ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.083.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 83

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
17 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 083/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6019 – APMT/Bollore/Meridian Port Services) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 083/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2

2011/C 083/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi

3

2011/C 083/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Greċja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u s-Slovakkja

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 083/05

Rata tal-kambju tal-euro

5

2011/C 083/06

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf – Skeda għall-perjodu tas-sajf

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 083/07

Rapport Speċjali Nru 14/2010 Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004

7

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2011/C 083/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 083/09

Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: tibdil fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 083/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6173 – Ageas/Sabanci Holding/Aksigorta) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 083/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

14

2011/C 083/12

Avviż għall-attenzjoni ta' Doku Khamatovich Umarov, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 260/2011

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6019 – APMT/Bollore/Meridian Port Services)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 83/01

Fl-10 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6019. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2011/C 83/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni”) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-8 ta’ Novembru 2010 sas-7 ta’ Novembru 2013.

(2)

Fit-23 ta’ Novembru 2010 l-Uffiċċju Internazzjonali tat-Trade Unions informa lis-Segretarjat Ġenerali dwar żball fil-ħatra tal-membru Belġjan u tal-membru supplenti Belġjan tal-Bord ta’ Tmexxija li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema.

(3)

Iż-żball jidher fit-test oriġinali tad-Deċiżjoni ffirmata mill-President u jeżisti fil-lingwi uffiċjali kollha.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-lista II tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 l-isem tal-membru u tal-membru supplenti mill-Belġju għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Belġju

Is-Sur Herman FONCK

Is-Sur François PHILIPS”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 3.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi

2011/C 83/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2010 sad-19 ta’ Ottubru 2015, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti membri.

(3)

Il-Gvern tal-Irlanda, ta’ Franza u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw nomini għal għadd ta’ postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi, għall-perijodu li jintemm fid-19 ta’ Ottubru 2015:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Irlanda

Is-Sinjura Anne McMANUS

Is-Sur Tim RYAN

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sinjura A.A.J. VRIJ

Is-Sur A.G. BLOEMHEUVEL


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Supplenti

Irlanda

Is-Sur Stellan HARMANSSON

Is-Sur Eamonn DEVOY

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur G. VELDHUIS

Is-Sinjura H. DE GEUS


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Supplenti

Irlanda

Is-Sinjura Claire JONES

Is-Sinjura Jean WINTERS

Franza

Is-Sinjura Emilie MARTINEZ

Is-Sinjura Marie-Christine FAUCHOIS

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sinjura L.M. VAN EMBDEN ANDRES

Is-Sur R. BLAAKMAN

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 290, 27.10.2010, p. 5.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Greċja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u s-Slovakkja

2011/C 83/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2010 sat-30 ta’ Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti membri.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Greċja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u s-Slovakkja, u l-organizzazzjonijiet tal-impjegati ppreżentaw nominazzjonijiet għal għadd ta’ pożizzjonijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Italja

Is-Sur Michele TIRABOSCHI

Is-Sur Francesco CIPRIANI

Ungerija

 

Is-Sinjura Eszter ENYEDI

Slovakkja

Is-Sinjura Lilit MAMIKONYAN

Is-Sinjura Silvia GREGORCOVÁ


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

Pajjiż

Membri

Supplenti

Greċja

Is-Sur Alexandros KALIVIS

Is-Sur Konstantinos ISSYCHOS

Franza

 

Is-Sur Jean Jacques DANIS

Ungerija

 

Is-Sur László GYIMESI

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Marzu 2011

2011/C 83/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3951

JPY

Yen Ġappuniż

112,43

DKK

Krona Daniża

7,4586

GBP

Lira Sterlina

0,86730

SEK

Krona Żvediża

8,9730

CHF

Frank Żvizzeru

1,2755

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8690

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,368

HUF

Forint Ungeriż

273,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7060

PLN

Zloty Pollakk

4,0625

RON

Leu Rumen

4,1788

TRY

Lira Turka

2,2126

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4066

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3740

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8761

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8991

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7857

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 580,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7506

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1676

HRK

Kuna Kroata

7,3750

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 242,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,2637

PHP

Peso Filippin

61,117

RUB

Rouble Russu

39,9640

THB

Baht Tajlandiż

42,453

BRL

Real Brażiljan

2,3179

MXN

Peso Messikan

16,7828

INR

Rupi Indjan

62,9430


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/6


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf (1)

Skeda għall-perjodu tas-sajf

2011/C 83/06

Għas-snin mill-2012 sal-2016, il-perjodi tas-sajf ser jibdew u jintemmu rispettivament fid-dati li ġejjin fis-1.00 a.m. UTC – Ħin Universali kkoordinat:

fl-2012: Il-Ħdud tal-25 ta’ Marzu u t-28 ta’ Ottubru.

fl-2013: Il-Ħdud tal-31 ta’ Marzu u s-27 ta’ Ottubru.

fl-2014: Il-Ħdud tat-30 ta’ Marzu u s-26 ta’ Ottubru.

fl-2015: Il-Ħdud tad-29 ta’ Marzu u l-25 ta’ Ottubru.

fl-2016: Il-Ħdud tas-27 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ottubru.


(1)  ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21.


Il-Qorti tal-Awdituri

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/7


Rapport Speċjali Nru 14/2010 “Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004”

2011/C 83/07

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2010 “Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2011/C 83/08

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 9/10/R&D ENV

Stat Membru

l-Islanda

L-Awtorità li qiegħda tagħti l-għajnuna

Isem

Il-Ministeru tal-Industrija

Indirizz

Arnarhvoli

150 Reykjavík

ICELAND

Paġna tal-internet

http://www.idnadarraduneyti.is/

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Inċentivi ġenerali tal-investment kif imniżżel fil-kapitolu IV tal-Att Nru 99/2010

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

L-Att Nru 99/2010 dwar inċentivi għal investimenti inizjali fl-Islanda. Ippubblikat f'Stjornartidindi fuq:

http://www.stjornartidindi.is/Advert.aspx?ID=f89074eb-cbc6-427b-bfcb-09e7487cf988

Link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

It-test sħiħ tal-Att jinsab fuq:

http://www.althingi.is/altext/stjt/2010.099.html

u

http://www.stjornartidindi.is/Advert.aspx?ID=f89074eb-cbc6-427b-bfcb-09e7487cf988

Tip ta’ miżura

Skema

Iva

It-tul ta' żmien

Skema

13.10.2010 sal-31.12.2013

Data tal-għotja

Għajnuna ad hoc

Mhux applikabbli

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Kollha ħlief impriżi esklużi mill-Artikolu 2(3) tal-Att Nru 99/2010 (impriżi finanzjarji)

Tip ta' benefiċjarju

SME

Iva

Impriżi kbar

Iva

Baġit

Ammont globali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

L-ebda baġit attwali ma huwa disponibbli għall-iskema — l-ebda stima ma hi disponibbli

Strument ta' għajnuna (Art. 5)

Għotja

Soġġett għal Awtorizzazzjoni Baġitarja

Miżura fiskali

Derogi tat-taxxa disponibbli kif imniżżzel fl-Artikolu 9 tal-Att Nru 99/2010


PARTI II

Għanijiet ġenerali

Għanijiet

L-ogħla intensità tal-għajnuna f'% jew l-ogħla ammont ta' għajnuna fil-munita tal-pajjiż

Bonuses ta' SME f'%

Għajnuna għall-investiment u l-impjiegi għall-SMEs

(Art. 15)

Referenza għall-Artikolu 13 tal-Att Nru 99/2010

10 % għal impriża ta' daqs medju

+ 10 % għal impriża ta' daqs żgħir

Għajnuna għall-protezzjoni tal-ambjent

(Art. 17-25)

Għajnuna għall-investiment li tgħin lill-impriżi biex imorru lil hinn mill-istandards Komunitarji għall-ħarsien tal-ambjent jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien tal-ambjent fin-nuqqas tal-istandards Komunitarji (Art. 18)

Jekk jogħġbok provdi referenza speċifika tal-istandard rilevanti

35 %

0 %

Għajnuna għax-xiri ta' vetturi ġodda għat-trasport li jmorru lil hinn mill-istandards Komunitarji jew li jgħollu l-livell tal-ħarsien ambjentali fl-assenza ta' standards Komunitarji (Artikolu 19)

35 %

0 %

Għajnuna għal adattament bikri ma’ standards futuri tal-Komunità għall-SMEs (Art. 20)

15 %

+ 10 %

Għajnuna għal investiment ambjentali f'miżuri tal-iffrankar tal-enerġija (Art. 21)

35 %

0 %

Għajnuna għal investiment ambjentali f'koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja (Art. 22)

35 %

0 %

Għajnuna għal investiment ambjentali għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi ta' enerġija li huma rinnovabbli (Art. 23)

35 %

0 %

Għajnuna għal studji dwar l-ambjent (Art. 24)

35 %

0 %

Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis f'taxxi ambjentali (Art. 25)

 

 

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(Art. 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp (Art. 31)

Riċerka fundamentali

(Art. 31(2)(a))

35 %

0 %

Riċerka industrijali

(Art. 31(2)(b))

35 %

0 %

Żvilupp sperimentali

(Art. 31(2)(c))

25 %

+ 10 %

Għajnuna għall-istudji tekniċi ta' vjabbiltà (Art. 32)

35 %

0 %

Għajnuna għal spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs (Art. 33)

35 %

0 %

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur agrikolu u fis-settur tas-sajd (Art. 34)

35 %

0 %

Għajnuna lill-impriżi innovattivi żgħar (Art. 35)

15 %

 

Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza tal-innovazzjoni u għal servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni (Art. 36)

35 %

 

Għajnuna għas-self ta’ persuna bi kwalifiki għolja (Art. 37)

35 %

0 %

Għajnuna għat-taħriġ

(Art. 38-39)

Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

+ 10 %

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

35 %

0 %


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/10


Avviż tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: tibdil fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

2011/C 83/09

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (1) (ir-“Regolament ta' eżenzjoni”) jawtorizza l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dan id-dazju rriżulta mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) tad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), miżmum bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (4) u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5).

F’dan il-qafas, u permezz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni suċċessivi, ċertu għadd ta’ produtturi tar-roti ġew eżentati mid-dazju anti-dumping estiż: inter alia,

Azor Bikes (kodiċi addizzjonali Taric 8091) (6), BELVE sro (kodiċi addizzjonali Taric A535) (7), BH Bicicletas de Alava (kodiċi addizzjonali Taric 8963) (8), CHERRI di Cherri Mario & C. snc (kodiċi addizzjonali Taric A168) (9), Cicli Esperia SpA (kodiċi addizzjonali Taric 8068) (10), Madirom PROD SRL (kodiċi addizzjonali Taric A896) (11), Mama spol. sro (kodiċi addizzjonali Taric A551) (12), Mara Srl (kodiċi addizzjonali Taric 8983) (13), SPDAD, Lda (kodiċi addizzjonali Taric A320) (14).

Azor Bikes għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn 7707 AB Balkbrug, il-Pajjiżi l-Baxxi għal Marconistraat 7A, 7903 AG Hoogeveen, il-Pajjiżi l-Baxxi. Fl-istess ħin l-isem ippubblikat tal-kumpanija nbidel minn Azor Bikes għal Azor Bike BV.

BELVE sro għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Palkovičova 5, 915 01 Nové Mesto nad Váhom, ir-Repubblika Slovakka għal Holubyho 295, 916 01 Stará Turá, ir-Repubblika Slovakka.

BH Bicicletas de Alava għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn BH Bicicletas de Alava għal Bicicletas de Alava SL. L-indirizz legali tal-kumpanija huwa C/ Arcacha, 1, 01006 Vitoria, Spanja.

CHERRI di Cherri Mario & C. snc għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn CHERRI di Cherri Mario & C. snc għal CHERRI di Cherri Franco & C. SAS.

Cicli Esperia SpA għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Via Bellini Vincenzo, 5, 35131 Padova (PD), l-Italja għal Viale Enzo Ferrari 8/10/12, 30014 Cavarzere (VE), l-Italja.

Madirom PROD SRL għarraf lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Hipermagazin Decathlon, corp 2, blvd Iuliu Maniu, nr. 546-560, sector 6, 061129 Bucharest, ir-Rumanija għal blvd Liviu Rebreanu 130, 300748 Timisoara, Timis, ir-Rumanija.

Mama spol. sro għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Mama spol. sro għal Kellys Bicycles sro.

Mara Srl għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Mara Srl għal MARA CICLI Srl. L-indirizz legali tal-kumpanija huwa via della Pergola n. 5, 21052 Busto Arsizio, l-Italja.

SPDAD Lda għarraf lill-Kummissjoni li l-isem legali u l-indirizz tal-kumpanija nbidlu minn SPDAD Lda, rua do Pinhal, lote 9-12, 4470 Maia, il-Portugall għal RGVS Ibérica Unipessoal Lda, rua Central de Mandim, Barca, 4475 023 Maia, il-Portugall.

Wara li eżaminat it-tagħrif mogħti lilha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bidliet fl-ismijiet u l-indirizzi legali tal-kumpaniji ma jaffettwawx l-operazzjonijiet ta' 'immuntar fir-rigward tal-istipulazzjonijiet tar-Regolament ta' eżenzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tqisx li dawn il-bidliet għandhom jaffettwaw l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

Għalhekk ir-referenzi għal Azor Bikes fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE, għal BELVE sro fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/772/KE, għal BH Bicicletas de Alava fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97, għal CHERRI di Cherri Mario & C. snc fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/134/KE, għal Cicli Esperia SpA fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/447/KE, fl-Avviż tal-Kummissjoni 2007/C 158/06 u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 135/04, għal Madirom PROD SRL fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/867/KE, għal Mama spol. sro fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/22/KE, għal Mara Srl fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE u għal SPDAD Lda fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/606/KE għandhom jinqraw kif irrappurtat fl-Anness li ġej.


(1)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

(5)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 31, 6.2.1998, p. 25.

(7)  ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.

(8)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(9)  ĠU L 47, 19.2.2002, p. 43.

(10)  ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU C 158, 11.7.2007, p. 6, ĠU C 135, 3.6.2008, p. 5.

(11)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106.

(12)  ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16.

(13)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6.

(14)  ĠU L 195, 24.7.2002, p. 81.


ANNESS

Referenza ta' qabel

Referenza ġdida

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Azor Bikes

7707 AB Balkbrug

NEDERLAND

Azor Bike BV

Marconistraat 7A

7903 AG Hoogeveen

NEDERLAND

Il-Pajjiżi l-Baxxi

8091

BELVE sro

Palkovičova 5

915 01 Nové Mesto nad Váhom

SLOVENSKO/SLOVAKIA

BELVE sro

Holubyho 295

916 01 Stará Turá

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Ir-Repubblika Slovakka

A535

BH Bicicletas de Alava

01080 Vitoria

ESPAÑA

Bicicletas de Alava SL

C/ Arcacha, 1

01006 Vitoria

ESPAÑA

Spanja

8963

CHERRI di Cherri Mario & C. snc

Via Cagliari 39

09016 Iglesias CA

ITALIA

CHERRI di Cherri Franco & C. SAS

Via Cagliari 39

09016 Iglesias CA

ITALIA

L-Italja

A168

Cicli Esperia SpA

Via Bellini Vincenzo 5

35131 Padova PD

ITALIA

Cicli Esperia SpA

Viale Enzo Ferrari 8/10/12

30014 Cavarzere VE

ITALIA

L-Italja

8068

Madirom PROD SRL

Hipermagazin Decathlon, corp 2

Bd. Iuliu Maniu nr. 546-560, sector 6

061129 București

ROMÂNIA

Madirom PROD SRL

Bd. Liviu Rebreanu nr. 130

300748 Timișoara, Timiș

ROMÂNIA

Ir-Rumanija

A896

Mama spol. sro

Krajinská 1

92101 Piešt'any

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Kellys Bicycles sro

Krajinská 1

92101 Piešt'any

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Ir-Repubblika Slovakka

A551

Mara Srl

21052 Busto Arsizio VA

ITALIA

Mara CICLI Srl

Via della Pergola 5

21052 Busto Arsizio VA

ITALIA

L-Italja

8983

SPDAD Lda

Rua do Pinhal — lote 9-12

4470 Maia

PORTUGAL

RGVS Ibérica Unipessoal Lda

Rua Central de Mandim, Barca

4475-023 Maia

PORTUGAL

Il-Portugall

A320


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6173 – Ageas/Sabanci Holding/Aksigorta)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 83/10

1.

Fit-8 ta’ Marzu 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Ageas Insurance International N.V. (“Ageas Insurance International”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata minn Ageas (“Ageas”, il-Belġju/il-Pajjiżi l-Baxxi) u H.Ö. Sabancı Holding A.S. (“Sabancı”, it-Turkija) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll flimkien ta' Aksigorta A.S. (“Aksigorta”, it-Turkija) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-Ageas Insurance International: il-qasam tal-assigurazzjoni (fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja) fl-Ewropa u fl-Asja (eskluża t-Turkija),

għall-Ageas: kumpanija possedenti tal-Ageas Insurance International, li topera fil-qasam tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u tal-benefiċċji tal-impjegati fil-Belġju u fil-qasam tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja madwar id-dinja,

għas-Sabanci: Konglomerat industrijali u finanzjarju Tork, attiv madwar id-dinja,

għall-Aksigorta: attivitajiet tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, esklużivament fit-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6173 – Ageas/Sabanci Holding/Aksigorta, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/14


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 83/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“MAGYAR SZÜRKEMARHA HÚS”

Nru tal-KE: HU-PGI-0005-0722-07.04.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Magyar szürkemarha hús”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Ungerija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

1.1.

Laħam frisk (u ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

L-isem “Magyar szürkemarha hús” (“Laħam tal-Bovini Griżi tal-Ungerija”) jista' jintuża biss f'konnessjoni ma' laħam li joriġina minn razza pura ċċertifikata ta' Bovini Griżi tal-Ungerija miżmuma f'kundizzjonijiet estensivi estremi fl-Ungerija.

Il-“Magyar szürkemarha hús” jista' jintgħaraf faċilment minħabba l-kulur skur tiegħu mil-lewn l-iskarlat, għax il-kontenut tal-pigment tal-muskoli jaqbeż il-valuri mkejla f'ċanga oħra, u kuluru huwa ta' skala ferm aktar skura minn dak ta' ċanga oħra.

It-telf mit-taqtir huwa minimu, u l-konsistenza hi niexfa u fibruża bħala riżultat tas-sistema tradizzjonali estensiva ta' ragħa bil-mixi.

L-effett irħamat li jidher fil-laħam huwa r-riżultat tat-tessut konnettiv tax-xaħam aktar milli minn xaħam intramuskolari, għax il-laħam ta' bovini li jitrabbew fil-bwar ftit li xejn ikollu xaħam intramuskolari (~ 1,2 %).

Il-kontenut ta' materja niexfa tal-“Magyar szürkemarha hús” hu għoli, għandu ħafna inqas ilma mil-laħam standard tal-bovini taċ-ċanga u jinxtorob inqas waqt it-tisjir. It-togħma tiegħu mhux tas-soltu, kemxejn qarsa, simili għat-togħma tal-laħam tal-annimali tal-kaċċa, hija differenti mill-palati tas-soltu.

Klassi tal-konformità (fis-sistema EUROP): R, O, P,

Grad tal-kisi bix-xaħam: 1, 2, 3,

Forom ta’ kummerċjalizzazzjoni:

(1)

Nofs jew kwart ta’ karkassi – imkessħin jew iffriżati, ippakkjati jekk dan jiġi mitlub,

(2)

Biċċiet maqtugħa – imkessħin jew iffriżati, ippakkjati jekk dan jiġi mitlub,

(3)

Laħam mingħajr għadam – imkessaħ jew iffriżat, ippakkjat jekk dan jiġi mitlub,

(4)

Unitajiet tal-konsumatur – imkessħin jew iffriżati, ippakkjati jekk dan jiġi mitlub.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Għall-annimali li jipproduċu il-“Magyar szürkemarha hús” il-proċedura ta’ trobbija hi bbażata fuq ragħa fi bwar estensivi.

L-għalf jista’ jinqasam f’żewġ perjodi skont il-veġetazzjoni naturali: il-perjodu tas-sajf wara li l-annimali jinħarġu biex jirgħu, u l-perjodu tax-xitwa wara li jinġabru ġewwa.

Il-perjodu meta jirgħu l-annimali jdum minn nofs April sal-aħħar ta' Novembru, dejjem skont it-temp. L-għalf bażikament hu ddeterminat mill-veġetazzjoni lokali, li essenzjalment tfisser il-flora li tikber b'mod naturali fl-Ungerija kollha taħt kundizzjonijiet estensivi. Il-kompożizzjoni tal-mergħat estensivi li fihom jittieħdu l-annimali biex jirgħu flimkien ma’ teknoloġiji tradizzjonali ta’ trobbija jikkontribwixxu għall-palat u l-kwalità uniċi tal-“Magyar szürkemarha hús”.

Matul ir-ragħa tas-sajf, l-għalf addizzjonali (barra mill-ħaxix tal-bwar) huwa rrakkomandat biss jekk il-bwar jinxfu (ħuxlief jew ħaxix maħżun għall-għalf).

Fil-perjodu tax-xitwa, il-bażi tal-għalf hija ħuxlief ta' kwalità tajba li ġej minn mergħat ġestiti b’mod estensiv. Jistgħu jingħataw bħala għalf komplementari zkuk jew polpa tal-qamħirrun li ma fihomx OĠM, għalf tal-ħuxlief, alfalfa u ħuxlief jew ħaxix maħżun għall-għalf.

Huwa pprojbit li jingħata għalf lill-annimali li fih sustanzi additivi li huma stimulanti għat-tkabbir.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-laħam taħt l-indikazzjoni ġeografika protetta jista’ joriġina biss mill-bovini Griżi tal-Ungerija mwielda, imrobbija, imsemmna u maqtula fiż-żona ġeografika speċifikata.

Il-bovini li jipprovdu l-“Magyar szürkemarha hús” huma mrobbija u mkabbra skont il-metodi tal-biedja tradizzjonali estensiva u ta’ servizz li jirrapreżentaw wirt kulturali u folkloristiku li jmur lura għal ħafna sekli, flimkien ma’ prova tal-oriġini li tissodisfa r-rekwiżiti attwali. Taħt kundizzjonijiet estensivi, il-baqar tat-trobbija jkollhom għoġol wieħed fis-sena u dawn l-għoġġiela jistgħu jinżammu mal-ewwel fil-beraħ. Għall-istaġun kollu tar-ragħa, il-bovini jitqassmu f’merħliet. Fil-perjodu tax-xitwa, jistgħu wkoll jinżammu fil-miftuħ mingħajr l-ebda konsegwenza negattiva skont prattika qadima ta' sekli sħaħ; l-unika kundizzjoni hija li tiġi pprovduta protezzjoni mir-riħ u jkollhom tiben niexef.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Barra minn dak li ġie preskritt x’imkien ieħor fil-leġiżlazzjoni, dan li ġej għandu jkun indikat fuq il-pakkett tal-prodott:

l-isem tal-prodott: “Magyar szürkemarha hús”,

is-simbolu IĠP tal-Kommunità (wara li jkun irreġistrat),

in-numru ENAR li jidentifika l-laħam,

il-logo tal-prodott.

Il-varjetajiet tal-kulur u d-daqs tal-logo tal-prodott.

L-iżgħar daqs li għandu jintuża: l-għoli tat-tarka fil-mudell hu ta’ 15 mm. Il-logo jista’ kontinwament jitkabbar għal kwalunkwe daqs; ma hemm l-ebda limitu massimu. Kemm l-iskrizzjoni u l-istampa huma suwed, filwaqt li l-isfond tal-istampa huwa abjad.

Jekk il-laħam jinbiegħ mhux ippakkjat, l-informazzjoni ta' hawn fuq għandha tkun viżibbli għall-konsumatur u faċilment aċċessibbli fil-bankuni tal-ħwienet refriġerati.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

L-Ungerija

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

It-territorju fejn jistgħu jinżammu l-bovini li jipprovdu l-“Magyar szürkemarha hús” jinkludi ż-żoni tad-19 il-kontea tal-Ungerija addattati għat-trobbija estensiva, prinċiplament mergħat (1 051 000 ettaru), xtut tal-qasab (59 000 ettaru) u artijiet bassasa (30-40 000 ettaru) li ma jintużawx għall-kultivazzjoni.

Iż-żona ġeografika qiegħda bejn territorji bi fruntieri ta’ klimi kontinentali, marittimi u Mediterranji, madanakollu l-influwenza tagħhom ta’ spiss tista’ tkun estrema (xhur kesħin fix-xitwa u sħan ħafna fis-sajf). Għalkemm din il-klima kienet addattata għall-iżvilupp ta’ bwar u artijiet fejn jirgħu l-bhejjem, kien hemm ukoll il-bżonn tal-użu ta' annimali li kapaċi jaddattaw lilhom infushom għal dawn il-kundizzjonijiet estremi. Għalhekk l-Ungerija minn dejjem kellha territorji kbar addattati għar-ragħa fejn inżammu l-Bovini Griżi tal-Ungerija li kapaċi jifilħu għal dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi. Tradizzjonalment dan il-fatt wassal biex ir-ragħa ta' bhejjem u l-kummerċ tal-bovini għall-qatla, jiffurmaw wieħed mis-setturi prinċipali tal-agrikoltura fiż-żona.

It-trobbija tradizzjonali ta’ bovini lagħbet rwol deċisiv fl-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ bliet iżgħar fir-reġjun ġeografiku. L-għejun storiċi jiddeskrivu l-esportazzjoni ta’ bovini bħala waħda prattikament kontinwa mis-seklu XIV sa nofs is-seklu XIX. Bħala riżultat tal-attakki repetuti mit-Torok, l-insedjamenti l-inqas vijabbli fir-reġjuni abbandunati ġew sfrattati, u l-fruntieri tagħhom abbandunati għax il-persuni li kienu joqgħodu fihom mxew f’villaġġi b’riżorsi naturali aħjar. L-attivitajiet marbuta mar-raba’ ġew abbandunati fil-biċċa l-kbira tagħhom u l-komunitajiet organizzaw ragħa għat-trobbija ta’ bhejjem (speċjalment bovini għas-simna) weħidhom jew f’żoni li jkunu abbandunati. Dan ġabilhom dħul żejjed tant li kienu kapaċi jeħilsu lilhom innifshom mill-kontroll tas-sidien fewdetarji, u jistabbilixxu l-pedamenti ekonomiċi tal-iżvilupp tagħhom u jibdew it-triq għall-iżvilupp urban. Mhix eżaġerazzjoni meta ngħidu li t-trobbija tal-Bovini Griżi tal-Ungerija sar is-settur ekonomiku prinċipali f’pajjiż li kieku kien jinsab fil-marġni tal-Ewropa.

Il-“Magyar szürkemarha hús” kellu impatt sinifikanti fuq il-kultura folkloristika tal-Ungerija u fuq l-iżvilupp tal-arti tar-ragħaj tal-merħla. Il-prodotti sekondarji mill-qatla jistgħu jintużaw bħala materjal bażiku għall-għodda ta’ kuljum tar-rgħajja tal-merħla. B’mod partikolari, il-qrun tal-annimali kellhom valur sinifikanti u kienu jintużaw biex jagħmlu qrun ornamentali għar-ragħajja tal-merħla, sallieri jew reċipjenti tal-mediċina mżejna ħafna. Din l-arti folkloristika baqgħet miżmuma f’ċerti territorji tar-reġjun ġeografiku.

Illum il-ġurnata, żoni sinifikanti ta’ bwar f’dan ir-reġjun ġeografiku partikolari huma taħt konservazzjoni. Il-bdiewa li jaħdmu hemmhekk isostnu t-territorji b'ragħa estensiv u b'attenzjoni partikolari għall-interessi ta' konservazzjoni. Din il-forma ta’ użu mhux biss sostenibbli u tradizzjonali iżda jiżgura wkoll il-preservazzjoni fit-tul tal-flora u l-fawna protetta u ta’ valur.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Bħala riżultat tat-trobbija tradizzjonali ta’ bhejjem, il-karatteristiċi bijokimiċi, fiżiċi u organolettiċi mniżżla fil-punt 3.2 huma differenti ħafna minn dawk ta' ċanga oħra fis-suq. L-iktar prominenti minn dawn huma t-telf minimu mit-taqtir, il-kwalità niexfa u fibruża tal-laħam, il-kontenut baxx ta' xaħam intramuskolari, u t-togħma mhux tas-soltu taċ-ċanga li tixbah il-laħam tal-annimali tal-kaċċa.

Il-kompożizzjoni ta’ aċidi xaħmija tal-“Magyar szürkemarha hús” toffri wkoll benefiċċji għad-dieta, kif jidher fl-esperimenti li l-laħam tal-barri l-Griż tal-Ungerija msemmen li jingħalef b’mod estensiv għandu kontenut ta' għadd ta' aċidi xaħmija mhux saturati ħafna aktar għola minn dak ta’ gruppi miżmuma b'mod intensiv. Barra minn hekk, f’dan l-għadd ta' aċidi xaħmija mhux saturati l-proporzjon ta’ żewġ gruppi ta’ aċidi xaħmija [(n-6)/(n-3)], u l-proporzjon bejn l-aċidu linolejku li jappartjeni għal grupp n-6 u l-aċidu linolejku li jappartjeni għal n-3 hu ta’ 3:1 għar-razza tal-Bovini Griżi tal-Ungerija li jingħalfu b’mod estensiv, u b’hekk huwa aħjar mill-proporzjon ta’ 4:1 li jitqies bħala sodisfaċenti miksub mir-razza ta’ Holstein-Friesian li tingħalef b’mod estensiv. Peress li dan il-proporzjon hu ta' 9:1 jew ta' 10:1 għal razez imsemmna intensivament huwa bix-xieraq li jiġi ddikjarat li, f'termini ta' dieta umana, il-proporzjon ta' acidu xaħmi n-6 u n-3 l-aktar ta' vantaġġ jinkiseb mir-razza ta’ Bovini Griżi tal-Ungerija li jingħalfu b’mod estensiv.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-esportazzjoni lejn l-Ewropa tal-Bovini Griżi tal-Ungerija li pprovdiet il-materja prima għall-“Magyar szürkemarha hús” lagħbet rwol importanti fil-Medju Evu (madwar 100 000 annimal fis-sena). F’dak iż-żmien, din id-domanda enormi kienet iġġenerata wkoll mit-togħma eċċellenti ta' dan il-prodott, li ma tistax titqabbel ma' ċanga oħra.

Il-bovini għall-qatla kienu jittieħdu bil-mixi fis-swieq barranin f’toroq wesgħin għall-merħla magħmula apposta għal dan l-iskop. Dan hu l-mod kif il-“Magyar szürkemarha hús” kien jasal fis-swieq tal-laħam ta’ Nuremberg, Munich, Augsburg, Regensburg, Ulm, Strasburgu, Hustopeče, Legrad, Bakar jew Venezja u sar prodott imfittex ħafna.

Il-fatt li dawn il-bovini mill-Ungerija kienu jitqiesu l-aħjar bovini għall-qatla huwa appoġġjat minn diversi dokumenti rilevanti kontemporanji miżmuma fl-arkivji tal-ibliet Ġermaniżi msemmija hawn fuq (Augsburg, 1578; Nuremberg, 1571). Skont ir-regoli tal-bliet imperjali Ġermaniżi, jekk dawn il-bovini kienu jiġu maqtula fil-bini tal-bejjiegħ tal-laħam, l-istabbiliment ikkonċernat kien ipprojbit ibiegħ kwalunkwe laħam ieħor sabiex jiġi żgurat li laħam ta’ oriġini oħra ma jistax ikun ikkunsidrat bħala prodott awtentiku.

Il-metodu ta’ trobbija estensiva ibbażat fuq it-tradizzjonijiet imsemmija qabel ifisser li l-annimali li jipproduċu dal-prodott jimxu ħafna aktar waqt li jkunu jirgħu, mill-bovini taċ-ċanga standard (daqs 20-30 kilometru kull ġurnata). Dan il-mixi waqt li jirgħu jirriżulta f’laħam b’telf minimu ta’ taqtir, f’kwalità niexfa u fibruża u f’kontenut minimu ta' xaħam intramuskolari.

Il-“Magyar szürkemarha hús” prodott taħt kundizzjonijiet estensivi f’ambjent naturali u mingħajr prodotti kimiċi huwa mfittex ħafna fis-suq, u għalhekk jgħin biex jirrapreżenta d-diversità naturali u kulturali tal-Ewropa.

Referena għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.fvm.hu/main.php?folderID=2343


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/18


Avviż għall-attenzjoni ta' Doku Khamatovich Umarov, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 260/2011

2011/C 83/12

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, ta' membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u tat-Talibani u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

L-Al Qaida, it-Taliban u Usama bin Laden;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida, mat-Taliban u ma' Usama bin Laden; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hi “assoċjata ma” l-Al-Qaida, Usama bin Laden jew it-Taliban jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al Qaida, mit-Taliban jew minn Usama bin Laden, jew li jsiru magħhom, f'isimhom jew bħala għajnuna għalihom, jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' xi wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Fl-10 ta’ Marzu 2011 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Doku Khamatovich Umarov mal-lista relevanti. Huwa jista' meta jrid iressaq talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex id-deċiżjoni biex jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – Uffiċċju tal-Ombudsperson

Kamra TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 212 9632671

Fax +1 212 9631300 / 3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Tista ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 260/2011 (2), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Taliban (3). L-emenda, magħmula b'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002 (4), iżżid lil Doku Khamatovich Umarov mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmumin minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi għal kwalunkwe wieħed mill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (5)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjudin mal-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 260/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 260/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-dejta personali tal-individwi kkonċernati se tkun trattata f'konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6) dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità (issa l-Unjoni) u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta. Kwalunkwe talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

7.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 70, 17.3.2011, p. 33.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).

(5)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.