ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CE2011.081.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81E |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010 |
|
2011/C 081E/01 |
||
2011/C 081E/02 |
||
2011/C 081E/03 |
||
2011/C 081E/04 |
||
2011/C 081E/05 |
||
2011/C 081E/06 |
||
2011/C 081E/07 |
||
2011/C 081E/08 |
||
2011/C 081E/09 |
||
2011/C 081E/10 |
||
2011/C 081E/11 |
||
2011/C 081E/12 |
||
2011/C 081E/13 |
||
2011/C 081E/14 |
||
|
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010 |
|
2011/C 081E/15 |
||
2011/C 081E/16 |
||
2011/C 081E/17 |
||
2011/C 081E/18 |
||
2011/C 081E/19 |
||
2011/C 081E/20 |
||
2011/C 081E/21 |
||
2011/C 081E/22 |
||
2011/C 081E/23 |
||
2011/C 081E/24 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010 |
|
2011/C 081E/25 |
||
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010 |
|
2011/C 081E/26 |
||
2011/C 081E/27 |
||
2011/C 081E/28 |
||
2011/C 081E/29 |
||
2011/C 081E/30 |
||
2011/C 081E/31 |
||
|
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010 |
|
2011/C 081E/32 |
||
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010-2011 Dati tas-seduti: 5 u 6 ta' Mejju 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 188 E, 13.7.2010. It-testi adottati tat-5 t' Mejju 2010 rigward il-kwittanzi għall-baġit tas-2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 252, 25.9.2010. TESTI ADOTTATI
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/1 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Tranżizzjoni għat-Trattat ta' Lisbona: screening tal-proċeduri leġislattivi pendenti
P7_TA(2010)0126
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa (COM(2009)0665) - “omnibus”)
2011/C 81 E/01
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Dicembru 2009,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665) u l-Addendum għaliha (COM(2010)0147),
wara li kkunsidra l-ittri ta' konsultazzjoni mill-ġdid tal-Kunsill tal-Ministri tat-23 ta' Marzu 2010,
wara li kkunsidra l-istqarrija tal-President tal-15 ta' Diċembru 2009 fis-seduta plenarja,
wara li kkunsidra l-Artikoli 58 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 75 tiegħu,
wara li kkunsidra l-iscreening mill-kumitati parlamentari tal-proposti pendenti kollha u r-riżultati, li ġew miġbura mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fit-8 ta' Frar 2010,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-4 ta' Marzu 2010 li tikkonferma r-riżultati tal-proċess ta' screening,
wara li kkunsidra l-ittri tal-President tal-14 ta' April 2010 lill-President tal-Kunsill tal-Ministri u lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, b'risposta għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009)0665,
A. |
billi l-Parlament Ewropew ivverfika l-kompletezza tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll il-korrettezza tagħha, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-bażi legali u l-proċedura skont it-Trattat ta' Lisbona indikati mill-Kummissjoni fil-listi tagħha, |
1. |
Jikkunsidra li t-Trattat ta' Lisbona jistabbilixxi qafas legali ġdid li jeffettwa l-fajls pendenti, b'mod partikulari minħabba l-bidliet li saru għall-bażi legali tagħhom u/jew għall-proċeduri relevanti u għalhekk, jinnota l-lista li ġejja ta' għaxar proċeduri li għalihom jixtieq li jkun hemm proposta ġdida jew proposta emendata, jew, fejn xieraq, konsultazzjoni mill-ġdid mill-Kunsill tal-Ministri sabiex jitqies kif dovut il-qafas ġdid; u jitlob lill-Istituzzjonijiet biex jikkonformaw ma' dawn it-talbiet:
|
2. |
Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu dwar id-29 proċedura li ġejjin li inbidlu skont it-Trattat ta' Lisbona minn konsultazzjoni għal proċedura leġiżlattiva ordinarja, minn konsultazzjoni għal kunsens u minn kunsens ghal approvazzjoni:
|
3. |
Jiddeċiedi li ma jikkonfermax il-pożizzjonijiet tiegħu diġà meħuda dwar l-erba' proċeduri li ġejjin u jenfasizza li jixtieq li jerġa' jkun hemm l-ewwel qari tal-proposta oriġinali:
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri, u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P6_TA(2009)0373.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/6 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Setgħa ta' delegazzjoni leġiżlattiva
P7_TA(2010)0127
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva (2010/2021(INI))
2011/C 81 E/02
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFEU”),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta' atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida tal-Komitoloġija (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet l-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta għadd ta' strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju –Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (3),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2009)0673),
wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta' Jannar 2010 mill-President tal-Parlament Ewropew lill-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Artikoli 290 u 291 tat-TFEU,
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0110/2010),
A. |
Billi t-Trattat ta' Lisbona jikkonsagra l-poter leġiżlattiv u jintroduċi ġerarkija ta' normi fl-ordni legali tal-Unjoni, b’hekk isaħħaħ il-karattru demokratiku tal-Unjoni u jirrazzjonalizza l-ordni legali tiegħu; billi t-Trattat ta' Lisbona jintroduċi kunċett ġdid ta' att leġiżlattiv, b’konsegwenzi estiżi, |
B. |
billi wieħed mill-elementi tal-poter leġiżlattiv huwa l-possibilità, prevista fl-Artikolu 290 tat-TFEU, għal-Leġiżlatur li jiddelega parti mill-poteri tiegħu lill-Kummissjoni f’att leġiżlattiv (minn hawn ‘il quddiem “l-att bażiku”), |
C. |
billi d-delegazzjoni hija operazzjoni delikata li fiha l-Kummissjoni għandha l-istruzzjoni li teżerċita s-setgħa li hija intrinsika għar-rwol proprju tal-Leġiżlatur; billi l-punt ta' tluq fl-eżaminazzjoni tal-kwistjoni tad-delegazzjoni għandu għalhekk dejjem ikun il-libertà tal-Leġiżlatur, |
D. |
billi din is-setgħa ddelegata tista' tikkonsisti biss f’li tissupplimenta jew temenda partijiet ta' att leġiżlattiv li l-Leġiżlatur ma jqisx bħala essenzjali; billi l-atti ddelegati li jirriżultaw u li adottati mill-Kummissjoni se jkunu atti mhux leġiżlattivi ta' ambitu ġenerali; billi l-att bażiku għandu jiddefinixxi b’mod espliċitu l-objettiv, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' din id-delegazzjoni, u għandu jistipula l-kundizzjonijiet li d-delegazzjoni hija suġġetta għaliha, |
E. |
billi l-atti ddelegati se jkollhom implikazzjonijiet importanti f'ħafna oqsma; billi għalhekk huwa ta' importanza kbira, b'mod partikolari fir-rigward ta' atti ddelegati, li dawn jiġu żviluppati u deċiżi b'mod trasparenti għalkollox li effettivament jippermetti lill-koleġiżlaturi li jikkontrollaw demokratikament l-eżerċizzju tas-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni, b'dibattitu pubbliku fil-Parlament, fejn ikun meħtieġ, |
F. |
billi l-Parlament għandu jkollu l-istess pożizzjoni bħall-Kunsill fir-rigward tal-aspetti kollha tas-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva, |
G. |
billi l-“proċedura Lamfalussy” wittiet it-triq għall-mekkaniżmu preżenti tad-delegazzjoni b'kontroll sħiħ mil-Leġiżlatur; billi d-Dikjarazzjoni 39 tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-23 ta' Lulju 2007, annessa mat-Trattat ta' Lisbona, irrikonoxxiet in-natura speċifika tal-qasam tas-servizzi finanzjarji; billi r-reġim il-ġdid għall-atti ddelegati ma jista' bl-ebda mod idgħajjef id-drittijiet eżistenti tal-Parlament f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward tat-trażmissjoni bikrija tad-dokumenti u tal-informazzjoni, |
H. |
billi d-delgazzjoni tista’ titqies bħala strument għal tfassil aħjar tal-leġiżlazzjoni, li l-objettiv tagħha huwa li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tista’ fl-istess ħin tibqa’ sempliċi u tkun kompluta u aġġornata mingħajr il-bżonn ta' rikors għal proċeduri leġiżlattivi ripetuti, filwaqt li tippermetti lil-Leġiżlatur li jżomm is-setgħa u r-responsabilità assoluta tiegħu, |
I. |
billi, b’kuntrast mal-approċċ meħud fl-Artikolu 291 TFEU dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Artikolu 290 TFEU ma fihx bażi legali għall-adozzjoni ta' att orizzontali li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali applikabbli għad-delegazzjoni tas-setgħa; billi dawn il-kundizzjonijiet għandhom għalhekk ikunu stipulati f’kull att bażiku, |
J. |
billi l-Kummissjoni hija responsabbli quddiem il-Parlament; billi l-Kummissarju responsabbli għar-relazzjonijiet u l-amministrazzjoni interistituzzjonali impenja ruħu, fis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tat-18 ta' Jannar 2010, li jaħdem mill-qrib sew mal-Parlament u jiżgura li l-eżerċizzju tas-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni jissodisfa lill-Parlament, |
Aspetti li għandhom jiġu definiti fl-att bażiku
1. |
Iqis li l-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien ta' din id-delegazzjoni skont l-Artikolu 290 TFEU għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku; |
2. |
Jenfasizza li l-Artikolu 290 TFEU jagħti lil-Leġiżlatur il-libertà li jagħżel liema mekkaniżmu/i ta' kontroll jidħol/jidħlu fis-seħħ; Iqis li ż-żewġ eżempji enumerati fl-Artikolu 290(2), oġġezzjoni u jirtira, huma purament spjegattivi u li wieħed jista’ jbassar li delega ta' setgħa tiġi soġġetta għal mezzi oħra ta' kontroll, bħall-approvazzjoni rapida mill-Parlament u l-Kunsill ta' kull att iddelegat jew il-possibilità li atti individwali ddelegati li diġa huma fis-seħħ jiġu rtirati; |
3. |
Huwa tal-opinjoni, madankollu, li ż-żewġ eżempji ta' kundizzjonijiet possibbli msemmija fl-Artikolu 290(2) TFEU, oġġezzjoni u revoka, jistgħu jitqiesu bħala l-aktar modi komuni biex jiġi kkontrollat l-użu tas-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni u għandhom jiġu inklużi t-tnejn f'kull att bażiku; |
4. |
Huwa tal-opinjoni li l-mekkaniżmi ta' kontroll stipulati mil-Leġiżlatur għandhom jirrispettaw ċerti prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u li, b'mod partikolari, għandhom:
|
5. |
Iqis li l-eżerċizzju tad-dritt ta' oġġezzjoni tal-Parlament huwa neċessarjament ikkundizzjonat mir-rwol parlamentari u l-postijiet tax-xogħol tiegħu; iqis li perjodu fiss għal oġġezzjoni applikabbli għall-atti legali kollha mhuwiex ġustifikat, u li dan il-perjodu għandu jiġi stabbilit skont il-każ f'kull att bażiku, filwaqt li titqies il-kumplessità tal-kwistjonijiet, u għandu jkun biżżejjed biex jippermetti l-kontroll effikaċi tad-delega, mingħajr ma jdewwem b'mod li ma jkunx xieraq id-dħul fis-seħħ tal-atti ddelegati li ma jkunux kontroversjali; |
6. |
Iqis li proċedura ta' urġenza prevista fl-att bażiku nnifsu għandha tiddaħħal għal każijiet partikolarment eċċezzjonali, pereżempju dawk dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, saħħa jew kriżijiet umanitarji; |
7. |
Jemmen, madankollu, li l-maġġoranza l-kbira ta' sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-adozzjoni rapida ta' atti ddelegati jistgħu jiġu indirizzati bi proċedura flessibbli li tippermetti li jintwera nuqqas ta' oġġezzjoni fi stadju bikri mill-Parlament u l-Kunsill, wara rikjesta mill-Kummissjoni f’każijiet ġustifikati sew; |
8. |
Isostni li l-perjodu ta' żmien ta' delega jista’ jkun indefinit, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li d-delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin; huwa tal-opinjoni, madankollu, li delega ta' perjodu limitat tista' tipprovdi l-possibilità ta' tiġdid perjodiku wara talba espressa mill-Kummissjoni; iqis li d-delega tista' tiġġedded biss bil-kundizzjoni li la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jesprimu xi oġġezzjonijiet qabel skadenza speċifikata; |
9. |
Joġġezzjona bil-qawwi għall-inserzjoni fl-atti bażiċi ta' dispożizzjonijiet li jimponu obbligi addizzjonali fuq il-Leġiżlatur li jmorru lil hinn minn dawk li jinsabu fl-Artikolu 290 TFEU; |
Arranġamenti prattiċi
10. |
Iqis li ċerti arranġamenti prattiċi jistgħu jiġu kkoordinati aħjar f'Fehim Komuni bejn l-istituzzjonijiet, li jista' jieħu l-forma ta' ftehim interistituzzjonali, u li jkopri inter alia:
|
11. |
Jenfasizza li, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha:
|
12. |
Huwa tal-opinjoni li l-iskambju ta' tagħrif qabel revoka għandu jseħħ bħala kwistjoni ta' trasparenza, kortesija u kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati biex b'hekk jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet kollha jkunu jafu tajjeb minn qabel bil-possibilità ta' revoka; madankollu, iqis li l-introduzzjoni ta' obbligu legali speċifiku f'atti bażiċi li jeħtieġu stqarrija ta' raġunijiet għall-adozzjoni ta' ċerti atti legali, apparti r-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 296 TFUE li hu applikabbli għall-atti legali kollha, hija eċċessiva u toħloq konfużjoni; |
13. |
Jipproponi li jiġi stabbilit perjodu minimu għall-oġġezzjoni fi kwalunkwe ftehim futur, b'mod li jingħad ċar li dan għandu jinftiehem mhux bħala miżura restrittiva iżda sempliċement bħala minimu li taħtu l-kontroll demokratiku tal-Parlament ma jkun jiswa xejn; iqis li l-perjodu minimu għal oġġezzjoni għandu jkun ta' xahrejn, bil-possibilità li dan jiġi estiż b’xahrejn oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill; jenfasizza, madankollu, li l-perjodu għal oġġezzjoni għandu jiddependi min-natura tal-att iddelegat; |
14. |
Jinsisti, fil-kuntest ta' kwalunkwe ftehim fil-futur, li l-perjodi differenti għall-iskrutinju ta' atti ddelegati għandhom jibdew biss meta l-Kummissjoni tittrażmetti l-verżjonijiet lingwistiċi kollha, u għandhom jikkunsidraw tajjeb il-perjodu ta' waqfien mix-xogħol u dak elettorali tal-Parlament; |
15. |
Jenfasizza, fil-kuntest ta' kwalunkwe ftehim futur, li l-atti delegati soġġetti għal dritt ta' oġġezzjoni jistgħu jiġu ppubblikati biss fil-Ġurnal Uffiċjali u għalhekk jidħlu fis-seħħ wara l-iskadenza tal-perjodu ta' oġġezzjoni, ħlief meta tingħata nuqqas ta' oġġezzjoni bikrija; iqis li obbligu espress, li jeħtieġ li f'kull att bażiku l-Parlament u l-Kunsill jippubblikaw deċiżjonijiet meħuda biex jiġi kkontrollat l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati tal-Kummissjoni, huwa żejjed; |
Rimarki finali
16. |
Jistieden lil kull wieħed mill-kumitati tiegħu sabiex jiskambja u jaġġorna b'mod regolari l-aħjar prattika u jistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li l-prattiki tal-Parlament skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jkunu koerenti kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa li kull kumitat parlamentari jorganizza l-ħidma tiegħu b’mod li jkun kompatibbli mal-karattru speċifiku tiegħu u li jibbenefika mill-kompetenza akkumulata; |
17. |
Jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tagħmel riallokazzjoni tar-riżorsi (b’mod li tiġi żgurata n-newtralità baġitarja) bħala mezz kif tipprovdi l-impjiegi meħtieġa biex jingħata appoġġ xieraq fil-qadi tal-obbligi marbuta mal-Artikolu 290 TFEU; jitlob approċċ istituzzjonali għall-evalwazzjoni tal-istrutturi amministrattivi u r-riżorsi umani disponibbli biex jiġu żviluppati kompetenzi ddelegati; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta bħala kwistjoni ta' prijorità l-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex l-acquis jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE; jikkunsidra, fir-rigward tal-Artikolu 290 tat-TFUE, li dan l-allinjament ma għandux ikun limitat għal dawk il-miżuri li diġà ġew indirizzati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju, iżda għandu jkopri l-miżuri xierqa kollha ta' ambitu ġenerali indipendentement mill-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew tal-komitoloġija applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; |
19. |
Jinsisti li l-ewwel prijorità għandha tkun li jiġi adattat l-acquis fl-oqsma politiċi li qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ma kienux suġġetti għall-proċedura ta' kodeċiżjoni; jitlob li jiġu ttrattati skont il-każ b'tali mod biex jiġi żgurat, b'mod partikolari, li l-miżuri xierqa kollha ta' ambitu ġenerali li qabel kienu adottati skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4) jkunu definiti bħala atti ddelegati; |
20. |
Iqis li sabiex jisseddqu bis-sħiħ il-prerogattivi tal-Leġiżlatur, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu relattiv tal-Artikoli 290 u 291 TFUE u lill-konsegwenzi prattiċi tal-applikazzjoni ta' wieħed mill-artikoli jew l-ieħor, sew waqt l-allinjament imsemmi aktar 'il fuq u sew waqt li jkunu qed jiġu ttrattati proposti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jinsisti li l-koleġiżlaturi għandhom is-setgħa li jiddeċiedu li l-kwistjonijiet li jkunu ġew adottati qabel skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS) jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 290 TFUE jew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
*
* *
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 22.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0373.
(3) Testi adottati, P7_TA(2009)0083.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/10 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Għanijiet strateġiċi u rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018
P7_TA(2010)0128
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-objettivi strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tal-UE tat-trasport marittimu sal-2018 (2009/2095(INI))
2011/C 81 E/03
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2009 dwar l-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018 (COM(2009)0008) (“komunikazzjoni dwar il-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018”),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar politika marittima integrata għall-Unjoni Ewropea (COM(2007)0575),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0114/2010),
A. |
billi s-sidien tal-bastimenti Ewropej jagħtu kontribut importanti lill-ekonomija Ewropea imma jridu jikkompetu f'ambjent dinji, |
B. |
billi l-miżuri strutturali u integrati biex jiġi ppreservat u żviluppat is-settur marittimu li qed ikollu suċċess kbir fl-Ewropa huma importanti u għandhom isaħħu l-kompetittività tat-trasport marittimu u s-setturi relatati, filwaqt li jintegraw ir-rekwiżiti tal-iżvilupp sostenibbli u l-kompetizzjoni ġusta, |
C. |
billi hija neċessità assoluta li ż-żgħażagħ jinġibdu lejn karrieri marittimi u jinżammu fihom, u l-livell tat-taħriġ għall-professjonisti marittimi fl-Ewropa jeħtieġ li jittejjeb permezz tar-reviżjoni li jmiss tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards tat-Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u s-Sorveljanza tal-Baħħara (Konvenzjoni STCW), |
D. |
billi t-tibdil fil-klima huwa l-akbar sfida għall-oqsma kollha tal-politiki Ewropej fis-seklu 21, |
E. |
billi t-trasport marittimu huwa mod ta’ trasport relattivament sod f'dak li jikkonċerna l-ambjent, li madankollu għandu ħafna potenzjal biex isir iktar nadif milli diġà hu; billi għandu jiġi involut, permezz ta’ tnaqqis gradwali fil-marka tal-karbonju tal-bastimenti u tal-infrastrutturi tal-portijiet, fl-isforzi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, |
F. |
billi s-sikurezza hija tal-akbar importanza għall-portijiet, għas-sidien tal-bastimenti u għall-baħħara fuq il-bastiment u fuq l-art; billi l-miżuri tas-sikurezza għandhom iqisu l-protezzjoni tal-ambjent kostali u tal-baħar kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-portijiet u fuq il-bastimenti; |
G. |
billi għadhom qed iseħħu attakki kriminali fuq il-bastimenti tas-sajd u dawk kummerċjali Ewropej u fuq il-vapuri tal-passiġġieri fil-Golf ta’ Aden, lil hinn mill-kosta tas-Somalja u f'ibħra internazzjonali, |
H. |
billi l-industrija marittima Ewropea hija waħda mill-aqwa fid-dinja, il-vantaġġ tagħha għandu jiġi ssalvagwardjat fit-tul u dan jista' biss iseħħ permezz tal-innovazzjoni, |
I. |
billi jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet fil-livell amministrattiv it-tajjeb, li jfisser fil-livell dinji, meta possibbli, u fil-livell Ewropew, meta meħtieġ, |
Ħarsa ġenerali
1. |
Jilqa’ l-komunikazzjoni dwar il-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018; |
2. |
Jenfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport marittimu għall-ekonomija Ewropea, mhux biss bħala trasportatur tal-passiġġieri, tal-materja prima, tal-merkanzija u tal-prodotti tal-enerġija, imma wkoll bħala l-qalba ta’ grupp usa’ ta’ attivitajiet marittimi bħall-industrija navali, il-loġistika, ir-riċerka, it-turiżmu, is-sajd u l-akkwakultura u l-edukazzjoni; |
3. |
Jenfasizza li l-politika marittima tal-UE għandha tqis il-fatt li l-industrija tat-trasport marittimu tħabbat wiċċha ma’ kompetizzjoni mhux biss fl-Unjoni imma wkoll, u fuq kollox, globalment; jenfasizza wkoll l-importanza tat-tkabbir tat-trasport marittimu, bħala parti mis-settur usa' tat-trasport, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha; |
4. |
Jittama li l-politiki marittimi tal-UE se jkunu imfassla, minn issa 'l quddiem, fil-qafas ta’ “baħar uniku Ewropew” u, konsegwentament, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika tat-trasport marittimu Ewropea bħala parti minn żona marittima komuni; |
Is-suq
5. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tiġġieled kontra l-abbużi tal-bnadar ta’ konvenjenza; |
6. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex jinkoraġġixxu l-użu tal-bnadar tagħhom u biex jappoġġjaw il-gruppi marittimi tagħhom fuq l-art, pereżempju billi jipprovdu faċilitajiet fiskali bħas-sistema tat-taxxa tat-tunnellaġġ għall-bastimenti kif ukoll faċilitajiet fiskali għall-baħħara u s-sidien tal-bastimenti; |
7. |
Iqis li, bħal kull settur ieħor ekonomiku, is-settur marittimu għandu bħala kwstjoni ta’ prinċipju jiġi rregolat skont ir-regoli tal-għajnuna statali, għalkemm l-għajnuna statali tista' tkun permessa eċċezzjonalment għal każijiet speċifiċi sakemm din tingħata fuq bażi temporanja u b'mod trasparenti u li jkun jista' jinftiehem; |
8. |
Iqis li l-linji gwida dwar l-għajnuna statali għat-tbaħħir, li jiskadu fl-2011, għandhom jinżammu u jiġu estiżi, peress li kkontribwew b'mod sostanzjali għaż-żamma tal-kompetittività internazzjonali tas-settur tat-tbaħħir Ewropew, għall-kapaċità tiegħu li jegħleb b'suċċess il-kompetizzjoni li ta’ spiss tkun inġusta minn pajjiżi terzi, u għaż-żamma tal-pożizzjoni ewlenija tiegħu globalment, u għaldaqstant għenu biex jiġu appoġġjati l-ekonomiji tal-Istati Membri; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-regoli l-ġodda mwegħda dwar l-għajnuna statali għat-trasport marittimu fl-2010, u jqis barra minn hekk li l-Kummissjoni għandha tippreżenta l-linji gwida dwar l-għajnuna statali lill-portijiet malajr kemm jista' jkun; |
10. |
Jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-għajnuna statali għandha tintuża b'mod esklużiv biex tappoġġja s-setturi marittimi Ewropej li impenjaw ruħhom li jirrispettaw l-istandards soċjali, il-promozzjoni tal-impjiegi u t-taħriġ tal-persunal fl-Ewropa, u biex tiġi żgurata l-kompetittività globali tas-settur tat-tbaħħir Ewropew; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw malajr il-Konvenzjoni tan-NU dwar Kuntratti għall-Ġarr Internazzjonali ta’ Merkanzija Kompletament jew Parzjalment bil-Baħar, magħrufa bħala r-“Regoli ta’ Rotterdam”, li tistabbilixxi s-sistema l-ġdida ta’ responsabilità marittima; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis aktar it-trasport marittimu u l-istrutturi tiegħu li huma bbażati fuq l-art matul ir-reviżjoni li daqt se ssir tal-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b'mod partikolari l-konnessjoni multimodali tal-portijiet Ewropej mat-territorju intern; |
13. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (COM(2009)0011), bl-iskop li jiġu ssimplifikati, jitnaqqsu u jiġu eliminati l-proċeduri amministrattivi għat-tbaħħir fuq distanzi qosra fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja t-tbaħħir fuq distanzi qosra bil-ħsieb li jiżdiedu b'mod sostanzjali l-kapaċitajiet ta’ rendiment tat-trasport marittimu fl-Unjoni; |
L-aspetti soċjali
14. |
Jilqa’ l-inizjattivi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jagħmlu x-xogħlijiet marittimi aktar attraenti għaż-żgħazagħ tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jingħata tagħlim tul il-ħajja u taħriġ mill-ġdid għall-baħħara fil-livelli kollha, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bastimenti, bil-ħsieb li jissaħħu l-kwalifiki u l-ħiliet professjonali tal-ħaddiema; jirrakkomanda wkoll li fl-iskejjel tingħata iktar informazzjoni dwar is-settur u li jkun hemm iktar apprendistati disponibbli; |
15. |
Jistieden lill-Istati Membri, fl-ambitu ta’ konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni STCW u l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu tal-2006 tal-ILO, biex itejbu u jimmodernizzaw il-programmi eżistenti ta’ taħriġ bil-ħsieb li jkun hemm aktar żvilupp kwalitattiv tal-kulleġġi marittimi; |
16. |
Jenfasizza li l-baħħara minn pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti sodisfaċenti ta’ taħriġ f'konformità mal-Konvenzjoni STCW u jistieden lis-sidien tal-bastimenti u lill-ispettorati nazzjonali biex dan jiggarantixxuh u jinfurzawh, fejn ikun meħtieġ bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA); itenni t-talba tiegħu għal ratifika rapida mill-Istati Membri tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu tal-2006 tal-ILO u adozzjoni bikrija tal-proposta tal-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-ftehim industrijali, biex jiġu inkorporati elementi ewlenin tal-Konvenzjoni fil-liġi tal-UE; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-użu tal-baħħara tal-UE fil-flotti tagħhom u biex joħolqu biżżejjed faċilitajiet biex jipprevjenu l-migrazzjoni tal-baħħara 'l barra mill-Unjoni; |
18. |
Jilqa' s-suġġeriment tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet marittimi Ewropej, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jarmonizzaw il-kurrikuli u l-iskemi ta’ taħriġ rispettivi tagħhom biex jiġu promossi u żviluppati livelli għoljin ta’ kwalifiki u ħiliet avvanzati fost il-baħħara tal-UE; |
19. |
Jenfasizza li d-dimensjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara tal-UE huma marbutin mill-qrib mal-kompetittività tal-flotta Ewropea, u li hu meħtieġ li tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema fl-industriji marittimi fl-Ewropa kollha u li jiġi żgurat suq intern li jiffunzjona b'mod sħiħ mingħajr ostakoli u mingħajr restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq il-provvista tas-servizzi; |
20. |
Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-prattiki tajbin fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-istandards soċjali, kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien fuq il-bastimenti, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, aċċess aħjar għall-kura tas-saħħa, standards aħjar ta’ sikurezza u taħriġ biex il-baħħara jkunu jistgħu jaffaċċjaw ir-riskji inerenti fl-impjiegi tagħhom; |
21. |
Jenfasizza li l-ispezzjonijiet għandhom ikunu speċifiċi u bbażati fuq ir-riskju u m’għandhom jiġġeneraw ebda pressjoni regolatorja superfluwa fuq l-industrija; |
22. |
Jittama li l-kapaċità tal-iżviluppi teknoloġiċi li jikkumpensaw għad-disponibilità dejjem tonqos ta’ baħħara se tiġi investigata, iżda jwissi kontra l-introduzzjoni għaġġelija żżejjed ta’ teknoloġija li tkun għadha ma ġietx ipprovata; |
23. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-portijiet marittimi biex itejbu l-faċilitajiet għall-baħħara fuq il-bastimenti li jkunu qed jistennew ankrati f'rada, inklużi faċilitajiet għat-trasportazzjoni aktar faċli mill-bastimenti għax-xatt u viċe versa; |
L-ambjent
24. |
Jirrikonoxxi li jrid isir progress konsiderevoli fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit u l-ossidji tan-nitroġenu, partikuli (PM10) u CO2, u li dan huwa neċessarju fil-qafas tal-għanijiet tal-protezzjoni tal-klima tal-UE; jenfasizza li s-settur jista' jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara u t-tibdil fil-klima u li l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-iżvilupp se jkunu ta’ interess partikolari f'dan ir-rigward; |
25. |
Jenfasizza li t-tnaqqis tal-emissjonijiet irid ikun hemm qbil dwaru malajr u jiġi implimentat b'forza vinkolanti permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) biex jiġu limitati d-differenzi fil-kundizzjonijiet kompetittivi, iżda li dan m'għandux iwaqqaf lill-Unjoni milli tieħu inizjattivi bl-għan li jkun hemm aktar tnaqqis mill-flotot tal-Istati Membri tagħha, biex b'hekk jiġu inkoraġġiti l-kontinenti l-oħrajn biex isiru kompetittivi f'dan il-qasam; jiġbed l-attenzjoni hawnhekk għad-differenzi kbar bejn it-trasport bil-baħar fuq distanzi qosra u fuq distanzi twal, xi ħaġa li trid tiġi kkunsidrata meta jintlaħqu l-ftehimiet fl-IMO; |
26. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu iktar użu – meta jkun possibbli flimkien mal-pajjiżi ġirien – mill-għażla li jagħżlu żoni marittimi ta’ kontroll tal-emissjonijiet, b'mod partikolari għall-ossidi tan-nitroġenu; jenfasizza li t-twaqqif ta’ aktar żoni marittimi ta’ kontroll tal-emissjonijiet m'għandux iwassal għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-Ewropa; |
27. |
Jappoġġja miżuri li jinkoraġġixxu bidliet modali lejn trasport marittimu bil-ħsieb li tittaffa l-konġestjoni f'toroq ewlenin; jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu pjattaformi tal-loġistika fil-portijiet, li huma essenzjali biex tiġi żviluppata l-intermodalità u tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali; jenfasizza li r-regoli internazzjonali u tal-UE m'għandhomx ifixklu l-isforzi magħmula mill-awtoritajiet nazzjonali f'dan ir-rigward; jittama li jara l-introduzzjoni rapida u estensiva, fil-qafas tal-Unjoni għall-Mediterran, ta’ “awtostradi tal-baħar”, li għandu jgħin biex jitnaqqsu kemm it-tniġġis kif ukoll il-konġestjoni fin-netwerks fuq l-art; |
28. |
Jappoġġja fil-prinċipju l-emendi għall-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit u tal-ossidi tan-nitroġenu mill-bastimenti, adottati mill-IMO f'Ottubru 2008; huwa mħasseb, madankollu, dwar ċaqliq possibbli mit-trasport fuq distanza qasira bil-baħar lura għal trasport fit-toroq, konsegwenza tal-introduzzjoni tal-limitu ta’ 0.1 % ta’ kubrit, prevista mill-2015, fiż-żoni ta’ kontroll ta’ emissjonijiet tal-kubrit fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tippreżenta valutazzjoni rilevanti tal-impatt lill-Parlament malajr kemm jista' jkun u l-aktar tard sal-aħħar tal-2010; |
29. |
Iqis li l-modi kollha tat-trasport, inkluż it-trasport marittimu, għandhom jinternalizzaw b'mod gradwali l-ispejjeż esterni tagħhom; jemmen li l-introduzzjoni ta’ dan il-prinċipju se tiġġenera fondi li sussegwentament ikunu jistgħu jintużaw primarjament għall-isforzi biex titħeġġeġ l-innovazzjoni; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu wkoll fuq strumenti alternattivi bħall-introduzzjoni ta’ taxxa fuq il-fjuwils tal-bunker, preferibbilment immirata lejn il-kwalità u r-rendiment ambjentali tal-fjuwils, jew il-kunċett ta’ portijiet ekoloġiċi, fejn bastimenti nodfa jiġu trattati iktar malajr u/jew iħallsu taxxi mnaqqsa tal-port; |
31. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu fl-IMO biex jistabbilixxu u jimplimentaw standards ambjentali xierqa u globalment applikabbli; |
32. |
Jinnota f'dan ir-rigward l-avvanzi fit-teknoloġija tat-tbaħħir fl-ilmijiet interni li ppermettew li jitnaqqsu b'mod sostanzjali l-emissjonijiet mill-magni ta’ bastimenti eżistenti u l-użu possibbli ta’ gass naturali likwidu bħala fjuwil; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk dawn it-tekniki jistgħux jintużaw ukoll f'bastimenti li jbaħħru u kif tista' titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom; |
33. |
Jiddispjaċih mill-fatt li s-Samit ta’ Kopenħagen dwar il-Klima ma rnexxielu jasal għal ebda konklużjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet minn bastimenti li jbaħħru, imma jisħaq fuq il-fatt li għandhom jitkomplew l-isforzi intensivi, kemm fil-proċess ta’ wara Kyoto, kif ukoll fl-IMO, sabiex jintlaħaq ftehim dwar miżuri dinjija biex jinkiseb tnaqqis bħal dan; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-IMO tingħata mandat għan-negozjati internazzjonali li jmiss dwar il-klima, b'miri kwantifikabbli ta’ tnaqqis għat-trasport marittimu; |
34. |
Jistieden lill-Unjoni biex tmexxi dan il-proċess fil-livell globali, l-iktar fl-IMO, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-emissjonijiet mis-settur marittimu; |
35. |
Jisħaq fuq l-importanza ta’ faċilitajiet tekniċi interoperabbli għall-provvista tal-elettriku mill-art għall-bastimenti fil-portijiet Ewropej, li jistgħu jnaqqsu t-tniġġis b’mod konsiderevoli; jistieden lill-Kummissjoni biex taċċerta f'liema portijiet dawn il-faċilitajiet jistgħu jintużaw b'mod effiċjenti; |
36. |
Jenfasizza li, bħala parti mill-politika tagħha ta’ riċerka u żvilupp, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tar-rinnovabbli għall-użu fuq il-bastimenti, bħat-teknoloġiji tax-xemx u tar-riħ; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-potenzjal għat-tnaqqis u l-monitoraġġ tat-tniġġis permezz tal-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti fis-settur tat-trasport, l-iktar Galileo; |
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi operazzjonijiet tal-portijiet u tad-dwana li ma jużawx karti u li titħaffef il-kooperazzjoni fil-portijiet bejn id-diversi fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi permezz tal-użu ta’ sistemi u netwerks ta’ trasport intelliġenti bħas-SafeSeaNet u l-e-Custom, bil-ħsieb li jitħaffu l-operazzjonijiet tal-portijiet u jitnaqqas it-tniġġis; |
Is-sikurezza
39. |
Japprezza l-adozzjoni tat-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw malajr dan il-pakkett; |
40. |
Jirrakkomanda kontrolli stretti fuq il-bini tal-bastimenti, inkluża l-kwalità tal-azzar użat u fuq id-disinn u l-manutenzjoni tal-bastimenti, kif previst inter alia fil-leġiżlazzjoni emendata dwar is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni; |
41. |
Jappoġġa l-bidla tad-direzzjoni tal-affarijiet fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll Statali tal-Portijiet, li tinvolvi li l-ispezzjonijiet regolari jiġu sostitwiti bi spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju, sabiex preċiżament dawk il-bastimenti li juru diversi nuqqasijiet jiġu indirizzati b’mod effettiv; |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-sidien tal-bastimenti biex ifittxu li jitqiegħdu fil-“lista l-bajda” tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi; jistieden lis-Slovakkja, b'mod partikolari, biex tagħmel aktar sforz f'dan ir-rigward; |
43. |
Jitlob lill-ispettorati nazzjonali u lil awtoritajiet nazzjonali oħra biex jikkooperaw aktar mill-qrib fl-iskambju tad-data dwar bastimenti u t-tagħbija tagħhom, sabiex inaqqsu l-pressjoni regolatorja imma jżidu l-effikaċja tal-ispezzjonijiet; jitlob li tiddaħħal b'mod rapidu sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni integrata permezz tal-użu u t-titjib tar-riżorsi li diġà huma disponibbli, speċjalment is-SafeSeaNet; jistieden lill-Kummissjoni biex tibda tħaddem malajr kemm jista' jkun sistema ta’ sorveljanza transsettorjali u transkonfinali mal-UE kollha; |
44. |
Huwa konxju mill-periklu tal-piraterija fil-baħar miftuħ, l-iktar fiż-żona tal-Qarn tal-Afrika u l-ilmijiet lil hinn mill-kosta tas-somalja, u jistieden lis-sidien tal-bastimenti biex jikkooperaw ma’ inizjattivi governattivi biex jipproteġuhom mill-piraterija, bħall-ewwel operazzjoni navali li rnexxiet tal-UE, l-Atalanta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u fin-Nazzjonijiet Uniti biex jipproteġu lill-baħħara, lis-sajjieda u lill-passiġġieri kif ukoll lill-flotta; |
45. |
Jinnota li l-approċċ globali fil-ġlieda kontra l-piraterija ma jistax jiġi limitat għal forza navali internazzjonali iżda għandu jkun parti minn pjan komprensiv li jkollu l-għan li jippromwovi l-paċi u l-iżvilupp fiż-żona kkonċernata; huwa konxju, ukoll, mill-ħtieġa ta’ implimentazzjoni sħiħa u korretta mill-bastimenti tal-miżuri ta’ awtoprotezzjoni adottati mill-organizzazzjonijiet tat-tbaħħir, permezz tal-Aħjar Prattiki ta’ Ġestjoni approvati mill-IMO; |
Kwistjonijiet varji
46. |
Jenfasizza li t-tbaħħir hu industrija dinjija u li l-ftehimiet għandhom preferibilment isiru fuq skala dinjija; iqis li l-forum l-aktar xieraq għal dan huwa l-IMO; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu iktar sforz biex jirratifikaw u jimplimentaw malajr il-konvenzjonijiet tal-IMO li ffirmaw; |
47. |
Jirrikonoxxi bis-sħiħ, barra minn hekk, l-irwol tal-Unjoni fit-traspożizzjoni ta’ regoli internazzjonali fil-liġi tal-UE u fl-implimentazzjoni tal-politika marittima u l-appoġġ tagħha, pereżempju mill-EMSA; |
48. |
Jenfasizza l-ħtieġa li titħaffef il-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura tal-portijiet qabel iż-żieda mistennija fil-volum tal-merkanzija trasportata bil-baħar; jirrimarka li dan se jeħtieġ investimenti kbar, li se jkollhom jikkonformaw ma’ regoli trasparenti u ġusti ta’ finanzjament biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn il-portijiet Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-qafas regolatorju jkun koerenti f'dan ir-rigward; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-komunikazzjoni tagħha dwar il-politika tat-trasport marittimu sal-2018 u din ir-riżoluzzjoni bħala l-bażi għar-reviżjoni li daqt se sseħħ tal-White Paper dwar it-Trasport; |
50. |
Jitlob li jkun hemm politika li tippromwovi l-konnessjonijiet bejn il-portijiet u ż-żoni li jinsabu 'l ġewwa (portijiet nixfin u pjattaformi ta’ loġistika) f'reġjuni li jbatu mill-konġestjoni u li din il-politika tiġi inkorporata fir-reviżjoni tat-TEN-T; |
51. |
Jenfasizza l-importanza ekonomika u strateġika tal-bini tal-bastimenti, li jagħmilha possibbli li jiġu żviluppati u użati teknoloġiji ġodda applikabbli għall-bastimenti u li jiġu ppreservati ħiliet Ewropej kruċjali li huma meħtieġa biex jinbnew ġenerazzjonijiet ġodda ta’ bastimenti; jitlob li jittieħdu miżuri ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, u t-taħriġ, bil-ħsieb li tiġi żviluppata industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti kompetittiva u innovattiva; |
52. |
Jitlob li fil-proġetti ta’ modernizzazzjoni u estensjoni tal-portijiet ikun obbligatorju li t-terminals tal-passiġġieri u l-vapuri l-ġodda tal-passiġġieri jiġu mgħammra b'faċilitajiet għal persuni b'mobilità mnaqqsa; |
53. |
Jilqa' l-inizjattiva li tiġi żviluppata kampanja biex jiġu promossi l-aħjar prattiki fost l-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-vapuri tal-kruċieri fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex matul ir-reviżjoni attwali tat-TEN-T tqis ir-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018, l-iktar dawk li jikkonċernaw l-integrazzjoni effiċjenti tal-“awtostradi tal-baħar” u t-trasport fil-mogħdijiet tal-ilma interni, kif ukoll in-netwerk ta’ portijiet ta’ interess Ewropew bħala punti ta’ integrazzjoni; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tabbozza strateġija kumparabbli għat-trasport bil-mogħdijiet tal-ilma interni fl-Ewropa u biex tikkoordinaha mal-istrateġija preżenti, biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ katina tat-trasport ottimizzata li torbot it-trasport marittimu tal-merkanzija u t-trasport tal-prodotti fil-mogħdijiet tal-ilma interni; |
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq mingħajr dewmien il-pjan direzzjonali mwiegħed tagħha, b'mod li tipprovdi d-dettalji essenzjali biex tissupplimenta l-komunikazzjoni tagħha; |
*
* *
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/16 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Europeana - il-passi li jmiss
P7_TA(2010)0129
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar “Europeana - il-passi li jmiss” (2009/2158(INI))
2011/C 81 E/04
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Awwissu 2009 bit-titlu: “Europeana – il-passi li jmiss” (COM(2009)0440),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2009 bit-titolu: “Id-Dritt tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien” (COM(2009)0532),
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-librerija diġitali Ewropea EUROPEANA (1),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2008 bit-titolu: “Il-maws muftieħ tal-wirt kulturali tal-Ewropa – Progress fid-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali madwar l-UE” (COM(2008)0513),
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-4 ta' Ġunju 2008 tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar id-drittijiet tal-awtur – dwar il-konservazzjoni diġitali, ix-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur u xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati,
wara li kkunsidra r-rapport finali ta' Mejju 2008 tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati – dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati għad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn tal-wirt kulturali tal-Ewropa,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-i2010: lejn librerija diġitali Ewropea (2),
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/585/KE tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn ta' materjal kulturali u dwar il-konservazzjoni diġitali (3),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (4),
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0028/2010),
A. |
billi f'ambjent diġitali huwa importanti li jiġi ggarantit u ssimplifikat l-aċċess universali għall-wirt kulturali Ewropew u li jiġi żgurat li dan għandu jinġieb 'il quddiem u jkun ikkonservat għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, kemm fl-Ewropa kif ukoll 'il barra minnha, |
B. |
billi, b'referenza għad-diġitizzazzjoni tal-materjal ta' wirt kulturali Ewropew, huwa essenzjali li jkun hemm politika Ewropea fil-qasam tal-kultura u turi l-impenn pubbliku qawwi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha għall-konservazzjoni, ir-rispett u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, |
C. |
billi l-ġid u d-diversità tal-wirt kulturali komuni Ewropew għandhom jinġiebu 'l quddiem u jkunu aċċessibbli bl-aktar mod mifrux possibbli, inkluż 'il barra mill-Ewropa, u l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali, b'mod partikolari l-libreriji, għandu jkollhom sehem importanti f'dan l-isforz kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali u lokali, |
D. |
billi l-wirt kulturali Ewropew hu magħmul l-aktar minn xogħlijiet fid-dominju pubbliku, u dawn għandu jingħatalhom aċċess fid-dinja diġitali u kemm jista' jkun f'formati ta' kwalità għolja, |
E. |
billi l-aċċess għat-tagħrif kulturali u edukattiv għandu jkun prijorità sabiex jitjiebu l-livelli ta' edukazzjoni u tal-għajxien, |
F. |
billi hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards komuni għad-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew, u billi għadd kbir ta' xogħlijiet diġitizzati li bħalissa jinsabu f’diversi biblijoteki għadhom ma tpoġġewx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minħabba nuqqas ta' kompatibilità bejn il-formats diġitali, |
G. |
billi, bis-saħħa tal-istaff tagħhom, il-bibjoteki huma l-istituzzjonijiet li l-aktar huma kwalifikati biex jissorveljaw u jimmaniġġjaw il-proċess tad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet, |
H. |
billi l-librerija diġitali Ewropea għandha tkun aktar minn ġabra diġitali b'għodod għall-ġestjoni tal-informazzjoni, iżda għandha tħaddan l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' kapaċitajiet tekniċi u riżorsi għall-ħolqien, ir-riċerka u l-użu tal-informazzjoni, |
I. |
billi għandu jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tat-teknoloġiji l-ġodda u t-tibdil li dawn iġibu fil-prattiki kulturali, kif għandhom jitqiesu wkoll il-proġetti eżistenti ta' diġitizzazzjoni barra l-Ewropa, |
J. |
billi, konsegwentement, hemm il-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom, jingħaqdu u jarmaw ruħhom bil-mezzi meħtieġa biex iżommu u jinkoraġġixxu l-kontribut tagħhom għal Europeana sabiex isem l-Ewropa jżid fir-rispett mad-dinja kollha, |
K. |
billi s'issa parti żgħira biss mill-wirt kulturali Ewropew għadha ġiet diġitizzata, billi kull Stat Membru qed jimxi bil-pass tiegħu, u l-finanzjament pubbliku allokat għad-diġitizzazzjoni tal-massa mhuwiex biżżejjed; billi l-Istati Membri għandhom iżidu fl-isforzi tagħhom biex iħaffu l-proċess tad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi u privati, |
L. |
billi d-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew u tal-materjal xjentifiku se tkun ta' ġid, b'mod partikolari, għal oqsma bħall-edukazzjoni, ix-xjenza, ir-riċerka, it-turiżmu, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-midja, |
M. |
billi t-teknoloġija diġitali hija wkoll għodda importanti sabiex jingħata aċċess għall-wirt kulturali Ewropew lill-persuni li jħabbtu wiċċhom ma' ostakli fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-kultura, fosthom il-persuni b’diżabilità, |
N. |
billi hemm differenzi kbar fil-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur fost l-Istati Membri tal-UE u billi l-istatus tad-dritt tal-awtur ta' għadd kbir ta' xogħlijiet għadu inċert, |
O. |
billi jinħtieġu sforzi urġenti biex jinstab tarf tal-kwistjoni tal-“ħofra diġitali sewda” fir-rigward tal-kontenut tas-sekli 20 u 21, b'xogħlijiet ta' siwi kulturali kbir li jinsabu mitluqa u ma jintużawx; billi kull soluzzjoni għandha tqis kif jixraq l-interessi tal-partijiet kollha involuti, |
P. |
billi kull xogħol protett jew żvelat li, minkejja li tkun saret tfittxija dokumentata u serja, ma jkunx jista' jinstablu jew jiġi identifikat wieħed jew aktar minn wieħed mid-detenturi tad-dritt tal-awtur jew mid-detenturi tad-drittijiet relatati, għandu jitqies bħala xogħol bla attribuzzjoni ta' awtur, |
Q. |
billi tinħtieġ aktar informazzjoni dwar il-progress li sar fix-xogħol li qiegħda tagħmel il-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali, |
R. |
billi tinħtieġ aktar trasparenza fl-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea, |
Europeana – pass importanti biex jinżamm u jinxtered il-wirt kulturali Ewropew
1. |
Jilqa' l-ftuħ u l-iżvilupp tal-librerija, il-mużew u l-arkivji diġitali Ewropej għal kontenut ta' kwalità għolja bl-isem ta' Europeana, bħala punt ta' aċċess uniku, dirett u multilingwi, kif ukoll bħala daħla għall-wirt kulturali Ewropew; |
2. |
Jiddikjara li r-rwol tal-librerija diġitali Europeana għandu jkun li jħares il-wirt kulturali Ewropew sabiex il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni jkunu jistgħu jiġbru memorja Ewropea kollettiva u sabiex id-dokumenti l-aktar fraġili jkunu jistgħu jitħarsu mill-ħsara li tiġi mill-użu kostanti; |
3. |
Jenfasizza li l-librerija diġitali Ewropea, billi hija disponibbli għal kulħadd mill-bogħod, tikkostitwixxi biċċa għodda għad-demokratizzazzjoni tal-kultura u għalhekk għandha tippermetti li sezzjoni wiesgħa tal-pubbliku jkollha aċċess għal dokumenti rari jew qodma tal-wirt Ewropew, li hu diffiċli li jiġu kkonsultati minħabba l-konservazzjoni tagħhom; |
4. |
Jisħaq fuq l-importanza li l-Europeana tiżviluppa f'servizz operattiv sħiħ, b'interface multilingwi u b'karatteristiċi tal-web semantika li jżommu l-kwalità għolja tax-xogħlijiet kif ukoll b'data aċċessibbli mad-dinja kollha; |
Miri u għanijiet
5. |
Jitlob li l-Europeana tilħaq ħażna ta' mill-inqas 15-il miljun oġġett diġitizzat differenti sal-2015; |
6. |
Jiddispjaċih ħafna li l-Istati Membri ma kkontribwewx bl-istess mod għall-kontenut tal-Europeana u jinkoraġġihom bil-qawwa jikkooperaw mill-qrib ma' istituzzjonijiet kulturali oħrajn biex jiġu diġitizzati x-xogħlijiet u biex ikomplu bl-isforzi tagħhom għat-tfassil ta' pjanijiet ta' diġitizzazzjoni fil-livelli kollha possibbli, biex b'hekk ma jsirux sforzi doppji kif ukoll biex titħaffef ir-rata ta' diġitizzazzjoni tal-kontenut kulturali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti (10 miljun dokument fl-2010); |
7. |
Jisħaq dwar il-bżonn li jkun hemm ħsieb dwar il-mezzi kif wieħed iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kulturali biex jikkonkludu ftehimiet mal-persuni li għandhom id-drittijiet tal-awtur biex ix-xogħlijiet ikunu aċċessibbli fuq bażi multiterritorjali u biex jitrawwem l-iżvilupp ta' ambjent kompettitiv bil-parteċipazzjoni ta' bejjiegħa tal-kotba onlajn sabiex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni tal-wirt kulturali fit-territorju Ewropew kollu; |
8. |
Jinnota li sal-lum Franza weħidha pprovdiet 47 % tal-għadd totali ta' oġġetti diġitizzati tal-Europeana, u li għalhekk jeħtieġ aktar attività biex l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-libreriji nazzjonali u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom jagħtu kontribut u jagħmluh disponibbli, sabiex l-Ewropej kollha jkollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin sabiex jinstabu mezzi u modi li bihom tinġibed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li l-utenti ta' Europeana qed ifittxu xogħlijiet ewlenin disponibbli fil-kollezzjonijiet nazzjonali iżda mhux permezz ta' Europeana; |
Benefiċċji
10. |
Jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi li tista' toffri d-diġitizzazzjoni, billi l-valuri kulturali diġitizzati għandhom impatt ekonomiku qawwi, b'mod speċjali fuq l-industriji marbutin mal-kultura, u wkoll isostnu l-ekonomija tal-għarfien, filwaqt li jitqies il-fatt li l-assi kulturali mhumiex prodotti ekonomiċi standard u għandhom jitħarsu mill-kummerċjalizzazzjoni żejda; |
11. |
Jenfasizza li l-Europeana għandha ssir wieħed mill-punti ewlenin ta' referenza għal għanijiet edukattivi u ta' riċerka; iqis li, jekk tkun integrata b'mod koerenti fis-sistemi edukattivi, l-Europeana tista' tkompli tqarreb liż-żgħażagħ Ewropej mal-wirt u l-kontenut kulturali, letterarju u xjentifiku tagħhom; issir żona ta' konverġenza u tikkontribwixxi lejn il-koeżjoni transkulturali fl-UE; |
Aċċess għal kulħadd
12. |
Jenfasizza li l-faċilità għall-utenti, b'mod partikolari ċ-ċarezza u l-ħeffa li biha jista' jinstab il-kontenut, għandha tkun fost il-kriterji ewlenin għat-tfassil tal-portal; |
13. |
Jenfasizza li, bil-ħsieb tal-benefiċċji għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jidħlu fuq il-Europeana, għandu jkun hemm il-ħsieb li mill-aktar fis tkun disponibbli bil-lingwi kollha uffiċjali; |
14. |
Jenfasizza li l-portal għandu jqis il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, biex dawn ikun jista' jkollhom aċċess sħiħ għall-għerf miġbur tal-Ewropa; għalhekk jinkoraġġixxi lill-pubblikaturi biex joffru aktar xogħlijiet f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiżgura d-disponibilità ta' verżjonijiet diġitali speċjali għall-persuni b’diżabilità, bħall-qari bl-awdjo, għal kemm jista’ jkun kontenut diġitali possibbli; |
15. |
Jenfasizza l-importanza ta' aċċess ugwali għall-wirt kulturali komuni Ewropew u għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri biex ineħħu l-barrieri intra-UE sabiex ikun hemm aċċess għal xi partijiet tal-kontenut ta' Europeana; |
16. |
Jenfasizza li l-aċċess għall-portal tal-Europeana u l-fakultà li wieħed jara d-dokumenti mingħajr ma jniżżilhom għandhom ikunu bla ħlas għal individwi privati u għal istituzzjonijiet pubbliċi; jenfasizza li l-Europeana għandu jkollha l-possibilità li timponi tariffi biex wieħed iniżżel jew jistampa kwalunkwe materjal kopert bid-dritt tal-awtur, u li dawn it-tariffi għandhom ikunu soċjalment aċċettabbli; |
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ma jkunx hemm qabża fl-għarfien bejn l-Ewropa u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE u sabiex ikun żgurat li l-Ewropej ikollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom stess fid-diversità kollha tiegħu, kif ukoll biex jitħaffef l-aċċess għalih mid-dinja kollha; |
18. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli x-xogħol li beda l-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, billi dan jagħti sehmu għal viżjoni komuni dwar il-libreriji diġitali Ewropej, kif ukoll jappoġġa soluzzjonijiet prattiċi għal kwistjonijiet ewlenin li jolqtu l-aċċessibilità onlajn ta' assi kulturali; |
19. |
Jenfasizza li l-Europeana għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa onlajn u offlajn biex tippromwovi lilha nnifisha fost iċ-ċittadini tal-Ewropa, b'mod partikolari fost dawk involuti fl-attivitajiet kulturali fis-settur privat, pubbliku u edukattiv; |
Kontenut akbar u aħjar għall-Europeana
20. |
Jinkoraġġixxi lill-fornituri tal-kontenut biex iżidu d-diversità tat-tipi ta' kontenut għall-Europeana, b'mod speċjali l-kontenut bl-awdjo u bil-vidjo, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-forom ta' espressjoni li jappartjenu għall-kulturi orali u għal dawk ix-xogħlijiet li jitħassru malajr, filwaqt li jkunu osservati d-drittijiet tal-propjetà intellettwali, b'mod speċjali d-drittijiet tal-awturi u tal-artisti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li jkunu rispettati d-drittijiet morali sabiex titħares l-integrità tax-xogħol u jiġi evitat kull tibdil li jista' jsir (ċensura, tibdiliet fix-xogħlijiet, eċċ.); |
21. |
Hu tal-fehma li l-espressjoni libera u artistika hija valur fundamentali; iqis li l-istituzzjonijiet jew l-aggregaturi kulturali ma għandhomx ikunu soġġetti għal skrutinju jew ċensura rigward il-kontenut kulturali, letterarju jew xjentifiku Ewropew li jingħata lill-Europeana; |
Kontenut u aċċess ta' dominju pubbliku
22. |
Hu konvint li l-kontenut ta' dominju pubbliku fid-dinja analoġika għandu jibqa' fid-dominju pubbliku fl-ambjent diġitali, ukoll wara li jinbidel il-format; |
23. |
Ifakkar li l-objettiv ewlieni tal-politika Ewropea dwar id-diġitizzazzjoni għandu jkun il-ħarsien tal-wirt kulturali Ewropew, u li għandu jkun hemm garanziji f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni jkollhom status mhux esklużiv, sabiex dawn l-attivitajiet ma jwasslux għad-dehra ta' “drittijiet ġodda” mnissla mill-proċess tad-diġitizzazzjoni, bħal, pereżempju, xi obbligu ta' ħlas għall-utilizzazzjoni mill-ġdid ta' xogħlijiet fid-dominju pubbliku; |
24. |
Ifakkar li l-Europeana għandha tkun tista' tibbenefika minn ftehimiet iffirmati ma' libreriji oħrajn bi sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat, u li għalhekk il-libreriji msemmija għandha tingħatalhom kopja fiżika tal-fajls li jkunu diġà ġew diġitizzati; |
25. |
Jiddikjara li fajls fiżiċi ta' xogħlijiet fid-dominju pubbliku li jkunu ġew diġitizzati minn kumpaniji pubbliċi u privati għandhom jibqgħu propjetà tal-istituzzjoni sieħba pubblika, u li, jekk dan ikun impossibbli u istituzzjonijiet kulturali minn Stati Membri jkollhom, bi sħubija bejn il-pubbliku u l-privat, jikkonkludu ftehimiet bi klawsoli ta' esklużività għad-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet mill-wirt nazzjonali tagħhom, għandhom jinkisbu assigurazzjonijiet qabel isir xi aċċess għall-portal tal-Europeana li l-fajls diġitizzati jsiru l-propjetà tal-istituzzjonijiet hekk kif jiskadu l-klawsoli msemmija; |
26. |
Jenfasizza li l-librerija diġitali ma għandhiex titbiegħed mill-objettiv ewlieni tagħha, jiġifieri li tiżgura li t-tixrid tal-għarfien fuq l-internet ma jitħalliex f'idejn kumpaniji kummerċjali privati, sabiex id-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet ma tissarrafx f'kontroll sħiħ fuq il-wirt pubbliku Ewropew li jwassal għall-privatizzazzjoni tad-dominju pubbliku; |
27. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex titlob lill-fornituri ta' kontenut diġitali biex jiċċertifikaw il-websajts li għalihom issir riferenza fil-Europeana; |
28. |
Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li jidħlu għad-diġitizzazzjoni tal-kontenut tax-xogħlijiet ta' dominju pubbliku tagħhom biex dan ikun disponibbli permezz tal-Europeana u ma jillimitawx id-disponibilità tiegħu għat-territorju ta' pajjiżhom; |
Kwistjonijiet ta' drittijiet tal-awtur, inklużi xogħlijiet orfni
29. |
Jenfasizza li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex l-Europeana toffri wkoll xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, u b'mod partikolari xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati u dawk bla attribuzzjoni ta' awtur permezz ta' strateġija settorjali, li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet li jirregolaw il-propjetà intellettwali u li jikkonservaw l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet; hu tal-fehma li għandu jkun hemm preferenza għal soluzzjonijiet bħall-estensjoni tal-għoti ta' liċenzja kollettiva jew prattiki oħrajn ta' ġestjoni kollettiva; |
30. |
Jilqa' t-tnedija min-naħa tal-Kummissjoni tad-dibattitu dwar il-liġi tal-UE rigward id-dritt tal-awtur, li tfittex li toħloq bilanċ bejn id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi f'dinja magħquda globalment, fil-kuntest tar-realtà onlajn ta' teknoloġiji ġodda u ta' prattiki soċjali u kulturali li qegħdin jinbidlu bil-ħeffa; |
31. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tat-tkomplija tal-iżvilupp tal-ħarsien tad-dritt tal-awtur fl-Ewropa, biex jadottaw dispożizzjonijiet legali li jkunu uniformi u komprensivi kemm jista' jkun, u mfassla biex jiżguraw li l-proċessi ta' diġitizzazzjoni weħidhom ma joħolqux xi dritt tal-awtur sui generis; hu tal-fehma li dawn id-diskussjonijiet għandhom jittrattaw ukoll il-kwistjoni ta' jekk għandhomx jidħlu derogi legali rigward id-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur minn istituzzjonijiet pubbliċi; |
32. |
Jenfasizza l-importanza tax-xogħlijiet orfni – xogħlijiet li huma protetti bid-dritt tal-awtur, iżda li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jistgħux jinstabu minkejja li tkun saret riċerka diliġenti – u l-bżonn li jiġu determinati b'reqqa, il-volum u t-tip tax-xogħlijiet orfni, settur b'settur, sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati; |
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-Komunikazzjoni tagħha dwar id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien tad-19 ta' Ottubru 2009, biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-diġitizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur li ttemm l-inċertezza legali attwali, b'konformità mar-rekwiżit ta' riċerka diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet, u għar-rimunerazzjoni tagħhom; |
34. |
Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema ta' kklerjar ta' drittijiet li tkun sempliċi u effiċjenti meta titqabbel man-nefqa għad-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet ippubblikati u d-disponibilità tagħhom fl-Internet, li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha involuti; |
35. |
Għalhekk, jilqa' u jappoġġa inizjattivi, bħall-proġett ARROW (5), li jsieħbu d-detenturi tad-drittijiet mar-rappreżentanti tal-libreriji, b'mod partikolari billi dawn ifittxu li jidentifikaw id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tagħhom, kif ukoll jiċċaraw l-istatus tad-drittijiet ta' xogħlijiet, fosthom jekk dawn ikunux bla attribuzzjoni ta' awtur jew m'għadhomx jiġu stampati; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa bażi tad-data Ewropea tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur, li huma xogħlijiet protetti li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jkunux magħrufa jew ma jkunux jistgħu jinstabu, minkejja tfittxijiet dokumentati serji li jkunu qegħdin isiru u li jagħtu lok għal skambju ta' informazzjoni dwar min ikollu d-drittijiet tal-awtur u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru minħabba r-riċerka diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet; |
37. |
Hu favur soluzzjoni ekwilibrata għall-Ewropa kollha għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur, ibda billi dawn jiġu definiti b'mod ċar, jiġu stabbiliti standards komuni (fosthom dak tad-diliġenza dovuta applikat fit-tfittxija għas-sjieda tagħhom), kif ukoll is-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-ksur potenzjali tad-dritt tal-awtur meta jintużaw xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur; |
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni għad-dokumenti li jappartjenu għall-qasam privat (korrispondenza, noti, ritratti, films) li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali iżda li qatt ma ġew ippubblikati jew li qatt ma kienu disponibbli għall-pubbliku, u li jqajmu kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-drittijiet morali; |
Teknoloġiji
39. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' teknoloġiji żviluppati biex jiżguraw il-konservazzjoni diġitali sostenibbli u fit-tul, l-interoperabilità tas-sistemi tal-aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni multilingwi u d-disponibilità tal-kontenut, kif ukoll sett ta' standards li joħolqu l-unità; jilqa' l-użu kontinwu ta' softwer b'sors miftuħ biex tinbena l-ġabra Europeana; |
40. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex il-backups tal-materjal diġitizzat provdut minn istituzzjonijiet nazzjonali u minn sħab privati jinżammu fuq hardware li jkun proprjetà ta' dawk l-istituzzjonijiet jew sħab; |
41. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet sħab tagħha fis-settur privat biex isibu soluzzjonijiet tal-informatika – bħall-formati “read-only” u “copy protect” – għall-materjal diġitizzat li jinsab fuq il-websajt Europeana li huwa suġġett għad-dritt tal-awtur, u li l-paġna ta' preżentazzjoni tad-dokument tkun tinkludi link għal paġna fuq il-websajt tal-fornitur tal-kontenut fejn id-dokument ikun jista’ jitniżżel skont il-kundizzjonijiet stipulate mill-fornitur; |
42. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq l-użu ta' format diġital standard għax-xogħlijiet diġitizzati, sabiex tkun żgur li d-dokumenti diġitizzati jkunu kompatibbli mal-interface online u mad-database; |
43. |
Jistieden lill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli sabiex jeżamina l-possibilità li jintużaw applikazzjonijiet tal-Web 2.0 fi spazju separat onlajn; |
Kwistjonijiet ta' finanzjament u governanza
44. |
Jenfasizza li l-ħolqien ta' mudell ta' finanzjament u governanza sostenibbli huwa kruċjali għall-eżistenza fit-tul tal-Europeana, kif ukoll li s-sehem tal-parteċipanti interessati immedjati fil-proċess li jistabbilixxi dan il-mudell ta' governanza huwa kruċjali; |
Sponsorizzazzjoni u sħubijiet pubbliċi – privati
45. |
Jenfasizza li, sabiex ilaħħqu mal-ispejjeż kbar tad-diġitizzazzjoni u l-pressjoni tal-ħin, iridu jiġu żviluppati metodi ġodda ta' finanzjament, bħas-sħubijiet pubbliċi u privati, sakemm dawn tal-aħħar jikkonformaw mar-regoli dwar il-propjetà intellettwali u l-kompetizzjoni, filwaqt li jkomplu jkattru l-aċċess għax-xogħlijiet permezz tal-istituzzjonijiet kulturali; filwaqt li jiġi żgurat li l-fajls diġitizzati jkunu disponibbli bla ħlas għal-libreriji, mingħajr limiti ta' żmien; |
46. |
Jenfasizza l-importanza ta' approċċ konkret fil-livell Ewropew dwar il-kondizzjonijiet ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat kif ukoll il-bżonn li jitwettaq eżami dettaljat tal-ftehimiet tas-sħubija mal-atturi privati rigward il-pjanijiet ta' diġitizzazzjoni, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-iskadenzi tal-klawsoli ta' esklussività, l-indiċjar u r-referenzi permezz ta' “magna ta' riċerka” tal-fajls diġitizzati sfruttati in proprio mil-libreriji, it-tkomplija tal-għotja tas-servizz, in-natura mhux kunfidenzjali tal-ftehim u l-kwalità tad-diġitizzazzjoni; |
47. |
Jenfasizza li d-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet fil-libreriji nazzjonali hija l-frott tal-investiment finanzjarju ta' min iħallas it-taxxi bl-istess taxxi tiegħu; jenfasizza, għalhekk, li l-kuntratti tas-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat għandhom jistipulaw li l-kopja tax-xogħol diġitizzata f'isem il-librerija min-nofs privat tas-sħubija tista' tkun fl-indiċi tas-search engines kollha, biex tkun tista' tiġi kkonsultata fuq il-websajt tal-librerija u mhux biss fuq il-websajt tal-kumpanija privata tas-sħubija; |
48. |
Ifakkar li l-involviment ta' sħab privati fil-proċess ta' diġitizzazzjoni ma għandux iwassal għall-ħolqien ta' monopolji privati, li jheddu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu, u li l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni hija prerekwiżit għall-involviment ta' kumpaniji privati; |
49. |
Jenfasizza li l-isponsorjar huwa alternattiva interessanti għall-Europeana, billi joffri opportunità għall-iffinanzjar mhux biss tal-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni iżda wkoll tal-ġestjoni tal-ħlas tad-dritt tal-awtur għal xogħlijiet li ma għadhomx jiġu stampati, xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur u xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, kif ukoll biex jitqiegħdu onlajn; |
Appoġġ finanzjarju tal-UE u dak pubbliku
50. |
Jenfasizza li parti sostanzjali tal-finanzjament għandha tiġi mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi, bħalma huma l-kontibużżjonijiet mill-UE, mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet kulturali u jipproponi li l-proċess ta' diġitizzazzjoni tal-Europeana għandu jiġi interpretat bħala parti mill-istrateġija ta' Lisbona, u li għandha tiġi stabbilita linja baġitarja separata fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss; |
51. |
Jenfasizza li linja baġitarja separata biss tista' toħloq il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-finanzjament disponibbli jintefaq b'mod trasparenti, b'effiċjenza fin-nefqa u skont l-obbjettivi stabbiliti; |
52. |
Jinnota li sal-lum ġew allokati biss EUR 6.2 miljun għall-Europeana għall-perjodu bejn l-2009 u l-2011 skont il-programm eContentplus; |
53. |
Jitlob biex il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jipprovdi għal finanzjament ħafna akbar minn dak disponibbli għall-Europeana sa issa; |
54. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli fuq livell tal-UE sabiex il-bibjoteki jkunu jistgħu japplikaw għall-finanzjament Ewropew għal xogħol ta' diġitizzazzjoni; |
55. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar in-nefqa marbuta mal-Europeana u dwar il-progress li jkun sar; |
56. |
Jipproponi li l-Parlament jagħmel reviżjoni tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-Europeana, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni, sa mill-2011, bil-ħsieb li jinstab mudell ta' finanzjament sostenibbli għall-proġett għall-2013 u lil hinn; jissuġġerixxi li ċaqliqa lejn l-istruttura ta' finanzjament bejn il-pubbliku u l-privat tkabbar il-potenzjal tas-sit; |
Tagħrif u sensibilizzazzjoni
57. |
Jipproponi li tiġi organizzata kampanja ta' finanzjament u ta' promozzjoni bl-isem “Idħol fl-Europeana” biex ikun hawn aktar għarfien dwar il-kwistjoni u l-urġenza tagħha, u jirrakkomanda li parti mir-riżorsi maħsuba għall-Europeana għandhom ikunu ddedikati għall-promozzjoni ta' din il-librerija fost l-akbar għadd ta' persuni possibbli, librerija li jkun fiha ġabra wiesgħa kemm jista' jkun ta' xogħlijiet għat-tipi kollha ta' midja (testi, awdjo, vidjo); |
58. |
Jipproponi li “Idħol fl-Europeana” tiġi rreklamata b'mod kreattiv; imwettqa permezz ta' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u permezz tal-isponsorizzazzjoni, għandha tkun immirata b'mod ewlieni lejn iż-żgħażagħ, pereżempju waqt avvenimenti sportivi internazzjonali, jew fil-kuntest ta' wirjiet tal-arti u ta' konkorsi kulturali; |
59. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi kampanja fuq il-midja u online bil-għan li tippopolarizza l-paġna Europeana, u li tikkollega direttament it-traffiku fuq is-servers Ewropej lejn is-sorsi Europeana bħala l-websajt ewlieni biex jinkiseb tagħrif diġitali, u tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kulturali biex jipprovdu kontenut fuq il-websajt; jappella, fl-istess waqt, għal kampanja speċjali fil-midja maħsuba għall-istudenti u għall-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, li tiffoka fuq l-użu tar-riżorsi diġitali tal-Europeana għal għanijiet edukattivi; |
60. |
Huwa tal-fehma li kampanja bħal din tkun simili ħafna għat-tip ta' azzjoni li diġà ġiet identifikata bħal meħtieġa sabiex jingħalaq id-distakk diġitali li għadu jeżisti fl-Ewropa, u b’hekk tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għall-Europeana u għal kontenut u informazzjoni oħra online u għall-benefiċċji potenzjali tagħhom, ikunu fejn ikunu; jirrakkomanda li din il-kampanja u, b’mod partikulari, l-użu potenzjali tal-Europeana fl-iskejjel, jkunu bbażati fuq il-fehim li l-aċċess għal aktar kontenut u informazzjoni online mhuwiex għan fih innifsu, u għaldaqstant għandu jkun akkumpanjat b’inizjattivi li jistimolaw analiżi kritika tal-kontenut u tal-informazzjoni online; |
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kampanji ta' informazzjoni u attivitajiet simili għaż-żieda fl-għarfien fir-rigward ta' Europeana jgħaddu mill-organizzazzjonijiet ta' sħubija rilevanti fl-Istati Membri; |
Governanza
62. |
Jilqa' l-ħidma attwali tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali biex jitħaffu ftehimiet formali bejn il-mużewijiet, l-arkivji, l-arkivji awdjoviżivi u l-libreriji dwar kif għandhom jikkooperaw fit-twassil u s-sostenibilità tal-portal konġunt Europeana; |
63. |
Hu tal-fehma li l-istituzzjonijiet kulturali għandu jibqa' jkollhom sehem ewlieni fil-governanza, li għandha tkun demokratika kemm jista' jkun, tal-proġett tal-Europeana; u jistedinhom jikkollaboraw sabiex jevitaw xogħol diġitizzat doppju u jirrazzjonalizzaw l-użu tar-riżorsi; |
64. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu t-tmexxija tal-proġett u jiżguraw li awtorità kompetenti tinħatar fuq livell nazzjonali bil-għan li tmexxi u tissorvelja l-proċess ta' diġitizzazzjoni, tqajjem kuxjenza dwar il-proġett Europeana fost il-bibjoteki u l-fornituri ta' materjal kulturali, u sabiex tiġbor direttament mill-fornituri l-materjal diġitali li diġà jeżisti bil-għan li taqilbu f’format diġitali standard wieħed, bil-għan li kontenut ġdid jiddaħħal minnufih fid-database Europeana; huwa tal-fehma li, maż-żmien, jeħtieġ li titqies il-possibilità li jiġi prijoritizzat il-ġbir ta' materjal diġitali li diġà jeżisti prodott bħala parti minn proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li jiddaħħal fil-bibjoteka diġitali Europeana; |
65. |
Jissuġġerixxi li tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-amministrazzjoni tal-Europeana b’mod effettiv kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu ddefiniti objettivi ċari u realistiċi u, jekk ikun il-każ, issir rivalutazzjoni tal-ħidma; |
66. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li tistabbilixxi entità Ewropea biex tikkoordina l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali fis-sorveljanza tal-proċess ta' diġitizzazzjoni, tal-ħlas tad-dritt tal-awtur u ta' kwistjonijiet oħra relevanti għall-proġett Europeana; |
*
* *
67. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 18.
(2) ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 296.
(3) ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28
(4) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(5) Reġistri Aċċessibbli tal-Informazzjoni dwar id-Drittijiet u x-Xogħlijiet bla Attribuzzjoni ta' Awtur.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/25 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010
P7_TA(2010)0130
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2009/2202(INI))
2011/C 81 E/05
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2006 dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (COM(2006)0013),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar Strateġija ġdida għas-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (3),
wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li, fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura u s-sajd, it-trasport, is-suq intern, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħala esseri sensibbli, waqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu partikolarment mar-riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar għażliet għat-tikkettjar tal-benessri tal-annimali u l-istabbiliment ta’ Netwerk Ewropew ta’ Ċentri ta’ Referenza għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali (COM(2009)0584),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009, “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar” (COM(2009)0591),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0053/2010),
A. |
billi l-istandards tal-benessri tal-annimali huma ta’ importanza vitali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-annimali ħajjin fl-Ewropa, peress li qed ikollhom impatt li kulma jmur qed jikber fuq il-livell tal-kompetittività tal-farms, |
B. |
billi kwalunkwe armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-annimali ħajjin fl-Unjoni għandha ssir flimkien ma’ regoli dwar l-importazzjonijiet li jkollhom l-istess għan, biex jiġi evitat li l-produtturi Ewropej jitqiegħdu fi żvantaġġ fis-suq Ewropew, |
C. |
billi kull attività biex jiġi protett u żgurat il-benessri tal-annimali trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju li l-annimali huma esseri sensibbli li l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom iridu jitqiesu, u billi l-benessri tal-annimali fis-seklu 21 huwa espressjoni tal-umanità tagħna u sfida għaċ-ċivilizzazzjoni u l-kultura Ewropej, |
D. |
billi l-għan ta’ strateġija tal-benessri tal-annimali għandu jkun li jiġi żgurat li jitqiesu l-kostijiet li kulma jmur qed jiżdiedu ġġenerati mill-benessri tal-annimali, u billi politika tal-benessri tal-annimali ambizzjuża tista’ tirnexxi biss b’mod parzjali jekk ma jkunx hemm djalogu Ewropew u mad-dinja kollha u jekk ma jkunx hemm politika aggressiva għat-tqajjim tal-kuxjenza u għall-għoti ta’ informazzjoni fl-Ewropa u barra minnha dwar il-vantaġġi ta’ standards għoljin tal-benessri tal-annimali, jiġifieri jekk tkun żviluppata unilateralment mill-Unjoni Ewropea, |
E. |
billi, sabiex ikun hemm żvilupp ulterjuri tal-protezzjoni tal-annimali fil-Komunità, huwa meħtieġ li jiżdiedu l-isforzi tar-riċerka u li tiġi integrata l-protezzjoni tal-annimali fil-valutazzjonijiet relevanti kollha tal-impatt, kif ukoll li jkunu involuti l-gruppi kollha ta’ interess fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; billi t-trasparenza, l-aċċettazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet eżistenti u l-monitoraġġ tal-konformità magħhom fil-livelli kollha huma prerekwiżit għal strateġija tal-protezzjoni tal-annimali li tirnexxi fl-Ewropa, |
F. |
billi fis-snin reċenti l-Ewropa adottat firxa wiesgħa ta’ liġijiet rigward il-benessri tal-annimali u laħqet waħda mill-ogħla livelli ta’ benessri tal-annimali fid-dinja, |
G. |
billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-iżvilupp tal-politika tal-benessri tal-annimali qabel ma tippreżenta l-Pjan ta’ Azzjoni li jmiss biex jiġi inkluż il-protezzjoni tal-annimali fl-oqsma kollha tal-aġenda ta’ negozjar internazzjonali tagħha, |
H. |
billi, fl-2006, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-informazzjoni li tingħata liċ-ċittadini dwar il-benessri tal-annimali u dwar l-isforzi li saru mill-produtturi tagħna biex jikkonformaw mar-regoli, |
I. |
billi l-benessri tal-annimali m’għandux jiġi ttraskurat, peress li jista’ jkun ta’ vantaġġ komparattiv għall-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni madankollu li l-Unjoni tiżgura, f’suq miftuħ, li l-annimali kollha u l-laħam kollu importat minn pajjiżi terzi jissodisfaw l-istess rekwiżiti ta’ benessri tal-annimali li japplikaw fl-Unjoni, |
J. |
billi waqt il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010, l-Unjoni Ewropea trid tikkommetti ruħha li tiżgura r-rikonoxximent tal-istandards tal-benessri tal-annimali fit-taqsima agrikola tal-ftehim li jmiss tad-WTO, qabel il-konklużjoni finali ta’ ftehim ġenerali, |
K. |
billi hemm rabta bejn il-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-prodotti, u billi livell għoli ta’ benessri tal-annimali, li jibda mit-trobbija u jispiċċa mal-qtil, jista’ jtejjeb is-sikurezza u l-kwalità tal-prodott, |
L. |
billi ċerta kategorija ta’ konsumaturi jaċċettaw prezzijiet ogħla għal prodotti li jilħqu standards ogħla ta’ benessri tal-annimali, filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi xorta jagħżlu l-prodotti li jiswew anqas, |
M. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006 msemmija hawn fuq il-Parlament Ewropew insista li r-regoli, l-istandards u l-indikaturi adottati għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar teknoloġija u xjenza u enfasizza li l-aspetti ekonomiċi għandhom jitqiesu wkoll, peress li standard għoli ta’ benessri tal-annimali b’mod partikolari jfisser ukoll spejjeż operattivi, finanzjarji u amministrattivi għall-bdiewa tal-UE; billi l-falliment biex jiġi rispettat il-prinċipju tar-reċiproċità joħloq riskju għall-kompetizzjoni ġusta fir-rigward tal-produtturi mhux tal-Komunità, |
N. |
billi fiż-żmien ta’ din ir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010 u lejliet l-ewwel riflessjonijiet dwar il-PAK għall-perjodu 2013, l-Unjoni Ewropa għandha tadotta pożizzjoni bbilanċjata dwar il-benessri, filwaqt li tqis il-konsegwenzi ekonomiċi fis-sens ta’ spejjeż addizzjonali għall-produtturi tal-annimali ħajjin, marbuta ma’ appoġġ adegwat għad-dħul li jingħata lilhom permezz ta’ politika dwar il-prezzijiet u s-swieq u/jew appoġġ dirett, |
O. |
billi huwa essenzjali li l-politika Ewropea tal-protezzjoni tal-annimali tkun akkumpanjata b’politika kummerċjali koerenti, li għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li, minkejja l-isforzi tal-UE, il-preokkupazzjonijiet rigward il-benessri tal-annimali mhumiex indirizzati la mill-Ftehim ta’ Qafas ta’ Lulju 2004 u lanqas minn xi dokumenti ewlenin oħrajn tar-Rawnd ta’ Doha; billi, għalhekk, sakemm ikun hemm bidla fundamentali fl-attitudni tas-sħab kummerċjali ewlenin fid-WTO, mhuwiex vijabbli li jiddaħħlu aktar standards tal-benessri tal-annimali li jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetittività internazzjonali tal-produtturi, |
P. |
billi l-benessri tal-annimali huwa mifhum l-aktar bħala r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ standards u normi relatati mal-benessri u s-saħħa tal-annimali, li huma mfassla biex jissodisfaw il-bżonnijiet inerenti speċifiċi għall-ispeċi tagħhom u l-bżonnijiet tal-benessri fuq tul ta’ żmien twil tagħhom; billi l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tirrikonoxxi dan li ġej bħala parti mir-rekwiżiti essenzjali għall-benessri tal-annimali: ikel u ilma, l-opportunità li juru l-imġiba naturali, u l-kura tas-saħħa, |
Q. |
billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2009 intitolata “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar” tindika li “l-iżbilanċi sinifikanti fis-setgħa tan-negozjar bejn il-partijiet kontraenti huma relattivament komuni” u li huma “għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-katina tal-provvista alimentari billi atturi iżgħar iżda effiċjenti jistgħu jkunu obbligati joperaw taħt qligħ imnaqqas, waqt li jillimitaw il-ħila u l-inċentivi tagħhom biex jinvestu fi kwalità aħjar tal-prodott u fl-innovazzjoni tal-proċessi ta” produzzjoni’, |
R. |
billi ż-żidiet fl-ispejjeż imsemmija qabel jistgħu jwasslu biex il-produzzjoni titmexxa lejn reġjuni b’livelli iktar baxxi ta’ protezzjoni tal-annimali, |
Pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2006-2010
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffoka, fi pjan ta’ azzjoni pluriennali għall-benessri tal-annimali, fuq ftit oqsma essenzjali ta’ azzjoni u mbagħad tieħu azzjoni f’dawn l-oqsma; |
2. |
Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010 li għall-ewwel darba qaleb il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali mehmuż mat-Trattat ta’ Amsterdam f’approċċ integrat għall-iżvilupp tal-protezzjoni tal-annimali fl-Ewropa; |
3. |
Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-miżuri li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni attwali ġew implimentati b’mod sodisfaċenti; |
4. |
Jinnota li kien hemm żvilupp pożittiv fil-benessri tal-annimali konsegwenza tal-pjan ta’ azzjoni 2006-2010, iżda jirrimarka li l-bdiewa tal-UE ma bbenefikawx mill-isforzi tagħhom fis-swieq u fil-kummerċ internazzjonali u jisħaq li dan għandu jkun enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni li jmiss; |
5. |
Japprezza l-ħidma li twettqet biex jiġu żviluppati alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, imma jiddeplora l-fatt li għadu ma sarx biżżejjed biex jiġi żgurat li dawn l-alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali jintużaw jekk ikunu disponibbli, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE; |
6. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkludi t-tħassib mhux kummerċjali, inkluż il-benessri tal-annimali, fi ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali, imma jenfasizza li tħassib mhux kummerċjali bħal dan irid jitħeġġeġ b’mod effiċjenti permezz tad-WTO; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega xi progress sar fin-negozjati tad-WTO fir-rigward tal-iżgurar tar-rikonoxximent tat-tħassib mhux relatat mal-kummerċ, li jinkludi l-benessri tal-annimali, kif ukoll kemm qed jitqiesu l-kwistjonijiet u l-istandards tal-benessri tal-annimali fir-rawnd ta’ Doha tan-negozjati tad-WTO; |
8. |
Jinnota b’sodisfazzjon kbir il-progress li sar fil-Proġett ta’ Kwalità tal-Benessri tal-Annimali fir-rigward ta’ xjenza u għerf ġodda relatati ma’ indikaturi tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali; madankollu jinnota li dan il-proġett ma qiesx għal kollox il-promozzjoni, fil-prattika, tal-użu ta’ dawn l-indikaturi; |
9. |
Jirrikonoxxi li hemm il-ħtieġa li jingħata segwitu għar-regoli eżistenti dwar it-trasport tal-annimali fl-Istati Membri tal-UE u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tagħhom, b’referenza partikolari għall-kwistjoni tal-iżvilupp ta’ sistema bis-satelliti biex jiġi mmoniterjat dan it-trasport, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, fiż-żmien li għad baqa’ qabel jiskadi l-pjan ta’ azzjoni, biex twettaq ir-responsabilitajiet tagħha f’dan il-qasam u biex tippreżenta l-istudju mitlub mill-Parlament u msemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; jitlob li qabel kwalunkwe regoli ġodda tiġi implimentata analiżi tal-impatt ekonomiku dwar it-trobbija tal-annimali ħajjin, li għandha tkun ibbażata fuq indikaturi xjentifikament ippruvati u oġġettivi; |
10. |
Huwa tal-opinjoni li jagħmel sens li jinħolqu inċentivi għat-trobbija, il-kummerċjalizzazzjoni u l-qtil ta’ annimali fl-istess reġjun sabiex jiġi eliminat il-bżonn ta’ trobbija u qtil ta’ annimali li jridu jiġu trasportati fuq distanzi twal; |
11. |
Jemmen li ż-żu għandu rwol importanti biex jinforma lill-pubbliku dwar il-konservazzjoni u l-benessri ta’ annimali slavaġ; jinsab imħasseb li hemm nuqqas ta’ sorveljanza riġida biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 1999/22/KE tal-Kunsill (4) dwar iż-żamma ta’ annimali slavaġ fiż-żu, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi studju tal-effikaċa u l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea; |
12. |
Jilqa’ l-progress li sar fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tat-trobbija għall-ħnieżer, anke jekk għad hemm każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; huwa mħasseb, madankollu, li minkejja r-rakkomandazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) f’dan ir-rigward, għad hemm nuqqas ta’ pjanijiet prattiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet individwali tad-Direttiva 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-setturi involuti biex jidentifikaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u r-raġunijiet għal din l-imġiba u biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jiżguraw konformità ikbar ma’ din id-Direttiva; |
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni bl-istess mod biex tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mal-projbizzjoni ta’ sistemi li ma jkollhomx gaġeġ bil-bejtiet għat-tieġieġ li jbid il-bajd, li se tidħol fis-seħħ fl-2012, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-settur ikun jista’ jikkonforma ma’ dan l-obbligu u biex jimmoniterjaw il-proċess tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri; isostni li l-importazzjonijiet tal-bajd fl-UE iridu bl-istess mod jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni imposti fuq il-produtturi Ewropej; |
14. |
Jitlob li jkun hemm projbizzjoni mal-UE kollha tal-kummerċ fil-bajd li ma jikkonformax mal-liġi; |
15. |
Jikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni attwali mhijiex adegwata minn ħafna lati u jisħaq fuq il-bżonn li jiġu infurzati regoli eżistenti qabel jitfasslu dawk ġodda; f’dak ir-rigward jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza ta’ penali effikaċi għal nuqqas ta’ konformità fl-Istati Membri kollha; |
16. |
Jiħsaq fuq il-bżonn li l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni stess, li se jsir fl-2010, ikun jinkludi analiżi fid-dettall tas-suċċessi u tal-lezzjonijiet li jridu jittieħdu min-nuqqasijiet potenzjali; |
17. |
Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma żviluppatx, matul dan il-perjodu, strateġija ta’ komunikazzjoni ċara dwar il-valur tal-prodotti li jikkonformaw mal-istandards tal-benessri tal-annimali, u minflok ikkuntentat ruħha bir-rapport ippreżentat f’Ottubru 2009; |
18. |
Jirrikonoxxi li l-Komunità tqis l-annimali kollha bħala esseri sensibbli (Artikolu 13 tat-Trattat); jirrikonoxxi li l-azzjoni s’issa kienet iffukata l-aktar fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel u li hemm bżonn li kategoriji oħrajn ta’ annimali jiddaħħlu fil-Pjan ta’ Azzjoni 2011-2015; |
Pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2011-2015
19. |
Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006 msemmija hawn fuq diġà kienet talbet li l-pjan ta’ azzjoni eżistenti jkun segwit b’ieħor ġdid, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni għaldaqstant biex, fuq il-bażi tal-evidenza u l-esperjenzi xjentifiċi l-ġodda, tressaq rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjan attwali u s-sitwazzjoni rigward il-politika tal-benessri tal-annimali fl-UE li fuq il-bażi tiegħu għandu jitfassal pjan ta’ azzjoni għall-benessri tal-annimali għall-perjodu 2011-2015 għandu jkun appoġġjat bil-finanzjament meħtieġ; |
20. |
Jitlob li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi infurzata mingħajr dewmien u biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni tal-istandards u l-kundizzjonijiet ugwali fis-suq intern; jirrakkomanda li kwalunkwe proposta għal leġiżlazzjoni ġdida tkun valutata billi titqabbel mal-alternattiva li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti ħalli tiġi evitata d-dupplikazzjoni bla bżonn; |
21. |
Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li, fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha, tanalizza fost l-oħrajn kemm il-pjan ta’ azzjoni attwali jkun issodisfa l-eżiġenzi tas-soċjetà Ewropea fil-qasam tal-benessri tal-annimali, is-sostenibilità tas-sistema għall-produtturi Ewropej, u kif ġie affettwat il-funzjonament tas-suq intern wara l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan; |
22. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex turi l-impatt tal-istandards tal-benessri tal-annimali u biex tqis bis-sħiħ kif jinteraġixxu fatturi differenti bħal ma huma l-benessri tal-annimali, is-sostenibilità, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent, il-kwalità tal-prodotti u l-vijabilità ekonomika; |
Liġi ġenerali Ewropea dwar il-benessri tal-annimali
23. |
Josserva li l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħoloq sitwazzjoni legali ġdida li fiha, fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura, tas-sajd, tat-trasport, tas-suq intern, tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, billi l-annimali huma esseri sensibbli, jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet u d-drawwiet leġiżlattivi u amministrattivi tal-Istati Membri li jittrattaw b’mod partikolari r-riti reliġjużi, it-tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali; iqis li dan l-artikolu japplika għall-annimali ħajjin kollha u l-annimali maqbuda, bħall-annimali li jipproduċu l-ikel, l-annimali domestiċi, l-annimali taċ-ċirku u l-annimali fiż-żus u dawk li jiġru fit-toroq, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li karatteristiċi u kundizzjonijiet tal-għajxien differenti jeħtieġu trattament divrenzjat; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tressaq, mhux aktar tard mill-2014 u fuq il-bażi ta’ studju tal-impatt u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, proposta mmotivata għal leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali għall-UE li, fuq il-bażi tax-xjenza disponibbli u l-esperjenza ppruvata, għandha tikkontribwixxi għal fehim komuni tal-kunċett tal-benessri tal-annimali, l-ispejjeż assoċjati u l-kundizzjonijiet fundamentali applikabbli; |
25. |
Iqis li din il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali għandha tinkludi, f’konformità mal-liġi dwar is-saħħa tal-annimali, linji gwida adattati dwar iż-żamma responsabbli tal-annimali, sistema uniformi għall-monitoraġġ u biex tinġabar data kumparabbli, kif ukoll rekwiżiti relatati mat-taħriġ ta’ min jimmaniġġja l-annimali u dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-responsabilitajiet partikolari tas-sidien tal-annimali, tal-bdiewa u ta’ dawk li jżommu l-annimali; iqis li dawn il-ħtiġijiet kollha għandhom jimxu id f’id mal-għoti ta’ riżorsi lill-produtturi sabiex jiġi żgurat li jkunu implimentati kif suppost; |
26. |
Iqis li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-benessri tal-annimali għandha tistabbilixxi livell bażiku komuni ta’ benessri tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li hija l-prekundizzjoni għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta fis-suq intern kemm għall-prodotti domestiċi kif ukoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; iqis, madankollu, li l-Istati Membri u r-reġjuni għandu jkollhom il-possibilità li jippermettu lil produtturi individwali jew gruppi ta’ produtturi li jintroduċu sistemi volontarji li jmorru lil hinn minn dan, filwaqt li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-UE fis-swieq internazzjonali; |
27. |
Iqis li l-prodotti importati jridu jikkonformaw mal-istess ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħal dawk imposti fuq l-operaturi Ewropej; |
28. |
Jitlob li l-bdiewa Ewropej jingħataw kumpens minħabba spejjeż ogħla tal-produzzjoni assoċjati ma’ standards ogħla fil-benessri tal-annimali; jissuġġerixxi li mill-2013 l-iffinanzjar għall-miżuri tal-benessri tal-annimali jkun inkorporat fl-iskemi l-ġodda ta’ appoġġ tal-politika agrikola komuni; |
29. |
Iqis ukoll li l-informazzjoni għaċ-ċittadini dwar il-livell għoli tal-benessri tal-annimali fl-UE u dwar l-isforzi magħmula mis-setturi varji involuti għandha tkun element ewlieni f’din il-politika; |
30. |
Iqis li l-inklużjoni tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali fi ftehimiet internazzjonali hija essenzjali biex il-produtturi tagħna jkunu jistgħu jikkompetu f’suq globalizzat u biex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-produzzjoni f’reġjuni li jkollhom livelli ħafna iktar baxxi tal-benessri tal-annimali u b’hekk jikkompetu b’mod mhux ġust mal-mudell tagħna; |
31. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dibattitu rigward diversi skemi possibbli ta’ tikkettar tal-benessri tal-annimali fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija aktar “il fuq tat-28 ta’ Ottubru 2009; madankollu jfakkar fil-bżonn li jitqiesu f’kuntest usa”, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-iskemi eżistenti varji tal-ambjent, tan-nutrizzjoni u tal-klima; jisħaq li l-informazzjoni dwar is-suġġett għall-konsumaturi Ewropej irid assolutament ikollha bażi xjentifika b’saħħitha u kunsenswali u li tkun ċara għall-konsumaturi; |
32. |
Jirrakkomanda li l-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta tkun preċiża u diretta u tagħmel referenza għall-konformità mal-istandards għoljin tal-benessri tal-annimali mitluba mill-UE; jisħaq li għandu jkun id-dmir tal-Kummissjoni li tipprovdi liċ-ċittadini bl-informazzjoni meħtieġa dwar is-sistema Ewropea tal-benessri tal-annimali, biex jiġi żgurat li jirċievu informazzjoni oġġettiva; |
33. |
Jirrakkomanda li titwettaq reviżjoni tal-konsistenza tal-politika dwar il-benessri tal-annimali mal-politiki l-oħra tal-Unjoni; |
34. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni dettaljata tal-problemi possibbli li standards Ewropej dwar il-benessri tal-annimali jistgħu joħolqu għall-kompetittività tal-produtturi tagħna u biex tirrevedi s-sistemi ta’ appoġġ għall-produtturi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards; |
35. |
Iqis li, qabel ma titfassal leġiżlazzjoni ġdida, għandhom ikunu infurzati kif xieraq ir-regoli eżistenti, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi; jindika, biex jagħti eżempji, il-projbizzjoni tal-gaġeġ għat-tiġieġ, ir-regoli dwar il-ħnieżer u r-regoli dwar it-trasport tal-annimali u t-trobbija tal-wiżż u tal-papri; jenfasizza li miżuri oħrajn tal-benessri tal-annimali għandhom jinġiebu f’konformità ma’ objettivi Komunitarji oħrajn bħall-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-annimali ħajjin, il-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità, strateġija biex jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u strateġija koerenti biex jitħaffef il-progress lejn riċerka li ma tużax annimali; |
Netwerk Ewropew ta’ ċentri ta’ referenza għall-benessri tal-annimali
36. |
Jikkunsidra li għandu jitwaqqaf netwerk ikkoordinat Ewropew għall-benessri tal-annimali taħt l-istituzzjonijiet eżistenti tal-Komunità jew tal-Istati Membri, u li ħidmietu għandha tkun ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali proposta aktar “il fuq; iqis li netwerk bħal dan għandu jaħtar istituzzjoni waħda bħala l-korp ta’ koordinazzjoni, li għandha twettaq il-kompiti assenjati lill-’istitut ċentrali ta’ koordinazzjoni” msemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija aktar “il fuq tat-28 ta’ Ottubru 2009; iqis, barra minn hekk, li dan il-korp ta’ koordinazzjoni m’għandu bl-ebda mod ikollu l-istess kompiti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenziji oħrajn, iżda għandu jsir għodda ta’ appoġġ li jipprovdi assistenza lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-parteċipanti tal-katina tal-ikel u liċ-ċittadini fir-rigward tat-taħriġ u l-edukazzjoni, l-aħjar prattiki, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni mal-konsumaturi u jevalwa u jiddikjara l-opinjoni tiegħu dwar proposti leġiżlattivi u ta’ politika futuri u l-impatt tagħhom fuq il-benessri tal-annimali, jevalwa l-istandards tal-benessri tal-annimali fuq il-bażi tal-aktar għerf riċenti disponibbli u li jikkoordina sistema tal-UE għall-ittestjar ta’ tekniki ġodda; |
37. |
Huwa tal-fehma li, abbażi ta’ riżultati xjentifiċi, il-pubbliku għandu jingħata tagħrif dwar il-ħtiġijiet tal-annimali u l-modi korretti ta’ kif jiġu ġestiti, u li dan għandu jsir b’mod xieraq u serju; iqis li netwerk Ewropew taċ-ċentri ta’ referenza għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni, minħabba li, biex jiġu evitati opinjonijiet estremi fost in-nies, huwa essenzjali li t-tagħrif jingħata abbażi ta’ kriterji ta’ kwalità standardizzati; |
Infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista” jkun tevalwa l-prezz tal-miżuri għall-benessri tal-annimali għall-produtturi Ewropej, u tipproponi, l-aktar tard fl-2012, rakkomandazzjonijiet, linji gwida u miżuri oħra neċessarji biex tindirizza t-telf ta’ kompetittività tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fl-Ewropa; |
39. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-idea tal-ħarsien u l-benessri tal-annimali tiġi promossa b’mezzi edukattivi; |
40. |
Jikkunsidra li l-għan għandu jkun sistema ta’ monitoraġġ bi skop u bbażata fuq analiżi tar-riskju fejn fatturi oġġettivi jkunu ċentrali u li fiha l-Istati Membri li r-rati tagħhom ta’ ksur tar-regoli jkunu ogħla mill-medja għandhom jiġu suġġetti għal kontrolli aktar rigorużi; |
41. |
Jenfasizza li l-iżbilanċji fil-katina tal-ikel, kif deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar’, spiss ipoġġu lill-produtturi primarji fi żvantaġġ; ifakkar li, minħabba l-ispejjeż żejda li s-sitwazzjoni tinvolvi, il-possibilità ta’ investiment mill-produtturi primarji hija limitata; |
42. |
Jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jinkludi biżżejjed approprjazzjonijiet biex il-Kummissjoni tkun tista” twettaq il-kompiti ta’ moniteraġġ tagħha, tappoġġja lill-produtturi fejn ikun meħtieġ u tpatti għat-telf ta’ kompetittività li jħabbtu wiċċhom miegħu l-produtturi minħabba l-adozzjoni ta’ standards ġodda u li jinbidlu tal-benessri tal-annimali, filwaqt li jitqies li l-prezz ta’ dawn l-istandards ma jgħaddix fil-prezz finali li jirċievu l-bdiewa meta jbiegħu l-prodotti tagħhom; |
43. |
Jenfasizza li l-kompetittività tas-settur tat-trobbija għandha tibqa’ tittejjeb u tissaħħaħ permezz tal-promozzjoni u r-rispett tar-regoli fis-seħħ fir-rigward tal-benessri tal-annimali, kif ukoll b’konformità mal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-ambjent; |
44. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-każijiet kolla ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali jirriżultaw f’penali effikaċi u proporzjonati, u li f’kull każ individwali dawn il-penali jkunu akkumpanjati minn gwida u pariri komprensivi mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll minn miżuri korrettivi xierqa; |
45. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa biex fil-ġejjieni jevitaw li jkun hemm ksur tar-regolamenti dwar il-benessri tal-annimali; |
46. |
Jilqa’ t-tnaqqis konsiderevoli fl-użu ta’ antibijotiċi għall-annimali fl-Istati Membri minn meta l-użu tagħhom bħala promotur tat-tkabbir ġie pprojbit fl-UE, filwaqt li għadu permess fl-Istati Uniti u f’xi pajjiżi oħrajn; jistenna, madankollu, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw b’mod responsabbli l-problema li qed tikber tar-reżistenza għall-antibijotiċi fl-annimali; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza d-data dwar l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali, fosthom l-antibijotiċi, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effikaċi tagħhom; |
Indikaturi u tekniki ġodda
47. |
Jitlob li jiġi vvalutat u li jkompli jiġi żviluppat il-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali, b’mod partikolari fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-istrument u l-applikazzjoni fil-prattika; |
48. |
Iqis li se jirriżulta li hija biċċa xogħol kumplessa biex jitkejlu dawn l-indikaturi tal-benessri tal-annimali fil-każ ta’ prodotti importati; jenfasizza li, mingħajr ma jintefa’ dubju fuq l-utilità jew il-validità tagħhom, dawn l-għodod m’għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni għad-detriment tal-produtturi Ewropej; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tar-rapport finali tal-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali, tipproponi perjodu ta’ prova għall-valutazzjoni tal-benessri tal-annimali fl-Unjoni Ewropea bl-użu tal-metodi żviluppati fil-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali; |
50. |
Jistieden lill-Istati Membri f’dan il-kuntest biex jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet ta’ appoġġ għar-riċerka applikata u għall-investiment fl-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni li huma ta’ benefiċċju għall-benessri tal-annimali li huma disponibbli mill-fondi għall-iżvilupp rurali tal-UE u s-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2013) tad-DĠ Riċerka; jistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw l-investiment finanzjarju fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u tekniki ġodda fil-qasam tal-benessri tal-annimali; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-linji gwida tal-OIE dwar il-benessri tal-annimali jinkuraġġixxu standards tajbin ta’ benessri li jirriflettu kif suppost l-evidenza xjentifika f’dan il-qasam; |
*
* *
52. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 170.
(2) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 89.
(3) ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/33 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
L-agrikoltura tal-UE u t-tibdil fil-klima
P7_TA(2010)0131
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-agrikoltura tal-UE u t-tibdil fil-klima (2009/2157(INI))
2011/C 81 E/06
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “L-adattament għat-tibdil fil-klima: l-isfida għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali Ewropej” (SEC(2009)0417),
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Ir-rwol tal-agrikoltura Ewropea fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” (SEC(2009)1093),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar “l-agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: il-ħtieġa għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE” (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 dwar “l-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima” (3),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2009 dwar “l-isfida tad-degradazzjoni tal-art agrikola fl-UE, b'mod partikulari fl-Ewropa tan-nofsinhar: tweġiba permezz tal-istrumenti tal-politika agrikola komuni” (4),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15) (5),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Evalwazzjoni Internazzjonali tal-Agrikoltura, ix-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Iżvilupp (IAASTD) imfassal mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u l-Bank Dinji u ffirmata minn 58 pajjiż,
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0060/2010),
A. |
billi t-tibdil fil-klima b'riżultat tal-akkumulazzjoni fil-passat ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera huwa fatt stabbilit xjentifikament li jista' jkollu konsegwenzi gravi fuq l-ekosistemi, |
B. |
billi l-agrikoltura hi konċernata b'mod dirett minħabba li hi waħda mill-attivitajiet ekonomiċi li jimmaniġġjaw ir-riżorsi naturali għall-benefiċċju tal-bniedem, |
C. |
billi t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-perikli l-iktar serji għall-ambjent, iżda wkoll għall-ordni soċjali u ekonomika, il-produttività ta' prodotti agrikoli tinbidel minn sena għal oħra minħabba s-sensittività tagħha għal bidliet estremi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, b'impatt indirett fuq is-setturi kollha tal-ekonomija, minkejja li l-agrikoltura tibqa' l-qasam l-iktar vulnerabbli minnhom, |
D. |
billi l-agrikoltura bħala waħda mis-sorsi ewlenin ta' żewġ gassijiet importanti li għandhom effett ta' serra, li huma l-ossidu nitruż u l-metanu, li huma ġġenerati minn proċessi bioloġiċi differenti fil-produzzjoni agrikola, qed tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, filwaqt li hi esposta ħafna għall-effetti ħżiena ħafna ta' dan it-taħwid, |
E. |
billi l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-agrikoltura (inkluża t-trobbija tal-bhejjem) naqqsu b'20 % fl-UE-27 bejn 1999 u l-2007 u l-proporzjon tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni prodotti fl-agrikoltura naqas minn 11 % fl-1990 għal 9.3 % fl-2007, fost oħrajn bħala riżultat taż-żieda fl-effiċjenza tal-agrikoltura tal-UE, innovazzjonijiet kontinwi u l-użu ta' tekniki ġodda, l-użu iktar effikaċi ta' fertilizzanti u r-riformi riċenti tal-PAK, |
F. |
billi l-agrikoltura u l-foresta huma s-setturi ekonomiċi ewlenin li jistgħu jaqbdu s-CO2 li jirriżulta mill-attivitajiet tal-bniedem, li jikkonservaw u jaħżnuh fil-ħamrija permezz tal-kapaċità tagħhom ta' mħażen, u li jassimilawh fil-ħxejjex permezz tal-fotosintesi; billi dawn is-setturi għandhom potenzjal sinifikanti biex jipparteċipaw b'mod pożittiv għall-isforzi ta' mitigazzjoni tat-tisħin, |
G. |
billi t-tibdil fil-klima diġà kellu konsegwenzi negattivi fuq l-agrikoltura tal-UE (inkluż tnaqqis fir-riżorsi tal-ilma, tmelliħ tal-ilma li jintuża għat-tisqija, nixfiet aktar frekwenti, deżertifikazzjoni, żieda qawwija fl-ammont ta' xita fix-xitwa u għargħar fit-Tramuntana, żoni kostali baxxi mhedda miż-żieda fil-livell tal-baħar u r-riskju ta' tmelliħ, tempesti u temp estrem ieħor, erożjoni, ċediment tal-art, proliferazzjoni ta' insetti qerrieda u mard tal-annimali u tal-pjanti), u billi l-aċċellerazzjoni mistennija ta' dawn il-problemi jista' jkollha riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali serji għas-settur agrikolu, forestali u turistiku, |
H. |
billi s-settur agrikolu għandu l-ħila kemm li jadatta ruħu kif ukoll li jtaffi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, bis-saħħa tal-għarfien espert tal-bdiewa, PAK b'saħħitha u l-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni, iżda li fir-rigward ta' proċessi naturali li huwa diffiċli li jiġu kkontrollati, l-isforzi meħtieġa huma konsiderevoli, |
I. |
billi l-agrikoltura Ewropea hija maħżen ta' impjiegi li għalhekk ta' min jipproteġih u jiżviluppah, |
J. |
billi l-agrikoltura tibqa' kruċjali għaż-żamma tal-attività umana fit-territorji Ewropej rurali, partikolarment għall-firxa wiesgħa ta' servizzi li jistgħu jipprovdu l-bdiewa għall-bqija tas-soċjetà, |
K. |
billi l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp tal-enerġija li tiġġedded jikkonċernaw l-agrikoltura b'mod dirett u billi dan l-iżvilupp jista' jgħin sostanzjalment biex jonqsu l-emissjonijiet GHG, |
L. |
billi waħda mill-funzjonijiet ewlenin tal-agrikoltura Ewropea hija li tintema' l-populazzjoni tal-Unjoni, |
M. |
billi l-Unjoni għandha tkun fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tisħin tal-pjaneta, |
Kontribut tal-agrikoltura tal-Unjoni għall-isforzi ta' mitigazzjoni tat-tisħin
1. |
Jafferma li l-agrikoltura tal-UE tista' tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, iffissati mill-Unjoni billi toffri soluzzjonijiet u appoġġ biex tgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, filwaqt li tippromwovi s-sekwestrazzjoni tas-CO2 fil-ħamrija, l-iżvilupp tal-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli sostenibbli u li timmassimizza l-funzjoni tal-fotosintesi; jenfasizza li, għal dawn il-finijiet, huwa essenzjali li jitkattar l-iżvilupp ta' agrikoltura li tipproduċi oġġetti li jistgħu jiġu negozjati u dawk li ma jistgħux jiġu negozjati li jisfruttaw ir-riżorsi potenzjali u naturali ta' kull ekosistema b'mod effiċjenti kemm jista' jkun u li jirrikonċiljaw il-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u tal-benesseri tal-annimali sabiex titjieb is-sostenibbiltà tagħha; |
2. |
Billi jenfasizza li fil-każ ta' sehem aktar attiv tal-agrikoltura fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima, sabiex il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur tal-agroalimentari ma tiġix kompromessa fil-qafas tas-suq dinji; |
3. |
Iqis li l-agrikoltura organika, il-prattika estensiva tal-mergħa u l-produzzjoni integrata huma xi alternattivi għal produzzjoni agrikola aktar ekoloġika; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet li jagħmluha possibbli għall-agrikoltura konvenzjonali, li tifforma l-parti l-kbira tal-biedja Ewropea, li tagħti kontribut kunsiderevoli għal approċċ sostenibbli għall-ambjent; |
4. |
Jirrikonoxxi li l-innovazzjonijiet għandhom rwol ewlieni biex inaqqsu l-impatt li l-agrikoltura għandha fuq it-tibdil fil-klima u biex jonqsu l-konsegwenzi ambjentali; |
5. |
Jitlob b'mod partikolari li l-PAK ġejjiena tinkoraġġixxi, permezz ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' taħriġ u permezz ta' miżuri li joffru inċentivi, il-prattiki li jikkontribwixxu għal titjib fl-effiċjenza tal-agrikoltura u l-potenzjal tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, u għal titjib fis-sekwestru tal-karbonju, bħal:
|
6. |
Jenfasizza li dawn il-prattiki agrikoli li jirrispettaw aktar l-ambjenti naturali għandhom ukoll effetti pożittivi fuq l-arrikkiment tal-bijodiversità u fuq il-kwalità tal-ħamrija, fuq iż-żamma tal-ilma u fuq il-ġlieda kontra l-erożjoni u t-tniġġis u li l-mitigazzjoni tal-impatt tal-attività tal-biedja fuq it-tibdil fil-klima huma wkoll fl-interess komuni għall-pubbliku, li għalih tikkontribwixxi l-agrikoltura; |
7. |
Jiffavorixxi l-ħolqien ta' politika forestali Ewropea komuni li tippromwovi ġestjoni u produzzjoni sostenibbli tal-foresti u li tivvaluta aħjar il-kontribut u l-iżvilupp ekonomiku tas-settur tal-injam, minħabba li dan is-settur jikkontribwixxi l-aktar għall-qbid tal-karbonju. Din il-politika għandha tqis bl-ikbar mod possibbli l-kundizzjonijiet reġjonali differenti għall-forestrija, minħabba li kemm opportunitajiet u theddidiet differenti għall-ambjent tal-foresti fl-Ewropa tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar; |
8. |
Jindika li l-foresti jagħtu kontribut sinjifikanti għall-ġestjoni effiċjenti tal-ilma; għalhekk jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex jimpenjaw ruħhom f'metodi ta' ġestjoni tal-foresti li jwasslu għat-tnaqqis tad-differenzi fis-sistema tal-ilma bejn il-perijodi ta' nixfa u l-perijodi ta' għargħar, li jwassal biex jiġu llimitati n-nixfa u l-għargħar negattivi għall-agrikoltura, il-produzzjoni tal-enerġija u l-populazzjoni; |
9. |
Jirrakkomanda li jissaħħu l-politiki dwar ir-reġjuni muntanjużi, minħabba li s-setturi tal-mergħat u tat-trobbija tal-annimali għandhom rwol partikolarment importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jgħinu biex jaġġustaw u jnaqqsu l-vulnerabilità, b'mod partikulari permezz tal-ġestjoni xierqa tal-mergħat; |
10. |
Jirrakkomanda li għandhom jitfasslu strateġiji għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi negattivi għall-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea permezz ta':
|
11. |
Jenfasizza li l-emissjonijiet ta' ossidu nitruż jistgħu jitnaqqsu permezz ta' użu aktar effiċjenti tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (l-agrikoltura ta' preċiżjoni); jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-fertilizzazzjoni bl-użu tar-residwu tal-massa mill-produzzjoni tal-bijogass tipprovdi opportunitajiet għall-fertilizzazzjoni organika ta' preċiżjoni u għalhekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; |
12. |
Jitlob għal tisħiħ fir-riċerka dwar l-għalf għall-bhejjem u l-għażla ġenetika ta' bhejjem tat-trobbija bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu, sakemm miżuri ta' mitigazzjoni bħal dawn ma jiġux adottati jekk jipperikolaw is-saħħa jew il-benesseri tal-annimali; jitlob ukoll li jkun hemm programm ta' informazzjoni għall-edukazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatt tal-imġiba tax-xiri u tal-preferenzi tal-ikel tagħhom fuq il-klima; |
13. |
Iħeġġeġ ukoll biex il-miżuri jiġu adottati bl-għan li titħaffef u tiġi intensifikata r-riċerka fit-tkattir tal-pjanti sabiex l-uċuħ tar-raba' jkunu jistgħu jifilħu aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi l-ġodda u biex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi li joħolqu dawn il-bidliet, partikolarment billi tinżamm kwantità xierqa ta' materja prima ta' kwalità tajba, li tiggarantixxi l-provvista tal-ikel; jemmen li riċerka bħal din għandha tiffoka prinċipalment fuq il-varjetajiet ta' pjanti reżistenti għan-nixfa u temperaturi għoljin u t-tekniċi rilevanti tal-uċuħ tar-raba'; jenfasizza wkoll li dawn il-varjetajiet jistgħu joffru alternattiva vijabbli għas-sistemi tal-irrigazzjoni attwali li jiswew il-flus u mhumiex effiċjenti u li jinsabu f'xi żoni, u għandhom ukoll il-vantaġġ li jintlaqgħu aħjar mill-komunitajiet lokal; |
14. |
Jenfasizza li l-ottimizzazzjoni tal-ħżin u t-tifrix tal-fertilizzant organiku u t-trattament ta' dan il-fertilizzant f'digesters anerobiċi bħalissa huma fost it-tekniki l-aktar promettenti għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metanu (filwaqt li jipprovdu sors ta' enerġija li tiġġedded) u limitazzjoni tad-dependenza minn fertilizzanti kimiċi tan-nitroġenu, b'mod partikolari fir-reġjuni b'densità għolja ta' trobbija; iqis li dan il-bijogass jgħin biex l-agrikoltura ssir awtosuffiċjenti fl-enerġija; |
15. |
F'dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun jista' jintuża diġestat mill-impjanti tal-fermentazzjoni tad-demel għall-produzzjoni tal-bijogass bħala sostitut għall-fertilizzant artifiċjali mingħajr ma dan jidħol fil-kategorija ta' “demel tal-annimali”, sabiex l-użu tal-fertilizzant artifiċjali jkun jista' jkompli jonqos; |
16. |
Jitlob li jiżdiedu l-isforzi tas-simplifikazzjoni amministrattiva u tar-riċerka u tal-iżvilupp għall-użu u l-promozzjoni tal-bijomassa li tinstab fil-farms (skart agrikolu jew forestali), il-bijogass li jirriżulta mit-trobbija u agrofjuwils sostenibbli oħra, sakemm dawn ma jipperikolawx is-sigurtà tal-ikel; |
17. |
Jenfasizza li l-prinċipju tas-sostenibilità jrid jiġi infurzat meta tintuża l-bijomassa; għalhekk iqis li għandu jiġi mħeġġeġ l-użu tagħha qrib kemm jista' jkun tal-post tal-produzzjoni tal-materja prima agrikola, li jippermetti biex jitnaqqas it-telf ta' enerġija minħabba trasport; |
18. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu tal-bijomassa għat-tisħin jista' jnaqqas b'mod konsiderevoli l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu għajnuna għall-iżvilupp rurali lill-iskejjel pubbliċi rurali li jibdew jużaw sistemi ta' tisħin ibbażati fuq il-bijoenerġija; |
19. |
Jenfasizza li użu aktar estensiv tal-ICT jista' jtejjeb il-monitoraġġ ta' diversi fażijiet tal-produzzjoni u jtejjeb il-ġestjoni tagħhom biex tiżdied il-produzzjoni f'relazzjoni mal-użu tal-mezzi tal-produzzjoni u, fl-istess ħin, jonqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-konsum tal-enerġija; jenfasizza, bl-istess mod, li l-użu aktar estensiv tal-ICT, l-integrazzjoni tal-politiki għall-promozzjoni tat-taħriġ għall-bdiewa f'teknoloġiji ġodda u l-appoġġ għall-innovazzjoni u l-intraprenditorija fost il-bdiewa żgħażagħ, b'mod partikolari huma temi importanti, kemm biex il-agrikoltura ssir aktar sostenibbli mil-lat ambjentali kif ukoll biex is-settur isir aktar kompetittiv; |
20. |
Jenfasizza li l-Unjoni hi l-ikbar importatur tal-prodotti agrikoli, u dan jirrappreżenta spiża ikbar mil-lat ta' karbonju minn dik tal-produzzjoni Ewropea, minħabba standards ambjentali li sikwit ikunu aktar baxxi f'pajjiżi terzi u minħabba emissjonijiet li jirriżultaw mit-trasport fuq distanzi twal u d-diforestazzjoni; iqis li jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni speċifika, dwar il-benefiċċji ta' dieta bbilanċjata u tajba għas-saħħa li tkun komposta minn prodotti reġjonali staġjonali ta' kwalità għolja, u li jkunu prodotti minn agrikoltura sostenibbli u effiċjenti, li l-marka tal-karbonju tagħha tkun iddifferenzjata minn dik ta' prodotti importati; iqis ukoll li jeħtieġ li l-bdiewa Ewropej jiġu kumpensati b'mod ġust għall-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u tiġi mħeġġa d-diversifikazzjoni fil-farms lokali (fost l-oħrajn permezz tal-iżvilupp tal-proteini veġetali fl-UE); |
21. |
Japprova, f'dan ir-rigward, l-idea ta' ttikkettar volontarju tal-oriġini tal-UE fil-każ ta' prodotti li joriġinaw għal kollox mill-Unjoni Ewropea; |
22. |
Jitlob għall-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' kontrolli effikaċi fuq il-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi u jappoġġa r-reċiproċità sħiħa bejn il-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-produtturi Ewropej biex jilqgħu għat-tibdil fil-klima, u tar-rekwiżiti li japplikaw għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kull telf fil-kompetittività tal-prodotti Komunitarji; |
23. |
Jenfasizza l-fatt li l-Unjoni għandha tinvesti fil-politika tal-iżvilupp rurali u tal-ġestjoni tal-foresti sabiex tikkoopera fit-tixrid ta' prattiki ġodda u tippromwovi l-iżvilupp ta' sistemi agrikoli sostenibbli oħra fid-dinja; |
Miżuri ta' adattament tal-agrikoltura Ewropea għall-konsegwenzi tat-tisħin
24. |
Jenfasizza li l-agrikoltura Ewropea qiegħda tadatta ruħha u għandha tkompli tadatta ruħha għall-konsegwenzi tat-tibdil li qed iseħħ fil-klima u għandha tħejji ruħha għall-impatt li se jkollu dan it-tibdil għal diversi reġjuni tal-Unjoni; |
25. |
Iqis, f'dan il-kuntest, li l-Unjoni għandha tiżviluppa strateġija koerenti ta' adattament tal-agrikoltura għat-tipi differenti ta' konsegwenzi klimatiċi negattivi li se jirriżultaw:
|
26. |
Iqis li l-PAK għandha tkun iffokata fuq ġestjoni iktar effikaċi u sostenibbli tar-riżorsi u li dan għandu jitqies fir-riforma li jmiss tal-PAK, inkluż pereżempju:
|
27. |
Jenfasizza li jista' jkun meħtieġ li mhux biss tiġi introdotta il-ġestjoni tal-ilma fl-artijiet li kienu inundabbli minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena lokali imma li ġew ixxuttati, imma wkoll li jiġi eżaminat mill-ġdid l-irregolar tal-kors tal-ilma, li l-artijiet inundabbli jingħataw ħajja mill-ġdid u li fihom jitħawwlu foresti mill-ġdid; |
L-implikazzjonijiet għall-mudell agrikolu Ewropew
28. |
Jenfasizza li l-PAK se jkollha tikkontribwixxi għal politika agrikola aktar sostenibbli, filwaqt li jiżdied id-dħul u nżommu f'moħħna li t-tisħin klimatiku jista' jixħet dubji dwar il-ħila tal-produzzjoni u tal-alimentazzjoni tal-popolazzjoni tad-dinja, inkluża l-Ewropa; |
29. |
Iqis fl-istess ħin li l-PAK għandha tinkoraġġixxi mil-lat finanzjarju lill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri biex jadottaw miżuri favur:
|
30. |
Jinnota li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-agrikoltura huwa dirett u ta' ħafna ħsara u li, minħabba dan, għandha tingħata prijorità lill-agrikoltura meta jitħejjew miżuri maħsuba biex itaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima; |
31. |
Huwa tal-opinjoni li l-“isfidi l-ġodda” msemmija fil-Verifika tas-Saħħa tal-PAK, jiġifieri t-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma, l-enerġiji rinnovabbli u l-bijodiversità, għandhom jiġu mtennija u r-rispett għal u t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u l-funzjonijiet tagħha (qbid tal-karbonju, kapaċità ta' żamma tal-ilma u elementi minerali, ħajja bijoloġika …) għandhom jiżdiedu wkoll ma' dawn l-isfidi minħabba li dawn kollha huma kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw l-interessi tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, u għandhom jitqiesu iktar fil-PAK futura; |
32. |
Jinnota li s-sistema attwali ta' ekokundizzjonalità, li tfasslet biex tiżgura li l-produtturi agrikoli jiksbu standards għoljin ħafna f'termini ta' benesseri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-ambjent, kienet problematika għall-bdiewa u, fil-forma attwali tagħha, forsi ma kinitx l-aqwa mezz għall-kisba tar-riżultati mixtieqa; jitlob, fil-kuntest tar-riforma tal-PAK li jmiss, li jkun hemm iktar enfasi fuq mudelli ta' produzzjoni iktar sostenibbli u effiċjenti, filwaqt li jitqies li dawn jeħtieġu l-finanzjament pubbliku sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-provvista ta' “oġġetti pubbliċi” ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha (bħall-preservazzjoni taż-żoni rurali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-qbid tal-karbonju u s-sigurtà tal-ikel); |
33. |
Jirrikonoxxi li l-PAK għandha tiffissa l-kritejri l-iktar għoljin fid-dinja fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent; josserva li minn dan se jirriżultaw spejjeż li se jkunu impossibbli li jiġu rikoperti mis-suq, għalkemm dan jista' jitqies parzjalment bħala fornimet ta' beni pubbliċi, u li se jkun neċessarju li l-produtturi Ewropej jiġu protetti mill-pajjiżi terzi, li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent; |
34. |
Jemmen li t-tibdil fil-klima qed iġiegħel lill-Unjoni tadatta l-mudell tal-politika agrikola; konsegwentement jistieden lill-Kummissjoni, fil-kommunikazzjoni futura dwar ir-riforma tal-PAK wara l-2013, biex tippromwovi mudell agrikolu iktar sostenibbli u effiċjenti skont l-għanijiet tal-PAK, preparati biex jipproduċu ikel suffiċjenti u sikur u b'iktar rispett għall-bilanċ ambjentali; mudell bħal dan għandu jkun ibbażat fuq sistema ta' appoġġ ġusta u leġittima għall-bdiewa u għandu jsaħħaħ ir-rwol tal-professjoni tal-biedja; |
35. |
Jemmen li sabiex l-agrikoltura Ewropea fil-futur tkun tista' tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u għall-protezzjoni tal-ambjent, li hu meħtieġ li tinżamm PAK ambizzjuża li tkun tintegra, b'mod partikolari, is-sistema ta' ħlasijiet diretti ffinanzjati mill-baġit Komunitarju u tal-ħlasijiet sempliċi u iktar ekwi fl-Unjoni kollha; |
36. |
Jissottolinja li hu importanti li tinħoloq u li tiġi garantita b'mod permanenti bażi għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi alternattivi li jnaqqsu l-grad tad-dipendenza tal-komunitajiet lokali fir-rigward tal-produzzjoni agrikoli milquta min-nixfa jew għar-riżorsi naturali; jissottolinja li l-aċċess għall-finanazjarment tal-Fondi Ewropej huwa determinanti biex jiggarantixxi l-kundizzjonijiet ta' żvilupp tal-attiitajiet ekonomiċi alternattivi; |
37. |
Jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-prattiki ta' ppjanar integrat tal-iżvilupp fiż-żoni rurali skont il-bżonnijiet lokali, permezz tal-introduzzjoni ta' prinċipji ta' ottimizzazzjoni tal-użu tal-art, għall-adattament għall-kundizzjonijiet ambjentali ġodda (nixfa fit-tul, ċediemtn tal-art, għargħar, eċċ.) tas-suq tal-beni u tas-servizzi prodotti fil-livell lokali; |
38. |
Jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tirrifletti dwar sistemi ta' għajnuna ġodda għall-appoġġ għall-kontribut tal-agrikoltura fit-tnaqqis tas- CO2 bħall-assimilazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa agrikola u li jagħmluha possibbli li jiġi promoss l-użu tal-art agrikola, ħaġa li għandha rwol pożittiv fir-rigward tat-tibdil tal-klima; |
39. |
Jenfasizza li hu meħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel stima korretta tal-ispejjeż marbuta mal-adattament tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima; |
40. |
Iqis li hu neċessarju li l-istrumenti ta' ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet jissaħħu u jiġu adattati għall-volatilità dejjem akbar tas-swieq u għal riskji klimatiċi akbar; |
41. |
Jenfasizza, minħabba l-kobor tal-isfida tal-klima u l-investiment, li l-oqsma tal-agrikoltura u l-foresti għandhom jiddedikaw ħin għal metodi ta' produzzjoni iktar sostenibbli u li hu meħtieġ li tinżamm PAK soda b'baġit xieraq għal wara l-2013; iżid li l-ħtieġa għal iktar riżorsi finanzjarji biex titħeġġeġ it-tixrid ta' teknoloġiji u sistemi moderni u innovattivi bil-potenzjal li jagħtu riżultati konkreti f'termini ta' mitigazzjoni u adattament fid-diversi setturi agrikoli; |
42. |
Jenfasizza li, filwaqt li l-PAK mhijiex politika Ewropea bbażata fuq il-klima, din madankollu għandha tipprovdi bażi għall-introduzzjoni ta' għodda u inċentivi effikaċi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u li dan l-element għandu jitqies waqt id-dibattitu dwar il-baġit tal-UE futur; |
43. |
Hu tal-fejhma li l-Unjoni Ewropea għandha żżomm il-pożizzjoni tagħha ta' mexxejja fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li din il-kwisjoni m'għandhom tieħu t-tieni post minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi attwali; |
44. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea teħtieġ politiki għall-iżvilupp u għall-finanzjament tal-agrikoltura li jiggarantixxu ikel sikur u ta' kwalità għolja; |
*
* *
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 281.
(2) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 29.
(3) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 44.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0130.
(5) Testi adottati, P7_TA(2009)0089.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/40 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
L-agrikoltura f'żoni bi żvantaġġi naturali: evalwazzjoni speċifika
P7_TA(2010)0132
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-agrikoltura f'żoni bi żvantaġġi naturali: evalwazzjoni speċifika (2009/2156(INI))
2011/C 81 E/07
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artkolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Lejn mira aħjar tal-għajnuna lill-bdiewa f'żoni bi żvantaġġi natural” (COM(2009)0161),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, maħruġa fis-17 ta’ Diċembru 2009,
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0056/2010),
A. |
billi aktar minn nofs iż-żona agrikola utilizzata fl-UE (54 %) hija kklassifikata maż-żoni żvantaġġati (LFAs), |
B. |
billi kull Stat Membru jkun innomina żoni żvantaġġati, għalkemm fuq livelli differenti, |
C. |
billi l-inħawi muntanjużi (inklużi r-reġjuni artiċi 'l fuq mit-62 parallel, li huma wkoll meqjusa bħala reġjuni muntanjużi) jammontaw għal madwar 16 % taż-żona agrikola utilizzata, filwaqt li aktar minn 35 % taż-żona agrikola utilizzata huwa kklassifikat bħala “reġjuni żvantaġġati intermedji”, |
D. |
billi dawn ir-“reġjuni żvantaġġati intermedji” huma kklassifikati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ għadd ta’ kriterji differenti li, fil-fehma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1), jistgħu jwasslu għal trattament mhux ugwali, |
E. |
billi hemm biss proporzjon żgħir tal-intrapriżi f'dawn iż-żoni li jirċievu ħlasijiet ta’ kumpens u l-livell ta’ dawn il-pagamenti jvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri (2), |
F. |
billi għal żoni muntanjużi u żoni bi żvantaġġi speċifiċi, li huma definiti fl-Artikolu 50(2) u l-Artikolu 50(3)(b) rispettivament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), hemm kriterji ċari u mhux ikkontestati, b'mod li l-klassifikazzjoni ta’ dawn iż-żoni la ġiet ikkritikata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lanqas ma hija affettwata mill-komunikazzjoni attwali tal-Kummissjoni, |
G. |
billi s-sitwazzjoni partikulari fir-reġjuni l-aktar periferiċi teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ proċeduri speċifiċi biex tiġi indirizzata, |
H. |
billi l-appoġġ għal żoni żvantaġġati huwa komponent essenzjali tal-hekk imsejjaħ tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni, jiġifieri tal-politika tal-iżvilupp rurali, u għaldaqstant la l-għanijiet tal-politika reġjonali u lanqas il-kwistjoni tat-tqassim mill-ġdid tal-fondi tal-EAFRD ma għandhom ikunu fil-qalba tad-dibattitu, |
I. |
billi, bħala riżultat tar-riforma tal-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ għal żoni żvantaġġati u l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kategorija ta’ qabel ta’ “reġjuni żvantaġġati intermedji” tneħħiet u ż-żoni eliġibbli huma definiti bħala oqsma “milquta minn żvantaġġi naturali sinifikanti”, |
J. |
billi l-kriterji soċjo-ekonomiċi użati qabel ir-riforma tal-2005 minn xi Stati Membri ma jistgħux jibqgħu jintużaw bħala l-kriterji ewlenin biex jiddelimitaw żoni bi “żvantaġġi naturali”, iżda jistgħu jibqgħu jintużaw biex jiddefinixxu l-oqsma bi “żvantaġġi speċifiċi”, li huma appoġġjati skont l-Artikolu 50(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, |
K. |
billi, fil-formulazzjoni tal-programmi nazzjonali u reġjonali tagħhom għall-iżvilupp rurali, l-Istati Membri għandhom lok sinifikanti għall-manuvra sabiex jippreżentaw sett ibbilanċjat ta’ miżuri adattati għas-sitwazzjoni reġjonali speċifika tagħhom, u billi huwa f'idejn l-Istati Membri biex jippreżentaw miżuri xierqa għaż-żoni żvantaġġati tagħhom fil-programmi tagħhom, |
L. |
billi t-tmien kriterji bijofiżiċi proposti jistgħu ma jkunux biżżejjed, u l-valur ta’ limitu minimu propost ta’ 66 % taż-żona jista’ jinstab li ma jkunx adattat, għall-każijiet kollha biex jiddeterminaw l-iżvantaġġ attwali b'mod li jirrispetta d-diversità kbira taż-żoni rurali tal-UE; billi l-wiċċ tar-raba’ kkultivat, it-taħlita ta’ tipi ta’ ħamrija, il-kontenut ta’ ilma fil-ħamrija u l-klima huma, fost l-oħrajn, fatturi li huma wkoll relevanti sabiex jiġi ddeterminat l-iżvantaġġ attwali f'żona partikulari, |
1. |
Jenfasizza l-importanza ta’ ħlas ta’ kumpens xieraq għaż-żoni żvantaġġati bħala għodda indispensabbli biex tiġi żgurata l-provvista ta’ prodotti pubbliċi ta’ kwalità għolja bħas-salvagwardja tal-ġestjoni tal-art u l-pajsaġġ ikkultivat f'dawn ir-reġjuni; jenfasizza li ż-żoni żvantaġġati, b'mod partikolari, spiss għandhom valur għoli f'termini tal-pajsaġġ ikkultivat, tal-ħarsien tal-bijodiversità u tal-benefiċċji ambjentali, kif ukoll tal-impjieg rurali u tal-ħajja tal-komunitajiet rurali; |
2. |
Jirrikonoxxi li minħabba l-pożizzjoni unika tagħhom, iż-żoni żvantaġġati għandhom rwol importanti fir-rigward ta’ benefiċċji ambjentali u fil-ħarsien tal-pajsaġġ, u jenfasizza li l-ħlasijiet fl-ambitu ta’ din il-miżura għandu jkollhom l-objettiv li jintlaħaq dan il-għan; |
3. |
Jenfasizza li l-Artikolu 158 tat-TEC dwar il-politika ta’ koeżjoni, kif emendat mit-Trattat ta’ Lisbona, jagħti attenzjoni partikulari lir-reġjuni bi żvantaġġi naturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfassal strateġija komprensiva biex telimina d-differenzi bejn l-Istati Membri fil-mod ta’ kif jieħdu ħsieb ta’ dawn iż-żoni, u biex tippromwovi strateġija integrata li tqis il-karatteristiċi nazzjonali u reġjonali speċifiċi; |
4. |
Jenfasizza li l-appoġġ għal żoni bi żvantaġġi naturali huwa mmirat b'mod partikolari biex jiggarantixxi li forma effiċjenti u multifunzjonali tal-agrikultura tiġi ppreservata b'mod wiesa' u permanenti, u b'hekk il-kampanja titħares bħala żona ekonomika vitali u post fejn wieħed jista' jgħix; |
5. |
Jenfasizza l-bżonn li dawn iż-żoni żvantaġġati jiġu kkoltivati mhux biss bil-għan li jipproduċu l-ikel nutrittiv, iżda wkoll bħala kontribut għall-iżvilupp ekonomiku ġenerali, għal livell imtejjeb ta’ għajxien u għall-istabilità demografika u soċjali f'dawn iż-żoni; |
6. |
F'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni biex tqis ukoll l-implikazzjonijiet soċjali tal-klassifikazzjoni l-ġdida għal żoni bi żvantaġġi naturali; |
7. |
Jirrimarka li, b'kuntrast mal-miżuri agro-ambjentali, il-pagamenti ta’ kumpens għaż-żoni żvantaġġati ma għandhomx ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi addizzjonali rigward il-metodu tal-koltivazzjoni tal-art; ifakkar li l-iskema taż-żoni l-aktar żvantaġġati għandha bi prinċipju toffri kumpens lill-bdiewa li jridu wkoll jimmaniġġjaw l-art u li jaħmdu bi żvantaġġi naturali sinifikanti li għalihom is-suq ma jikkumpensax; |
8. |
Jenfasizza, madankollu, li l-ħlasijiet għaż-żoni l-anqas żvantaġġati jridu jkunu marbuta mat-tħaddim attiv tal-art, jiġifieri l-produzzjoni tal-ikel jew attivitajiet relatati mill-qrib mal-produzzjoni tal-ikel; |
9. |
Huwa tal-fehma li t-tmien kriterji bijofiżiċi proposti mill-Kummissjoni jistgħu, bi prinċipju, ikunu adattati biex jiddelimitaw żoni bi żvantaġġi naturali; jenfasizza, madankollu, li l-kriterji ma jistgħux jintużaw fil-każijiet kollha sabiex, b'mod oġġettiv, jiġu ddelimitati ż-żoni bi żvantaġġi naturali; |
10. |
Jirrikonoxxi, madankollu, li kriterji stretti u purament bijofiżiċi jistgħu ma jkunux adattati għaż-żoni kollha tal-Ewropa, u jistgħu jwasslu għal konsegwenzi mhux mixtieqa f'termini taż-żoni li jikkwalifikaw; għaldaqstant jirrakkomanda li jiġu studjati mill-ġdid, fuq bażi purament oġġettiva, il-kriterji soċjoekonomiċi bħall-bogħod mis-swieq, in-nuqqas ta’ servizzi u d-depopolazzjoni; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis il-pożizzjonijiet kollha espressi waqt il-konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u mal-organizzazzjonijiet tal-biedja, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ żoni bi żvantaġġi naturali; |
12. |
B'mod partikulari, it-tidħil ta’ kriterju ġeografiku definit bħala “iżolament” jindirizza l-iżvantaġġ naturali speċifiku li jirriżulta mid-distanza mis-swieq, mill-bogħod, u mill-aċċess limitat għas-servizzi; |
13. |
Iqis li jinħtieġ li tiġi rriveduta d-definizzjoni tal-kriterju tal-“kontenut ta’ ilma fil-ħamrija” sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet agroklimatiċi differenti li hemm fid-diversi Stati Membri tal-Unjoni; |
14. |
Sabiex jiġu rikonoxxuti l-limitazzjonijiet tat-tipi ta’ ħamrija mxarrba u li ma jinħadmux, l-inklużjoni ta’ kriterju ta’ “jiem ta’ kapaċità tal-art” tippermetti li titqies l-interazzjoni bejn it-tipi ta’ ħamrija u l-klima (pereżempju biex jiġu riflessi b'mod adegwat id-diffikultajiet tal-klima marittima); |
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tkompli bl-isforzi tagħha ta’ riċerka u ta’ analiżi bil-ħsieb li potenzjalment iddaħħal aktar kriterji fl-iskema l-ġdida ta’ għajnuna għaż-żoni l-aktar żvantaġġati sabiex tadatta aktar il-proposti tagħha għad-diffikultajiet prattiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa u tfassal sett ta’ kriterji b'saħħithom li jibqgħu utli għal żmien fit-tul; |
16. |
Jenfasizza, madankollu, li sabiex japplikaw dawn il-kriterji u jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu minimu realistiċi fil-prattika, jeħtieġ li d-data bijofiżika meħtieġa tkun disponibbli għall-Istati Membri u għar-reġjuni bi grad suffiċjenti ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-ambjent naturali; jappoġġja, għalhekk, l-ittestjar tal-applikazzjoni prattika tal-kriterji proposti introdotti mill-Kummissjoni; jitlob li l-mapep dettaljati li għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri jintużaw, jekk ikun meħtieġ, biex jadattaw il-valuri limitu tal-kriterji, filwaqt li jiddefinixxu ż-żoni bi żvantaġġi naturali, u l-valur ta’ limitu minimu propost ta’ 66 % fil-livell nazzjonali u reġjonali (għar-realtajiet f'termini tal-ambjent naturali); |
17. |
Jenfasizza, b'mod partikulari, li sabiex jiġu indirizzati b'mod prattiku l-interazzjonijiet bejn il-ħafna fatturi influwenti, jista' jkun neċessarju l-użu kumulattiv tal-kriterji adottati; li jkun jista' jippermetti 'l dawk iż-żoni żvantaġġati li jakkumulaw żewġ żvantaġġi naturali ta’ daqs żgħir jew medju, li jiġu klassifikati bħala żoni l-aktar żvantaġġati wkoll meta l-kriterji individwali ma jikkwalifikawhomx għal dik il-klassifikazzjoni; |
18. |
Jenfasizza li l-opinjoni finali dwar l-unità bażika magħżula għat-territorju, il-kriterji u l-valuri ta’ limitu minimu proposti mill-Kummissjoni tista' tingħata biss meta jkunu disponibbli l-mapep dettaljati mfassla mill-Istati Membri; jisħaq li, fin-nuqqas ta’ riżultati ta’ simulazzjoni ta’ dan it-tip, il-livell minimu ta’ 66 % propost kif ukoll il-livelli minimi li jiddefinixxu l-kriterji nfushom għandhom jitqiesu b'attenzjoni konsiderevoli u jistgħu jiġu biss adattati b'mod oġġettiv u adegwat ladarba jkunu disponibbli l-mapep nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex teżamina fil-pront ir-riżultati tas-simulazzjoni u, abbażi ta’ dan, tfassal mingħajr dewmien komunikazzjoni ddettaljata dwar id-delimitazzjoni taż-żoni bi żvantaġġi naturali; |
19. |
Jenfasizza li meta titfassal il-mappa finali taż-żoni żvantaġġati intermedji, il-kriterji nazzjonali oġġettivi għandhom jitqiesu wkoll sabiex ikun jista' jsir adattament tad-definizzjoni taż-żoni għall-kundizzjonijiet speċifiċi differenti f'kull pajjiż; iqis li dan l-adattament għandu jitwettaq b'mod trasparenti; |
20. |
Iqis li l-irfinar volontarju u nazzjonali tal-kriterji għall-appoġġ għal żoni bi żvantaġġi naturali huwa meħtieġ sabiex ikun hemm il-possibilità ta’ rispons xieraq għal sitwazzjonijiet ġeografiċi partikolari fejn l-iżvantaġġi naturali ġew ikkumpensati permezz ta’ intervent uman; jenfasizza, madankollu, li fejn il-kwalità tal-art tkun tjiebet, il-piż tal-ispejjeż għoljin ta’ investiment u l-ispejjeż rikorrenti u assoċjati ta’ manteniment, bħall-iskular tal-ilma u t-tisqija, iridu jitqiesu wkoll; jipproponi li d-data dwar il-farms (pereżempju d-dħul u l-produttività tal-art) tintuża fost l-oħrajn għal dan il-għan; jenfasizza, madankollu, li d-deċiżjoni dwar il-kriterji li għandhom jintużaw għall-irfinar għandha tkun tal-Istati Membri, minħabba li ħafna Stati Membri diġà żviluppaw sistema adegwata u adatta ta’ differenzjazzjoni li għandha tinżamm; |
21. |
Iqis li l-kriterji ġodda jistgħu jeskludu ċerti żoni bi żvantaġġi naturali li huma attwalment eliġibbli; jinnota li fażi xierqa ta’ phasing-out għandha tkun definita, sabiex tippermetti lir-reġjuni kkonċernati jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida; |
22. |
Jenfasizza li ż-żoni li għelbu l-iżvantaġġi naturali tal-art permezz ta’ tekniki tal-biedja m'għandhomx jitneħħew b'mod definittiv, speċjalment jekk għad għandhom dħul agrikolu baxx jew ftit li xejn alternattivi ta’ produzzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jkun hemm tranżizzjoni mingħajr problemi għal dawk iż-żoni; |
23. |
Jitlob li l-proċeduri tekniċi maħsuba biex jikkumpensaw għal żvantaġġi naturali mhux biss iqisu l-vantaġġi fuq perjodu ta’ żmien qasir iżda li jkunu suġġetti wkoll għal Evalwazzjoni ta’ Impatt Sostenibbli; |
24. |
Jenfasizza r-responsabilità tal-Istati Membri rigward l-għażla oġġettiva taż-żoni bi żvantaġġi naturali u t-tfassil ta’ programmi bbilanċjati għall-iżvilupp rurali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali f'dan il-proċess; jenfasizza fl-istess waqt il-ħtieġa tan-notifika u l-approvazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet nazzjonali jew reġjonali mill-Kummissjoni; |
25. |
Jenfasizza li r-riforma li tikkonċerna ż-żoni bi żvantaġġi naturali tagħmel parti essenzjali mill-iżvilupp fil-ġejjieni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fi żmien sena, tfassal test leġiżlattiv separat dwar il-biedja f'żoni bi żvantaġġi naturali; |
27. |
Jappella biex ir-reviżjoni tal-iskema tal-LFAs titwettaq flimkien mad-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-PAK, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm koerenza fit-tfassil tas-sistemi ġodda ta’ appoġġ għall-bdiewa, speċjalment fir-rigward tas-sistema l-ġdida ta’ Pagament Uniku għall-Farms; |
28. |
Huwa konxju tal-implikazzjonijiet li l-eżerċizzju biex jiddefinixxi mill-ġdid iż-żoni żvantaġġati intermedji jista' jkollu għat-tfassil fil-ġejjieni tal-għajnuna tal-PAK; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-pożizzjonijiet kollha espressi waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u l-komunitajiet tal-biedja kkonċernati; |
29. |
Jitlob għall-ħarsien tal-baġit Ewropew għall-iżvilupp rurali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jużaw il-possibilitajiet kollha ta’ kofinanzjament għall-LFAs, bħala waħda mill-iskemi ta’ żvilupp rurali l-aktar effettivi u importanti; |
30. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
(1) Qorti Ewropea ral-Awdituri. Rapport Speċjali Nru 4/2003, ĠU C 151, 27.06.2003.
(2) minn 16 EUR/ha fi Spanja sa 250 EUR/ha f'Malta.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/45 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu
P7_TA(2010)0133
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar id-definizzjoni ta' Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu (2009/2225(INI))
2011/C 81 E/08
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Rapport dwar il-Kompetittività Diġitali tal-Ewropa: Kisbiet ewlenin tal-istrateġija i2010 mill-2005 sal-2009” (COM(2009)0390),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat għar-Reġjuni intitolat “In-Negozju Transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE” (COM(2009)0557),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2006 dwar soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 – Lejn politika barranija Ewropea komuni dwar l-ispettru tar-radju (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar il-bini ta' politika Ewropea dwar il-broadband (3),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fl-ambjent diġitali (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0066/2010),
A. |
billi t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) xterdu prattikament f'kull aspett ta' ħajjitna u huma marbutin bis-sħiħ max-xewqa tagħna għal ekonomija aktar sinjura u kompetittiva, għall-ħarsien tal-ambjent tagħna u għal soċjetà aktar demokratika, miftuħa u inklussiva, |
B. |
billi l-Ewropa għandu jkollha rwol ewlieni fil-ħolqien u fl-applikazzjoni tal-ICT, fil-kisba ta' aktar valur għaċ-ċittadini u għan-negozji tagħha; billi l-użu tal-ICT jikkontribwixxi biex isaħħaħ l-isfidi strutturali attwali, bil-kisba ta' tkabbir ekonomiku sostanzjali, |
C. |
billi l-Ewropa tista' taħsad il-benefiċċji ta' din ir-rivoluzzjoni diġitali biss jekk kull ċittadin tal-UE jiġi mobilizzat u jingħata s-setgħa biex jipparteċipa bis-sħiħ fis-soċjetà diġitali l-ġdida u jekk il-persuna titqiegħed fil-qalba tal-azzjoni ta' politika; billi din ir-rivoluzzjoni diġitali ma tistax tibqa' titqies bħala evoluzzjoni minn passat industrijali iżda pjuttost bħala proċess ta' bidla radikali, |
D. |
billi l-iżvilupp tas-soċjetà diġitali għandha tkun inklussiva u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għandha tkun megħjuna b'politiki effettivi mmirati lejn l-għeluq tad-diskrepanza diġitali fl-UE, bl-għoti tas-setgħa lill-aktar ċittadini b'ħiliet elettroniċi sabiex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-ICTs, |
E. |
billi l-broadband huwa disponibbli għal aktar minn 90 % tal-popolazzjoni tal-UE, jabbonaw fih 50 % tal-familji biss, |
F. |
billi s-swieq kompetittivi tal-komunikazzjonijiet huma importanti biex jiżguraw li l-utenti jirċievu l-benefiċċji kollha possibbli f'dawk li huma għażla, kwalità u prezzijiet għall-but ta' kulħadd, |
G. |
billi l-potenzjal tal-Ewropa huwa marbut b'mod li ma jistax jinfired mill-ħiliet tal-popolazzjoni, fil-forza tax-xogħol u fl-organizzazzjonijiet tagħha; billi, mingħajr ħiliet, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi tal-ICT jistgħu jwasslu biss għal valur miżjud ekonomiku u soċjali limitat, |
H. |
billi l-ICT tista' tkun potenzjatur kbir fl-isforzi għal żvilupp pożittiv u sostenibbli fil-pajjiżi madwar id-dinja u fil-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, |
I. |
billi ċ-ċittadini se jżommu lura milli jinteraġixxu, jesprimu l-opinjoni tagħhom bil-libertà u jidħlu għal transazzjonijiet kummerċjali jekk ma jkollhomx fiduċja biżżejjed fil-qafas legali ta' dan l-ispazju diġitali l-ġdid; billi l-garanzija u l-infurzar tad-drittijiet fundamentali f'dan il-kuntest hi kundizzjoni essenzjali għall-fiduċja min-naħa taċ-ċittadini, billi l-garanzija tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u drittijiet oħra hija kundizzjoni essenzjali għall-fiduċja min-naħa tan-negozju, |
J. |
billi ċ-ċiberkriminalità, bħal pereżempju l-inċitazzjoni biex jitwettqu attakki terroristiċi, atti kriminali bbażati fuq il-mibegħda u pornografija tat-tfal żdiedu, u qed jipperikolaw l-individwi inklużi t-tfal, |
K. |
billi l-industriji kulturali u kreattivi Ewropej ma għandhomx biss rwol essenzjali fil-promozzjoni tad-diversità kulturali, il-pluraliżmu tal-midja u d-demokrazija parteċipattiva fl-Ewropa, iżda jikkostitwixxu wkoll forza ewlenija fit-tkabbir sostenibbli u l-irkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet kulturali u lingwistiċi fid-dibattitu dwar it-twaqqif ta' suq uniku fis-settur tal-kontenut kreattiv, |
L. |
billi s-soċjetà demokratika Ewropea, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-dibattitu pubbliku u l-aċċess għall-informazzjoni fid-dinja diġitali jiddependu minn settur ġurnalistiku vibranti u kompetittiv bħala r-raba' pilastru tad-demokrazija, |
M. |
billi n-nuqqas ta' progress fil-ħolqien, it-tixrid u l-użu tal-ICT huwa responsabbli għal dewmien fit-tkabbir u l-produttività, u billi negozji ġodda b'potenzjal ta' tkabbir għoli li jaħdmu fil-qasam tal-innovazzjoni tal-ICT għandhom pressjoni kbira biex jistabbilixxu pożizzjoni sostenibbli fis-suq, |
N. |
billi s-setturi privati u pubbliċi jeħtieġu li jinvestu fi pjattaformi u servizzi innovattivi ġodda bħal pereżempju, cloud computing, saħħa elettonika, miters intelliġenti, mobilità intelliġenti, eċċ.; billi t-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew iżid l-interess fl-investimenti fl-ekonomija tal-Ewropa u fis-swieq, u jwassal għal aktar ekonomiji ta' skala, |
O. |
billi għadna ma ksibniex suq uniku diġitali li jaħdem b'mod sħiħ għal servizzi online u tal-komunikazzjonijiet fl-Ewropa; billi l-moviment ħieles ta' servizzi diġitali u l-kummerċ elettroniku transkonfinali llum il-ġurnata hu mxekkel bil-qawwi minn regoli frammentarji fil-livell nazzjonali, billi l-kumpaniji Ewropej u s-servizzi pubbliċi se jiksbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali mill-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet avvanzati tal-ICT, |
P. |
billi, filwaqt li l-Internet huwa l-aktar kanal bl-imnut li qed jikber malajr, id-divarju bejn il-kummerċ elettroniku domestiku u dak transkonfinali fl-UE qed jikber, billi jeżisti potenzjal konsiderevoli għall-iffrankar sostanzjali ta' flus permezz tan-negozju elettroniku transkonfinali għaċ-ċittadini tal-UE, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-negozju transkonfinali san negozju elettroniku tal-konsum fl-UE (COM(2009)0557), |
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għal aġenda u pjan ta' azzjoni diġitali ambizzjużi li tippermetti lill-Ewropa timxi 'l quddiem lejn soċjetà diġitali miftuħa u aktar sinjura li toffri opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali liċ-ċittadini kollha; jipproponi li dan il-qafas il-ġdid jissejjaħ “aġenda 2015.eu” u għandu jissejjes fuq il-mudell ta' spirali ta' suċċess 2015.eu; |
2. |
Jisħaq l-importanza ta' sforzi kontinwi lejn aċċess minn kullimkien u b'veloċità għolja għall-broadband fiss u mobbli għaċ-ċittadini u l-konsumaturi kollha, inkluż il-ħarsien tal-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumatur; jenfasizza li dan jeħtieġ politiki mmirati li jippromovu l-kompetizzjoni u l-investiment u l-innovazzjoni effikaċi f'infrastrutturi ta' aċċess mtejba u ġodda u f'għażla għall-konsumatur dwar l-għoti tal-aċċess, fuq termini ġusti u bi prezzijiet kompettitivi għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-post, biex b'hekk jiġi żgurat li l-ebda ċittadin Ewropew ma jiġi eskluż; |
3. |
Jemmen li kull familja fl-UE għandu jkollha aċċess broadband għall-Internet bi prezzijiet kompetittivi sal-2013; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu kull strumenti ta' politika disponibbli biex jingħata aċċess għall-broadband b'veloċità għolja liċ-ċittadini Ewropej kollha, inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej u tad-dividend diġitali għall-estensjoni tal-kopertura u l-kwalità tal-broadband mobbli; barra minn hekk, jitlob, lill-Istati Membri sabiex jagħtu spinta ġdida lill-istrateġija Ewropea għall-aċċess għall-broadband b'veloċità għolja, l-iktar bl-aġġornament tal-miri nazzjonali għall-kopertura tal-broadbend b'veloċità għolja; |
4. |
Jinnota li hemm xi ambigwitajiet fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jista' jkollhom effett fuq is-servizzi tal-broadband appoġġjati mill-Komunità, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jikkonsolidaw ir-rekwiżiti għan-netwerk tagħhom bħala l-bażi għal investiment ġdid; jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta dawn il-problemi b'urġenza; |
5. |
Ifakkar li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni effetwati minn transizzjoni industrijali, u lill-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi permanenti, b'mod partikolari r-reġjuni l-iktar imbiegħda; jikkunsidra li s-soluzzjoni adegwata li tiżgura l-provvista ta' u l-aċċess effikaċi għall-Internet bil-broadband għaċ-ċittadini ta' dawn ir-reġjuni f'ħin xieraq u bi prezz raġonevoli għandha tkun permezz ta' teknoloġiji bla fili inkluż is-satellita, li jippermettu konnettività minn kullimkien għas-sinsla tal-Internet; |
6. |
Ifakkar li l-obbligi tas-servizz universali jikkorrispondu għal ġabra minima ta' servizzi ta' kwalità speċifika li l-utent aħħari, għandu jkollu aċċess aċċess għalihom bi prezz raġonevoli mingħajr tgħawwiġ tal-kompetittività u l-impożizzjoni ta' piż żejjed fuq il-konsumaturi u l-operaturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex mingħajr dewmien tressaq ir-reviżjoni tant mistennija tagħha tas-servizz universali; |
7. |
Jenfasizza l-importanza li jkun iggarantit aċċess għall-utenti b'diżabilità aħħarin, ta' livell ekwivalenti daqs dak disponibbli għall-utenti aħħarin l-oħrajn, kif imħeġġeġ mill-Parlament Ewropew fir-reviżjoni tiegħu tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali u d-Drittijiet tal-Utenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel ħilitha biex tqis il-ħtiġijiet tal-utenti b'diżabilità fl-“Aġenda 2015.eu”; |
8. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni tal-impatt biex teżamina kif tista' sseħħ il-portabilità tan-numru madwar l-UE kollha; |
9. |
Jenfasizza l-importanza li l-Ewropa tibqa l-“kontinent mobbli” fid-dinja u li jiġi żgurat li 75 % tal-abbonati tat-telefown ċellulari jkunu utenti tal-broadband bla fili b'aċċess għal servizzi bla fili b'veloċità għolja sal-2015; |
10. |
Ifakkar il-ħtieġa li jitħaffef it-tixrid armonizzat tal-ispettru tad-dividend diġitali b'mod mhux diskriminatorju u mingħajr kompromess għas-servizzi ta' xandir eżistenti u mtejba; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex permezz tal-Kumitat għall-Ispettru tar-Radju tindirizza r-rekwiżiti prattiċi u tekniċi biex tiżgura d-disponibilità fil-ħin tal-ispettru, bi flessibilità suffiċjenti, biex jippermetti t-tixrid ta' teknoloġiji u servizzi ġodda, inklużi l-broadband bla fili; jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar l-iżvilupp tas-suq tal-kompetizzjoni u tal-ispettru; |
12. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar evalwazzjoni u riċerka f'interferenza potenzjali bejn l-utenti attwali u futuri tal-ispettru sabiex jitnaqqsu l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-konsumaturi; |
13. |
Jikkunsidra li hekk kif qegħdin jiżdiedu r-rati ta' aċċess għall-Internet, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiksbu konnessjoni ta' 50 % tad-djar fl-UE ma' netwerks b'veloċità għolja sal-2015 u ta' 100 % sal-2020, li jippermettu esperjenza affidabbli u mtejba tal-utent aħħari f'konformità mal-istennijiet u l-ħtiġijiet tal-konsumatur; ifakkar il-ħtieġa ta' qafas ta' politika xieraq għall-kisba ta' dawn l-għanijiet li jippermettu investiment privat, filwaqt li titħares il-kompetizzjoni u tissaħħaħ l-għażla tal-konsumatur; |
14. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jittrasponu l-qafas regolatorju dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi qabel it-terminu stabbilit u jimplimentawh bis-sħiħ u biex fl-istess ħin jagħtu s-setgħa lir-regolaturi nazzjonali; jenfasizza li l-qafas il-ġdid jipprovdi għal ambjent regolatorju prevedibbli u konsistenti li jistimula l-investiment u jippromovi s-swieq kompetittivi għan-netwerks, prodotti u servizzi tal-ICT li jikkontribwixxu għal suq uniku mtejjeb għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni; jinsisti li kull gwida dwar l-applikazzjoni tal-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet għall-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jeħtieġ li jkollu effett globali fuq il-kunċetti introdotti fid-direttivi biex jitrawwem it-tixrid ta' dawn in-netwerks; |
15. |
Iqis li huwa meħtieġ li tiżdied l-effikaċja tal-koordinazzjoni regolatorja billi jiżgura li l-BEREC ikun operazzjonali bis-sħiħ mill-aktar fis possibbli; |
16. |
Jitlob lill-partijiet interessati biex jadottaw mudelli miftuħa għall-iskjerar tan-netwerk tal-komunikazzjoni biex jgħin iżid l-innovazzjoni u jixpruna d-domanda; |
17. |
Ifakkar il-ħtieġa għat-trasparenza u l-prevedibilità tar-regolazzjoni u jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tintegra prinċipji ta' Regolazzjoni Aħjar fit-tħejjija ta' inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, b'mod partikolari permezz ta' evalwazzjonijiet tal-impatt immirati u f'waqthom; |
18. |
Ifakkar li l-interoperabilità u l-aċċessibilità huma marbuta bejniethom u huma l-blokki li fuqhom se tinbena soċjetà tal-informazzjoni effiċjenti, sabiex il-prodotti, l-infrastrutturi u s-servizzi joperaw bejniethom sabiex l-Ewropej jkunu jistgħu jaċċedu għas-servizzi u d-data irrispettivament mis-softwer li jużaw; |
19. |
Jinsisti li l-kompetenzi diġitali huma kruċjali għall-soċjetà diġitali inklussiva u li kull ċittadin tal-UE għandu jingħata ħiliet u s-sjieda diġitali xierqa u jkollu l-inċentivi biex jiżviluppahom; jenfasizza li l-kompetenzi diġitali jistgħu jgħinu l-inklużjoni fis-soċjetà ta' persuni żvantaġġjati (jiġifieri nies anzjani u dawk bi dħul baxx); jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jittrattaw it-tieni qsim diġitali ġdid, id-differenzi bejn gruppi differenti tas-soċjetà fir-rigward tal-litteriżmu diġitali u l-użu tal-Internet; jenfasizza l-impenn ewlieni għat-tnaqqis bin-nofs tal-litteriżmu diġitali u tal-lakuni fil-kompetenzi sal-2015; |
20. |
Jitlob li jiġu rispettati t-trasparenza, l-aċċessibilità u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet fl-użu tas-sistemi tal-ICT, bil-għan li jiġi faċilitat l-użu tagħhom għall-ikbar ammont possibbli ta' ċittadini Ewropej; |
21. |
Jenfasizza li l-iskejjel primarji u sekondarji kollha għandu jkollhom konnessjonijiet tal-Internet ta' kwalità sal-2013 u konnessjonijiet tal-Internet b'veloċità għolja sal-2015, bl-appoġġ tal-politika reġjonali u tal-koeżjoni; jenfasizza li t-taħriġ fl-ICT u t-tagħlim elettroniku għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja sabiex jippermettu programmi ta' edukazzjoni u taħriġ aħjar u aċċessibbli; |
22. |
Jirrikonoxxi l-importanza tat-tagħlim elettroniku bħala metodu ta' edukazzjoni adattat għall-innovazzjonijiet tal-ICT li jista' jissodisfa l-bżonnijiet ta' persuni li m'għandhomx aċċess faċli għall-metodi edukattivi konvenzjonali, iżda jenfasizza li l-bżonn li jkun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-għalliema, l-istudenti u partijiet oħra interessati huwa prerekwiżiti essenzjali. hu tal-fehma li skambji internazzjonali għandhom ukoll jiġu inkoraġġuti sabiex stabbilimenti edukattivi jerġgħu jiksbu r-rwol importanti tagħhom fil-promozzjoni tal-ftehim bejn il-popli; |
23. |
Jirrakkomanda l-introduzzjoni tal-kunċett ta' litteriżmu diġitali fis-sistemi edukattivi, li għandu jsir sa mil-livell ta' qabel l-iskola primarja, b'mod parallel mal-lingwi barranin, bl-għan li jitrawmu utenti kapaċi minn kmieni kemm jista' jkun; |
24. |
Jinnota l-importanza li ċ-ċittadini tal-UE jkunu mogħnija b'ħiliet diġitali biex jgħinuhom ħalli jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà diġitali; itenni l-ħtieġa li jiżgura li l-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenza u l-kreattività tal-ħaddiema Ewropej jilħqu l-ogħla standards globali u li jkunu aġġornati ta' spiss; jemmen li l-litteriżmu u l-kompetenzi diġitali għandhom ikunu aspetti ċentrali tal-politiki tal-UE peress li huma l-ixprun ewlieni għas-soċjetà tal-innovazzjoni Ewropea; |
25. |
Jipproponi t-tnedija ta' “Pjan ta' azzjoni dwar il-litteriżmu diġitali” fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, li għandu jinkludi: opportunitajiet speċifiċi ta' taħriġ dwar il-litteriżmu diġitali għal nies qiegħda u għal gruppi li huma f'riskju ta' esklużjoni; inċentivi għall-inizjattivi mis-settur privat sabiex jipprovdu taħriġ dwar ħiliet diġitali lill-impjegati kollha; inizjattiva mifruxa mal-Ewropa kollha bl-isem ta' “Ħaddem rasek online!” sabiex tiffamiljarizza lill-istudenti, inklużi dawk impenjati fit-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ professjonali, mal-użu sigur tal-ICT u tas-servizzi online; u skema ta' ċertifikazzjoni komuni tal-ICT fil-livell tal-UE; |
26. |
Jitlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jispiraw professjonisti żgħażagħ sabiex jagħżlu karriera fl-ICT; fl-istess ħin jitlob lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar enfazi fil-programmi edukattivi nazzjonali tagħhom dwar suġġetti tax-xjenzi naturali, bħall-matematika u l-fiżika, għall-istudenti tal-iskola primarja; huwa tal-opinjoni li, ladarba hemm ħtieġa reali u urġenti għal azzjoni biex tintlaħaq it-talba għal ħiliet tal-ICT fl-Ewropa anki fit-terminu qasir għal medju, hija meħtieġa bażi tad-data għall-monitoraġġ tal-ħiliet elettroniċi aħjar; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jieħdu azzjonijiet oħra biex tinħoloq din il-bażi tad-data; |
27. |
Jenfasizza li ċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet diġitali bażiċi u l-obbligi tagħhom permezz ta' Karta Ewropea tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-konsumaturi fl-ambjent diġitali; jemmen li din il-Karta għandha tikkonsolida l-acquis Komunitarju, inkluż, b'mod partikolari, d-drittijiet tal-utenti dwar il-ħarsien tal-privatezza, l-utenti vulnerabbli u l-kontenut diġitali kif ukoll l-iżgurar tal-interoperabilità ta' prestazzjoni xierqa; jerġa' jtenni d-drittijiet fl-ambjent diġitali għandhom jitqiesu fi ħdan il-qafas globali ta' drittijiet fundamentali; |
28. |
Jemmen bis-sħiħ li l-ħarsien tal-privatezza huwa valur ewlieni u li l-utenti kollha għandu jkollhom kontroll tad-data personali tagħhom, inkluż id-dritt li “jintesew”; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma tikkunsidrax biss il-ħarsien ta' kwistjonijiet ta' data u ta' privatezza bħal dawn, iżda l-aktar il-ħtiġijiet speċifiċi ta' minuri u adulti żgħażagħ fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għall-adattament tad-Direttiva għall-Ħarsien tad-Data għall-ambjent diġitali attwali; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni ulterjuri sabiex itejbu s-sigurtà diġitali, sabiex jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità u l-ispam, għat-tisħiħ tal-kunfidenza tal-utenti u għall-iżgurar taċ-ċiberspazju tal-Unjoni Ewropea kontra kull tip ta' krimini u ksur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipparteċipaw u jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam; Ifakkar lill-Istati Membri li kważi nofshom għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jirratifikaw u jimplimentaq din il-Konvenzjoni; |
30. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu passi bl-għan l-identifikazzjoni elettronika sigura tkun disponibbli għal kulħadd fl-Ewropa; |
31. |
Jinsisti dwar il-ħarsien ta' Internet miftuħ, fejn iċ-ċittadini u l-utenti tan-negozju jkollhom id-dritt għall-aċċess u t-tixrid ta' informazzjoni jew tħaddim ta' applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, kif jipprovdi l-qafas regolatorju rivedut; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (NRAs) sabiex jippromwovu d-dispożizzjonijiet ta' “newtralità tan-net”, sabiex isegwu mill-qrib l-implimentazzjoni, u tirrapporta lill-Parlament qabel tmiem l-2010; Jikkunsidra li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tħares id-dispożizzjoni “sempliċiment passaġġ” stabbilità fid-Direttiva dwar il-Kummerċ elettroniku (2000/31/KE) bħala mezz ewlieni li jippermetti kompetizzjoni ħielsa u miftuħa fis-suq diġitali; |
32. |
Jenfasizza li l-pluraliżmu, il-libertà tal-istampa u r-rispett għad-diversità kulturali huma valuri ewlenin u għanijiet aħħara tal-Unjoni Ewropea; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-politiki kollha tal-UE proposti jkunu f'konformità ma' dawn il-valuri u għanijiet; |
33. |
Jilqa b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni mgħaġġla tal-leġiżlazzjoni dwar ir-roaming; jenfasizza l-ħtieġa ulterjuri għal monitoraġġ kontinwu tal-prezzijiet tar-roaming ċellulari fl-UE, inklużi dawk dwar ir-roaming tad-data; jistieden lill-BEREC sabiex twettaq analiżi indipendenti dwar metodi oħra minbarra l-kontroll tal-prezzijiet li jistgħu jintużaw sabiex jinħoloq suq kompetittiv intern għar-roaming; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fuq il-bażi tal-analiżi tal-BEREC u tar-reviżjoni tagħha stess, tipproponi soluzzjoni fit-tul għall-problema tar-roaming qabel l-2013, sabiex tiżgura suq tar-roaming li jaħdem tajjeb, mibni fuq il-konsumatur u kompetittiv li jwassal għal prezzijiet orħos; |
34. |
Jenfasizza li s-servizzi diġitali jistgħu jikkrontribwixxu biex l-Ewropa tagħmel użu sħiħ mis-suq intern; Jitlob għal politika effettiva għas-suq uniku diġitali li twassal għal servizzi online fl-Ewropa li jkunu aktar kompetittivi, aċċessibbli, transkonfinali u trasparenti li jipprovdu l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien tal-konsumatur u li jtemmu d-diskriminazzjoni territorjali; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex ineħħu l-ostakli regolatorji ewlenin għal transazzjonijiet transkonfinali online sal-2013; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli l-evalwazzjoni kontinwa tal-acquis Komunitarju li jaffettwa s-suq uniku diġitali u biex tipproponi azzjoni leġiżlattiva immirata dwar l-impedimenti ewlenin; |
35. |
Isejjaħ għal studju dwar regoli armonizzati fi ħdan l-UE biex jippromwovu suq komuni fil-cloud computing u l-kummerċ elettroniku; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri biex tkompli żżid it-trasparenza tat-termini u tal-kundizzjonijiet u l-effikaċja tal-infurzar u l-indennizz transkonfinali; jenfasizza li l-iżvilupp b'suċċess ta' kummerċ online jeħtieġ distribuzzjoni effikaċi ta' prodotti u beni, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa għal implimentazzjoni rapida tat-Tielet Direttiva dwar il-Posta (2008/6/KE); |
37. |
Jemmen li l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ambjent diġitali meħtieġ għall-intrapriżi, b'mod partikolari għall-SMEs; jistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu “one-stop-shops” għall-VAT sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ elettroniku transkonfinali għall-SMEs u l-intraprendituri u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-użu mifrux ta' riċevuti elettroniċi; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li, sal-2015, tal-anqas 50 % tal-akkwisti pubbliċi kollha jitwettqu b'mezzi elettroniċi, kif stabbilit mill-Pjan ta' Azzjoni maqbul fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Gvern-e li saret f'Manchester fl-2005; |
39. |
Hu tal-opinjoni li, wara kważi għaxar snin mill-adozzjoni tagħhom, id-Direttivi dwar il-qafas ta' ħidma legali għas-soċjetà tal-informazzjoni jidher li għadda żmienhom minħabba l-kumplessità akbar tal-ambjent online, l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u l-fatt li d-data taċ-ċittadini tal-UE kulma jmur dejjem aktar qed jiġu pproċessati barra mill-UE; jemmen li billi l-kwistjonijiet legali mqajma minn xi Direttivi jistgħu jissolvew permezz ta' tiġdid gradwali, Direttivi oħra għandhom bżonn ta' reviżjoni aktar radikali u li għandha tiġi promossa l-adozzjoni ta' qafas internazzjonali għall-protezzjoni tad-data; |
40. |
Jenfasizza l-valur potenzjali tal-bidla diġitali tas-servizzi pubbliċi (gvern-e) għaċ-ċittadini u l-impriżi, li tiggarantixxi provvista aktar effikaċi u personalizzata ta' servizzi pubbliċi; jitlob lill-Istati Membri sabiex jaħtfu l-għodda tal-ICT sabiex itejbu t-trasparenza u l-kontabilità tal-azzjoni tal-gvern u biex jikkontribwixxu għal demokrazija aktar parteċipattiva li tinvolvi l-gruppi soċjo-ekonomiċi kollha, tkabbar l-għarfien ta' utenti ġodda u l-ħolqien ta' fiduċja u kunfidenza; jitlob lill-Istati Membri sabiex ifasslu pjanijiet nazzjonali għall-bidla diġitali tas-servizzi pubbliċi, li għandhom jinkludu miri u miżuri biex is-servizzi pubbliċi jkunu kollha online u aċċessibbli għal persuni b'diżabilità sal-2015; |
41. |
Jenfasizza l-importanza tal-broadband għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej waqt li jippermetti l-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni dwar is-saħħa effiċjenti, billi jtejbu l-kwalità tal-kura, u ġeografikament jestendu l-kura tas-saħħa għal żoni rurali insulari, fil-muntanji u popolati b'mod spars, jiffaċilitaw il-kura fid-dar u jnaqqsu trattamenti mhux meħtieġa u trasferimenti tal-pazjenti għaljin; ifakkar li l-broadband jista' jgħin biex iħares liċ-ċittadini Ewropej billi jiffaċilita u jippromwovi informazzjoni u proċeduri tas-sikurezza pubblika u r-reazzjoni għad-diżastri u l-irkupru; |
42. |
Jinnota li t-teknoloġiji tal-ICT huma ta' importanza partikoalri għal persuni b'diżabbiltà, li għandhom ħtieġa akbar minn ta' ħaddieħor għall-assistenza teknoloġika fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum; iqis li l-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt jaqsmu, fuq termini ugwali, fl-iżvilupp rapidu ta' prodotti u servizzi dderivati mit-teknoloġiji l-ġodda, ġaladarba dan jippermettilhom jissieħbu f'soċjetà tal-informazzjoni inklussiva u bla ostakli; |
43. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' żvilupp tal-“Ħames Libertà” biex tippermetti l-moviment ħieles ta' kontenut u għarfien, u biex sal-2015 jinkiseb qafas legali sempliċi u ta' użu faċli għall-konsumatur għall-aċċess tal-kontenut diġitali fl-Ewropa, li jagħti ċertezza lill-konsumaturi u jiżgura bilanċ bejn id-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-kontent u l-għarfien; iħeġġeġ lill-UE, sabiex fid-dawl tal-pass tal-iżvilupp teknoloġiku, tħaffef id-dibattitu dwar id-dritt tal-awtur u tanalizza l-impatt ta' titolu tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur skont l-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE sabiex tipprovdi ħarsien uniformi tad-drittijiet intelletwali tal-awtur madwar l-Unjoni kollha, sew online kif ukoll offline; |
44. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-industriji kreattivi u kulturali Ewropej mhux biss għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni tad-diversità kulturali, tal-pluraliżmu tal-midja u tad-demokrazija parteċipattiva fl-Ewropa, iżda huma wkoll mezz importanti ta' tkabbir sostenibbli fl-Ewropa, u għalhekk jista' jkollhom rwol deċiżiv fl-irkupru ekonomiku tal-UE; jirrikonoxxi l-bżonn li jitrawwem ambjent li jkompli jħeġġeġ l-industrija kreattiva; jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali fl-inizjattivi politiċi kollha relatati mal-Aġenda Diġitali; |
45. |
Jenfasizza li aġenda diġitali Ewropea għandha tippromwovi l-produzzjoni u t-tixrid ta' kontenut ta' kwalità għolja u b'diversità kulturali fl-UE sabiex iċ-ċittadini tal-UE jingħataw inċentivi biex jadottaw teknoloġiji diġitali bħall-Internet, u biex il-benefiċċji kulturali u soċjali li jistgħu jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE permezz ta' dawk it-teknoloġiji jkunu kbar kemm jista' jkun; jirrakkomanda li titnieda kampanja ta' informazzjoni fil-livell tal-UE sabiex jinkiseb livell ogħla ta' għarfien, partikolarment permezz tal-iżvilupp u t-tixrid ta' kontenut kulturali diġitali; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra, fil-programm ta' ħidma leġiżlattiva tagħha, il-possibbiltà li l-Istati membri jitħallew japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għad-distribuzzjoni online tal-prodotti kulturali; |
46. |
Jenfasizza li l-Internet, li joffri ħafna opportunitajiet ġodda għat-tixrid ta' u l-aċċess għall-prodotti ta' ħidma kreattiva, jqiegħed ukoll sfidi ġodda għas-sigurtà taċ-ċiberspazju tal-Unjoni Ewropea kontra forom ġodda ta' kriminalità u ksur; jinnota li s-sanzjonijiet, bħala waħda mill-għodod possibbli fil-qasam tad-drittjiet tal-awtur, għandhom ikunu mmirati lejn l-isfruttaturi kummerċjali qabel iċ-ċittadini individwali, bħala punt ta' prinċipju; |
47. |
Jemmen li, fid-dawl tat-teknoloġiji l-ġodda, tal-mezzi l-ġodda għat-twassil diġitali u l-bidliet fl-aġir tal-konsumaturi, l-UE teħtieġ li tippromwovi linji ta' politika min-naħa tal-provvista u għandha tikkunsidra l-iżvilupp ulterjuri tar-regoli dwar il-liċnezjar u l-ikklerjar; jitlob għal sistema ta' ġestjoni trasparenti tad-drittijiet u ta' ikklerjar imtejba, aktar effiċjenti u aktar konsistenti għax-xogħolijiet mużikali u awdjoviżivi u għal aktar trasparenza u kompetizzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-ġbir tal-ġestjoni tad-drittijiet; |
48. |
Jenfasizza li għandha tingħata iktar attenzjoni, fl-Aġenda Diġitali ġdida, lid-diġitalizzazzjoni tal-patrimonju kulturali uniku tal-Ewropa u lit-titjib tal-aċċess taċ-ċittadini għalih; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ finanzjarju adegwat għall-politika ta' diġitalizzazzjoni tal-UE, billi jħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet adegwati għall-ostakli legali attwali; |
49. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-ġejjieni tal-proġett a diġitali Ewropea jekk ma jsirux tibdiliet radikali fl-oqsma tal-format diġitali tal-librerija u l-ġestjoni, l-effiċjenza, il-fattibbiltà, is-siwi u l-medjatizzazzjoni fuq skala kbira tal-proġett; |
50. |
Jikkunsidra li, flimkien mal-iskjerament konsistenti tal-ICT, hu essenzjali li tiġi promossa l-eċċellenza fir-riċerka fl-ICT u li jitħeġġeġ l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni ta' riskju għoli u kollaborattiva fl-ICT; jisħaq li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-Internet, cloud computing, ambjenti intelliġenti u superkompjuters, u ta' applikazzjonijiet tal-ICT b'livelli baxxi ta' karbonju; jipproponi l-irduppjar tal-baġit tal-UE għar-riċerka dwar l-ICT u l-multiplikazzjoni b'erba' darbiet tal-baġit dwar it-tħaddim tal-ICT, fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss; |
51. |
Jiddeplora l-fatt li, fir-rigward ta' li jinġibed, jiġi żviluppat u jinżamm it-talent akkademiku fl-ICT, l-Ewropa għadha lura meta mqabbla ma' swieq oħra ewlenin u ġġarrab telf sostanzjali tal-imħuħ minħabba kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol għall-akkademiċi u r-riċerkaturi fl-Istati Uniti; jisħaq li, biex tindirizza din il-problema, l-Ewropa jeħtiġilha taħdem mad-dinja akkademika, flimkien mal-industrija, biex tiżviluppa programm vitali ta' żvilupp tal-karrieri li jappoġġa r-rwol kruċjali tal-komunità tar-riċerka xjentifika fi strateġija wiesgħa u ta' klassi dinjija għall-innovazzjoni fl-ICT; |
52. |
Jikkunsidra li sal-2015 l-istituzzjonijiet u l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka kollha għandhom jingħaqdu permezz tan-netwerk tat-trażmissjoni Gbps b'veloċità tassew għolja, waqt li tinħoloq intranet għall-komunità tar-riċerka Ewropea; |
53. |
Isejjaħ għal aktar investiment fl-użu ta' softwer b'sors miftuħ fl-UE; |
54. |
Jitlob li jsir investiment ġdid fir-riċerka sabiex jiġu implimentati aħjar l-istrumenti diġitali eżistenti, biex jiġi garantit l-aċċess taċ-ċittadini kollha għall-prodotti kulturali; |
55. |
Hu mħasseb bil-burokrazija żejda fil-Programm Kwadru tal-UE (FP); jitlob lill-Kummissjoni biex telimina l-burokraija żejda billi terġa tfassal il-proċessi tal-Programm Qafas bla ma tipperikola l- programm, u billi toħloq bord tal-utenti; |
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta mal-Istati Membri b'liema mod id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE dwar il-kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u t-traspożizzjoni tagħhom jistgħu jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni u, fejn xieraq, biex tidentifika l-aħjar prattiki; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-iżvilupp ta' indikaturi tal-innovazzjoni f'kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi; |
57. |
Ifakkar li l-kompetittivita fil-ġejjieni tal-Ewropa u l-kapaċità tagħha li tirkupra mill-kriżi ekonomika attwali fil-parti l-kbira jiddependu minn kemm hija kapaċi tiffaċilita l-iskjerament ġenerali u effikaċi tal-ICT fl-impriżi; jinnota madankollu li l-SMEs għandhom lura ħafna meta mqabbla ma' impriżi kbar u jiġbed attenzjoni speċjali għall-garanziji li għandhom jingħataw lil mikroimpriżi u impriżi żgħar biex jiżguraw li ma jiċċaħdux mill-benefiċċji tal-iżvilupp tal-ICTs; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jżidu l-appoġġ tal-SMEs fir-rigward tal-użu tal-għodod tal-ICT biex ikattru l-produttività tagħhom; |
58. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tressaq pjan diġitali biex tippromwovi opportunitajiet tan-negozju online, primarjament immirati biex joffru alternattivi għal dawk in-nies li reċentement spiċċaw bla xogħol fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja. hu tal-fehma li l-pjan għandu jikkonsisti fid-disponibiltà ta' softwer u ħardwer għal but ta' kulħadd flimkien ma' konnessjoni tal-Internet b'xejn u konsulenza b'xejn; |
59. |
Jikkunsidra li l-aġenda 2015.eu għandha timmira biex tintegra l-ICT għall-ilħiq ta' ekonomija b'livelli baxxi ta' karbonju; jitlob l-isfruttar tat-teknoloġiji tal-ICT sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' 20-20-2- tal-istrateġija għall-Bidla fil-Klima; jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet bħalma huma l-grids intelliġenti tal-enerġija, il-kejl intelliġenti, il-mobbiltà intelliġenti, il-ġestjoni intelliġenti tal-ilma u s-saħħa-e jeħtieġ li jitqiesu bħala inizjattivi ewlenin ta' 2015.eu; jindika wkoll li l-impatt tas-settur tal-ICT għandu jitnaqqas b'50 % sal-2015; |
60. |
Iqis li l-kummerċ internazzjonali għandu jkun immexxi mill-prinċipju tal-kummerċ ġust, bil-għan li jilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ftuħ tas-swieq u l-protezzjoni leġittima ta' diversi setturi ekonomiċi, b'attenzjoni partikolari fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjali; |
61. |
Jikkunsidra li s-sjieda tal-aġenda 2015.eu mil-livelli politiċi u ġeografiċi kollha (UE, nazzjonali u reġjonali) fl-ispirtu tal-gvernanza fuq diversi livelli, kif ukoll il-viżibilità politika, huma prerekwiżiti essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva; f'dan ir-rigward jipproponi l-organizzazzjoni perjodika ta' Samits dwar l-Aġenda Diġitali biex jirrivedu l-progress fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jġeddu l-ispinta politika; |
62. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni b'mod speċifiku għall-ħtieġa li jitfasslu objettivi u miri SMART (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, adegwati, realistiċi u bi skadenzi fissi) u għall-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni li jimmobbilizza l-istrumenti adegwati kollha tal-UE: finanzjament, strumenti semilegali, infurzar u, fejn meħtieġ, leġiżlazzjoni mmirata fl-oqsam ta' politika rilevanti kollha (jiġifieri l-politiki tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, il-koeżjoni); jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq reviżjoni regolari tal-kisbiet tal-istrateġija 2015.eu fuq il-bażi ta' firxa wiesgħa ta' indikaturi li jippermettu analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-impatti soċjali u ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lll-Istati Membri biex jiżguraw koordinament adegwat fost il-programmi tal-UE, dawk nazzjonali u dawk reġjonali f'dan il-qasam; |
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 133.
(2) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 364.
(3) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 87.
(4) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 370.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/54 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
L-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina
P7_TA(2010)0141
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina (2009/2213(INI))
2011/C 81 E/09
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-ħames Samits tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea, li saru s'issa f’Rio de Janeiro (fit-28 u d-29 ta' Ġunju 1999), f’Madrid (fis-17 u t-18 ta' Mejju 2002), fi Guadalajara (fit-28 u d-29 ta' Mejju 2004), fi Vjenna (fit-12 u t-13 ta' Mejju 2006) u f'Lima (fis-16 u s-17 ta' Mejju 2008),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-XIV-il Laqgħa Ministerjali bejn il-Grupp ta' Río u l-Unjoni Ewropea, li saret fi Praga fit-13 u l-14 ta' Mejju 2009,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu ta' San José bejn it-Trojka tal-Unjoni Ewropea u l-Ministri tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, li saret fi Praga fl-14 ta' Mejju 2009,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-XIX-il Samit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li sar f'Estoril (il-Portugall) bejn id-29 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2009 (Dikjarazzjoni ta' Lisbona),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 dwar “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija” (COM (2009)0495),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, tat-8 ta' Diċembru 2009,
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EuroLat), u partikolarment ir-riżoluzzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina fil-prospettiva tal-V Samit ta' Lima, b'riferenza speċjali għall-governanza demokratika, tal-20 ta' Diċembru 2007, ir-Riżoluzzjoni dwar il-Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà, tat-8 ta' April 2009, u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-Sħubija Unjoni Ewropea - Amerika Latina fil-prospettiva tas-VI Samit f'Madrid f'Mejju 2010, tal-15 ta' Ottubru 2009,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2001 dwar sħubija globali u strateġija komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (1), tas-27 ta' April 2006 dwar sħubija iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (2), u tal-24 ta' April 2008 dwar il-Ħames Samit bejn l-Amerika Latin u l-Karibew u l-Unjoni Ewropea f’Lima (3),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010, dwar it-terremot f'Ħaiti, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-Venezwela u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tal-kuxjenza f'Kuba,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-qtil tan-nisa (femminiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali u r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0111/2010),
A. |
billi s-Sħubija Strateġika Bireġjonali bejn l-UE u l-Amerika Latina hi essenzjali, u hu importanti għaż-żewġ reġjuni li jkomplu japprofondixxu u jtejbu din is-Sħubija, |
B. |
billi t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina jikkostitwixxi waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola tal-UE u tal-presidenzi futuri tal-Belġju u l-Ungerija, |
C. |
billi din is-Sħubija Strateġika Bireġjonali għamlet progress notevoli sa mill-ewwel samit tagħha fl-1999, b'mod partikulari bil-ħolqien fis-Samit ta' Vjenna tal-Assembla EuroLat – il-fergħa parlamentari tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali – iżda baqa' progress x'isir u sfidi x'jingħelbu, |
D. |
billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali hi l-integrazzjoni reġjonali, bil-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Subreġjonali u bilaterali flimkien mas-Sħubijiet Strateġiċi, |
E. |
billi l-Għaqda tan-Nazzjonijiet tal- Amerika t'Isfel (UNASUR) – minkejja li n-natura tagħha hija differenti minn dik tal-proċessi l-oħra ta' integrazzjoni tal-Amerika t’Isfel (ACN, Mercosur u CAIS) – tista’ tagħti spinta lil dawk il-proċessi ta' integrazzjoni, |
F. |
billi, quddiem il-possibilità ta' kunflitti inter-Amerikani preżenti jew futuri jaqbel li l-gvernijiet ikkonċernati, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jużaw kull possibilità ta' rimedju legali quddiem il-ġurisdizzjonijiet Latin Amerikani qabel jirrikorru għall-ġurisdizzjonijiet barra s-subkontinent Latin Amerikan, |
G. |
billi l-infiq militari kemm fl-Amerika Latina u kemm fl-Ewropa żdied b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin, |
H. |
billi din is-sħubija strateġika bireġjonali kkonsolidat aktar il-koordinazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fi ħdan il-fora u l-istituzzjonijiet internazzjonali, u billi barra mit-twaqqif ta' aġenda komuni, jeħtieġ li jibqgħu jiġu kkoordinati pożizzjonijiet dwar temi ta' importanza dinjija, filwaqt li jitqiesu l-interessi u t-tħassib taż-żewġ partijiet, |
I. |
wara li kkunsidra l-avveniment storiku tar-ratifikazzjoni reċenti mill-UE tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u dak li tista' tirrappreżenta l-implimentazzjoni tagħha inkwantu tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ċivili u soċjali u tal-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għal iktar minn 60 miljun persuna b'diżabilità li jgħixu fl-Amerika Latina, |
J. |
billi ħadet il-kariga amministrazzjoni ġdida fl-Istati Uniti, liema amministrazzjoni ġabet magħha tamiet kbar, |
K. |
billi fl-Amerika Latina jgħixu aktar minn 600 miljun persuna, li jikkontribwixxu 10 % tal-prodott gross domestiku dinji, hemm aktar minn 40 % tal-ispeċijiet veġetali tal-pjaneta u hemm kapital uman straordinarju, |
L. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina huma bbażati fuq valuri komuni, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huwa aspett ewlieni tas-sħubija strateġika, |
M. |
billi l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina huwa ta' benefiċċju reċiproku u jista' jġib vantaġġi kemm għall-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi kollha tal-Amerika Latina, |
N. |
billi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politiki kollha tista' tgħin biex is-soċjetajiet isiru aktar ġusti u demokratiċi, fis-sens li fihom kemm in-nisa u kemm l-irġiel jitqiesu ndaqs fl-aspetti kollha tal-ħajja, |
O. |
billi l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew jirrappreżentaw aktar minn biljun persuna u terz tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, |
P. |
billi l-UE hi l-ikbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp, l-investitur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali fl-Amerika Latina - u l-akbar waħda fil-każ tal-Mercosur u ċ-Ċilì - u li sa mit-tnedija tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali fl-1999, iffinanzjat proġetti u programmi għal total ta' EUR 3 biljuni, |
Q. |
billi l-irkupru mir-reċessjoni dinjija se jibqa' miexi bil-mod fl-2010; billi, minkejja li l-Amerika Latina rreżistiet il-kriżi aħjar minn ekonomiji avvanzati oħra u li bħala medja se tikber bi kważi 3 % fl-2010, l-irkupru se jkun inugwali ħafna u l-livell ta' tkabbir mhux se jkun biżżejjed biex itejjeb b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet soċjali tal-popolazzjoni, li għad għandha livell ta' ħarsien soċjali inferjuri ħafna meta mqabbel ma' dak li jgawdu s-sħab Ewropej, |
R. |
billi hemm livell għoli ta' qgħad taż-żgħażagħ f’ċerti pajjiżi ewlenin tal-Amerika Latina u l-Istati Membri tal-UE, |
S. |
billi, minkejja li sar progress sinifikanti, ir-reġjun għandu indikazzjonijiet skunċertanti dwar il-mortalità ta' trabi u ommijiet, |
T. |
billi l-produzzjoni u t-traffiku tad-droga għadhom problema kbira fir-reġjun; billi l-kultivazzjoni tal-kokaina żdiedet fl-Amerika Latina u billi hemm diverġenza politika u kulturali bejn il-konvenzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tan-NU, li jqisuha bħala kultivazzjoni pprojbita, u l-pożizzjoni uffiċjali ta' ċerti gvernijiet, li jaffermaw li l-pjanta hija parti mill-kultura indiġena tagħhom, |
U. |
wara li kkunsidra s-sitwazzjoni tal-faqar, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni li jikkaratterizzaw ċerti komunitajiet indiġeni f’bosta mill-pajjiżi tal-Amerika Latina, |
V. |
billi jinħtieġ titjib sinifikanti f'setturi bħall-enerġija, l-ilma, l-infrastrutturi u l-komunikazzjonijiet, sabiex jilħqu dak li diġà sar fis-settur tat-telekomunikazzonijiet, |
W. |
billi l-iżvilupp tar-reġjun Latin Amerikan u l-kapaċità tiegħu li jikkontribwixxi għall-proċessi ta' integrazzjoni se jkunu mxekkla jekk l-infrastrutturi ma jiġux adattati sew, |
X. |
billi fl-Amerika Latina hemm tħassib kbir dwar il-politika tal-UE fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-ħtieġa li jintlaħqu ftehimiet li jqisu l-interessi leġittimi tas-sħab mill-Ewropa u l-Amerika Latina dwar dan is-suġġett delikat ħafna, |
Y. |
billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) beda l-ħidma tiegħu fl-Amerika Latina fl-1993 u li għall-mandat attwali tiegħu (2007-2013) għandu EUR 2.8 biljun għall-finanzjament ta' proġetti fir-reġjun, |
Z. |
billi l-innovazzjoni u l-għarfien huma strumenti fundamentali sabiex jinqered il-faqar, ikun miġġieled il-ġuħ u jintlaħaq l-għan tal-iżvilupp sostenibbli - bħalma nnota l-aħħar Samit Ibero-Amerikan, |
AA. |
billi studju riċenti li sar mill-Organizzazzjoni ta' Stati Ibero-Amerikani għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (OEI) u mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC) semmew iċ-ċifra ta' EUR 55 biljun bħala l-baġit meħtieġ biex ikunu irrealizzati, fl-għaxar snin bejn l-2011 u l-2021, il-Miri Edukattivi 2021 li għandhom l-għan li jtemmu l-inugwaljanzi enormi li jeżistu attwalment, li jeqirdu l-illiteriżmu, li jiggarantixxu edukazzjoni għall-15-il miljun tifel u tifla bejn 3 u 6 snin li s'issa ma jmorrux skola, joħolqu sistemi solidi u effiċjenti ta' taħriġ vokazzjonali u jtejbu b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-Universitajiet, |
1. |
Jilqa' pożittivament il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija” maħsuba biex tidentifika, tevalwa u tagħmel proposti operattivi għall-ilħuq ta' Sħubija Strateġika Bireġjonali sħiħa; |
2. |
Jilqa' l-isforzi li saru mill-Presidenza Spanjola biex tiżgura l-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija UE-Amerika Ċentrali, il-ftehimiet kummerċjali bejn diversi partijiet mal-Kolombja u l-Perù, u r-rieda u l-impenn evidenti tagħha għat-tnedija mill-ġdid tan-negozjati bejn l-UE u l-Mercosur; |
3. |
Itenni li l-appoġġ lid-diversi proċessi ta' integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Latina hu prinċipju bażiku għas-Sħubija Strateġika Bireġjonali u għandu fiduċja li din is-Sħubija tagħti lok għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet dwar sitwazzjonijiet ta' kriżi u kwistjonijiet ta' importanza dinjija, fuq il-bażi ta' valuri, interessi u tħassib reċiproċi; |
4. |
Jinnota t-tibdil politiku li seħħ fiż-żewġ reġjuni u jsemmi l-ħtieġa li wieħed joqgħod attent għall-iżviluppi sabiex jekk ikun meħtieġ, il-politika Latina-Amerikana tal-UE tiġi orjentata mill-ġdid u adattata għaċ-ċirkostanzi l-ġodda; |
5. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija msejsa s-sħubija strateġika bireġjonali, bħad-demokrazija pluralista u rappreżentattiva, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem (politiċi, ekonomiċi u soċjali) u l-libertajiet fundamentali, il-libertà tal-espressjoni, l-Istat kostituzzjonali u l-istat tad-dritt, ir-rispett ta' proċess xieraq, iċ-ċertezza legali u t-tiċħid ta' kull forma ta' dittatura jew tmexxija awtoritarja; |
6. |
Jistieden lil dawk kollha involuti fl-isħubija strateġika bireġjonali biex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom fil-qasam tal-governanza u l-ġustizzja soċjali; |
Viżjoni strateġika tal-Parlament dwar is-sħubija strateġika bireġjonali UE-Amerika-Latina
7. |
Jerġa' jafferma li l-objettiv aħħari tas-sħubija strateġika bireġjonali UE-Amerika-Latina hu l-ħolqien ta' żona Ewro-Latinamerikana ta' sħubija globali interreġjonali sa, bejn wieħed u ieħor, l-2015 fl-oqsma tal-politika, l-ekonomija, il-kummerċ, is-soċjetà u l-kultura, intiża biex tiggarantixxi żvilupp sostenibbli għaż-żewġ reġjuni; |
Mezzi biex jintlaħqu l-objettivi ta' żona Ewro-Latinamerikana ta' sħubija globali interreġjonali:
fil-qasam politiku tas-sħubija strateġika bireġjonali
8. |
Jitlob li l-possibilitajiet ġodda tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona jintużaw għall-benefiċċju tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali; |
9. |
Jitlob li l-Viċi President / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tiżgura l-għaqda, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-Unjoni rigward l-Amerika Latina bl-appoġġ tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u b'parteċipazzjoni attiva fis-samit li jmiss bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Mejju 2010 f'Madrid; |
10. |
Jistieden, b’mod partikolari, lill-Viċi President / ir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill biex tistabbilixxu linji gwida għall-aqwa metodu ta' ħidma mill-qrib flimkien sabiex jitrawwem multilateraliżmu effettiv, tiġi żgurata l-preżervazzjoni tal-ambjent u r-riżorsi naturali, jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, tingħata spinta lill-kapaċitajiet taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi tan-NU, tiġi żgurata l-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju, u, fi ħdan il-qafas tal-liġi internazzjonali, ikun miġġieled it-theddid komuni għall-paċi u s-sigurtà, inkluż it-traffikar tad-drogi u l-armi illegali, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, skont id-deċiżjonijiet li ttieħdu f’Lima; |
11. |
Jitlob ukoll li jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati ta' kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Assemblea EuroLat u d-diversi entitajiet tal-UE, kif ġie stabbilit fil-konklużjonijiet fis-Samit ta' Lima; |
12. |
Itenni li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ġejjieni għandu jiżgura li l-PE jkollu, interlokuturi validi fid-delegazzjonijiet tal-UE, speċjalment f'reġjuni kruċjali bħall-Amerika Latina, sabiex tkun iggarantita kooperazzjoni sħiħa mal-Parlament; |
13. |
Jirrakkomanda li tiġi adottata Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà li, abbażi tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali relatata, tkun tinkludi strateġiji u linji gwida għal azzjoni konġunta fl-oqsma tal-politika u tas-sigurtà biex taffronta t-theddidiet komuni li qed jiffaċjaw is-sħab tas-sħubija strateġika bireġjonali; |
14. |
Jikkumplimenta lill-UNASUR dwar il-ħidma li wettqet u l-eżitu diplomatiku li kisbet fl-Amerika t’Isfel; |
15. |
Jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-istabilità interna ta' ħafna mis-sħab Latin Amerikani għadha dipendenti mir-riforma l-Istat, li trid tinkludi l-kwistjoni tal-integrazzjoni sħiħa u effettiva tal-popli indiġeni kollha u minoranzi oħra fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex tkun evitata diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip u jingħata appoġġ għad-drittijiet kulturali u t-tradizzjonijiet tagħhom, li jservu biex is-soċjetà ssir iktar rikka u tissaħħaħ il-governanza demokratika; |
16. |
Iwissi li ġudikatura effiċjenti u indipendenti u kif ukoll politika effettiva ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan amministrazzjoni responsabbli, verifikabbli u trasparenti, jipprovdu sigurtà liċ-ċittadini, u b'hekk isaħħu l-fiduċja tagħhom fis-sistema parlamentari rappreżentattiva u jevitaw l-indifferenza lejha; |
17. |
Jitlob li jitkompla u jiġi approfondit djalogu kostruttiv dwar il-kwistjonijiet ta' migrazzjoni fiż-żona Ewro-Latinamerikana, kemm mal-pajjiżi ta' destinazzjoni kif ukoll mal-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi ta' tranżitu; jappoġġa f'dan ir-rigward, id-djalogu bireġjonali strutturat u komprensiv bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew li beda fit-30 ta' Ġunju 2009, u b'hekk ta spinta għar-realizzazzjoni tal-impenji li ttieħdu fis-Samit ta' Lima; jilqa' wkoll it-twaqqif, fi ħdan l-Assemblea Parlamentari EwroLat, ta' grupp ta' ħidma dwar il-migrazzjoni, li għandu l-għan li joħloq spazju ta' djalogu u suġġerimenti f'dan il-qasam, filwaqt li jitqiesu s-sensibilitajiet taż-żewġ sħab dwar il-kwistjoni; |
18. |
Jirrakkomanda, għal proġetti li għaddejjin bħalissa fil-Perù, fil-Kolombja u fil-Bolivja, żieda fl-approprjazzjonijiet maħsuba għall-finanzjament ta' qirda ta' kultivazzjonijiet ta' drogi permezz tal-iżvilupp alternattiv waqt li jinstabu mezzi kif ikunu assoċjati l-popolazzjonijiet ikkonċernati; |
19. |
Jiddispjaċih mill-fatt li l-isforzi finanzjarji ta' xi pajjiżi pprijoritizzaw żieda eċċessiva fl-infiq militari fi żmien meta huwa essenzjali li jitnaqqsu l-effetti tan-nuqqas fl-iżvilupp, il-faqar, il-pandemiji, il-malnutrizzjoni, il-kriminalità u d-diżastri naturali; |
20. |
Jisħaq li t-tibdil fil-klima u t-tisħin globali għadu prijorità fl-aġenda politika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm ftehim dwar pożizzjonijiet konġunti fid-diversi fora għad-djalogu dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, partikolarment fil-qafas tan-NU, filwaqt li jingħata sostenn lis-Samit li se jsir fil-Messiku fl-aħħar tal-2010; jitlob, barra minn hekk, għat-tkomplija tal-laqgħat tal-ministri għall-ambjent miż-żewġ reġjuni wara l-ewwel waħda li saret fi Brussell f’Marzu 2008; jenfasizza wkoll li huma l-ifqar nies, u b'mod partikolari l-komuniatjiet indiġeni, li huma l-ewwel vittmi tal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u tat-tisħin globali; jistenna wkoll li l-azzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Investiment tal-Amerika Latina (MIAL) tista' tkun indirizzata, fost oħrajn, lejn il-proġetti maħsuba biex jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima, jiffavorixxu t-trasport pubbliku fl-inħawi, il-karozzi elettriċi, il-proġett ITT-Yasuní fl-Ekwador eċċ.; |
fil-qasam ekonomiku u kummerċjali tas-sħubija strateġika bireġjonali
21. |
Itenni l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta' żona Ewro-Latinamerikana ta' sħubija globali interreġjonali bbażata fuq mudell kompatibbli mad-“WTO – Reġjonaliżmu” f'żewġ fażijiet; |
22. |
Jappoġġa bis-sħiħ, bil-ħsieb li tintemm l-ewwel fażi, it-tkomplija mill-ġdid tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur – billi jitqies li Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' dan it-tip, li hu tal-ikbar importanza u jaffettwa lil 700 miljun ruħ, jekk jiġi konkluż malajr, ikun l-iktar ftehim bireġjonali ambizzjuż fid-dinja -, il-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim ta' Sħubija UE-Amerika Ċentral qabel is-samit f’Madrid, ir-reviżjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni u politika mal-Komunità Andina tal-2003, u l-elaborazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni li jeżistu mal-Messiku u ċ-Ċilì; jinnota li n-negozjati dwar il-ftehim kummerċjali bejn diversi partijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Komunità Andina ġew konklużi b’mod sodisfaċenti; se jimpenja ruħu biex iwettaq, bi preċiżjoni xierqa, il-proċedura ta' ratifikazzjoni parlamentari dwar dawn il-ftehimiet sabiex jiġi żgurat li jkollhom impatt pożittiv fuq l-aspetti kollha ta' interess reċiproku; |
23. |
Ifakkar li n-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali nbdew fuq il-bażi ta' approċċ reġjun b'reġjun u jenfasizza li jridu jiġu konklużi bl-istess mod, waqt li jiġi żgurat li l-ebda pajjiż ma jaqa' lura; |
24. |
Jitlob, biex titwettaq it-tieni fażi, u biex jintlaħaq ftehim ta' sħubija globali interreġjonali sa madwar l-2015, li jingħata appoġġ legali u istituzzjonali u kopertura ġeografika sħiħa tal-aspetti differenti tas-sħubija strateġika bireġjonali, u li jkunu previsti dispożizzjonijiet u regoli komuni b'kamp ta' applikazzjoni ġenerali li jiffaċilitaw l-eżerċitar tal-libertajiet differenti, b'tali modi li tissawwar l-aktar sħubija wiesgħa possibbli permezz ta' approfondiment, min-naħa, tal-ftehimiet ta' integrazzjoni ġewwa l-Amerika Latina, u min-naħa l-oħra, tal-proċess ta' sħubija tal-UE mad-diversi pajjiżi u gruppi reġjonali; |
fil-qasam soċjali tas-sħubija strateġika bireġjonali
25. |
Jirrakkomanda, bl-għan li jkun hemm azzjoni konġunta, li jiġu kkoordinati l-pożizzjonijiet taż-żewġ reġjuni dwar kif għandhom jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju fit-tħejjija għal-laqgħa tan-NU tal-ogħla livell ippjanata għal Settembru 2010, partikolarment dawk li jinvolvu azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faqar, il-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità tajba, u l-inklużjoni soċjali tal-gruppi marġinalizzati, partikolarment il-gruppi indiġeni, it-tfal, in-nisa u l-persuni b'diżabbiltà; |
26. |
Iqis li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) huma wieħed mill-aktar objettivi importanti li għandhom jintlaħqu sal-2015, billi l-investment jiġi ffokat fuq l-aktar pajjiżi foqra u l-iktar popli vulnerabbli, u jistieden liż-żewġ reġjuni biex isibu bażi komuni qabel il-laqgħa ta' livell għoli dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li għandha ssir f'Settembru 2010; |
27. |
Jemmen li l-ftuħ ta' djalogu serju u rigoruż dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni jista' jagħti spinta għall-ħolqien ta' spazju Ewro-Latinamerikan ta' innovazzjoni u għarfien, fuq l-eżempju tal-ftehim dwar l-innovazzjoni maċ-Ċilì; |
28. |
Itenni li l-edukazzjoni u l-investiment tal-kapital uman huma l-bażi tal-koeżjoni soċjali u tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku, u jitlob li jsiru sforzi determinati u jingħataw fondi adegwati kontra l-illiteriżmu, li għadu għoli fil-pajjiżi tar-reġjun u b'mod partikulari fost il-bniet u n-nisa, u l-aċċess għal edukazzjoni primarja u sekondarja pubblika u b'xejn, li hija limitata minħabba n-nuqqas ta' riżorsi fil-baġits ta' ċerti Stati; jappoġġa f'dan is-sens il-proġett imħejji mill-Organizzazzjoni ta' Stati Ibero-Amerikani (OEI) “Miri Edukattivi 2021: l-edukazzjoni li nixtiequ għall-ġenerazzjoni tal-biċentenarji”; |
29. |
Jinnota li mingħajr bidliet sostanzjali fl-ambjent soċjo-ekonomiku jkun impossibbli biex l-Amerika Latina ssir parti mis-soċjetà tal-għarfien li hija l-ass strateġiku l-iktar importanti fit-temma tal-iżvilupp; |
30. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi ta' trawwim u ta' skambju tal-għarfien u tal-prattiki tajba fid-dinja legali, bħall-ħolqien riċenti ta' Ċentru ta' Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni Ġuridika għall-Amerika Latina, ifaħħar it-twaqqif tal-“Grupo de los 100” (il-Grupp tal-Mija) u jemmen li inizjattivi bħal dawn jistgħu jkunu għodda siewja ħafna għall-appoġġ tal-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex tinbena s-sħubija strateġika bireġjonali; |
31. |
Jagħti parir lill-pajjiżi tal-Amerika Latina li qed jiffaċċjaw kwistjonijiet attwali jew potenzjali mal-ġirien tagħhom - sew jekk tilwim fuq il-fruntieri sew jekk tilwim ieħor - biex jagħmlu kull sforz biex iressqu dawn il-kwistjonijiet quddiem il-qrati maħluqa permezz tal-proċessi differenti ta' integrazzjoni jew li jittrattaw kwistjonijiet Latinamerikani u jevitaw li jressquhom fi qrati barra l-emisferu; |
32. |
Jilqa' l-isforzi li saru fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi jitlob li jsiru aktar, u jirrakkomanda l-iżvilupp ta' politiki ta' kooperazzjoni UE-Amerika Latina li jippromwovu t-tisħiħ tal-istatus legali tan-nisa u l-aċċess indaqs għall-edukazzjoni, ix-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem u soċjali u jitlob lill-gvernijiet u l-entitajiet ta' kooperazzjoni kkonċernati biex jappoġġaw inizjattivi bħal dawn b'riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati; |
33. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti fi ħdan is-sħubija strateġika biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku xieraq għall-politiki biex jipprevjenu u jipprovdu protezzjoni għal vjolenza kontra n-nisa; |
34. |
Jilqa' s-sentenza riċenti tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-femminiċidji ta' Campo Algodonero fil-Messiku bħala preċedent għar-reġjun kollu; jistieden lill-gvernijiet tal-UE, l-Amerika Latina u l-Karibew biex jużaw din is-sentenza bħala linja gwida għax-xogħol fil-ġejjieni, u biex jiżguraw li l-kundanna qawwija tal-vjolenza kontra n-nisa tkun akkumpanjata minn programmi ta' ħarsien, ta' prevenzjoni u ta' ġustizzja restawrattiva ffinanzjati kif jixraq; jitlob ukoll li jittieħed impenn b’saħħtu sabiex tkun miġġielda l-vjolenza fuq bażi ta' ġeneri b'mod ġenerali, u sabiex isir investiment xieraq fis-saħħa riproduttiva u fi programmi mfassla biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-edukazzjoni sesswali u l-aċċess għal metodi ta' ppjanar tal-familji, skont il-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (1994); |
35. |
Ifaħħar l-isforzi magħmula fil-qasam tal-koeżjoni soċjali tul dawn l-aħħar snin mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Bank Inter-Amerikan tal-Investiment (IDB), il-Programm tan-Nazzjonijiet Unit tal-Iżvilupp (UNDP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji, u jirrakkomanda t-tiġdid u l-intensifikazzjoni tal-Programmi EUROsociAL, URB-AL u EUrocLIMA; kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa fil-futur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità bl-għan tal-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs favur 60 miljun ċittadin li, kaġun ta' xi tip ta' diżabilità, jiffaċċjaw riskji kbar ta' esklużjoni soċjali fir-reġjun Latinamerikan; |
36. |
Itenni l-importanza tal-qsim ta' esperjenzi b'rabta ma' kwistjonijiet ta' interess maqsum, bħall-koeżjoni soċjali bħala mezz biex jiġi miġġieled il-faqar u jitnaqqsu l-inugwaljanzi; jappoġġa f'dan ir-rigward, il-Forum UE-ALK dwar il-Koeżjoni Soċjali, li sar f'livell ministerjali f'Lima, fit-8, id-9 u l-10 ta' Frar 2010, u li ffoka fuq it-tema “Nippromwovu xogħol deċenti għaż-żgħażagħ: kif għandna nippromwovu l-koeżjoni soċjali” u jilqa' d-dikjarazzjoni finali ta' Bahia adottata wara r-Raba’ Laqgħa Internazzjonali tan-netwerks EUROsociAL f'Ġunju 25, 2009; |
37. |
Jilqa’ l-laqgħa EU-LAC dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali li se ssir bejn il-ministri u l-uffiċjali l-kbar b’responsabbiltà għal kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali f’Alcalá de Henares (qrib Madrid) fit-13 u l-14 ta' Mejju 2010, u jappoġġa wkoll il-ħidma tal-Organizzazzjoni ta' Sigurtà Soċjali Ibero-Amerikana (OISS) fil-promozzjoni tal-benesseri ekonomiku u soċjali permezz tal-qsim ta' esperjenzi u koordinazzjoni marbuta mas-sigurtà, u jitlob li kemm il-laqgħa ministerjali u kemm l-OISS jippreżentaw proposti kreattivi biex jiżguraw il-massimu tal-kopertura soċjali tal-popolazzjonijiet ikkonċernati; |
38. |
Jinnota li l-integrazzjoni reġjonali, li hi mfittxa minn bosta gvernijiet Latin Amerikani u ffaċilitata mill-UE, qed tħabbat wiċċha mal-problemi serji tan-nuqqas ta' infrastruttura, kummerċ intrareġjonali insuffiċjenti u għarfien limitat f’pajjiżi individwali tal-personaġġi politiċi, soċjali u ekonomiċi ewlenin fil-pajjiżi l-oħra; |
39. |
Itenni li strateġija bbażata fuq miżuri prattiċi li jiffavorixxu l-integrazzjoni (li jkopru t-toroq, il-ferroviji, il-pajpijiet taż-żejt u l-gass, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-kummerċ interreġjonali, fost affarijiet oħra) u miżuri biex jitqajjem l-għarfien pubbliku dwar il-personaġġi ewlenin fir-reġjun jagħtu spinta lill-integrazzjoni u jsaħħu s-sens ta' komunità fir-reġjun; |
40. |
Jenfasizza li, biex ikun evitat li t-tkabbir tar-reġjun jistaġna u li l-iżvilupp sostenibbli jiġi bblukkat, hija meħtieġa strateġija kkoordinata fis-setturi tal-enerġija, tal-ilma u tal-komunikazzjonijiet; |
41. |
Jirrakkomanda lill-gvernijiet fl-Amerika Latina - u jitlob l-appoġġ kollu possibbli mill-Unjoni Ewropea f'din il-ħidma enormi - li minħabba sitwazzjoni soċjali diffiċli f'kuntest ekonomiku relattivament tajjeb, jadottaw miżuri sodi u permanenti bħall-investimenti fix-xogħlijiet pubbliċi, il-promozzjoni tas-suq intern, il-protezzjoni ta' intrapriżi żgħar u medji, l-iżvilupp tal-kreditu, iż-żdiedu tal-investimenti fis-saħħa u l-edukazzjoni, attenzjoni akbar għall-qgħad taż-żgħażagħ u għad-diskriminazzjoni fl-impjieg minħabba s-sess; |
42. |
Ifakkar, f’dan is-sens, li – minkejja li mhux faċli li jinkisbu fondi xierqa għall-għanijiet ta' hawn fuq – huwa meħtieġ li tinħoloq sistema tat-taxxi moderna, ġusta u indaqs li tkun tista’ tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li tirrevedi l-infiq militari eċċessiv; |
43. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi Latin Amerikani b’popolazzjonijiet indiġeni biex jimplimentaw, permezz ta' kooperazzjoni iktar mill-qrib, pjanijiet effettivi għall-ġlieda kontra l-ġuħ, in-nuqqas ta' żvilupp, l-illitteriżmu u l-mard kroniku; |
44. |
Hu tal-fehma li l-objettiv ta' koeżjoni soċjali tas-sħubija UE/ALK jista’ jintlaħaq biss sal-punt li din tiġġenera livell għoli ta' żvilupp u ġustizzja fid-distribuzzjoni tad-dħul u tal-ġid, u li dan l-objettiv jirrikjedi li jittieħdu miżuri konkreti għall-qerda tal-faqar skont l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u għat-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja fil-pajjiżi ALK; |
45. |
Jisħaq fuq l-importanza tas-sigurtà alimentari għall-pajjiżi ALK u ta' kapaċitajiet adegwati għall-ħżin tal-ikel biex jiġu ffaċċjati l-isfidi ġejjiena għall-provvista tal-ikel; |
46. |
Jistieden lill-UE tobbliga lill-korporazzjonijiet transnazzjonali bbażati fl-UE sabiex japplikaw l-istandards ekoloġiċi u soċjali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali, bħall-Aġenda dwar Xogħol Diċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, fil-pajjiżi ALK bħala standards minimi u sabiex ma jevitawx li jilħqu dawn l-istandards; |
Mekkaniżmi għall-ilħuq tal-għanijiet aħħarija tas-sħubija strateġika:
mekkaniżmi istituzzjonali
47. |
Jirrakkomanda li jkomplu jsiru samits darba kull sentejn iżda jenfasizza li r-relazzjoni mal-Amerika Latina m'għandhiex tkun limitata għal viżjoni bijennali iżda li din ir-relazzjoni għandha tiġi msaħħa b'viżjoni għal medda twila taż-żmien; |
48. |
Jipproponi li jinfetaħ djalogu politiku bireġjonali b'approċċi trijangulari ġodda dwar kwistjonijiet, ambiti u interessi komuni bejn l-UE-ALK-Asja, l-UE-ALK-Afrika u l-UE-ALK-Stati Uniti, lejn spazju Ewro-Atlantiku li jinkludi l-Istati Uniti, l-Amerika Latina u l-UE; |
49. |
Itenni l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta' Fundazzjoni Ewropa-Amerika Latina u Karibew, li l-għanijiet ewlenin tagħha jkunu kontribut għat-tħejjija tas-Samits, is-segwitu tad-deċiżjonijiet u tal-linji ta' azzjoni politika li jkunu ġew deċiżi tul is-Samits, u biex isservi bħala forum ta' djalogu u ta' koordinazzjoni fil-perjodi ta' bejn is-Samits għall-atturi politiċi, ekonomiċi, istituzzjonali, akkademiċi u tas-soċjetà ċivili kollha li jieħdu ħsieb it-tisħiħ tar-relazzjonijiet Ewro-Latini-Amerikani, inkluża l-Assemblea EuroLat; |
50. |
Jipproponi li l-istruttura organizzattiva ta' din il-Fondazzjoni, tkun ispirata, f'termini simili, mill-istruttura tal-Fondazzjoni Anna Lindh li tinkludi president u bord konsultattiv, li jippreżenta lill-bord amministrattiv, lid-direttur tagħha u lin-netwerks nazzjonali tagħha, rakkomandazzjonijiet dwar l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-Fondazzjoni, liema rakkomandazzjonijiet imbagħad jiġu trażmessi lil-livelli kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernati; |
51. |
Jinsisti li l-baġit ta' din il-Fundazzjoni għandu jkun limitat iżda suffiċjenti biex din twettaq il-ħidma tagħha, iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE u dawk Latin Amerikani li jipparteċipaw, mill-baġit tal-UE, u mir-riżorsi proprji li tiġġenera il-fundazzjoni nnifsiha jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entitajiet li jagħtu l-patroċinju tagħhom b’rabta maż-żona Ewro-Latinamerikana; |
52. |
Jipproponi li jinħoloq dan li ġej, taħt il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-Fondazzjoni msemmija hawn fuq: Osservatorju tal-Migrazzjoni għaż-żona Ewro-Latinamerikana, responsabbli għall-monitoraġġ permanenti u mill-qrib tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-flussi migratorji f'din iż-żona; Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti ddedikat għas-sejbien bikri tal-kawżi ta' kunflitti potenzjali vjolenti u bl-armi, u għall-aħjar mod biex dawn ikunu evitati u biex jinżammu milli eventwalment jaggravaw; u Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni tad-Diżastri - partikolarment wara s-sitwazzjoni drammatika li nqalgħet f'Ħaiti wara t-terremot diżastruż tat-12 ta' Jannar 2010 u fiċ-Ċilì ftit wara t-terremot u t-tsunami tas-27 ta' Frar 2010 - bl-għan li jiġu elaborati strateġiji komuni, kif ukoll sistema ta' twissija f'każijiet ta' emerġenzi, bil-għan li titnaqqas il-vulnerabilità reċiproka f'każijiet ta' diżastri naturali b'riżultat tat-tibdil fil-klima jew fit-teknoloġija; |
53. |
Jenfasizza li l-ftehimiet ta' sħubija subreġjonali li qegħdin jiġu negozjati bħalissa jeħtieġ li jintlaħaq ftehim dwarhom, u jiddispjaċih dwar il-fatt li ċerti ftehimiet bħalissa qegħdin f’qagħda ta' paraliżi għal diversi raġunijiet; javża, madankollu, li fejn ikun hemm differenzi ta' opinjoni li ma jistgħux jitranġaw għandhom jiġu mfittxija soluzzjonijiet alternattivi - mingħajr ma tintesa' l-viżjoni strateġika globali - sabiex dawk il-pajjiżi li jixtiequ jistabbilixxu relazzjonijiet politiċi, kummerċjali u soċjali mal-UE ma jiġux iżolati; |
54. |
Itenni l-appoġġ mogħti mill-UE għall-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali u l-approċċ għan-negozjar “bejn blokk u ieħor” li tuża l-UE permezz ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni, bħal fil-każ tal-Amerika Ċentrali; jirrikonoxxi, madankollu, li l-pajjiżi li jridu jintensifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-UE m'għandhomx ikunu żvantaġġati minħabba problemi interni fil-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali, bħal ma hu l-każ tal-Komunità Andina, u lanqas minħabba deċiżjonijiet sovrana mill-partijiet komponenti tagħhom, ikunu kemm ikunu leġittimi dawn id-deċiżjonijiet; |
mekkaniżmi finanzjarji
55. |
Jappoġġa l-Mekkaniżmu ta' Investiment fl-Amerika Latina (LAIF) propost mill-Kummissjoni bħala espressjoni tanġibbli tal-impenn tal-Unjoni għall-konsolidazzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u l-interkonnettività fl-Amerika Latina;u jittama li dan jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-pajjiżi u s-setturi li jibbenefikaw mill-investiment Ewropew jinnota l-fatt li s-somma ta' EUR 100 miljun prevista sas-sena 2013 mill-baġit Komunitarju, mingħajr preġudizzju għal kontribuzzjonijiet addizzjonali u sussidji oħra possibbli min-naħa tal-Istati Membri; |
56. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar, f'Novembru 2009, ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-BEI u l-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp, u jappoġġa l-isforzi kollha tal-BEI għall-finanzjament ta' proġetti fl-Amerika Latina waqt li jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' aktar fondi u kontribuzzjonijiet mill-UE u mill-Istati Membri għall-BEI biex dan jilħaq l-għanijiet tiegħu; |
57. |
Jenfasizza l-importanza tal-istrumenti finanzjarji differenti tal-UE iżda jinsisti li għandna mmorru lil hinn minn sempliċi għajnuna fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Amerika Latina u nikkonċentraw ir-riżorsi finanzjarji tal-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) fuq il-pajjiżi l-aktar fqar u l-gruppi l-aktar vulnerabbli - u li nistabbilixxu forom ġodda ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi b'ekonomiji emerġenti u mal-pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina permezz tal-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI+); iħeġġeġ, għal dan il-għan, li jkunu inkorporati l-kriterji u l-prinċipji miġbura fl-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fil-politika ta' kooperazzjoni tal-UE fir-reġjun imsemmi, bl-għan li jkunu promossi u jingħataw spinta politiki attivi favur l-inklużjoni soċjali effettiva ta' dawn il-persuni; |
58. |
Jenfasizza l-importanza u l-utilità li nersqu lejn l-armonizzazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-sistemi finanzjarji differenti fl-Amerika Latina sabiex nibnu pontijiet u nikkonverġu, sa fejn hu possibbli, mas-sistema Ewropea li kisbet riżultati konkreti fl-iżvilupp ta' mudelli avvanzati ta' sorveljanza tal-entitajiet transkonfinali; |
*
* *
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Viċi President / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament Latin-Amerikan, lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali, lill-Parlament Andin u lill-Parlament tal-Mercosur. |
(1) ĠU C 140 E, 16.3.2002, p. 569.
(2) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.
(3) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 64.
(4) ĠU C 227E, 4.9.2008, p. 140.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/64 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Samit UE-Kanada
P7_TA(2010)0142
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-Samit UE-Kanada li se jsir fil-5 ta' Mejju 2010
2011/C 81 E/10
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra n-negozjati għal ftehim kummerċjali ekonomiku komprensiv li nfetħu fis-Samit UE-Kanada fis-6 ta' Mejju 2009 fi Praga,
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Frar 2010 dwar Ftehim ta' Qafas rivedut bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għall-perjodu leġiżlattiv li jmiss,
wara li kkunsidra s-suċċess tat-32 Laqgħa Interparlamentari tad-Delegazzjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-Kanada li saret f'Novembru 2009 fi Brussell,
wara li kkunsidra l-proċedura ta' approvazzjoni skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi r-relazzjonijiet formali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jmorru lura għall-1959 u din is-sħubija hija waħda mill-eqreb u l-aktar antika, |
B. |
billi n-negozjati għaddejjin bħalissa għal ftehim kummerċjali ekonomiku komprensiv jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet UE-Kanada, |
C. |
billi minn Marzu 2010 ma twettqet l-ebda valutazzjoni dettaljata tal-impatt dwar l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' ftehim kummerċjali ekonomiku komprensiv bħal dan, |
D. |
billi fl-2010, il-Kanada se jkollha l-Presidenza tal-grupp ta' pajjiżi G8 u se tospita s-Samit tal-G20 li jmiss, |
E. |
billi s-Samit UE-Kanada li se jsir fi Brussell fil-5 ta' Mejju 2010 hu mistenni li jiffoka fuq it-tisħiħ tar-relazzjoni politika li hija diġà b'saħħitha bejn iż-żewġ sħab, partikolarment bl-indirizzar ta' sfidi konġunti bħal: negozjati dwar ftehim kummerċjali ekonomiku komprensiv; sfidi barranin u ta' sigurtà, b'mod partikulari rigward l-Afganistan u l-Pakistan; triq komuni 'l quddiem rigward l-Iran; in-nonproliferazzjoni nukleari; Ħaiti u s-segwitu tal-konferenza tad-donaturi ta' New York; il-kooperazzjoni għall-iżvilupp; reazzjoni koordinata għall-kriżi finanzjarja u ekonomika; it-tibdil fil-klima u l-enerġija; u l-progress tan-negozjati kummerċjali dinjija fir-Rawnd ta' Doha, |
F. |
billi l-UE u l-Kanada jaqsmu valuri komuni u impenn qawwi għal ħidma multilaterali biex jingħelbu sfidi ewlenin, |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-progress fin-negozjati dwar ftehim kummerċjali ekonomiku komprensiv huwa punt ewlieni tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Kanada; dwar dan, jemmen li s-Samit UE-Kanada li se jsir fi Brussell fil-5 ta' Mejju 2010 huwa opportunità tajba biex jitħaffu dawn in-negozjati; |
2. |
Jinnota r-robustezza tal-ekonomija Kanadiża matul il-kriżi ekonomika, speċjalment tal-qasam bankarju; jesprimi r-rieda tiegħu li jaħdem mill-qrib mal-Kanada fil-kuntest tal-G20 sabiex jinkiseb approċċ globali koordinat għall-istimulu fiskali u l-konsolidazzjoni fiskali, li bih il-kwistjoni tal-introduzzjoni ta' imposta bankarja jew taxxa għal tranżazzjoni fuq livell globali għandha tkun waħda mill-prijoritajiet fis-Samit tal-G20 li jmiss li se jsir f'Toronto; |
3. |
Jinnota li kemm il-Kanada kif ukoll l-UE jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jieħdu approċċ koordinat, koerenti u komprensiv fid-dawl tal-kisba tal-ħtiġijiet immedjati u fuq terminu ta' żmien twil biex jibnu l-Ħaiti mill-ġdid b'tali mod li jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi u li ilu jistenna l-poplu tal-Ħaiti għall-pajjiżu, filwaqt li jiġi żgurat proċess ta' kostruzzjoni mill-ġdid li jibqa' f'idejn l-Istat ta' Ħaiti; |
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni ddikjarata fid-Diskors mit-Tron riċenti li sar fil-Parlament Kanadiż biex l-industrija Kanadiża tat-telekomunikazzjonijiet tinfetaħ għall-kompetizzjoni minn barra; |
5. |
Jieħu nota tal-intenzjoni li tinbeda riforma kbira tas-sistema tal-ġestjoni tas-sajd Kanadiż, li tinvolvi wkoll il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal; jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-Gvern Kanadiż waqt l-aktar konferenza reċenti tal-partijiet għas-CITES fir-rigward tal-estensjoni tal-Appendiċi 1 tas-CITES għat-tonn (thunnus thynnus); |
6. |
Itenni t-tħassib tiegħu li l-Kanada għadha timponi r-rekwiżit ta' viża għaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Bulgarija, u jitlob li dan ir-rekwiżit jitneħħa mill-iktar fis possibbli; jinnota li r-rekwiżit ta' viża għaċ-ċittadini Ċeki ġie introdott mill-Gvern Kanadiż minħabba l-influss enormi tar-Roma fil-Kanada u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Ewropa kif xieraq; f'dan ir-rigward, jilqa' t-twaqqif ta' uffiċju tal-viżi fl-Ambaxxata Kanadiża fi Praga u l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma espert dwar din il-kwistjoni, u jispera li r-reviżjoni komprensiva mwiegħda tas-sistema tar-rifuġjati fil-Kanada se twassal għat-tneħħija tar-rekwiżit; |
7. |
Jenfasizza li l-UE u l-Kanada huma marbutin li jibnu ekonomija globali b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju bbażata fuq is-sikurezza u s-sostenibbiltà filwaqt li jsaħħu l-kapaċità li jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-importanza ta' diskussjonijiet kontinwi dwar suġġetti ambjentali fid-Djalogu ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Kanada dwar l-Ambjent, fosthom dwar il-kooperazzjoni ambjentali, marittima u fil-qasam tal-enerġija, fiż-Żona tal-Artiku u l-prospetti li jitniedu negozjati internazzjonali għall-adozzjoni ta' trattat internazzjonali għall-protezzjoni tal-Artiku; jilqa' l-impenn tal-Kanada, kif espress reċentement fid-Diskors mit-Tron, biex tinvesti f'teknoloġiji tal-enerġija nadifa, biex tiżgura postha bħala poter fl-enerġija nadifa u biex tkun minn ta' quddiem fil-ħolqien ta' impjiegi li jiffavorixxu l-ambjent; |
8. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt tal-estrazzjoni tar-ramel bituminuż fuq l-ambjent globali minħabba l-livell għoli ta' emissjonijiet ta' CO2 waqt il-proċess ta' produzzjoni tiegħu u t-theddida li joħloq għall-bijodiversità lokali; |
9. |
Ifakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew irid jagħti l-kunsens tiegħu dwar ftehimiet internazzjonali u jrid ikun involvut minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tan-negozjati internazzjonali, u jistenna b'ħerqa dikjarazzjoni bikrija mill-Kummissjoni dwar kif biħsiebha tagħmel dan; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-preokkupazzjonijiet tiegħu dwar il-ftehim PNR bejn l-UE u l-Kanada jridu jiġu indirizzati kif xieraq u b'mod konġunt qabel jkun jista' jingħata l-kunsens; |
10. |
Jittama li l-Kanada tappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-UE biex tiftaħ in-negozjati tal-ACTA għall-iskrutinju pubbliku, kif talbet li jsir fir-Riżoluzzjoni tagħha tal-10 ta' Marzu 2010, u li dawn in-negozjati jsiru taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni internazzjonali; l-aktar waħda xierqa għandha tkun il-WIPO; |
11. |
Jifraħ lill-Kumitat Organizzattiv ta' Vancouver dwar is-suċċess tal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tax-Xitwa; |
12. |
Jinnota li l-kompetenza għar-relazzjonijiet UE-Kanada tinsab biss fuq il-livell federali, iżda jilqa' l-parteċipazzjoni tal-provinċji u t-territorji fin-negozjati dwar Ftehim Kummerċjali u Ekonomiku Komprensiv u f'xi aspetti oħra tar-relazzjonijiet UE-Kanada; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza b'rotazzjoni tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Gvern Kanadiż. |
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/66 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
SWIFT
P7_TA(2010)0143
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu
2011/C 81 E/11
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (1),
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka biex titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżorerija tal-Istati Uniti data dwar messaġġi ta' ħlas finanzjarju għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (2),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (05305/1/2010REV – C7-0004/2010 – 2009/0190(NLE)) (3),
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0004/2010),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-ftehima internazzjonali prevista biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji ghall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (4),
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0703 u 05305/1/2010 REV 1),
wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (16110/2009),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-12 ta' April 2010 (limitata),
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi laqa' l-Ftehim dwar l-Għajnuna Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u d-“Dikjarazzjoni ta' Washington”, kif adottata mit-Trojka Ministerjali tal-JHA UE-Stati Uniti fit-28 t'Ottubru 2009, dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transatlantika fil-qasam tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà fil-kuntest tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili, |
B. |
billi jqiegħed enfasi kbira fuq il-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni transatlantika, |
C. |
billi fit-30 ta' Novembru 2009 l-Kunsill iffirma ftehim interim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data ta' messaġġi finanzjarji (FMDA) għall-iskopijiet tal-Programm ta' Rintraċċar ta' Finanzi tat-Terroristi (TFTP) tal-Istati Uniti, li għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Frar 2010 u għandu jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 2010, |
D. |
billi skont it-Trattat ta' Lisbona kienet tenħtieġ l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni formali ta' dan il-ftehim interim, |
E. |
billi fil-11 ta' Frar 2010 iddeċieda li ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-FMDA, |
F. |
billi talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta immedjatament rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bl-għan li jintlaħaq ftehim fit-tul mal-Istati Uniti dwar il-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, |
G. |
billi tenna li kwalunkwe ftehim ġdid f'dan il-qasam għandu jkun konformi mal-qafas legali ġdid stabbilit bit-Trattat ta' Lisbona u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li issa saret vinkolanti, |
H. |
billi tenna t-talbiet tiegħu magħmula fir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Settembru 2009, partikolarment dawk fil-paragrafi 7 sa 13, |
I. |
billi l-Kummissjoni adottat id-Direttivi TFTP ġodda dwar ir-Rakkomandazzjoni u n-Negozjati tal-24 ta' Marzu 2010, |
J. |
billi l-Kunsill huwa mistenni jieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni tad-Direttivi ta' Negozjati fit-22 t'April 2010, |
K. |
billi d-Direttivi ta' Negozjati jirriflettu elementi importanti li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni, |
1. |
Jilqa' l-ispirtu l-ġdid ta' kooperazzjoni li wrew il-Kummissjoni u l-Kunsill, u r-rieda tagħhom li jaħdmu id f'id mal-Parlament, billi rrispettaw l-obbligu impost fuqhom mit-Trattat li jżommu lill-Parlament informat minnufih u bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura; itenni r-rieda tiegħu li jilqa' ftehim li jkun ta' siwi kemm għall-Ewropa kif ukoll għall-Istati Uniti biex jagħtu iktar qawwa lill-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu fl-interessi tas-sigurtà taċ-ċittadini tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-istat tad-dritt; |
2. |
Jittama li jitqawwew l-impenn u l-ispirtu ta' kooperazzjoni kostruttiva u ta' ġustizzja murija mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Istati Uniti fil-perjodu preċedenti għall-votazzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2010 u wara; |
3. |
Ifakkar dwar id-determinazzjoni qawwija tiegħu li jiġġieled it-terroriżmu u l-konvinzjoni tiegħu li l-qafas tal-kooperazzjoni transatlantika għall-ġlieda kontra t-terroriżmu għandu jiġi żviluppat u mtejjeb ulterjorment; jemmen fl-istess waqt li r-rekwiżiti legali Ewropej għal ipproċessar ġust, proporzjonat u legali tal-informazzjoni personali huma ta' importanza fundamentali u dejjem għandhom jiġu issodisfati; |
4. |
Itenni li r-regoli tal-UE dwar ir-rintraċċar tal-attivitajiet finanzjarji tat-terroristi huma bbażati fuq ir-rappurtar ta' tranżazzjonijiet suspettużi jew irregolari minn operaturi finanzjarji individwali; |
5. |
Jenfasizza li għad hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti prinċipji fundamentali mill-UE li jispeċifikaw kif din se tikkoopera mal-Istati Uniti għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u kif fornituri ta' data ta' messaġġi finanzjarji jistgħu jintalbu jikkontribwixxu f'din il-ġlieda, jew saħansitra, b'mod iktar ġenerali, fl-użu relatat mal-infurzar tal-liġi ta' data miġbura għal skopijiet kummerċjali; |
6. |
Itenni l-enfasi tiegħu fuq il-“limitu tal-iskop” tal-ftehim sabiex jiġi żgurat li kull skambju ta' informazzjoni jiġi limitat strettament għal dak li jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li dan isir fuq il-bażi ta' definizzjoni komuni ta' x'jikkostitwixxi “attività terroristika”; |
7. |
Jenfasizza li l-prinċipji ta' proporzjonalità u ħtieġa huwa elementi ewlenin f'dan il-ftehim li se jsir, u jinnota li l-problema dwar il-fatt li l-fornituri ta' data ta' messaġġi finanzjarji ma jistgħux (għal raġunijiet tekniċi u/jew ta' governanza) ifittxu l-“kontenut” tal-messaġġi, li jwassal għat-trasferiment tad-data kif ġie ġie, ma tistax imbagħad tiġi solvuta permezz ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' kontroll, peress li prinċipji bażiċi tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data jkunu diġà ġew ipperikolati; |
8. |
Itenni l-fehma tiegħu li trasferimenti ta' data kif ġie ġie jikkostitwixxu deroga mill-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-leġiżlazzjoni u l-prassi tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jindirizzaw din il-kwistjoni kif xieraq matul in-negozjati, billi jikkunsidraw li t-TFTP huwa attwalment maħsub b'tali mod li ma jippermettix skambju ta' data mmirat; soluzzjonijiet għal dan għandhom jinkludu r-restrizzjoni tal-ambitu tad-data trasferita u l-elenkar tat-tipi ta' data li l-fornituri magħżula huma kapaċi jiffilterjaw u joħorġu, kif ukoll it-tipi ta' data li jistgħu jiġu inklużi f'trasferiment; |
9. |
Iqis li l-Ftehim dwar l-Għajnuna Legali Reċiproka ma jikkostitwixxix bażi adegwata għal talbiet ta' kisba ta' data għall-iskopijiet tat-TFTP, partikolarment minħabba li ma japplikax għat-trasferimenti bankarji bejn pajjiżi terzi u peress li, fi kwalunkwe każ, ikun jeħtieġ identifikazzjoni preċedenti ta' bank speċifiku, filwaqt li t-TFTP huwa bbażat fuq tiftix immirat ta' trasferimenti ta' fondi; negozjati futuri għandhom jiffokaw fuq is-sejba ta' soluzzjoni biex dawn it-tnejn isiru kompatibbli; |
10. |
Huwa tal-fehma li, ladarba jiġi stabbilit mandat, għandha tinħatar awtorità pubblika ġudizzjarja fl-UE bir-responsabbiltà li tirċievi talbiet mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti; jinnota li huwa fundamentali li n-natura ta' din l-awtorità u l-arranġamenti ta' sorveljanza ġudizzjarja jiġu definiti biċ-ċar; |
11. |
Iħeġġeġ għalhekk lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifittxu modi biex titwaqqaf proċedura trasparenti u b'saħħa legali għall-awtorizzazzjoni tat-trasferiment u l-estrazzjoni ta' data rilevanti kif ukoll għat-tmexxija u s-superviżjoni ta' skambji ta' data; jenfasizza li dawn il-passi għandhom jittieħdu f'konformità sħiħa mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità u l-istat ta' dritt f'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali skont il-liġi tal-UE, billi jingħata rwol lill-awtorità Ewropea, li jippermetti li l-leġiżlazzjoni Ewropea ssir applikabbli bis-sħiħ; |
12. |
Jinsisti biex jekk l-arranġamenti msemmija hawn fuq ma jkunux fattibbli fuq medda qasira ta' żmien, jittieħed approċċ doppju li jiddifferenzja bejn, minn banda, salvagwardji stretti li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ippjanat bejn l-UE u l-Istati Uniti u, mill-banda l-oħra, id-deċiżjonijiet ta' politika fundamentali fuq medda itwal ta' żmien li l-UE għandha tindirizza; jerġa' jenfasizza li kwalunkwe ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu jinkludi salvagwardji stretti dwar l-implimentazzjoni u s-superviżjoni, sorveljati minn awtorità adegwata maħtura mill-UE, dwar l-estrazzjoni ta' kuljum u l-aċċess u l-użu mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tad-data kollha trasferita lilhom skont il-ftehim; |
13. |
F'dan ir-rigward, jirrimarka li l-għażla li toffri l-ogħla livell ta' garanziji tkun li tippermetti li l-estrazzjoni tad-data ssir fit-territorji tal-UE, f'faċilitajiet tal-UE jew f'faċilitajiet konġunti tal-UE u l-Istati Uniti, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jesploraw, b'mod parallel:
|
14. |
Jenfasizza l-fatt li kwalunkwe ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti, indipendentement mill-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni magħżul, għandu jkun limitat fid-dewmien tiegħu u għandu jagħmel previżjoni għal impenn ċar kemm min-naħa tal-Kunsill kif ukoll tal-Kummissjoni, biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tinstab soluzzjoni Ewropea sostenibbli u b'saħħa legali għall-kwistjoni tal-estrazzjoni ta' data rikjesta f'territorju Ewropew; il-ftehim għandu wkoll jagħmel previżjoni għal valutazzjonijiet u reviżjonijiet tas-salvagwardji mill-Kummissjoni f'perjodi stabbiliti matul l-implimentazzjoni tiegħu; |
15. |
Jitlob biex il-ftehim jintemm minnufih f'każ ta' nuqqas ta' rispett ta' kwalunkwe obbligu; |
16. |
Jinnota li reċiproċità reali tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jippermettu kemm lill-awtoritajiet tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jiksbu u jużaw data dwar messaġġi ta' ħlas finanzjarju u data relatata maħżuna fis-servers fl-Istati Uniti bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Istati Uniti; |
17. |
Jitlob li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti, inkluż it-tagħrif sottostanti, ikunu disponibbli għad-deliberazzjoni tal-Parlament Ewropew, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità, sabiex tintwera n-neċessità tal-iskema b'rabta ma' strumenti diġà eżistenti; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex b'mod regolari tirrapporta dwar l-operat tal-ftehim u tinforma lill-Parlament bis-sħiħ dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta' reviżjoni li jkun se jiġi stabbilit skont l-istess ftehim; |
18. |
Jitlob li jingħata informazzjoni sħiħa u dettaljata dwar id-drittijiet speċifiċi ta' ċittadini Ewropej u Amerikani (eż. aċċess, rettifikazzjoni, tħassir, kumpens u tiswija) u dwar jekk il-ftehim ippjanat huwiex se jipproteġi d-'drittijiet' fuq bażi non-diskriminatorja, indipendentement min-nazzjonalità ta' kwalunkwe persuna li d-data tagħha tiġi pproċessata skont il-ftehim, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq ħarsa ġenerali tad-drittijiet rispettivi lill-Parlament; |
19. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-pożizzjoni kummerċjali ta' fornitur speċifiku ta' messaġġi finanzjarji ġiet u se tibqa' tiġi kompromessa, jekk jibqa' jissemma dan il-fornitur; |
20. |
Jenfasizza li l-ftehim ippjanat għandu jiżgura li data personali estratta mill-bażi tad-ata TFTP tinżamm fuq il-bażi ta' prinċipju ta' neċessità interpretat b'mod strett u mhux għal iktar żmien minn dak li hu neċessarju għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni speċifika li għaliha jkun ingħata l-aċċess skont it-TFTP; |
21. |
Jinnota li l-kunċett ta' data mhux estratta mhuwiex ovvju u għandu għalhekk jiġi ċċarat; jitlob li jiġi stabbilit perjodu massimu ta' ħażna, li għandu jkun qasir kemm jista' jkun u li fl-ebda każ m'għandu jeċċedi l-ħames snin; |
22. |
Jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tan- non-żvelar tad-data lil stati terzi jekk ma tingħata l-ebda raġuni speċifika għat-talba, u ta' żvelar ta' suspetti dwar terroristi lil stati terzi soġġetta għal kundizzjonijiet stretti u garanziji adegwati, inkluża valutazzjoni tal-adegwatezza; |
23. |
Itenni li ftehim internazzjonali vinkolanti bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, fil-kuntest tal-iskambju ta' informazzjoni għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi, jibqa' ta' importanza estrema; |
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kungress u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
(1) ĠU L 181, 19.7.2003, p.34.
(2) SEC(2010)0315 finali.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0029.
(4) Testi adottati, P7_TA(2009)0016.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/70 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)
P7_TA(2010)0144
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar it-tnedija ta' negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada
2011/C 81 E/12
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikoli 16 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikulari l-Artikoli 6, 8 u 13 tagħha,
wara li kkunsidra d-dritt fundamentali għal-libertà tal-moviment, kif iggarantit mill-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni tal-PNR bejn l-UE u l-Istati Uniti, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta' data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi (1), u r-riżoluzzjoni tad-9 ta' Ottubru 2003 dwar it-trasferiment ta' data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi: is-sitwazzjoni tan-negozjati mal-Istati Uniti (2), ir-riżoluzzjoni tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta' protezzjoni provdut mid-data personali misjuba fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn il-Bureau of Customs and Border Protection tal-Istati Uniti (3), ir-riżoluzzjoni tas-7 ta' Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehima mal-Istati Uniti dwar l-użu tad-data tar-rekords ta' ismijiet ta' passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u r-reati transnazzjonali, inkluża l-kriminalità organizzata, u għall-ġlieda kontrihom (4), ir-riżoluzzjoni tas-14 ta' Frar 2007 dwar is-SWIFT, il-ftehima dwar il-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet, (5), u r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-ftehim PNR mal-Istati Uniti (6),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (7),
wara li kkunsdira r-riżoluzzjoni leġiżlattivi tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar il-proposta għal-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern Kanadiż dwar l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri tal-ajru (API/PNR) (8),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record - PNR) għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi (9),
wara li kkunsidra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew tat-30 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04,
wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta' Ġunju 2007 mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data lill-President fil-kariga, is-Sur Schäuble, dwar il-ftehim ġdid dwar il-PNR mal-Istati Uniti,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali, kif previst fl-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma) dwar il-ftehim tal-futur dwar il-PNR,
wara li kkunsidra l-opinjoni tas-servizz legali tal-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/82/KE dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (10),
wara li kkunsidra r-reviżjoni konġunta tal-2005 tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti,
wara li kkunsidra r-reviżjoni konġunta tal-2010 tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti,
wara li kkunsidra l-Ftehim tal-2009 bejn l-UE u l-Kanada,
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR), minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (11) u biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (12),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-programm ta' Stokkolma (13),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-ftehima internazzjonali prevista biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (14),
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-USA dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni f'Toledo fil-21 ta' Jannar 2010,
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi t-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, |
B. |
billi bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament qed jintalab biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehimiet tal-UE mal-Istati Uniti u mal-Awstralja dwar it-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) bil-għan li jiġu konklużi dawn il-ftehimiet, |
C. |
billi l-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar it-trasferiment tal-PNR m’għadux validu, minħabba li skadiet id-Deċiżjoni ta' Adegwadezza f’Settembru 2009, u t-trasferiment tad-data tal-PNR minn dik id-data ‘l quddiem seħħ fuq il-bażi ta' negozjati unilaterali mill-Kanada mal-Istati Membri, |
D. |
billi pajjiżi oħra diġà qed jitolbu t-trasferiment tal-PNR, jew ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan fil-futur qarib, |
E. |
billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal skema tal-UE dwar il-PNR, ħaġa li l-Kummissjoni għamlet fis-17 ta' Novembru 2007, |
F. |
billi fiż-żminijiet diġitali tagħna, il-protezzjoni tad-data, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva, id-drittijiet personali u d-dritt għall-privatezza saru valuri li għandhom rwol dejjem qed jikber u għalhekk għandhom jiġu protetti b’attenzjoni speċjali, |
G. |
billi fid-dinja tagħna, li fiha l-mobilità hija karatteristika essenzjali, is-sigurtà ikbar u l-ġlieda mtejba kontra l-kriminalità għandhom imorru id f’id ma' skambju iktar effettiv, iffukat u rapidu tad-data fl-Ewropa u fil-livell dinji, |
1. |
Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata u transnazzjonali, u fl-istess ħin fit-twemmin sod tiegħu fil-ħtieġa li jitħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi żgurat l-ikbar rispett għall-privatezza, l-awtodeterminazzjoni informattiva u l-protezzjoni tad-data; itenni li n-neċessità u l-proporzjonalità huma prinċipji ewlenin mingħajr liema l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tkun effettiva; |
2. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt u li t-trasferimenti kollha tad-data personali mill-UE u l-Istati Membri tagħha għal pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' sigurtà għandhom ikunu bbażati fuq ftehimiet internazzjonali bl-istatus ta' atti leġiżlattivi, sabiex ikun hemm is-salvagwardji neċessarji għaċ-ċittadini tal-UE, jiġu rispettati l-garanziji proċedurali u d-drittijiet ta' difiża, u sabiex ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali u dak Ewropew; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, bi qbil mal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokummenti ta' bażi relevanti kollha, b’mod partikolari l-informazzjoni speċifika mitluba fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-PNR tal-UE kif imsemmi hawn fuq; |
4. |
Jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni dwar it-talba għal approvazzjoni dwar il-ftehimiet mal-Istati Uniti u l-Awstralja sakemm ikun esplora l-għażliet għal arranġamenti għall-użu tal-PNR li jkunu konformi mal-liġi tal-UE u jissodisfaw it-tħassib espress mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-PNR; |
5. |
Iqis li kwalunkwe strument leġiżlattiv ġdid għandu jkun preċedut minn Valutazzjoni ta' Impatt fuq il-privatezza, u test ta' proporzjonalità li juri li l-istrumenti legali eżistenti mhumiex biżżejjed; jitlob b’mod partikolari biex jiġu analizzati:
|
6. |
Jemmen li fi kwalunkwe ftehim ġdid għandhom ikunu provduti mekkaniżmi xierqa għar-reviżjoni indipendenti u s-sorveljanza ġudizzjarja u l-kontroll demokratiku; |
7. |
Jitlob li jkun hemm approċċ koerenti dwar l-użu tad-data tal-PNR għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi u ta' sigurtà, filwaqt li tiġi stabbilita sensiela waħda ta' prinċipji li sservi bħala bażi għall-ftehimiet ma' pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex, sa mhux iktar tard minn nofs Lulju 2010, tippreżenta proposta għal mudell uniku bħal dan u abbozz ta' mandat għan-negozjati mal-pajjiżi terzi; |
8. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex titlob, malajr kemm jista' jkun, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali biex tipprovdi opinjoni dettaljata dwar id-dimensjoni tad-drittijiet fundamentali ta' kwalunkwe ftehim ġdid dwar il-PNR; |
9. |
Iqis li l-mudell għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
10. |
Jissottolinja l-importanza taċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini u l-linji tal-ajru tal-UE, kif ukoll il-bżonn ta' standards armonizzati għal dawn tal-aħħar; |
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Presidenza biex jiżguraw li l-Parlament jingħata aċċess sħiħ għad-dokumenti u d-direttivi tan-negozjati fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-parlamenti nazzjonali jingħataw aċċess fuq talba; |
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Gvern tal-Isati Uniti tal-Amerika u liż-żewġ Kmamar tal-Kungress, lill-Gvern tal-Awstralja u liż-żewġ Kmamar tal-Parlament, kif ukoll lill-Gvern tal-Kanada u liż-żewġ Kmamar tal-Parlament. |
(1) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 381.
(2) ĠU C 81 E, 31.3.2004, p. 105.
(3) ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 665.
(4) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 250.
(5) ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 349.
(6) Testi adottati, P6_TA(2007)0347.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0512.
(8) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 464.
(9) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p.44.
(10) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24.
(11) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehim PNR) (COM(2009)0702)
(12) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-dejta mir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizzi Doganali Awstraljani (COM(2009)0701).
(13) Testi adottati P7_TA(2009)0090.
(14) Testi adottati, P7_TA(2009)0016.
(15) ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.
(16) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/74 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Projbizzjoni fuq it-teknoloġiji ta' estrazzjoni mill-minjieri bl-użu taċ-ċjanur
P7_TA(2010)0145
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar projbizzjoni ġenerali tal-użu ta' teknoloġiji tat-tħaffir biċ-ċjanur fl-Unjoni Ewropea
2011/C 81 E/13
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-prinċipju tal-prekawzjoni kif stipulat fid-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ta' Rio de Janeiro f'Ġunju 1992,
wara li kkunsidra l-għanijiet ambjentali tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (“Direttiva Qafas dwar l-Ilma”),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni, li tipprovdi għall-użu taċ-ċjanur, filwaqt li fl-istess ħin tistipula l-livelli massimi permissibbli ta' ċjanur,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (Seveso II) dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, li tiddikjara li […] ċertu ħżin u attivitajiet ta' proċessar fit-tħaffir fil-minjieri […] għandhom potenzjal li jikkawżaw konsegwenzi serji ħafna,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali, skont liema direttiva l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi li ma jġorrux il-piż tal-ispejjeż għad-danni ambjentali jekk ikun hemm provi li ċerti kundizzjonijiet ikun ġew sodisfati,
wara li kkunsidra l-programm ta' 18-il xahar tal-Presidenza Spanjola, Belġjana u Ungeriża, u l-prijoritajiet tagħhom rigward il-politika dwar l-ilma u l-bijodiversità,
wara li kkunsidra l-miżuri meħuda mir-Repubblika Ċeka dwar il-projbizzjoni ġenerali ta' teknoloġiji taċ-ċjanur, permezz tal-emenda tal-Att tat-Tħaffir Nru 44/1988 fis-sena 2000, l-emenda għall-Att Ungeriż dwar it-Tħaffir Nru 48/1993 tal-2009, li tintroduċi projbizzjoni ta' teknoloġiji tat-tħaffir ibbażati fuq l-użu taċ-ċjanur fit-territorju tal-Ungerija, u d-digriet Ġermaniż mgħoddi fl-2002 li jipprojbixxi t-tħaffir bl-użu taċ-ċjanur,
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi n-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat l-2010 bħala s-Sena Internazzjonali tal-Bijodiversità, filwaqt lis-stiednet lid-dinja biex tieħu azzjoni ħalli tħares id-diversità tal-ħajja fid-dinja, |
B. |
billi ċ-ċjanur huwa sustanza kimika tossika ħafna użata fl-industrija tat-tħaffir għad-deheb, sustanza li tikkwalifika bħala kontaminant prinċipali skont l-Anness VII tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u li jista’ jkollha impatt diżastruż u irriversibbli fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent u għalhekk fuq il-bijodiversità, |
C. |
billi fil-Pożizzjoni Konġunta tagħhom dwar it-tħaffir sostenibbli maħruġa fl-14-il Laqgħa tagħhom fil-25 ta' Mejju 2007 fi Praga (Repubblika Ċeka), il-Ministri tal-Ambjent tal-Pajjiżi Visegrad (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja), esprimew it-tħassib tagħhom dwar it-teknoloġiji perikolużi użati u ppjanati għal attivitajiet ta' tħaffir f'siti differenti fir-reġjun, li jinvolvu perikli ambjentali konsiderevoli b'konsegwenzi potenzjali transkonfinali, |
D. |
billi fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Sofia dwar il-Kooperazzjoni għall-Ħarsien u l-Użu Sostenibbli tax-Xmara Danubju, il-Partijiet qablu li, minbarra l-istatus tiegħu ta' sustanza perikoluża prijoritarja skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, iċ-ċjanur huwa klassifikat ukoll bħala sustanza perikoluża rilevanti, |
E. |
billi f’dawn l-aħħar 25 sena fid-dinja kollha kien hemm aktar minn 30 inċident kbir li jinvolvu t-tixrid taċ-ċjanur, li l-agħar wieħed minnhom seħħ 10 snin ilu, meta iktar minn 100 000 metru kubu ta' ilma mniġġes biċ-ċjanur ħarġu minn ġibjun ta' minjiera tad-deheb għal ġos-sistema tax-Xmajjar Tisza-Danubju u kkawżaw l-ikbar diżastru ekoloġiku fl-istorja tal-Ewropa Ċentrali ta' dak iż-żmien, u billi ma hemm ebda garanzija reali li inċidenti bħal dawn mhux se jerġgħu jseħħu, b'mod speċjali meta nqisu li inċidenza ta' kundizzjonijiet tat-temp estremi qegħda kulma jmur tiżdied, fosthom każijiet ta' preċipitazzjoni qalila u frekwenti, kif proġettat mir-Raba’ Rapport ta' Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima, |
F. |
billi diversi Stati Membri tal-UE għadhom qed jikkunsdiraw proġetti ġodda ta' minjieri tad-deheb miftuħa u fuq skala kbira li jużaw teknoloġiji taċ-ċjanur f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni, proġetti li jippreżentaw theddid potenzjali ulterjuri għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, |
G. |
billi skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jilħqu u jmantnu “status tajjeb” għar-riżorsi tal-ilma u li jevitaw li dawn jiġu mniġġsa b'sustanzi perikolużi; billi, madankollu, li l-istatus tajjeb jista' jiddependi wkoll mill-kwalità tal-ilma f'baċin ta' xmara f'pajjiżi ġara li jużaw teknoloġiji tat-tħaffir biċ-ċjanur, |
H. |
billi l-effetti transkonfinali tal-inċidenti li jinvolvu ċ-ċjanur, b'mod partikulari rigward il-kontaminazzjoni ta' baċini tax-xmajjar kbar u l-provvista tal-ilma tal-pjan, jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ tal-UE għat-theddida ambjentali serja li joħloq it-tħaffir biċ-ċjanur, |
I. |
billi hemm nuqqas ta' regoli prudenzjali u garanziji finanzjarji xierqa, u billi l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-tħaffir biċ-ċjanur tiddependi wkoll fuq il-ħiliet tal-poteri eżekuttivi ta' kull Stat Membru, u għalhekk hija biss kwistjoni ta' żmien sakemm in-negliġenża tal-bniedem twassal għal inċident, |
J. |
billi d-Direttiva dwar l-Iskart mill-Industriji tal-Estrazzjoni għadha ma ġietx implimentata għal kollox f'xi Stati Membri, |
K. |
billi t-tħaffir biċ-ċjanur joħloq ftit impjiegi, u dan għal perjodu ta' bejn 8 u 16-il sena biss, filwaqt li jġorr miegħu ir-riskju ta' danni ekoloġiċi transkonfinali enormi li normalment ma jingħatax kumpens għalihom mill-kumpaniji operattivi responsabbli, li normalment jisparixxu jew ifallu, iżda mill-istat, jiġifieri ċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi, |
L. |
billi l-kumpaniji operattivi m'għandhomx assigurazzjoni għal żmien twil li tkun tkopri l-ispejjeż imġarrba f'każ ta' inċident jew ħsara fil-ġejjieni, |
M. |
billi tunnellata ta' metall ta' grad baxx trid tiġi estratta sabiex jipproduċu żewġ grammi deheb, u għaldaqstant jitħallew ammonti enormi ta' skart tat-tħaffir fis-siti, filwaqt li bejn 25 u 50 % tad-deheb fl-aħħar mill-aħħar jibqa' fil-borġ tal-iskart; billi, barra minn hekk, il-proġetti tat-tħaffir biċ-ċjanur fuq skala kbira jużaw diversi miljuni ta' kilogrammi ta' ċjanur tas-sodju kull sena, li t-trasport u l-ħżin tagħhom joffru l-potenzjal għal konsegwenzi katastrofiċi f'każ li tinqala' problema, |
N. |
billi alternattivi għat-tħaffir biċ-ċjanur li jistgħu jieħdu post it-teknoloġiji msejsa fuq iċ-ċjanur fil-fatt jeżistu, |
O. |
billi qed jiġu organizzati protesti pubbliċi qawwija kontra l-proġetti ta' tħaffir biċ-ċjanur li għaddejjin bħalissa fl-Ewropa, protesti li jinvolvu mhux biss liċ-ċittadini individwali, il-komunitajiet lokali u l-NGOs, iżda wkoll lil organizzazzjonijiet tal-istat, gvernijiet u politiċi, |
1. |
Iqis li l-konformità mal-għanijiet tal-UE skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, jiġifieri l-kisba ta' status kimiku tajjeb għar-riżorsi tal-ilma u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tad-diversità bijoloġika, tista’ tinkiseb biss jekk ma titħalliex tintuża it-teknoloġija taċ-ċjanur fit-tħaffir; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi projbizzjoni sħiħa tal-użu tat-teknoloġiji taċ-ċjanur fit-tħaffir fl-Unjoni Ewropea qabel tmiem l-2011, minħabba li dan huwa l-uniku mod sikur kif inħarsu r-riżorsi tal-ilma u l-ekosistemi tagħna kontra t-tniġġis biċ-ċjanur mill-attivitajiet tat-tħaffir, u biex fl-istess ħin twettaq valutazzjoni tal-impatt normali; |
3. |
Jinnota l-inizjattivi rilevanti fi ħdan is-sistemi tal-UE u tan-NU u jħeġġeġ b’qawwa l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' alternattivi ta' tħaffir iktar sikuri, partikolarment dawk mingħajr iċ-ċjanur; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jappoġġawx il-proġetti ta' tħaffir li jinvolvu t-teknoloġija li tuża ċ-ċjanur fl-UE, b’mod dirett jew indirett, sakemm tkun applikabbli projbizzjoni ġenerali, u biex ma jappoġġawx proġetti bħal dawk f’pajjiżi terzi; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tħeġġeġ ir-rikonverżjoni industrijali taż-żoni fejn kien ipprojbit it-tħaffir biċ-ċjanur, permezz ta' appoġġ finanzjarju xieraq għall-industriji ħodor alternattivi, l-enerġija li tiġġedded u t-turiżmu; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emenda għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni biex tkun tirrikjedi li kull kumpanija operattiva għandu jkollha assigurazzjoni biex tħallas għad-danni u biex tkopri l-ispejjeż kollha ta' rimedju sabiex jerġa’ jiġi stabbilit mill-ġdid l-istatus ekoloġiku u kimiku oriġinal f’każ ta' inċident jew ħsara; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri. |
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/77 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Ġlieda kontra l-kanser tas-sider fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2010)0146
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-ġlieda kontra l-kanser tas-sider fl-Unjoni Ewropea
2011/C 81 E/14
Il-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi 331 392 mara jiġu dijanjostikati fl-Unjoni Ewropea kull sena, |
B. |
billi l-kanser tas-sider huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nisa ta' bejn il-35 u d-59 sena, u 89 674 mara tmut bil-kanser tas-sider fl-UE kull sena, |
C. |
billi l-ittestjar mammografiku jista' jnaqqas l-imwiet mill-kanser tas-sider b'massimu ta' 35 % fin-nisa bejn il-50 u u d-69 sena, |
1. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jintroduċu testijiet tas-sider fil-pajjiż kollu, skont il-linji gwida tal-UE. |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sentejn tippreżenta rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-ittestjar mammografiku fil-pajjiżi kollha tal-UE. |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja studji dwar jekk it-testijiet humiex siewja għal nisa ta' aktar minn 69 sena u ta' anqas minn 50 sena. |
4. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jipprovdu taqsimiet speċjalizzati multidixxiplinarji għas-sider, skont il-linji gwida tal-UE sal-2016, u lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport regolari ta' progress. |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta statistika aġġornata u affidabbli dwar il-kanser tas-sider u sabiex tappoġġja l-iżvilupp tar-reġistri nazzjonali tal-kanser. |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa protokoll ta' ċertifikazzjoni għal taqsimiet speċjalizzati tas-sider skont il-Linji Gwidi tal-UE sal-2011 u biex tipprovdi finanzjament adegwat għal dan. |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tal-5 ta' Mejju 2010 (P7_PV(2010)05-05(ANN1)).
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/78 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Reviżjoni tat-Trattati - Miżuri transitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew *
P7_TA(2010)0148
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar l-abbozz ta' protokoll li jemenda l-Protokoll nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-kumplament tal-leġiżlatura 2009-2014: opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48(3) tat-Trattat UE) (17196/2009 – C7-0001/2010 – 2009/0813(NLE))
2011/C 81 E/15
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kunsill Ewropew indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2009 rigward l-emendi tal-Protokoll nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji (17196/2009),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C7-0001/2010),
wara li kkunsidra l-Protokoll nru 36 dwar id-dispożizzjonijet transitorji li huwa anness mat-Trattat ta' Lisbona,
wara li kkunsidra l-Artikolu 14(2) u (3) tat-Trattat UE,
wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar il-ħatra tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Att tal-1976”),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 kif ukoll tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009,
wara li kkunsidra l-Artikoli 11(4) u 74a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0115/2010),
A. |
billi, l-Artikolu 14(2) tat-Trattat tal-UE, hekk kif emendat bit-Trattat ta' Lisbona, jipprevedi li l-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'unanimità, fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, |
B. |
billi, bil-għan tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u skont il-Protokoll Nru 36 li jinstab anness ma' dan it-trattat, il-Parlament Ewropew fil-11 ta' Ottubru 2007, permezz tar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq li toħroġ mir-rapport Lamassoure-Severin, ippreżenta abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi d-distrubzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew, |
C. |
billi, meta ġie ffirmat it-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill Ewropew ma kienx adotta deċiżjoni formali dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew iżda kien qabel mal-proposta stabbilita fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, wara li l-għadd ta' MEPs żdied għal 751 minflok is-750 li kien previst bil-bidu, |
D. |
billi, skont il-ftehim milħuq b’dan il-mod fil-Kunsill Ewropew, l-għadd totali ta' Membri żdied bi 15 meta mqabbel mat-Trattat ta' Nizza (minn 736 għal 751), fejn 18-il siġġu addizzjonali tqassmu bejn it-12-il Stat Membru, filwaqt li l-Ġermanja ġiet allokata 3 siġġijiet anqas b'konformità mal-għadd massimu stabbilit fit-Trattat tal-UE, |
E. |
billi t-Trattat ta' Lisbona ma kien għadu ma daħalx fis-seħħ qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009, dawn saru skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Nizza, u billi l-Parlament Ewropew attwalment jgħodd 736 Membru, |
F. |
billi, peress li t-Trattat ta' Lisbona sa fl-aħħar daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, it-18-il Membru addizzjonali mit-12-il Stat Membru kkonċernat għandhom b’mod leġittimu jkunu jistgħu jokkupaw is-siġġu tagħhom mill-aktar fis, biex b’hekk l-Istati Membri li ħatruhom ikunu f’qagħda li jgawdu r-rappreżentanza li huma intitolati għaliha, |
G. |
billi, skont l-Artikolu 5 tal-Att tal-1976 rigward il-ħatra tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, mhuwiex possibbli li jiġi interrott il-mandat ta' Membru matul leġiżlatura, u għaldaqstant l-għadd ta' Membri tad-delegazzjoni Ġermaniża tal-Parlament Ewropew ma jistax jitnaqqas bi tlieta, |
H. |
billi kważi l-Istati Membri kollha nnominaw lill-MEPs tagħhom b'mod konformi mas-sistemi elettorali tagħhom u skont il-limiti stipulati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009, |
I. |
billi l-wasla ta' 18-il Membru addizzjonali matul il-leġiżlatura 2009-2014 konsegwentement se ġġib l-għadd ta' Membri Parlamentari għal total ta' 754 , u billi l-fatt li din iċ-ċifra taqbeż iċ-ċifra ta' 751 prevista fit-Trattat ta' Lisbona joħloq il-ħtieġa li ssir emenda fil-liġi primarja, |
J. |
billi l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 diġà jipprevedu l-adozzjoni ta' miżuri transitorji li għandhom l-għan li jippermettu l-wasla tal-Membri addizzjonali matul il-leġiżlatura attwali, u billi l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 ffissaw il-kundizzjonijiet li għandhom jirregolaw iż-żieda temporanja tal-għadd tal-Membri Parlamentari Ewropej, |
K. |
billi l-Parlament Ewropew min-naħa tiegħu emenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu fil-25 ta' Novembru 2009 b'mod li jippermetti l-wasla ta' Membri addizzjonali bħala osservaturi sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri li jippermettulhom jokkupaw is-siġġu tagħhom, |
L. |
billi waħda mill-innovazzjonijiet kostituzzjonali l-aktar importanti li hemm fit-Trattat ta' Lisbona hi li l-Konvenzjoni tiddaħħal bħala parti ewlenija mill-proċedura ordinarja għar-reviżjoni tat-Trattati, |
1. |
Iqis li l-emenda proposta tal-Protokoll nru 36 mitluba mill-Kunsill Ewropew hija riżultat dirett tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona u għalhekk tikkostitwixxi soluzzjoni tranżitorja li tippermetti lill-Istati Membri kollha li qed jibbenefikaw minn siġġijiet addizzjonali li jinnominaw lill-Membri kkonċernati; jaqbel li 18-il MEP addizzjonali għandhom jinħatru għall-Parlament għall-bqija tal-leġiżlatura 2009-2014; jisħaq li madankollu t-18-il membru għandhom jibdew jokkupaw is-siġġu tagħhom fil-Parlament fl-istess waqt biex ma joħolqux żbilanċ bejn in-nazzjonalitajiet irrappreżentati fil-Parlament; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex mill-aktar fis ilestu l-proċeduri elettorali tagħhom b’mod pragmatiku; |
2. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill ma adottax fil-mument propiżju l-miżuri li kellhom jagħtu l-awtorizzazzjoni lill-Membri addizzjonali biex jokkupaw is-siġġu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u li waħda mis-soluzzjonijiet possibbli fl-emenda mitluba mhijiex konformi mal-ispirtu tal-Att tal-1976 li jesiġi li l-Membri Ewropej jinħatru b'mod dirett, u mhux b'mod indirett permezz ta' elezzjoni fil-Parlament Nazzjonali; |
3. |
Jaqbel madankollu li tissejjaħ Konferenza Intergovernattiva, kemm-il darba din tkun ristretta biss għas-suġġett speċifiku tal-adozzjoni ta' miżuri transitorji li jirrigwardaw il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-bqija tal-leġiżlatura 2009-2010, u wkoll kemm-il darba dawn il-miżuri transitorji jkollhom natura eċċezzjonali marbuta maċ-ċirkustanzi partikulari tar-ratifikazzjoni tat-trattat ta' Lisbona u dawn ma jkunu jikkostitwixxu fl-ebda każ preċedent għall-ġejjieni; |
4. |
Ifakkar li, matul l-intervall bejn l-approvazzjoni tal-emenda tal-Protokoll nru 36 u bid-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Membri addizzjonali għandhom, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-possibilità li jkollhom siġġu bħala osservaturi; |
5. |
Ifakkar barra minn hekk li deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għandha fi kwalunkwe każ tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fil-mument propizju qabel tmiem il-leġiżlatura attwali, u li l-Parlament għandu jressaq inizjattiva f'dan ir-rigward skont l-Artikolu 14(2) tat-Trattat UE; |
6. |
Jinnotifika lill-Kunsill Ewropew li fi żmien qasir biħsiebu jfassal proposti biex jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-elezzjoni tal-Membri tiegħu b'vot dirett universali skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha u skont il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha, u li l-Parlament se jibda din ir-riforma elettorali skont l-Artikolu 48(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 223 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinsisti wkoll li tissejjaħ Konvenzjoni ddedikata għar-riforma tal-Parlament Ewropew biex tħejji r-reviżjoni tat-Trattati; |
7. |
Jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jaġixxu u jżommu l-liġi primarja tal-Unjoni Ewropea li ilha stabbilita u li biha l-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu eletti b'vot dirett universali f'votazzjoni ħielsa u sigrieta; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 132.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/80 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Il-Kirgiżistan
P7_TA(2010)0149
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan
2011/C 81 E/16
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan u l-Asja Ċentrali, rigward, b'mod partikolari, dik tat-12 ta' Mejju 2005,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ Catherine Ashton dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan tas-7 u t-8 ta' April 2010,
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tas-26 ta' April 2010,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE fil-Kunsill Permanenti tal-OSKE dwar il-qagħda fil-Kirgiżistan tat-22 ta' April 2010,
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007,
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Kirgiżistan li daħal fis-seħħ fl-1999,
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija Reġjonali tal-Komunità Ewropea dwar l-Għajnuna għall-Asja Ċentrali għall-perjodu 2007-2013,
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi huwa fl-interessi tal-popli kemm tal-Asja Ċentrali kif ukoll tal-Unjoni Ewropea li jaraw li jkun hemm progress lejn stabilità u livelli ogħla ta' żvilupp demokratiku u uman, ta' sigurtà umana u ta' tkabbir sostenibbli fir-reġjun, |
B. |
billi l-Kirgiżistan huwa membru tal-OSKE u fi ħdan dan il-qafas huwa impenjat li jirrispetta l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u li jimplimenta l-istandards demokratiċi tal-OSKE, |
C. |
billi Kurmanbek Bakiyev, li ħa l-kariga l-ewwel darba f’Lulju 2005 wara l-hekk imsejħa Rivoluzzjoni tat-Tulipani, is-sena li għaddiet reġa’ ġie elett għal mandat ieħor bħala president f'elezzjoni li l-osservaturi indipendenti qalu li kienet imċappsa bi frodi kbira; billi wara l-ewwel impenji demokratiċi tiegħu t-tmexxija ta' Bakiyev saret awtoritarja, |
D. |
billi fis-7 ta' April 2010, truppi Kirgiżi intervenew bl-użu ta' balal, gass tad-dmugħ u stun grenades kontra folla ta' dimostranti li nġabret quddiem l-uffiċċju presidenzjali f'Bixkek u li wara attakkat bini tal-gvern bi protesta kontra żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku u tat-tisħin, u li dan ħalla 80 ruħ mejta u aktar minn 500 midruba, |
E. |
billi l-President Bakiyev kien imġiegħel jaħrab mill-belt kapitali u postu ttieħed minn gvern proviżorju mmexxi mill-kap tal-oppożizzjoni Roza Otunbayeva li ħarġet digriet dwar is-suċċessjoni tal-poter u ordni ta' konformità mal-kostituzzjoni Kirgiża u xoljiet il-parlament; billi wara li pprova jagħmel il-kundizzjonijiet għar-riżenja tiegħu ġimgħa wara l-irvell, Bakiyev telaq mill-pajjiż lejn il-Kazakistan skont ftehim innegozjat bejn ir-Russja, l-Istati Uniti u l-Kazakistan, |
F. |
billi l-Kirgiżistan jiġbed attenzjoni speċjali mill-Istati Uniti u r-Russja minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu qrib l-Afghanistan u qrib il-Wied ta' Ferghana, li jinsab ġeografikament, politikament u ekonomikament f'nofs l-Asja Ċentrali; billi ċ-Ċentru ta' Transitu ta' Manas imħaddem mill-militar tal-Istati Uniti għandu rwol kruċjali fin-Netwerk ta' Distribuzzjoni tat-Tramuntana għall-provvisti għat-truppi tan-NATO fl-Afghanistan, filwaqt li r-Russja wkoll għandha bażi militari importanti fil-Kirgiżistan, |
G. |
billi r-relazzjoni bejn l-UE u l-Asja Ċentrali hija kruċjali, minħabba l-isfidi komuni f'termini ta' enerġija, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-kontroll tat-traffikar tad-droga, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, |
H. |
billi l-kompetizzjoni ġeografika fir-reġjun għandha potenzjal distruttiv ħafna, iżda għandha wkoll interessi komuni fir-rigward tal-Afganistan u l-firxa tal-Islamiżmu radikali, li joħloq il-potenzjal li titnaqqas din il-kompetizzjoni u jinkiseb ftehim dwar il-ħtieġa li jkun hemm governanza aħjar, |
I. |
billi l-UE għandha dejjem tħares l-impenn tagħha li tintegra d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt f'kull ftehim ma' stati terzi u li tippromwovi riformi demokratiċi permezz ta' politiki koerenti li jsaħħu l-kredibilità tagħha bħala attur reġjonali, |
J. |
billi l-preżenza tal-UE fil-Kirgiżistan, esseżjalment bħala donatur tal-għajnuna, hija sinifikanti u tqiegħed lill-UE f’qagħda tajba biex tassumi rwol importanti ta' appoġġ fir-reġjun, |
K. |
billi l-Kummissjoni u l-Kunsill qegħdin fl-istadju ta' reviżjoni tal-Istrateġija għall-Asja Ċentrali u qed jippreparaw rapport li se jiġi ppreżentat fil-laqgħa ta' smigħ ta' Ġunju tal-Kunsill tal-Ewropa, |
1. |
Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan u joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi kollha tal-avvenimenti traġiċi; |
2. |
Jistieden lill-partijiet kollha biex itemmu l-vjolenza, jeżerċitaw ir-rażan u jagħmlu kull sforz sabiex jinbeda djalogu ġenwin immirat lejn l-ilħiq tal-istabilità u jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-ritorn paċifiku għal ordni kostituzzjonali demokratiku; |
3. |
Jenfasizza li, minn perspettiva istituzzjonali, qafas kostituzzjonali koerenti u stabbli huwa essenzjali biex jipprevjeni inkwiet soċjali fil-ġejjieni u jiżgura futur paċifiku għall-poplu Kirgiżtan; jilqa', minn din il-perspettiva, il-kooperazzjoni tal-gvern proviżorju mal-Kummissjoni ta' Venezja; |
4. |
Jieħu nota tal-ewwel passi meħuda mill-gvern proviżorju biex terġa' tiddaħħal id-demokrazija rigward, b'mod partikolari, il-pjanijiet biex issir kostituzzjoni ġdida li tikkoreġi r-reviżjoni ta' Bakiyev li kienet poġġiet poter eċċessiv f'idejn il-presidenza; |
5. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, it-tħabbira tal-gvern proviżorju li se jagħmel referendum dwar il-kostituzzjoni l-ġdida fis-27 ta' Ġunju 2010 u elezzjonijiet ġenerali ġodda fl-10 ta' Ottubru 2010 biex issaħħu d-demokrazija u r-responsabbiltà politika; jistieden lill-gvern proviżorju sabiex jirrispetta l-obbligi internazzjonali tal-Kirgiżistan u sabiex jiżgura li l-elezzjonijiet ikunu liberi u ġusti; |
6. |
Jenfasizza l-importanza tar-rwol attiv tal-UE mal-gvern proviżorju, bil-għan li jiġu esplorati u sfruttati l-possibilitajiet għall-promozzjoni ta' governanza tajba, l-indipendenza tal-ġudikatura, u objettivi oħra ta' politiki tal-UE stipulati fl-Istrateġija għall-Asja Ċentrali, kif ukoll sabiex jiġu ffaċilitati l-impenn u l-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra; |
7. |
Jitlob investigazzjoni internazzjonali dwar dawn l-avvenimenti sabiex jiġu identifikati r-responsabilitajiet u n-nuqqasijiet u tiġi pprovduta assistenza lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Kirgiżistan, u jħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-gvern proviżorju sabiex jitlob l-għajnuna tal-OHCHR sabiex ikun żgurat li l-investigazzjonijiet fl-avvenimenti tas-6-7 ta' April 2010 jkunu metikolużi, imparzjali u kredibbli; |
8. |
Jinnota li r-Rivoluzzjoni tat-Tulipani tal-2005 ħolqot aspettattivi kbar ta' riformi demokratiċi fis-soċjetà Kirgiża li ma mmaterjalizzawx; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex juru koerenza u assertività u jużaw din l-opportunità sabiex isibu modi biex jassistu lill-gvern proviżorju tal-Kirgiżistan u jgħinu lill-awtoritajiet sabiex jagħmlu riformi demokratiċi u jtejbu l-ħajjiet tan-nies permezz tal-iżvilupp nazzjonali u r-responsabilizzazzjoni taċ-ċittadini, b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha u s-soċjetà ċivili tal-Kirgiżistan; |
9. |
Jinnota li n-nuqqas qawwi ta' riżorsi naturali u l-vulnerabilità tal-Kirgiżistan jagħmluh dipendenti ħafna fuq l-appoġġ estern; jinnota wkoll li fil-viċinat tiegħu hemm nuqqas serju ta' mudelli ta' governanza demokratika u li tiffunzjona tajjeb u ta' żvilupp soċjali pożittiv; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-assistenza internazzjonali se tkun ta' importanza kruċjali; |
10. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżviluppi fil-Kirgiżistan jinfluwenzaw l-iżviluppi reġjonali u internazzjonali kif ukoll huma fl-istess waqt influwenzati minnhom; huwa konvint li hemm interessi komuni kbar bejn ir-Russja, l-Istati Uniti u interessi oħrajn, b'mod partikulari rigward l-Afghanistan u l-firxa tal-Islamiżmu radikali fir-reġjun, inkluż fil-Kirgiżistan; iqis li dan għandu jippermetti li tiġi limitata l-kompetizzjoni ġeopolitika u li jinstabu sinerġiji; jemmen li suċċess f'dan ir-rigward ikollu effetti pożittivi usa' fuq ir-relazzjonijiet u s-sigurtà internazzjonali; |
11. |
Jistieden lir-Rappreżentant Speċjali għall-Asja Ċentrali tal-VP/RGħ biex isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni, jipprovdi assistenza u jiffaċilita l-bidu mill-ġdid tad-djalogu bejn il-komponenti kollha tas-soċjetà tal-Kirgiżistan; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jeżaminaw b’urġenza jekk jeżistux jew jistgħux jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-varar ta' programm ta' għajnuna ġdid u kbir għall-Kirgiżistan, mhux l-anqas fil-qies ta' kemm jidher qawwi l-impenn reali tal-gvern proviżorju tal-Kirgiżistan favur id-demokratizzazzjoni u t-tmexxija nadifa; iqis li jekk jiġi kkunsidrat li jkunu jeżistu kundizzjonijiet favorevoli suffiċjenti, l-UE għandha tmexxi hi biex isiru l-arrangamenti għal konferenza tad-donaturi fil-Kirgiżistan; |
13. |
Jitlob użu estensiv tal-Istrument għall-Istabilità; jenfasizza l-bżonn ta' għajnuna għal Kirgiżistan sabiex jegħleb l-problemi soċjali u ekonomiċi tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji proposti dwar ir-riallokazzjoni ta' fondi tal-Istrument ta' Kooperazzjoni fl-Iżvilupp biex tiżgura li fiż-żmien qasir kif ukoll f'dak medju, ir-reazzjoni tal-UE għas-sitwazzjoni l-ġdida fil-Kirgiżistan tkun ta' daqs adegwat; jenfasizza li għandha tingħata prijorità speċjali sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi fil-qasam tal-edukazzjoni, is-saħħa u l-provvista tal-ilma; |
14. |
Jinsisti sabiex l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea tkun koerenti mal-isforzi tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, mal-estenzjoni tal-faċilitajiet edukattivi u ma politika li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' difiża kontra l-espansjoni tal-estremiżmi; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni, wara li jittieħed kont tas-sitwazzjoni attwali, biex tikkontrolla jekk hux meħtieġ li tintbagħat għajnuna umanitarja urġenti; |
16. |
Jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun u jitlob li jsiru sforzi sabiex din issir aktar kredibbli, konkreta u koerenti; |
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern proviżorju tal-Kirgiżistan, lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-OSKE u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. |
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/84 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Il-Karozzi elettriċi
P7_TA(2010)0150
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-karozzi elettriċi
2011/C 81 E/17
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rkupru tal-UE, b'mod partikolari l-“Inizjattiva tal-karozzi ekoloġiċi” ta' Novembru 2008,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, li tistabbilixxi limitu minimu ta' 10 % ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fit-trasport,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri,
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana tat-30 ta' Settembru 2009,
wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Kunsill li saret f'San Sebastian fid-9 ta' Frar 2010,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” tat-3 ta' Marzu 2010,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti tas-27 ta' April 2010,
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tas-16 ta' Frar 2010 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-vetturi elettriċi (O-0019/2010 – B7-0016/2010, O-0020/2010 – B7-0015/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi l-isfidi li jinvolvu t-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet tas-CO2 u sustanzi oħra li jniġġsu, u l-volatilità tal-pezzijiet tal-fjuwils wasslu għall-iżvilupp teknoloġiku ta' batteriji u sistemi ta' ħżin ta' enerġija, u għal kuxjenza akbar fis-suq ta' dawn il-kwistjonijiet, li kollha kemm huma ħolqu ambjent pożittiv għall-iżvilupp tal-vetturi elettriċi fid-dinja kollha, |
B. |
billi l-vettura elettrika hija innovazzjoni sinifikanti b'potenzjal kbir fis-suq, b'mod partikolari fuq perjodu twil ta' żmien, u billi l-kapaċità li wieħed jidħol malajr f'dan is-suq, bi prodotti ta' kwalità għolja u livell ġeneralizzat ta' standardizzazzjoni, se tiddetermina l-mexxejja futuri tiegħu, |
C. |
billi l-vetturi elettriċi qed jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ta' Ewropa 2020 li tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għerf u l-innovazzjoni u li tiġi promossa ekonomija li tuża r-riżorsi b'mod aktar effiċjenti, li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent u li tkun aktar kompetittiva, |
D. |
billi fil-laqgħa informali tal-Kunsill li saret f'San Sebastian fid-9 ta' Frar 2010, il-ministri tal-kompetittività tal-UE qablu mal-Kummisjoni dwar il-ħtieġa li l-UE tadotta strateġija komuni dwar il-vetturi elettriċi, |
E. |
billi hemm bosta raġunijiet politiċi għalfejn għandhom jiġu innovati s-sistemi ta' propulsjoni (elettriċi jew ibridi), jiġifieri:
|
F. |
billi l-medja tat-taħlita tal-enerġija tal-UE għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika eżistenti fl-Ewropa hija tali li tagħmel il-vetturi elettriċi u l-ibridi li jistgħu jitqabbdu mad-dawl għażla ewlenija fl-istrateġija usa' biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u billi t-tranżizzjoni favur sistema ta' trasport li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u li tkun sostenibbli għandha tkun prijorità tal-UE jekk irridu li sal-2050 nilħqu l-mira ta' sistema ta' trasportazzjoni li fil-parti l-kbira tagħha ma tinvolvix emissjonijiet tal-karbonju, |
G. |
billi hemm numru ta' sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex tiġi appoġġjata l-introduzzjoni b'suċċess fis-suq tal-vetturi elettriċi, b'mod partikolari:
|
H. |
billi hemm potenzjal ikkonfermat offrut mill-karozzi elettriċi f'termini ta' kapaċità ta' ħżin, li jippermetti titjib fl-użu ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fid-dawl tal-benefiċċji offruti min-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, |
I. |
billi l-Komunikazzjoni dwar il-Karozzi Nodfa ssemmi fil-qosor il-bżonnijiet tal-industrija għal ħiliet li qed jiżviluppaw meta ssir it-tranżizzjoni minn vetturi konvenzjonali għal dawk elettriċi, filwaqt li ma tindirizzax l-effetti fuq l-impjiegi kkawżati minn dik it-tranżizzjoni, u billi se jkun neċessarju approċċ ikkoordinat biex jingħelbu l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema tas-settur tal-karozzi, |
J. |
billi diġà hemm bosta pajjiżi u reġjuni li bdew jintroduċu infrastrutturi ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi, |
K. |
billi l-Istati Mmbri tal-UE bdew jintroduċu programmi nazzjonali ta' appoġġ għall-vetturi elettriċi bil-ħsieb li jiddaħħlu fis-suq Komunitarju, |
L. |
billi l-industrija u r-riċerka f'pajjiżi kompetituri rċevew appoġġ konsiderevoli, u billi fl-UE dan l-eżempju għandu jiġi segwit, |
M. |
billi r-reviżjoni tal-politika ta' investiment fl-infrastruttura tal-UE fl-2010 tipprovdi opportunità eċċellenti biex issir it-tranżizzjoni favur investiment infrastrutturali f'teknoloġiji aktar nodfa u avvanzati, l-iktar in-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, |
N. |
billi fl-Ewropa n-numru għoli ta' bliet u żoni urbani b'densità għolja ta' popoplazzjoni joffri kundizzjonijiet adattati għat-tnedija mgħaġġla tal-karozza elettrika, b'mod li joffri lill-produtturi Ewropej il-possibilità li jsiru mexxejja bikrija fis-suq, |
O. |
billi l-produzzjoni ta' vetturi elettriċi tista' tikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u tiżgura l-vijabilità fuq perjodu twil ta' żmien tal-industrija tal-karozzi Ewropea, ibbażata fuq vetturi b'emissjonijiet baxxi, |
1. |
Jinnota l-prijorità mogħtija lill-iżvilupp ta' vetturi elettriċi mill-Presidenza Spanjola fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività li jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti, li jkun jinkludi t-titjib tan-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, u jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti tas-27 ta' April 2010; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżistenza ta' suq uniku għall-vetturi elettriċi, filwaqt li jiggarantixxu l-koordinament effiċjenti tal-politiki fil-livell tal-UE, biex jiġu evitati l-impatti negattivi soċjali u fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni favur sistema tat-trasport mingħajr emissjonijiet tal-karbonju u wkoll biex tiġi evitata l-eżistenza ta' skemi u standards inkompatibbli li ma jkunux interoperabbli; |
3. |
Jenfasizza li l-iżvilupp tal-vetturi elettriċi għandu jkun ibbilanċjat sew u kkonċepit fil-qafas ta' politika ta' mobilità sostenibbli futura, fejn inter alia jkunu kruċjali t-tnaqqis tal-aċċidenti, l-użu tal-ispazju, il-konġestjoni mnaqqsa, il-konsum totali tal-enerġija, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-emissjonijiet tal-ħsejjes u tal-gassijiet, filwaqt li jenfasizza li l-iżvilupp tal-mobilità elettrika għandha tinkludi l-karozzi elettriċi, ir-roti elettriċi, it-trams, il-ferroviji, eċċ.; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu azzjoni konġunta fir-rigward ta':
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi kalkolu komprensiv tal-emissjonijiet globali ta' CO2 mill-vetturi elettriċi, filwaqt li tqis il-bidliet antiċipati fil-produzzjoni tal-kapaċitajiet ta' elettriku u ħżin sal-2050; |
6. |
Jenfasizza li l-vetturi elettriċi jirrappreżentaw avvanz teknoloġiku li jirrikjedi strateġiji integrati ta' innovazzjoni u ta' żvilupp teknoloġiku, permezz ta' finanzjament adegwat u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp f'firxa dejjem tikber ta' oqsma importanti, bħall-batteriji u l-infrastrutturi (inkluża l-integrazzjoni man-netwerks ta' distribuzzjoni tal-elettriku); jilqa' f'dan il-kuntest il-miżuri ta' ekoinnovazzjoni disponibbli għall-produtturi, iżda jinsab imħasseb minħabba d-diffikultajiet li qed ikun hemm fl-implimentazzjoni tagħhom; |
7. |
Ifakkar fil-konklużjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-1 ta' Marzu 2010 li tirreferi għall-proposta li daqt se tagħmel il-Kummissjoni għal Pjan Ewropew ta' Riċerka u Innovazzjoni orjentat lejn il-kummerċ li għandu jikkumplimenta l-istrateġiji nazzjonali tal-innovazzjoni, u li jkun jinkludi l-promozzjoni ta' għodda u inizjattivi b'potenzjal qawwi, bħal swieq ewlenin u akkwisti pubbliċi prekummerċjali, u aċċess aħjar għall-finanzi b'mod partikolari għall-SMEs permezz ta' mobilizzazzjoni aħjar tal-istrumenti tal-kapital ta' riskju; |
8. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex gradwalment jissostitwixxu l-flotta ta' vetturi bil-kombustjoni tas-servizzi pubbliċi tagħhom b'vetturi elettriċi, b'mod li jistimulaw id-domanda permezz tal-akkwisti pubbliċi; u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintroduċu l-infrastruttura hekk kif jibdew jitħaddmu l-istandards; |
9. |
Ifakkar li skont il-Pjan ta' Rkupru, l-Inizjattiva tal-Karozzi Ekoloġiċi tappoġġja l-iżvilupp ta' forom ġodda u sostenibbli ta' trasport fit-toroq, fejn il-karozzi elettriċi ġew identifikati bħala prijorità; |
10. |
Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi standard Ewropew sal-2011 għall-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi li jiggarantixxi l-interoperabilità u s-sikurezza tal-infrastrutturi, u jiddefendi t-twaqqif ta' standards tekniċi għas-sistemi tal-iċċarġjar, inklużi kategoriji differenti ta' vetturi; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel ħilitha biex ikun hemm standards globali kull fejn ikun possibbli u biex tiżgura li l-istandard tal-iċċarġjar jinkoraġġixxi teknoloġiji moderni, bħall-iċċarġjar intelliġenti u l-istandards ta' komunikazzjoni miftuħa u jkun konsistenti mal-mandati fir-rigward tal-istrutturi tal-użu ta' arloġġi tad-dawl intelliġenti; |
11. |
Huwa konvint li l-istandardizzazzjoni se tippermetti proċess ta' approvazzjoni sempliċi mingħajr kumplikazzjonijiet u se tikkontribwixxi biex tħaffef l-introduzzjoni fis-suq u t-tixrid ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-UE, b'mod li żżid il-kompetittività tal-industrija tal-mobilità tal-UE permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż ta' żvilupp għall-produtturi u l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport fit-toroq; |
12. |
Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tal-vetturi elettriċi, tal-infrastrutturi u tal-metodi ta' ċċarġjar m'għandhiex tfixkel milli jkun hemm aktar innovazzjoni, l-iktar fl-oqsma tal-mobilità elettrika jew tal-magni konvenzjonali tal-vetturi; |
13. |
Jitlob li jkun hemm rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta' vetturi elettriċi, b'rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali, u li dawn ir-rekwiżiti jiġu inklużi fil-qafas tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi billi jsir obbligatorju r-Regolament 100 tal-UNECE; jappoġġja b'mod qawwi l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza f'każijiet ta' ħbit għall-vetturi elettriċi u jappoġġja l-attenzjoni li qed tagħti lill-kwistjoni tas-sikurezza tal-karozzi elettriċi għal utenti vulnerabbli tat-toroq; |
14. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li sal-2010 tippreżenta linji gwida koordinati dwar l-inċentivi għax-xiri tal-vetturi elettriċi; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħsbu għal pakkett adegwat ta' inċentivi għall-implimentazzjoni ta' netwerk vast ta' ċċarġjar, skont mudelli armonizzati tal-mobbiltà elettrika; |
15. |
Jenfasizza li l-pakketti ta' għajnuna pubblika pprovduta lill-kumpaniji jeħtieġ li jkunu marbuta ma' sett ta' kundizzjonijiet ċari soċjali, teknoloġiċi, ekonomiċi u ta' kriterji tal-effiċjenza ambjentali, u jistenna mill-Kummissjoni li twettaq valutazzjonijiet ex-post ta' għajnuna finanzjarja ta' dan it-tip; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti struttura settorjali Ewropea bil-għan li timmaniġġa t-tranżizzjoni soċjali involuta f'politika tal-mobbiltà b'użu baxx tal-karbonju u li tikkoordina miżuri ta' antiċipazzjoni biex tiżgura rkupru sostenibbli fl-industrija tal-karozzi u tnaqqas kwalunkwe impatt soċjali; jesiġi li jittieħdu passi effikaċi biex it-tibdil fis-settur awtomottiv u fil-katina ta' provvista ikun antiċipat, f'koordinament mal-persuni interessati kollha, partikolarment permezz tal-varar mill-ġdid tal-pjattaforma CARS-21 bi grupp ta' ħidma speċifiku dwar il-kwistjonijiet soċjali; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw għalkollox l-użu tal-fond ta' Globalizzazzjoni u fondi strutturali oħra bħall-Fond Soċjali Ewropew, biex jinċentiva l-ksib ta' ħiliet ġodda u sforzi ta' taħriġ immirati sewwa u r-reorjentament tat-taħriġ settorjali u tal-istrutturi edukattivi biex jintlaqa' għall-ħtiġijiet emerġenti ta' ħiliet li jirriżultaw minn din it-teknoloġija; |
18. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Ħiliet Settorjali, bil-għan li jinħoloq netwerk tal-osservatorji nazzjonali tal-Istati Membri; |
19. |
Jiddefendi l-implimentazzjoni ta' pjattaforma tal-informazzjoni u koordinament konġunti bejn l-atturi, proġetti u inizjattivi Ewropej u t-twaqqif ta' osservatorju (il-livell dinji) dwar il-mobbiltà elettrika, li jiffoka fuq il-mudelli tan-negozju, it-teknoloġiji tal-vetturi u tal-iċċarġjar u l-integrazzjoni man-netwerks elettriċi intelliġenti, filwaqt li jlaqqa' flimkien il-persuni interessati l-aktar rilevanti, inizjattivi mmexxija mill-industrija u/jew mill-politika; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-politika fiskali fit-tul li hija meħtieġa għall-promozzjoni ta' vetturi nodfa u b'użu effiċjenti tal-enerġija, u jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi viżjoni komuni fit-tul dwar kwistjonijiet bħal dawn relatati mas-CO2, bl-antiċipazzjoni tat-tibdiliet strutturali li jirriżultaw mill-bidla mill-fjuwils konvenzjonali għall-elettriku u l-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija tal-mobbiltà elettrika biex jikkunsidraw ir-riżorsi, l-enerġija u l-bilanċ ambjentali tal-vetturi elettriċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-vetturi, mill-produzzjoni sar-rimi, inkluż ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-batteriji; |
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għad-disponibbiltà tal-materja prima meħtieġa għal-produzzjoni tal-batteriji u l-komponenti, li tqajjem il-kwistjonjiet tal-ispejjeż ta' produzzjoni ogħla u d-dipendenza tal-UE; Jistieden lill-Industrija biex tagħmel ħilitha ħalli tuża r-riżorsi disponibbli u jistieden lill-Kummissjoni biex tiffinanzja r-riċerka applikata skont il-Programmm Kwadru kurrenti u dak tal-ġejjieni dwar il-materja prima użata għall-batteriji elettriċi, biex tinkoraġġixxi netwerk aħjar bejn is-surveys ġeoloġiċi tal-UE u tippromwovi l-ħiliet u t-teknoloġiji f'dan is-settur bil-għan li tingħata spinta l-esplorazzjoni għal depożiti ġodda tal-materja prima; |
23. |
Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' kampanji ta' informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-vantaġġi, possibbiltajiet u aspetti prattiċi tal-vetturi elettriċi; |
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-sħab soċjali u lill-industrija. |
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/89 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Ir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija fil-qasam tal-Vetturi bil-Mutur
P7_TA(2010)0151
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar ir-Regolament dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija tal-vetturi bil-mutur
2011/C 81 E/18
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 101(1) u (3), l-Artikolu 103(1) u l-Artikolu 105(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “TFUE”),
wara li kkunsidra r-Regolament Nru 19/65/KEE tal-Kunsill tat-2 ta’ Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (1),
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (2),
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tal-22 ta’ Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (3) (ir-regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-ftehimiet vertikali ġenerali, minn hawn 'il quddiem il-“GBER attwali”),
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (4) (ir-regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-vetturi bil-mutur, minn hawn 'il quddiem l-“MVBER attwali”),
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (5); u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (6),
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat lil kategoriji ta’ ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma (ir-regolament il-ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-ftehimiet vertikali ġenerali, minn hawn 'il quddiem il-“GBER il-ġdid”), ippubblikat fit-28 ta’ Lulju 2009 għal konsultazzjoni fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni,
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat lil kategoriji ta’ ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ir-regolament il-ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-vetturi bil-mutur, minn hawn 'il quddiem l-“MVBER attwali”), ippubblikat fil-21 ta’ Diċembru 2009 għal konsultazzjoni fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni,
wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida fuq trażżin vertikali (7),
wara li kkunsidra l-opuskolu spjegattiv tal-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur fl-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat (8),
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida fuq trażżin vertikali, ippubblikat fit-28 ta’ Lulju 2009 għal konsultazzjoni fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni,
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali fi ftehimiet dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur, ippubblikat fil-21 ta’ Diċembru 2009 għal konsultazzjoni fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394),
wara li kkunsidra r-“Rapport tal-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operat tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 dwar id-distribuzzjoni u s-servizzi tal-vetturi bil-mutur” u d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjawh, ippubblikat f'Mejju 2009 fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni (minn hawn “il quddiem ir-'rapport tal-evalwazzjoni”),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2009 dwar “Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur” (COM(2009)0388) u d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjawha,
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur (INT/507 – CESE 444/2010),
wara li kkunsidra l-kontributi mid-diversi partijiet interessati mibgħuta lill-Kummissjoni matul il-perjodi ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni, kif ukoll il-pożizzjonijiet espressi mill-partijiet interessati matul il-laqgħa konġunta tal-Kumitati ECON u IMCO fid-19 ta’ Ottubru 2009 u l-workshop tal-Kumitat ECON tat-12 ta’ April 2010, it-tnejn li huma dwar l-MVBER,
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat lil kategoriji ta’ ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma fl-industrija tal-vetturi bil-mutur (2002/2046(INI)) (9),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi (2007/2120(INI)) (10),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tal-industrija tal-karozzi (11),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Politika dwar il-Kompetizzjoni 2008 (2009/2173(INI)) (12),
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. |
billi l-ftehimiet ta’ distribuzzjoni huma regolamentati fuq livell tal-UE permezz ta’ żewġ oqfsa ġuridiċi separati, jiġifieri, fuq naħa, Direttiva li tipprevedi l-koordinament tal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-ftehimiet ta’ rappreżentanza kummerċjali (Direttiva 86/653/KEE, l-hekk imsejħa Direttiva dwar l-aġenzija kummerċjali), u min-naħa l-oħra, iż-żewġ regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-ftehimiet vertikali ta’ distribuzzjoni (il-GBER u l-MVBER attwali), |
B. |
billi fl-1999 il-Kummissjoni ddefiniet fil-GBER attwali kategorija ta’ ftehimiet vertikali li tqis li normalment tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 101(3) TFUE mill-projbizzjoni tal-klawżoli u tal-prattiki antikompetittivi, |
C. |
billi s-settur tal-vetturi bil-mutur ilu suġġett għal qafas ta’ regolamentazzjoni speċifiku relatat mal-kompetizzjoni min-nofs is-snin tmenin, |
D. |
billi fl-2002 il-Kummissjoni qieset li s-settur tal-vetturi bil-mutur ma għandux jiddaħħal fis-sistema tal-GBER attwali, peress li kienu għadhom jinħtieġu provvedimenti speċifiċi biex jindirizzaw problemi partikolari marbuta mal-kompetizzjoni identifikati minnha f'dan is-settur, jiġifieri sitwazzjoni oligopolistika fis-suq tal-karozzi Ewropew; billi sa dak iż-żmien il-Kummissjoni kienet imħassba bil-fatt li l-kompetizzjoni bejn il-manufatturi tal-karozzi kienet baxxa, |
E. |
billi l-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tadotta regoli aktar rigorużi għall-MVBER attwali għal dan is-settur, partikolarment limiti speċifiċi tas-sehem fis-suq u restrizzjonijiet u kundizzjonijiet fundamentali ulterjuri, |
F. |
billi l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-MVBER attwali jħaddan tlett iswieq ta’ produzzjoni differenti: (a) vetturi bil-mutur ġodda (suq primarju); (b) partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur (suq ta’ wara l-bejgħ); u (c) servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni (suq ta’ wara l-bejgħ); billi fost il-vetturi bil-mutur insibu kemm il-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll vetturi kummerċjali, |
G. |
billi kemm il-GBER kif ukoll l-MVBER attwali se jiskadu fil-31 ta’ Mejju 2010; billi l-Kummissjoni nediet il-proċess ta’ eżaminar mill-ġdid taż-żewġ regolamenti u tal-linji gwida li jakkumpanjawhom, |
H. |
billi issa l-Kummissjoni tqis li s-swieq tal-bejgħ tal-vetturi bil-mutur ġodda huma kompetittivi ħafna u li l-livelli ta’ konċentrazzjoni qegħdin jonqsu; billi l-Kummissjoni tqis ukoll li l-ostakli għad-dħul huma baxxi f'dan is-suq u li ġie reġistrat tkabbir b'ritmu mgħaġġel ta’ dħul ta’ parteċipanti ġodda mill-Asja tal-Lvant iġġenerat minn prezzijiet aggressivi, |
I. |
billi l-Kummissjoni tosserva li, b'konsegwenza ta’ dan, il-prezzijiet bl-imnut tal-karozzi tal-passiġġieri qegħdin jogħlew; billi, bil-kuntrarju ta’ dan, il-Kummissjoni tosserva li l-kompetizzjoni fis-swieq tat-tiswija u manutenzjoni għadha limitata ħafna u li l-prezzijiet huma ferm għoljin għal ċerti tipi ta’ partijiet tal-bdil, |
J. |
billi l-Kummissjoni tipproponi li eżenzjoni speċifika ta’ kategorija għax-xiri u l-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġodda (suq primarju) m'għadhiex meħtieġa u li l-GBER il-ġdid se japplika għas-suq primarju wara perjodu ta’ proroga ta’ 3 snin; filwaqt li sal-31 ta’ Mejju 2013, l-MVBER attwali se jibqa' japplika għas-suq primarju, |
K. |
billi l-Kummissjoni tipproponi wkoll l-adozzjoni ta’ linji gwida speċifiċi għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni li japplikaw għas-settur tal-vetturi bil-mutur, kemm għas-suq primarju kif ukoll għal dak ta’ wara l-bejgħ, |
L. |
billi, għas-suq ta’ wara l-bejgħ (partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur, servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni), il-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta’ regolament speċjali ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, l-MVBER il-ġdid, |
M. |
billi ma jistax jinċaħad il-fatt li l-maġġoranza kbira tal-impriżi fil-kummerċ u fit-tiswija tal-karozzi espremiet it-tħassib serju tagħha dwar riskju ta’ sospensjoni temporanja jew proroga għal perjodu qasir tal-MVBER attwali, billi dan ikun jissarraf f'deterjorament ulterjuri tal-bilanċ tal-poteri bejn il-manufatturi u l-bqija tal-katina tal-valur fis-settur tal-karozzi u se jibbenefikaw biss grupp ċkejken ta’ manufatturi kbar ta’ vetturi, |
N. |
billi bosta rappreżentanti tas-suq tal-partijiet tal-bdil tal-vetturi u tas-settur tat-tiswija u manutenzjoni esprimew l-appoġġ tagħhom favur ġabra ġdida ta’ regoli għas-suq ta’ wara l-bejgħ bħala pass 'il quddiem importanti meta mqabbel mal-MVBER attwali, |
O. |
billi s-suq primarju u s-suq ta’ wara l-bejgħ mhumiex reċiprokament esklussivi u l-vijabilità kummerċjali ta’ ħafna bejjiegħa indipendenti tiddependi kemm fuq il-flessibilità tagħhom li jbigħu kif ukoll li jsewwu l-vetturi, |
P. |
billi l-UE attwalment qiegħda tħabbat wiċċha ma’ kriżi finanzjarja u ekonomika u rati tal-qgħad għoljin liema bħalhom; billi l-UE għandha tippromwovi ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva u timmira li tnaqqas il-faqar; billi l-industrija tal-karozzi Ewropea tirrappreżenta settur fundamentali tal-ekonomija Ewropea peress li tikkontribwixxi għall-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-ekonomija kollha kemm hi; billi din l-industrija ntlaqtet b'mod partikolari mill-kriżi attwali u rċeviet sostenn mill-interventi Statali f'bosta Stati Membri, |
Q. |
billi d-dispożizzjonijiet relatati mal-bejgħ ta’ bosta marki (multi-branding) japplikaw għad-distribuzzjoni tal-bejgħ fl-istess stabbiliment, f'vetrini separati fl-istess żona jew fi stabbilimenti separati, |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni fetħet bosta konsultazzjonijiet pubbliċi fir-rigward tal-eżaminar mill-ġdid tal-MVBER u tal-GBER; japprezza li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament ir-rapport tal-evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-MVBER attwali; |
2. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem b'mod proattiv fi spirtu ta’ ftuħ u trasparenza mal-Parlament u biex tinforma u tibgħat dokumenti leġiżlattivi, preleġiżlattivi u mhux leġiżlattivi lill-Parlament f'fażi bikrija, kif aċċerta l-Kummissarju Almunia matul is-seduta ta’ smigħ tiegħu bħala Kummissarju nominat; |
3. |
Jenfasizza li approċċ bħal dan għandu jippermetti dibattitu fil-fond fost il-Membri Parlamentari u jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika biċ-ċar liema kontributi tal-partijiet interessati, f'każ li hemm, bisħiebha tinkorpora fir-regolament finali bil-għan li tiggarantixxi abbozzar trasparenti tal-MVBER u tal-GBER finali; |
5. |
Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali biex l-industrija tal-vetturi bil-mutur fl-UE, inklużi kemm il-manufatturi ta’ vetturi kif ukoll il-produtturi tal-partijiet tal-vetturi, issir sostenibbli u tkun tista' tibqa' ekonomikament effiċjenti u minn ta’ quddiem nett f'dik li hija innovazzjoni teknoloġika, ekoloġika u soċjali; jenfasizza l-importanza li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżi marbuta mal-kompetizzjoni u l-proprjetà intellettwali, kemm fis-suq intern kif ukoll ma’ pajjiżi terzi; |
6. |
Jemmen li l-MVBER il-ġdid għandu jitqies bħala biċċa minn approċċ integrat għal-leġiżlazzjoni fis-settur tal-vetturi bil-mutur; |
7. |
Ifakkar fl-importanza taċ-ċertezza ġuridika; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tabbozza dokument ta’ Mistoqsijiet Komuni jew Opuskolu Spjegattiv li jispjegaw f'aktar dettall lill-atturi fis-suq il-qafas leġiżlattiv il-ġdid; |
8. |
Jiġded l-attenzjoni għall-fatt li r-relazzjoni bejn il-manufatturi, fuq naħa, u l-bejjiegħa, il-fornituri ta’ servizzi u l-atturi ekonomiċi rilevanti l-oħra fil-katina tal-provvista fis-settur tal-karozzi, min-naħa l-oħra, għandha tiġi analizzata bir-reqqa u jittieħed f'kunsiderazzjoni l-poter ekonomiku mhux indaqs tagħhom bħala msieħba kummerċjali; |
9. |
Jisħaq fuq il-fatt li teżisti ħtieġa li lill-atturi żgħar u ta’ daqs medju fil-katina tal-provvista fis-settur tal-karozzi jiġihom garantit il-fatt li jgawdu minn kundizzjonijiet favorevoli; jenfasizza l-importanza li jiġi adottat qafas sod ta’ regolamentazzjoni kapaċi li jipprevjeni b'mod effikaċi kwalunkwe abbuż ta’ kwalunkwe pożizzjoni dominanti u jiggarantixxi li ma jkunx hemm żieda fid-dipendenza tal-SMEs fil-konfront tal-manufatturi l-kbar; ifakkar fl-importanza tal-SMEs bħala atturi li jagħtu x-xogħol, partikolarment f'mument ta’ kriżi ekonomika, u bħala fornituri ta’ prossimità u jirrispondu għall-esiġenzi tal-popolazzjoni, anki f'żoni b'popolazzjoni skarsa; |
10. |
Mhuwiex favur it-tneħħija ta’ ċerti kundizzjonijiet imposti mill-MVBER attwali għall-eżenzjoni ta’ ftehim, jiġifieri klawżoli kuntrattwali dwar il-bejgħ ta’ bosta marki, avviż ta’ terminazzjoni, tul ta’ żmien, arbitraġġ ta’ tilwim, litigazzjoni u trasferimenti tan-negozju fi ħdan in-netwerk; ifakkar, b'mod partikolari, li l-ħtieġa ta’ semplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tan-negozju tifforma parti mill-ewwel prinċipju tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar; jiġded l-attenzjoni għar-riskju rappreżentat mill-obbligu ta’ mmarkar uniku għall-għażla tal-konsumatur u l-indipendenza tal-bejjiegħ fil-konfront tal-manufatturi; jibża' li dawn il-klawżoli aktarx isiru suġġetti għal liġijiet nazzjonali differenti dwar il-kuntratti; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li d-distributuri, inklużi dawk mis-settur tal-vetturi bil-mutur, jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni kuntrattwali fl-UE kollha hekk kif attwalment jibbenefikaw l-aġenti kummerċjali; jemmen li dan l-allinjament jista' jintlaħaq bl-emenda tad-Direttiva 86/653/KEE u parzjalment permezz tat-twessigħ tal-ambitu ta’ applikazzjoni biex jinkludi l-ftehimiet ta’ distribuzzjoni; |
12. |
Jenfasizza li huwa importanti, partikolarment fi żminijiet ta’ diffikultà ekonomika, li jitħallew alternattivi kummerċjali konkreti għall-pussess, bħall-kiri, biex l-eżiġenzi ta’ mobilità tal-individwi jkunu sodisfatti; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-MVBER u l-GBER il-ġodda jistipulaw il-kundizzjonijiet meħtieġa, bħad-definizzjoni ta’ utent finali, sabiex it-tali alternattivi kummerċjali jiżviluppaw u jikkontrobwixxu għal kompetizzjoni tajba fis-suq tal-karozzi; |
13. |
Mhuwiex favur Kodiċi ta’ Kondotta mhux vinkolanti li jistabbilixxi obbligi reċiproċi bejn bejjiegħa konċessjonarji u l-fornituri tagħhom billi ma tkunx effikaċi biex tħares l-interessi tal-bejjiegħa fil-konfront tal-manufatturi; kwalunkwe Kodiċi ta’ Kondotta għandu jkun akkumpanjat minn mekkaniżmu ta’ infurzar xieraq, jiġifieri r-rikors għal proċedura ta’ arbitraġġ adegwata; |
14. |
Jibża' li l-objettiv tal-Kummissjoni li tkompli tippromwovi kompetizzjoni effikaċi fis-suq ta’ wara l-bejgħ tas-settur tal-vetturi bil-mutur billi tindirizza l-għażla tal-konsumatur u permezz ta’ aċċess effikaċi għall-operaturi indipendenti tas-suq ma jkunx jista' jintlaħaq permezz ta’ din ir-riforma; jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq ta’ wara l-bejgħ tas-settur tal-vetturi bil-mutur għandhom ukoll konsegwenza diretta fuq is-sikurezza pubblika; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-limitu tat-30 % għall-obbligu tax-xiri tal-partijiet tal-bdil (spare parts), bil-għan li tinżamm il-libertà tas-sewwejja awtorizzati li jixtru partijiet tal-bdil minn sorsi li mhumiex il-manufattur tal-vetturi u għalhekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn nerġgħu lura għall-provvista vinkolata (captive) li tgħolli l-prezzijiet tal-partijiet tal-bdil u tnaqqis l-attività ta’ fornituri oħra tal-partijiet tal-bdil; |
16. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-konsumaturi Ewropej kif ukoll utenti finali oħra ma għandhomx iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli fix-xiri ta’ karozza bi prezzijiet kompetittivi, anki fi kwantitajiet kbar u indipendentement mis-sistema ta’ distribuzzjoni magħżula mill-fornitur, u jkunu jistgħu jagħżlu fejn u kif isiru t-tiswija u l-manutenzjoni; |
17. |
Ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-appelli ripetuti tal-Parlament favur vetturi ekoloġiċi u fid-dikjarazzjonijiet mill-President tal-Kummissjoni dwar ekonomija li tirrispetta l-ambjent; jemmen li l-immarkar multiplu kif ukoll l-aċċess faċli għas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni jgħinu biex jintlaħaq l-objettiv ta’ vetturi b'emissjonijiet aktar baxxi permezz ta’ tqabbil faċli ta’ vetturi fil-mument ta’ xiri ta’ karozza u ta’ vetturi li jaħdmu b'mod adegwat; itenni t-talba tiegħu għal investigazzjoni tal-effikaċja tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur tal-vetturi bil-mutur għal “irkupru li jirrispetta l-ambjent”; |
18. |
Jinsab imħasseb li l-linji gwida proposti mill-Kummissjoni għas-settur tal-vetturi bil-mutur mhumiex biżżejjed preċiżi biex jiggarantixxu li l-informazzjoni teknika tkun disponibbli għall-bejjiegħa indipendenti fl-istess format komprensiv kif previst fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fir-Regolament (KE) Nru 595/2009; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni taġġorna d-definizzjoni ta’ informazzjoni teknika abbażi tal-progress teknoloġiku u tiggarantixxi aċċess kontinwu għal servizzi aġġornati u data tal-partijiet f'formati elettroniċi aċċessibbli faċilment; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapplika r-regoli l-ġodda marbuta mas-suq ta’ wara l-bejgħ mill-1 ta’ Ġunju 2010, indipendentement mis-soluzzjonijiet li għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-bejgħ ta’ vetturi ġodda; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni tittratta forom ġodda ta’ miżuri kontra l-kompetizzjoni li jorbtu lill-klijenti pereżempju kwalunwe tip ta’ servizz ta’ wara l-bejgħ li jkun subordinat għat-tiswija jew manutenzjoni esklussiva ta’ vetturi fin-netwerk speċifiku tal-marka; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-operat tal-qafas ġuridiku l-ġdid għas-settur tal-karozzi fuq bażi regolari; iħeġġeġ partikolarment lill-Kummissjoni terġa' twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet marbuta mal-kompetizzjoni fis-suq primarju tal-vetturi bil-mutur qabel it-tmien tal-perjodu ta’ proroga, b'attenzjoni fuq l-impatt ta’ ċerti klawżoli kuntrattwali bħall-immarkar multiplu, it-trasferimenti tan-negozju u l-limitu għall-partijiet tal-bdil, kif ukoll fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta propost; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħalli l-għażliet ta’ regolamentazzjoni kollha miftuħa u biex tieħu miżuri xierqa, fosthom proroga ġdida ta’ parti tal-MVBER jew reviżjonijiet tal-GBER, f'każ li jkun jidher li l-kundizzjonijiet kompetittivi partikolarment fis-suq primarju marru konsiderevolment għall-agħar; |
22. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament għandu jkun infurmat mill-Kummissjoni bi kwalunkwe adattament tal-qafas ġuridiku l-ġdid li hija aktarx tipprevedi tadotta bħala konsegwenza tas-sorveljanza tagħha tas-suq u li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat mingħajr dewmien qabel ma tittieħed deċiżjoni bħal din; |
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 382, 31.12.1986, p. 17.
(3) ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.
(4) ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.
(6) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(7) ĠU C 291, 13.10.2000, p. 1.
(8) ĠU C 101, 27.4.2004, p. 97.
(9) ĠU C 187 E, 7.8.2003, p. 149.
(10) Testi adottati, P6_TA(2008)0007.
(11) Testi adottati, P6_TA(2009)0186.
(12) Testi adottati, P7_TA(2010)0050.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/95 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni kontra l-kanċer: Sħubija Ewropea
P7_TA(2010)0152
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni kontra l-kanċer: Sħubija Ewropea (2009/2103(INI))
2011/C 81 E/19
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni kontra l-kanċer: Sħubija Ewropea (COM(2009)0291),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (2),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (3),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-piż Ewropew tal-kanċer adottati fl-10 ta’ Ġunju 2008 (4),
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/878/KE tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar l-iskrinjar tal-kanċer (5),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar il-bżonn ta’ strateġija komprensiva biex jiġi kkontrollat il-kanċer (6),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra (7),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2006 dwar il-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea mkabbra (8),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea (9),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 646/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li tadotta pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra l-kanċer fi ħdan il-qafas għal azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) (10),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta’ Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (11),
wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer: it-tielet verżjoni,
wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kanċer fid-Dinja 2008 tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Epatite Ċ (12),
wara li kkunsidra l-attività u l-konklużjonijiet tal-grupp ta’ interess tal-partijiet kollha Membri tal-Parlament Ewropew Kontra l-Kanċer,
wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (13),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0121/2010),
A. |
billi l-kanċer qed jikber b’mod epidemiku fid-dinja kollha minkejja l-progressi fil-mediċina, |
B. |
billi ċerti pajjiżi għamlu progress fit-tnaqqis tar-rati tal-kanċer bis-saħħa ta’ politiki kontra t-tipjip, prevenzjoni sekondarja mtejba u trattament ta’ ċerti forom ta’ kanċer (14), |
C. |
billi, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-kanċer huwa waħda mill-kawżi ewlenin tal-mewt fid-dinja u jammonta għal madwar 13 % tal-imwiet kollha fl-2004, |
D. |
billi l-kanċer kien it-tieni kawża l-iktar komuni ta’ mwiet fl-2006, li wassal għal żewġt imwiet minn kull għaxra għan-nisa u tlett imwiet minn kull għaxra għall-irġiel, ekwivalenti għal madwar 3.2 miljun ċittadin fl-UE djanjostikat bil-kanċer kull sena; billi fil-biċċa l-kbira tagħhom l-imwiet ikunu kkawżati mill-kanċer tal-pulmun, mill-kanċer kolorettali u mill-kanċer tas-sider, |
E. |
billi, skont estimi li saru mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, wieħed minn kull tliet ċittadini Ewropej jiġi djanjostikat bil-kanċer matul ħajtu u wieħed minn kull erba’ ċittadini Ewropej imut bil-marda, |
F. |
billi t-tbassir jissuġġerixxi li fl-2010 tliet miljun Ewropew se jiżviluppalhom il-kanċer u kważi żewġ miljuni mistennija jmutu bil-kanċer, u billi l-previzjonijiet għall-2020 jissuġġerixxu li 3.4 miljun Ewropew se jiżviluppalhom il-kanċer u iktar minn 2.1 miljun se jmutu kaġun tal-marda, |
G. |
billi l-aktar tipi ta’ kanċer frekwenti jvarjaw bejn in-nisa u l-irġiel u n-nisa jintlaqtu l-aktar mill-kanċer tas-sider, tal-għonq tal-utru, tal-endometriju, tat-tubu fallopjan, tal-ovari u tal-vaġina iżda sikwit ukoll mill-kanċer tal-istonku u tal-kolon; billi l-inċidenza tal-kanċer tas-sider qiegħda tikber fost in-nisa f'ħafna pajjiżi Ewropej u qiegħda taffettwa wkoll lin-nisa żgħażagħ u kull sena 275 000 mara fl-UE jaqbadha l-kanċer tas-sider, |
H. |
billi l-ġlieda kontra l-kanċer għandha titqies parti essenzjali mill-Istrateġija għas-Saħħa, |
I. |
billi madwar 30 % tal-każi ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati u l-konsegwenzi tagħhom jonqsu jekk dawn jiġu skoperti u trattati fi stadju bikri u filwaqt li l-effikaċja tal-programmi nazzjonali tal-iskrinjar għan-nisa tvarja u tiddependi mill-kopertura tal-popolazzjoni femminili, mill-aċċessibilità għall-mammografija u l-kwalità tagħha, mit-trattament u minn fatturi oħra, |
J. |
billi l-kanċer fit-tfulija, li huwa l-iktar kawża komuni tal-mewt bil-mard fost iż-żgħar, jista' jiġi ttrattat b'suċċess sabiex tintlaħaq rata ta’ sopravivenza ta’ 80 %, |
K. |
billi l-prevenzjoni tinvolvi kemm prevenzjoni primarja tal-inċidenza u kemm prevenzjoni sekondarja permezz tal-iskrinjar u tas-sejbien bikri, |
L. |
billi l-prevenzjoni primarja effettiva tista’ tikkontribwixxi bil-kbir biex tittejjeb is-saħħa permezz ta’ intervenzjonijet ibbażati fuq il-popolazzjoni u b'miżuri li jħeġġu stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, |
M. |
billi l-prevenzjoni tinvolvi kemm prevenzjoni primarja tal-inċidenza, li tista’ tintlaħaq billi l-popolazzjoni tkun anqas espota għal sustanzi li jikkontaminaw li jkunu marbuta mal-kanċer fl-ambjent, flimkien ma’ prevenzjoni sekondarja permezz tal-iskrinjar u s-sejbien bikri, |
N. |
billi l-inċidenza tal-kanċer tal-għonq tal-utru (it-tieni tip ta’ kanċer l-aktar komuni fin-nisa wara l-kanċer tas-sider) tista’ tiġi evitata bi trattament xieraq bħat-tilqim profilattiku kontra l-vajrusis karċinoġeniċi, |
O. |
billi l-kanċer huwa kkawżat minn ħafna fatturi fi stadji multipli u, għalhekk, jeħtieġ paradigma ġdida għall-prevenzjoni tal-kanċer li tittratta fatturi li għandhom x'jaqsmu mal-ġenetika, mal-istil tal-ħajja, max-xogħol u mal-ambjent fuq l-istess livell b’mod li jkunu riflessi l-effetti veri tat-tagħqid ta’ fatturi differenti, iktar milli bl-għoti ta’ attenzjoni lil kawżi iżolati, |
P. |
billi l-fatturi ambjentali ma jinkludux biss duħħan ambjentali mit-tabakk, radjazzjoni u esponiment eċċessiv għall-UV iżda wkoll esponiment għal sustanzi kimiċi li jikkontaminaw fl-ikel, fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma minħabba, inter alia, proċessi industrijali, prattiki agrikoli jew il-kontenut ta’ tali sustanzi, pereżempju, fil-prodotti tal-kostruzzjoni u fil-prodotti għall-konsum, |
Q. |
billi prinċipalment din il-marda hija kkawżata minn esponiment individwali għal aġenti karċinoġeniċi li dak li jkun jiġbed man-nifs, jiekol jew jixrob, jew minn esponiment għal aġenti karċinoġeniċ li jkun espost għalihom fl-ambjent personali jew professjonali tiegħu; billi ċerti vizzji, bħall-użu tat-tabakk, tendenzi ripetuti fid-dieta u fl-attivitajiet fiżiċi – kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent – għandhom irwol ewlieni fl-iżvilupp tal-kanċer, |
R. |
billi, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, tal-inqas 10 % tal-imwiet annwali kkawżati mill-kanċer ikunu kkaġunati b'mod dirett minn esponiment għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol; billi tali esponiment jista’ jiġi evitat jekk il-karċinoġeni jiġu sostitwiti b’sustanzi inqas perikolużi, |
S. |
billi r-rata mgħaġġla fiż-żieda ta’ ċerti kanċers, bħal pereżempju l-kanċer tat-testikoli u l-Limfoma Non-Hodgkins, u ż-żieda fl-Ewropa ta’ 1 % kull sena f'dawn l-aħħar 20 sena ta’ kanċers fit-tfulija, skont id-WHO, juri li bilfors hemm involuti fatturi ambjentali, |
T. |
billi l-prevenzjoni sekondarja effettiva maħsuba għas-sejbien bikri tal-marda tista’ tikkontribwixxi wkoll biex tittejjeb il-prevenzjoni tas-saħħa u tista’ tikkontribwixxi bil-kbir biex tittejjeb is-saħħa; billi tbassar li permezz tal-implimentazzjoni ta’ kopertura demografika ta’ 100 % fir-rigward tal-iskrinjar tal-kanċer ċervikali, jistgħu jiġu salvati madwar 94 % ta’ snin ta’ ħajja mitlufa u, għal kull 152 pap smear test li jsir, tista' tinkiseb sena waħda ta’ ħajja, |
U. |
billi l-kimiċi li jħawdu s-sistema endokrinali jista’ jkollhom sehem importanti fl-iżvilupp tal-kanċer, pereżempju fil-każ tal-kanċer tas-sider jew tat-testikoli, u għalhekk dawn jeħtieġu azzjoni speċifika, |
V. |
billi s-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi kbar għas-sostenibilità tagħhom għaż-żmien twil u l-ewwel fosthom huwa l-impatt li se jkollha l-popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ fuq ir-rekwiżiti tal-forza tax-xogħol u fuq l-infiq globali fuq il-kura tas-saħħa; barra dan, għalkemm it-teknoloġiji l-ġodda jġibu benefiċċji sostanzjali, dawn jeħtieġu persunal imħarreġ b’mod adegwat u possibbilment żieda fl-infiq, |
W. |
billi l-inċidenza ta’ ċerti kanċers bħall-kanċer tal-għonq tal-utru hija ogħla b’mod sinifikanti f’ċerti popolazzjonijiet migranti ta’ nisa, u għalhekk jeħtieġ jiġi garantit li l-prevenzjoni u l-programmi tas-sejbien bikri tal-marda jkunu ffukati fuq dawn il-gruppi b’riskju għoli u disponibbli għalihom, |
X. |
billi l-fatt li l-popolazzjoni fl-Unjoni qed tixjieħ huwa wieħed mill-kawżi taż-żieda fil-piż tal-kanċer madwar l-Unjoni, u billi ż-żieda fl-inċidenza tal-kanċer se toħloq pressjoni addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi u fuq il-produttività tal-ekonomija tas-settur privat u għalhekk titjib fl-indikaturi tas-saħħa li jirrigwardaw il-kanċer se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib fl-indikaturi ekonomiċi fuq medda twila ta’ żmien, |
Y. |
billi l-prevalenza tal-kanċer hija korelatata maż-żieda fl-età u hija marbuta mill-qrib max-xjuħija, huwa l-każ ukoll li iżjed ma l-popolazzjoni tixjieħ, iżjed se tiżdied ukoll l-inċidenza inġenerali tal-kanċer; din ix-xejra se tidher l-aktar fost nisa iktar anzjani, minħabba li n-nisa għandhom jgħixu iktar mill-irġiel, u għalhekk jeħtieġ li jiġi garantit li l-prevenzjoni u l-programmi tas-sejbien bikri ma jkunux disponibbli biss għal nisa ta’ età medja izda anke għal nisa anzjani kif ukoll għal dawk l-aktar anzjani fost l-anzjani, |
Z. |
billi fit-Trattat ta’ Lisbona tapplika l-kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fi kwistjonjiet ta’ sigurtà komuni fis-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni tas-saħħa fiżika u mentali, |
AA. |
billi r-rati tal-mewt bil-kanċer fl-Istati l-Membri l-ġodda huma ogħla minn dawk tal-UE-15, |
AB. |
billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa stmat li mill-inqas terz tal-każi kollha tal-kanċer jista’ jiġi evitat u li l-prevenzjoni toffri l-iżjed strateġija effettiva għal żmien twil f’termini ta’ spiża fuq il-kontroll tal-kanċer, u billi ġie stmat li l-kanċer jista’ jiġi evitat billi jiġu mibdula jew evitati fatturi ewlenin ta’ riskju bħat-tipjip, il-ħxuna żejda, in-nuqqas ta’ konsum ta’ frott u ta’ ħxejjex, in-nuqqas ta’ attività fiżika u l-konsum tal-alkoħol, aġenti li jxerrdu l-infezzjonijiet u l-esponiment għal ċerti sustanzi kimiċi u r-radjazzjoni jonizzanti, |
AC. |
billi n-nutrizzjoni fqira, in-nuqqas ta’ attività fiżika, l-obeżità, it-tabakk u l-alkoħol huma fatturi ta’ riskju komuni għal mard kroniku ieħor, bħas-CVD, id-dijabete tat-tip 2 u mard respiratorju, u għalhekk il-programmi ta’ prevenzjoni tal-kanċer għandhom isiru fil-kuntest ta’ programm integrat ta’ prevenzjoni tal-mard kroniku, |
AD. |
billi sa mill-1987 l-esperti żviluppaw il-Kodiċi Ewoprew Kontra l-Kanċer bħala strument ibbażat fuq l-evidenza biex tiġi trattata l-prevenzjoni, |
AE. |
billi d-differenzi sorprendenti u inaċċettabbli fil-kwalità tal-faċilitajiet tat-trattament tal-kanċer, tal-programmi tal-iskrinjar, tal-linji gwida tal-aħjar prassi bbażati fuq l-evidenza, tal-faċilitajiet tar-radjoterapija, u l-aċċess għal mediċini kontra l-kanċer huma fost il-kawżi tad-differenzi kbar fl-ilħuq tar-rata ta’ sopravivenza ta’ ħames snin f'ħafna każi ta’ kanċer madwar l-Ewropa, |
AF. |
billi l-inugwaljanza tas-saħħa għadha mifruxa fl-Unjoni Ewropea, u billi l-komunitajiet żvantaġġati – minħabba li għandhom aċċess limitat għar-riżorsi, għall-informazzjoni u għas-servizzi – jiffaċċaw riskji ikbar ta’ problemi ta’ saħħa minn dawk li għandhom pożizzjoni soċjoekonomika ogħla, |
AG. |
billi l-kanċer jista' jitnaqqas u jiġi kkontrollat bl-implimentazzjoni ta’ strateġiji bbażati fuq l-evidenza għas-sejbien bikri u għat-trattament ta’ pazjenti bil-kanċer, |
AH. |
billi huwa stmat li 25 % mill-imwiet bil-kanċer fl-Unjoni huma kkawżati mit-tipjip; billi t-tipjip jikkawża bejn 80 % u 90 % tal-imwiet bil-kanċer tal-pulmun madwar id-dinja, u billi qed jiżdied l-għadd ta’ tfajliet li jibdew ipejpu, bir-riżultat li fil-ġejjieni jiżdied ir-riskju tal- kanċer tal-pulmun fin-nisa, |
AI. |
billi fl-aħħar 20 sena l-inċidenza tal-kanċer tal-fwied żdiedet b'iktar mid-doppju u fl-2006 kien hemm 50 300 każ ġdid ta’ kanċer fl-UE-27 u 45 771 persuna mietu bil-marda, u billi, barra l-piż żejjed u l-konsum tal-alkoħol, minn 75 % sa 80 % tal-każi tal-kanċer tal-fwied primarju huma kkawżati minn infezzjonijiet persistenti b'epatite virali (B jew Ċ), |
AJ. |
billi ġie stabbilit fis-sod li l-istil tal-ħajja, b’mod partikulari d-drawwiet alimentari, jinfluwenza l-iżvilupp tat-tumuri u għalhekk iż-żamma ta’ stat ta’ alimentazzjoni ħażina tikkontribwixxi għas-sopravivenza (għall-inqas għal ċerti tipi ta’ tumuri) u għall-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti bil-kanċer, |
AK. |
billi ċerti kanċers jistgħu jiġu evitati u s-saħħa tista’ tittejjeb b’mod ġenerali billi jiġu adottati stili ta’ ħajja iżjed tajbin għas-saħħa, u billi l-kanċers jistgħu jitfejqu jew il-prospetti tal-fejqan jistgħu jiżdiedu bil-kbir jekk dawn jinstabu fi stadju bikri, |
AL. |
billi l-kanċer huwa marbut ukoll mill-qrib mal-istejtus ekonomiku u soċjali, u billi l-ogħla fatturi tar- riskju tal-kanċer jinsabu fil-gruppi li għandhom l-iżjed livelli baxxi ta’ edukazzjoni. Barra minn hekk, pazjenti li jinsabu fil-klassijiet soċjoekonomiċi l-aktar baxxi għandhom, b’mod konsistenti, l-aktar rati baxxi ta’ sopravivenza mill-pazjenti li jinsabu fi klassijiet ogħla, |
AM. |
billi programm nazzjonali tal-kontroll tal-kanċer li jkun imfassal tajjeb u ġestit sewwa jnaqqas l-inċidenza u l-mortalità bil-kanċer, f’xi każi b’iktar minn 70 %, u jtejjeb il-ħajja tal-pazjenti bil-kanċer, minkejja l-limiti fir-riżorsi li jkun qed iħabbat wiċċu magħhom il-pajjiż, |
AN. |
billi hemm differenzi kbir fost l-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-kwalità tal-pjanijiet tal-kontroll tal-kanċer, |
AO. |
billi l-implimentazzjoni fil-pajjiż ta’ programmi effettivi ta’ skrinjar ibbażati fuq il-poplazzjoni – immexxija skont il-linji gwida Ewropej jekk dawn diġà jkunu jeżistu – ittejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità u l-aċċessibilità tal-iskrinjar, id-dijanjosi u s-servizzi terapewtiċi tal-kanċer għall-popolazzjoni u, b'hekk, jittejjeb ukoll il-kontroll tal-kanċer, |
AP. |
billi fil-mument hemm differenzi kwalitattivi kunsiderevoli fl-UE fir-rigward tal-iskrinjar tal-kanċer, tas-sejbien bikri u tas-segwitu; billi dawn id-differenzi huma marbuta b’mod partikulari mal-applikazzjoni ta’ proċeduri bil-għan ta’ sejbien bikri, metodu maħsub biex inaqqas l-impatt tal-marda, u li l-ispiża tiegħu tista’ tiġi kkalkulata u tkun effiċjenti apparagun man-nefqa, |
AQ. |
billi r-reġistri nazzjonali tal-kanċer fl-Istati Membri kollha huma essenzjali biex tiġi pprovduta data komparabbli dwar il-kanċer, |
AR. |
billi l-kooperazzjoni interistituzzjonali tista’ ttejjeb l-effettività tal-isforzi konġunti tagħna, |
AS. |
billi l-onkoloġija mhix rikonoxxuta bħala speċjalità medika fl-Istati Membri kollha, u billi trid tiġi provduta edukazzjoni medika kontinwa, |
AT. |
billi l-moviment liberu tal-persuni u l-moviment liberu tal-ħaddiema huma garantiti mil-liġi Komunitarja u, bħala prinċipju, il-libertà tal-istabbiliment tgħin tiżgura li l-professjonisti tas-saħħa jkunu jistgħu jmorru fejn ikun hemm bżonnhom l-iżjed, filwaqt li l-pazjenti jibbenefikaw direttament u jiġu evitati d-diffikultajiet prinċipali inerenti fil-moviment tal-pazjenti bejn il-fruntieri, |
AU. |
billi s-saħħa fiżika u s-saħħa mentali huma marbutin u interkonnessi mill-qrib, u din il-konnesjoni fuq żewġ livelli tiġi injorata wisq ta’ spiss fil-kura ta’ min isofri mill-kanċer u ta’ utenti oħra tas-servizz, |
AV. |
billi l-kumplessità tal-kanċer tirrikjedi titjib fil-komunikazzjoni bejn il-bosta professjonisti varjati tal-kura tas-saħħa involuti fit-trattament tal-pazjenti bil-kanċer, u billi l-kura psikosoċjali u s-saħħa mentali tal-pazjenti bil-kanċer jistgħu jtejbu t-tul tal-ħajja u l-kwalità tal-ħajja tagħhom, |
AW. |
billi l-pazjenti bil-kanċer bħalissa għandhom aċċess mhux ugwali għal informazzjoni medika u jeħtieġu b'mod urġenti iktar informazzjoni f’kull stadju tal-marda tagħhom, |
1. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi stabbilita Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer għall-perjodu 2009-2013 li tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom li jittrattaw il-kanċer, billi tipprovdi qafas għall-identifikazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni, tal-kapaċità u tal-għarfien espert fil-prevenzjoni u fil-kontroll tal-kanċer u billi jiġu involuti l-partijiet interessati rilevanti madwar l-Unjoni Ewropea fi sforz kollettiv; |
2. |
Jargumenta li azzjoni b’saħħita dwar il-kanċer fuq livell Ewropew għandha l-potenzjal li tistabbilixxi qafas għal azzjoni koordinata fil-livell tal-Istati Membri, reġjonali u lokali. Is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer għandha tikkumplimenta u tibni fuq il-ħidma li qed isir bħalissa mill-Istituzzjonijiet Ewropej fil-qasam tas-saħħa, u għandha tfittex li tifforma sħubiji ma’ servizzi u setturi oħra sabiex tiżgura approċċ komprensiv fil-prevenzjoni u fil-kura tal-kanċer; |
3. |
Jirrikonoxxi li, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat FUE, l-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa huma primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri, iżda jenfasizza l-importanza li jitfassal pjan direzzjonali Komunitarju u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni konġunta permezz ta’ approċċ trażversali billi jdaħħlu l-qasam mediku f’oqsma tal-politika bħall-edukazzjoni, l-ambjent, ir-riċerka u l-kwistjonijiet soċjali; |
4. |
Jisħaq li għandha tiġi stabbilita koperazzjoni eqreb mal-partijiet interessati, bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema fil-livell internazzjonali, Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, għal sħubija rappreżentattiva u effettiva. Is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer għandha tlaqqa’ lil dawk il-partijiet li jkollhom interess ġenwin li jtejbu r-riżultati fis-saħħa. Ma għandux jingħata mertu baxx lill-potenzjal ta’ dan il-forum għall-kontribut fl-iżvilupp u fit-tixrid ta’ linji gwida tal-aqwa prattiki. Is-Sħubija għandha tistabbilixxi wkoll mezzi ta’ komunikazzjoni ma’ fora oħra, bħall-Forum dwar il-Politika dwar is-Saħħa tal-UE, biex tiżgura li l-ħidma kontra l-kanċer tqis kif mistħoqq il-kwistjonijiet l-oħra bħall-inugwaljanzi fis-saħħa, id-determinanti tas-saħħa u r-rwol tal-professjonisti tas-saħħa, li kollha kemm huma għandhom impatt ċar fuq il-prevalenza u l-kura tal-kanċer; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew biex jikkooperaw mal-Parlament Ewropew fi sħubija interistituzzjonali li tkun ikkoordinata tajjeb sabiex jitnaqqas il-piż tal-kanċer, billi jużaw il-bażi legali stabbilita fit-Trattat ta’ Lisbona li tipproteġi s-saħħa pubblika u tevita l-mard. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew għandhom iqisu l-bosta strutturi formali u informali li hemm fis-seħħ ħalli jikkonsultaw mal-Membri tal-Parlament Ewropew; |
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tispeċifika n-natura tal-finanzjament u s-sorsi tiegħu għas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni Kontra l-Kanċer; |
7. |
Jisħaq li strateġija kompensiva dwar il-kanċer u timijiet multidixxiplinari jistgħu jiżguraw kura iktar effettiva għall-pazjenti bil-kanċer, u jsostni li l-kura integrata tal-kanċer, li tqis b’mod xieraq l-benessri u l-appoġġ psikosoċjali u mentali, hija parti vitali mill-kura u għandha titħeġġeġ ukoll; |
8. |
Jenfasizza li jeħtieġ tittieħed azzjoni speċjali għal kanċers rari u inqas komuni, bil-għan li tiġi aċċellerata d-dijanjosi u l-għarfien espert isir aktar disponibbli f’ċentri ta’ eċċellenza; |
9. |
Jinnota li skont it-Trattat ta’ Lisbona l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jistgħu jadottaw ukoll miżuri inċentivi mfassla biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem; |
10. |
Iqis li s-suċċess tas-sħubija, meta jitqies li mhux ser ikun hemm finanzjament supplimentari sa tmiem il-qafas finanzjarju attwali (2013), jiddependi mill-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet integrati dwar il-kanċer kemm jista' jkun malajr, peress li dawn huma fatturi prinċipali fl-ilħiq tal-għan ambizzjuż għal żmien twil tas-Sħubija li l-piż tal-kanċer jitnaqqas bi 15 % sal-2020; |
12. |
Jitlob lill-Kummissjoni tibni fuq is-sejbiet tas-Sħubija tal-Kanċer fir-rigward tal-pjanijiet tal-kontroll tal-kanċer u tippreżenta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Pjanijiet ta’ Kontroll tal-Kanċer; jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja b’mod indipendenti fuq bażi annwali l-implimentazzjoni u l-progress tar-rakkomandazzjoni adottata; |
13. |
Jenfasizza li l-prevenzjoni hija r-reazzjoni l-iktar effettiva f’termini ta’ spiża, peress li terz tal-kanċers jistgħu jiġu evitati, u jħeġġeġ li jiġu investiti b’mod sistematiku u strateġiku iktar riżorsi fil-prevenzjoni primarja kif ukoll f’dik sekondarja; jenfasizza l-importanza li jinżammu l-investimenti fis-saħħa, b’mod partikulari permezz ta’ azzjonijiet preventivi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew għandhom jikkunsidraw aktar azzjoni sabiex jiżguraw ambjent li jtejjeb is-saħħa, inkluża ħidma fuq l-użu tat-tabakk, in-nutrizzjoni u l-alkoħol u d-dispożizzjonijiet li jtejbu l-opportunitajiet ta’ attività fiżika; |
14. |
Jistieden lis-Sħubija tiżgura li l-azzjonijiet kollha tal-grupp “Il-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni” u “Riċerka” jinkludu komponent dwar il-fatturi ambjentali, bil-fatturi ambjentali definiti li ma jinkludux biss id-duħħan ambjentali mit-tabakk, ir-radjazzjoni u l-esponiment eċċessiv għall-UV, iżda wkoll il-kimiki perikolużi fl-ambjent ta’ barra u ta’ ġewwa li n-nies huma esposti għalihom, inklużi l-perturbaturi tas-sistema endokrinali; |
15. |
Iqis li t-trattament ta’ “fatturi ta’ riskju” tal-kanċer huwa fundamentali għall-prevenzjoni u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jittrattaw dan bħala prijorità; |
16. |
Jenfasizza l-fatt li hemm il-ħtieġa dejjem tikber li niffokaw fuq il-kwalità tal-ħajja għal għadd dejjem jikber ta’ pazjenti bil-kanċer kroniku li minkejja li l-marda tagħhom ma tistax titfejjaq tista' tiġi stabbilizzata għal numru ta’ snin; |
17. |
Jisħaq li l-azzjonijiet maħsuba biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-piż tal-kanċer għandhom jinkludu l-promozzjoni mmirata ta’ programmi ta’ saħħa, edukazzjoni pubblika u prevenzjoni kif ukoll il-ġbir ta’ data minn reġistri nazzjonali dwar il-kanċer ibbażata fuq il-popolazzjoni u data tar-reġistri dwar il-kanċer li tkun kompluta u preċiża; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi ’l dawk l-Istati Membri li għandhom rati għolja ta’ mwiet bil-kanċer biex jirriformaw ir-reġistri nazzjonali tagħhom dwar il-kanċer, sabiex ikunu jistgħu jagħtu d-data meħtieġa għat-tfassil ta’ politiki li jkunu aktar infurmati u aktar iffukati; |
19. |
Iħeġġeġ biex, barra l-promozzjoni tas-saħħa u l-ġlieda kontra l-piż żejjed u l-konsum tal-alkoħol, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jista’ jiżviluppa f’kanċer, pereżempju l-prevenzjoni primarja u sekondarja tal-epatite virali u l-kura tagħha fejn ikun xieraq, għandhom jiġu trattati mis-Sħubija tal-Kanċer u f’inizjattivi ġejjiena tal-UE, bħal rakkomandazzjoni riveduta tal-Kunsill dwar l-iskrinjar tal-kanċer; |
20. |
Jenfasizza li r-rwol tal-iskrinjar huwa wieħed mill-aktar strumenti importanti fil-ġlieda kontra l-kanċer; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fi programmi tal-iskrinjar tal-kanċer u jqis li dawn l-inizjattivi jkunu l-aktar effiċjenti meta jkunu disponibbli għall-firxa l-aktar wiesgħa ta’ nies u fuq bażi regolari; |
21. |
Jisħaq li għandhom jiġu żviluppati riċerki integrati (bażiċi u kliniċi) dwar l-użu tal-alimentazzjoni fil-prevenzjoni tal-kanċer jew fit-trattament tal-alimentazzjoni ħażina assoċjata mal-kanċer kif ukoll linji gwida vvalidati u aċċettati b’mod wiesa’ dwar l-appoġġ alimentari għall-pazjenti bil-kanċer; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament biex tiġi żviluppata u vvaliditata riċerka integrata (bażika u klinika) dwar l-użu tan-nutrizzjoni fil-prevenzjoni tal-kanċer u t-trattament ta’ alimentazzjoni ħażina marbuta mal-kanċer, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ linji gwida li huma aċettati b’mod ġenerali dwar appoġġ nutrittiv għall-pazjenti bil-kanċer għal professjonisti soċjali u tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa, u jitlob lill-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida; |
22. |
Jisħaq li jeħtieġ li l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer jiġi rivedut u promoss b’mod iktar wiesa’ u b’iktar saħħa fl-UE-27, u li għandhom jiġu diretti sforzi partikulari lejn l-Istati Membri l-ġodda skont is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer; |
23. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu obbligu legali biex jiddikjaraw il-każi tal-kanċer, billi jużaw terminoloġija Ewropea standardizzata, bil-għan li jipprovdu mezzi li jevalwaw il-prevenzjoni, l-iskrinjar, u l-programmi tal-kura, ir-rati ta’ sopravivenza, u l-kumparabilità tad-data bejn Stat Membru u ieħor u biex, fuq il-bażi tas-sejbiet, jipproduċu informazzjoni maħsuba għall-pubbliku ġenerali; |
24. |
Jisħaq li l-kanċer jista’ jitnaqqas u jitrażżan bl-implimentazzjoni ta’ strateġiji bbażati fuq l-evidenza għas-sejbien bikri u għall-kura tal-pazjenti bil-kanċer, inkluża informazzjoni xierqa biex ikun żgurat li titqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-iskrinjar għal dawk li għandhom jibbenefikaw minnu; f’dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw jekk l-iskrinjar tal-kanċer tas-sider għal nisa taħt il-50 sena u għal nisa ikbar minn 69 sena għandux funzjoni utli u jitlob lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza din l-informazzjoni; |
25. |
Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li l-istandards mifthiema dwar il-kura ta’ kwalità tal-kanċers fit-tfulija jinxterdu u jiġu applikati fl-UE-27; |
26. |
Jitlob lill-Istati Membri jaħdmu aktar ħalli jqajmu kuxjenza dwar il-kanċers speċifiċi għal kull ġeneru, sabiex iżidu l-livelli ta’ prevenzjoni u jħeġġu l-iskrinjar għal dan il-mard; |
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi fondi biex jiġu żviluppati iktar testijiet ibbażati fuq id-demm u l-awrina (testijiet bijomarker) fi ħdan is-seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, filwaqt li tiftakar li dawn il-proċeduri ta’ dijanjosi bikrija huma għodod promettenti fis-sejbien ta’ tipi differenti ta’ kanċer (kanċer tal-prostata, tal-kolon, tal-ovarju, tal-fwied u tal-bużżieqa tal-awrina); |
28. |
Iqis li l-fondi allokati fil-kuntest tas-7 programm qafas għall-ġlieda kontra l-kanċer għandhom jintużaw b’mod aktar effikaċi, partikolarment permezz ta’ koordinazzjoni mtejba bejn id-diversi ċentri ta’ riċerka dwar il-kanċer fl-UE; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq bis-sħiħ ir-rwol tagħha ta’ appoġġ billi tistabbilixxi azzjonijiet konġunti ta’ riċerka; |
30. |
Jitlob li jiżdied l-appoġġ għar-riċerka fil-prevenzjoni tal-kanċer, inkluża r-riċerka dwar l-effetti ta’ kimiċi li jagħmlu l-ħsara u ta’ kontaminaturi ambjentali, l-alimentazzjoni, l-istil tal-ħajja, il-fatturi ġenetiċi, u r-relazzjoni bejn dawn kollha, u jitlob li jiġu investigati r-rabtiet bejn il-kanċer u l-fatturi potenzjali ta’ riskju bħat-tabakk, l-alkoħol u l-ormoni farmaċewtiċi u sintetiċi li hemm fl-ambjent; |
31. |
Jinnota li l-Gvern Ċek għadu ma rratifikax il-Konvezjoni ta’ Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li daħlet fis-seħħ fi Frar 2005, u għalhekk iħeġġu jagħmel dan; |
32. |
Jitlob li r-riċerka permezz tal-bijomonitoraġġ tagħti attenzjoni partikulari lill-aktar sorsi importanti ta’ esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi, b’mod partikulari t-traffiku, l-emissjonijiet mill-industrija, il-kwalità tal-arja fi bliet kbar, u l-emissjonijiet u l-ilmijiet tal-wiċċ fil-viċinanzi ta’ postijiet fejn jintrema l-iskart; |
33. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li tittieħed azzjoni aktar immedjata skont l-Istrateġija Komunitarja dwar il-Perturbaturi Endokrini; |
34. |
Jenfasizza li s-sejbiet tar-riċerka għandhom jiġu tradotti f’azzjoni konkreta kemm jista’ jkun malajr, u li r-riċerka li għaddejja bħalissa ma għandhiex tintuża biex tittardja l-azzjoni kontra fatturi magħrufa jew suspettużi li jikkawżaw jew jippromwovu l-inċidenza tal-kanċer; |
35. |
Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw politiki biex jappoġġaw il-prinċipji inkorporati fl-Istrateġija Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa li ġiet imnedija fl-2004; |
36. |
Iqis li jeħtieġ issir aktar riċerka dwar il-konnessjoni bejn il-kanċer u l-ġeneru kif ukoll riċerka speċifika, iżda mhux frammentata, dwar l-impatt tal-ambjent tax-xogħol fuq it-tipi ta’ kanċer li jolqtu lin-nisa; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi b’kull mezz possibbli l-prinċipju tal-prevenzjoni kemm fil-prattiki tal-mediċina u kemm fi stili ta’ ħajja aktar sani, u biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu aktar mir-riżorsi tagħhom fil-prevenzjoni, kemm dik primarja (jiġifieri l-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ fatturi li jikkawżaw jew jippromwovu l-inċidenza tal-kanċer bħall-esponiment għal sustanzi ambjentali niġġiesa) u kemm dik sekondarja permezz tal-iskrinjar u tas-sejbien bikri; |
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ programmi ta’ riċerka fuq skala kbira biex jiġu żviluppati alternattivi għal sustanzi li jagħmlu ħafna ħsara u li mhumiex karċinoġeni. L-innovazzjoni għandha tiġi mħeġġa u għandha twassal għall-qerda gradwali tas-sustanzi kollha li jagħmlu ħsara li jakkumulaw fil-ġisem tal-bniedem jew fl-ambjent, li jikkawżaw il-kanċer jew effetti mutaġeniċi. Fil-ġejjieni, dawk is-sustanzi għandhom jiġu sostitwiti fis-suq; |
39. |
Iqis li għandha ssir riċerka iktar bir-reqqa dwar proċeduri u tekniċi ta’ sejbien bikri qabel ma jiġu applikati b’mod wiesa’ sabiex jiġi garantit li l-użu u l-applikazzjoni tagħhom jkunu siguri u bbażati fuq l-evidenza; għalhekk, jeħtieġ li din ir-riċerka twassal għal rakkomandazzjonijiet u linji gwida li ma jkunux ambigwi u bbażati fuq l-evidenza; |
40. |
Iqis li l-finanzjament li hemm disponibbli bħalissa għall-ġlieda kontra l-kanċer fl-UE mhuwiex biżżejjed biex jipproduċi r-riċerka u l-koordinazzjoni meħtieġa u biex jipprovdi informazzjoni preventiva diċenti għaċ-ċittadini tal-UE; |
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ddaħħalfil-perspettivi finanzjarji fondi biex tiġi promossa l-prevenzjoni tal-kanċer; |
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni skont l-Isħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer li jittratta l-fatturi determinanti kollha tas-saħħa li huma relevanti għall-kanċer, inklużi dawk ambjentali; |
43. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tappoġġja inizjattivi li jlaqqgħu flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati bil-għan li jiġi prevenut il-kanċer billi jnaqqsu l-esponiment għall-kaċinoġeni fuq ix-xogħol u fl-ambjent u sustanzi oħra li jipproduċu l-kanċer u billi jippromwovu stili ta’ ħajja sani, u mhux bl-inqas billi jenfasizzaw il-fatturi ewlenin tar-riskju bħat-tabakk, l-alkoħol, l-obeżità, id-dieta fqira, in-nuqqas ta’ eżerċizzju, u l-esponiment għax-xemx, filwaqt li l-ewwel u qabel kollox jiffukaw fuq it-tfal u ż-żgħażagħ; |
44. |
Jitlob għall-ħtieġa li jiġu ttrattati l-problemi marbuta mas-saħħa ambjentali li għandhom impatt fuq l-iżvilupp ta’ tipi speċifiċi ta’ kanċer f’konformità ma’ dak li ġie definit mill-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010, jiġifieri permezz tal-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ambjent u s-Saħħa nazzjonali sussegwenti u permezz tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-riżultati miksuba matul il-proċess, sabiex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba f’kull pajjiż ikunu jistgħu jgħinu biex jiġi promoss l-intervent Ewropew f’dan il-qasam; |
45. |
Jenfasizza li kura ottima tal-pazjent tirrikjedi strateġija multidixxiplinarja, li r-rwol tal-onkoloġist mediku ta’ interlokutur tal-pazjent huwa ċentrali u li l-edukazzjoni, kriterji ċari u linji gwida huma meħtieġa sabiex tkun żgurata l-kwalifikazzjoni ottima tat-tobba li jużaw id-drogi għat-trattament tal-kanċer; |
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Sħubija jirrevedu r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrinjar tal-kanċer fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi l-aktar riċenti sabiex jipprovdu inkuraġġiment għal programmi Ewropej ta’ akkreditament/ċertifikazzjoni fil-qasam tal-iskrinjar, tad-dijanjosi u tal-kura tal-kanċer, li għandhom jitfasslu fuq bażi tal-linji gwida Ewropej dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, filwaqt li jiftakru li tali programmi jistgħu jservu wkoll ta’ eżempju għal oqsma oħra tal-kura tas-saħħa; |
47. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kampanji ta’ informazzjoni dwar l-iskrinjar tal-kanċer maħsuba għall-pubbliku ġenerali u għall-fornituri kollha tal-kura tas-saħħa, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prassi dwar l-użu ta’ miżuri preventivi jew ta’ sejbien bikri, bħall-integrazzjoni effettiva f'termini ta’ spiża tal-ittestjar xieraq għall-virus uman tal-papilloma (HPV) għall-iskrinjar tal-kanċer tal-għonq tal-utru u t-tilqim kontra l-HPV li jipproteġi lit-tfajliet mill-kanċer tal-għonq tal-utru, u jitlob lis-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer teżamina l-ħtieġa li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tiġi aġġornata dwar l-iskrinjar tal-kanċer biex din tqis l-evidenza fir-rigward tal-iskrinjar effettiv tal-kanċer tal-prostata fl-irġiel; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tuża ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) li diġà jeżisti billi żżid il-mard li ma jittiħidx fil-mandat tiegħu u billi tużah bħala kwartieri ġenerali tal-UE għar-riċerka dwar il-kanċer, fejn id-data kollha li diġà nġabret f’kull Stat Membru tkun tista’ tinġabar u tiġi analizzata sabiex tipprovdi lix-xjentisti u lit-tobba l-aħjar prattiki u għarfien akbar tal-marda; |
49. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni kontra l-Kanċer għall-perjodu 2009-2013 u l-proposta biex jitnaqqas il-piż tal-marda tal-kanċer billi jiġi introdott l-iskrinjar tal-kanċer tas-sider, tal-għonq tal-utru u tal-kolon għal mija fil-mija tal-popolazzjoni sal-2013, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ dawn il-linji gwida; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħejji karta għall-protezzjoni tad-drittjiet tal-pazjenti bil-kanċer u tal-persuni b'mard kroniku fuq il-post tax-xogħol, bil-għan li l-kumpaniji jintalbu jippermettu lill-pazjenti ikomplu jaħdmu matul il-kura tagħhom u jmorru lura x-xogħol wara tmiem il-kura; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), u jaġġornaw il-lista ta’ sustanzi li jikkawżaw tħassib kbir li tkopri wkoll il-karċinoġeni; |
52. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-ħidma tagħha fis-Sħubija tħeġġeġ u tappoġġja inizjattivi ta’ appoġġ li jfittxu li jipprevjenu l-importazzjoni ta’ oġġetti li jkun fihom kimiċi li jipproduċu l-kanċer, u biex tieħu miżuri għall-Ewropa kollha bil-għan li tintensifika l-kontrolli ħalli jiġu identifikati dawn il-kimiċi, inklużi l-pestiċidi, li jistgħu jkunu preżenti fl-oġġetti tal-ikel; |
53. |
Jinnota li l-kura li ttaffi l-uġigħ tal-pazjenti bil-kanċer li huma morda b’mod terminali tvarja fil-kwalità bejn l-Istati Membri, u li din tista' tibbenefika minn skambju ta’ prassi tajba, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu u jippromwovu l-kura li ttaffi l-uġigħ u biex jistabbilixxu linji gwida dwar l-użu tagħha; |
54. |
Jenfasizza li għandhom isiru iktar sforzi fil-programmi psikosoċjali u ta’ rijabilitazzjoni tax-xogħol għall-pazjenti bil-kanċer li jkunu jinkludu sensiela wiesgħa ta’ attivitajiet maħsuba biex jipprovdu l-informazzjoni, il-konsulenza, l-għoti ta’ pariri dwar bidliet possibbli fl-istil tal-ħajja u fl-imġiba, l-appoġġ psikoloġiku u l-għajuna fi kwistjonijiet tal-benessri soċjali; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istat tas-saħħa mentali ta’ nies morda bil-kanċer; |
55. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-istħarriġ permezz tal-bijomonitoraġġ tal-bniedem mifrux mal-Ewropa kollha jirċievi l-finanzjament meħtieġ sabiex l-karċinoġeni u sustanzi oħra li jipproduċu l-kanċer ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati ħalli titkejjel l-effettività tal-politika; |
56. |
Iqis li s-sħubija jrid ikollha l-għan li tintegra b’mod effikaċi l-inizjattivi li diġà jeżistu fil-koordinazzjoni tar-riċerka dwar il-kanċer u li tinkuraġġixxi aktar is-sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati biex jiġu stimulati r-riċerka u d-dijanjożi bikrija, l-aktar fil-qasam tal-immaġni medika; |
57. |
Iqis li l-istruttura proposta hija difettuża minħabba li ma fihiex definizzjoni ċara tal-objettivi speċifiċi ta’ azzjoni, bħal kif tista’ tinkiseb l-integrazzjoni tal-pjanijiet tal-Istati Membri kollha fil-ġlieda kontra l-kanċer sal-2013, u jistieden lill-Kummissjoni tirranġa dan in-nuqqas ta’ koerenza; |
58. |
Jitlob li jiġi allokat aktar finanzjament għall-programmi tal-politika reġjonali u tal-Fond Soċjali Ewropew sabiex iċ-ċittadini jiġu edukati u informati dwar il-protezzjoni mill-kanċer u l-prevenzjoni tiegħu; |
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun tinkludi inċentivi għall-industrija u r-riċerkaturi biex tkun tista' ssir riċerka kontinwa bil-għan li jiżviluppaw mediċini u trattamenti ġodda bbażati fuq l-evidenza sabiex jissieltu u jrażżnu l-kanċer; |
60. |
Jenfasizza l-importanza tar-reviżjoni tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (id-Direttiva rigward il-Provi Kliniċi) (15) bil-għan li tħeġġeġ sforz akbar fir-riċerka dwar il-kanċer, li tiffoka b’mod partikulari fuq l-iskrinjar, inkluż is-sejbien bikri, mingħajr madankollu, ma tinjora l-impatt tan-nefqa li tirriżulta għas-settur li mhux kummerċjali, u biex titjieb l-informazzjoni disponibbli għall-pazjenti u l-pubbliku ġenerali dwar provi kliniċi li għaddejjin jew li diġà saru b’suċċess; |
61. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tinkludi inċentivi għar-riċerkaturi u l-industrija biex jiżviluppaw approċċi nutrittivi u oħrajn ibbażati fuq prodotti naturali għall-prevenzjoni tal-kanċer, ivvaliditati permezz ta’ riċerka nutriġenomika u epiġenetika; |
62. |
Jinsisti, bl-istess mod, fuq l-urġenza li tiddaħħal privattiva Komunitarja; |
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz ta’ netwerks tal-professjonisti tas-saħħa, tipprevedi t-tixrid tal-aħjar prassi fit-trattament u l-kura, bil-għan li tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-aħjar kura disponibbli; |
64. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jsaħħu inizjattivi li jipprovdu appoġġ għall-persuni milquta direttament jew indirettament mill-kanċer, b’mod partikulari permezz tal-bidu u l-iżvilupp tal-kura u l-appoġġ psikoloġiċi fl-UE għas-superstiti tal-kanċer; |
65. |
Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw kull mezz meħtieġ biex jipproduċu linji gwida għal definizzjoni komuni ta’ diżabilità li tkopri persuni li jsofru minn mard kroniku jew mill-kanċer u, fl-istess ħin, jiżguraw li dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jieħdu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien ħalli jinkludu persuni fil-kategoriji msemmijin hawn fuq fid-definizzjonijiet nazzjonali tagħhom tad-diżabilità; |
66. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-mediċini tal-kanċer, inklużi trattamenti għall-kanċers rari u inqas komuni, ikunu disponibbli b’mod uniformi għall-pazjenti kollha li jkollhom bżonnhom fl-Istati Membri kollha; u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni speċifika u kkoordinata sabiex inaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għat-trattament u l-kura tal-kanċer, inklużi l-mediċini l-ġodda “maħsuba” għall-kanċer li tqiegħdu riċentement fis-suq; |
67. |
Jistenna li l-Istati Membri jadottaw politiki aħjar ta’ informazzjoni dwar l-importanza tal-iskrinjar tal-kanċer tas-sider, tal-għonq tal-utru u tal-musrana l-ħoxna, bil-għan li jiżdiedu r-rati tal-aċċettazzjoni u tal-parteċipazzjoni fost il-gruppi kollha mmirati tal-popolazzjoni, b’attenzjoni partikulari fuq l-inklużjoni tal-gruppi minoritarji u tal-gruppi li għandhom żvantaġġi soċjoekonomiċi; |
68. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-objettivi stipulati fl-Isħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer huma għal żmien twil, u għalhekk iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej jappoġġaw is-sostenibilità u l-vijabilità ta’ għaxar snin tas-Sħubija tal-Kanċer f’baġit ġejjieni għas-saħħa tal-Komunità; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, tissorvelja u tirrapporta fuq bażi annwali dwar il-progress u l-effettività fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mis-Sħubija Ewropea; |
69. |
Jikkunsidra li implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward ta’ sustanzi li jikkawżaw jew jippromwovu l-kanċer hija ta’ importanza kruċjali fl-azzjoni kontra l-kanċer; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-saħħa tal-ħaddiem u tikkontribwixxi malajr u b’mod determinanti favur l-istabbiliment ta’ lista komprensiva ta’ sustanzi kandidati li jikkawżaw tħassib kbir bħala tarġa li twassal għal deċiżjonijiet li jittieħdu malajr dwar sustanzi CMR fil-kuntest tal-awtorizzazzjonijiet skont ir-REACH; |
70. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(2) Testi adotatti, P6_TA(2008)0477.
(3) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(4) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tnaqqis tal-Piż tal-Kanċer, l-2876 Laqgħa tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Lussemburgu, 10 ta’ Ġunju 2008.
(5) ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34.
(6) ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 160.
(7) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 11.
(8) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 273.
(9) ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 611.
(10) ĠU L 95, 16.4.1996, p. 9.
(11) ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8.
(12) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 247.
(13) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(14) Jemal A, Ward E, Thun M (2010) Declining Death Rates Reflect Progress against Cancer. PLoS ONE 5(3): e9584. doi:10.1371/journal.pone.0009584.
(15) ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/107 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta’ karbonju
P7_TA(2010)0153
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b’livell baxx ta’ karbonju (2009/2228(INI))
2011/C 81 E/20
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2009 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b’livell baxx ta’ karbonju (COM(2009)0111), u r-rakkomandazzjoni sussegwenti tad-9 ta’ Ottubru 2009 (C(2009)7604),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Ninvestu illum għall-Ewropa ta’ għada' (COM(2009)0036),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, b'mod partikolari l-miri tal-klima u tal-enerġija stipulati fihom,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar pjan Ewropew għall-irkupru ekonomiku (COM(2008)0800),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Nindirizzaw l-isfida tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni' (COM(2008)0241),
wara li kkunsidra l-ftehim politiku bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni) (COM(2008)0780),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 bl-isem 'Pjan ta’ Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa' (COM(2008)0886),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Pjan ta’ Azzjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija: Inwettqu l-potenzjal' (COM(2006)0545),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0120/2010),
A. |
billi biex tittieħed azzjoni għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima jeħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, partikolarment permezz ta’ sforzi għall-promozzjoni tal-effiċjenza tal-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli, |
B. |
billi l-miri ambizzjużi tal-klima u tal-enerġija li l-Unjoni stabbiliet għall-2020 jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ taħlita ta’ miżuri tal-iffrankar u tal-effiċjenza tal-enerġija u miżuri rilevanti oħrajn, b’mod notevoli fi ħdan ir-riċerka u l-innovazzjoni, u bl-istabbiliment kontinwu ta’ miri ambizzjużi għal setturi mhux irregolati mill-ETS u għal prodotti b'rendiment enerġetiku, |
C. |
billi l-iffrankar tal-enerġija mhux qed isir bil-ħeffa meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira tal-2020 u billi l-miżuri eżistenti marbuta mal-isfruttar tal-ICT ma jaqblux mal-iskala tal-isfidi biex tinkiseb sistema sostenibbli ta’ enerġija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, |
D. |
billi s-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) huwa responsabbli għal madwar 8 % tal-konsum tal-enerġija u 2 % tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-Ewropa (1.75 % li jirriżultaw mill-użu tal-prodotti u s-servizzi tal-ICT u 0.25 % mill-produzzjoni tagħhom) u billi l-emissjonijiet tal-karbonju tiegħu dejjem qed jiżdiedu b’pass mgħaġġel, |
E. |
billi l-ICTs jirrappreżentaw kważi 7 % tal-ħaddiema u iktar minn 6 % tal-PDG, u billi hemm riskju serju li l-UE qed titlef postha fil-quċċata tat-teknoloġija diġitali, hemm ħtieġa urġenti għal żieda fl-innovazzjoni f'dan is-settur kemm għall-benefiċċju tal-klima tagħna kif ukoll għall-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi fil-futur, |
F. |
billi l-ICTs għandhom potenzjal enormi li għadu ma ntużax għall-iffrankar tal-enerġija u jistgħu jgħinu biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet; billi, barra minn hekk, s'issa sar użu ineffiċjenti minn dawn l-applikazzjonijiet, |
G. |
billi l-ICTs jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-effiċjenza tal-enerġija tal-ekonomija tal-UE, b'mod partikulari fis-settur tal-bini u tat-trasport iżda wkoll fis-soċjetà b’mod ġenerali permezz ta’ produzzjoni u distribuzzjoni aħjar tal-enerġija bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ 20 % tal-iffrankar tal-enerġija sal-2020, |
H. |
billi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jintużaw tajjeb biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-ICTs; billi sistemi bbażati fuq l-ICTs jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fil-bini b’sa 17 % u l-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport b’sa 27 %, |
I. |
billi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u tan-negozju, b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport, tal-manifattura u tal-bini, għandhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u f’dan ir-rigward għandhom jippromwovu wkoll l-użu tal-ICTs, |
J. |
billi l-ICT hija tekonoloġija li tiffaċilita t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra permezz ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku (netwerks intelliġenti), bini intelliġenti, djar intelliġenti u l-użu tal-arloġġi intelliġenti, trasport u dematerjalizzazzjoni ekoeffiċjenti, proċessi industrijali ekoeffiċjenti u sostennibilità organizzattiva, |
K. |
billi s-sistemi industrijali motorizzati huma responsabbli għal 65 % tal-enerġija elettrika totali użata fl-attivitajiet industrijali, u billi l-użu mifrux ta’ magni intelliġenti se jwassal għal tnaqqis ta’ 0.97 Gt fl-emissjonijiet tas-CO2 sal-2020, |
L. |
billi huma meħtieġa metodoloġiji u għodod kompatibbli biex titkejjel u tiġi mmoniterjata l-effiċjenza tal-konsum tal-enerġija; billi l-introduzzjoni ta’ arloġġi tal-elettriku intelliġenti tista' tnaqqas il-konsum tal-enerġija b’sa massimu ta’ 10 %, tippromwovi użu iktar mifrux tal-ġenerazzjoni mqassma (mikroġenerazzjoni) u tnaqqas it-telf f’netwerks b’kapaċità baxxa, biex b’hekk tiġi promossa l-firxa ta’ enerġiji rinnovabbli, |
M. |
billi l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji huwa direttament marbut mal-introduzzjoni u l-iżvilupp tal-broadband fl-Ewropa, |
N. |
billi l-miżuri meħuda s'issa skont il-politika Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-iskambji tal-informazzjoni u tal-aħjar prattika jeħtieġ li jiġu inkorporati biex ikollhom l-aħjar effett, u billi l-fondi tar-riċerka u l-iżvilupp u dawk strutturali tal-UE kif ukoll l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-mekkaniżmi finanzjarji tal-BEI jeħtieġu li jiġu kkoordinati aħjar sabiex joħolqu sinerġiji, |
O. |
billi ċerti responsabilitajiet u poteri fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, il-provvista tal-enerġija u l-ġestjoni tat-traffiku u tal-bini pubbliku huma tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, |
P. |
billi huwa importanti li tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar it-teknoloġiji l-ġodda u l-benefiċċji ekonomiċi u tal-iffrankar tal-enerġija potenzjali tagħhom, u li jingħataw kapaċitajiet imtejba biex jimmaniġġjaw il-konsum tal-enerġija, |
Q. |
billi bħalissa 15-20 % tal-flus li jintefqu fuq it-tħaddim ta’ ċentri tad-data jintilfu fuq l-enerġija u t-tkessiħ, |
R. |
wara li kkunsidra l-benefiċċji ambjentali li ġabu l-ICTs billi taw lis-servizzi tad-diversi setturi disponibilità fuq l-internet, |
S. |
wara li kkunsidra r-rwol li fih l-effiċjenza tal-enerġija tista’ tgħin biex tindirizza t-tħassib dejjem jikber tas-sigurtà tal-enerġija madwar l-Unjoni Ewropea, |
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni sussegwenti u japprova l-linji ġenerali tagħhom; |
2. |
Jitlob l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tiġi garantita l-privatezza tal-informazzjoni personali fir-rigward tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tippreżenta, sal-aħħar tal-2010, sett ta’ rakkomandazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-użu ta’ arloġġi intelliġenti jiġi implimentat b'konformità mal-iskeda ta’ żmien stipulata fit-tielet pakkett tas-suq tal-enerġija u li jiġi definit sett ta’ funzjonalitajiet minimi għall-arloġġi intelliġenti biex il-konsumaturi jingħataw kapaċitajiet imtejba biex jimmaniġġjaw il-konsum tal-enerġija tagħhom, u biex titwitta l-kurva tad-domanda, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda tal-enerġija u netwerk intelliġenti Ewropew innovattiv, armonizzat u interoperabbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati dawk il-prattiki kollha li ġie ppruvat li huma l-aħjar u li jintużaw f'uħud mill-Istati Membri, partikolarment rigward il-ġestjoni tal-fluss ta’ skambju ta’ informazzjoni u tal-enerġija f’ħin reali; id-definizzjoni tal-funzjonalitajiet minimi għandha tikkunsidra kif jixraq ix-xogħol li qed isir mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ Standardizzazzjoni, CEN, CENELEC u ETSI fid-definizzjoni ta’ “funzjonalitajiet addizzjonali” skont il-Mandat 441 dwar l-istandardizzazzjoni tal-arloġġi intelliġenti; |
4. |
Jenfasizza li hu mistenni li jkun hemm progress teknoloġiku sinifikanti u innovazzjonijiet organizzativi marbuta mill-qrib mal-ICT fid-deċennji li ġejjin sabiex jinkiseb il-potenzjal fl-iffrankar tal-enerġija; |
5. |
Iqis li l-ICT hija indispensabbli għas-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra permezz ta’ tliet strateġiji bażiċi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, żieda fl-effiċjenza tal-enerġija, integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli; |
6. |
Jinnota li l-uniku mod kif jiġi żgurat li d-data prodotta fid-diversi Stati Membri tkun tista' tiġi paragunata u li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija titjieb huwa li tiġi adotatta metodoloġija komuni għall-kejl tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-karbonju u qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli ta’ spiża ottimali ta’ rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija fis-settur tal-bini; jindika, barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ standardizzazzjoni rapida tal-ICTs bħala rekwiżit minimu għall-interoperabilità; hu tal-fehma li l-istandardizzazzjoni għandha tkopri, minbarra funzjonijiet tal-kejl, l-aċċess għall-informazzjoni kuntrattwali u d-data dwar il-konsum, il-komunikazzjoni mas-sistemi ċentrali tal-operaturi permezz tan-netwerk tal-elettriku u konnessjoni u skonnessjoni mill-bogħod tal-provvista; |
7. |
Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tal-ICT tifforma parti mill-attivitajiet ġenerali ta’ standardizzazzjoni, u tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politiki għat-titjib tal-kompetittività tal-industrija Ewropea, kif speċifikat fl-istrateġija ta’ Lisbona; jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Standardizzazzjoni tal-2009 fl-oqsma ta’ prijorità identifikati: eHealth, e-Inclusion, Trasport Intelliġenti, ICT għall-Ambjent, e-Business, e-Skills, e-Learning, il-Protezzjoni tad-Data Personali, il-Privatezza, is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni; |
8. |
Iqis li jekk l-ICTs jistgħu jgħinu biex tiġi ffrankata l-enerġija billi jippermettu li d-data tkun immoniterjata kontinwament biex jiġi ottimizzat il-konsum pubbliku u privat tal-enerġija u tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f'ħafna setturi, is-settur tal-ICT – filwaqt li jitqies it-tkabbir esponenzjali tal-konsum tal-enerġija tiegħu stess – għandu jkun ta’ eżempju billi jimpenja ruħu fit-tnaqqis tal-konsum tiegħu b’marġni sinifikanti ħafna; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis, minn issa ’l quddiem, kif l-ICTs jistgħu jikkontribwixxu għal ekonomija effiċjenti f’termini ta’ użu ta’ riżorsi; |
9. |
Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-ICT b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju; iqis li huwa essenzjali li l-eċċellenza fir-riċerka dwar l-ICT tiġi promossa u jiġi mħeġġeġ l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT kollaborattiva b'riskju għoli; |
10. |
Iqis li l-ICTs jista’ jkollhom rwol importanti fil-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-effetti globali tat-tibdil fil-klima u l-evalwazzjoni ta’ miżuri għall-protezzjoni tal-klima, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-irfinar tal-politika dwar il-klima; |
11. |
Jenfasizza li l-impenn tas-settur tal-ICT li jnaqqas mill-konsum tal-enerġija tiegħu stess għandu japplika l-iktar għaċ-ċentri tad-data; |
12. |
Jenfasizza l-importanza tal-konsum tal-enerġija tas-settur tal-ICT stess u jħeġġeġ lil dan is-settur biex jimplimenta r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C(2009)7604) malajr kemm jista’ jkun u bħala minimu sad-dati ta’ skadenza tar-Rakkomandazzjoni; |
13. |
Iqis li sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija fid-deċennji li ġejjin, in-Netwerks tal-Elettriku jistgħu jsiru sistemi intelliġenti bi flussi ta’ enerġija flessibbli u kkontrollati b’appoġġ minn teknoloġija ta’ informazzjoni avvanzata; |
14. |
Jinnota li fid-djar u fis-setturi tal-bini, tat-trasport, tal-loġistika u tal-industrija, l-ICTs jistgħu jintużaw f'varjetà ta’ modi biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ġestjoni tal-enerġija; jinnota li dawn l-applikazzjonijiet għandhom impatt fuq, fost l-oħrajn, id-distribuzzjoni tal-elettriku, id-dawl, it-tisħin, ir-refriġerazzjoni, il-ventilazzjoni u l-arja kkundizzjonata u l-opportunitajiet li joffru l-ICTs f’termini ta’ kejl, monitoraġġ u awtomazzjoni; isostni li l-arloġġi intelliġenti, id-dawl effiċjenti, il-'cloud computing' u s-softwer mifrux jistgħu jbiddlu l-mudelli ta’ użu tas-sorsi tal-enerġija; |
15. |
Jinnota li l-ICTs jistgħu jipprovdu ppjanar urban u governanza infrastrutturali tal-bliet b’soluzzjonijiet innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju; |
16. |
Huwa tal-fehma li l-użu tal-ICTs jista’ jkollu rwol prinċipali fit-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, b'mod partikulari fl-immaniġġjar u t-tħaddim tal-agglomerazzjonijiet urbani; huwa tal-fehma li l-proġett Smart Cities huwa eżempju tal-potenzjal tal-ICTs fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, u jħeġġeġ lil bliet oħrajn biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom u jibdew jużaw prattiki tajbin; |
17. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi fl-introduzzjoni tal-arloġġi intelliġenti tista’ twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u tipprovdi servizzi aħjar lill-konsumaturi; |
18. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-utilitajiet pubbliċi, il-kunsilli lokali u l-awtoritajiet muniċipali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bil-ħsieb li jiġu introdotti miżuri prattiċi mfassla biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jenfasizza l-importanza tal-ICTs f’dan ir-rigward; |
19. |
Jenfasizza li s-setturi kollha li jużaw l-enerġija għandhom jagħtu l-akbar kontribut possibbli biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jinnota li l-ilħuq tal-mira ġenerali tal-iffrankar tal-enerġija fil-livell Ewropew se jiddependi mis-somma tal-iffrankar magħmul fil-livelli kollha aktar baxxi; |
20. |
Jenfasizza li s-settur tal-ICT għandu jimpenja ruħu wkoll biex itejjeb l-effikaċja tal-enerġija u l-użu iktar mifrux tal-forniment ta’ enerġija li hija newtrali mil-lat tal-karbonju permezz tal-iżvilupp ta’ tagħmir, netwerks ta’ komunikazzjoni u sistemi ta’ trasmissjoni. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tkun flessibbli fl-aġġustament tar-regolamenti għall-iżvilupp tekniku tas-settur; |
21. |
Jenfasizza li fis-settur industrijali, it-teknoloġiji tal-kejl u tal-kontroll flimkien mas-softwer korrispondenti huma kruċjali għall-kisba tal-potenzjal tal-iffrankar tar-riżorsi; |
22. |
Jiddispjaċih fir-rigward tar-rata kajmana tal-progress biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis b’mod sħiħ il-potenzjal ta’ ffrankar ta’ enerġija tal-ICT fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1); |
23. |
Jenfasizza l-importanza tal-influwenza tal-ICT fuq l-effiċjenza tal-enerġija, xi ħaġa li ġiet enfasizzata wkoll meta fl-2007 din il-kwistjoni ngħatat prijorità partikulari għall-ICT taħt is-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (2); |
24. |
Iqis li għandha tkun prijorità li tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea billi jsiru investimenti f'teknoloġiji ġodda u b'mod partikolari billi jiġi żviluppat il-broadband fid-diversi Stati Membri bħala mod kif jinkiseb it-tkabbir ekonomiku, jingħata aċċess għal sistemi u applikazzjonijiet ġodda għal numru dejjem akbar ta’ ċittadini u negozji Ewropej, u jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li l-UE stabbiliet għall-2020; barra minn hekk, l-iżvilupp tal-ICT responsabbli għat-tibdil favur ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju se jikkontribwixxi kemm għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-provvista tal-enerġija kif ukoll biex wieħed ikun jista' jlaħħaq mal-ispejjeż għoljin tal-materji primi; |
25. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura xierqa, jiffaċilitaw id-disponibilità tal-Internet broadband għaċ-ċittadini kollha tal-UE sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi fuq l-internet li jistgħu jnaqqsu l-bżonn tal-ivvjaġġar; |
26. |
Jitlob li jiġu żviluppati u introdotti servizzi online (eBanking, eCommerce, eGovernment, eLearning, eHealth) u x-xogħol minn distanza bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tas-servizz ipprovdut lill-pubbliku u, fl-istess ħin, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju; jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw dawn is-servizzi li, minbarra li jiffrankaw il-ħin lin-nies, iwasslu għal tnaqqis fl-ivvjaġġar; |
27. |
Jenfasizza l-importanza tal-loġistika fir-razzjonalizzazzjoni tat-trasport u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdied l-investiment pubbliku u privat fl-għodda tal-ICT sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi tal-enerġija intelliġenti għat-trasport u, b’mod partikulari, biex jinkisbu t-trasport elettroniku tal-merkanzija u s-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport; |
28. |
Jemmen li l-użu ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti (ITS) li jiġu applikati għat-trasport bit-triq u li jiddaħħlu mal-mezzi l-oħra ta’ trasport jistgħu jgħinu fit-tnaqqis tal-konġestjoni u l-effetti ħżiena tagħha fuq l-ambjent; jemmen li l-applikazzjoni tal-ICTs għat-trasport tal-passiġġieri u d-disponibilità ta’ teknoloġiji ġodda u informazzjoni minima fuq it-toroq u l-interazzjoni tagħhom mat-tajers u l-kundizzjonijiet tat-temp, b’displej fil-vettura, se jiffaċilitaw l-ivvjaġġar u t-trasport tal-oġġetti b’mod iktar effikaċi, mgħaġġel u sikur; |
29. |
Jenfasizza l-importanza tal-ICT fl-ippjanar ta’ politika ġdida Ewropea tat-trasport; jitlob li kwalunkwe pjan ta’ dan it-tip mill-Kummissjoni jkun jinkludi soluzzjonijiet tal-ICT, fost affarijiet oħrajn, fir-regolamentazzjoni tal-flussi tat-traffiku u biex tiżdied l-intermodalità fis-settur tat-trasport u jinkiseb l-aħjar bilanċ fost il-mezzi tat-trasport differenti; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw l-applikazzjonijiet meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura teknoloġika li tipprovdi l-possibbiltà għal tnaqqis fit-trasport bit-triq u għal promozzjoni tal-intermodalità; |
31. |
Jenfasizza li sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija fis-settur tat-trasport, l-ivvjaġġar jista’ jiġi evitat permezz ta’ laqgħat virtwali, u s-sistemi tat-trasport intelliġenti se jiffaċilitaw sistema tat-trasport effiċjenti ħafna; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fl-użu tal-ICTs fil-qasam tat-trasport, b’mod partikulari l-użu ta’ strumenti ta’ monitoraġġ u ta’ kejl; iqis essenzjali li r-riżultati tal-kejl jitqiesu fil-kontroll tat-traffiku f’ħin reali u fl-iżvilupp u l-irfinar tan-netwerk tat-trasport urban u reġjonali; |
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-introduzzjoni ta’ magni intelliġenti biex jiġu appoġġjati s-setturi ewlenin u l-pjattaformi teknoloġiċi konġunti kkonċernati; |
34. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija komuni dwar l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ karozzi tal-elettriku; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprijoritizza l-karozzi intelliġenti u l-proġetti tat-toroq intelliġenti, kif ukoll il-proġetti pilota ta’ riċerka u żvilupp għat-tagħmir V2V u V2R, li jistgħu jiftħu opportunitajiet kummerċjali ġodda għall-kumpaniji tal-ICT Ewropej; |
35. |
Jirrakkomanda li, fil-kuntest tal-ħidma tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, tingħata prijorità lil iniżjattivi biex jiġu żviluppati ICTs għal bliet intelliġenti u sostenibbli, minħabba li iktar minn 80 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu fil-bliet, li qed jaffaċċjaw l-ikbar sfidi li issa qed jolqtu lis-soċjetajiet Ewropej fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli, il-mobilità, il-komunikazzjonijiet, is-saħħa, is-sigurtà, l-għajnuna soċjali eċċ.; |
36. |
Jenfasizza li l-proposta futura tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa għandu jkollha bħala għan l-integrazzjoni tal-ICT għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju; jitlob l-isfruttar tat-teknoloġiji tal-ICT sabiex ikun jista’ jinkiseb it-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet ta’ CO2 fis-setturi ewlenin sal-2020 u jitlob il-promozzjoni ta’ konsum għaqli tal-enerġija, speċjalment permezz tal-installazzjoni ta’ arloġġi tad-dawl intelliġenti; jinnota wkoll li għandhom jiġu stabbiliti miri speċifiċi għat-tnaqqis tal-impatt tas-settur tal-ICT għall-2015; |
37. |
Jinnota li ostaklu kbir għall-użu wiesa’ ta’ ICTs fl-industrija u fis-servizzi pubbliċi huwa dovut għal-livell insuffiċjenti ta’ taħriġ neċessarju f'dan il-qasam; |
38. |
Jirrakkomanda li l-klawsola ta’ reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prestazzjoni Enerġetika tal-Bini tiġi rispettata u li l-ambitu jiġi estiż biex jinkludi bini żgħir fir-reviżjoni li jmiss; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw din id-direttiva; jirrakkomanda wkoll li l-ICTs jiġu inkorporati fil-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu ċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini pubbliku disponibbli għall-pubbliku u faċli li jitqabblu; |
39. |
Isostni li m’għandux jinħela ħin fl-introduzzjoni ta’ tagħmir intelliġenti permezz tal-użu kummerċjali tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta ARTEMIS; |
40. |
Isostni li użu aktar mifrux tal-ICTs jistimula t-tkabbir ekonomiku Ewropew, joħloq impjiegi ġodda bi kwalifiki għolja u jagħti spinta lis-suq tat-teknoloġiji l-ġodda tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi; jemmen li hemm bżonn ta’ investimenti sinifikanti kemm għar-Riċerka u l-Iżvilupp kif ukoll għall-użu tat-teknoloġiji eżistenti; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu inċentivi kemm għall-investimenti pubbliċi kif ukoll għal dawk privati fl-użu effiċjenti tal-enerġija; f’dan ir-rigward itenni r-responsabilità tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni bħala akkwirenti pubbliċi; |
41. |
Jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-investimenti privati biex jintlaħqu l-livelli ta’ finanzjament meħtieġa u għalhekk jemmen li l-UE għandha tiżgura suq u qafas regolatorju favorevoli li joffru inċentiv għall-kummerċ sabiex dan isegwi strateġiji ambizzjużi fl-effiċjenza tal-enerġija; jemmen li b’dawn il-kundizzjonijiet is-swieq se jilħqu l-għanijiet stipulati għalihom; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq għanijiet konkreti u ambizzjużi skont il-potenzjal tal-ICTs differenti kif spjegat fil-komunikazzjoni tagħha (COM(2009)0111); |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinvestu fl-edukazzjoni dwar l-effiċjenza tal-enerġija li għandha tibda mill-iskejjel u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ korsijiet edukattivi dwar l-effiċjenza tal-enerġija permezz tal-ICTs f’netwerk wiesa’ ta’ skejjel primarji u sekondarji; |
43. |
Jemmen li l-arloġġi tad-dawl intelliġenti u l-progetti tal-ICT b’mod ġenerali jirrikjedu kampanji ta’ informazzjoni wesgħin sabiex il-benefiċċji tagħhom ikunu spjegati liċ-ċittadini; jenfasizza li l-għoti ta’ informazzjoni lis-soċjetà dwar il-ħtieġa tal-użu ta’ arloġġi intelliġenti u l-benefiċċji tiegħu huwa kruċjali biex jiġu evitati interpretazzjonijiet ħżiena u n-nuqqas ta’ appoġġ pubbliku; isostni, għalhekk, li m'għandu jintilef l-ebda żmien fil-promozzjoni tal-użu ta’ arloġġi intelliġenti, li jippermettu lill-konsumaturi jimmaniġġjaw il-konsum tal-enerġija tagħhom b’kemm jista’ jkun effiċjenza, bil-ħsieb li jiġu ottimizzati l-produzzjoni u t-twassil tal-enerġija u n-netwerks tal-elettriku; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-kejl, il-monitoraġġ u l-awtomazzjoni tal-konsum se jkunu parti integrali tal-istruttura ottimizzata tan-netwerk tal-elettriku, li l-iskop tagħha għandu jkun li, fuq naħa waħda, tiżgura l-effiċjenza tal-enerġija u fuq in-naħa l-oħra tinkorpora s-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, il-ġestjoni tal-ħażna tal-enerġija u l-iċċarġjar mill-ġdid tal-karozzi tal-elettriku tal-ġejjieni; jenfasizza, madankollu, li filwaqt li s-sistemi tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti huma stadju kruċjali fil-proċess, dawn huma sempliċement l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta’ netwerks intelliġenti; |
44. |
Jenfasizza li, b’rabta mal-influwenza importanti tal-ICTs fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ bliet u reġjuni fl-UE, huwa importanti ħafna li jiġu kkonsultati r-rappreżentanti uffiċjali ta’ komunitajiet lokali u reġjonali, fejn il-programmi tal-UE jipprovdu appoġġ għat-tfassil ta’ dawn l-oqsma ta’ azzjoni ta’ prijorità importanti għal dawn il-komunitajiet; |
45. |
Jenfasizza li n-netwerks tal-enerġija intelliġenti fil-livell tal-Istati Membri u dak Ewropew huma meħtieġa sabiex jiġu sfruttati b'mod sħiħ il-benefiċċji tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-programmi ta’ investiment fuq skala Ewropea; Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu ta’ arloġġi tad-dawl intelliġenti għall-utenti fi proprjetajiet kummerċjali u residenzjali; Jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ arloġġi tad-dawl intelliġenti hija biss waħda mill-elementi meħtieġa fil-kostruzzjoni ta’ netwerk Ewropew tal-enerġija intelliġenti integrata; Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimxu ‘l quddiem rigward l-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-ICT għal dan il-għan; |
46. |
Jenfasizza l-bżonn li tiġi ssorveljata l-influwenza tal-iżvilupp tal-ICT fuq ċerti aspetti tal-iżvilupp sostenibbli, b’referenza partikulari għall-kwistjonijiet ambjentali u soċjali, fosthom it-theddida għall-ambjent u s-saħħa b’rabta mal-użu ta’ tagħmir antik u l-inugwaljanzi soċjali li jirriżultaw mill-esklużjoni diġitali; |
47. |
Ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li diġà introduċew l-użu ta’ arloġġi tad-dawl intelliġenti, u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħrajn biex jagħmlu progress f'dan il-qasam malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkofinanzja l-akbar numru possibbli ta’ proġetti kbar, billi tuża strumenti finanzjarji u tar-riċerka eżistenti għal dan l-iskop; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu soluzzjonijiet tal-ICT effiċjenti, li jistgħu jiġu mtejba u estiżi permezz tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi portal Ewropew tal-Internet li jkun fih l-aqwa prattiki dwar l-użu tal-ICTs għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jista’ jipprovdi tagħrif utli lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi; Jitlob li titwaqqaf kampanja medjatika għall-Ewropa kollha bil-għan li l-pubbliku jiġi edukat dwar il-prattiki tal-iffrankar tal-enerġija fir-rigward tal-użu ta’ apparat elettroniku; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis ir-reġjuni inqas żviluppati tal-Unjoni fl-ippjanar tal-ICT u biex tiżgura r-riżorsi għall-kofinanzjament tal-implimentazzjoni ta’ arloġġi tad-dawl intelliġenti u proġetti oħra tal-ICT f’dawn ir-reġjuni biex il-parteċipazzjoni tagħhom tkun żgurata u biex ikun evitat li jiġu esklużi mill-azzjonijiet komuni Ewropej; |
51. |
Jilqa' t-twaqqif ta’ task force għal netwerks tal-enerġija intelliġenti fil-Kummissjoni u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra kif suppost l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament b'rapporti regolari dwar il-progress fil-ħidma tagħha; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tabbozza, fuq il-bażi tal-ħidma mwettqa mit-task force, komunikazzjoni dwar l-użu ta’ arloġġi intelliġenti li:
|
53. |
Iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri jaqblu, sal-aħħar tal-2010, dwar speċifikazzjoni funzjonali minima komuni għas-sistemi tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti, li jħeġġu l-produzzjoni deċentralizzata u l-effiċjenza tal-enerġija, bil-ħsieb li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni komprensiva u relevanti li tippermettilhom jimmonitorjaw il-konsum tal-enerġija tagħhom il-ħin kollu u jadattawha għall-bżonnijiet tagħhom, u b’hekk tgħinhom jimmaniġġjawha b’mod iktar effettiv; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tistipula pjan ta’ azzjoni konċiż għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija permezz tal-użu tal-ICT fil-bini tal-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex dan ikun ta’ eżempju għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini Ewropej; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi, sa tmiem l-2010, skeda ta’ żmien b’għanijiet ambizzjużi u li jorbtu ta’ ffrankar tal-enerġija permezz tal-ICT għas-setturi kollha tal-ICT u għall-Istati Membri kollha, bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju; |
56. |
Jemmen li fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-istrumenti legali u l-miżuri konġunti fil-livell Ewropew, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ispejjeż addizzjonali għaċ-ċittadini Ewropej li dawn il-miżuri jafu jinvolvu, kif ukoll il-piżijiet fuq l-industrija Ewropea fir-rigward tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u ta’ amministrazzjoni; |
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq strument finanzjarju bħala parti mill-finanzjament tal-UE, sabiex l-SMEs jitħeġġu jiżviluppaw it-tekonoloġiji enerġetiċi b’livell baxx ta’ karbonju tagħhom; |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex taġġusta l-baġit tal-UE sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u bi nfiq effikaċi, b’mod partikulari bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET-Plan); |
59. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif tal-Patt tas-Sindki bħala forum għall-iskambju tal-aħjar prattiki u pijunier għall-bliet li qed jistabbilixxu għanijiet ambizzjużi għalihom infushom sabiex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom; jifraħ, f’dan ir-rigward, lil dawk il-bliet u assoċjazzjonijiet li qed jiżviluppaw prattiki tajbin f'termini ta’ użu tal-ICTs biex il-bliet isiru iktar effiċjenti f’sens ta’ enerġija, u jħeġġeġ id-disseminazzjoni ta’ tali prattiki; |
60. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw l-edukazzjoni u t-trawwim ta’ kuxjenza fir-rigward tal-utenti sabiex jippermettu li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-iffrankar tal-enerġija tal-ICT; |
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi, f’kollaborazzjoni mal-imsieħba internazzjonali xierqa, l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali komuni għar-rappurtar dwar l-emissjonijiet ta’ karbonju tal-kumpaniji sabiex ikunu jistgħu jkejlu l-emissjonijiet tagħhom stess b’mod kumparabbli u effiċjenti; |
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ proċessar mhux fuq il-post, minħabba l-potenzjal kbir li din it-teknoloġija għandha biex tikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-enerġija u għat-tnaqqis tal-iskart li normalment huwa assoċjat mat-titjib regolari tal-ICTs; |
63. |
Jittama li jittieħdu passi biex jiġi utilizzat il-potenzjal tal-ICTs biex titnaqqas il-ħela fil-katina tal-loġistika fil-qasam tal-produzzjoni tal-ikel, b’mod partikulari permezz ta’ azzjoni kkoordinata taħt il-politika agrikola komuni u l-FP7; |
64. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/115 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
White Paper tal-Kummissjoni bit-titlu L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni
P7_TA(2010)0154
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titlu “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (2009/2152(INI))
2011/C 81 E/21
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni bit-titlu “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar “Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa — alternattivi għall-azzjoni tal-UE” (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 dwar l-“2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima” (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2009 dwar in-nirien tal-foresti fis-sajf 2009 (3),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15) (4),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta' Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 15) (5),
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Protokoll ta' Kyoto għall-UNFCCC u l-eżitu tal-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCC f’Kopenħagen (6),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/29/KE tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (7),
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għas-Sajd (A7-0057/2010),
A. |
billi t-tisħin globali u t-tibdil fil-klima huma rikonoxxuti bħala theddidiet serji ħafna, |
B. |
billi l-effetti tat-tibdil fil-klima se jħallu impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali sinifikanti, |
C. |
Billi, anke jekk id-dinja jirnexxilha tillimita u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra, xorta teħtieġ sforzi ta' adattament sinifikanti biex tindirizza l-impatti li ma jistgħux ikunu evitati, |
D. |
billi l-objettiv li t-tisħin globali jitwaqqaf f’+2 °C xorta jkun ifisser xenarju ta' tisħin għall-Ewropa, ikkaratterizzat minn tibdil klimatiku reġjonali estrem, u billi l-wegħdiet attwali li ġew innotifikati lill-UNFCC flimkien jammontaw għal tisħin ta' +3.5-4 °C jekk jiġu implimentati, |
E. |
billi l-impatti tat-tibdil fil-klima se jaffettwaw reġjuni Ewropej b'modi differenti, fi gradi differenti ta' severità u f’perjodi ta' żmien differenti, |
F. |
billi, kif indikat fil-White Paper tal-Kummissjoni, l-adattament se jirrikjedi solidarjetà fost l-Istati Membri tal-UE lejn ir-reġjuni żvantaġġati u r-reġjuni l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima, |
G. |
billi n-nofsinhar tal-Ewropa u l-baċir Mediterranju huma żewġ żoni tal-Ewropa li huma partikolarment vulnerabbli u li diġà qed jaffrontaw l-iskarsezza tal-ilma, in-nixfiet u n-nirien forestali, u billi r-riċerka riċenti tindika li hu mistenni tnaqqis li jilħaq il-25 % fil-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba fin-nofsinhar tal-Ewropa (8), |
H. |
billi, skont is-Soċjetà Respiratorja Ewropea, għal kull żieda ta' grad Celsius fit-temperatura aktar minn limitu minimu speċifiku għal belt partikulari, il-mortalità fost dawk bi problemi respiratorji tiżdied b’6 %, |
I. |
billi t-taqsima intitolata “Id-dimensjoni esterna u l-ħidma li għaddejja taħt il-UNFCCC” fil-White Paper hija waħda importanti u hemm bżonn li l-UE titkellem b’leħen wieħed sabiex terġa’ tieħu rwol mexxej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, waqt li tgħin biex tinħoloq “diplomazija tal-klima” ġdida, kif mitlub fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta' Kopenħagen, |
J. |
billi l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent aktar estensiv se jinħassu bl-aktar mod gravi b’manjiera indiretta, permezz tad-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi li huma fundamentali għall-benessri tal-bniedem, u billi dan jirrikjedi li l-protezzjoni tal-ekosistemi tkun il-pedament ta' strateġija tal-UE għall-adattament, |
K. |
billi t-temperaturi medji li qed jogħlew inaqqsu t-talba għaż-żejt u l-gass għall-iskopijiet ta' tisħin, imma billi fl-istess ħin qed jiżdied in-numru ta' ġranet meta jkun hemm bżonn tat-tkessiħ, fatt li jista’ jżid it-talba għall-elettriku, |
L. |
billi l-leġiżlazzjoni eżistenti Ewropea li tindirizza direttament il-kwistjonijiet ambjentali trid tipprovdi bażi konkreta biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taffronta l-impatti tat-tibdil fil-klima, |
M. |
billi l-azzjoni meħuda fuq livell Ewropew għandha tistabbilixxi u tissodisfa l-ogħla standards fejn jidħol ir-rispett tal-ambjent, kemm fuq żmien fil-qosor kif ukoll fit-tul (inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima), |
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper imsemmija hawn fuq; |
2. |
Jaqbel mal-għan tal-Qafas ta' Adattament propost tal-UE, i.e. li jtejjeb il-kapaċità tal-UE li tilqa’ għall-impatt tat-tibdil fil-klima; |
3. |
Jilqa’ b’mod speċjali l-enfasi tal-White Paper fuq it-tisħiħ tal-kapaċità ta' rkupru tal-ekosistemi kollha bħala difiża essenzjali kontra l-impatti tat-tibdil fil-klima; jenfasizza b’mod ulterjuri li l-ekosistemi naturali huma żoni għall-assorbiment tal-karbonju l-aktar importanti tad-dinja, peress li jaqbdu 50 % tal-emissjonijiet annwali globali tal-gassijiet bl-effett ta' serra u jikkontribwixxu kemm għall-mitigazzjoni u għall-adattament; |
4. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' adattament nazzjonali bbażati fuq qafas Ewropew komuni li jippermetti li l-Istati Membri jippjanaw u jikkomunikaw l-isforzi ta' adattament tagħhom; jikkunsidra li hemm bżonn li dawn il-pjanijiet jinkludu mapep tar-riskji u tal-perikli li juru l-infrastruttura u l-istallazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' riskju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika f’każ li jseħħu avvenimenti meteoroloġiċi avversi; jitlob li din l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku u għal Stati Membri oħrajn; |
5. |
Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni adattata fil-politiki kollha tal-UE, b’mod partikulari l-politiki komuni għall-agrikoltura u s-sajd, il-politika għall-forestrija u l-politika ta' koeżjoni, u fil-leġiżlazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali, il-permessi għall-ippjanar u l-istandards tal-bini, (u tkun żgurata l-koerenza ta' dawn il-miżuri permezz ta' approċċ transsettorjali u orizzontali li jkun ibbażat fuq il-kapaċità ta' rkupru tal-ekosistemi; |
6. |
Jenfasizza li l-oqsma prinċipali ta' azzjoni identifikati fil-White Paper għandhom jiġu prijoritizzati ulterjorment skont il-kalendarju meta huma mistennija li jseħħu konsegwenzi differenti fl-Ewropa, sabiex ir-riżorsi disponibbli jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effikaċi; |
L-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien
7. |
Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li hemm ħtieġa ta' aktar tagħrif dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima, sabiex l-informazzjoni li tirriżulta mill-istħarriġ tkun tista’ tiġi mxerrda bl-akbar mod possibbli u, konsegwentement, ikunu żviluppati miżuri ta' adattament xierqa; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, mhux biss tiżviluppa bażi ta' għerf dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima b’referenza speċifika għall-Unjoni Ewropea, imma biex anke tgħaddi dak l-għerf lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li qed jiġu industrijalizzati sabiex ikunu jistgħu jiużawh sabiex ifasslu r-risponsi tagħhom għall-problema tat-tibdil fil-klima u biex jagħmlu użu effikaċi tal-fondi għall-miżuri ta' protezzjoni klimatika; |
9. |
Jenfasizza li għandhom jissaħħu l-isforzi tar-riċerka, fil-qafas tas-Seba’ Programm ta’ Qafas attwali u l-programmi qafas għar-riċerka futuri, sabiex ikunu indirizzati nuqqasijiet attwali fl-għerf f’dak li għandu x’jaqsam mal-perikli (diżastri relatati mat-temp li seħħew fil-passat u li hemm probabilità tajba li jseħħu fil-futur) u fatturi relevanti oħra bħall-iżviluppi soċjoekonomiċi (id-distribuzzjoni ġeografika attwali u futura tal-beni fir-riskju) f’postijiet speċifiċi u fi żminijiet speċifiċi, u sabiex ikunu żviluppati modalitajiet u tekniki għall-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri għall-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima u l-kontribut rispettiv tagħhom għat-tnaqqis tal-esponiment jew il-vulnerabilità għar-riskji klimatiċi, u li tingħata prijorità għat-twettiq ta' riċerka u għall-iffinanzjar ta' żviluppi teknoloġiċi fi stati li jġarrbu spejjeż għolja ta' adattament; |
10. |
Hu tal-fehma li għandhom jitfasslu indikaturi ta' vulnerabilità bħala kwistjoni urġenti, minħabba l-firxa differenti ta' xenarji klimatiċi fi ħdan il-Komunità u jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar riċerka sabiex isir modellar xieraq fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll il-ħtieġa li tkun definita l-kapaċità ta' adattament fit-territorju tal-UE iħeġġeġ, għaldaqstant, liż-ŻEE tipproduċi rapporti li janalizzaw ir-riskji li jippreżenta t-tibdil fil-klima għar-reġjuni l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa, li jidentifikaw il-bżonnijiet, il-limiti, il-kalendarji, l-opportunitajiet, il-livelli politiċi u l-għażliet għall-adattament, sabiex tinsilet gwida politika dwar il-prattika ta' adattament u sabiex il-partijiet reġjonali u lokali li għandhom sehem fil-qasam jiġu assistiti biex jiżviluppaw strateġiji ta' adattament b’saħħithom; |
11. |
Ifakkar, madankollu, li l-inċertezza dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima hija parti integrali mill-problema, u li ġie li jridu jittieħdu deċiżjonijiet f’dan il-qasam mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna ċ-ċertezza xjentifika, bi qbil ma' approċċ prekawzjonali; |
12. |
Hu tal-fehma li huwa meħtieġ li jiġu allokati fondi għar-riċerka dwar il-klima, li tista' ssir b'mod aktar effikaċi fil-livell Ewropew u se tipprovdi bażi soda għall-iżvilupp ta' politiki ta' adattament dwar il-bidla fil-klima; |
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm aċċess faċli għal data dettaljata (inkluża l-metadata li tiddeskrivi l-metodoloġiji tas-settijiet tad-data) għall-partijiet pubbliċi u privati kollha li għandhom sehem fil-qasam; hu tal-fehma li d-data dwar it-tibdil fil-klima għandha titqies bħala beni pubbliku u għaldaqstant, bi qbil mal-Artikolu 14 tad-Direttiva INSPIRE, għandha ssir disponibbli għall-pubbliku bla ħlas jew bi ħlas li jkopri l-ispiża tal-manteniment ta' settijiet tad-data u s-servizzi tad-data korrispondenti; |
14. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi żviluppat netwerk ta' inizjattivi lokali u reġjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li tiġi skambjata l-esperjenza fuq skala Ewropea; jindika li l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-aħjar prattika tista’ tiġġenera valur miżjud għall-istrateġija tal-UE; |
15. |
Jenfasizza r-relevanza tal-metodi ta' riċerka parteċipatorja bħal dawk imħeġġa fi ħdan il-programm “Ix-Xjenza fis-Soċjetà” taħt is-Seba’ Programm Qafas ta' Riċerka tal-UE, li jiffaċilitaw il-bini komuni ta' għerf b’mod konġunt mal-komunitajiet u l-awtoritajiet lokali bl-intenzjoni li jiġu stabbiliti l-aħjar strateġiji ta' adattament fil-livelli reġjonali jew lokali u li tiġi żgurata disseminazzjoni aħjar tal-għerf; |
16. |
Jilqa' s-suġġeriment tal-White Paper li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex l-informazzjoni tinqasam bejn kulħadd; jittama li dan il-mekkaniżmu jkun qiegħed jaħdem sal-2011, u li l-mudelli u l-għodod ta' previżjoni jkunu laħqu ġew żviluppati sa dakinhar; |
17. |
Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Mekkaniżmu ta' Ċentru ta' Skambju ta' Tagħrif jiġi żviluppat bħala portal, li se jintegra lis-sistemi eżistenti l-oħra bħas-Sistema tal-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) u l-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), anzi dan għandu jżid il-valur fil-preparazzjoni tal-UE, lill-Istati Membri u lill-partijiet privati li għandhom sehem fil-qasam biex jippjanaw, jiffinanzjaw u jimplimentaw pjanijiet xierqa ta' adattament; |
18. |
Jenfasizza l-importanza ta' servizzi bbażati fuq is-satellita, primarjament għal attivitajiet ta' salvataġġ f’każ ta' diżastri naturali; jistieden lil dawk kollha involuti biex il-GMES jagħmluh kompletament operazzjonali malajr kemm jista' jkun; |
L-integrazzjoni tal-adattament fil-politiki tal-UE
Prinċipju ġenerali
19. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi adottat approċċ transsettorjali bbażat fuq il-kapaċità ta' rkupru tal-ekosistemi, il-protezzjoni tal-ambjenti naturali u l-bijodiversità u s-servizzi pprovduti mill-ekosistemi, u li jiġu żgurati s-sinerġija u l-koerenza fost il-miżuri li għandhom jittieħdu bħala parti mill-politiki kollha relevanti speċifiċi għas-settur; |
L-ilma
20. |
Jinsab partikolarment imħasseb dwar l-ilma, wieħed mir-riżorsi primarji fid-dinja, minħabba li t-tibdil fil-klima se jkollu impatt sinifikanti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-ilma, speċjalment l-ilma għax-xorb; |
21. |
Jenfasizza li l-UE trid tiġġestixxi r-riżorsi tal-ilma tagħha b’mod aktar effikaċi permezz ta' approċċ fuq żewġ korsiji – billi jissaħħaħ il-potenzjal tar-riżors u jitnaqqsu b'mod attiv id-domanda u l-ħela min-naħa tal-popolazzjoni – u ta' attivitajiet soċjoekonomiċi; |
22. |
Jenfasizza l-importanza li l-adattament ikun integrat b’mod sħiħ fil-Pjanijiet Amministrattivi tal-Baċiri tax-Xmajjar bi qbil mal-linji gwida maħruġa fit-30 ta' Novembru 2009; |
23. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata implimentazzjoni attiva tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) (9) u l-effikaċja tal-Pjanijiet għall-Ġestjoni tal-Baċini tax-Xmajjar, b’mod speċjali fil-każ ta' baċini transkonfinali u fir-reġjuni fejn il-pressjoni tal-ilma għad tilħaq livell kritiku u/jew fejn il-frekwenza tal-għargħar qed tiżdied; |
24. |
Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar li tipprovdi mekkaniżmu komprensiv biex ikunu evalwati u sorveljati r-riskji akbar ta' għargħar minħabba t-tibdil fil-klima u biex ikunu żviluppati metodi ta' adattament, flimkien mal-benefiċċji ta' ambjent li jkun kapaċi jirkupra u ekosistemi li jkunu kapaċi jirkupraw f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u l-minimizzazzjoni tal-impatt tal-għargħar; |
Il-biedja u l-forestrija
25. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżistenza tal-ekosistemi agrikoli bl-użu aktar sostenibbli tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-ilma u l-ħamrija, billi jiġu skoraġġuti b’mod attiv il-prattiki insostenibbli u t-tiżrigħ ta' tipi ta' wċuħ li mhumiex xierqa minħabba l-konsum tal-ilma tagħhom u b'użu akbar ta' bijodiversità intra u interspeċji f'dak li għandu x'jaqsam maż-żerriegħa u r-razez tal-annimali; |
26. |
Iqis li l-politika komuni agrikola għandha rwol ċentrali fil-kontribuzzjoni għall-adattament u li hemm bżonn li jiġi żviluppat approċċ li jkun aktar ibbażat fuq l-ekosistemi lejn l-agrikoltura, il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-forniment ta' servizzi oħra għall-ekosistemi, inklużi l-konservazzjoni tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma tal-għargħar u l-konnettività ekoloġika bejn il-pajsaġġi, u li l-introduzzjoni ta' prattiki ta' biedja sostenibbli se jkollhom benefiċċji ewlenin għall-konservazzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni tal-ilma, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-kapaċità tal-ekosistema li tirkupra; |
27. |
Jenfasizza li l-miżuri tal-UE għall-protezzjoni tal-foresti se jkollhom jinkorporaw l-adattament, peress li l-ekosistemi forestali se jiġu affettwati fil-fond mit-tibdil tal-klima u se jkun hemm riskju akbar ta' nirien; |
28. |
Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għall-aġġornament tal-istrateġija tal-UE dwar il-forestrija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi dibattitu dwar il-protezzjoni forestali malajr kemm jista’ jkun; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu miżuri ta' agroforestrija għat-tisġir tal-pajjiżi Mediterranji bħala mod effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż biex jiġu pprovduti servizzi ta' ekosistemi bażiċi; |
30. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li f’dawn l-aħħar snin, l-Ewropa batiet minn nirien li qerdu aktar minn 400 000 ettaru ta' foresta fis-sena kkawżati mill-abbandun progressiv tal-kampanja u tal-attivitajiet tradizzjonali assoċjati magħha, manteniment insuffiċjenti tal-foresti, l-eżistenza ta' meded kbar ta' foresti bi speċi waħda ta' siġra, it-tixtil ta' tipi ta' siġar mhux adegwati, in-nuqqas ta' politika xierqa ta' prevenzjoni u penalitajiet mhux severi biżżejjed fil-każijiet meta n-nirien jitqabbdu volontarjament, flimkien mal-implimentazzjoni mhux adegwata tal-liġijiet li jipprojbixxu l-bini illegali u li jiżguraw ir-riafforestazzjoni; jinnota li, bin-nirien li qed iseħħu fuq din l-iskala, speċjalment fin-nofsinhar tal-Ewropa, il-foresti mhumiex kapaċi jerġgħu jiġġeneraw ruħhom, u li dan għandu konsegwenzi ekoloġiċi u effetti ekonomiċi u soċjali gravi; jinnota wkoll li l-kundizzjonijiet ta' temp mhux tas-soltu li ġew esperjenzati fl-2007 aggravaw il-fenomenu tal-meganirien xi ħaġa li hemm ċans tajjeb li terġa’ sseħħ b’mod aktar ta' spiss fis-snin li ġejjin; jinnota ulterjorment li t-tisħin globali se jiżdied mill-anqas matul it-30 sena li ġejjin, u li dan jista’ jaffettwa prinċipalment lir-reġjuni speċifiċi li huma partikularment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima; |
31. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-proposta tagħha għal pjan ta' azzjoni tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima, tipprijoritizza l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra n-nixfiet u n-nirien forestali, b’enfasi fuq in-nofsinhar tal-Ewropa, kif suġġerit mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nirien tal-foresti fis-sajf 2009; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu adattati s-sistemi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali biex ikunu jifilħu għall-impatt tat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ b’mod partikulari lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni biex tespandi r-Riżerva Tattika Ewropea għan-Nirien Forestali f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi u l-kapaċità; |
33. |
Jirrakomanda li l-Kummissjoni tfassal programmi ta' riċerka biex tinvestiga r-reazzjoni tal-foresti għal livelli ogħla ta' CO, temperaturi aktar għoljin u nixfa; |
34. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal programmi ta' riċerka għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda għall-ġestjoni forestali tal-ekosistemi affettwati minħabba ċ-ċirkostanzi ġodda li qed jinħolqu mit-tibdil fil-klima; |
L-industrija tas-Sajd
35. |
Jistieden biex jitqiesu sistemi alternattivi ta' mmaniġġjar tas-sajd u t-tnaqqis fil-kapaċità ta' diversi taqsimiet tal-flotta Ewropea, bil-għan li jiġu stabbiliti prattiki sostenibbli tas-sajd u tal-akwakultura; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studji maħsuba biex jivvalutaw il-fenomenu tal-alka ħadra u l-impatt tagħha fuq l-industrija tas-sajd; jitlob, ukoll, li jitwettaq studju dwar kif it-tibdil fil-kurrenti li jseħħ minħabba t-tisħin tal-klima jinfluwenza l-movimenti ta' ċerti speċi marini; |
37. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali jiġu rinforzati u implimentati fil-kuntest usa’ tal-Politika Marittima Integrata, filwaqt li jġibu flimkien il-politiki settorjali kollha marbuta mal-baħar u l-oċeani; |
38. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-adattament permezz tal-kapaċità ta' rkupru tal-ekosistemi jiġi integrat fil-pożizzjoni tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali dwar is-sajd u l-ambjent tal-baħar, u b'mod l-aktar partikolari fil-kuntest tal-Ftehimiet ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd u l-ORS; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa b'mod attiv fit-twaqqif ta' “fond għall-karbonju blu” fil-kuntest tal-UNFCC; jisħaq li t-tali fond għandu jesplora mekkaniżmi finanzjarji u ta' koordinament għall-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-kosta u tal-baħar u tal-karbonju oċeaniku, bħala parti minn strateġija globali għall-ippjanar rigward il-baħar; |
Il-ħamrija
40. |
Hu tal-fehma li mhux biss il-ħamrija għandha impatt kbir fuq it-tibdil fil-klima, imma t-tibdil fil-klima nnifsu jista’ jirriżulta f’degradazzjoni jew erożjoni severi tal-ħamrija; |
41. |
Jirrikonoxxi li d-degradazzjoni tal-ħamrija prinċipalment għandha kawżi lokali u reġjonali, u li konsegwentement il-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jiġi rrispettat; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri mingħajr leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħamrija biex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom; |
Inħawi kostali u gżejjer
42. |
Hu tal-fehma li l-inħawi kostali u l-ġżejjer għandhom ikunu eliġibbli għall-miżuri ta' adattament prijoritarju, minħabba l-fatt li huma partikularment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u huma popolati densament, u li l-interessi ekonomiċi huma għoljin ħafna; |
Is-saħħa u l-politiki soċjali
43. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki għall-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jkollhom l-ambizzjoni li jsiru l-mutur tat-tkabbir sostenibbli; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li dawn il-politiki jista’ u jrid ikollhom il-kapaċità li joħolqu l-impjiegi u jħarsu l-ġustizzja soċjali, biex b’hekk jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta' okkupazzjoni u jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi soċjali; |
44. |
Jenfasizza li hemm bżonn li titqies id-dimensjoni soċjali u tal-impjiegi tal-politiki ta' adattament fi ħdan l-istrateġija ta' rkupru tal-UE; |
45. |
Josserva li l-pjanijiet ta' aġġustament ambizzjużi se jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-impjiegi ħodor fl-Ewropa, li se jgħinuna naslu għal ekonomija ħielsa mill-karbonju, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex għaldaqstant jagħmlu sforzi akbar biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli kullimkien fl-Ewropa; |
46. |
Jenfasizza li l-komunitajiet jew il-gruppi l-aktar vulnerabbli għandhom jingħataw biżżejjed appoġġ fir-rigward tal-ispejjeż għoljin ta' adattament; |
47. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni biex ikunu żviluppati linji gwida u mekkaniżmi ta' sorveljanza dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa sal-2011; jenfasizza ż-żieda fir-riskju tal-propagazzjoni ta' mard trasmess minn organiżmi, l-impatti serji fuq is-saħħa respiratorja u l-ħtieġa li ċ-ċittadin Ewropew jiġi edukat dwar il-miżuri preventivi effettivi rakkomandati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard; |
48. |
Jinnota li l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa x’aktarx li se jolqtu l-aktar il-komunitajiet li għandhom nuqqasijiet soċjali u ekonomiċi, il-popolazzjonijiet l-aktar fqar u l-gruppi l-aktar vulnerabbli, bħat-tfal, ix-xjuħ u dawk li huma diġà morda; iqis bħala essenzjali li jkunu kkunsidrati l-miżuri ta' adattament fil-kuntest tal-inugwaljanzi tas-saħħa, u li miżuri ta' dan it-tip iħeġġu azzjoni li tippromwovi l-kobenefiċċji tas-saħħa; |
49. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu intensifikati s-sistemi eżistenti għas-sorveljanza u l-kontroll tal-mard tal-annimali; |
50. |
Jirrikonoxxi r-rwol li għandu s-settur tas-saħħa fl-adattament; jistieden lill-UE biex tappoġġja azzjoni għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tas-settur, u biex jiġi żgurat finanzjament xieraq għall-miżuri ta' adattament fis-settur tas-saħħa; |
L-infrastruttura
51. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-awtorizzazzjoni industrijali u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tkun teħtieġ li kwalunkwe infrastrutturi ppjanati jew attivitajiet industrijali awtorizzati jqisu sew il-previżjonijiet tal-kundizzjonijiet klimatiċi tal-ġejjieni u r-riskji li jirriżultaw minnhom, filwaqt li jżommu ċerta kapaċità ta' adattament; jinnota li f’bosta każijiet ikun iktar xieraq li żoni vulnerabbli ma jiġux żviluppati aktar milli jinbnew difiżi fit-tħejjija għal effetti klimatiċi negattivi; |
52. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat, li l-evalwazzjonijiet tal-impatt ambjentali, fejn ikun relevanti, il-pjanijiet urbani u l-ippjanar tal-użu tal-art b'mod ġenerali jqisu xenarji differenti ta' adattament probabbli b’mod li dawn ix-xenarji jkunu sostanzjati xjentifikament; |
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa metodoloġiji ta' proġetti ta' infrastruttura “li jifilħu għat-tibdil fil-klima”, inklużi analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji u l-alternattivi possibbli; |
54. |
Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tqis metodi kif tħeġġeġ ippjanar xieraq tal-użu tal-art (inkluża l-kartografija tar-riskji u l-perikli) fost il-possibiltajiet li għandha l-intenzjoni li tesplora f’konnessjoni mal-valutazzjoni tal-impatt klimatiku tal-investiment pubbliku u privat; |
55. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bil-pjan tagħha li tinkorpora l-impatti klimatiċi fl-istandards tal-bini (bħall-Eurocodes) sabiex ittejjeb ir-reżistenza tal-bini li jkun f’żoni iktar suxxettibbli għal riskji; |
56. |
Hu tal-fehma li, mill-aspett mikroklimatiku, m'għandux jitħalla li jsir bini li jħalli l-ilma jiskula minn fuq l-art f'żoni u bliet b'popolazzjoni densa. |
It-trasport
57. |
Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' attenzjoni mogħtija lis-settur tat-trasport fil-White Paper, minkejja li dan hu responsabbli għal 27 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet bl-effett ta' serra u li hemm bżonn ta' miżuri ta' adattament effikaċi; |
58. |
Jenfasizza l-ħtieġa li s-settur tat-trasport ukoll ikun parti integrali mill-istrateġija Ewropea dwar it-tibdil fil-klima, u jistieden lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista' jkun tressaq proposta għal “Pakkett Ewropew għall-Klima u t-Trasport”; |
59. |
Iqis li huwa essenzjali li tiġi appoġġjata bidla modali bħala mezz kif wieħed jersaq lejn in-nuqqas ta' karbonizzazzjoni tat-trasport; |
60. |
Jenfasizza li l-mezzi kollha tat-trasport għandhom jinternalizzaw gradwalment l-ispejjeż esterni tagħhom relatati mat-tibdil fil-klima; |
61. |
Iqis li l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u finanzjarji tal-miżuri ta' adattament meħtieġa fis-settur tat-trasport, bħalma huma l-effetti tal-organizzazzjoni mill-ġdid tas-settur (primarjament minħabba l-bidla modali), għadhom mhux magħrufa jew previsti b’mod adegwat; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi indikaturi u metodi ta' vulnerabilità għall-iskambju tal-aħjar prattiki għall-komponenti differenti fis-settur (trasport bil-ferrovija, bit-triq u marittimu); |
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu politika ta' mobilità urbana effiċjenti li tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġis miż-żoni urbani kbar permezz tal-iżvilupp ta' trasport pubbliku u komodalità u permezz tal-użu ta' sistemi ta' trasport intelliġenti; |
63. |
Jenfasizza wkoll li sabiex tiġi promossa politika tat-trasport moderna u sostenibbli, jeħtieġ li jingħata l-appoġġ finanzjarju xieraq għall-proġetti prijoritarji ferrovjarji, marittimi u tal-passaġġi tal-ilma tat-TEN matul il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss tal-UE (2014-2020); |
64. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkompli għaddej il-proċess leġiżlattiv tad-Direttiva “Eurovignette” biex tiġi ffaċilitata l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni fuq il-bażi tal-prinċipju li “min iniġġes iħallas”, b'mod li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni bejn il-modi tat-trasport; |
Enerġija
65. |
Jenfasizza li t-tibdil fil-klima għandu impatt kbir fuq il-provvista u d-domanda tal-enerġija fl-Istati Membri tal-UE; |
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi dettaljata ta' xenarji futuri tal-enerġija filwaqt li tqis l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-infrastrutturi u d-domanda għall-enerġija; |
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk il-potenzjal tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u oħrajn ta' fjuwils fossili hux se jinbidel konsegwenza tat-tibdil fil-klima u jiġbed l-attenzjoni għal-limiti fuq it-tkessiħ tal-impjanti tal-enerġija termali u l-konsegwenzi ta' dan; |
68. |
Jinnota, b’rabta mat-tkessiħ tar-reatturi, ir-riskji partikulari għas-sikurezza tal-impjanti nukleari waqt mewġiet tas-sħana, problema li potenzjalment jista’ jkollha impatti ambjentali negattivi b’mod sinifikanti fuq l-ilmijiet tal-madwar u implikazzjonijiet fuq is-sigurtà tal-provvista; |
69. |
Jinnota li l-kundizzjonijiet estremi tat-temp bħall-għargħar u l-maltempati jistgħu jagħmlu ħsara lill-impjanti tal-enerġija, lill-piluni tal-elettriku, lis-sottostazzjonijiet u lill-kaxxi tal-elettriku, jew iwaqqfuhom temporanjament milli jaħdmu; huwa tal-opinjoni li netwerks tal-elettriku ta' kwalità differenti u robusti biex ilaħħqu mal-ħtieġa akbar fil-flessibilità tan-netwerks, u għalhekk jeħtieġ li jissaħħu kemm in-netwerks lokali kif ukoll is-sistemi internazzjonali ta' tensjoni għolja; |
70. |
Jenfasizza li l-użu tal-enerġija fil-binjiet se jinbidel minħabba l-bidla fil-klima, u li l-ikbar sfida hawnhekk tinsab fl-indirizzar tal-problema marbuta mas-sħana żejda tal-binjiet; huwa tal-opinjoni li t-tkessiħ naturali, it-tkessiħ mekkaniku, ir-rendiment enerġetiku u l-ippjanar bil-ħsieb tal-ispazji għandu jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward; |
71. |
Hu tal-fehma li, b'politiki tal-enerġija intelliġenti li jippromwovu attivament is-sorsi li jiġġeddu tal-enerġija, bi provvista tal-enerġija deċentralizzata u b'effiċjenza tal-enerġija fit-terrritorji tagħhom, ir-reġjuni mhux biss jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima, imma jiftħu wkoll opportunitajiet u prospetti ekonomiċi ġodda għaċ-ċittadini tagħhom; |
72. |
Jenfasizza li l-miżuri li jikkonċernaw il-provvista tal-enerġija u l-aċċess għall-enerġija għandhom jiġu definiti f’kuntest ta' solidarjetà fost l-Istati Membri u li l-UE għandha tikkontribwixxi għal ċaqliq politiku globali favur effiċjenza akbar tal-enerġija u l-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija b’użu baxx tal-karbonju, pereżempju sorsi ta' enerġija li jiġġeddu; |
73. |
Jistieden lill-Istati Membri biex sat-30 ta' Ġunju 2010 jipprovdu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali ambizzjużi, komprensivi u realistiċi skont il-mudelli u l-parametri stipulati mill-UE, filwaqt li jinnota li l-ħtiġijiet ta' kull Stat Membru għal enerġija minn sorsi li jiġġeddu għandha tiġi ssodisfata prinċipalment bil-konsum domestiku, filwaqt li l-mekkaniżmu għat-trasferiment statistiku bejn l-Istati Membri ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu għandu jintuża biss fejn dan jitqies li jkun kompletament ġustifikat; |
74. |
Jenfasizza li għandha tingħata prijorità immedjata lil miżuri addizzjonali biex tiġi promossa l-istrateġija Komunitarja li għandha l-għan li tikseb żieda ta' 20 % fl-effiċjenza tal-enerġija sas-sena 2020; iqis li hu xieraq ukoll, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-pjanijiet attwali ta' azzjoni favur l-effiċjenza tal-enerġija, li tiġi kkunsidrata l-possibilità li dan l-objettiv isir jorbot legalment fil-livell Komunitarju; |
Il-bijodiversità
75. |
Minħabba li NATURA 2000 tifforma l-pilastru ċentrali tal-isforzi tal-politika tal-UE li jħarsu l-ekosistemi f’kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jitlob sabiex ikun hemm ġestjoni attiva tas-siti NATURA 2000 u ta' pajsaġġi oħra, b’finanzjament xieraq mill-UE u mill-Istati Membri u bbażat fuq kooperazzjoni mill-qrib kif ukoll konsultazzjoni tal-komunitajiet lokali, u jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' linji gwida sabiex tiġi żgurata l-konnettività bejn iż-żoni naturali; jenfasizza li, kif mistqarr fl-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (SEC(2008)2887) annessa mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Strateġija tal-UE dwar speċi invażivi”, għad hemm ħafna x’wieħed jitgħallem dwar il-kobor u l-passaġġi tal-ispeċi invażivi, kif dawn jaffettwaw l-ekosistemi, u kif it-tibdil fil-klima se jaffettwa l-invażjonijiet bioloġiċi; |
76. |
Jenfasizza li r-reżistenza tal-ekosistemi fuq l-art kif ukoll dawk fil-baħar jiddependu fl-aħħar mill-aħħar mill-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika; |
77. |
Jenfasizza l-fatt li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (10) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (11), tista’ tgħin biex tindirizza r-reżistenza tal-ekosistemi fl-Ewropa sakemm il-pjanijiet ta' ġestjoni jinkorporaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki; |
78. |
Jenfasizza l-importanza tal-istudju tal-fenomenu tal-invażjoni ta' ekosistemi Ewropej minn speċji aljeni (pereżempju speċji marini tropiċi fil-Mediterran) u tal-iżvilupp ta' politiki xierqa sabiex jikkumpensaw għaliha; |
Ambjenti urbani
79. |
Jenfasizza l-fatt li ż-żoni urbani fl-Ewropa jakkomodaw kważi 75 % tal-popolazzjoni u li t-tibdil fil-klima huwa fattur ieħor li għandu impatt fuq il-kwalità tal-ħajja fil-bliet il-kbar u ż-żgħar; iħeġġeġ lill-EEA biex tistudja l-impatt mistenni tat-tibdil fil-klima fuq il-mikroklimi f'żoni urbani (filwaqt li jitqies pereżempju l-effett tal-gżejjer urbani tas-sħana); |
Il-migrazzjoni
80. |
Jenfasizza li t-tibdil fil-klima x'aktarx se tikkawża migrazzjoni ambjentali fuq skala kbira minn reġjuni li diġà huma l-oriġini tal-flussi ta' migrazzjoni lejn l-Ewropa (l-Afrika, il-Lvant Nofsani, in-Nofsinhar u x-Xlokk tal-Asja); |
81. |
Jenfasizza li l-migrazzjoni ambjentali għandha tiġi kkunsidrata fl-ippjanar fit-tul tal-politika tal-għajnuna għall-iżvilupp, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni f'waqthom u miżuri umanitarji fil-pront fil-pajjiżi tal-oriġini; |
Il-wirt kulturali
82. |
Jenfasizza l-importanza li jkunu żviluppati miżuri ta' adattament li jikkunsidraw sew l-aspetti kollha tal-wirt kulturali Ewropew; |
L-istruttura u l-governanza
83. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu rikonoxxuti bħala parteċipanti ta' importanza ċentrali fil-ġlieda kontra l-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima; |
84. |
Jenfasizza l-importanza li jkun hemm livell xieraq ta' intervent, integrazzjoni transsettorjali u bażi ambjentali reżistenti sabiex jintlaħaq il-massimu tal-effikaċja tal-miżuri implimentati; |
85. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex meta jindirizzaw l-adattament jinkoraġġixxu approċċ koordinat sabiex tkun garantita l-koeżjoni territorjali fl-UE kollha; |
86. |
Hu tal-opinjoni li għandhom jittieħdu miżuri li jirrikonċiljaw l-azzjoni ekonomikament innovattiva u sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent naturali u b'hekk jitnaqqsu sa fejn hu possibbli l-kunflitti tal-użu bejn l-interessi ekoloġiċi u dawk ekonomiċi; |
87. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taġixxi fir-rigward tal-proposti li jiġu introdotti Strateġiji ta' Addatament Nazzjonali u Reġjonali obbligatorji; |
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa metodu komprensiv fir-rigward tal-involviment tal-industrija tal-assigurazzjoni fl-għarfien tar-riskju u l-qsim tar-riskju; |
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw is-sħubijiet pubbliċi-privati meħtieġa biex jinħoloq qafas ta' ġestjoni tar-riskju klimatiku fuq perjodu twil ta' żmien, b'saħħtu u effikaċi (li jkun ikopri l-aspetti kollha mill-għarfien tar-riskju għall-qsim tar-riskju u l-irkupru), bi tmexxija b'saħħitha mill-awtoritajiet pubbliċi u bl-involviment tagħhom; |
90. |
Iqis li r-reġjuni l-aktar imbiegħda, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tagħhom, kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat ta' Lisbona, u minħabba l-qagħda ġeografika tagħhom f'żoni tropikali, huma vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u għaldaqstant jistħoqqilhom l-attenzjoni speċjali tal-Kummmissjoni; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżviluppa valutazzjoni tal-impatt u pjan ta' azzjoni speċifiku għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni u ta' prattiki tajba bejn l-awtoritajiet lokali ta' dawk ir-reġjuni u l-awtoritajiet reġjonali f'pajjiżi terzi fiż-żoni ġeografiċi ta' madwarhom; |
91. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta b'mod komprensiv id-drittijiet il-ġodda li ngħataw lilha bl-Artikolu 260 tat-Trattat ta' Lisbona, sabiex taqdi d-dmir tagħha ta' gwardjan tat-trattati; |
Il-finanzjament
92. |
Jenfasizza li l-baġit tal-UE bħalissa ma jirriflettix il-prijoritajiet politiċi tal-UE fil-qasam tal-adattament għat-tibdil fil-klima; |
93. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali, biex tiffoka fuq il-kapaċità tal-baġit tal-UE li jiflaħ għat-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għandu jagħti importanza kbira lit-tibdil fil-klima, u b’mod partikolari lill-miżuri ta' adattament, filwaqt li jiżgura li l-fondi meħtieġa jkunu disponibbli; |
94. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas tar-reviżjoni tal-baġit tal-UE, u sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima, biex tipproponi proċedura għar-reżistenza tal-bini għat-tibdil fil-klima; |
95. |
Jitlob, fil-futur, biex tingħata prijorità lit-tibdil fil-klima, fil-klima, b’mod partikolari billi tiġi integrata l-istrateġija ta' adattament fil-politiki tal-Unjoni Ewropea; |
96. |
Jitlob li, fl-approvazzjoni ta' proġetti ffinanzjati b'riżorsi Ewropej li jolqtu l-effiċjenza tal-enerġija, il-ġestjoni tal-iskart u l-bini tal-infrastrutturi, l-effetti tat-tibdil fil-klima għandhom jiġu kkunsidrati bl-akbar attenzjoni; |
97. |
Jenfasizza li l-objettivi tat-tibdil tal-klima u tal-protezzjoni tal-ambjent għandhom jiġu integrati fl-objettivi ta' konverġenza u tkabbir tal-politika ta' koeżjoni tal-UE, mingħajr ma jieħdu post il-kompiti tradizzjonali tal-politika strutturali. |
98. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq, f'konformità mal-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli (12), u b'urġenza, Pjan Direzzjonali għar-riforma, settur b'settur, tas-sussidji li għandhom impatt negattiv konsiderevoli fuq l-ambjent, bil-ħsieb li jitneħħew gradwalment; jenfasizza, barra minn hekk, li r-riżorsi finanzjarji li jsiru disponibbli permezz ta' din ir-riforma għandhom jiġu diretti għall-isforzi ta' adattament u għall-impjiegi “ħodor”; |
99. |
Jenfasizza li l-fondi disponibbli fid-diversi pjanijiet ta' rkupru ekonomiku għandhom jiġu mgħoddija ukoll għal investimenti ta' adattament, u fi kwalunkwe każ jeħtieġ li jkunu jifilħu għall-klima; |
100. |
Jenfasizza l-prinċipju tal-prevenzjoni fl-adattament għat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċi biex jiġi żgurat li l-ispejjeż li jiġu minn nuqqas li jittieħdu miżuri ta' adattament ma jiġux mgħoddija lill-pubbliku inġenerali; |
101. |
Jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tħeġġiġ tal-Kunsill sabiex jerġa' jibda jħaddem il-proċess tar-reviżjoni tar-Regolament tal-Fond ta' Solidarjetà (EUSF), li jagħmilha possibbli li tkun indirizzata l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem b’mod aktar effettiv, flessibbli u fil-ħin; |
102. |
Jenfasizza li parti sostanzjali mid-dħul finanzjarju ġġenerat mill-bejgħ bl-irkant tal-kwoti fl-iskema Komunitarja tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra (UE ETS), li tinkludi l-irkant għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu, għandha tkun assenjata biex tippermetti lill-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jadattaw għat-tibdil fil-klima; huwa tal-opinjoni li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jappoġġjaw ukoll il-modi ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa, bħat-trasport ferrovjarju; jitlob li l-finanzjament li diġà ġie assenjat mill-ETS tal-UE għall-iskop ta' solidarjetà u tkabbir fil-Komunità (dħul li ġej minn 10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant) jitqassam fost l-Istati Membri b'livell ta' dħul aktar baxx, b'mod ugwali bejn miżuri ta' adattament u oħrajn ta' mitigazzjoni; |
103. |
jitlob li l-allokazzjoni tal-fondi li ġejjin mill-ETS u minn sorsi oħrajn Komunitarji biex jgħinu lill-Istati Membri jadattaw għat-tibdil fil-klima tqis il-vulnerabilità għat-tibdil fil-klima ta' kull Stat Membru jew reġjun; |
104. |
Jirrikonoxxi r-responsabilità storika li għandhom il-pajjiżi industrijalizzati għaż-żieda attwali fit-temperaturi globali; itenni d-dikjarazzjonijiet li għamel fir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Frar 2010, inklużi li l-impenji tal-UE li tiffinanzja l-isforzi tal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu ġodda u addizzjonali għal impenji eżistenti ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u indipendenti mill-proċeduri baġitarji annwali fl-Istati Membri; |
Id-dimensjoni esterna
105. |
Itenni l-ħtieġa li jiġu inklużi l-miżuri ta' adattament fil-politiki esterni kollha tal-UE, f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim ta' Kopenħagen; |
106. |
Jenfasizza li l-valur tas-servizzi tal-ekosistema u tar-reżistenza tal-ekosistema hija dejjem aktar sinifikanti fil-pajjiżi l-inqas żviluppati (13); jenfasizza li l-politiki ta' adattament għat-tibdil fil-klima, u speċjalment il-politiki tar-reżistenza tal-ekosistemi, għandhom jitqiesu kif suppost fin-negozjati internazzjonali kollha, inklużi n-negozjati kummerċjali; |
107. |
Hu konvint bis-sod li l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha żżomm u ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala waħda minn ta' quddiem fil-ġlieda internazzjonali kontra t-tisħin globali, u hu tal-fehma li kull dewmien biex tittieħed azzjoni bħal din se jkompli jżid ir-riskju ta' effetti negattivi ambjentali, ekonomiċi u soċjali u dan aktarx li jkompli jżid l-ispejjeż; |
108. |
Jenfasizza li, fir-rigward tal-iżgurar tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar l-Adattament, fattur deċiżiv se jkun l-inklużjoni tiegħu bħala parti minn ftehim dinji ambizzjuż u koeżiv (b’objettivi li jorbtu legalment) dwar miżuri kontra t-tibdil fil-klima, u jenfasizza wkoll li l-UE għandha tieħu rwol ta' tmexxija f’din id-direzzjoni. |
109. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis it-tisħiħ tal-fondi pubbliċi ddedikati għall-kooperazzjoni internazzjonali fit-Tmien Programm ta' Qafas (FP8) imminenti, sew ma'
|
Il-Grupp ta' Tmexxija dwar l-impatt u l-adattament
110. |
Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li twaqqaf grupp ta' tmexxija dwar l-impatt u l-adattament; jenfasizza li huwa importanti li dan il-grupp jinvolvi l-parteċipanti reġjonali u lokali minbarra r-rappreżentanti statali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li dan il-grupp jinkludi rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi, kif ukoll partijiet interessati privati fil-kapaċità ta' esperti; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-grupp ta' tmexxija jagħti attenzjoni partikolari lill-iktar impatti serji tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa, bħaż-żidiet f'imwiet relatati mat-temp u mard li jinġarr minn vettur; |
Ir-rapport ta' progress tal-Kummissjoni
111. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex sal-2012 tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar biex tkun implimentata l-White Paper imsemmija hawn fuq; |
*
* *
112. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 41.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0042.
(3) Testi adottati, P7_TA(2009)0013.
(4) Testi adottati, P7_TA(2009)0089.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0019.
(6) Abbozz ta' Deċiżjoni tal-UNFCCC -/CP.15, Qbil ta' Kopenħagen, FCCC/CP/2009/L.7.
(8) Ċentru ta' Riċerka Konġunta – Istitut għall-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi: “L-impatti tat-tibdil fil-klima fl-agrikoltura fl-Ewropa. PESETA–Studju agrikolu”, EUR 24 107 EN, 2009.
(9) ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.
(10) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).
(11) Direttiva 2008/56/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(12) Reviżjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli (SŻS tal-UE), Dokument tal-Kunsill 10917/06.
(13) Soluzzjonijiet Konvenjenti għal Verità Inkonvenjenti: Approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-Tibdil fil-Klima, Bank Dinji, Dipartiment Ambjentali, 2009, u Is-Soluzzjoni Naturali? Ir-Rwol tal-Ekosistemi fil-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima, UNEP, 2009.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/128 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet - Ġlieda kontra l-frodi - Rapport Annwali 2008
P7_TA(2010)0155
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi - Rapport Annwali 2008 (2009/2167(INI))
2011/C 81 E/22
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),
wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta' Lulju 2009 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu ”Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2008” (COM (2009)0372), inkluż l-annessi (SEC (2009)1002 u SEC (2009)1003) tiegħu,
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-OLAF għall-2008 (1), u t-tieni rapport tal-OLAF tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, kif ukoll il-linji gwida li jissostitwixxu l-OLAF Vademecum,
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF għall-perjodu bejn Ġunju 2008 sa Mejju 2009 (2),
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza l-OLAF għall-perjodu bejn Ġunju 2007 u Mejju 2008 (3),
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (4),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu – Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-Programm ta' Stokkolma (5), b'mod partikolari l-kapitolu dwar il-kriminalità ekonomika u l-korruzzjoni,
wara li kkunsidra l-Artikoli 319(3) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6),
wara li kkunsidra r-Regoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0100/2010),
Konsiderazzjonijiet ġenerali: l-ammont ta' irregolaritajiet li ġew notifikati
1. |
Jinnota li l-impatt finanzjarju tal-irregolaritajiet, safejn ġew identifikati, niżel minn EUR 1 024 miljun fl-2007 għal EUR 783.2 miljun fl-2008, bi tnaqqis li laqat kull qasam ta' nfiq ħlief tal-infiq dirett u l-fondi ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari:
|
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi inkluża informazzjoni dwar l-irregolaritajiet biex tiċċara l-proporzjon tar-riżorsi totali fl-oqsma ta' nfiq varji u fl-Istati Membri varji milquta minn żbalji u każijiet ta' suspett ta' frodi; |
3. |
Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni huwa dover importanti tal-Istituzzjonijiet Ewropej u tal-Istati Membri kollha, li għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-fenomeni b'mod effikaċi sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-kontribwenti kif ukoll tiġi affrontata l-kriminalità organizzata, li skont indikaturi nazzjonali, qed iżżid il-kapaċità tagħha ta' kollużjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet, b'mod partikulari permezz ta' frodi fil-baġit tal-Komunità; |
4. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li ammont kbir ta' fondi tal-UE għadu qiegħed jitqassam ħażin, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa għall-irkupru ta' dawn il-fondi; |
Riżorsi proprji
5. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-ammont stmat ta' irregolaritajiet kien 12.5 % inqas minn dak fl-2007; jinnota, madankollu, li bħas-snin preċedenti l-ogħla numru ta' irregolaritajiet kien irreġistrat għal settijiet tat-televiżjoni u ta' moniters u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tħares partikolarment mill-qrib dawn il-prodotti u tieħu l-passi meħtieġa biex tirkupra r-riżorsi proprji jew l-imgħaxijiet dovuti; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex trawwem bilanċ xieraq bejn il-kontrolli fiżiċi fuq l-importazzjoni u fuq il-verifiki wara tneħħija tal-operaturi; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu statistika aħjar f'dan il-qasam; |
6. |
Iqis li huwa essenzjali li tiġi ppromulgata leġiżlazzjoni effettiva biex titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra prattiki fiskali li jagħmlu l-ħsara u jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2009)0029) sottomessa mill-Kummissjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jirrifjutaw li jgħaddu informazzjoni speċifika jew li jagħmlu inkjesta amministrattiva li għandha tkun sorveljata mill-qrib u għall-Parlament li għandu jingħata informazzjoni ċara u komprensiva dwar każijiet kollha bħal dawn; |
7. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għar-riformulazzjoni tar-regolament tal-Kunsill dwar il-koperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2009)0427); jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jsiru iktar responsabbli f'dan ir-rigward, billi jibdew mill-kwalità tal-informazzjoni li tiddaħħal fid-databases; jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika kemm l-informazzjoni hija eżatta u biex tiżgura li l-ammonti kollha pagabbli tal-VAT jinġabru; |
8. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni komprensiva li tippermetti li jsir paragun bejn l-ispejjeż li ntefqu mill-Istati Membri fil-ġbir tar-riżorsi tradizzjonali proprji u l-ammont miżmum biex ikopri dawk l-ispejjeż tal-ġbir; |
Nefqa Agrikola
9. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-ammont stmat li kien milqut minn irregolaritajiet kien 34 % inqas minn dak fl-2007; jenfasizza li n-numru relattivament żgħir ta' irregolaritajiet jidher li ġej prinċipalment mil-limitu ogħla tan-notifika obbligatorja (ta' EUR 10 000) introdott bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom imħallsa ħażin b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u mal-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam (7); |
10. |
Jenfasizza l-importanza li jigu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rappurtar ta' irregolaritajiet u jiddeplora n-nuqqasijiet reġistrati fir-rigward tal-Awstrija, tal-Isvezja, tas-Slovakkja u tal-Ungerija; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 (8) li jistabbilixxi regoli ġodda ta' kontroll għall-miżuri ta' sostenn għall-iżvilupp rurali bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-benefiċjarji jissodisfaw l-obbligi tagħhom; |
12. |
Jappoġġa l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (punt 5.2 tar-rapport annwali tagħha msemmi hawn fuq) li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll (IACS) hija effettiva għax tillimita r-riskju ta' żbalji u l-ispejjeż irregolari jekk tkun użata sew u jekk data ta' min joqgħod fuqha tiddaħħal fis-sistema kif suppost; jiddeplora n-nuqqasijiet kbar li ġew identifikati fis-sistemi użati mir-Renju Unit (l-Iskozja), mill-Bulgarija u mur-Rumanija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni soda jekk dawn il-problemi jippersistu; |
Azzjonijiet strutturali
13. |
Jilqa' l-fatt li l-impatt finanzjarju tal-irregolaritajiet, stmat mill-Kummissjoni, kien 27 % anqas meta mqabbel mal-2007; jinnota, fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, li r-rata ta' żbalji kkwotata fil-qasam tal-politika tal-koeżjoni fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) tal-2008 tal-Qorti tal-Awdituri għadha 'l fuq minn 5 %; huwa mħasseb dawr il-fatt li l-Italja, il-Polonja, ir-Renju Unit u Spanja rrapportaw l-akbar ammont ta' irregolaritajiet; japprezza, fl-istess ħin, il-kollaborazzjoni tajba stabbilita minn uħud minn dawn l-Istati Membri mal-Kummissjoni biex isolvu l-problemi u jittama li l-oħrajn se jikkollaboraw bl-istess mod; ifakkar li, kif enfasizzat il-Qorti tal-Awdituri, il-miżuri strutturali huma l-kapitolu ta' nfiq suġġett għall-aktar regolamentazzjoni stretta u għall-aktar proċeduri ta' ġestjoni kumplessi fil-baġit tal-Unjoni u li, kif innutat il-Kummissjoni, volum għoli ta' irregolaritajiet finanzjarji fi Stat Membru mhux neċessarjament jimplika numru ta' żbalji u frodi ogħla meta mqabbel ma' Stati oħra iżda jista' jkun ir-riżultat ta' kontrolli aktar bir-reqqa u stretti; ifakkar ukoll li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit 2008 ma jqisx il-programmazzjoni 2007-2013 li matulha ddaħħlu sistemi ġodda ta' ġestjoni u kontroll tal-infiq; jinnota l-inċidenza għolja ta' żbalji marbuta ma' nfiq ineliġibbli u ma' ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u għaldaqstant iqis bħala xieraq li l-Kummissjoni tintroduċi linji gwida preventivi maħsuba għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet lokali biex tiġi ċċarata l-applikazzjoni tar-regoli u jkun evitat li l-infiq irrifjutat mill-Kummissjoni bħala ineliġibbli jiġi sostitwit mill-awtoritajiet ta' ġestjoni bi nfiq ġdid ineliġibbli; |
14. |
Jenfasizza li d-dewmien fl-approvazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-programmi 2007-2013 setgħu għamluha aktar diffiċli biex jinstabu żbalji u frodi possibbli fl-infiq marbut ma' ħlas minn qabel; iqis barra minn hekk li d-dewmien li jirriżulta fl-infiq għal ħlasijiet interim jista' jagħti lok għal żieda qawwija fl-infiq qabel tasal l-iskadenza tad-diżimpenn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tirrevedi r-regoli ta' diżimpenn bil-ħsieb li titjieb il-kwalità tal-infiq u jkun żgurat li l-miri kwantitattivi jintlaħqu; |
15. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar minn xi Stati Membri fl-armonizzazzjoni tas-sistemi tagħhom ta' notifika tal-irregolaritajiet bis-saħħa ta' użu akbar tas-sistema AFIS; iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma introduċewx sistemi elettroniċi ta' rappurtar biex jagħmlu dan kemm jista' jkun malajr, fid-dawl tar-riżultati tajbin li ntlaħqu sal-lum f'termini ta' kwalità tad-data u r-rispett tal-iskadenzi għar-rappurtar; |
16. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu informazzjoni sħiħa u aktar affidabbli lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2000-2006; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkun soda fil-ħtieġa tagħha li l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni komprensiva u biex japplikaw ir-regoli ta' korrezzjoni finanzjarja b'mod metikoluż b'konnessjoni ma' programmi operattivi; |
17. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-Kummissjoni ta' strateġija konġunta ta' prevenzjoni tal-frodi għall-miżuri strutturali, li kienet abbozzata b'kooperazzjoni mal-OLAF u jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni aktar effikaċi mal-awtoritajiet reġjonali u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali kompetenti; |
Fondi ta' qabel l-adeżjoni
18. |
Jiddeplora l-fatt li l-ammont stmat ta' irregolaritajiet rapportati mill-UE 10 żdied bi 8 %, filwaqt li għall-UE 2 żdied b'152 %, filwaqt li l-ammonti rkuprati naqsu bi 15.6 % meta mqabbla mal-2007; jistieden partikolarment lill-Bulgarija u lir-Rumanija biex: isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, jeliminaw il-kunflitti ta' interess eżistenti jew potenzjali fil-ġestjoni tal-fondi, itejbu s-sorveljanza u t-trasparenza tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku fil-livelli ċentrali, reġjonali u lokali kif ukoll jadottaw malajr il-miżuri prekawzjonarji, korrettivi u/jew dixxiplinari, li għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni; jirrikonoxxi u jappoġġa l-passi meħuda mill-Bulgarija u mir-Rumanija biex itejbu l-ġestjoni maqsuma u l-istandards tal-kontroll finanzjarju bħala rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi xierqa biex tnaqqas ir-riskji ġġenerati mill-ambjent li jinbidel ħafna li fih jopera d-DĠ ELARG, bil-ħsieb li jiġi żgurat ippjanar pluriennali effikaċi tal-operazzjonijiet ta' verifika interna; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tadotta fil-pront politika speċifika għall-kontrolli ex-post skont l-arranġamenti ta' ġestjoni ċentralizzata, mill-esperjenza li kisbet fl-2008 filwaqt li tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat il-valur għall-flus; |
20. |
Jenfasizza li l-miri strateġiċi tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għandhom jiġu definiti ulterjorment kif imsemmi fir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-fondi ta' qabel l-adeżjoni għat-Turkija, biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni ta' proġetti mwettqa fir-rigward tal-miri ġenerali; iqis li l-objettivi u r-riżultati għandhom jiġu kkomunikati b'mod trasparenti; |
21. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkompli b'inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti; jenfasizza li huwa meħtieġ li jitjieb il-mekkaniżmu għar-rapportar dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti u t-twettiq tal-attivitajiet u r-riżultati tagħhom; iqis li għandu jkun żgurat li l-eżitu tal-proġetti (ir-riżultati u l-impatti) jiġu rrapportati fit-tmiem ta' kull proġett kif ukoll f'intervalli xierqa sabiex jiġi pprovdut tagħrif dwar il-prestazzjoni li jgħin it-tfassil tal-pjanifikazzjoni futura; |
Nefqa diretta
22. |
Jirrimarka li l-għajnuna esterna hija settur li huwa dejjem aktar effettwat mill-irregolaritajiet u mill-frodi; |
23. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni għall-problema ta' finanzjament doppju ta' proġetti; |
24. |
Jenfasizza li, matul l-aħħar ħames snin, il-kontribut tal-Unjoni Ewropea lin-Nazzjonijiet Uniti ammonta għal aktar minn EUR 1 biljun fis-sena; itenni għalhekk il-ħtieġa li jissaħħaħ il-mandat tal-OLAF fl-ambitu internazzjonali u li l-Uffiċċju jiġi pprovdut bl-istrumenti legali kollha meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu ta' kontroll fuq dan l-infiq dirett li qed jiżdied; jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna lill-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni; |
Qafas ta' kontroll intern integrat
25. |
Jilqa' l-fatt li bil-Komunikazzjoni relatata mar-riskju tollerabbli (COM(2008)0866) il-Kummissjoni ħejjiet il-bażi għal dibattitu dwar il-kwistjoni u jistidinha tkompli tipprovdi aktar informazzjoni f'dan ir-rigward; huwa tal-opinjoni li tiffissa limiti ta' żbalji tollerabbli differenti għal kull settur, b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiki u tar-regolamenti rispettivi; iħeġġiġha, fl-istess ħin, biex tqis elementi oħra meħtieġa għal ġestjoni finanzjarja aħjar tal-fondi tal-Unjoni Ewropea (eż. bit-titjib tal-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll li jkunu orjentati lejn il-kwalità tal-infiq, bis-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti); |
26. |
Huwa tal-fehma li s-sommarji annwali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għandu jkollhom bażi legali aktar soda minn dik li hemm bħalissa (l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (Regolament Finanzjarju)); jistieden, għalhekk, b'rabta mar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, biex dawn is-sommarji jipprovdu analiżi kwalitattiva eżawrjenti tas-sejbiet tal-verifiki mwettqa minn kull Stat Membru; iqis, barra minn hekk, li huwa importanti li l-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-“kuntratti ta' fiduċja” tal-Fondi Strutturali mal-Istati Membri u, fl-istess ħin, tiżgura garanziji addizzjonali fir-rigward ta' sistemi nazzjonali ta' kontroll billi jissawru rabtiet eqreb mal-Istituzzjonijiet indipendenti ta' Verifika Suprema; |
Żieda fit-trasparenza u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u r-reati finanzjarji
27. |
Jinnota li l-qasam tal-akkwist pubbliku huwa dak l-aktar espost għar-riskji ta' ġestjoni irregolari, frodi u korruzzjoni u dawn il-prattiki illegali jgħawġu s-suq, jikkawżaw żieda fil-prezzijiet u fit-tariffi li jħallsu l-konsumaturi għax-xiri ta' oġġetti u servizzi u jxerrdu l-isfiduċja lejn l-Unjoni Ewropea; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jivvalutaw b'attenzjoni r-regoli attwali għall-akkwist pubbliku u biex jiżviluppaw proposti ta' titjib; jagħraf ukoll il-progress li sar b'risq aktar trasparenza dwar il-benefiċjarji tal-fondi Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema li tippermetti l-pubblikazzjoni tal-listi tal-benefiċjarji fuq l-istess sit tal-internet, indipendentement mill-awtorità ta' ġestjoni involuta u b'informazzjoni ċara u komparabbli fornuta mill-Istati Membri kollha f'għall-inqas waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tintervjeni biex tiggarantixxi li l-Istati Membri kollha jipprovdu informazzjoni affidabbli u omoġenja dwar il-benefiċjarji ta' fondi Ewropej li għandhom jiddaħħlu fis-Sistema tal-Ewwel Twissija u fis-Central Exclusion Database; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda diskussjonijiet u konsultazzjonijiet kemm jista' jkun malajr mal-partijiet interessati, inkluża s-soċjetà ċivili, dwar l-aspetti kollha relatati mal-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew għall-ġlieda kontra reati li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 86 tat-TFUE, u biex titħaffef l-adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex dan l-uffiċċju jiġi stabbilit; |
29. |
Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex tagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet kontra l-frodi fl-iqsar żmien possibbli ma' Andorra, Monako u San Marino u biex tinnegozja ftehim ġdid li jkompli fl-istess triq mal-Isvizzera; |
30. |
Jenfasizza li l-protezzjoni attiva tal-interessi finanzjarji tal-UE teħtieġ tisħiħ tal-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u ekonomika; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Legali Reċiproka 2000 u l-Protokoll tagħha dwar it-tranżazzjonijiet bankarji, id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar ordnijiet ta' konfiska (2006/783/ĠAI) (9) kif ukoll id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar Sanzjonijiet Finanzjarji (2005/214/ĠAI) (10); |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa proposta dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-iskwalifiki, b'mod partikolari għall-professjonijiet fil-qasam finanzjarju, bħall-esklużjoni ta' dawk li wettqu frodi milli jkollhom il-kariga ta' kapijiet eżekuttivi; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa valutazzjoni tal-impatt u proposta biex testendi l-acquis tal-UE għal definizzjonijiet komuni tar-reati fil-qasam tal-kriminalità ekonomika u finanzjarja; |
33. |
Iqis li biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meħtieġ li titwaqqaf l-evażjoni fiskali u l-attivitajiet illegali li jgħaddu minn offshore havens; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tipprojbixxi lil dawk il-kumpaniji li joperaw permezz ta' offshore havens milli jagħmlu ftehimiet ta' negozju ma' kumpaniji residenti fl-Unjoni Ewropea jekk il-lokalizzazzjoni offshore iddewwem unilateralment l-adozzjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Unjoni; |
34. |
Jinnota li skont l-Eurobarometer 2009,78 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li l-korruzzjoni hija ta' tħassib kbir f'pajjiżhom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintrabtu u jiggarantixxu r-riżorsi meħtieġa biex l-infiq ta' fondi Ewropej ma jkunx suġġett għal korruzzjoni, biex iħaffu l-qbid tal-beni kriminali involuti fit-twettiq ta' frodi, l-evażjoni fiskali, il-ħasil ta' flus u reati relatati, u biex japplikaw regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta' personalitajiet esposti politikament, skont l-indikazzjonijiet tat-Tielet Direttiva dwar il-ħasil ta' flus (Direttiva 2005/60/KE) (11); jistiedem lill-Kummissjoni biex tiżviluppa mill-aktar fis possibbli indikaturi biex tikkwantifika l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-akkwist pubbliku, skont kif stabbilit bil-Programm ta' Stokkolma; jappella għal kollaborazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Uffiċċji tal-Irkupru ta' Assi sabiex il-qbid tal-beni jsir iktar effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tassumi inizjattivi immedjati biex tippromwovi governanza tajba fil-qasam fiskali, partikolarment fir-rigward tal-problema tar-rifuġji fiskali (tax havens), hekk kif stabbilit bir-Riżoluzzjoni adottata mill-Parlament f'dan il-qasam fl-10 ta' Frar 2010 (12); |
Il-ħidma tal-OLAF
35. |
Jirrikonoxxi u jappoġġa l-ħidma tal-OLAF u l-bżonn li tkun żgurata l-indipendenza operattiva fit-twettiq ta' ħidmietu, li jqis li għandu rwol essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u, b'hekk taċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll rwol ewlieni biex jipproteġi r-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej; iqis, għalhekk, li għandha titfassal strateġija tar-riżorsi umani li tiżgura li l-livell għoli kwalitattiv attwali tal-persunal jinżamm; |
36. |
Huwa tal-opinjoni li l-OLAF għandu joqgħod b'mod aktar estensiv fuq il-ħidma mwettqa mis-servizzi ta' verifika interna tal-Kummissjoni meta tibda l-investigazzjonijiet, aktar milli joqgħod fuq informazzjoni pprovduta prinċipalment mill-uffiċjali jew mill-Istati Membri; iqis li huwa daqstant importanti li jiġi sorveljat jekk u kif is-servizz ta' verifika interna tal-Kummissjoni iqisx ir-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF; jistieden, għaldaqstant, lill-OLAF biex jipprovdi statistika rilevanti fir-rapporti annwali futuri tiegħu; |
37. |
Iqis li x-xogħol tal-OLAF jista' jsir saħansitra aktar effikaċi billi jiġi żgurat ippjanar bir-reqqa u dettaljat tal-investigazzjonijiet, permezz tal-adozzjoni ad hoc ta' regolament proċedurali bħala gwida vinkolanti, bil-promozzjoni tal-objettivi SMART u l-indikaturi RACER għall-investigazzjonijiet infushom, bit-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju ta' data bejn l-OLAF u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali mill-bidu tal-proċess investigattiv u bl-applikazzjoni rapida ta' politika ta' ”ħidmiet ċentrali”, kif ukoll bi proċeduri ta' segwitu matul il-fażi inizjali tal-investigazzjonijiet mill-OLAF, fejn każijiet ta' frodi fuq skala żgħira jiġu mmaniġġjati minn entitajiet oħra; jistieden lill-OLAF għalhekk biex jippreżenta fir-rapport li jmiss tiegħu l-progress li sar f'dan ir-rigward u jindika kif dan tqies fil-manwal operattiv tal-OLAF li għandu jiġu ppubblikat fil-futur qrib; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod attiv tinkludi l-OLAF fin-negozjar tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni li jittrattaw il-ġlieda kontra l-frodi u l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mat-taxxa; |
Ir-relazzjoni tal-OLAF mal-Europol u mal-Eurojust
39. |
Jilqa' l-arranġamenti prattiċi għal koordinazzjoni eqreb u għal kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi finanzjarji li ġew miftiehma bejn l-OLAF u l-Eurojust; |
40. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Europol; jinnota li, bl-għaqda tar-riżorsi analitiċi tal-Europol u l-esperjenza operattiva tal-OLAF, jista' jingħata servizz effiċjenti lill-Istati Membri u tista' tiġi evitata d-duplikazzjoni; jistieden lill-OLAF biex jispjega, fir-rapport annwali tiegħu li jmiss, l-implikazzjonijiet prattiċi tal-bidla fl-istatus tal-Europol fl-1 ta' Jannar 2010; |
Il-kooperazzjoni tal-OLAF mal-Istati Membri
41. |
Jiddeplora n-nuqqasijiet li jidhru fl-Anness I tar-rapport annwali 2008 (L-implimentazzjoni tal-Artikolu 280 tat-Trattat mill-Istati Membri fl-2008 – SEC(2009)1002) rigward kemm il-mod li bih l-Istati Membri jirrispondu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u t-tipi ta' mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni, li jonqsu li jattiraw tweġibiet kwantifikabbli, jew li l-Istati Membri jistgħu faċilment jevitaw; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tqis it-tibdiliet li jistgħu jsiru lill-kwestjonarju flimkien mal-Awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex dan l-eżerċizzju jkun kemm effiċjenti kif ukoll effikaċi; |
42. |
Jistieden lill-OLAF biex jippreżenta, fir-rapport tiegħu li jmiss, analiżi dettaljata tal-istrateġiji u tal-miżuri implimentati minn kull Stat Membru fil-ġlieda kontra l-frodi u għall-prevenzjoni u identifikazzjoni tal-irregolaritajiet fin-nefqa tal-fondi Ewropej, inklużi l-irregolaritajiet dovuti għall-korruzzjoni; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-fondi agrikoli u strutturali; iqis li r-rapport, komplut b'27 skeda tal-pajjiż, għandu janalizza l-approċċ segwit minn kull Stat mill-awtoritajiet ġudizzjarji u investigattivi u l-kwalità u l-kwantità tal-kontrolli mwettqa, kif ukoll l-istatistika u r-raġunijiet relatati mal-każijiet li fihom l-awtoritajiet nazzjonali ma tawx segwitu għar-rappurtar tal-OLAF; iqis, barra minn hekk, li r-rapport għandu jipprovdi bażi ta' għarfien utli biex jiġu definiti aħjar l-istrateġija tal-OLAF il-prijoritajiet li għandhom jiġu segwiti għall-investigazzjonijiet speċjali u biex jitniedu inizjattivi ”apposta”, u biex titjieb il-kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-effiċjenza tal-OLAF u tal-awtoritajiet ta' kontroll lokali; |
43. |
Jenfasizza li r-regoli Ewropej jeħtieġu li l-Istati Membri jirrappurtaw l-irregolaritajiet kollha fi żmien xahrejn mit-tmien tat-trimestru li fih l-irregolarità kienet suġġetta għal investigazzjoni preliminari amministrattiva jew ġudizzjarja u/jew li ssir magħrufa l-informazzjoni l-ġdida dwar irregolarità diġà rappurtata; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom biex iqarrbu d-distakk eżistenti bejn meta tinstab l-irregolarità u meta din tiġi rrappurtata, fosthom billi jirrazzjonalizzaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tibda l-proċedura għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-liġi kriminali tal-interessi finanzjarji tal-Komunità (2001/0115 (COD)), imblukkata mill-Kunsill sa mill-2002, u tar-Regolament dwar l-assistenza reċiproka amministrattiva għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità (2004/0172 (COD)), imblukkata mill-Kunsill sa mill-2005; |
*
* *
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF u lill-OLAF. |
(1) http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/olaf/2008/EN.pdf.
(2) http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/sup_comm/2008-2009/Activity-report_en.pdf.
(3) ĠU C 295, 18.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(5) Testi Adottati, P7_TA(2009)0090.
(6) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(7) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta' sostenn għall-iżvilupp rurali (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74).
(9) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59.
(10) ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.
(11) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(12) Testi Adottati, P7_TA(2010)0020.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/135 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2008
P7_TA(2010)0156
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar ir-rapport annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2008 (2009/2166(INI))
2011/C 81 E/23
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2008 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),
wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 208-209, 271, 308-309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-BEI,
wara li kkunsidra l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, rigward ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2007 (1),
wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn is-Sur Pöttering, President tal-Parlament Ewropew, u s-Sur Maystadt wara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' April 2009,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rapport annwali tal-2006 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (3),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (4),
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2008 dwar il-bażi legali tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE (5),
wara li kkunsidra l-Politika tal-Iżvelar Pubbliku tal-BEI (6) tat-28 ta' Marzu 2006,
wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Korporazzjoni tal-BEI għall-2009-2011, kif approvat mill-Bord tad-Diretturi fis-16 ta' Diċembru 2008,
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 2003 dwar is-setgħa tal-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) li jinvestiga lill-BEI (7),
wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku li ġie konkluż bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-BEI u l-Kummissjoni rigward il-modalitajiet għall-kontrolli eżerċitati mill-Qorti tal-Awdituri, previsti fl-Artikolu 248(3) tat-Trattat KE (8) u mġedda f'Lulju 2007,
wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fis-27 ta' Mejju 2008 bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment bl-għan li jżid il-koordinazzjoni tal-politiki ta' self estern tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fid-9 ta' Lulju 2008 bejn l-Ombudsman Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment rigward l-informazzjoni dwar il-politiki, l-istandards u l-proċeduri tal-bank u l-mod kif il-bank jittratta l-ilmenti, inklużi l-ilmenti minn dawk li mhumiex ċittadini jew residenti tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra il-Politika interim riveduta tal-BEI dwar iċ-Ċentri Finanzjarji Offshore,
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività Annwali għall-2008 tal-Uffiċċju għall-Ilmenti tal-BEI,
wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-BEI lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali għall-2008 tal-Kumitat ta' Verifika tal-BEI lill-Bord tal-Gvernaturi,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2008)0706),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 bit-titolu “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar UE 2020 (9),
wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0062/2010),
A. |
billi l-BEI ġie stabbilit mit-Trattat ta' Ruma u l-għan prinċipali tiegħu hu li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq komuni u għat-tnaqqis tad-differenzi fl-iżvilupp ta' diversi reġjuni, permezz tas-swieq kapitali u r-riżorsi proprji tiegħu, |
B. |
billi l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fi ħdan l-Unjoni Ewropea jiffokaw fuq sitt prijoritajiet ta' politika: l-iżgurar tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; it-tħejjija għall-ekonomija tal-għarfien; l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' trasport u aċċess; l-appoġġ għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent; u l-iżgurar ta' enerġija sostenibbli, kompetittiva u żgura, |
C. |
billi t-transazzjonijiet tal-BEI barra l-Unjoni Ewropea jitwettqu primarjament biex jappoġġaw il-politiki ta' azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, |
D. |
billi, bi qbil mal-Istrateġija ta' Lisbona, il-BEI iddeċieda li jżid il-kapital sottoskritt tiegħu b'EUR 67 biljun minn EUR 165 biljun għal EUR 232 biljun, li minnhom l-Istati Membri ħallsu EUR 8.2 biljuni, |
E. |
billi, skont l-Istatut tiegħu, wara r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona, il-BEI hu awtorizzat li jkollu self u garanziji massimi ekwivalenti għal 250 % mhux biss tal-kapital sottoskritt tiegħu imma wkoll tar-riservi, tal-ammonti mhux allokati u tal-eċċess fil-kont tal-qligħ u t-telf, |
F. |
billi żdiedu l-ħtiġijiet finanzjarji minħabba l-għafsa tal-kreditu kkawżata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, |
G. |
billi l-BEI qiegħed enfasi partikolari fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, fuq l-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll fuq l-investimenti fir-reġjuni ta' konverġenza tal-UE li, b'mod partikolari, intlaqtu sew mit-tnaqqis fl-attività ekonomika reċenti, |
H. |
billi l-għanijiet tal-istrateġija UE 2020 ma jistgħux jinkisbu mingħajr il-fondi xierqa u fil-paragrafu 35 tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar UE 2020, il-Parlament Ewropew hu tal-opinjoni li “l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għandu jkollhom rwol akbar fl-appoġġ tal-investiment infrastrutturali, tat-teknoloġiji l-ħodor, tal-innovazzjoni u tal-SMEs”, |
I. |
billi l-volum tas-self tal-BEI żdied b'mod sinifikanti fl-2008, biex l-ammont ta' self iffirmat fil-kuntratti laħaq EUR 57,6 biljuni, u l-ammont maħruġ kien ta' EUR 48,6 biljuni, 10 biljuni aktar milli kien mistenni, |
J. |
billi l-valur tal-proġetti sottoskritti żdied b'20.5 % meta mqabbel mal-2007, u b'25.9 % meta mqabbel mal-2006. Id-89,34 % tal-operazzjonijiet tal-BEI kienu kkonċentrati fuq proġetti fl-Istati Membri tal-UE fl-2008, li juri espansjoni ta' 2.7 % meta mqabbel mal-2007, u ta' 2.25 % meta mqabbel mal-2006, |
K. |
billi, meta mqabbel mal-2007, il-valur tal-kuntratti sottoskritti, li huma ffukati fuq proġetti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, kiber bi 17 % għal EUR 6 905 miljuni fl-2008, li jfisser li tela' għal kważi d-doppju tal-valur fl-2004, |
L. |
billi l-attività ta' self tal-BEI fl-2008 barra l-UE, skont ir-reġjun ġeografiku, twettqet kif ġej: l-Ażja u l-Amerika Latina EUR 469 miljun, l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja EUR 170 miljun, il-pajjiżi tal-Mediterran EUR 1 290 miljun, il-pajjiżi fl-istadju ta' qabel l-adeżjoni EUR 3 453 miljun; il-pajjiżi tal-AKP EUR 561 miljun; u l-Afrika t'Isfel EUR 203 miljuni, |
Kummenti dwar ir-Rapport Annwali 2008 tal-BEI
1. |
Jilqa' r-Rapport Annwali 2008 tal-BEI u jħeġġu biex ikompli bl-attivitajiet tiegħu biex jiġu promossi l-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea u biex jitrawmu t-tkabbir, biex jitqanqlu l-impjiegi u biex tiġi promossa l-koeżjoni interreġjonali u soċjali; |
2. |
Jinnota b'sodisfazzjon ir-reazzjoni ta' malajr tal-BEI għall-kriżi ekonomika globali billi awtofinanzja żieda fil-kapital tiegħu u b'hekk għolla l-volum tiegħu ta' self bħala appoġġ għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku; u jistieden lill-Bank biex ikompli bil-programmi tiegħu għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja, b'mod partikulari għal dawk l-Istati Membri li ntlaqtu b'mod gravi mill-kriżi, u biex iżid ulterjurment l-attività ta' self tiegħu f'dawk il-pajjiżi; jistenna li l-finanzjamenti tal-BEI fl-2009, li jammontaw għal EUR 75 000 miljun, se jkollhom effett ta' lieva fuq l-investimenti fl-ekonomija reali biex jilħqu ammont totali ta' madwar EUR 225 000 miljun; |
3. |
Jinnota li l-linji ta' kreditu l-ġodda mal-intermedjarji finanzjarji għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju żdiedu bi 42.4 % għal EUR 8.1 biljun fl-2008, li minnhom ġew realizzati EUR 4.7 biljun fl-aħħar tliet xhur; EUR 30 biljun ġew allokati għal “Self għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju” fl-Ewropa matul il-perjodu 2008-2011; |
Il-konsegwenzi tat-Trattat ta' Lisbona
4. |
Jilqa' l-fatt li l-Kumitat ta' Verifika ssaħħaħ billi żdied in-numru tal-membri tiegħu minn tlieta għal sitta u billi ngħata l-missjoni li jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank jikkonformaw mal-aħjar prattika bankarja u li jivverifika l-kontijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li l-membri tal-Kumitat ta' Verifika jkollhom esperjenza ta' sorveljanza bankarja b'saħħitha; jenfasizza, madankollu, li, flimkien ma' dan it-tisħiħ tal-Kumitat ta' Verifika, għandhom jittieħdu passi konkreti biex jiġi żgurat li l-BEI jitqiegħed malajr taħt sorveljanza bankarja kif suppost; |
5. |
Jitlob lill-BEI u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità (peress li l-UE għandha personalità legali bi qbil mat-Trattat ta' Lisbona) li l-Unjoni Ewropea ssir detentur tal-ishma fil-Bank flimkien mal-Istati Membri, li, fil-fehma tiegħu, tkun tirriżulta f'koperazzjoni msaħħa bejn il-BEI u l-Kummissjoni; |
Is-sorveljanza bankarja
6. |
Jinnota li, f'Lulju 2009, il-BEI sar parteċipant fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u dan l-istatus jinvolvi ċerti rekwiżiti li jirrapporta lill-BĊE, permezz tal-Banque Centrale du Luxembourg (BCL), b'mod partikulari dwar il-qafas tal-BEI għall-immaniġġjar tar-riskji ta' likwidità; |
7. |
Jinsab konvint madankollu dwar il-bżonn ta' sistema Ewropea ta' sorveljanza prudenzjali li taħtha l-BEI jkun suġġett għall-istess regoli prudenzjali bħall-istabbilimenti ta' kreditu u għal kontroll prudenzjali ta' veru, li tissorvelja l-kwalità tal-qagħda finanzjarja tal-BEI u li tiżgura li r-riżultati tiegħu jitkejlu b'mod preċiż u li r-regoli ta' mġieba tajba tal-professjoni jitħarsu; |
8. |
Għal din ir-raġuni jappoġġja l-idea li l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE) jinbidel f'Awtorità Bankarja Ewropea aktar kompetenti fi ħdan il-qafas tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza Finanzjarja; jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet u l-gruppi finanzjarji kollha, li juru li huma attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed tal-UE, inkluż il-BEI, jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jippermettu li din is-Sistema ta' Superviżuri Finanzjarji l-ġdida tkun tista' tibda l-operat tagħha malajr kemm jista' jkun; |
Il-kontroll u l-ġestjoni baġitarji
9. |
Jilqa' l-fatt li, minkejja l-volatilità u l-inċertezza tas-suq, il-Bank seta' jżomm l-affidabilità ta' kreditu tal-ogħla kwalità li għandu; jilqa' wkoll il-fatt li l-Bank żied il-limitu massimu tiegħu għal finanzjamenti minn EUR 55 biljun għal EUR 60 biljun u seta' jiġbor ammont ta' EUR 59.5 biljun, li hu żieda sinifikanti (8.8 %) meta mqabbel mal-2007 (EUR 54.7 biljun); |
10. |
Jistieden lill-BEI biex jagħmel l-isforzi kollha biex iżomm il-klassifikazzjoni ta' AAA, li hi kruċjali sabiex jiġu ggarantiti l-aħjar kundizzjonijiet għas-self tiegħu; |
Il-mandat estern u l-faċilità ta' investiment
11. |
Jistenna r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-finanzjament estern tal-BEI sat-30 ta' April 2010 u l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE; hu tal-fehma li kemm ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu, kif ukoll il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni, għandhom iqisu mhux biss ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta' tmexxija ppresedut minn Michel Camdessus, imma anke r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Parlament; jitlob b'mod partikolari għal aktar konsistenza fil-mandat estern tal-BEI, kemm fir-rigward tas-suffiċjenza tal-fondi għall-perjodu kollu tal-mandat il-ġdid, kif ukoll fir-rigward tad-distribuzzjoni tagħhom skont żoni ġeografiċi; |
12. |
Jenfasizza l-fatt li l-azzjoni esterna tal-BEI għandha tkun konformi mal-objettivi politiċi tal-UE kif stipulati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; huwa tal-fehma li l-BEI, bħala bank orjentat mill-politiki tal-UE, għandu jżomm bilanċ f'termini ta' self bejn ir-reġjuni differenti tal-viċinat tal-UE. jikkunsidra li, fir-rigward tar-reġjuni fejn l-attività tal-BEI tista' tikkoinċidi ma' dik ta' istituzzjonijiet reġjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ffinanzjati pubblikament, tista' tkun meħtieġa diviżjoni ċara tax-xogħol; jilqa' l-Qafas ta' Investiment tal-Balkani tal-Punent f'dan ir-rigward; itenni, madankollu, li jeħtieġ li jiġi rivedut il-ftehim ta' kooperazzjoni attwali bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament fil-Viċinat tal-Lvant, ir-Russja u l-Ażja Ċentrali; jilqa', għalhekk, il-fatt li l-Kumitat ta' Tmexxija ta' “persuni għorrief” jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet adottati f'Marzu 2009 mill-Parlament Ewropew dwar fehim reċiproku aħjar bejn il-BEI u l-BERŻ; |
13. |
Ifakkar li, fil-paragrafu 24 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 April 2008 (10) dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006, hu ssuġġerixxa li, waqt il-proċedura ta' kwittanza, il-BEI jippreżenta r-rapport annwali tiegħu u jispjega l-implimentazzjoni tal-faċilità ta' investiment direttament lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; ifakkar ukoll li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma flus pubbliċi kkontribwiti mill-Ewropej li jħallsu t-taxxi u mhux mis-swieq finanzjarji; |
14. |
Itenni s-sogħba tiegħu li r-rapport annwali tal-BEI dwar il-faċilità ta' investiment prinċipalment fih informazzjoni finanzjarja u ftit li xejn - jekk hemm - informazzjoni dwar ir-riżultati tal-programmi varji li ġew iffinanzjati; |
15. |
Josserva li r-reviżjoni li se ssir tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (11) hi opportunità biex il-proġetti u r-riżultati tal-faċilità ta' investiment jiġu inklużi fil-proċedura ta' kwittanza; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi soluzzjoni possibbli biex jinkiseb dan l-objettiv meta tkun qed tagħmel il-proposta tagħha; |
It-trasparenza u l-ġlieda kontra l-frodi
16. |
Jinnota b'sodisfazzjon is-segwitu sistematiku tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament li sar mill-BEI f'dawn l-aħħar snin; |
17. |
Ifakkar li l-BEI impenja ruħu biex isiru reviżjonijiet formali tal-Politika tal-Iżvelar Pubbliku kull tliet snin u jilqa' l-fatt li, f'Mejju 2009, il-BEI nieda konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika tal-Mekkaniżmu għall-Ilmenti, il-Politika tal-Iżvelar Pubbliku u l-Politika ta' Trasparenza tiegħu; jiddispjaċih li l-Politika tal-Iżvelar Pubbliku ma ġietx riveduta fl-2009 kif previst u jistenna li l-BEI jirrevedi dawn it-tliet politiki malajr kemm jista' jkun; |
18. |
Jitlob li l-BEI jispeċifika b'mod ċar il-kundizzjonijiet biex ma tiġix żvelata l-informazzjoni fil-Politika tal-Iżvelar Pubbliku l-ġdida li trid toħroġ sabiex jistabbilixxi standards ta' trasparenza għoljin; |
19. |
Jinnota b'sodisfazzjoni li l-konsultazzjonijiet pubbliċi saru parti integrali mill-politika ta' trasparenza tal-BEI f'dawn l-aħħar snin; jistieden, madankollu, lill-BEI biex jagħti aktar attenzjoni għall-involviment tal-partijiet interessati, billi jipprovdilhom dokumenti ta' gwida ċari dwar l-involviment possibbli tagħhom f'konsultazzjonijiet jew valutazzjonijiet; |
20. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI, b'mod speċjali l-Uffiċjal Kap għall-Konformità, ta aktar attenzjoni lill-iżvilupp ta' sett ġdid ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' whistleblowers, ippubblikat f'April 2009, li jipprovdi lill-istaff tal-BEI u lil kull persuna oħra li tipprovdi servizz lill-Bank bi protezzjoni sħiħa; jiġbed madankollu l-attenzjoni tal-Bank għall-fatt li l-BEI ma jipprovdi l-ebda protezzjoni kontra ritaljazzjoni għal ilmenti esterni u jitlob lill-BEI biex jeżamina l-possibilitajiet biex jitranġa dan in-nuqqas; |
21. |
Jappoġġa l-politika ta' “tolleranza żero” tal-BEI fir-rigward tal-frodi u l-korruzzjoni, u jitlob lill-Bank biex iħaffef, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, it-twaqqif ta' blacklist ta' dawk li jwettqu frodi u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' interdizzjoni għall-kumpaniji li jinsabu ħatja ta' korruzzjoni mill-BEI u banek ta' żvilupp multilaterali oħra; |
22. |
Jilqa' l-fatt li l-Politika tal-Iżvelar Pubbliku ġiet tradotta fil-lingwi kollha tal-UE, u jistieden lill-BEI biex jagħmel disponibbli wkoll l-Aċċess għall-Informazzjoni Ambjentali, il-Politika tal-Mekkaniżmu għall-Ilmenti u l-Politika ta' Trasparenza bil-lingwi kollha tal-UE; |
Il-politika dwar iċ-Ċentri Finanzjarji Offshore
23. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI ħa pass ulterjuri billi rriveda l-politika tiegħu dwar iċ-Ċentri Finanzjarji Offshore, b'mod li jmur lil hinn miż-żamma tal-projbizzjoni eżistenti tal-finanzjament tal-promoturi li huma bbażati f'rifuġju fiskali; |
24. |
Jinnota b'sodisfazzjon il-politika mġedda tal-Bank lejn iċ-Ċentri Finanzjarji Offshore, li tmur lil hinn milli sempliċement iżżomm il-projbizzjoni eżistenti tal-finanzjament tal-promoturi li huma bbażati f'Ċentri Finanzjarji Offshore fil-blacklist, speċjalment l-obbligu l-ġdid impost mill-BEI fuq il-kontropartijiet kollha li qegħdin f'Ċentri Finanzjarji Offshore li mhumiex fil-blacklist imma li huma regolati b'mod dgħajjef biex imorru f'pajjiż li mhux Ċentru Finanzjarju Offshore qabel l-iffirmar tal-kuntratti rilevanti, biex b'hekk jiġi żgurat li, għas-self ġejjieni tal-Bank wara l-31 ta' Marzu 2010, l-ebda wieħed fost dawk li jissellfu mill-BEI mhu se jkun f'Ċentru Finanzjarju Offshore regolat b'mod dgħajjef; |
25. |
Jitlob lill-BEI biex jispezzjona jekk din il-politika mġedda fir-rigward taċ-Ċentri Finanzjarji Offshore tkoprix il-fondi li jintużaw mill-BEI biex jipprovdi self għal proġetti; hu tal-fehma barra minn hekk li l-BEI għandu jiżgura li d-dħul prodott minn dawn il-fondi ma jkunx jista' jiċċaqlaq lejn rifuġji fiskali wara li jintemmu l-proġetti; |
26. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif jiġi allokat u kkontrollat is-“self globali” f'termini ta' governanza fiskali; ifakkar li l-BEI għandu jiżgura li dawk li jirċievu s-self tiegħu ma għandhomx jinqdew b'rifuġji fiskali jew jużaw prattiki oħra, bħalma huma l-prezzijiet ta' trasferiment abużivi, li jistgħu jwasslu għall-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa; f'dan ir-rigward, jitlob li l-BEI jirrikjedi li l-intermedjarji finanzjarji jagħmlu pubbliku kull użu mis-self globali u ta' qafas li jirċievu, inkluż rapport dwar l-attivitajiet tagħhom f'kull pajjiż individwali li joperaw fih; |
27. |
Jilqa' r-Rapport dwar l-Attività u r-Responsabbiltà Korporattiva tal-Grupp tal-BEI li jirrapporta dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-Bank li jikkomplementaw u jsaħħu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea; |
Strateġija u għanijiet
28. |
Jilqa' l-Pjan Operattiv tal-Korporazzjoni tal-BEI għall-2009-2011, li fih il-Bank irreveda l-miri ta' attività operattiva billi għollihom b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-orjentamenti mogħtija fil-Pjan Operattiv tal-Korporazzjoni għall-2008-2010; |
29. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-BEI hu mistieden biex jieħu rwol importanti biex jinkisbu l-objettivi UE 2020; għalhekk jitlob lill-Bank biex jiżgura lis-self tiegħu se jikkontribwixxi għall-isforz biex jinkisbu l-objettivi ta' strateġija; |
30. |
Jinnota li l-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-konverġenza, kif ukoll il-pilastru tal-konverġenza tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE b'mod partikulari, huma fost l-għanijiet ewlenin tal-BEI; |
31. |
Japprezza l-kontribut li l-Bank Ewropew tal-Investiment għamel għall-objettiv ta' konverġenza permezz tas-self ta' EUR 21 biljun, 41 % tas-self totali tal-BEI fl-UE, għall-proġetti ta' konverġenza; |
32. |
Jenfasizza l-valur miżjud tat-teħid ta' azzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, u tal-approċċ tal-Bank fl-għoti ta' appoġġ addizzjonali u fl-azzjoni ta' lieva fl-interventi tal-Fondi Strutturali; |
33. |
Jitlob li jitjieb l-użu kkombinat tal-għotjiet mill-UE mal-istrumenti finanzjarji tal-BEI, b'mod partikolari f'dawk ir-reġjuni u l-pajjiżi ta' koeżjoni fejn hemm diffikultajiet partikolari biex jinġabru fondi proprji, ħalli b'hekk il-koeżjoni tingħata appoġġ u jixxekkel id-deklin ulterjuri fil-pajjiżi li l-aktar li ntlaqtu mill-kriżi; |
34. |
Jitlob li, fil-ġejjieni, ir-rapport tal-BEI jagħti informazzjoni ddettaljata dwar is-self ewlieni li jissupplimenta l-għotjiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għar-reġjuni li jimplimentaw programmi ta' teknoloġija avvanzata jew programmi relatati mal-provvisti ta' enerġija rinnovabbli jew nadifa; |
35. |
Jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-BEI fl-appoġġar tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju waqt il-kriżi finanzjarja wara li kkunsidra li l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jikkonsistu f'99 % tan-negozji fl-UE u jimpjegaw aktar minn 100 miljun persuna u huma għalhekk il-mutur tal-ekonomija tal-Ewropa; |
36. |
Jammetti li jeżisti effett ta' lieva intrinsiku li jfisser li l-intermedjarji finanzjarji jridu jgħaddu bħala self lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għallinqas id-doppju tal-ammont tas-self mill-BEI u li l-inizjattiva l-ġdida “Self għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju” ttejjeb il-kundizzjonijiet għal dan it-tip ta' intrapriżi; jitlob ulterjurment lill-BEI biex iżid dettalji dwar l-użu effiċjent ta' dan is-self fir-rapport ta' attività li jmiss biex jiġi żgurat li parti mill-benefiċċji li jidderivaw mill-fondi tal-BEI jgħaddu għand l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju b'mod xieraq, u li jagħtu tagħrif dwar l-oriġini tal-fondi; |
37. |
Jinnota f'dan il-kuntest li fuq talba tad-detentura tal-ishma tal-BEI, EUR 30 biljun ġew assenjati għal self għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għall-perjodu 2008-2011 u li nofs dan l-ammont se jkun disponibbli bejn l-2008 u l-2009; jenfasizza l-importanza ta' livelli għolja ta' sorveljanza biex jiġi żgurat li s-sieħba finanzjarji ma jaħżnux il-kreditu tal-BEI biex jistabbilizzaw il-karti tal-bilanċ tagħhom; |
38. |
Fid-dawl tal-fatt li l-kriżi ekonomika għadha ma spiċċatx, bir-rati tal-qgħad għadhom telgħin, jistieden lill-BEI biex japplika prinċipju aktar kuraġġuż ta' teħid ta' riskji fil-politika tas-self tiegħu fil-konfront tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju mingħajr ma jikkomprometti l-istatus AAA tiegħu; jissuġġerixxi li l-BEI jadatta l-Mandat għall-Kapital ta' Riskju għall-Fond Ewropew tal-Investiment tal-2006 biex ikun jista' jqis b'mod aħjar it-taqlib ekonomiku ta' bħalissa u l-ħtieġa tat-titjib tal-aċċess tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għall-kapital għal proġetti ta' riskju; jitlob li l-parteċipazzjoni tal-BEI fil-programm Jasmine, li attwalment tammonta għal EUR 20 miljun, tal-anqas tirdoppja; |
39. |
Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (12), li fil-paragrafu 8 tagħha tħeġġeġ lill-Bank Ewropew tal-Investiment “biex jimmoniterja aħjar is-self globali tiegħu għall-appoġġ tal-intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju u jiżgura li n-natura u d-destinazzjoni finali ta' dan is-self ikunu trasparenti”; jistieden lill-BEI sabiex ikompli jsaħħaħ it-trasparenza fis-self tiegħu permezz ta' intermedjarji finanzjarji u sabiex jistabbilixxi kundizzjonijiet ċari ta' finanzjament għall-intermedjarji finanzjarji u l-kriterji tal-effikaċja tas-self; |
40. |
Jistieden lill-BEI biex jarmonizza s-self tiegħu lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju permezz ta' allokazzjonijiet mill-Fondi Strutturali fir-reġjuni ta' konverġenza u biex jiżgura li jkun hemm appoġġ ibbilanċjat bejn it-tipi differenti ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; |
41. |
Iħeġġeġ lill-BEI jimmonitorja aħjar u jagħmel aktar trasparenti n-natura u d-destinazzjoni finali tas-self globali tiegħu b'appoġġ għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; jissuġġerixxi t-twaqqif ta' scoreboard dwar l-effetti ta' multiplikazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self tal-BEI; |
42. |
Jistieden lill-BEI biex jiżviluppa analiżi aktar iddettaljata u metodoloġikament armonizzata fir-rapporti annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li jikkomplementaw l-operazzjonijiet tal-Fondi Strutturali; f'dan il-kuntest il-Bank jista' jispjega lill-Parlament il-funzjonament tal-Faċilità għall-Finanzjament tal-Kondiviżjoni tar-Riskju li stabbilixxa mal-Kummissjoni; hu tal-fehma li hi ta' relevanza partikulari l-azzjoni reċiproka bejn din il-faċilità u l-finanzjamenti taħt is-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Fondi Strutturali; |
43. |
Jinnota li skont ir-Rapport Annwali tal-BEI, il-fażi ta' valutazzjoni tal-inizjattiva JEREMIE (Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Intrapriżi minn Mikro sa Medji) tlestiet fl-2008; jiddispjaċih li r-rapport ma jinkludix din il-valutazzjoni; |
44. |
Jitlob lill-BEI biex fir-rapport annwali tiegħu li jmiss iżid dettalji dwar l-ewwel riżultati taż-żewġ politiki mill-2009: l-inizjattiva JASMINE (Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet ta' Mikronfinanza fl-Ewropa) u l-implimentazzjoni tal-“Faċilità Mezzanina għat-Tkabbir”; |
45. |
Jitlob lill-BEI biex jagħmel l-isforzi kollha possibbli biex jissimplifika r-regolamenti kkumplikati u burokratiċi li jinsabu f'ċerti proġetti, kull fejn iseħħu, sabiex il-finanzjament tal-proġetti jsir aktar rapidu u effiċjenti, b'rigward speċjali għall-kriżi globali; |
46. |
Jenfasizza li s-suċċess tal-programmi l-ġodda għall-makroreġjuni Ewropej jiddependi fuq il-koordinament tal-attivitajiet li jitwettqu skont il-politiki kollha li jkollhom impatt territorjali u fuq is-sejbien ta' soluzzjoni għal żmien fit-tul għall-finanzjament tar-reġjuni makro; jistieden, għaldaqstant, lill-Bank biex iqis il-possibilità tal-għoti tal-fondi tal-BEI u tal-Fond Ewropew tal-Investiment, apparti l-fondi tal-UE, għal dan il-għan fil-perjodu li jmiss tal-ipprogrammar finanazjarju li jibda fl-2014; |
47. |
Jistieden lill-BEI jiex jagħmel l-isforzi kollha possibbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) barra mill-UE; itenni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-paragrafu 28 tar-riżoluzzjoni tal-25 ta' Marzu 2009 hawn fuq imsemmija sabiex tinkiseb koperazzjoni strutturata b'mod aħjar bejn il-BEI u l-BERŻ fil-pajjiżi fejn joperaw b'mod komuni; |
*
* *
48. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 98.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0185.
(3) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 14.
(4) ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95
(5) Kawża C-155/07, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra.
(6) ĠU C 332, 30.12.2006, p. 45.
(7) Kawża C-15/00, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment [2003] Ġabra I-7281.
(8) L-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0053.
(10) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 253.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) Testi adottati, P6_TA(2009)0185.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/143 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Atroċitajiet tal-massa f'Jos, in-Niġerja
P7_TA(2010)0157
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar l-atroċitajiet tal-massa f'Jos, fin-Niġerja
2011/C 81 E/24
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fin-Niġerja,
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, irratifikat min-Niġerja fid-29 ta' Ottubru 1993,
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, irratifikata min-Niġerja fit-22 ta' Ġunju 1983,
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tan-Niġerja u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-libertà reliġjuża stipulati fil-Kapitolu IV tagħha - Id-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon,
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
maħsud bl-inċidenti ta' vjolenza f'Jannar u f'Marzu ta' din is-sena, li seħħu fil-belt ta' Jos u fil-madwar tagħha, li jinsab f'salib it-toroq bejn it-Tramuntana Musulmana tan-Niġerja u n-Nofsinhar Nisrani, li matulhom inqatlu mijiet ta' persuni f'kunflitti reliġjużi u etniċi, |
B. |
billi l-armata żvolġiet rwol importanti biex tintervjeni biex tikkontrolla s-sitwazzjoni, iżda billi fl-istess ħin kien hemm rapporti ta' qtil extraġudizzjarju mill-armata u anke mill-pulizija, |
C. |
billi l-kunflitt bejn il-komunitajiet sar problema rikorrenti f'Jos, bi ġlied kbir li seħħ fl-2001, fl-2004 u fl-2008, |
D. |
billi, skont rapporti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, iktar minn 14 000 persuna nqatlu fi ġlied reliġjuż jew etniku mit-tmiem tar-reġim militari fl-1999 'l hawn, |
E. |
billi uffiċjal tas-Salib l-Aħmar ġie kkwotat li qal li tal-anqas żewġ komunitajiet oħrajn fil-qrib sfaw fil-mira wkoll, f'żona qrib ta' fejn ġlied bejn il-fazzjonijiet kien qatel mijiet ta' nies f'Jannar, |
F. |
billi skont rapporti mis-Salib l-Aħmar minħabba din il-vjolenza tal-anqas 5 600 ruħ qed jaħarbu mir-reġjun għax jibżgħu għal ħajjithom, |
G. |
billi l-problemi fiż-żona ta' Jos ġejjin minn nuqqas ta' żvilupp ekonomiku, mill-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u t-tensjoni li għandha l-għeruq tagħha f'għexieren ta' snin ta' riżentiment bejn gruppi indiġeni, l-aktar Kristjani jew animisti, li qed jiġġieldu għall-kontroll ta' artijiet agrikoli għammiela kontra migranti u residenti ġodda mit-Tramuntana, li huma Musulmani u tal-ilsien Hausa, |
H. |
billi mhuwiex possibbli li l-Musulmani jew il-Kristjani jitqiegħdu b'mod sistematiku fir-rwol jew ta' aggressuri jew ta' vittmi peress li storikament kellhom iż-żewġ rwoli, |
I. |
billi l-instabilità attwali tenfasizza l-fraġilità tan-nazzjon bl-akbar popolazzjoni fl-Afrika hekk kif qed joqrob il-perjodu tal-kampanja għall-elezzjonijiet tal-2011 filwaqt li qed jiffaċċja l-inċertezza rigward it-tmexxija politika, minħabba l-marda tal-President Yar'Adua, |
J. |
billi l-istabilità u d-demokrazija tan-Niġerja għandhom sinifikat qawwi lil hinn mill-fruntieri immedjati tagħha, minħabba r-rwol ewlieni tal-pajjiż fir-reġjun u fl-Afrika sub-Saħarjana (in-Niġerja hija membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, produttur globali taż-żejt, mexxej fl-ECOWAS, kontributur ewlieni għall-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, u forza ta' stabilità fl-Afrika tal-Punent), |
K. |
billi l-UE hija donatur finanzjarju ewlieni tan-Niġerja u billi fit-12 ta' Novembru 2009 l-Kummissjoni u l-Gvern Federali tan-Niġerja ffirmaw id-Dokument ta' Strateġija għall-Pajjiż bejn in-Niġerja u l-KE u l-Programm Nazzjonali Indikattiv għall-perjodu 2008-2013, skont liema dokumenti l-UE se tiffinanzja proġetti li jkollhom bħala għanijiet, fost oħrajn, il-garanzija tal-paċi, tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem, |
L. |
billi s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti timplika wkoll l-aċċess ġust għar-riżorsi u t-tqassim mill-ġdid tad-dħul f'pajjiż li għandu ħafna żejt bħan-Niġerja, |
M. |
billi, għalkemm in-Niġerja huwa t-tmien l-akbar produttur taż-żejt fid-dinja, il-maġġoranza tal-148 miljun abitant tagħha jgħixu fil-faqar, |
N. |
billi skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou, l-UE tipparteċipa fi djalogu politiku regolari man-Niġerja dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, inkluża d-diskriminazzjoni etnika, reliġjuża u razzjali, |
1. |
Jikkundanna b'mod qawwi l-vjolenza riċenti u l-imwiet traġiċi f'Jos u fil-madwar tagħha, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' min qiegħed f'luttu u mal-midruba; |
2. |
Iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex joqogħdu lura u jfittxu soluzzjonijiet paċifiċi biex isolvu d-differenzi ta' bejn il-gruppi reliġjużi u etniċi fin-Niġerja; |
3. |
Jistieden lill-Gvern Federali Niġerjan biex iwettaq investigazzjoni dwar il-kawżi tal-vjolenza l-aktar riċenti u jiżgura li l-awturi ta' atti ta' vjolenza jitressqu l-qorti b'mod ġust u trasparenti; |
4. |
Jistieden lill-Gvern Federali Niġerjan biex jieħu miżuri konkreti u urġenti biex jappoġġja djalogu interetniku u interreliġjuż, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-aġent President Goodluck Jonathan biex ilaqqa' l-mexxejja reliġjużi u tal-komunitajiet; |
5. |
Jitlob li jsir eżami usa' tal-kawżi li jinsabu fl-għeruq tal-kunflitt, inklużi t-tensjonijiet soċjali, ekonomiċi u etniċi, u biex wieħed jieħu ħsieb li jiġu evitati spjegazzjonijiet ġeneralizzati u sempliċistiċi bbażati biss fuq ir-reliġjon li mhux se jipprovdu l-bażi għal soluzzjoni dejjiema u fit-tul għall-problemi ta' dan ir-reġjun; |
6. |
Jistieden lill-awtoritajiet Niġerjani biex jwaqqfu l-aġir riċenti ta' xi gvernaturi tal-istat Niġerjan, li eżegwew il-piena tal-mewt fuq priġunieri soġġetti għaliha biex inaqqsu r-rassa fil-ħabs, billi dan jikkostitwixxi vjolazjoni ċara tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvernaturi tal-istat biex jirrestrinġu ruħhom u jkomplu l-moratorju de facto; ifakkar li l-użu tal-piena tal-mewt jmur kontra l-impenn Niġerjan fil-livell internazzjonali; |
7. |
Jistieden lill-Gvern Federali Niġerjan biex jipproteġi n-nies tiegħu billi jwettaq rondi regolari madwar ir-reġjun u biex jindirizza l-kwistjonijiet li jinsabu fl-għeruq tal-vjolenza billi jiggarantixxi d-drittijiet ugwali għaċ-ċittadini kollha u billi jittratta l-problemi relatati mal-kontroll ta' raba' fertili, l-aċċess għar-riżorsi, il-qgħad, il-faqar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jitlob li dawk il-persuni li kellhom jaħarbu minħabba l-massakru jitħallew imorru lura lejn djarhom b'mod sikur; |
8. |
Iħeġġeġ lill-UE biex tkompli d-djalogu politiku tagħha man-Niġerja skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou, u f'dak il-kuntest biex tindirizza kwistjonijiet relatati mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, kif jinsabu mnaqqxa fi strumenti universali, reġjonali u nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern Federali tan-Niġerja, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan (PAP). |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/146 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf
P7_TA(2010)0093
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf (2009/2208(IMM))
2011/C 81 E/25
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf, imressqa mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ċeka fis-16 ta' Settembru 2009, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-23 ta' Novembru 2009,
wara li sema' lil Miloslav Ransdorf bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0107/2010),
A. |
billi Miloslav Ransdorf huwa Membru tal-Parlament Ewropew, |
B. |
billi, b'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu jgawdu fit-territorju nazzjonali mill-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament ta' pajjiżhom, u billi membru ma jistax jirrikorri għall-immunità meta jinqabad iwettaq reat; billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu, |
C. |
billi, b'konformità mal-Artikolu 27(4) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-ebda deputat jew senatur ma jista' jkun sottopost għal azzjoni kriminali mingħajr il-kunsens tal-Kamra li jkun membru tagħha u billi, jekk il-Kamra ma tagħtix il-kunsens tagħha, l-azzjoni kriminali hija eskluża b'mod definittiv, |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Miloslav Ransdorf; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka. |
(1) Kawża 101/63, Wagner/Fohrmann u Krier, Ġabra 1964, p. 383, u kawża 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, Ġabra 1986. p. 2391.
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/148 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Kooperazzjoni amministrattiva u ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (tfassil mill-ġdid) *
P7_TA(2010)0091
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (Riformulazzjoni) (COM(2009)0427 – C7-0165/2009 – 2009/0118(CNS))
2011/C 81 E/26
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni - tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0427),
wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0165/2009),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),
wara li kkunsidra l-ittra tat-12 ta' Novembru 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont ir-Regola 87 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0061/2010),
A. |
billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom, |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
Emenda 2 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 3 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 3 b (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 4 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 5 a (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 5 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 5 b (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 6 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 14 |
|||||
|
|
||||
Emenda 7 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 20 |
|||||
|
|
||||
Emenda 8 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 29 |
|||||
|
|
||||
Emenda 9 |
|||||
Prosposta għal regolament Premessa 35 |
|||||
|
|
||||
Emenda 10 |
|||||
Proposta għal regolament Premessa 36 a (ġdida) |
|||||
|
|
||||
Emenda 12 |
|||||
Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) |
|||||
|
Artikolu 1a Fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw rispett għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
||||
Emenda 13 |
|||||
Proposta għal regolament Artikolu 15 |
|||||
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minn rajhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 li jkunu jafu biha u li tista’ tkun utli għal dawn tal-aħħar. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minn rajhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 li jkunu jafu biha u li għal dawn tal-aħħar hija meħtieġa sabiex il-VAT tiġi kkalkulata b'mod korrett, biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar il-VAT, b'mod partikolari rigward it-tranżazzjonijiet intra-Unjoni, u sabiex jiġi miġġieled il-frodi relatat mal-VAT. |
||||
Emenda 14 |
|||||
Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) |
|||||
|
Il-persuni li saret referenza għalihom fil-punt (b) għandhom jiġu mistiedna jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-kwalità tal-informazzjoni miżmuma. |
||||
Emenda 15 |
|||||
Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 |
|||||
3. Il-lista u d-dettalji tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60(2). |
3. Mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-awtorità rikjesta, il -lista u d-dettalji tad-data msemmija fil-paragrafu 1(b), (c), (d) u (e) u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60(2). |
||||
Emenda 16 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja |
|||||
Artikolu 22 Kull Stat Membru għandu jagħti lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 18. Għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) tal-imsemmi Artikolu, id-dettalji li ġejjin huma, minn tal-anqas aċċessibbli: |
Bl-iskop li jevitaw ksur tal-leġiżlazzjoni tal-VAT, u fejn jitqies neċessarju għall-kontroll tal-akkwisti intrakomunitarji tal-merkanzija jew tal-forniment intra-Unjoni tas-servizzi fi ħdan il-Komunità li jiġu ntaxxati f'dak l-Istat Membru, kull Stat Membru għandu jagħti lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-data msemmija fl-Artikolu 18. Għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) tal-imsemmi Artikolu, id-dettalji li ġejjin huma, minn tal-anqas aċċessibbli: |
||||
Emenda 17 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tinkludi data personali, l-aċċess awtomatizzat għal dawn għandu jkun limitat għall-kategoriji ta' data msemmija f'dan l-Artikolu. |
||||
Emenda 18 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja |
|||||
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi struttura komuni għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT. Din l-istruttura twettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin: |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi struttura komuni fil-livell tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT. Din l-istruttura twettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin: |
||||
Emenda 19 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 |
|||||
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' investigazzjoni tal-istruttura stabbilita mill-paragrafu 1. |
2. L-istruttura fil-livell tal-Unjoni imsemmija f'paragrafu 1 għandha tkun magħmula minn ħaddiema taċ-ċivil maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
||||
Emenda 20 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 3 |
|||||
3. Għal kull qasam ta' investigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaħtru, fi ħdan l-istruttura, Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri li jkunu inkarigati bis-superviżjoni u bit-tmexxija tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1. |
3. L-istruttura fil-livell tal-Unjoni msemmija f'paragrafu 1 se tiddetermina l-ambiti ta' investigazzjoni li fihom se tiżviluppa l-attività tagħha. |
||||
Emenda 21 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 3 a (ġdid) |
|||||
|
3a. Sabiex il-każijiet ta' frodi tal-VAT jiġu investigati b'aktar effiċjenza fl-Unjoni, għandu jkun imfassal mekkaniżmu ta' inċentivi għall-irkupru ta' klejms tat-taxxa transkonfinali permezz tad-distribuzzjoni ta' proporzjon ġust tal-VAT miġbura mhux imħallsa bejn l-Istat Membru li jkun qed jirkupra l-klejms tat-taxxa u l-Istat Membru rikjedenti. |
||||
Emenda 22 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 35 |
|||||
L-istruttura stabbilita mill-Artikolu 34 għandha tkun magħmula minn uffiċjali kompetenti maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Din l-istruttura għandha tgawdi mill-appoġġ tekniku, amministrattiv u operazzjonali tal-Kummissjoni. |
Il-Kummissjoni se tikkoordina, tiggwida u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 34 u tipprovdi appoġġ tekniku, amministrattiv u operattiv lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
||||
Emenda 23 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 39 |
|||||
Kull sena, l-istruttura stabbilita permezz tal-Artikolu 34 għandha tippreżenta rendikont tal-attivitajiet tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 60. |
Kull sena, l-istruttura stabbilita permezz tal-Artikolu 34 għandha tippreżenta rendikont tal-attivitajiet tagħha lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 60. |
||||
Emenda 24 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 |
|||||
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jivvalutaw kif qegħdin jaħdmu l-arranġamenti għal koperazzjoni amministrattiva pprovduti f'dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta' dan it-tħaddim. Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb l-operazzjoni ta' dawn l-arranġamenti. |
1. L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jivvalutaw kif qegħdin jaħdmu l-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva pprovduti f'dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta' dan it-tħaddim. Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb l-operazzjoni ta' dawn l-arranġamenti u għandha tirrapporta dwar ir-riżultati b'mod regolari lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew. |
||||
Emenda 25 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 |
|||||
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni disponibbli rilevanti għall-applikazzjoni li dawn jagħtu għal dan ir-Regolament. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kull informazzjoni disponibbli rilevanti għall-applikazzjoni li dawn jagħtu għal dan ir-Regolament. |
||||
Emenda 26 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 9 |
|||||
9. Sabiex jitwettqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi lill-Istati Membri b’perizji, assistenza teknika jew loġistika, azzjoni ta' komunikazzjoni jew kwalunkwe appoġġ operazzjonali ieħor. |
9. Sabiex jitwettqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’perizji, assistenza teknika jew loġistika, azzjoni ta' komunikazzjoni jew kwalunkwe appoġġ operazzjonali ieħor. |
||||
Emenda 27 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 2 |
|||||
2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun responsabbli li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex tinġabar evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru kontrarji għal-leġislazzjoni tal-VAT, informazzjoni miksuba taħt dan ir-Regolament tista' tkun ikkomunikata lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont id-disposizzjonijiet interni tagħhom li japplikaw għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni personali lill-pajjiżi terzi. |
2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun responsabbli li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex tinġabar evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru kontrarji għal-leġislazzjoni tal-VAT, informazzjoni miksuba taħt dan ir-Regolament tista' tkun ikkomunikata lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont id-disposizzjonijiet interni tagħhom li japplikaw għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni personali lill-pajjiżi terzi u soġġett għad-Direttiva 95/46/KE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha u soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu . |
||||
Emenda 28 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 |
|||||
1. L-informazzjoni kkomunikata jew miġbura f'kull forma skont dan ir-Regolament , inkluża l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal seta' kellu aċċess għaliha fiċ-ċirkustanzi previsti fil-Kapitolu VII, fil-Kapitolu VIII u fil-Kapitolu X kif ukoll fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun koperta bl-obbligu ta' sigriet uffiċjali u tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili kemm taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċevieha kif ukoll tal-istandards korrespondenti applikabbli għall-awtoritajiet Komunitarji. |
1. L-informazzjoni kkomunikata jew miġbura f'kull forma skont dan ir-Regolament , inkluża l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal seta' kellu aċċess għaliha fiċ-ċirkustanzi previsti fil-Kapitolu VII, fil-Kapitolu VIII u fil-Kapitolu X kif ukoll fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun koperta bl-obbligu ta' sigriet uffiċjali u tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili kemm taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċevieha kif ukoll tal-istandards korrespondenti applikabbli għall-awtoritajiet Komunitarji. Tali informazzjoni għandha wkoll tkun koperta mid-Direttiva 95/46/KE u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għandha tintuża biss fiċ-ċirkustanzi previsti minn dan ir-Regolament. |
||||
Emenda 29 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 5 |
|||||
5. Kull ħażna jew skambju ta' informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Madankollu, l-Istati Membri għandhom , għall-iskop tal-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament, jirrestrinġu l-iskop tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(1), fl-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE sal-limitu meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(e) ta' dik id-Direttiva. |
5. Kull ħażna jew skambju ta' informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament hija suġġetta għad- Direttiva 95/46/KE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu . Madankollu, l-Istati Membri jistgħu , għall-iskop tal-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament, jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu l-iskop tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(1), fl-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE sal-limitu meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(e) ta' dik id-Direttiva. |
||||
Emenda 30 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 5 a (ġdid) |
|||||
|
5a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaraw li jiġu rispettati l-obbligi tat-trasparenza u li l-persuni konċernati jiġu infurmati fil-każ ta' akkwist ta' data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
||||
Emenda 31 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid) |
|||||
|
|
||||
Emenda 32 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||
|
2a. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena bil-każijiet fejn Stat Membri oħrajn ikunu ċaħdu li jipprovdi lill-Istat Membru rikjedenti bl-informazzjoni jew li jkunu żammu lill-Istat Membru rikjedenti milli jwettaq investigazzjoni amministrattiva mitluba bil-mod dovut. Dawk l-Istati Membri rikjesti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn ikunu ċaħdu li jagħtu informazzjoni jew iwettqu l-investigazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni ser tevalwa l-informazzjoni msemmija u tfassal ir-rakkomandazzjonijiet xierqa. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
||||
Emenda 33 |
|||||
Prosposta għal regolament Artikolu 60 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||
|
2a. Meta l-miżuri adottati skont il-proċedura tal-paragrafu 2 jirreferu jew jimplikaw l-ipproċessar tad-data personali, għandha ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
(2) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 13.
(3) ĠU C 21 E, 28.1.2010, p. 3.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/156 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni *
P7_TA(2010)0092
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni (COM(2009)0021 – C6-0078/2009 – 2009/0009(CNS))
2011/C 81 E/27
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0021),
wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0078/2009),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0065/2010),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel il-proposta approvata mill-Parlament b'test ġdid; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||
Emenda 1 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 2 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 91 – paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid) |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 3 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 167a – paragrafu 2 – parti introduttorja |
|||||||||
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fi ħdan skema mhux obbligatorja l-persuni taxxabbli għandhom, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, jipposponu d-dritt tat-tnaqqis sakemm il-VAT titħallas lill-fornitur: |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi ħdan skema mhux obbligatorja l-persuni taxxabbli għandhom, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, jipposponu d-dritt tat-tnaqqis sakemm il-VAT titħallas lill-fornitur: |
||||||||
Emenda 4 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 – sottopunt c Direttiva 2006/112/KE Artikolu 178 – punt f |
|||||||||
|
imħassar |
||||||||
Emenda 5 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 219a |
|||||||||
1. Il-ħruġ ta' fattura għandu jkun soġġett għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru li jkun ħareġ lill-persuna taxxabbli kkonċernata n-numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT li taħtu tkun għamlet il-provvista . |
1. Il-ħruġ ta' fattura għandu jkun soġġett għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn trid titħallas il-VAT . |
||||||||
Jekk ma jkunx jeżisti tali numru , ir-regoli għandhom ikunu dawk li japplikaw fl-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss li minnu ssir il-provvista jew, fin-nuqqas ta' dan il-post ta' negozju jew stabbiliment fiss, li fih ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew li s-soltu jgħix fih jew li jkun meħtieġ mod ieħor sabiex jiġi identifikat għal finijiet ta' VAT . |
Meta l-VAT m' għandhiex titħallas fl-Unjoni , ir-regoli għandhom ikunu dawk li japplikaw fl-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss li minnu ssir il-provvista jew, fin-nuqqas ta' dan il-post ta' negozju jew stabbiliment fiss, li fih ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew li s-soltu jgħix fih. Meta l-fornitur li joħroġ fattura għal provvista taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru fejn il-VAT għandha tiġi mħallsa u l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun id-destinarju tal-merkanzija jew servizzi, il-ħruġ tal-fattura għandu jkun soġġett għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn il-fornitur ta' merkanzija jew servizzi jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn issir il-provvista. Jekk il-fornitur ma jkollux stabbiliment fl-Unjoni, il-ħruġ tal-fatturi ma għandux ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
||||||||
2. Fejn klijent li jirċievi provvista ta' merkanzija jew servizzi jkun stabbilit fi Stat Membru minbarra dak li minnu tkun saret il-provvista u l-klijent ikun responsabbli biex iħallas il-VAT , il-ħruġ tal-fattura għandu jkun soġġett għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru li jkun ħareġ in-numru tar-reġistrazzjoni tal -VAT li taħtu l-klijent ikun irċieva l-provvista . |
2. Meta id-destinarju tal-merkanzija jew servizzi joħroġ fattura (awtofatturazzjoni) u huwa responsabbli għall-ħlas tal-VAT , il-ħruġ tal-fattura għandu jkun soġġett għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn il - VAT għandha titħallas . |
||||||||
Emenda 6 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 16 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 220a – paragrafu 1 – punt a |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 7 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 221 |
|||||||||
L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli l-obbligu li joħorġu fattura simplifikata fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija jew servizzi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 220, fejn il-post tal-provvista ta' dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi jkun fit-territorju tagħhom. |
1. L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli l-obbligu li joħorġu fattura abbażi tal-Artikolu 226 jew l-Artikolu 226b fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija jew servizzi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 220, fejn il-post tal-provvista ta' dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi jkun fit-territorju tagħhom. |
||||||||
|
2. L–Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220 jew fl-Artikolu 220a li joħorġu fattura rigward provvisti ta' merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżenti, bil-possibilità ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew mingħajru, skont l-Artikoli 110 u 111, l-Artikolu 125(1), l-Artikolu 127, l-Artikolu 128(1), l-Artikoli 132, 135, 136, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390. |
||||||||
Emenda 8 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 222 |
|||||||||
Il-fattura għandha tinħareġ sa mhux aktar tard mill-15-il jum tax-xahar wara dak li fih ikun seħħ avveniment li jagħti lok għall-ħlas. |
Il-fattura għandha tinħareġ sa mhux aktar tard mill-15-il jum tat-tieni xahar wara dak li fih ikun seħħ avveniment li jagħti lok għall-ħlas. |
||||||||
Emenda 9 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 19 – sottopunt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – punt 4 |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 10 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 20 Direttiva 2006/112/KE Article 226b |
|||||||||
Id-dettalji biss li ġejjin huma meħtieġa għall-fatturi simplifikati maħruġa skont l-Artikoli 220a u 221: |
1. Id-dettalji biss li ġejjin huma meħtieġa għall-fatturi simplifikati maħruġa skont l-Artikoli 220a u 221: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fatturi simplifikati maħruġa skont l-Artikoli 220a u 221 jinkludu l-informazzjoni addizzjonali li ġejja fir-rigward ta' tranżazzjonijiet speċifiċi jew kategoriji ta' persuni taxxabbli:
|
||||||||
Emenda 11 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 22 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 230 |
|||||||||
L-ammonti li jidhru fil-fattura jistgħu jkunu mfissra fi kwalunkwe munita, sakemm l-ammont tal-VAT li jrid jitħallas jew jiġi kkreditat ikun imfisser fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li fih issir il-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi, billi tintuża r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-jum li fih tiġi imposta t-taxxa, jew, f'każ li f'dik il-ġurnata din ma tiġix ippubblikata, għall-jum ta' qabel dik tal-pubblikazzjoni . |
L-ammonti li jidhru fil-fattura jistgħu jkunu mfissra fi kwalunkwe munita, sakemm l-ammont tal-VAT li jrid jitħallas jew jiġi kkreditat ikun imfisser fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li fih issir il-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi, billi tintuża waħda mir-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 91 . |
||||||||
Emenda 12 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 25 Direttiva 2006/112/KE Artikoli 233, 234, 235 u 237 |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 13 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 25 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 237 |
|||||||||
|
|
||||||||
Emenda 14 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 29 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 244 – paragrafu 3 |
|||||||||
Iż-żamma ta' fattura għandha tkun soġġetta għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli tkun stabbiliet in-negozju tagħha jew ikollha stabbiliment fiss li minnu jew li għalih tkun saret il-provvista jew, fin-nuqqas ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, li fih din ikollha l-indirizz permanenti tagħha jew li normalment tkun tgħix fih jew li jkun b'modieħor meħtieġ sabiex din tkun identifikata għal finijiet ta' VAT. |
Fattura tista' tinżamm fl-istess forma li tkun ġiet irċevuta, kemm jekk fuq karta kif ukoll jekk elettronika. Alternattivament, fattura fuq karta tista' tiġi sostitwita b'waħda elettronika. F'aspetti oħrajn, iż-żamma ta' fattura għandha tkun soġġetta għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli tkun stabbiliet in-negozju tagħha jew ikollha stabbiliment fiss li minnu jew li għalih tkun saret il-provvista jew, fin-nuqqas ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, li fih din ikollha l-indirizz permanenti tagħha jew li normalment tkun tgħix fih jew li jkun b'modieħor meħtieġ sabiex din tkun identifikata għal finijiet ta' VAT. |
||||||||
Emenda 15 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 32 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 247 |
|||||||||
Il-persuna taxxabbli għandha tiżgura ż-żamma tal-fatturi għal perjodu ta' sitt snin . |
Il-persuna taxxabbli għandha tiżgura ż-żamma tal-fatturi għal perjodu ta' ħames snin . Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma mhux relatati mal-VAT, li jistabbilixxu perjodi obbligatorji ta' ħażna differenti għal dokumenti ta' prova, inklużi fatturi. |
||||||||
Emenda 16 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 34 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 248a |
|||||||||
|
imħassar |
||||||||
Emenda 17 |
|||||||||
Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 36 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Titolu XIV – Kapitolu 4a (ġdid) |
|||||||||
|
|
(1) ĠU L 330, 15.12.2007, p. 1.”
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/162 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr ***I
P7_TA(2010)0122
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr (COM(2009)0482 – C7-0161/2009 – 2009/0131(COD))
2011/C 81 E/28
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0482),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0161/2009),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Frar 2010,
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0101/2010),
1. |
Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif qiegħda mniżżla hawn taħt; |
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mehmuża ma' din r-riżoluzzjoni leġiżlattiva; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri. |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
P7_TC1-COD(2009)0131
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/35/UE.)
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-Arikolu 290 tat-TFUE jew atti leġiżlattivi individwali li jkun fihom dispożizzjonijiet bħal dawn.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/164 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Ħlas għas-sigurtà tal-avjazzjoni ***I
P7_TA(2010)0123
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni (COM(2009)0217 – C7-0038/2009 – 2009/0063(COD))
2011/C 81 E/29
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0217),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0038/2009),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-5 ta’ Novembru 2009 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0035/2010),
1. |
Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
P7_TC1-COD(2009)0063
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Is-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti Ewropej essenzjalment hija responsabbiltà tal-istat. ▐ Jeħtieġ ▐ li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali tal-imposti tas-sigurtà u l-mod li jiġu ffissati, minħabba li fin-nuqqas ta' dan il-qafas ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn l-entitajiet li jkunu qed jistabilixxu dawn l-imposti u l-utenti tal-ajruporti jistgħu ma jiġux rispettati. |
(2) |
Il-ġbir tal-imposti fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u tas-servizzi tal-groundhandling diġà ġie indirizzat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (3) u mid-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (4), rispettivament. |
(3) |
Huwa ta' importanza vitali għall-utenti tal-ajruporti li jiksbu mingħand l-entità li tistabbilixxi u tapplika l-imposti , fuq bażi regolari, informazzjoni dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati l-imposti tas-sigurtà. Din l-informazzjoni għandha tagħti lill-utenti tal-ajruport ħjiel dwar l-ispejjeż imġarrba għall-forniment tas-servizzi tas-sigurtà bħal dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (5) u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, il-produttività tal-investimenti relatati u kull għotja u sussidju allokat mill-awtoritajiet għal skopijiet ta' sigurtà . Sabiex l-entità kompetenti li tistabbilixxi jew tapplika l-imposti tista' tivvaluta sew r-rekwiżiti rigward l-investimenti tagħha fil-ġejjieni, l-utenti tal-ajruport għandu jkollhom l-obbligu li, jaqsmu l-previżjonijiet operazzjonali tagħhom, il-proġetti ta' żvilupp u t-talbiet u x-xewqat speċifiċi tagħhom mal-entità kompetenti fi żmien f’waqtu. |
(4) |
Minħabba li l-metodi biex jiġu ffinanzjati jew stabbiliti u jinġabru l-ammonti dovuti biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà jvarjaw madwar l-Unjoni, tinħtieġ l-armonizzazzjoni tal-bażi għall-ħlas għall-ispejjeż tas-sigurtà fl-ajruporti tal-Unjoni fejn l-ispejjeż tas-sigurtà jkunu riflessi fl-imposti tas-sigurtà. F'dawn l-ajruporti, l-imposta għandha tkun relatata mal-ispiża tal-forniment tas-sigurtà, filwaqt li jitqies kwalunkwe finanzjament pubbliku tal-ispejjeż tas-sigurtà, bil-għan li jiġi evitat kull profitt u jiġu pprovduti servizzi u faċilitajiet ta' sikurezza xierqa u effikaċi f'sens ta' nefqa fl-ajruporti kkonċernati . |
(5) |
Huwa importanti li jkun hemm trasparenza fir-rigward tal-użu tal-miżuri nazzjonali tas-sigurtà li jkun aktar stretti mill-istandards bażiċi komuni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008. |
(6) |
F'kull Stat Membru li fih l-imposti tas-sigurtà jinġabru fl-ajruporti, għandu jkun hemm awtorità indipendenti ta' superviżjoni li tiżgura l-applikazzjoni korretta u effettiva ta' din id-Direttiva. L-awtorità għandu jkollha r-riżorsi kollha meħtieġa f'termini ta' persunal, għarfien espert u risorżi finanzjarji għat-twettiq ta' ħidmietha. |
(7) |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li japplikaw sistema komuni ta' ġbir tal-imposti biex tkopri netwerk ta' ajruporti jew gruppi oħra ta' ajruporti inklużi dawk li jservu l-istess belt jew konurbazzjoni. |
(8) |
Meta jkunu qed jiġu kkalkolati l-imposti tas-sigurtà fir-rigward tar-rabta mal-ispejjeż, għandhom jintużaw kriterji oġġettivi bħala bażi, bħalma huma dawk il-kriterji stabbiliti fid-dokumenti rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), li hija favur l-użu tan-numru ta' passiġġieri jew il-piż massimu tal-inġenju tal-ajru fit-tluq jew iż-żewġ fatturi flimkien. |
(9) |
Minħabba li l-miri tal-azzjoni meħuda ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentament mill-Istati Membri, peress li s-sistemi tal-imposti tas-sigurtà ma jistgħux jiġu implimentati, fil-livell nazzjonali, b'uniformità fl-Unjoni kollha, u jistgħu għalhekk minħabba d-daqs u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji komuni għall-ġbir tal-imposti tas-sigurtà fl-ajruporti tal-Unjoni.
2. Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport li jinsab f'territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u miftuħ għat-traffiku kummerċjali .
Din id-Direttiva ma tapplikax għall-imposti miġbura bħala ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru tul it-titjira jew fit-terminali skont ir-Regolament (KE) 1794/2006, jew għall-imposti miġbura bħala ħlas għas-servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/67/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“ajruport” tfisser kull medda ta' art speċjalment adattata għall-inżul, tluq u manuvri ta' inġenji tal-ajru, inklużi l-istallazzjonijiet anċillarji li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu għall-ħtiġijiet tat-traffiku u servizzi tal-inġenji tal-ajru, fosthom l-istallazzjonijiet meħtieġa biex jassistu s-servizzi kummerċjali tal-ajru; |
(b) |
“entità tal-ġestjoni tal-ajruport” tfisser entità li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew le, għandha bħala l-għan tagħha, skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport, u l-koordinament u l-kontroll tal-attivitjiet tal-operaturi differenti preżenti fl-ajruporti konċernati; |
(c) |
“netwerk ta' ajruporti” tfisser għadd ta' ajruporti fi Stat Membru li jaqdu l-istess belt jew l-istess konurbazzjoni u li huma ġestiti minn entità tal-ġestjoni tal-ajruport maħtura mill-awtorità nazzjonali kompetenti; |
(d) |
“entità kompetenti” tfisser entità ta' tmexxija tal-ajruport jew kwalunkwe entità jew awtorità oħra responsabbli għall-applikazzjoni u/jew għall-istabbiliment tal-livell u l-istruttura tal-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti tal-Unjoni; |
(e) |
“utent tal-ajruport” tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli għall-ġarr ta' passiġġieri, posta u/jew merkanzija bl-ajru minn jew lejn l-ajruport konċernat; |
(f) |
“imposta tas-sigurtà” tfisser tariffa miġbura minn kwalunkwe entità, ajruport jew utent tal-ajruport f’forom differenti, li hija speċifikament imfassla biex tirkupra l-ispejjeż tal-miżuri tas-sigurtà intenzjonati biex jipproteġu l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali. Din in-nefqa tas-sigurtà tal-avjazzjoni tista' tinkludi l-ispejjeż imġarrba biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jew biex ikunu koperti l-ispejjeż marbuta mar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza li jaqgħu taħt l-awtorità xierqa; |
(g) |
“sigurtà tal-avjazzjoni” tfisser it-taħlita ta' miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
Artikolu 3
Nondiskriminazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposti tas-sigurtà ma jiddiskriminawx bejn l-utenti tal-ajruport jew il-passiġġieri bl-ajru.
Artikolu 4
Netwerk ta' ajruporti
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entità kompetenti ta' netwerk ta' ajruporti li tintroduċi sistema komuni u trasparenti ta' ġbir ta' imposti għall-imposti tas-sigurtà biex tkopri n-netwerk ta' ajruporti.
Artikolu 5
Sistemi komuni ta' ġbir ta' imposti
Wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni u skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entità kompetentii tapplika sistema komuni u trasparenti ta' imposti f'ajruporti li jaqdu lill-istess belt jew konurbazzjoni, kemm-il darba kull ajruport ikun kompletament konformi mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza mniżżla fl-Artikolu 7.
Artikolu 6
Konsultazzjoni u rimedju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kompetenti jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-ispejjeż tal-forniment tas-servizzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruport.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▐ tiġi stabbilita proċedura obbligatorja ▐ għal konsultazzjoni regolari bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport jew ir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema tal-imposti tas-sigurtà u l-livell ta' dawn l-imposti. Tali il-konsultazzjoni għandha sseħħ tal-anqas darba fis-sena, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor fl-aħħar konsultazzjoni. Meta jkun hemm ftehim pluriennali bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport, il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu kif ipprovdut f'tali ftehim. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jitolbu konsultazzjonijiet aktar frekwenti .
3. L-entità kompetenti għandha tippreżenta kwalunkwe proposta għal tibdil fis-sistema jew fil-livell tal-imposti tas-sigurtà lill-utenti tal-ajruport jew lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport sa mhux iktar tard minn erba' xhur qabel ma jidħol fis-seħħ, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdiliet proposti. L-entità kompetenti għandha tikkonsulta dwar it-tibdiliet proposti mal-utenti tal-ajruport u tqis il-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni.
4. L-entità kompetenti għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ. Meta ma jintlaħaqx ftehim dwar it-tibdiliet proposti bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport, l-entità kompetenti għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha mal-utenti tal-ajruport.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta' nuqqas ta' qbil dwar deċiżjoni dwar imposti tas-sigurtà meħuda mill-entità kompetenti, kwalunkwe parti tista' titlob l-intervent tal-awtorità indipendenti ta' superviżjoni msemmija fl-Artikolu 10, li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta' imposti tas-sigurtà.
6. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 5 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil fil-livell jew fl-istruttura tal-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni f'dawk l-ajruporti li għalihom:
(a) |
ikun hemm proċedura obbligatorja skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill-awtorità indipendenti ta' superviżjoni; jew |
(b) |
ikun hemm proċedura obbligatorja skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-awtorità indipendenti ta' superviżjoni teżamina, fuq bażi regolari jew fuq talba mill-partijiet interessati, jekk dawn l-ajruporti humiex suġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Meta dan ikun ġustifikat fuq il-bażi ta' eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, jew il-livell massimu tagħhom, ikunu determinati jew approvati mill-awtorità indipendenti ta' superviżjoni. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta' żmien meħtieġ fuq il-bażi tal-eżami mwettaq minn dik l-awtorità. |
Il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji applikati mill-Istat Membru għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti.
Artikolu 7
Trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull darba li jkunu se jsiru konsultazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), l-entità kompetenti tipprovdi lil kull utent tal-ajruport u lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport, b'informazzjoni dwar il-komponenti li abbażi tagħhom jiġu stipulati l-istruttura u l-livell ta' imposti kollha tas-sigurtà miġbura f’kull ajruport . Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas:
(a) |
lista tad-diversi servizzi u infrastruttura pprovduta lura għall-imposta tas-sigurtà miġbura; |
(b) |
il-metodu tal-kalkulazzjoni tal-imposti tas-sigurtà; |
(c) |
l-istruttura ġenerali tal-ispejjeż fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati l-imposti tas-sigurtà; |
(d) |
id-dħul tal-imposti ▐ tas-sigurtà u l-ispiża totali tas-servizzi koperti minnhom ; |
(e) |
l-għadd totali ta' persunal imħaddem fis-servizzi li jiġġeneraw il-ġbir tal-imposti tas-sigurtà; |
(f) |
kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati l-imposti tas-sigurtà; |
(g) |
il-previżjonijiet tal-livell tal-imposti tas-sigurtà meta jitqiesu l-investimenti proposti, it-tkabbir fit-traffiku u ż-żieda fil-livell ta' theddid għas-sigurtà ; |
(h) |
kwalunkwe investimenti previsti li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-imposti tas-sigurtà. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tal-ajruporti jissottomettu informazzjoni lill-entità kompetenti qabel kull konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6, partikolarment dwar:
(a) |
previżjonijiet dwar it-traffiku; |
(b) |
previżjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-użu previst tal-flotta tagħhom; |
(c) |
il-proġetti tagħhom ta' żvilupp fl-ajruport konċernat; |
(d) |
ir-rekwiżiti tagħhom fl-ajruport konċernat; |
(e) |
l-ammont tal-imposta tas-sigurtà miġbura mill-utenti tal-ajruport mill-passiġġieri li jitilqu mill-ajruport u t-tagħrif dwar il-komponenti li jservu bħala bażi għad-determinazzjoni ta' dawn l-imposti skont il-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar l-ammont ta' imposti tas-sigurtà miġbura mill-awtorità indipendenti u mill-utenti tal-ajruport tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
4. Blas ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, t-tagħrif pprovdut abbażi ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala kunfidenzjali jew ekonomikament sensittiv u jiġi ttrattat f'dan is-sens. Fil-każ ta' entitajiet li jamministraw l-ajruporti li jkunu kkwotati fil-borża, għandu jkun hemm konformità b'mod partikolari mar-regolamenti tal-borża.
Artikolu 8
Miżuri iktar stretti
1. L-ispejjeż addizzjonali biex jiġu implimentati miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jitħallsu mill-Istati Membri .
▐
2. Qabel l-adozzjoni ta' miżuri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar l-effetti fuq il-livell tal-imposti tas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Grupp Konsultattiv tal-partijiet interessati, kompost skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 9
Rabta mal-ispejjeż tal-imposti tas-sigurtà
L-imposti tas-sigurtà għandhom jintużaw esklussivament biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà. Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-prinċipji tal-kontabbiltà u l-evalwazzjoni ġeneralment aċċettati f'kull Stat Membru. Id-dħul totali mill-imposti tas-sigurtà ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż totali tas-sigurtà tal-avjazzjoni għal dak l-ajruport, netwerk ta' ajruporti, jew grupp ta' ajruporti.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu b'mod partikolari:
— |
l-ispiża tal-finanzjament tal-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet iddedikati għall-operazzjonijiet tas-sigurtà, fosthom id-deprezzament ġust fil-valur ta' dawn il-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet; |
— |
il-livell nazzjonali u/jew internazzjonali tat-theddida għas-sigurtà; |
— |
l-infiq fuq il-persunal u l-operazzjonijiet tas-sigurtà; |
— |
l-għotjiet u s-sussidji allokati mill-awtoritajiet għal skopijiet ta' sigurtà. |
Il-bażi għall-kalkolu tal-imposti tas-sigurtà m’għandha tinkludi ebda spiża mġarrba għal funzjonijiet aktar ġenerali tas-sigurtà mwettqa mill-Istati Membri, bħall-kontrolli ġenerali, il-ġbir ta' tagħrif u s-sigurtà nazzjonali.
Artikolu 10
Awtorità indipendenti ta' superviżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu entità indipendenti bħala l-awtorità indipendenti nazzjonali ta' superviżjoni tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda sabiex tiġi sodisfatta din id-Direttiva. Dik l-entità tista' tkun l-istess entità fdata minn Stat Membru bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (6).
2. Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi lill-awtorità indipendenti ta' superviżjoni nazzjonali milli tiddelega, taħt is-superviżjoni u r-responsabilità sħiħa tagħha, u skont il-liġi nazzjonali, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lil awtoritajiet indipendenti ta' superviżjoni oħra, kemm-il darba din l-implimentazzjoni ssir skont l-istess standards.
3. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità indipendenti ta' superviżjoni billi jiżguraw li tkun ġuridikament distinta minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke entità kompetenti jew trasportatur tal-ajru. L-Istati Membri li jżommu l-proprjetà jew il-kontroll tal-ajruporti, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-ajruporti jew it-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew il-kontroll. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità indipendenti ta' superviżjoni teżerċita s-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti.
4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtorità indipendenti ta' superviżjoni, bil-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, u bil-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 3.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil b'rabta mal-imposti tas-sigurtà, li jittieħdu miżuri sabiex:
(a) |
tiġi stabbilita proċedura għar-riżoluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport; |
(b) |
jiġu stipulati l-kundizzjonjiet li taħthom nuqqas ta' qbil jista' jitressaq quddiem l-awtorità indipendenti ta' superviżjoni u partikolarment jipprovdu għat-twaqqigħ mill-awtorità tal-ilmenti li tqis li mhumiex iġġustifikati sew jew iddokumentati kif xieraq; kif ukoll; |
(c) |
jiġu stipulati l-kriterji li fuqhom in-nuqqasijiet ta' qbil jiġu vvalutati sabiex jiġu riżolti. |
Dawn il-proċeduri, kundizzjonijiet u kriterji għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u oġġettivi.
6. L-awtorità indipendenti ta' superviżjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.
7. Meta Stat Membru japplika, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, proċedura regolatorja jew leġislattiva biex jiddetermina u japprova l-istruttura jew il-livell ta' imposti tas-sigurtà fil-livell nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-validità tal-imposti tas-sigurtà għandhom iwettqu l-ħidmiet tal-awtorità indipendenti ta' sorveljanza stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6.
Artikolu 11
Rapport u reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn … (7) tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' din id-Direttiva kif ukoll, fejn dan ikun f’loku, dwar kwalunkwe proposta xierqa.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn … (8) tressaq rapport dwar l-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni, li jeżamina l-valutazzjoni tal-ispejjeż tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-metodi għall-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
Artikolu 12
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva qabel … (9) . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. Stat Membru m'għandux ikun meħtieġ li jkun konformi mal-paragrafi 1 u 2, sakemm l-ebda imposta tas-sigurtà ma tkun miġbura fi kwalunkwe ajruport f'dak l-Istat Membru, u bla ħsara għall-Artikolu 11(2).
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 142.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010.
(3) ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.
(4) ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.
(6) ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.
(7) Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(8) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(9) ĠU: Daħħal id-data sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/172 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) ***I
P7_TA(2010)0124
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2009)0391 – C7-0111/2009 – 2009/0110(COD))
2011/C 81 E/30
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0391),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0111/2009),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 172(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2009,
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),
wara li kkunsidra l-ittra tal-11 ta’ Diċembru 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0030/2010),
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni spjegata aktar 'l isfel, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
P7_TC1-COD(2009)0110
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 661/2010/UE.)
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/173 |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja ***I
P7_TA(2010)0125
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD))
2011/C 81 E/31
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0384),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 161 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0003/2010),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(4) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Novembru 2009,
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0055/2010),
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stipulata hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
P7_TC1-COD(2009)0107
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ta' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 539/2010.)
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/175 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati - Miżuri transitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ***
P7_TA(2010)0147
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta tal-Kunsill Ewropew biex ma ssirx Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati fir-rigward tal-miżuri transitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (17196/2009 – C7-0002/2010 – 2009/0814(NLE))
2011/C 81 E/32
(Proċedura ta' Kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kunsill Ewropew indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2009 dwar l-emenda tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji (17196/2009),
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni magħmula mill-Kunsill Ewropew, skont l-Artikolu 48(3)(2), tat-Trattat UE (C7-0002/2010),
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat ta' Lisbona,
wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3), tat-Trattat UE,
wara li kkunsidra l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju dirett universali tal-20 ta' Settembru 1976,
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 kif ukoll dawk tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 u tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009,
wara li kkunsidra l-Artikolu 74a u l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0116/2010),
A. |
billi l-Konvenzjoni li saret bejn it-22 ta' Frar 2002 u t-18 ta' Lulju 2003 wasslet għat-tfassil tal-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li s-sustanza tiegħu, bażikament, tinsab inkorporata fit-Trattat ta' Lisbona li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, |
B. |
billi saret ukoll il-Konvenzjoni ta' bejn is-17 ta' Diċembru 1999 u t-2 ta' Ottubru 2000 għat-tfassil tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
C. |
billi dawn iż-żewġ konvenzjonijiet, li għall-ewwel darba laqqgħu flimkien rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, tal-Parlament Ewropew, tal-gvernijiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, bl-għan li jsir xogħol fuq it-tfassil ta' proġett komuni għall-Unjoni Ewropea, kienu ta' avvanz importanti favur mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu fl-istess ħin demokratiċi u effikaċi fuq skala Ewropea, |
D. |
billi madankollu dawn iż-żewġ konvenzjonijiet tlaqqgħu biex jittrattaw is-suġġetti ewlenin marbuta mal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri minn naħa waħda hemm ir-riforma tal-istruttura istituzzjonali Ewropea u min-naħa l-oħra t-tfassil ta' test li jiġbor il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali li jiffurmaw il-bażi komuni tal-Ewropej, |
E. |
billi, skont l-Artikolu 48(3)(1), tat-Trattat UE, il-Parlament Ewropew irid jiġi kkonsultat mill-Kunsill Ewropew dwar ir-reviżjoni tal-parti tal-Protokoll nru 36, annessa mat-Trattat ta' Lisbona, li tittratta d-dispożizzjonijiet transitorji marbuta mal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, |
F. |
billi l-Kunsill Ewropew qed jipproponi li ma tissejjaħx Konvenzjoni u li l-Protokoll emendat jiġi adottat fil-qafas ta' Konferenza intergovernattiva, |
G. |
billi, fid-dawl tal-preċedent, mhuwiex meħtieġ li ssir Konvenzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda transitorja u ta' ambitu limitat tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat UE dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew biex jemenda l-Protokoll Nru 36 fil-qafas ta' Konferenza intergovernattiva, mingħajr ma ssir Konvenzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |