ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.140.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
11 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 140/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6127 – Atos Origin/Siemens IT Solutions & Services) ( 1 )

1

2011/C 140/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2011/C 140/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6156 – JCDecaux/Bolloré/JV) ( 1 )

3

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 140/04

Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

4

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 140/05

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2011 dwar abbozz ta’ Deċìżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (CON/2011/24)

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 140/06

Rata tal-kambju tal-euro

12

2011/C 140/07

Rata tal-kambju tal-euro

13

2011/C 140/08

Il-pubblikazzjoni aħħarija tad-dokumenti COM ħlief għal proposti leġiżlattivi u proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni
ĠU C 121, 19.4.2011

14

2011/C 140/09

Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

15

 

Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2011/C 140/10

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-25 ta’ Marzu 2011 li tadotta r-Regoli ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2011/3)

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2011/C 140/11

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 140/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6184 – Indorama/Sinterama/Trevira) ( 1 )

21

2011/C 140/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6186 – Advent/Towergate Businesses) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kunsill

2011/C 140/14

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6127 – Atos Origin/Siemens IT Solutions & Services)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/01

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6127. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.3.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32566 (11/N)

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prechod na digitálne televízne vysielanie v Slovenskej republike – Koncové zariadenie pre sociálne znevýhodnene osoby – zmena

Il-bażi legali

zákon č. 523/2004 Z. z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy a o zmene a doplnení niektorých zákonov, v znení neskorších predpisov, zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov; výnos MDPT SR o poskytovaní dotácií na podporu prechodu na digitálne televízne vysielanie v Slovenskej republike

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 3,8 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Sal-1.7.2013

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo dopravy, pôšt a telekomunikácií Slovenskej republiky

Námestie Slobody 6

PO Box 100

810 05 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6156 – JCDecaux/Bolloré/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/03

Fis-26 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6156. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


III Atti preparatorji

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/4


Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

2011/C 140/04

Dokument

Parti

Data

Titolu

COM(2011) 68

 

1.3.2011

Proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

COM(2011) 71

 

7.3.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistipola r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt Il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2012-2013)

COM(2011) 72

 

7.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ nukleari (2012 - 2013)

COM(2011) 73

 

7.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 – 2013)

COM(2011) 74

 

7.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)

COM(2011) 82

 

7.3.2011

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

COM(2011) 88

 

3.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

COM(2011) 89

 

3.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

COM(2011) 103

 

9.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku

COM(2011) 106

 

10.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

COM(2011) 107

 

10.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

COM(2011) 117

 

14.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Mongolja, fuq in-naħa l-oħra

COM(2011) 118

 

10.3.2011

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen

COM(2011) 120

 

11.3.2011

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom

COM(2011) 121

 

16.3.2011

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB)

COM(2011) 124

 

17.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

COM(2011) 126

 

16.3.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsilldwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali

COM(2011) 127

 

16.3.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati

COM(2011) 130

 

21.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-KunsillL dwar l-iffirmar tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya-Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza

COM(2011) 132

 

10.3.2011

Proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

COM(2011) 134

 

23.3.2011

Proposta għal deċiżjoni implimentattiva tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

COM(2011) 137

 

30.3.2011

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

COM(2011) 141

 

24.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar estensjoni tal-istatus ta’ intrapriża konġunta ta’ Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (HKG)

COM(2011) 142

 

31.3.2011

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

COM(2011) 147

 

24.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar estensjoni tal-vantaġġi kkonferiti lill-Intrapriża Konġunta Hochtemperatur-Kernkraftwerk GmbH (HKG)

COM(2011) 151

 

28.3.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

COM(2011) 155

 

25.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

COM(2011) 156

 

4.4.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta’ falliment, tal-proċedimenti ta’ għeluq ta' negozju u tal-likwidaturi fl-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment u li jikkodifika l-Annessi A, B u Ċ ta’ dak ir-Regolament

COM(2011) 157

 

23.3.2011

Proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

COM(2011) 161

 

31.3.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari 1999

COM(2011) 162

 

4.4.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 165

 

4.4.2011

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina

COM(2011) 185

 

6.4.2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Vanuatu mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

COM(2011) 194

 

1.4.2011

Proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

COM(2011) 196

 

5.4.2011

Proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

Dawn it-testi jinsabu fuq EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/8


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Marzu 2011

dwar abbozz ta’ Deċìżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(CON/2011/24)

2011/C 140/05

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-10 ta’ Jannar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (1) (minn issa ’l quddiem “l-abbozz tad-deċiżjoni”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

F’unjoni monetarja, sorveljanza fiskali u makroekonomika msaħħa hija l-istrument xieraq biex jimminimizza r-riskji ta’ kriżijiet ta’ dejn sovran tal-kobor u s-severità li l-Unjoni Ewropea ġarrbet fil-passat riċenti. Għal dan il-għan, il-BĊE sejjaħ għal “qabża kwalitattiva” fil-governanza ekonomika ta’ unjoni ekonomika u monetarja (UEM), li għandha twassal għal unjoni ekonomika aktar profonda li hija proporzjonata mal-grad ta’ integrazzjoni ekonomika u interdipendenza diġa’ miksub mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-BĊE ressaq il-proposti tiegħu għal “qabża kwalitattiva” bħal din fil-komunikazzjoni tiegħu 'Reinforcing economic governance in the euro area’ tal-10 ta’ Ġunju 2010 u għamel suġġerimenti legali konkreti għal dan il-għan fl-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/13 tas-16 ta' Frar 2011 dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea (2).

2.

Sal-punt li r-riskju ta’ kriżijiet ta’ dejn sovran jibqa’ xorta rilevanti anke taħt din is-sorveljanza fiskali u makroekonomika msaħħa, u sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, huwa mixtieq li jiġi stabbilit qafas permanenti għall-immaniġġjar tal-kriżijiet li jista’, bħala ultima ratio, jipprovdi għajnuna finanzjarja temporanja lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li qed jesperjenzaw xkiel fl-aċċess għal finanzjament fis-suq. Tali qafas għandu jkun iddisinjat b’mod li jimminimizza r-riskju morali u jsaħħaħ l-inċentivi għall-aġġustament fiskali u makroekonomiku preventiv.

3.

Fil-passat riċenti, Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro emfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom biex jieħdu azzjoni biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà taż-żona tal-euro, u, għal dak il-għan, huma għaqqdu pakkett ta’ self bilaterali lir-Repubblika Ellenika u waqqfu l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja (EFSF) bħala faċilità temporanja intergovernattiva taż-żona tal-euro biex tipprovdi assistenza lil Stati Membri f’diffikultà. L-EFSF teżisti flimkien mal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSM) tal-Unjoni Ewropea u, l-istess bħall-pakkett ta’ self lir-Repubblika Ellenika, il-finanzjament tiegħu huwa suġġett għal kundizzjonijiet stretti nnegozjati bejn l-Istati Membri li jeħtieġu l-assistenza u l-Kummissjoni Ewropea li taġixxi f’isem l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, flimkien mal-BĊE, u l-Fond Monetarju Internazzjonali, u għandu jkun approvat mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li qed jipprovdu l-assistenza.

4.

F’dan l-isfond, u filwaqt li jtenni s-sejħa tiegħu għat-tisħiħ ulterjuri tas-sorveljanza fiskali u makroekonomika skont Opinjoni CON/2011/13, il-BĊE jilqa’ l-abbozz tad-deċiżjoni. Wara l-approvazzjoni mill-Istati Membri kollha tal-abbozz tad-deċiżjoni, Artikolu 136(3) ġdid ser jidher fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE. Bi qbil miegħu, Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma mistennija li jistabbilixxu mekkaniżmu permanenti, magħruf bħala Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilità (MES) (3). Il-MES għandu jkun attivat jekk huwa indispensabbli biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha u assistenza finanzarja temporanja tista’ tingħata taħtu biss jekk tkun suġġetta għal kundizzjonijiet stretti. Il-MES ser jieħu post l-arranġamenti temporanji preżenti tal-EFSM u l-EFSF, li ser jibqgħu fis-seħħ sa Ġunju 2013 jew sa data li jkunu ntemmu l-attivitajiet tagħhom.

5.

Barra minn dan, u anke qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, it-test tal-Artikolu 136(3) TFUE ġdid jgħin biex jiġi spjegat, u b’hekk jikkonferma, l-ambitu ta’ Artikolu 125 TFUE fir-rigward tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha, jiġifieri l-attivazzjoni ta’ assistenza finanzjarja temporanja hija fil-prinċipju kumpatibbli mal-Artikolu 125 TFUE sakemm tkun indispensabbli għal tali salvagwardja u suġġetta għal kundizzjonijiet stretti. Ukoll, l-Artikolu 136(3) TFUE ġdid ma jżidx il-kompetenzi tal-Unjoni.

6.

Fir-rigward tad-disinn eżatt tal-MES, il-preparazzjonijet neċessarji huma diġa għaddejjin. Hemm erba’ karatteristiċi li kieku jkabbru l-effettività u jiffaċilitaw il-funzjonament tal-MES: (a) huwa għandu jiġi stabbilit permezz ta' Trattat suġġett għad-dritt pubbliku internazzjonali approvat mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex liġijiet nazzjonali jkunu jridu jsiru kumpatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat; (b) ir-regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-MES għandhom jiffavorixxu l-effiċjenza, per eżempju billi jipprovdu għall-attivazzjoni tal-MES permezz ta’ ftehim reċiproku tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; (ċ) b’konformità sħiħa mat-Trattati, il-MES għandu jingħata l-kapaċità li juża firxa xierqa ta’ strumenti sabiex ikun jista’ jiġġieled kontra t-tixrid b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet ta’ instabbiltà akuta fis-suq, u (d) il-MES għandu josserva l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja kawta u soda u jkun suġġett għal verifiki minn awdituri esterni u interni.

7.

Minbarra dawn l-erba’ karatteristiċi, hemm ħtieġa fondamentali għall-MES biex ikun salvagwardjat kontra r-riskju morali inerenti fi kwalunkwe mekkaniżmu għall-immaniġġjar tal-kriżijiet. Salvagwardji bħall-involviment tal-FMI f’analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn, in-negozjati tal-programm u l-finanzjament, termini non-konċessjonali konsistenti mal-prattika tal-FMI u sorveljanza regolari u stretta tal-konformità mill-Istati Membri assistiti mal-programm ta’ aġġustament fiskali u makroekonomiku li fuqu l-assistenza finanzjarja hija kundizzjonali, huma indispensabbli biex jiġu pprovduti inċentivi b’saħħithom u dejjiema għal politika fiskali u ekonomika soda fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Barra minn dan, tali salvagwardji jsostnu l-effettività tal-fuq imsemmi qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika msaħħa tal-Unjoni.

8.

Element ewlieni tal-abbozz tad-deċiżjoni huwa li tipprovdi għal mekkaniżmu intergovernattiv minflok mekkaniżmu tal-Unjoni. Il-BĊE jappoġġja r-rikors għall-metodu tal-Unjoni u jilqa’ l-fatt li, bil-benefiċċju tal-esperjenza miksuba, il-MES kieku jsir mekkaniżmu tal-Unjoni f’perijodu ta’ żmien xieraq. Sadattant, il-BĊE jinkoraġġixxi illi fir-rigward ta’ ċirkostanzi li jwasslu għall-attivazzjoni tal-MES u fir-rigward ta’ kundizzjonijiet dwar l-assistenza finanzjarja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħataw rwol prominenti minħabba l-kompetenza tagħhom u l-fokus tagħhom fuq l-interess kollettiv tal-Unjoni.

9.

Fir-rigward tar-rwol tal-BĊE u l-Eurosistema, filwaqt illi l-BĊE jista’ jaġixxi ta’ aġent fiskali għall-MES skont l-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), bl-istess mod kif skont il-Faċilità ta’ Għajnuna Finanzjarja għal Żmien Medju (4), l-EFSM u l-EFSF, Artikolu 123 TFUE ma jippermettix lill-MES isir kontroparti tal-Eurosistema tal-Artikolu 18 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dwar dan l-aħħar element, il-BĊE ifakkar illi l-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju f’Artikolu 123 TFUE hija waħda mill-pilastri bażiċi tal-arkitettura legali tal-UEM (5), kemm għal raġunijiet ta’ dixxiplina fiskali tal-Istati Membri u sabiex tiġi preżervata l-integrità tal-politika monetarja waħdanija kif ukoll l-indipendenza tal-BĊE u l-Eurosistema.

10.

Il-BĊE jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex japprovaw l-abbozz tad-deċiżjoni fil-pront sabiex hi tkun tista tidħol fis-seħħ fid-data msemmija fiha, li hija l-1 ta' Jannar 2013.

11.

Il-BĊE jirrakkomanda illi l-abbozz tad-deċiżjoni tkun emendata fuq punt legali tekniku. Proposta speċifika għall-abbozzar qed tiġi stabbilita fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 sas-17 ta’ Diċembru 2010.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Ara wkoll id-dikjarazzjoni introduttorja tal-President tal-BĊE wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv tal-4 ta’ Novembru 2010.

(3)  Ara d-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-28 ta’ Novembru 2010.

(4)  Ara t-tieni sub-paragrafu ta’ punt 1 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2009/37 tal-20 ta’ April 2009 fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 1).

(5)  Ara r-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE, Mejju 2010, pġ. 24.


ANNESS

Proposta ghall-abbozzar

Test propost mill-Kunsill Ewropew

Emenda proposta mill-BĊE (1)

Emenda

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

“Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013, dment li n-notifiki kollha …”.

Artikolu 1 ta’ din id-Deċizjoni għandjidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013, dment li n-notifiki kollha …”.

Spjegazzjoni

Huwa l-Artikolu 1 biss tal-abbozz tad-deċiżjoni li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013, skont l-Artikolu 48(6) tat-Trattat UE, bil-patt li l-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni jkunu tlestew sa dik id-data, jew f’data aktar tard wara t-tlestija tal-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni. Artikolu 2, li jittratta l-obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni, ser jidħol fis-seħħ, bħall-abbozz tad-deċiżjoni nnifsu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE (jiġifieri fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma tiġix speċifikata data fl-abbozz tad-deċiżjoni), fin-nuqqas ta’ referenza fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat UE għad-dħul fis-seħħ ta' dan l-obbligu speċifiku tan-notifika.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Mejju 2011

2011/C 140/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4397

JPY

Yen Ġappuniż

116,28

DKK

Krona Daniża

7,4570

GBP

Lira Sterlina

0,87925

SEK

Krona Żvediża

8,9791

CHF

Frank Żvizzeru

1,2617

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8665

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,176

HUF

Forint Ungeriż

264,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9383

RON

Leu Rumen

4,0998

TRY

Lira Turka

2,2202

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3389

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3884

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1901

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8179

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7752

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 557,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6798

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3496

HRK

Kuna Kroata

7,3783

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 323,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,3047

PHP

Peso Filippin

61,892

RUB

Rouble Russu

39,9600

THB

Baht Tajlandiż

43,479

BRL

Real Brażiljan

2,3167

MXN

Peso Messikan

16,7077

INR

Rupi Indjan

64,3830


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Mejju 2011

2011/C 140/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4358

JPY

Yen Ġappuniż

115,72

DKK

Krona Daniża

7,4563

GBP

Lira Sterlina

0,87790

SEK

Krona Żvediża

8,9565

CHF

Frank Żvizzeru

1,2602

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8035

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,227

HUF

Forint Ungeriż

263,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9315

RON

Leu Rumen

4,0888

TRY

Lira Turka

2,2398

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3295

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3777

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1595

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8104

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7698

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 552,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6990

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3218

HRK

Kuna Kroata

7,3775

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 281,91

MYR

Ringgit Malażjan

4,2952

PHP

Peso Filippin

61,695

RUB

Rouble Russu

39,8300

THB

Baht Tajlandiż

43,332

BRL

Real Brażiljan

2,3138

MXN

Peso Messikan

16,6538

INR

Rupi Indjan

64,2590


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/14


Il-pubblikazzjoni aħħarija tad-dokumenti COM ħlief għal proposti leġiżlattivi u proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

2011/C 140/08

ĠU C 121 tad-19.4.2011

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti:

 

ĠU C 94 tas-26.3.2011

 

ĠU C 88 tad-19.3.2011

 

ĠU C 26 tat-28.1.2011

 

ĠU C 296 tat-30.10.2010

 

ĠU C 76 tal-25.3.2010

 

ĠU C 303 tal-15.12.2009


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/15


Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

2011/C 140/09

Dokument

Parti

Data

Titolu

COM(2011) 70

 

15.2.2011

Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

COM(2011) 83

 

1.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-ReġjuniRapport dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-Programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” 2007 - 2013

COM(2011) 85

 

24.2.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

COM(2011) 86

 

24.2.2011

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 2010/320/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

COM(2011) 102

 

8.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ISX)

COM(2011) 104

 

28.2.2011

Rapport mill-Kummissjoni Tweġibiet tal-Istati Membri għar-Rapport Annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri

COM(2011) 105

 

10.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2006/500/KE (It-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija)

COM(2011) 109

 

8.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika 2011

COM(2011) 110

 

2.3.2011

Rapport Interim mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-Riformi fil-Kroazja fil-Qasam tal-Ġudikatura u d-drittijiet Fundamentali (Kapitolu tan-Negozjati Nru 23)

COM(2011) 111

 

10.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjunidwar l-implimentazzjoni tal-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari L-ewwel Rapport - Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-2007, l-2008 u l-2009

COM(2011) 112

 

8.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050

COM(2011) 113

 

11.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Is-sitt rapport annwali; (Sena ta' rappurtar 2007)

COM(2011) 114

 

10.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew Rapport dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment 2011 Nimpenjaw lill-imsieħba ekonomiċi strateġiċi tagħna fuq l-aċċess imtejjeb għas-suq: Prijoritajiet għall-azzjoni dwar it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ

COM(2011) 115

 

14.3.2011

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fir-Repubblika Ċeka

COM(2011) 116

 

11.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Is-seba' rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2008)

COM(2011) 122

 

8.4.2011

Risposta tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali “L-Effiċjenza u l-Effettività tal-Kontribuzzjonijiet tal-UE li jiġu mgħoddija permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'Pajjiżi fejn hemm il-Kunflitti”

COM(2011) 123

 

16.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill L-Ewwel Rapport dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE, dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni

COM(2011) 125

 

16.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni It-tneħħija tal-inċertezzi marbuta mad-drittijiet patrimonjali tal-koppji internazzjonali

COM(2011) 128

 

24.3.2011

Green Paper dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-Suq Intern

COM(2011) 131

 

17.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika miġbura skont ir-Regolament (KE) 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart u l-kwalità tagħha

COM(2011) 133

 

21.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill It-Tielet Rapport ta’ Segwitu għall-Komunikazzjoni li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea (COM (2007) 414 finali)

COM(2011) 136

 

23.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea Rapport Annwali 2009

COM(2011) 138

 

23.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni It-tieni rapport dwar id-Donazzjoni Volontarja u Mingħajr Ħlas ta' Demm u ta' Komponenti tad-Demm

COM(2011) 140

 

22.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja

COM(2011) 144

 

28.3.2011

White Paper Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti

COM(2011) 146

 

23.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Ir-Riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali

COM(2011) 149

 

23.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Protezzjoni konsulari taċ-ċittadini tal-UE f’pajjiżi terzi: Il-qagħda attwali u l-ġejjieni

COM(2011) 150

 

29.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar garanziji koperti mill-baġit ġenerali Is-sitwazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010

COM(2011) 152

 

4.4.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Lejn Strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-Servizz taċ-Ċittadini

COM(2011) 154

 

25.3.2011

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 2 għall-Baġit Ġenerali tal-2011 Dikjarazzjoni tan-nefqa taqsima b’taqsima Taqsima III – Il-Kummissjoni

COM(2011) 159

 

31.3.2011

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-Programm SAFA tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 160

 

30.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Ir-Rapport tal-2010 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

COM(2011) 163

 

31.3.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni ‘Kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà kriminali’

COM(2011) 164

 

5.4.2011

Green Paper Il-Qafas ta' Governanza Korporattiva tal-UE

COM(2011) 173

 

5.4.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020

COM(2011) 177

 

6.4.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Sitt Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Oslo, 14-16 ta’ Ġunju 2011)

COM(2011) 181

 

7.4.2011

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar it-talba biex titressaq proposta dwar l-iskema ta' irtirar bikri għall-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE

COM(2011) 200

 

8.3.2011

Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Sħubija għad-Demokrazzija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran

Dawn it-testi jinsabu fuq EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/18


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-25 ta’ Marzu 2011

li tadotta r-Regoli ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2011/3)

2011/C 140/10

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(8) u l-Artikoli 7 u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u partikolarment l-Artikolu 26 tagħha,

ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu waħdieni

Il-Kodiì ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

1.   Il-Kodiċì ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa b’dan adottat; huwa għandu jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

2.   Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

3.   Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-BERS.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Marzu 2011

Il-President tal-BERS

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.


ANNESS

Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew Dwar ir-Riskju Sistemiku

1.

Il-membri tal-Bord Ġenerali, tal-Kumitat ta’ Tmexxija, tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa l-“kumitati konsultattivi”) tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) għandhom josservaw l-ogħla standard ta’ mġiba etika, skont il-prinċipji li japplikaw għalihom taħt ir-regoli applikabbli fl-istituzzjonijiet li minnhom huma jingħażlu. Huma mistennija jikkunsidraw il-karattru pubbliku tal-funzjoni tagħhom u jġibu ruħhom b’mod li jissalvagwardja u jippromovi l-fiduċja tal-pubbliku fil-BERS. Huma mistennija li jaġixxu onestament, indipendentement, imparzjalment u fl-interess tal-Unjoni kollha biss, b’diskrezzjoni u mingħajr ma jikkunsidraw interessi tagħhom stess u li jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess personali. Kunflitt ta’ interess jinqala’ fejn il-membri għandhom interessi finanzjarji jew mhux finanzjarji privati jew personali, li jistgħu jinfluwenzaw jew jidhru li jinfluwenzaw it-twettiq imparzjali u oġġettiv ta' dmirijiethom. Interessi privati jew personali tal-membri tfisser kull vantaġġ potenzjali għalihom infushom, il-familji tagħhom, qraba oħrajn tagħhom jew iċ-ċirku ta’ ħbieb u konoxxenzi tagħhom.

2.

Membri tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandhom jikkonformaw ukoll ma’ kwalunkwe regoli ta’ kondotta addizzjonali li għalihom jista’ jkun hemm provvediment fl-ittra tal-ħatra tagħhom u fil-kuntratt tagħhom mal-Bank Ċentrali Ewropew.

3.

Meta jkunu qegħdin jagħmlu diskorsi pubbliċi jew dikjarazzjonijiet u fir-relazzjonijiet mal-medja dwar kwistjonijiet relatati mal-BERS, il-membri tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-kumitati konsultattivi tagħhom għandhom: (a) jagħmlu ċar jekk humiex qegħdin jitkellmu f’isimhom stess jew f’isem il-BERS, f’liema każ huma għandhom jikkonsultaw mal-President tal-BERS jew ma’ wieħed mill-Viċi Presidenti bil-quddiem; (b) jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw ir-rwol rappreżentattiv tal-President; (ċ) jirrispettaw bis-sħiħ il-kunfidenzjalità; u (d) iqisu kif inhu xieraq ir-rwol u d-dmirijiet tagħhom fil-BERS.

4.

Membri tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-kumitati konsultattivi jistgħu jagħmlu attivitajiet ta’ tagħlim u akkademiċi kif ukoll attivitajiet mingħajr profitt fil-kapaċità personali tagħhom. F’kontribuzzjonijiet xjentifiċi jew akkademiċi dwar kwistjonijiet relatati mal-BERS, huma għandhom jagħmlu ċar illi l-kontribut isir f’kapaċità personali u ma jirrappreżentax l-opinjonijiet tal-BERS.

5.

Is-segretezza professjonali teħtieġ illi informazzjoni dwar attivitajiet tal-BERS u deċiżjonijiet li ma jkunux ġew żvelati legalment lill-pubbliku ma jiġux imxandra.

6.

Membri tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-kumitati konsultattivi m’għandhomx jużaw informazzjoni li mhix pubblika għall-interessi privati tagħhom jew ta’ ħaddieħor. B’mod partikolari, huma għandhom iżommu lura milli jużaw din l-informazzjoni fi kwalunkwe tranżazzjonijiet finanzjarji privati, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta’ partijiet terzi u kemm jekk imwettqin b’riskju għalihom stess u f’isimhom, jew b’riskju u f’isem terzi.

7.

Ir-rispett għall-prinċipju tal-indipendenza huwa inkompatibbli mal-applikazzjoni għal, ir-riċeviment jew l-aċċettazzjoni minn kwalunkwe sors ta’ kwalunkwe benefiċċju, premju, remunerazzjoni jew rigali li jeċċedu ammont li jkun il-prassi, jekk finanzjarji jew mhux finanzjarji, li huma konnessi fi kwalunkwe mod mal-funzjoni jew attività mwettqa għall-BERS.

8.

Paragrafi 5 sa 7 għandhom ikomplu japplikaw għall-Membri tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-kumitati konsultattivi wara t-terminazzjoni tal-mandat tagħhom għall-BERS.

9.

Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu japplika wkoll għall-membri alternattivi u s-sostituti ta’ membri tal-Bord Ġenerali u għall-persuni li jakkumpanjawhom, għall-membri alternattivi tal-Kumitat ta’ Tmexxija u għall-membri tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/20


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2011/C 140/11

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali

 

EPSO/AD/208/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Bulgara (BG)

 

EPSO/AD/209/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Estona (ET)

 

EPSO/AD/210/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ungeriża (HU)

 

EPSO/AD/211/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Maltija (MT)

 

EPSO/AD/212/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Pollakka (PL)

 

EPSO/AD/213/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Slovena (SL)

 

EPSO/AD/214/11 – Ġuristi lingwisti tal-lingwa Svediża (SV)

L-Avviż tal-kompetizzjonijiet huwa ppubblikat biss bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bl-Ungeriż, bil-Malti, bil-Pollakk, bis-Sloven u bl-Isvediż f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 140 A tal-11 ta' Mejju 2011.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6184 – Indorama/Sinterama/Trevira)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/12

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 (1) li permezz tagħha l-impriżi Indorama Ventures Public Company Limited (“Indorama”, it-Tajlandja), li l-kontroll aħħari tagħha hu f'idejn Canopus International Ltd (il-Mawrizju) u Sinterama SpA (“Sinterama”, l-Italja), jiksbu skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Trevira GmbH (“Trevira”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Indorama: il-produzzjoni u l-forniment ta’ reżina tal-PET, preforms tal-PET u fliexken tal-PET; il-produzzjoni u l-forniment ta’ PTA; il-produzzjoni u l-forniment ta’ bċejjeċ tat-tessut tal-poliester, fibri prinċipali, ħjut tal-filament u suf fin imqardax,

għal Sinterama: il-produzzjoni u l-forniment ta’ ħjut tal-filament tal-poliester,

għal Trevira: il-produzzjoni u l-forniment ta’ bċejjeċ tat-tessut tal-poliester, fibri prinċipali u ħjut tal-filament.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6184 – Indorama/Sinterama/Trevira, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6186 – Advent/Towergate Businesses)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/13

1.

Fis-26 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ċerti fondi kkontrollati minn Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Towergate Partnership Limited (ir-Renju Unit), Cullum Capital Ventures Limited (ir-Renju Unit), Countrywide Insurance Management Limited (ir-Renju Unit) u Powerplace Insurance Services Limited (flimkien it-“Towergate Businesses”), permezz tax-xiri ta' ishma

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Advent: investitur ta' ekwità privata globali f’setturi varji, inkluż is-servizzi finanzjarji, il-midja, il-komunikazzjonijiet, it-teknoloġija tal-informatika, il-bejgħ bl-imnut, l-industrija u l-farmaċewtika,

għat-Towergate Businesses: servizzi intermedjarji tal-assigurazzjoni fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6186 – Advent/Towergate Businesses, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kunsill

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/23


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

2011/C 140/14

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK u għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

TEFS Coordination

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.