ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.047.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 047/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 047/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 047/03

Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 )

4

2011/C 047/04

Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 )

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 047/05

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 047/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 047/07

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.11.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 144/10

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

O&O-steun aan Rekkof

Il-bażi legali

Kaderwet EZ-subsidies; O&O-programma Civiele Vliegtuigontwikkeling

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

Baġit globali: EUR 19,72 miljun

L-intensità

33 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerie van Economische Zaken

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 336/10

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Breitband Austria Zwanzigdreizehn

Il-bażi legali

Sonderrichtlinie Breitband Austria Zwanzigdreizehn

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 10 miljun

Baġit globali: EUR 26 miljun

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Verkehr, Innovation und Technologie

Ghegastrabe 1

1030 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Frar 2011

2011/C 47/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3440

JPY

Yen Ġappuniż

112,15

DKK

Krona Daniża

7,4568

GBP

Lira Sterlina

0,84000

SEK

Krona Żvediża

8,7562

CHF

Frank Żvizzeru

1,3065

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8770

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,235

HUF

Forint Ungeriż

272,35

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7058

PLN

Zloty Pollakk

3,9436

RON

Leu Rumen

4,2490

TRY

Lira Turka

2,1460

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3430

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3280

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4735

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7797

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7233

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 511,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8273

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8662

HRK

Kuna Kroata

7,4120

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 978,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,1026

PHP

Peso Filippin

58,667

RUB

Rouble Russu

39,3787

THB

Baht Tajlandiż

41,368

BRL

Real Brażiljan

2,2438

MXN

Peso Messikan

16,1932

INR

Rupi Indjan

61,1520


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/4


Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/03

Għajnuna Nru: XF 18/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Aquaculture Innovation and Technology Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 700 000,00 fis-sena għall-perjodu bejn l-2010 u l-2014

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tan-nefqa eliġibbli għal proġetti ta' investiment promossi mis-settur privat

Data tad-dħul fis-seħħ: It-23 ta' Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata: sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: Mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet tal-Iskema ta' Innovazzjoni u Teknoloġija tal-Akkwakultura (Aquaculture Innovation and Technology Scheme) huma mmirati biex jippromwovu l-investiment f'teknoloġija innovattiva u biex jipprovaw din it-teknoloġija f'kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċijiet u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib f'saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 11 u 21.

Attività kkonċernata: L-investiment f'teknoloġija innovattiva u fil-prova ta' din it-teknoloġija f'kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċijiet u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib f'saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie

Ġustifikazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-prijorità tal-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd ingħatat għall-irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd. L-iżvilupp tal-akkwakultura se jiġi ffinanzjat mill-Gvern Irlandiż mill-allokazzjonijiet annwali tat-Teżor fil-vot ta' An Bord Iascaigh Mhara, inkluż fil-vot tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.

Għajnuna Nru: XF 23/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Aquaculture Innovation and Technology Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 700 000,00 fis-sena għall-perjodu mill-2010 sal-2014

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tan-nefqa eliġibbli għal proġetti ta' investiment promossi mis-settur privat

Data tad-dħul fis-seħħ: It-23 ta' Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata: sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: Mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet tal-Iskema ta' Innovazzjoni u Teknoloġija tal-Akkwakultura (Aquaculture Innovation and Technology Scheme) huma mmirati biex jippromwovu l-investiment f'teknoloġija innovattiva u jipprovaw din it-teknoloġija skont kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċi u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sostenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib fis-saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 11 u 21.

Attività kkonċernata: L-investiment fit-teknoloġija innovattiva u tipprova din it-teknoloġija skont kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabilixxu l-fattibiltà teknika u ekonomika tal-ispeċi u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib fis-saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħilijiet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie

Motivazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-prijorità tal-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd ingħatat għall-irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd. L-iżvilupp tal-akkwakultura se jiġi ffinanzjat mill-Gvern Irlandiż mill-allokazzjonijiet annwali fil-vot tat-Teżor ta' An Bord Iascaigh Mhara, inkluż fil-vot tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.

Għajnuna Nru: XF 36/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Seafood Graduate Development Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 250 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa massimu ta' 40 % tal-proġetti tas-settur privat eliġibbli u sa 100 % tal-proġetti pubbliċi mwettqa fl-interess kollettiv minn korpi pubbliċi u/jew minn istituzzjonijiet ta' riċerka.

Data tad-dħul fis-seħħ: Id-data operattiva hi l-1 ta' Novembru 2010.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema huwa li tappoġġa l-iżvilupp tas-settur permezz tal-iskjerament ta' gradwati speċjalizzati fl-iżvilupp/fil-kummerċjalizzazzjoni tan-negozju u l-ħiliet fl-iżvilupp ta' prodott ġdid tal-frott tal-baħar.

Din l-Iskema hi mħallsa skont l-Artikoli 17, 21 u 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 17, 21 u 23.

Attività kkonċernata: Il-Produzzjoni tal-Frott tal-Baħar, is-Setturi tal-Ipproċessar u tal-Kummerċ.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie/templates/text_content.asp?node_id=1085

Motivazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza mill-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd kienu prijoritizzati għal Miżuri oħra, b'mod partikolari, għall-Irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd, għas-Sistemi ta' Sajd li Jħarsu l-Ambjent, għall-Immaniġġjar tas-Sajd mal-Kosta u għall-Assi 4.


15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/7


Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/04

Għajnuna Nru: XF 19/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-intrapriza li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Guardamar del Segura y la Cofradía de pescadores de Guardamar del Segura para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Guardamar del Segura y la Cofradía de pescadores de Guardamar del Segura para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna mogħtija ad hoc: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-infiq eliġibbli (il-50 % l-oħra se jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta' Guardamar del Segura)

Data tad-dħul fis-seħħ: is-27 ta' Mejju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali indika:

Fil-każ ta’ skema: id-data sa meta tista’ tingħata l-għajnuna;

X

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data ppjanata tal-aħħar pagament li għandu jitħallas 31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' żieda fil-valur, l-iżvilupp ta' swieq ġodda jew it-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti friski tas-sajd

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti friski tas-sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aytoguardamar2010.pdf

Ġustifikazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES): Dan huwa każ ta' għajnuna ffinanzjata mill-fondi tal-Generalitat stess, li mhijiex kofinanzjata mal-FES, u għalhekk mhix inkluża fil-Programm Operazzjonali Spanjol għas-sajd.

Għajnuna Nru: XF 20/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Gandía y la Cofradía de pescadores de Gandía para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Gandía y la Cofradía de pescadores de Gandía para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna mogħtija ad hoc: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-infiq eliġibbli (il-50 % l-oħra se jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta' Gandia).

Data tad-dħul fis-seħħ: is-27 ta' Mejju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali; indika:

Fil-każ ta’ skema: id-data sa meta tista’ tingħata l-għajnuna;

X

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data ppjanata tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: 31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' żieda fil-valur, l-iżvilupp ta' swieq ġodda jew it-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti friski tas-sajd

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti friski tas-sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aytoguardamar2010.pdf

Ġustifikazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES): Dan huwa każ ta' għajnuna ffinanzjata mill-fondi tal-Generalitat stess, li mhijiex kofinanzjati mal-FES, u għalhekk mhix inkluża fil-Programm Operazzjonali Spanjol għas-sajd.

Għajnuna Nru: XF 21/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Benicarló y la Cofradía de pescadores de Benicarló para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Benicarló y la Cofradía de pescadores de Benicarló para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna mogħtija ad hoc: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-infiq eliġibbli (il-50 % l-oħra se jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta' Benicarló).

Data tad-dħul fis-seħħ: is-27 ta' Mejju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali; indika:

Fil-każ ta’ skema: id-data sa meta tista’ tingħata l-għajnuna;

X

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data ppjanata tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: 31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' żieda fil-valur, l-iżvilupp ta' swieq ġodda jew it-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti friski tas-sajd

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti friski tas-sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aytoguardamar2010.pdf

Ġustifikazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES): Dan huwa każ ta' għajnuna ffinanzjata mill-fondi tal-Generalitat stess, li mhijiex kofinanzjati mal-FES, u għalhekk mhix inkluża fil-Programm Operazzjonali Spanjol għas-sajd

Għajnuna Nru: XF 22/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Denía y la Cofradía de pescadores de Denía para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Denía y la Cofradía de pescadores de Denía para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna mogħtija ad hoc: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-infiq eliġibbli (il-50 % l-oħra se jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta' Denía).

Data tad-dħul fis-seħħ: It-12 ta' Ġunju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali; indika:

Fil-każ ta’ skema: id-data sa meta tista’ tingħata l-għajnuna;

X

fil-każ ta' xi għajnuna ad hoc: id-data ppjanata tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: 31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' żieda fil-valur, l-iżvilupp ta' swieq ġodda jew it-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti friski tas-sajd

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti friski tas-sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aytoguardamar2010.pdf

Ġustifikazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES): Dan huwa każ ta' għajnuna ffinanzjata mill-fondi tal-Generalitat stess, li mhijiex kofinanzjati mal-FES, u għalhekk mhix inkluża fil-Programm Operazzjonali Spanjol għas-sajd


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/10


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 47/05

1.   Il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika li, sakemm ma tinbediex reviżjoni skont il-proċedura segwenti, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt, kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 (1) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħol furfuriliku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Il-Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, B-1049 Brussell (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (3).

Il-prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Alkoħol furfuriliku

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju tal-antidumping

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 48)

10.12.2011


(1)  ĠU L 323, 10.12.2009, p. 48.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/06

1.

Fit-8 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APM Terminals BV (“APMT”), proprjetà tal-grupp AP Møller-Maersk A/S (“APMM”, id-Danimarka) u Bolloré SA (“Bolloré”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Meridian Port Services Limited (“Meridian Port Services”, il-Gana) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal APMM: l-iżvilupp u t-tħaddim ta' terminals tal-kontejners u attivitajiet relatati madwar id-dinja, tbaħħir tal-linja fil-kontejners, trasportazzjoni fuq l-art u loġistika, irmunkar fil-portijiet, tankers, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt u tal-gass, trasport bl-imnut kif ukoll bl-ajru,

għal Bolloré: servizzi madwar id-dinja ta’ trasport u ta’ loġistika, manifattura ta’ pellikoli tal-plastik, terminals tal-magni għall-biljetti, vetturi li jaħdmu bil-batteriji u bl-elettriku, distribuzzjoni tal-karburant fl-Ewropa, komunikazzjoni u midja, reklamar u kummerċjalizzazzjoni tal-pjantaġġuni fil-Kamerun, l-Istati Uniti u Franza,

għal Meridian Port Services: l-iżvilupp, ġestjoni u tħaddim ta’ terminal tal-kontejners fil-Port ta’ Tema fil-Gana, kif ukoll servizzi assoċjati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/12


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 47/07

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

LOUGH NEAGH EEL

Nru tal-KE: UK-PGI-0005-0796-10.02.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Lough Neagh Eel”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.7.

Ħut, molluski u krostaċji friski, flimkien ma' prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

“Lough Neagh Eel” hu l-isem mogħti kemm lis-sallur selvaġġ Isfar (“Yellow”, magħruf lokalment bħala l-Kannella – “Brown”) kif ukoll lil dak Fiddi (matur, “Silver”) tal-ispeċi Anguilla anguilla (Sallura) maqbud fiż-żona ddefinita. Din l-applikazzjoni tkopri biss sallur frisk.

Il-“Lough Neagh Eels” għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Daqs kbir (tul minimu ta' 40 cm, piż bejn 150 u 600 g)

Kontenut ogħla ta' xaħam minn sallur li ġej minn lokalitajiet oħra (il-“Lough Neagh eels” maturi għandhom madwar 23 % xaħam).

Il-“Brown/Yellow Eels” li huma iżgħar fiż-żmien, għandhom kulur aħdar skur bi sfumatura ta' kannella fl-isfar.

Is-“Silver Eels” akbar fiż-żmien huma suwed bi sfumatura lewn il-fidda.

Il-“Lough Neagh Eels” għandhom ras dejqa u denb qasir b'ġisem tond.

Il-laħam tas-sallura friska, meta msajjar hu abjad, tari u mpaħpaħ b'togħma terrena

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Ma hu pprovdut l-ebda għalf. Is-sallur jiekol fis-selvaġġ.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Is-sallur irid jinqabad fiż-żona ddefinita bl-użu tal-metodu ta' xlief twil jew tal-għeżula tal-mitlaq fil-Lough Neagh jew maqbud bi lqugħ fissi mill-bokka tal-Lough san-naħa ta' Isfel tax-Xmara Bann.

Għall-prodotti pproċessati bħas-sallura ffumikata, l-indikazzjoni ġeografika (“Lough Neagh Eels”) tirreferi għall-materja prima, il-“Lough Neagh Eels” frisk.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Il-Lough Neagh fl-Irlanda ta' Fuq u n-naħa ta' Isfel tax-Xmara Bann, mill-plajja tat-Tramuntana tal-Lough Neagh sa Cutts f'Coleraine.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Lough Neagh hu l-akbar lag fil-Gżejjer Britaniċi u hu l-ħames l-akbar lag fl-Ewropa, billi jkopri 150 mil kwadru. Jirċievi l-ilma minn numru ta' xmajjar u jnixxi fil-baħar permezz tan-naħa ta' Isfel tax-Xmara Bann fil-plajja tat-Tramuntana tal-Lough.

In-numru kbir ta' xmajjar li jferrgħu fil-Lough jirriżultaw f'depożiti għolja ta' residwi fil-Lough. Dawn ir-residwi huma skuri ħafna u magħmula minn ħama u tafal, materja organika u frustuli diatomi. Il-ħama u t-tafal jiġu primarjament mill-materjal fil-wiċċ tal-ilma imkaxkar mill-ilmijiet tax-xmajjar filwaqt li l-materja organika toriġina parti minn sorsi ta' qbid u parti oħra minn materjal prodott fil-lag stess. In-natura u d-daqs tagħhom jagħmluhom abitat ideali għan-numru kbir ta' invertebrati, b'mod partikolari l-larvi tad-dubbiena Chironomid li huma magħrufa li jiddominaw il-komunitajiet bentiċi fil-lag u li jiffurmaw il-biċċa l-kbira tal-ikel tas-sallura.

Il-Lough hu mimli nutrijenti (ipertrofiċi) u hu kontinwament espost għall-arja minn irjieħ ta' ċirkolazzjoni, li jiżguraw li n-natura arrikkita tal-lag ma tirriżultax f'nuqqas drammatiku ta' ossiġenu fix-xhur aktar sħan.

Il-frieħ tas-sallur jemigraw mill-Baħar Sargasso lejn it-Tramuntana matul il-Kurrent tal-Golf lejn l-Oċean Atlantiku. Isegwu l-Kurrent tal-Atlantiku tan-Nord lejn l-Irlanda. Jilħqu fejn tasal il-marea tax-Xmara Bann fil-kosta tat-Tramuntana tal-Irlanda ta' Fuq f'Coleraine fejn jiġu jew maqbuda u ttrasportati permezz ta' trakkijiet, jew jgħumu 'l fuq lejn il-Lough Neagh. Hekk kif jaslu fil-Lough, jiefqu, jieklu u jikbru sakemm ikunu lesti biex imorru lura fil-Baħar Sargasso biex ibidu. Meta jikbru għal kollox, jiefqu jieklu u istintivament jmorru lura fiż-żoni tal-bidien. L-unika rotta diretta għas-sallur biex imur lura fil-baħar hi permezz tan-naħa ta' Isfel tax-Xmara Bann.

Il-“Lough Neagh Eels” huma maqbuda bi tliet modi tradizzjonali differenti, żewġ metodi differenti għas-Sallur “Yellow” u t-tielet metodu għas-Sallur “Silver”:

Is-Sallur “Yellow”

Il-metodu tax-xlief twil

Is-sajjieda jagħmlu sa erba' linji tan-najlon bejn wieħed u ieħor b'tul ta' mil, b' madwar 400 sunnara llixkata mqabbda ma' kull linja. Imbagħad dawn il-linji jiġu “merfugħa” fis-siegħat bikrin tal-għada filgħodu. Dan jinvolvi li l-linja tinġab abbord bl-idejn u li tinħażen kull sallura maqbuda fi btieti li jiġi ppumpjat ilma frisk ġo fihom, sabiex titnaqqas il-mortalità.

Il-qabda tiddaħħal ix-xatt, fejn kull sallura taħt is-16-il pulzier (40 ċm) fit-tul tittieħed lura fil-Lough, skont ir-regolamenti tas-Soċjetà Kooperattiva tas-Sajjieda ta' Lough Neagh (Lough Neagh Fisherman’s Co-operative Society), sabiex jiġu żgurati stokkijiet sostenibbli għall-futur.

L-għeżula tal-mitlaq

Il-ġbid manwali ta' xbiek twil sa 90 jarda (82,3 m) u fond 18-il jarda (16,5 m). Biex jinġibu lura l-ħbula mwaħħla max-xbieki jintużaw rmunkaturi idrawliċi, iżda x-xibka nnifisha trid tiġi rmunkata bl-idejn u mhux bid-dgħajsa. It-tkarkir tal-qiegħ għas-sallur huwa pprojbit biex jiġi protett il-qiegħ tal-Lough.

Is-sajjieda ta' spiss jiddependu fuq l-esperjenza jew fuq l-għarfien profond tal-Lough biex jillokalizzaw l-aqwa qbid taħt kundizzjonijiet varji ta' temp u ta' ambjent.

Meta jiddaħħal ix-xatt, is-sallur jiġi ggradat u dawk inqas minn 40 cm jittieħdu lura fil-Lough bħala parti mill-immaniġġjar sostenibbli tal-istokkijiet tas-sallur. Miżuri oħra sabiex tiġi mmaniġġjata s-sostenibbiltà tal-istokk jinkludu, l-istaġun magħluq, meta s-sajd ikun pprojbit u l-kwota ta' qbid ta' kuljum.

Is-Sallur “Silver”

Is-Sallur “Silver” huwa sallur li kiber fil-Lough Neagh u issa se jibda istintivament il-migrazzjoni tiegħu lejn it-Tramuntana lejn il-kosta u aktar il-quddiem għall-Baħar Sargasso biex jirriproduċi.

Is-Sallur “Silver” jista' jinqabad biss mill-1 ta' Ġunju sal-aħħar ta' Frar.

Jinqabdu fi lqugħ fissi f'Toome (Toomebridge), fil-ħarġa tal-Lough Neagh fil-plajja tat-Tramuntana, u f'Kilrea fin-naħa ta' Isfel tax-Xmara Bann, madwar15-il mil aktar lejn it-Tramuntana minn Lough Neagh.

Is-Sallur “Silver” jemigra biss fid-dlam, allura jiġi maqbud bil-lejl billi jitniżżlu l-isfel fix-xmara xbieki kbar coghill fl-ilqugħ fissi. Kull xibka hi biswit tank fix-xmara fejn jitiqiegħed is-sallur maqbud. Dawn it-tankijiet jistgħu jitgħollew jew jitbgħaxxew skont il-livell tal-ilma fix-xmara skont il-fluttwazzjoni ta' inżul ix-xita.

Imbagħad, is-sallur jittieħed fil-fabbrika tal-Kooperattiva għall-gradazzjoni u aktar 'il quddiem għat-trasportazzjoni, l-istess bħas-Sallur “Yellow”.

Sostenibbiltà u Mmaniġġjar tal-Istokkijiet

Is-sallura hi mniżżla fl-Anness II tas-CITES (Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu). Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea jipproponi li għandhom jiġu implimentati l-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tas-Sallur (Eel Management Plans).

Biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tas-Sallura fil-baċir ta' Neagh/Bann, twettaq il-Pjan ta' Mmaniġġjar tas-Sallur li kien żviluppat u mħaddem flimkien mas-Soċjetà Kooperattiva tas-Sajjieda ta' Lough Neagh. Iddaħħlu fis-seħħ numru ta' miżuri biex jinżammu l-istokkijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu mmaniġġjati prattikament biss permezz ta' sistema ta' liċenzjar, li hi mħaddma mis-Soċjetà. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq min jista' japplika għal liċenzja. L-isħubija mas-soċjetà mhix prerekwiżit meta tapplika għal liċenzja, iżda jekk jingħata liċenzja, is-sajjed jista' jsir membru tas-Soċjetà Kooperattiva.

Is-Soċjetà Kooperattiva tas-Sajjieda ta' Lough Neagh timmaniġġja s-sotenibbiltà tas-sajd tas-sallur permezz ta' numru ta' miżuri:

Kontroll fuq il-ħruġ ta' liċenzji. Il-Kooperattiva toħroġ madwar 180 liċenzja fis-sena. Il-propjetarju lliċenzjat tad-dgħajsa jrid ikun dejjem preżenti fuq id-dgħajsa meta jsir is-sajd.

Kontroll fuq il-metodi tas-sajd. Is-sajd għas-sallur jista' jsir biss bil-proċess ta' xlief twil jew tal-għeżula tal-mitlaq. Il-linji huma soġġetti għal numru massimu ta' snanar. Ġie stabbilit limitu ta' daqs kemm fuq id-dgħajsa kif ukoll fuq ix-xibka.

Kwoti ta' qbid. Ġiet stabbilita kwota ta' qbid ta' kuljum għal kull dgħajsa biex jiġi żgurat li fil-lough mhux qed isir sajd żejjed.

Daqs minimu ta' qbid. Is-sallur inqas minn 40 cm irid jittieħed lura fl-ilma mis-sajjieda. Jekk sallur żgħir wisq jintbagħat il-fabbrika, jittieħed lura fl-ilma mill-fabbrika u jistgħu jiġu mposti penalitajiet.

Operazzjoni ta' għeluq tal-istaġun. Is-sajd kemm għal sallur “yellow” kif ukoll għal sallur “silver” hu llimitat għal ċerti żminijiet fis-sena biex jippermetti r-riforniment mill-ġdid tal-istokkijiet.

Servizz ta' Protezzjoni. Ġie stabbilit servizz ta' protezzjoni 24 siegħa kuljum biex jiżgura li s-sajjieda lliċenzjati biss jistadu għas-sallur.

Operazzjoni ta' “qbid f'nasses u trasport”. Biex tgħin il-migrazzjoni “l ġewwa ta” sallur żgħir matul ix-Xmara Bann sa Lough Neagh, ħafna mis-sallur jiġi maqbud f'nasses u ttrasportat f'tankijiet sal-Lough biex jiżdied in-numru ta' sallur żgħir li ta' kull sena jasal fil-Lough.

Ħbula tradizzjonali tat-tiben. Il-ħbula tat-tiben huma magħmulin bl-idejn u mpoġġija matul il-mogħdijiet tas-sallur żgħir biex jgħinuh fil-passaġġ tiegħu biex jitla' 'l fuq tul il-Lough. Dan jgħin biex tiżdied ir-rata ta' suċċess ta' migrazzjoni 'l ġewwa lejn il-Lough.

Il-manteniment ta' fetħa (Queen's Gap) għall-passaġġ ta' Sallur “Silver” fl-ilqugħ fissi. Fetħa ta' 10 % (Queen's Gap) fejn ma jsirx sajd hi miżmuma fl-ilqugħ fejn is-sallur “Silver” huma maqbuda biex jippermetti lil xi ftit mill-istokk biex imur lura fiż-żoni tagħhom ta' tgħammir fil-Baħar Sargasso.

Ix-xiri ta' sallur żgħir minn żoni oħra biex ifornixxi r-reklutaġġ naturali tal-istokk. Fis-snin riċenti l-migrazzjoni naturali ta' sallur żgħir lejn Lough Neagh naqset, u għalhekk il-Kooperattiva tixtri sallur żgħir minn żoni oħra biex jikbru fil-Lough. Dan is-sallur żgħir jikber fil-Lough u għalhekk jagħtih il-karatteristiċi distinti tal-“Lough Neagh Eels”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-“Lough Neagh Eels” huma magħrufa sew madwar l-Ewropa minħabba l-kontenut għoli ta' xaħam li għandhom (is-sallur matur għandu madwar 23 % xaħam), li jagħmilhom ideali biex ikunu affumikati. Prattikament, is-sallur kollu minn Lough Neagh jiġi mibjugħ barra l-Irlanda. Uħud minnhom jmorru fis-suq ta' Billingsgate f'Londra, iżda l-biċċa l-kbira jmorru l-Pajjiżi l-Baxxi u fit-Tramuntana tal-Ġermanja, fejn jiġu affumikati.

Il-“Lough Neagh Eels” primarjament jieklu larvi invertebrati li huma predominanti fil-Lough Neagh. Din it-tip ta' alimentazzjoni tfisser li għandhom ras iktar dejqa meta mqabbla ma' sallur ieħor minn reġjuni oħra li jieklu ħut.

Is-sallur huwa maqbud permezz ta' tekniki sostenibbli ta' sajd li jiżguraw l-immaniġġjar tajjeb tas-sajd tas-sallur.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

It-tradizzjoni storika antika ħafna u t-tekniki użati għall-qbid tas-sallur fiż-żona ġeografika speċifikata jiffurmaw il-bażi tar-rabta maż-żona ġeografika. Barra minn hekk, l-applikazzjoni hi bbażata fuq il-fama tal-“Lough Neagh Eels” li għandhom kontenut ogħla ta' xaħam minn sallur ieħor li ġej minn żoni oħra.

Il-Lough Neagh huwa l-akbar lag ta' ilma ħelu fil-Gżejjer Britaniċi mogħni b'ħafna karatteristiċi speċifiċi kif deskritti fis-sezzjoni 5.1 li jagħtu lok għal abitat li jipprovdi ikel ta' valur għoli u jikkontribwixxi għall-kontenut iktar għoli ta' xaħam li hu uniku fis-sallur tal-Lough Neagh.

Hemm tradizzjoni storika li ilha għaddejja, b'evidenza li s-sajd għas-sallur selvaġġ seħħ fil-Lough Neagh sa minn Żmien il-Bronż. It-teknika għall-qbid tas-sallur fiż-żona ġeografika speċifikata ilha għaddejja ħafna u l-istess metodi għadhom jintużaw sal-lum.

Is-sajjieda għadhom jużaw ħafna mill-metodi tradizzjonali użati mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom. Huma maqbuda bl-użu tal-prattiċi sostenibbli mmaniġġjati mis-Soċjetà Kooperattiva tas-Sajjieda ta' Lough Neagh. Il-pratiċċi adottati jinkludu l-manteniment ta' “queens gap” li tipprovdi fetħa ta' 10 % fl-ilqugħ fissi tas-sallur biex tippermetti s-sallur “Silver” (matur) imur lura fiż-żoni ta' tgħammir fil-Baħar Sargasso.

L-importanza u l-fama tas-sajd tas-sallur fil-Lough Neagh huma evidenti matul l-istorja. Inkitbu ħafna poeżiji dwar is-sajjieda taż-żona stess u hemm numru ta' superstizzjonijiet mis-sajjieda tas-sallur. Iktar riċentement, skultura mibnija fil-belt ta' Toome li turi sallur jgħum, tirrifletti r-rilevanza li s-sajd tas-sallur għandu fl-istorja tal-lokal u fil-patrimonju taż-żona.

Ħafna mill-“Lough Neagh Eels” huma mibjugħa lill-kummerċjanti fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn jikklassifikaw il-“Lough Neagh eels” bħala l-aqwa fid-dinja biex ikunu affumikati. B'hekk, is-sallur minn Lough Neagh huwa mfittex ħafna u jġib prezzijiet ħafna ogħla minn sallur imrobbi jew minn sallur li ġej minn x'imkien ieħor.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/lough-neagh-eel-pgi.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.