżiġi li Stat Membru jagħmel dispożizzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiffaċilita d-dħul u/jew ir-residenza fi Stat Membru għall-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li ma humiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2)?

(2)

Jista’ membru ieħor tal-familja kif imsemmi fid-Domanda 1 jinvoka l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE fil-każ li huwa ma jkunx jista’ jissodisfa xi rekwiżiti imposti minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali?

(3)

Il-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tirreferi biss għal dawk li rrisjedew fl-istess pajjiż bħaċ-ċittadin tal-Unjoni u l-konjuġi tiegħu jew tagħha, qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni jkukn wasal fl-istat ospitanti?

(4)

Id-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE, li jinvokaw membri oħra tal-familja sabiex jiksbu dħul fl-istat ospitanti trid tkun dipendenza li eżistiet qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni ikun mar jgħix fl-istat ospitanti?

(5)

Stat Membru jista’ jimponi rekwiżiti partikolari, fir-rigward tan-natura jew tat-tul taż-żmien tad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE minn tali membru tal-familja, sabiex jipprevjeni tali dependenza milli tiġi simulata jew mhux neċessarja sabiex tagħmilha possibli għal persuna li ma hijiex ċittadin li titħalla tidħol fil-pajjiż jew tkompli tirrisjedi fit-territorju tiegħu?

(6)

Id-dipendenza li l-membru l-ieħor tal-familja jinvoka sabiex jitħalla jidħol fl-Istat Membru għandha tkompli għal perijodu, jew b’mod indefinit fl-istat ospitanti, sabiex tinħareġ karta ta’ residenza jew sabiex din tiġġedded skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE, u jekk iva kif għandha tiġi pprovata din id-dependenza?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-24 ta’ Frar 2011 — Marja-Liisa Susisalo, Olli Tuomaala, Merja Ritala

(Kawża C-84/11)

2011/C 145/13

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marja-Liisa Susisalo, Olli Tuomaala, Merja Ritala.

Partijiet oħra: Helsingin yliopiston apteekki, Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus FIMEA.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 49 TFUE, dwar il-libertà ta’ stabbiliment taħt id-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Finlandiża fuq il-prodotti mediċinali (‘lääkelaki’) dwar l-iskema ta’ liċenzji sabiex jiġu operati l-ispiżeriji, minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki huma differenti minn dawk applikabbli għall-ispiżeriji privati skont kif ġej:

(a)

Permezz ta’ liċenzja maħruġa mil-Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (Ċentru ta’ żvilupp u ta’ sigurtà tal-qasam farmaċewtiku — iktar ’il quddiem: il-“FIMEA”), skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Liġi Finlandiża fuq il-prodotti mediċinali, fergħa ta’ spiżerija privata tista’ tiġi stabbilita f’żona li, minħabba n-numru żgħir ta’ abitanti, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet minimi sabiex topera spiżerija indipendenti, iżda fejn l-aċċess għall-prodotti mediċinali jirrikjedi l-preżenza ta’ spiżerija; spiżjar privat jista’ jopera sa tliet fergħat, abbażi ta’ liċenzja għal kull waħda minnhom. Min-naħa l-oħra fergħa tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki tista’ tiġi stabbilita abbażi ta’ liċenzja maħruġa, għal kull fergħa separatament, mill-FIMEA skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Liġi Finlandiża fuq il-prodotti mediċinali, mingħajr ma l-liġi jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra jillimitaw l-evalwazzjoni li għandha ssir fl-okkażjoni tal-ħruġ ta’ din il-liċenzja b’restrizzjonijiet oħra minbarra l-fatt li l-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki ma jistax ikollha iktar minn sittax-il fergħa.

(b)

Sabiex jiġi ddeterminat il-post ta’ stabbiliment ta’ fergħa ta’ spiżerija privata, il-FIMEA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-post ta’ stabbiliment tal-ispiżerija. Ma hemmx regola analoga għall-post ta’ stabbiliment ta’ fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki, li ġew stabbiliti f’diversi partijiet tal-Finlandja.

(2)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, fid-dawl tar-risposti għad-domandi preċedenti, li l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi skema ta’ liċenzji sabiex jiġu operati l-fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki, il-qorti nazzjonali tagħmel ulterjorment id-domandi preliminari li ġejjin:

(a)

Ir-restrizzjoni fuq il-libertà ta’ stabbiliment li tirriżulta mill-iskema ta’ liċenzji sabiex jiġu operati l-fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki, tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jkunu ta’ natura neċessarja u proporzjonata u li jirriżultaw mill-missjonijiet partikolari li assumiet l-Università ta’ Helsinki fil-qasam tat-tagħlim tal-farmaċewtika u ta’ provvista ta’ prodotti mediċinali, fid-dawl tal-fatt li ebda missjoni partikolari analoga ma hi assenjata lill-fergħat ta’ din l-ispiżerija?

(b)

Mill-missjonijiet partikolari ċċitati iktar ’il fuq, mogħtija bil-liġi lill-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki, jirriżulta li din l-ispiżerija tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża inkarigata mill-għoti ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE u, jekk iva, din id-dispożizzjoni tat-TFUE tippermetti li, fir-rigward tal-fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki, issir deroga mir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 49 TFUE, fid-dawl tal-fatt li ebda missjoni partikolari korrispondenti ma ġiet assenjata lill-fergħat tal-ispiżerija tal-Università ta’ Helsinki?


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/10


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-85/11)

2011/C 145/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi tippermetti lil persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa jkunu membri ta’ grupp tal-VAT (meqjusa bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għal raġunijiet prattiċi u sabiex tiġġieled l-abbużi possibbli, id-direttiva tal-VAT tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw lil żewġ persuni taxxabbli jew iktar meħuda flimkien bħala persuna taxxabbli waħda. Ir-rikorrenti ssostni li d-direttiva ma tawtorizzahomx jinkludu f’dan il-grupp lill-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa, u li għalhekk jestendu d-drittjiet u l-obbligi tal-persuni taxxabbli għal persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tal-Irlanda li tippermetti l-inklużjoni tal-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa fi grupp tal-VAT tmur kontra d-direttiva.


(1)  ĠU L347, p. 1


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/11


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-86/11)

2011/C 145/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi jippermetti lil persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa jkunu membri ta’ grupp tal-VAT (meqjusa bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT), ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għal raġunijiet prattiċi u sabiex tiġġieled l-abbużi possibbli, id-direttiva tal-VAT tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw lil żewġ persuni taxxabbli jew iktar meħuda flimkien bħala persuna taxxabbli waħda. Ir-rikorrenti ssostni li d-direttiva ma tawtorizzahomx jinkludu f’dan il-grupp lill-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa, u li għalhekk jestendu d-drittjiet u l-obbligi tal-persuni taxxabbli għal persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li tippermetti l-inklużjoni tal-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa fi grupp tal-VAT tmur kontra d-direttiva.


(1)  ĠU L347, p. 1


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/11


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-Kawża T 336/08 (L-Ewwel Awla), Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-98/11 P)

2011/C 145/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (rappreżentanti: G. Hild, R. Lange, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas 17 ta’ Diċembru 2010, fil-Kawża T-336/08 u li l-UASI tiġi kkundannata għall ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tal-11 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tridimensjonali li għandha l-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra.

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94.

Fir-rigward tal-ewwel aggravju, dwar il-prova tal-karattru distintiv tat-trade mark, la l-eżami mill-UASI u lanqas l-evalwazzjoni ġuridika mill-Qorti Ġenerali ma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi, billi it-tnejn huma bbażati fuq suppożizzjonijiet. L UASI spekula li l-konstatazzjoni li fenek taċ-ċikkulata tal-Għid huwa forma tipika għall-Għid, hija valida għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni, u li dan ma huwiex ikkontestat. Madankollu, dan il-fatt dejjem kien ikkontestat, billi l-appellanti espressament ikkontestat din il-konstatazzjoni, billi espressament ressqet sottomissjonijiet estensivi. L-UASI u l-Qorti Ġenerali kellhom jieħdu kunsiderazzjoni ta’ dan sabiex korrettament jittrattaw l-obbligu tagħhom ta’ verifika skont l Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94. Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali waslet ukoll għall-konklużjoni li l-użu ta’ fojl dehbieni għall-fniek taċ-ċikkulata tal-Għid huwa abitwali fis-suq, minkejja l-fatt li s-sentenza tirreferi biss għal tliet prodotti oħra mgeżwra fi fojl dehbieni. Dan in-numru baxx ta’ prodotti, fl-opinjoni tal-appellanti, ma jistax iwassal sabiex din il-karatteristika tkun meqjusa bħala “abitwali” fis-suq.

Il-fatt li l-ipoteżi tal-Qorti Ġenerali, li t-trade mark ma għandha l-ebda karattru distintiv fl-Unjoni Ewropea kollha, hija bla bażi ssir iktar ċara permezz tal-fatt li t trade mark inkwistjoni hija rreġistrata fi 15-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, li tgħid li t-trade mark għandha tkun kisbet karattru distintiv permezz tal-użu fl-Unjoni Ewropea kollha, li hija żbaljata għal żewġ raġunijiet.

Minn naħa, il-Qorti Ġenerali tinjora li l-karattru distintiv għandu jiġi miksub permezz ta’ użu, biss fejn it-trade mark ma għandux diġà karattru distintiv. Fil-15-il Stat Membru 15 fejn it-trade mark inkwistjoni għandha karattru distintiv intrinsiku, ma hemmx lok li jiġi mitlub il-ksib tal-karattru distintiv permezz ta’ użu. Li kieku kellu jintlaqa’ li bħala parti mill-evalwazzjoni, il-karattru distintiv għandu jerġa’ jiġi vverifikat fl-Istati Membri individwali, wieħed għandu wkoll għalhekk jiddetermina l fatti hemmhekk. Billi skont l-Artikolu 74 tar-Regolament, il-karattru distintiv għandu jiġi evalwat mill-UASI ex officio, l-UASI għalhekk kellha tagħmel sejbiet individwali għal kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-UASI u l-Qorti Ġenerali naqsu milli jagħmlu dan.

Min-naħa l-oħra, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma humiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ uniformità tat-trade mark Komunitarja. Fl-evalwazzjoni tan-natura reġistrabbli u, b’mod partikolari f’dan il-każ, tal-karattru distintiv, l-Unjoni Ewropea għandha titqies bħala suq uniku komuni. Jekk għal maġġoranza tal-popolazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea, hemm karattru distintiv intrinsiku, dan għandu jkun ukoll biżżejjed għal protezzjoni fis-suq Ewropew kollu.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/12


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 minn Helena Rubinstein, L’Oréal mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-345/08: Helena Rubinstein SNC, L’Oréal SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan, Inc.

(Kawża C-100/11 P)

2011/C 145/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Helena Rubinstein SNC, L’Oréal SA (rappreżentant: A. von Mühlendahl, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan, Inc.

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08;

tiċħad l-appelli ppreżentati minn Allergan, Inc. kontra d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju tat-28 ta’ Marzu 2007 fil-Każ 1118 C (Helena Rubinstein SNC, BOTOLIST) u tal-4 ta’ April 2007 fil-Każ 1120 C (L’Oréal SA, BOTOCYL);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

 

Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 52(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi ddeċidiet li l-Uffiċċju kien iġġustifikat li jiddeċiedi li t-trade marks preċedenti li bbażat ruħha fuqhom Allergan, Inc. kellhom reputazzjoni u li l-użu tar-reġistrazzjonijiet ikkontestati jieħdu vantaġġ inġust minn jew ikunu ta’ ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.

 

Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 115 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 1 Regola 38(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (2) tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, kif emendat (iktar ’il quddiem imsejħin “Regola 38” u “Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”), billi ħadet inkunsiderazzjoni provi li ma ġewx prodotti fil-lingwa tal-kawża.

 

Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi rrevediet u kkonfermat id-deċiżjonijiet ikkontestati skont standards legali żbaljati.

 

Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 73 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi ddeċidiet li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma kinux ivvizzjati b’nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/13


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-19/07 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-103/11 P)

2011/C 145/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, E. Montaguti u J. Samnadda, aġenti, assistiti minn A. Berenboom u M. Isgour, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Systran SA u Systran Luxembourg SA

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-19/07, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni li permezz tagħha ġie parzjalment milqugħ rikors għad-danni ppreżentat kontra l-Kummissjoni u, konsegwentement, billi tiddeċiedi definittivament, tiċħad ir-rikors minħabba n-natura inammissibbli jew infondata tiegħu;

tikkundanna lill-SA Systran u Systran Luxembourg għall-ispejjeż kollha sostnuti minnhom kif ukoll mill-Kummissjoni;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-19/07, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka tmien aggravji insostenn tal-appell tagħha. Hija ssostni li s-sentenza hija vvizzjata b’sensiela ta’ żbalji li jiġġustifikaw l-annullament tagħha. Hija tressaq l-aggravji bbażati fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tal-kawża, fuq l-osservanza tal-proċedura minn din tal-aħħar, kif ukoll fuq l-osservanza tat-tliet kundizzjonijiet li, skont ġurisprudenza stabbilita, huma kumulattivament meħtieġa sabiex ikun hemm ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni: l-eżistenza ta’ tort, ta’ dannu u ta’ rabta’ kawżali bejn it-tort u d-dannu.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha l-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tan-natura mhux kuntrattwali tal-kwistjoni u, konsegwentement, billi ddikjarat li għandha l-ġurisdizzjoni meħtieġa sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tal-Kummissjoni u kisret ir-regoli dwar il-produzzjoni tal-prova.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, hija tinvoka applikazzjoni ineżatta tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tal-proprjeta ta’ dawn id-drittijiet.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-eżistenza minn naħa, ta’ falsifikazzjoni, u min-naħa l-oħra, ta’ ksur tal-għarfien tekniku ta’ Systran.

Il-ħames aggravju tagħha huwa bbażat fuq il-fatt li, meta kkunsidrat li l-allegat tort tal-Kummissjoni jikkostitwixxi ksur suffiċjentement karatterizzat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni li wassal għal ksur tal-prinċipji ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

Permezz tas-sitt aggravju tagħha r-rikorrenti ssostni, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/250/KEE u, min-naħa l-oħra, li hija naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-Artikolu 6 tal-istess direttiva.

Permezz tas-seba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli, minn naħa, għamlet konstatazzjonijiet ta’ fatt manifestament ineżatti, żnaturat provi u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, u, min-naħa l-oħra, li hija naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ rabta kawżali.

Fl-aħħar nett, it-tmien aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li, billi tat lil Systran danni li jammontaw għal EUR 12 001 000, minn naħa, il-Qorti Ġenerali wettqet konstatazzjonijiet ta’ fatt manifestament ineżatti, żnaturat provi u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, u, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha dwar il-kalkolu tad-dannu.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/13


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-108/11)

2011/C 145/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ VAT ta’ 4,8 % għall-provvisti ta’ klieb tal-fenek u taż-żwiemel li bħala regola ma humiex intenzjonati għall-preparazzjoni tal-ikel, għall-kiri taż-żwiemel u għal ċerti servizzi ta’ inseminazzjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96, 98 (moqrija flimkien mal-Anness III) u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 96 tad-Direttiva tal-VAT, ir-rata standard ta’ VAT stabbilita għal kull Stat Membru, suġġetta għal għal rata minima ta’ 15 %, tapplika għall-provvisti kollha ta’ merkanzija u ta’ servizzi. Rata differenti mir-rata standard tista’ tiġi applikata biss jekk permessa minn dispożizzjonijiet oħra tad-direttiva.

L-Artikolu 98 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata waħda jew tnejn mnaqqsa għall-provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi fil-kategoriji li jinsabu fl-Anness III tad-direttiva. Il-provvisti inkwistjoni f’din il-kawża ma humiex inklużi fl-imsemmi anness.

Id-Direttiva tal-VAT tinkludi wkoll dispożizzjonijiet provviżorji li jippermettu lill-Istati Membri jkomplu japplikaw rati li jidderogaw mir-regoli ġenerali relatati mal-istruttura u mal-livell ta’ rati li jinsabu fid-direttiva, jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1991.

Skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva tal-VAT, meta Stat Membru applika, fl-1 ta’ Jannar 1991, rata imnaqqsa inqas mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99, jista’ japplika waħda miż-żewġ rati stabbiliti fl-Artikolu 98 għall-provvista ta’ tali merkanzija jew ta’ tali servizzi. Madankollu, peress li r-rata applikata mill-Irlanda għall-merkanzija u għas-servizzi inkwistjoni f’din il-kawża hija inqas mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99 tad-Direttiva tal-VAT, l-Artikolu 133 ma jistax jiġi applikat.

L-Artikolu 110 tad-direttiva japplika wkoll għal rati inqas mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99. Hu jistipula sistema provviżorja għal ċerti miżuri nazzjonali adottati minħabba raġunijiet ta’ interess soċjali ddefiniti b’mod ċar (jiġifieri, biex jitnaqqas il-piż fiskali fuq il-konsum ta’ merkanzija u servizzi li jkopru ħtiġijiet soċjali bażiċi) u għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali. Il-Kummissjoni ssostni li l-provvista ta’ żwiemel u ta’ klieb tal-fenek (għal użu ieħor minbarra dak tal-preparazzjoni tal-ikel), il-kiri taż-żwiemel u s-servizzi ta’ inseminazzjoni ma għandhomx jiġu kkunsidrati meħtieġa sabiex ikopru l-ħtiġijiet soċjali bażiċi. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li, peress li proporzjon qawwi ta’ żwiemel u ta’ klieb tal-fenek huwa intenzjonat għall-kompetizzjoni jew għar-riproduzzjoni, il-vantaġġ tal-miżura ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ta’ benefiċċju għall-konsumaturi finali.


(1)  ĠU L 347, p. 1


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Marzu 2011 — Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-117/11)

2011/C 145/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

(1)

Liema huma dawk il-fatturi partikolari li l-Qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra meta tkun qed tiddeċiedi jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża preżenti, persuna taxxabbli tkun qed tagħti provvista waħda taxxabli ta’ servizzi ta’ parkeġġ jew żewġ provvisti separati, wieħed ta’ parkeġġ u wieħed ta’ trasport ta’ passiġġieri?

B’mod partikolari:

(a)

Dan il-każ jaqa’ taħt ir-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-349/96, Card Protection Plan, u l-Kawża C-41/04, Levob. B’mod partikolari, is-servizzi tat-trasport in kwistjoni jistgħu jitqiesu li huma anċillari għas-servizzi ta’ parkeġġ jew li huma servizzi tant marbuta magħhom mill-qrib li oġġettivament jifformaw provvista ekonomika waħda indiviżibbli, li b’hekk tkun ħaġa artifiċjali li tiġi diviża?

(b)

Meta wieħed ikun qed jikkunsidra d-domanda 1(a), x’kunsiderazzjoni għandha tagħti l-qorti tar-rinviju tal-ispejjeż fil-provvista tas-servizz ta’ trasport, meta mqabbla mas-servizzi ta’ parkeġġ, skont il-punti 24-26 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-308/96 u C-94/97, Madgett u Baldwin, fl-evalwazzjoni dwar jekk is-servizzi ta’ trasport humiex anċillari jew le għas-servizzi ta’ parkeġġ?

(ċ)

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-572/07, Tellmer, b’mod partikolari l-punti 21-24, fir-risposti tal-Qorti tar-rinviju għad-domanda 1(a), hija għandha tikkunsidra l-fatt li l-element tat-trasport tal-provvista jista’ jiġi (iżda mhuwiex fil-fatt) ipprovdut b’numru ta’ modi (pereżempju, il-persuna taxxabbli tista’ tipprovdi dawn is-servizzi ta’ trasport billi tuża fornitur terz li joħroġ fattura fir-rigward tal-persuna taxxabbli jew tista’ tuża fornitur terz li jidħol f’kuntratt dirett mal-klijent u joħroġ fattura separatament għas-servizzi ta’ trasport) u sa fejn (jekk jirriżulta li jkun il-każ) hija rilevanti l-kwistjoni ta’ jekk il-kuntratt jagħtix jew le d-dritt lill-klijent li jagħżel bejn il-modi differenti li fih l-element tat-trasport jista’ jiġi pprovdut?

(2)

Meta l-Qorti tar-rinviju tkun qed tikkunsidra jekk hemmx jew le provvista ekonomika waħda indiviżibbli fir-risposta għad-domanda 1(a), x’kunsiderazzjoni għandha tagħti lill-prinċipju ta’ newtralità fiskali?

B’mod partikolari:

a)

Ir-risposta tiddependi fuq jekk il-persuna taxxabbli tipprovdi jew le wkoll servizzi ta’ parkeġġ jew servizzi ta’ trasport separatament lil gruppi oħra ta’ klijenti?

b)

Ir-risposta tiddependi fuq kif servizzi oħra ta’ trasport minn u lejn ajruporti, li ma jiġux ipprovduti minn operaturi ta’ servizzi ta’ parkeġġ, jiġu ttrattati taħt il-liġi nazzjonali?

(ċ)

Ir-risposta tiddependi fuq jekk każijiet oħra tal-provvista minn persuni taxxabli ta’ servizzi tal-parkeġġ u ta’ trasport (li ma jinvolvux trasport minn u lejn ajruporti) jiġu ttrattati jew le taħt il-liġi nazzjonali bħala li jammontaw għal żewġ provvisiti distinti, waħda taxxabbli u waħda b’rata ta’ żero fil-mija?

(d)

Ir-risposta tiddependi fuq jekk il-persuna taxxabbli tista’ turi jew le li s-servizzi li hija tipprovdi jikkompetu ma’ servizzi oħra simili li jinvolvu kemm element ta’ parkeġġ kif ukoll ta’ trasport, kemm jekk ipprovduti mill-istess fornitur jew ipprovduti minn żewġ fornituri separati? B’mod partikolari, ir-risposta tiddependi fuq jekk il-persuna taxxabbli tista’ turi li l-konsumaturi li jixtiequ jużaw il-karozzi tagħhom sabiex jagħmlu parti mill-vjaġġ tagħhom lejn l-ajruport jistgħu jiksbu parkeġġ u trasport lejn l-ajruport minn fornituri individwali u separati, pereżempji billi jipparkjaw f’post viċin stazzjon ferrovjarju u trasport bil-ferrovija minn dak il-post sal-ajruport jew billi jipparkjaw f’post viċin ajruport u tip ieħor ta’ trasport pubbliku lejn l-ajruport?

(e)

Kif għandha l-Qorti tar-rinviju tikkunsidra l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-94/09, Il-Kummissjoni vs Franza, fir-rigward tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tas-servizzi tat-trasport f’dik il-kawża?

(3)

Id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, jipprekludu dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li teskludi rata ta’ żero fil-mija għal servizzi ta’ trasport bejn ajruport u parkeġġ fejn il-persuna li tkun qed tipprovdi l-element tat-trasport u l-persuna li tkun qed tipprovdi l-element tal-parkeġġ tal-karozzi tkun l-istess persuna jew persuni konnessi bejniethom?


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Marzu 2011 — “EON ASSET MANAGEMENT” OOD vs Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna

(Kawża C-118/11)

2011/C 145/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrative sad — Varna (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“EON ASSET MANAGEMENT” OOD

Konvenut: Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Varna fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

Domandi preliminari

(1)

F’liema sens għandu jiġi interpretat ir-rekwiżit imsemmi fl-espressjoni “jintużaw”, stipulat fl-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112 (1), u fir-rigward tat-tnissil tad-dritt li titnaqqas it-taxxa imposta, meta għandu jiġi ssodisfatt dan ir-rekwiżit: matul il-periojdu fiskali meta l-merkanzija jew is-servizzi ġew akkwistati, jew huwa biżżejjed li dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfatt matul perijodu fiskali sussegwenti?

(2)

Dispożizzjoni bħall-Artikolu 70(1)(2) tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, li tippermetti l-esklużjoni inizjali ta’ merkanzija u servizzi ddefiniti bħala “intenzjonati għal tranżazzjonijiet bla ħlas jew għall-attivitajiet li ma humiex parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli” mis-sistema ta’ tnaqqis tal-VAT, hija ammissibbli fid-dawl tal-Artikoli 168 u 176 tad-Direttiva 2006/112?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li, sabiex juża l-possibbiltà mogħtija lilu li jeskludi d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT għal ċerta merkanzija u servizzi, jibbaża ruħu fuq il-kategoriji ta’ spejjeż iddefiniti kif ġej: merkanzija jew servizzi intenzjonati għal tranżazzjonijiet bla ħlas jew għall-attivitajiet li ma humiex parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, bl-esklużjoni tal-każijiet stipulati fl-Artikolu 70(3) tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, issodisfa r-rekwiżit li kategorija ta’ merkanzija u ta’ servizzi tiġi ddefinita b’mod adegwat, jiġifieri li jiġu ddefiniti b’riferiment għan-natura tagħhom?

(4)

Skont ir-risposta mogħtija għat-tielet domanda: f’liema sens għandha tinftiehem id-destinazzjoni (l-użu preżenti jew fil-futur) tal-merkanzija jew tas-servizzi akkwistati minn persuna taxxabbli: bħala pre-rekwiżit għat-tnissil tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT jew bħala bażi li tiġġustifika l-aġġustament tal-ammont tat-taxxa li għandha titnaqqas?

(5)

Jekk id-destinazzjoni (l-użu) għandha tiġi kkunsidrata bħala bażi li tippermetti li jiġi aġġustat l-ammont tat-taxxa li għandha titnaqqas, kif għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 173 tad-Direttiva 2006/112: din tipprovdi l-possibbiltà li jsiru aġġustamenti fil-każijiet fejn merkanzija u servizzi jintużaw inizjalment għal attività mhux taxxabbli jew fejn ma jintużawx wara l-akkwist tagħhom, filwaqt li jkunu għad-dispożizzjoni tal-impriża u jkunu inklużi fl-attività taxxabbli tal-persuna taxxabbli matul il-perijodu wara l-akkwist?

(6)

Fil-każ li l-Artikolu 173 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġġustament previst japplika wkoll għall-każijiet fejn il-merkanzija jew is-servizzi, wara l-akkwist tagħhom, jintużaw inizjalment għal attività mhux taxxabbli, jew fil-każijiet fejn ma jintużawx, iżda li sussegwentement huma inklużi fl-attività taxxabbli tal-persuna taxxabbli, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, fid-dawl tal-limitazzjoni introdotta bis-saħħa tal-Artikolu 70(1)(2) tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, u tal-fatt li skont l-Artikolu 79(1)(2) tal-imsemmija liġi, il-possibbiltà li jsiru aġġustamenti hija limitata biss għal każijiet fejn merkanzija, li l-użu inizjali tagħha kien jissodisfa r-rekwiżiti tat-tnaqqis tat-taxxa, sussegwentement tintuża b’mod li ma jissodisfax iktar dawn ir-rekwiżiti tat-tnaqqis tat-taxxa, l-Istat Membru rrispetta l-obbligu tiegħu li jiddefinixxi d-dritt tal-persuni taxxabbli kollha li jnaqqsu t-taxxa imposta bl-iktar mod affidabbli u ġust?

(7)

Skont ir-risposti mogħtija għad-domandi preċedenti, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, skont ir-regoli li jillimitaw id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT u ta’ aġġustament għall-ammont ta’ VAT li għandu jitnaqqas, introdotti permezz tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, f’ċirkustanzi simili għal dawk fil-kawża prinċipali, u fid-dawl tal-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112, persuna taxxabbli rreġistrata għall-VAT hija awtorizzata tnaqqas il-VAT imposta għal merkanzija jew servizzi li kienu pprovduti lilha minn persuna taxxabbli oħra, matul il-perijodu li fih ġew ipprovduti u meta t-taxxa saret dovuta?


(1)  ĠU L 347, p. 1


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/16


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-119/11)

2011/C 145/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi applikat, mill-1 ta’ Jannar 2007, ir-rata ta’ VAT ta’ 2,10 % fuq id-dħul minn dħul fl-ewwel rappreżentazzjonijiet ta’ kunċerti mogħtija fi stabbilimenti fejn hemm l-għażla li jiġu servuti ikel u xorb waqt l-ispettaklu, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 99 u 110 tad-Direttiva tal-VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, il-Kummissjoni takkuża lill-konvenuta li applikat, sa mill-1 ta’ Jannar 2007, rata ta’ VAT ta’ 2,10 % għad-dħul li sar minn dħul fl-ewwel rappreżentazzjonijiet ta’ kunċerti mogħtija fi stabbilimenti fejn hemm l-għażla li jiġu servuti ikel u xorb waqt l-ispettaklu, minflok ir-rata preċedenti ta’ 5,5 %.

Ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 110 tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1991, kienu japplikaw rati mnaqqsa ta’ VAT iktar baxxi mir-rata minima ta’ 5 %, jistgħu jkomplu japplikawhom. Madankollu, dan l-artikolu ma jistax jawtorizza lill-Istati Membri li jintroduċu eċċezzjonijiet ġodda, jew li jkabbru l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Jannar 1991, wara li kienu naqsu l-portata wara din id-data. Issa, dan huwa preċiżament il-każ fil-każ preżenti peress li l-konvenuta naqqset, sa mill-1 ta’ Jannar 1997, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni li kien jeżisti fl-1 ta’ Jannar 1991 fil-qasam tar-rata mnaqqsa tal-VAT u eskludiet speċifikament mill-qligħ tagħha d-dħul li sar minn l-ewwel rappreżentazzjonijiet provenjenti mill-bejgħ tal-billjetti “li jagħtu esklużivament aċċess għal kunċerti mogħtija fi stabbilimenti fejn hemm l-għażla li jiġu servuti ikel u xorb waqt l-ispettaklu”. Billi tkabbar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ eċċezzjoni għad-direttiva, ir-Repubblika Franċiża b’hekk injorat l-iskop ta’ din tal-aħħar.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Yeboah Kwadwo

(Kawża C-120/11)

2011/C 145/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-kawża prinċipali

Yeboah Kwadwo

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ effettività tad-direttivi, ta’ proporzjonalità u ta’ effikaċja tal-miżuri koerċitivi intiżi għall-eżekuzzjoni tar-ritorn tal-barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-inkriminazzjoni u s-sanzjonar — b’piena massima ta’ erba’ snin f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-ewwel ordni ta’ tneħħija u ta’ ħames snin f’każ ta’ ksur ta’ ordnijiet sussegwenti tal-Kwestur — tal-barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment li sempliċiment ma osservax id-digriet ta’ espulsjoni u l-ordni ta’ tneħħija tal-awtorità amministrattiva?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Marzu 2011 — A Oy

(Kawża C-123/11)

2011/C 145/24

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Konvenuti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö u Valtiovarainministeriö

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE jeħtieġu li kumpannija li takkwista tkun tista’, mit-taxxa tagħha, tnaqqas it-telf li jirriżulta minn attività li wettqet, tul is-snin preċedenti għal fużjoni, fi Stat Membru ieħor mill-kumpannija akkwistata, li kienet stabbilita hemmhekk, meta l-kumpannija li takkwista ma għandhiex sede fissa fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija akkwistata u fejn taħt ir-regoli nazzjonali, il-kumpannija li takkwista hija awtorizzata tnaqqas it-telf ta’ kumpannija akkwistata jekk din hija kumpannija nazzjonali jew jekk it-telf seħħ fi stabbiliment fiss li jinstab fit-territorju nazzjonali ?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom effett fuq jekk l-ammont tat-telf li jista’ jitnaqqas għandux ikun ikkalkolat skont il-leġizlazzjoni fiskali tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija li takkwista, jew għandux ikun ikkunsidrat bħala telf li jista’ jitnaqqas, it-telf li subiet il-kumpannija akkwistata fl-Istat tar-residenza tagħha u kkonsolidat skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat?


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Marzu 2011 — “Provadiinvest” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”

(Kawża C-129/11)

2011/C 145/25

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Provadiinvest” OOD.

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kunsinna bejn persuni relatati, meta l-korrispettiv ikun inqas mill-valur normali, l-ammont taxxabli għandu jkun il-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss meta l-fornitur u x-xerrej ma jkollhomx id-dritt għal tnaqqis sħiħ tal-VAT tal-input fuq ix-xiri u/jew il-ħolqien tal-merkanzija li tkun is-suġġett tal-kunsinna?

(2)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-fornitur ikun eżerċita dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input kollha fuq il-merkanzija u fuq is-servizzi li jkunu s-suġġett ta’ kunsinna ulterjuri bejn persuni relatati b’valur inqas mill-valur fis-suq miftuħ, f’sitwazzjoni fejn dan id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input ma jkunx ġie kkoreġut skont l-Artikoli 173 sa 177 tad-Direttiva u fejn il-kunsinna ma tkunx suġġetta għal eżenzjoni skont l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew 380 sa 390 tad-Direttiva, l-Istat Membru ma jistax jieħu miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli għandu jkun biss il-valur normali?

(3)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta x-xerrej ikun eżerċita dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input kollha fuq il-merkanzija u fuq is-servizzi li jkunu s-suġġett ta’ kunsinna ulterjuri bejn persuni relatati b’valur inqas mill-valur fis-suq miftuħ, f’sitwazzjoni fejn dan id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input ma jkunx ġie kkoreġut skont l-Artikoli 173 sa 177 tad-Direttiva, l-Istat Membru ma jistax jieħu miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli għandu jkun biss il-valur normali?

(4)

L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jelenka b’mod eżawrjenti l-każijiet li fihom huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu lil Stat Membru jieħu miżuri sabiex jiżgura li l-ammont taxxabbli jkun il-valur fis-suq tat-tranżazzjoni?

(5)

Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, hija ammissibbli f’sitwazzjonijiet oħra li jkunu differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

(6)

F’każ bħal dak ineżami, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tapplikaha direttament?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Viega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Parteċipazzjoni fil-ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multi - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Ċirkustanzi attenwanti)

2011/C 145/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Viega GmbH Co. KG (Attendorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: iniżjalment J. Burrichter, T. Mäger u F. Bulst, sussegwentement J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 –Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Viega GmbH Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Legris Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2011/C 145/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Legris Industries SA (Rennes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Wachsmann u C. Pommiès, sussegwentement minn A. Wachsmann u A. Carré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Legris Industries SA għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Comap vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-377/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Multi - Iffissar tal-ammont inizjali tal-multa - Proporzionalità)

2011/C 145/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Comap SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Wachsmann u C. Pommiès, sussegwentement A. Wachsmann u D. Nourissier, u finalment A. Wachsmann u S. de Guigné, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Comap SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007..


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IMI et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Avviż dwar il-kooperazzjoni - Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi - Trattament ugwali)

2011/C 145/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IMI plc (Birmingham, ir-Renju Unit); IMI Kynoch Ltd (Birmingham); Yorkshire Fittings Ltd (Leeds, ir-Renju Unit); VSH Italia Srl (Bregnano, l-Italja); Comap SA, li kienet Aquatis France SAS (La Chapelle-St-Mesmin, Franza); u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG (Argenbühl — Eisenharz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Struys u D. Arts, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella, solicitor, u K. Nordlander, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

IMI plc, IMI Kynoch Ltd, Yorkshire Fittings Ltd, VSH Italia Srl, Comap SA u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Drittijiet tad-difiża - Parteċipazzjoni fil-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Trattament ugwali)

2011/C 145/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kaimer GmbH Co. Holding KG (Essen, il-Ġermanja); Sanha Kaimer GmbH Co. KG (Essen); u Sanha Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: J. Brück, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 –Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta’ Lulju 1996 sal-31 ta’ Lulju 1997 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Kaimer GmbH Co. KG Holding u ta’ Sanha Kaimer GmbH Co. KG u l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal 14 ta’ Lulju 1999 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Sanha Italia Srl.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7,15 miljun, li minnhom in solidum ma’ Sanha Kaimer għal ammont ta’ EUR 7,15 miljun u ma’ Sanha Italia għal anmmont ta’ EUR 6 325 miljun.

3)

Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — FRA.BO vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-381/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Immunità mill-multi - Aspettatitvi leġittimi - Trattament ugwali)

2011/C 145/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FRA.BO SpA (Bordolano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment R. Celli, solicitor, u F. Distefano, avukat, sussegwentement F. Distefano)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella, solicitor, u K. Nordlander, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

FRA.BO SpA hija kkundananta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Tomkins vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur)

2011/C 145/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tomkins plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Soames, S. Jordan, solicitors u J. Joshua, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jimputa l-perijodu ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru 1988 u d-29 ta’ Ottubru 1993 fuq Tomkins plc.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Tomkins fl-Artikolu 2(h) tad Deċiżjoni C(2006) 4180 huwa ffissat għal Eur 4,25 miljun li minnhom EUR 3 4 miljun għandhom jitħallsu in solidum ma Pegler Ltd.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IBP u International Building Products France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Multi - Ċirkustanzi aggravanti)

2011/C 145/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IBP Ltd (Tipton, ir-Renju Unit); u International Building Products France SA (Sartrouville, Franza) (rappreżentanti: M. Clough, QC, u A. Aldred, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F 1/38.121 — Attrezzaturi), u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

IBP Ltd u International Building Products France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Huma għandhom ibatu wkoll l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwu - Parteċipazzjoni fil-ksur)

2011/C 145/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aalberts Industries NV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Comap SA, li kienet Aquatis France SAS (La Chapelle-St-Mesmin, Franza); u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG (Argenbühl — Eisenharz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. van der Woude, sussegwentement R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, R. Sauer u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), huwa annullat sa fejn jikkonstata li Aalberts Industries NV, Comap SA, li kienet Aquatis France SAS u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG ipparteċipaw fil-ksur matul il-perijodu ta’ bejn il-25 ta’ Ġunju 2003 u l-1 ta’ April 2004.

(2)

L-Artikolu 2(a) u (b)(2) tad-Deiżjoni C(2006) 4180 huwa annullat.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Pegler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Effett dissważiv)

2011/C 145/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pegler Ltd (Doncaster, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Thompson, QC, u A. Collinson, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), huwa annullat inkwantu jikkonstata illi Pegler Ltd ipparteċipat fil-ksur matul il-perijodu mill-31 ta’ Diċembru 1988 sad-29 ta’ Ottubru 1993.

(2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Pegler fl-Artikolu 2(h) tad-Deċiżjoni C(2006) 4180 huwa ta’ EUR 3,4 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-214/07) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Uċuh tar-raba’ li tinħarat - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Eġew)

2011/C 145/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos u I. Chalkias, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappresentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta’ April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju, ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 106, p. 55).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011 — L-Italja vs KESE

(Kawża T-117/08) (1)

(Sistema lingwistika - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għar-reklutaġġ ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE - Pubblikazzjoni bi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Artikoli 12 KE u 290 KE - Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Regolament Nru 1)

2011/C 145/37

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bermejo Garde, sussegwentement minn M. Arsène, aġenti, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervjenenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ta’ impjieg nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta’ Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-KESE, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Diċembru 2007, bil-verżjonijiet Germaniża, Ingliża u Franċiża tiegħu (ĠU C 316 A, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-rettifika tal-imsemmi avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Jannar 2008 fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża (ĠU C 25 A, p. 19).

Dispożittiv

(1)

L-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ta’ impjieg nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta’ Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), ippubblikat fit-28 ta’ Diċembru 2007, kif rettifikat fit-30 ta’ Jannar 2008, huwa annullat.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Freistaat Sachsen et vs Il Kummissjoni

(Kawża T-443/08 u T-455/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur l-ajruport ta’ Leipzig-Halle - Finanzjament ta’ investimenti relatati mal-bini tar-runway ġdida fin-nofsinhar tal-ajruport - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Kunċett ta’ impriża - Kunċett ta’ attività ekonomika - Infrastruttura tal-ajruporti)

2011/C 145/38

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) u Land Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Soltész, avukat) (Każ T-443/08); Mitteldeutsche Flughafen AG (Leipzig, il-Ġermanja) u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (Leipzig) (rappreżentant: M. Núñez-Müller, avukat) (Każ T-455/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, B. Martenczuk u E. Righini, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti); u Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (rappreżentant: L. Giesberts, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3512, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1),

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-443/08 u T-455/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikors fil-Kawża T-443/08 huwa miċħud bħala inammissibbli.

(3)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle, huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta’ Leipzig-Halle għall-finijiet tal-bini ta’ runway ġdida fin-nofsinhar tal-ajruport u ta’ infrastrutturi tal-ajruport konnessi, għal EUR 350 miljun.

(4)

Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-455/08 huwa miċħud.

(5)

Freistaat Sachsen u l-Land ta’ Sachsen-Anhalt huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-443/08.

(6)

Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.

(7)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-Kawża T-455/08.

(8)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti fil-Kawżi T-443/08 u T-455/08.


(1)  ĠU C 237, 20.12.2008.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/09) (1)

(Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Talba għal ħlas - Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata)

2011/C 145/39

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. A. De Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, P. Guerra e Andrade u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet il-pagament tal-penalitajiet dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p.I-1).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, hija annullata.

(2)

Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — XXXLutz Marken vs UASI — Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil)

(Kawża T-54/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti natura selection - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 145/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1787/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u XXXLutz Marken GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

XXXLutz Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament

(Kawża T-149/09) (1)

(Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Kontroll dwar l-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

2011/C 145/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Densmore Ronald Dover (Borehamwood, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, M. Lester, barrister, u M. French, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa lir-rikorrent bħala allowances parlamentari.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, hija annullata f’dak li jikkonċerna l-irkupru tas-somma ta’ GBP 193 001.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament u Densmore Ronald Dover għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/09) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2011/C 145/42

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, E. Leftheriotou u V. Karra, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmula mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T-419/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AK 47 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 145/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cybergun SA (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1101/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG u Cybergun SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T-503/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AK 47 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 145/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cybergun SA (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 645/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG u Cybergun SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — CheckMobile vs UASI (carcheck)

(Kawża T-14/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali carchek - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Aritkolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 145/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CheckMobile GmbH — The Process Solution Company (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2009 (Każ R 595/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali carcheck bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CheckMobile GmbH — The Process Solution Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 — Milux vs UASI (REFLUXCONTROL et)

(Kawża T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li mgħandux il-kwalità ta’ terzi - Inammissibbiltà)

2011/C 145/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Luxembourg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1134/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REFLUXCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-139/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1432/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEURYSMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-280/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1433/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APPETITECONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-281/10), tat-8 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1434/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STOMACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-282/10), tas-17 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1435/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BMICONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-283/10), tat-3 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1438/200-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IMPLANTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-284/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1444/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHEMOCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-285/10), tad-29 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1436/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OVUMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-349/10), tat-2 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1437/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEARTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-350/10), tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1439/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali VESICACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-351/10), u tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1443/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RECTALCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-352/10).

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

(3)

Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 — Milux vs UASI (FERTILITYINVIVO)

(Kawża T-175/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà)

2011/C 145/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Frar 2010 (Każ R 116/2009-4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal vrbali FERTILITYINVIVO bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/28


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — MSE Pharmazeutika vs UASI — Merck Sharp & Dohme (SINAMIT)

(Kawża T-100/11)

2011/C 145/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSE Pharmazeutika GmbH (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck Sharp & Dohme Corp. (New Jersey, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Diċembru 2010 fil-Każ R 724/2010-1;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Marzu 2010, li laqgħet l-oppożizzjoni Nru B 1441684.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SINAMIT”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 32 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 951596

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Awstrijaka Nru 57446, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali tal-Benelux Nru 320194, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Daniża Nru VR197302373, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Finlandiża Nru 49091, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Griega Nru 34959, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Ungeriza Nru 116223, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Latvjana Nru M18257, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Litwana Nru 12963, “SINEMET”, għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ikkunsidra li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, billi qies li minn naħa, hemm xebh kbir bejn it-trade marks u min-naħa l-oħra, hemm identiċità u xebh bejn il-prodotti koperti mit-trade marks.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-112/11)

2011/C 145/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1121/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Edam Holland (IĠP)];

tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tal-ispejjeż neċessarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli tat-tqassim tal-kompetenzi

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkritika l-ksur tar-regoli tat-tqassim tal-kompetenzi stabbiliti mir-Regolament Nru 510/2006 (1), fin-nuqqas ta’ proċedura nazzjonali dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Edam Holland”, irreġistrata fir-reġistru permezz tar-regolament ikkontestat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni inizjali kienet intiża sabiex tikseb ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse Edam” u li kienet biss din id-denominazzjoni li ġiet suġġetta għal proċedura nazzjonali preliminari, meħtieġa b’mod mandatorju mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 510/2006.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1898/2006 (2)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li “Edam Holland” ma hijiex espressjoni tal-lingwa Olandiża.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006 u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1898/2006

Fil-kuntest tat-tielet motiv tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li d-denominazzjoni rreġistrata ma hijiex użata.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 510/2006

Ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 510/2006, inkwantu “Edam Holland” ma hijiex denominazzjoni mhux ġeografika “tradizzjonali”.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tikkritika ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006, fin-nuqqas ta’ reputazzjoni jew ta’ karatteristiċi speċifiċi tal-“Edam Holland”.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 30 u 36 TFUE

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament ikkontestat joħloq restrizzjoni inġustifikata għall-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba n-nuqqas ta’ karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib li joriġina mill-bdiewa Olandiżi li jrabbu l-baqar li jipproduċu l-ħalib, unikament awtorizzat għall-produzzjoni tal-“Edam Holland”.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka, b’mod iktar partikolari, li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006, peress li “Holland”, inkwantu sinonimu tal-“Pajjiżi l-Baxxi”, huwa l-isem ta’ pajjiż. Barra minn hekk, ma hemmx inkwistjoni każ eċċezzjonali meħtieġ sabiex jiġi rreġistrat isem ta’ pajjiż.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 510/2006

Ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-eżistenza tar-reġistrazzjoni preċedenti “Noord-Hollandse Edammer AOP”, ir-reġistrazzjoni ta’ “Edam Holland” saret bi ksur tal-użanzi leali u lokali u tista’ twassal għall-konfużjoni tal-konsumatur.

(9)

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ prinċipji proċedurali, kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta li naqset milli tippreċiża b’mod ċar fir-regolament ikkontestat li d-denominazzjoni “Edam” kienet ġenerika. Skont ir-rikorrenti, din il-kjarifika kienet possibbli fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-prassi tal-Kummissjoni u neċessarja fid-dawl tal-fatti. In-nuqqas tagħha jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipji proċedurali u jikkostitwixxi żball ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 335M, p. 213).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonjiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 322M, p. 364).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/11)

2011/C 145/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)];

tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tal-ispejjeż neċessarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli tat-tqassim tal-kompetenzi

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkritika l-ksur tar-regoli tat-tqassim tal-kompetenzi stabbiliti mir-Regolament Nru 510/2006 (1), fin-nuqqas ta’ proċedura nazzjonali dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Gouda Holland”, irreġistrata fir-reġistru permezz tar-regolament ikkontestat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni inizjali kienet intiża sabiex tikseb ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse Gouda” u li kienet biss din id-denominazzjoni li ġiet suġġetta għal proċedura nazzjonali preliminari, meħtieġa b’mod mandatorju mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 510/2006.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1898/2006 (2)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li “Gouda Holland” ma hijiex espressjoni tal-lingwa Olandiża.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006 u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1898/2006

Fil-kuntest tat-tielet motiv tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li d-denominazzjoni rreġistrata ma hijiex użata.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 510/2006

Ir-rikorrenti ssostni ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 510/2006, inkwantu “Gouda Holland” ma hijiex denominazzjoni mhux ġeografika “tradizzjonali”.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tikkritika ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006, fin-nuqqas ta’ reputazzjoni jew ta’ karatteristiċi speċifiċi tal-“Gouda Holland”.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 30 u 36 TFUE

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament ikkontestat joħloq restrizzjoni inġustifikata għall-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba n-nuqqas ta’ karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib li joriġina mill-bdiewa Olandiżi li jrabbu l-baqar li jipproduċu l-ħalib, unikament awtorizzat għall-produzzjoni tal-“Gouda Holland”.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka, b’mod iktar partikolari, li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006, peress li “Holland”, inkwantu sinonimu tal-“Pajjiżi l-Baxxi”, huwa l-isem ta’ pajjiż. Barra minn hekk, ma hemmx inkwistjoni każ eċċezzjonali meħtieġ sabiex jiġi rreġistrat isem ta’ pajjiż.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 510/2006

Ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-eżistenza tar-reġistrazzjoni preċedenti “Noord-Hollandse Gouda AOP”, ir-reġistrazzjoni ta’ “Gouda Holland” saret bi ksur tal-użanzi leali u lokali u tista’ twassal għall-konfużjoni tal-konsumatur.

(9)

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ prinċipji proċedurali, kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta li naqset milli tippreċiża b’mod ċar fir-regolament ikkontestat li d-denominazzjoni “Gouda” kienet ġenerika. Skont ir-rikorrenti, din il-kjarifika kienet possibbli fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-prassi tal-Kummissjoni u neċessarja fid-dawl tal-fatti. In-nuqqas tagħha jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipji proċedurali u jikkostitwixxi żball ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 335M, p. 213).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonjiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 322M, p. 364).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Centre national de la recherche scientifique vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/11)

2011/C 145/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre national de la recherche scientifique (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2010 sa fejn tirrigwarda t-tpaċċija bejn, minn naħa, il-kreditu ta’ CNRS fuq il-Komunità, li joriġina mill-Kuntratt PIEF u, min-naħa l-oħra, l-allegat kreditu tal-Komunità fil-konfront ta’ CNRS mitlub skont il-Kuntratt ALLOSTEM;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 2321/2002 (1), sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tar-rikorrent fuq il-fondatezza tad-deċiżjoni tagħha li tirkupra l-allegat kreditu tagħha permezz ta’ tpaċċija.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet ġenerali tar-rapport ta’ verifika tagħha tas-16 ta’ Marzu 2009 mingħajr ma spjegat ir-raġunijiet għalfejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ġustifikazzjonijiet ippreżentati mir-rikorrent sabiex tistabbilixxi l-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikkjarati minnu.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li r-remunerazzjoni tas-Sinjura T., riċerkatriċi fis-CNRS, matul il-perijodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007, ma kienx jaqa’ taħt l-ispejjeż eliġibbli minkejja l-ġustifikazzjonijiet imressqa mir-rikorrent fil-forma ta’ time-sheets u erba’ artikli xjentifiċi li jirreferu għall-kuntratt inkwistjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa, sa fejn il-Kummissjoni ċaħdet kull valur probatorju tat-time-sheets tas-Sinjura T. għall-perijodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 u ma rrikonoxxietx l-eliġibbiltà, minn naħa, tar-remunerazzjoni tas-Sinjura B., riċerkatriċi fis-CNRS, matul il-leave tal-maternità u, min-naħa l-oħra, tal-ispiża soċjali msejjħa “riżerva għat-telf tal-post tax-xogħol”, imħallsa mis-CNRS skont l-assigurazzjoni għat-telf tal-post tax-xogħol tal-aġenti tagħha li ma humiex tal-post.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn il-Kummissjoni:

kuntrarjament għal dak li indikat fir-rapport ta’ verifika tagħha u waqt laqgħa, ċaħdet kull valur probatorju lil erba’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi;

tat interpretazzjonijiet ġodda lill-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati mal-leave tal-maternità;

innotifikat id-deċiżjoni minkejja l-assigurazzjonijiet li kienu ngħataw matul il-proċess tas-soluzzjoni tal-kawża permezz ta’ ftehim bonarju.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 73(1) tar-Regolament finanzjarju (2) sa fejn il-kreditu allegat mill-Kummissjoni ma kellux natura ċerta.


(1)  Regolament (KE) Nru 23212002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi, ċentri ta’riċerka u universitajiet fi, u għad-diffużjoni tar-riżultati ta’ riċerka għal, l-implimentazzjoni tas-Sitt Programm Kwadru (2002-2006) tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 46).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-149/11)

2011/C 145/52

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (Eigeltingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla t-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

(1)

Id-dispożizzjoni kkontestata tikser l-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea:

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 (1) jippreġudika l-eżerċizzju liberu tal-professjoni tagħha kif ukoll il-libertà tal-intrapriża tagħha inkwantu, sa minn meta r-regolament ikkontestat daħal fis-seħħ, hija sostniet telf ta’ dħul mill-bejgħ.

(2)

Id-dispożizzjoni kkontestata tikser l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea:

Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 jippreġudika wkoll id-drittijiet ta’ proprjetà tagħha sa fejn din id-dispożizzjoni tillimita d-dritt tagħha li teżerċita attività kummerċjali.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni kkontestata trendi possibbli dannu dirett għall-beni tar-rikorrenti sa fejn il-muniti tal-euro fil-pussess tagħha huma rtirati mingħandha mingħajr rimbors.

(3)

Id-dispożizzjoni kkontestata ma hijiex dik xierqa sabiex jintlaħaq l-għan intiż mil-leġiżlatur u hija sproporzjonata meta mqabbla ma’ dan l-għan.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li l-eżerċizzju liberu tal-professjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għall-proprjetà jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet biss sa fejn dawn jipprevedu b’mod reali għanijiet ta’ interess ġenerali u sa fejn dawn ma jikkostitwixxux preġudizzju sproporzjonat meta mqabbla mal-għan intiż. Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-dispożizzjoni kkontestata hija superfluwa, ma hijiex xierqa sabiex jintlaħaq l-għan intiż mil-leġiżlatur u li, fuq kollox, din tikkostitwixxi ostaklu. Minħabba f’hekk din hija sproporzjonata u ma tistax tiġġustifika preġudizzju għad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Telefónica de España u Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/11)

2011/C 145/53

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja), Telefónica Móviles España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali:

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-20 ta’ Lulju 2010;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011, L 1, p. 9), li biha l-mudell il-ġdid ta’ finanzjament tal-korporazzjoni pubblika ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni Corporación de Radio y Televisión Española introdott bil-Liġi 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu, ġie ddikjarat kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma bdietx il-proċeduri pprovduti minn din id-dispożizzjoni, fir-rigward tas-separabbiltà tal-finanzjament tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni kollha kemm hi.

(2)

It-tieni motiv huwa ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni stabbiliet is-separabbiltà tal-finanzjament tal-miżura kollha kemm hi u ddefiniet b’mod żbaljat bħala għajnuna ġdida biss il-finanzjament addizzjonali. Meta aġixxiet b’dan il-mod, il-Kummissjoni ma mxietx skont il-ġurisprudenza jew il-prattika deċiżjonali tagħha stess.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 256 TFUE, peress li d-deċiżjoni ma tipprovdi ebda spjegazzjoni dwar kif waslet għall-konklużjoni li t-tliet miżuri fiskali li huma introdotti jew emendati bl-Artikoli 4, 5 u 6 tal-Liġi 8/2009 huma separabbli mill-iskema attwali ta’ finanzjament ta’ RTVE.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba t-tneħħija tar-rabta tas-sors ta’ finanzjament tal-miżura, peress li l-inkompatibbilità tas-sorsi ta’ finanzjament mad-dritt Komunitarju għandha twassal neċessarjament għall-inkompatibbiltà tagħhom mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward qed jiġi allegat li d-deċiżjoni kkontestata tiddikjara kompatibbli għajnuna marbuta ma’ finanzjament li l-Kummissjoni nnifisha, fi proċeduri paralleli, kienet ikkunsidrat li huma kontra d-dritt tal-Unjoni.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE u/jew tal-Artikolu 256 TFUE minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti dwar in-nuqqas ta’ kumpens żejjed u dwar l-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern. B’mod partikolari, id-deċiżjoni, minn naħa, ma ħaditx inkunsiderazzjoni li l-ispejjeż effettivi futuri tal-Corporación RTVE ser ikunu inqas mill-ispejjeż inkorsi fil-passat, u, min-naħa l-oħra, tiddikjara kompatibbli mas-suq intern miżura li tiżgura protezzjoni “mill-varjazzjonijiet fid-dħul mis-suq tar-reklamar”, minkejja li ma jeżisti ebda riskju kummerċjali.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/33


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2011 — Marszałkowski vs UASI — Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)

(Kawża T-159/11)

2011/C 145/54

Lingwa tar-rikors: il-Polakk

Partijiet

Rikorrent: Marek Marszałkowski (Sokolniki, il-Polonja) (rappreżentant: C. Sadkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG (Blankenheim, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Jannar 2011 (fil-Każ Nru R 760/2010-4), li rrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Marko Walichnowy” għall-prodotti segwenti fil-klassi 29: laħam, prodotti magħmulin mil-laħam u mil-laħam tat-tjur, fosthom patè, kirex, zalzettiet bil-kaboċċi, laħam tal-bott u prodotti magħmulin mil-laħam u l-ħxejjex, fosthom il-kaboċċi mqattgħa mmarinati u laħam tat-tjur (inkluż dawk li jinsabu f’pakketti), pulpetti tal-laħam f’zalza tal-ħaxix;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li jiġi aċċettat il-prinċipju li t-trade mark Komunitarja “Marko Walichnowy” tiġi rreġistrata għall-prodotti msemmija iktar ’il fuq fil-klassi 29

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, billi tobbligah b’mod partikolari jirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni tiegħu fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Marko Walichnowy” għal prodotti fil-klassi 29 — applikazzjoni Nru 007161541

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali “Mar-Ko” għal ċerti prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u t-talba għall-prodotti segwenti fil-klassi 29 miċħuda: laħam, prodotti magħmulin mil-laħam u mil-laħam tat-tjur, fosthom patè, kirxex, zalzettiet bil-kaboċċi, laħam tal-bott u prodotti magħmulin mil-laħam u l-ħxejjex, fosthom il-kaboċċi mqattgħa mmarinati u laħam tat-tjur (inkluż dawk li jinsabu f’pakketti), pulpetti tal-laħam f’zalza tal-ħaxix;

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), inkwantu l-Bord tal-Appell qies li t-trade marks kienu jixxiebhu u li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2011 — Häfele vs UASI (Infront)

(Kawża T-166/11)

2011/C 145/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Jannar 2011 fil-Każ R 1711/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Infront” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 20

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv, ma hijiex deskrittiva u ma saritx sinjal jew indikazzjoni komuni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/34


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2011 — Centre national de la recherche scientifique vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/11)

2011/C 145/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

Partijiet

Rikorrent: Centre national de la recherche scientifique (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrestitwixxi l-allegat kreditu ta’ EUR 20 989,82 mitlub mill-Kummissjoni skont il-kuntratt fit-talba għal ħlas tagħha Nru 2010-1232, tas-26 ta’ Ottubru 2010, u li wassal għall-att ta’ tpaċċija tas-17 ta’ Diċembru 2010 (ref. BUDG/C3 D(2010) B.2 — 1232), flimkien mal-interessi moratorji skont ir-rata legali, skont id-dritt Belġjan li jirregola l-kuntratt;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha kemm huma.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu II.19(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt LSHB-CT-2004-503319 dwar il-proġett “ALLOSTEM” li jaqa’ taħt is-sitt programm-qafas ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku (2002-2006) (iktar ’il quddiem “il-kuntratt ALLOSTEM”), peress li l-Kummissjoni llimitat, jekk mhux ċaħdet, lir-rikorrent mill-possibbiltà li jipproduċi prova ta’ eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratt fir-rigward tal-eliġibbiltà għall-ispejjeż tal-persunal u billi ma osservatx il-kriterji ta’ definizzjoni tal-ispejjeż eliġibbli.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-Artikoli II.19 u II.20 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt “ALLOSTEM”, peress li l-Kummissjoni eskludiet l-eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati mar-“riżerva għat-telf tal-post tax-xogħol” u mal-leave tal-maternità ta’ bijologa impjegata b’kuntratt għal żmien determinat.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 12 tal-kuntratt “ALLOSTEM” li jissuġġetta għad-dritt Belġjan l-evalwazzjoni tan-natura ċerta ta’ kull kreditu dovut skont l-imsemmi kuntratt. Ir-rikorrent isostni:

li l-Kummissjoni bbażat ruħha unikament fuq id-dritt tal-Unjoni u mhux fuq id-dritt Belġjan sabiex tevalwa jekk il-kreditu mitlub kienx ta’ natura ċerta jew le, u

li l-kreditu huwa s-suġġett ta’ kontestazzjoni serja li tneħħilha kull natura ċerta.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/34


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2011 — Rivella International vs UASI — Baskaya di Baskaya & C. (BASKAYA)

(Kawża T-170/11)

2011/C 145/57

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Spintig, U. Sander u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baskaya di Baskaya & C. s.a.s. (Grosseto, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 534/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Baskaya di Baskaya & C. s.a.s.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “BASKAYA”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva internazzjonali rreġistrata, li tinkludi l-element verbali “Passaia”, għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li l-Bord tal-Appell ma applikax l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni bejn l-Isvizzera u l-Ġermanja tat-13 ta’ April 1892 dwar il-protezzjoni reċiproka tal-privattiva, tad-disinn u tat-trade mark, u għalhekk, ma ħax inkunsiderazzjoni l-prova tal-użu prodotta mir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/35


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — Hopf vs UASI (Clampflex)

(Kawża T-171/11)

2011/C 145/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 1514/2010 4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Clampflex” għal prodotti fil-klassijiet 5, 9, 10, 17 u 20.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2011 — Hesse vs UASI — Porsche (Carrera)

(Kawża T-173/11)

2011/C 145/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 306/2010-4 u tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 723 432 tas-16 ta’ Frar 2007;

sussidjarjament,

(a)

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonstata xebh bejn il-prodotti jew vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tal-prodotti koperti mit-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni, mill-prodotti jew mis-servizzi marbuta magħhom koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li huma aċċessorji tal-vetturi li joriġinaw minn swieq differenti maħsuba sabiex jiġu implementati indipendentement kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra ta’ vetturi mekkaniċi;

(b)

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonstata xebh bejn il-prodotti jew vantaġġ indebitu miskub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tal-prodotti tat-trade marks invokati fl-oppożizzjoni, mill-prodotti jew mis-servizzi marbuta magħhom koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li, min-natura tagħhom (strumenti elettroniċi għal vetturi mekkaniċi), mill-għan tagħhom (divertiment, mużika, informazzjoni dwar it-traffiku) jew mill-użu tagħhom, ma għandhom ebda punt komuni rilevanti mal-prodotti u ma għandhomx jitqiesu bħala kumplimentari (prodotti li hemm rabta bejniethom fis-sens li l-prodotti identifikati fl-applikazzjoni għal trade mark huma indispensabbli jew importanti għall-użu tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni) u li jintużaw indipendentement minn xulxin;

(c)

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonstata xebh bejn il-prodotti jew vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni fir-rigward ta’ strumenti jew apparati elettriċi jew elettroniċi u l-installazzjoni kkombinata tagħhom (pereżempju strumenti ta’ navigazzjoni) tal-klassi 9 jew ta’ servizzi relatati li jistgħu jintużaw sabiex jipperfezzjonaw bl-istess mod it-tagħmir ta’ vetturi ta’ kwalunkwe mudell jew oriġini li joriġinaw minn swieq differenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Carrera” għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Dr. Ing.h.c.F. Porsche AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali u Komunitarja “CARRERA” għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma kien hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u ma kienx hemm vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/36


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2011 — PASP et vs Il-Kunsill

(Kawża T-177/11)

2011/C 145/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port autonome de San Pedro (PASP) (San Pedro, il-Côte d’Ivoire), Port autonome d’Abidjan (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Société de gestion du patrimoine du secteur de l’électricité (Sogepe) (Abidjan) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2011/18/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet u b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpanniji rikorrenti, jiġifieri PORT AUTONOME DE SAN PEDRO, PORT AUTONOME D’ABIDJAN, société de gestion du patrimoine du secteur de l’électricité imsejħa SOGEPE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-142/11, SIR vs Il-Kunsill.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/36


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 — Voss of Norway vs UASI — Nordic Spirit (“Flixkun” Tridimensjonali)

(Kawża T-178/11)

2011/C 145/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Voss of Norway ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordic Spirit AB (pubI) (Stokkolma, l-Isvezja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2011 fil-Każ R 785/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta “flixkun”, għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3156163

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qeda titlob dikjarazzoni ta’ invalidità bbażat l-applikażżjoni tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u li l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja aġixxa in mala fede meta ppreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 99 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll ksur tar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-motivazzjoni tiegħu billi bbażaha fuq rekwiżit ġdid għall-istabbiliment ta’ validità ta’ trade marks tridimensjonali, li fuqha r-rikorrenti ma kellhiex l-opportunità tippreżenta l-kummenti tagħha; (ii) billi ċċaqlaq l-oneru tal-prova bi ksur tal-prinċipji tas-smigħ xieraq; (iii) billi interpreta ħażin u applika b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-RTMK; u (iv) billi għawweġ il-fatti b’mod serju sabiex jasal għal konklużjoni żbaljata.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/37


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2011 — MIP Metro vs UASI — Jacinto (My Little Bear)

(Kawża T-183/11)

2011/C 145/62

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manuell Jacinto, Lda (S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata d-deċiżjoni finali tal-Uffiċċju Portugiż għat-Trade marks dwar talba għal revoka mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark Portugiża preċedenti bir-reġistrazzjoni Nru 384674 fit-23 ta’ Marzu 2011;

f’każ li t-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri ma tintlaqax, tkompli bil-proċeduri u;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 494/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “My Little Bear”, bil-kuluri kannella, iswed, aħmar u abjad, għal prodotti fil-klassijiet 12, 18, 20, 24, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W00962622

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva Portugiża Nru 384674, “My Little Bear”, għal prodotti fil-klassi 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat li jkun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark opposta, minħabba l-fatt li l-elementi verbali jkunu elementi dominanti fit-trade marks kumplessi.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2011 — Schönberger vs Il-Parlament

(Kawża T-186/11)

2011/C 145/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni lilu nnotifikata mill-konvenut permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Jannar 2011, sa fejn l-eżami tal-petizzjoni tiegħu Nru 1188/2010 ingħalaq mingħajr ma l-kumitat tal-petizzjonijiet studja l-kontenut;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin:

(1)

Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-dritt ta’ petizzjoni tar-rikorrent, inkwantu l-kumitat tal-petizzjonijiet tal-Parlament irrifjuta li jittratta t-talbiet inklużi fiha minkejja l-ammissibbiltà tal-petizzjoni, biex b’hekk kiser id-dritt tar-rikorrent għall-eżami tal-kontenut tal-petizzjoni tiegħu.

(2)

Il-Parlament kiser id-dritt tar-rikorrent li jingħata deċiżjoni motivata, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata ma tindikax ir-raġunijiet li għalihom il-kumitat tal-petizzjonijiet irrifjuta li jittratta l-petizzjoni.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/38


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ April 2011 — Chiboub vs Il-Kunsill

(Kawża T-188/11)

2011/C 145/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub (Abou Dabi, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Perrot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, sa fejn tikkawża preġudizzju għal M. CHIBOUB;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, meħuda abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, u sa fejn tikkawża preġudizzju għal M. CHIBOUB;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, meħuda abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, u sa fejn tikkawża preġudizzju għal M. CHIBOUB;

konsegwentement, tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u b’mod partikolari tad-drittijiet ta’ difiża, sa fejn id-Deċiżjoni 2011/72/PESK timponi sanzjonijiet u toħloq preġudizzju kunsiderevoli għar-rikorrent mingħajr ma nstema’ minn qabel u mingħajr lanqas biss setgħa jagħti l-perspettiva tiegħu b’mod utli.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, peress li r-rikorrent tniżżel fil-lista kkontestata mingħajr ma nstema’ minn qabel u mingħajr indikazjzoni tal-motivi ta’ fatt u ta’ liġi li ġġustifikaw din l-inklużjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li r-rikorrent ma setax jiġi akkużat bl-użu ħażin ta’ fondi għall-finijiet ta’ ħasil ta’ flus, peress li dawn il-fondi ġew mill-FIFA li r-rikorrent tħallas minnha mill-2006 sal-2010 fil-kuntest ta’ diversi kuntratti.