ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.045.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 045/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2011 fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/37/KE fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Olandiżi fuq magna elettrika li taqta’ l-ħaxix bil-marka kummerċjali Intratuin, tip 07426 MD-2009-156 ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 045/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 045/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

2011/C 045/04

Deċiżjoni Nru H6 tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta' sigurtà soċjali ( 2 )

5

2011/C 045/05

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 045/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

12

2011/C 045/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 045/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6115 – Steinhoff/Conforama) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 045/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

21

2011/C 045/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

25

2011/C 045/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Frar 2011

fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/37/KE fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Olandiżi fuq magna elettrika li taqta’ l-ħaxix bil-marka kummerċjali Intratuin, tip 07426 MD-2009-156

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 45/01

1.   In-notifika mill-awtoritajiet Olandiżi

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/37/KE (1) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (li kienet applikabbli sad-29 ta’ Diċembru 2009) jistipula li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw illi l-makkinarju kopert mid-Direttiva jkun jista’ jinħareġ fis-suq u jiġi mħaddem biss jekk ma jipperikolax is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi jew ta’ proprjetà, meta jiġi installat u miżmum kif xieraq u użat skont l-għan maħsub għalih.

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jistipula li meta Stat Membru jaċċerta li makkinarju li juri l-marka CE użat skont l-għan li għalih ikun maħsub jista’ jipperikola s-sikurezza tan-nies, u, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirtira mis-suq makkinarju ta’ dan it-tip, jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, it-tħaddim jew l-użu tiegħu, jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura ta' dan it-tip, filwaqt li jindika r-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu.

Fit-3 ta' Settembru 2009, l-awtoritajiet Olandiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea miżura ta' projbizzjoni li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' magna elettrika li taqta’ l-ħaxix bil-marka kummerċjali Intratuin, tat-tip 07426. Il-makkinarju ġie manifatturat minn YAT Electrical Appliance Co., iċ-Ċina u tqiegħed fis-suq tal-UE minn Intratuin Trade & Logistics, PO Box 228, 3440 AE Woerden, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-fajl mgħoddi lill-Kummissjoni Ewropea kellu fih id-dokumenti li ġejjin:

“GS” ċertifikat Nru S 50121261 maħruġ minn TÜV Rheinland lil YAT Electrical Appliance Co., Ltd, North Shiwei Road, Yuxin Town, South Lake Zone, 314009, Jiaxing, Zheijang, iċ-Ċina fir-rigward ta’ magna elettrika li taqta’ l-ħaxix, tat-tip YT5124AB;

Ċertifikat ta’ Konformità mad-Direttiva dwar il-Makkinarju Nru AM 50121263 0001 maħruġ minn TÜV Rheinland għall-istess tip ta’ magna li taqta’ l-ħaxix;

Il-kuntratt tal-bejgħ SC0903028 maħruġ minn YAT Electrical Appliance Co., Ltd. 23-25 Maosheng Road, Lianghui Industrypark, Yuyao, Ningbo, iċ-Ċina, li jindika li r-referenzi tal-prodott YT5124AB u 07426 jirreferu għall-istess tip ta’ magna li taqta’ l-ħaxix.

Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, hija mistennija tiddikjara jekk issibx din il-miżura ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha xierqa fir-rigward tal-makkinarju kkonċernat, skont l-obbligi tagħhom fl-Artikolu 2(1).

2.   Ir-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta' konformità tal-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza li ġejjin tal-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard armonizzat Ewropew EN 60335-2-77:2000 – Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati elettriċi simili – Sigurtà – Parti 2-77: Rekwiżiti partikolari għal magni elettriċi għall-qtugħ tal-ħaxix f'lôn ikkontrollati minn min iħaddimhomi, li hija msemmija fiċ-ċertifikat “GS” tat-TÜV Rheinland:

“1.3.3. – Riskji minħabba oġġetti li jaqgħu jew joħorġu u 1.3.7. Il-prevenzjoni tar-riskji marbuta mal-partijiet li jiċċaqilqu

Il-magna li taqta’ l-ħaxix ħolqot riskju ta’ feriti għaliex il-kisi tond għall-protezzjoni tax-xafra li ddur ħareġ b’0,6 mm minflok dak mitlub ta’ 3 mm. Dan jista’ jwassal għal feriti serji b’riżultat ta’ oġġetti li joħorġu’ l barra.

1.7.4. –   Istruzzjonijiet

Informazzjoni dwar użu sikur tal-magna li taqta’ l-ħaxix dwar ħsad fuq niżla u sewqan / ġbid lura kienet nieqsa mill-istruzzjonijiet għall-użu.”

3.   L-opinjoni tal-Kummissjoni

Fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni kitbet lil Intratuin li qiegħdu il-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix Intratuin tat-tip 07426 fis-suq tal-UE, fejn stednithom biex jikkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-miżura li ttieħdet mill-awtoritajiet Olandiżi.

Fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni kitbet ukoll lil TÜV Rheinland li ħarġet ċertifikati ta’ konformità għall-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix tat-tip YT5124AB li kienu affermati li huma ekwivalenti għall-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix tat-tip 07426 soġġetta għall-miżura Olandiża.

Fit-tweġiba tagħhom tat-12 ta’ Awwissu 2010, TÜV Rheinland ikkonfermaw li huma kienu ħarġu ċ-ċertifikati Nru S 50121261 u AM 50121263 0001 għall-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix tat-tip YT5124AB. Huma stqarrew li l-kampjun li ġie ttestjat minnhom ma ppreżentax in-nuqqas ta’ konformitajiet identifikati mill-awtoritajiet Olandiżi. Huma stqarrew ukoll li huma ma kinux mgħarrfa dwar il-magna elettrika li taqta’ l-ħaxix tat-tip Intratuin 07426 u ma setgħux jikkonfermaw jekk iż-żewġ referenzi YT5124AB u 07426 rreferewx għall-istess prodott.

Sal-lum ma waslet ebda tweġiba minn Intratuin.

Il-Kummissjoni tosserva li la Intratuin u lanqas TÜV Rheinland ma kkontestaw il-miżura li ttieħdet mill-awtoritajiet Olandiżi. Il-kuntratt ta’ bejgħ bejn YAT u Intratuin jindika li l-magni elettriċi li jaqtgħu l-ħaxix mibjugħa lil Intratuin kienu identifikati skont ir-referenza YT5124AB li hija r-referenza koperta biċ-ċertifikati Nru S 50121261 u AM 50121263 0001 maħruġa minn TÜV Rheinland.

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Olandiżi wrew li l-makkinarju soġġett għall-miżura restrittiva ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fuq. Dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità huma ta’ riskju serju għall-persuni li jużaw il-makkinarju inkwistjoni.

Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura mitluba, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi hija ġġustifikata.

Magħmula fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 45/02

Fid-19 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6053. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Frar 2011

2011/C 45/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3524

JPY

Yen Ġappuniż

113,01

DKK

Krona Daniża

7,4566

GBP

Lira Sterlina

0,84570

SEK

Krona Żvediża

8,8022

CHF

Frank Żvizzeru

1,3163

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9300

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,250

HUF

Forint Ungeriż

271,67

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7040

PLN

Zloty Pollakk

3,9193

RON

Leu Rumen

4,2583

TRY

Lira Turka

2,1575

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3544

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3464

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5411

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7869

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7358

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 525,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8878

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9164

HRK

Kuna Kroata

7,4110

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 107,49

MYR

Ringgit Malażjan

4,1413

PHP

Peso Filippin

59,354

RUB

Rouble Russu

39,6880

THB

Baht Tajlandiż

41,722

BRL

Real Brażiljan

2,2586

MXN

Peso Messikan

16,3513

INR

Rupi Indjan

61,7880


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/5


DEĊIŻJONI Nru H6

tas-16 ta’ Diċembru 2010

dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta' sigurtà soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2011/C 45/04

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TA’ SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Waqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(t) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprovdi għad-definizzjoni ta’ “perjodu ta’ assigurazzjoni”. Isegwi mill-kliem tal-Artikolu 1(t) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li l-perjodi trattati per sé huma ekwivalenti għal perjodi ta’ assigurazzjoni u m'hemmx il-ħtieġa li jkunu ekwivalenti għal perjodi ta' kontribuzzjonijiet.

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprovdi għall-prinċipju ta' aggregazzjoni tal-perjodi. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat b'mod uniformi li jinkludi l-aggregazzjoni tal-perjodi li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jgħoddu biss biex jikkwalifikaw għall-benefiċċju jew biex iżidu l-benefiċċju.

(3)

Il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tipprovdi li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni ta’ ċerti fatti jew avvenimenti m’għandux jinterfieri mal-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li, meta jiġi applikat il-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-perjodi ta’ assigurazzjoni kkomunikati per sé minn Stat Membru wieħed jeħtieġ li jiġu aċċettati mill-Istat Membru li qed jirċievi mingħajr ma jiddubita mill-kwalità tagħhom.

(5)

Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li jiġi rikonoxxut il-prinċipju li l-Istati Membri jżommu l-ġurisdizzjoni biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom biex jagħtu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali – sakemm dawn il-kundizzjonijiet huma applikati b’mod mhux diskriminatorju – u biex jaffermaw li dan il-prinċipju ma jinbidilx bil-prinċipju ta' aggregazzjoni. Stat Membru li qed jirċievi jeħtieġ, bħala l-ewwel pass, jaċċetta l-perjodi kollha kkomunikati per sé biex jegħleb ostakli potenzjali meta jagħti bidu għal dritt u mbagħad, bħala t-tieni pass, jiddetermina jekk il-kundizzjonijiet nazzjonali speċjali humiex sodisfatti.

(6)

Id-definizzjoni ta' “perjodi ta' assigurazzjoni” jibqgħu kif inhuma fl-Artikolu 1(t) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 meta mqabbel mal-Artikolu 1(r) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

(7)

Minħabba li din id-deċiżjoni għandha l-għan li tipprovdi ċertezza legali, għandha tapplika biss f’każijiet li ġew deċiżi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni – sew jekk huma perjodi kontributorji jew perjodi trattati bħala ekwivalenti għal perjodi ta’ assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali – jissodisfaw l-idea ta' “perjodi ta' assigurazzjoni” għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

2.

Il-perjodi kollha għall-kontiġenza rilevanti li tlestew skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għandhom jiġu kkunsidrati biss billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi kif stabbilit fl-Artikoli 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. Il-prinċipju ta’ aggregazzjoni jeħtieġ li l-perjodi kkomunikati minn Stati Membri oħra għandhom ikunu aggregati mingħajr ma tiġi ddubitata l-kwalità tagħhom.

3.

Madankollu l-Istati Membri jżommu – wara li jkunu applikaw il-prinċipju ta’ aggregazzjoni skont il-Punt 2 – il-ġurisdizzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet l-oħra tagħhom biex jagħtu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali filwaqt li jikkunsidraw l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 – sakemm dawn il-kundizzjonijiet huma applikati b'mod mhux diskriminatorju – u dan il-prinċipju m'għandux jiġi affettwat mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

4.

Din id-Deċiżjoni tapplika biss għal każijiet li jiġu deċiżi wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

5.

L-eżempji mehmuża li jirrigwardaw l-applikazzjoni prattika tal-Punti 1, 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni huma parti minn din id-Deċiżjoni.

6.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Keyina MPEYE


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ANNESS

EŻEMPJI DWAR L-APPLIKAZZJONI PRATTIKA TAL-PUNTI 1, 2 U 3 TA' DIN ID-DEĊIŻJONI

Eżempji tal-applikazzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tad-Deċiżjoni:

Skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru A, il-persuna assigurata għandha 10 snin ta' perjodi kontributorji u sentejn ta' perjodi ekwivalenti li jgħoddu biss skont il-leġiżlazzjoni tiegħu għall-kalkolu.

Kif stabbilit skont it-Taqsima 1 tad-Deċiżjoni, hemm 12-il sena ta’ perjodi li għandhom jiġu kkomunikati lil Stat Membru B.

Kif stabbilit skont it-Taqsima 2 (u l-Premessa 2) tad-Deċiżjoni, l-Istat Membru B jeħtieġ jikkunsidra dawn it-12-il sena ta' perjodi perse għall-iskop ta' aggregazzjoni.

Eżempju tal-applikazzjoni tat-Taqsimiet 2 u 3 tad-Deċiżjoni:

Skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru A, il-persuna assigurata għandha 30 sena ta’ kontribuzzjonijiet marbuta mat-“twettiq bil-fatti ta’ xogħol”. Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru A tipprovdi, bħala kundizzjoni nazzjonali għall-pensjoni ta’ rtirar kmieni, li l-persuna kkonċernata għandha turi minn tal-inqas 35 sena ta’ kontribuzzjonijiet marbuta mat-“twettiq bil-fatti ta’ xogħol”.

Skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru B, il-persuna assigurata għandha sentejn ta’ studju (ikkomunikati bħala “perjodi ekwivalenti għall-istudju”) u 3 snin ta’ kontribuzzjonijiet marbuta mat-“twettiq bil-fatti ta’ xogħol”.

Kif stabbilit skont it-taqsima 2 tad-Deċiżjoni, l-Istat Membru A jeħtieġ jikkunsidra dawn il-5 snin ta' perjodi perse għall-iskop ta' aggregazzjoni (l-ewwel pass).

Kif stabbilit skont it-Taqsima 3 tad-Deċiżjoni, Stat Membru A mbagħad jivverifika jekk il-kundizzjonijiet nazzjonali l-oħra skont il-leġiżlazzjoni tiegħu humiex sodisfatti (hawnhekk it-“twettiq bil-fatti ta' xogħol”) u jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex applikati b'mod mhux diskriminatorju (it-tieni pass).

Minħabba li hemm 3 snin biss ta' kontribuzzjonijiet marbuta mat-“twettiq bil-fatti ta' xogħol” fi Stat Membru B, ir-rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru A li jkollu 35 sena ta’ “twettiq bil-fatti ta’ xogħol” mhuwiex sodisfatt. Skont is-suppożizzjoni li m’hemmx diskriminazzjoni (indiretta) ibbażata fuq in-nazzjonalità, m’hemmx bżonn li tingħata pensjoni għall-irtirar kmieni skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru A.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/8


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

2011/C 45/05

L-ispejjeż medji annwali ma jqisux it-tnaqqis ta' 20 % stipulati fl-Artikoli 94(2) u 95(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (1).

L-ispejjeż netti medji kull xahar tnaqqsu b'20 %.

L-ISPIŻA MEDJA TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2006

I.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li għandhom jiġu rimborżati rigward il-benefiċċji in natura pprovduti fl-2006 lill-membri tal-familja kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2) se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt:

 

Annwali

Netti Kull Xahar

il-Finlandja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema ta' kull età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Il-membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom taħt il-65 sena

EUR 1 167,41

EUR 77,83

II.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rimborżati rigward benefiċċji in natura pprovduti fl-2006 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt ( per capita biss mill-2002 ’il quddiem):

 

Annwali

Netti Kull Xahar

il-Finlandja (per capita)

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

EUR 4 540,17

EUR 302,68

L-ISPIŻA MEDJA TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2007

I.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li għandhom jiġu rimborżati rigward il-benefiċċji in natura pprovduti fl-2007 lill-membri tal-familja kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (3) se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt:

 

Annwali

Netti Kull Xahar

Ċipru

EUR 741,21

EUR 49,41

il-Finlandja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema ta' kull età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Il-membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom taħt il-65 sena

EUR 1 234,09

EUR 82,27

II.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rimborżati rigward benefiċċji in natura pprovduti fl-2007 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt ( per capita biss mill-2002 ’il quddiem):

 

Annwali

Netti Kull Xahar

Ċipru

EUR 991,21

EUR 66,08

il-Finlandja (per capita)

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

EUR 4 762,07

EUR 317,47

L-ISPIŻA MEDJA TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2008

I.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li għandhom jiġu rimborżati rigward il-benefiċċji in natura pprovduti fl-2008 lill-membri tal-familja kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt:

 

Annwali

Netti Kull Xahar

il-Greċja

EUR 1 251,34

EUR 83,42

Franza

EUR 2 278,83

EUR 151,92

il-Latvja

LVL 334,96

LVL 22,33

il-Pajjiżi l-Baxxi (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema ta' kull età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom inqas minn 65 sena

EUR 1 993,91

EUR 132,93

ir-Renju Unit

GBP 1 841,93

GBP 122,80

is-Slovakkja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom inqas minn 65 sena

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom inqas minn 65 sena

EUR 460,99

EUR 30,73

il-Finlandja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema ta' kull età

Pensjonanti taħt il-65 sena

Il-membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom taħt il-65 sena

EUR 1 312,09

EUR 87,47

II.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rimborżati rigward benefiċċji in natura pprovduti fl-2008 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt ( per capita biss mill-2002 ’l hawn):

 

Annwali

Netti Kull Xahar

il-Greċja

EUR 2 532,33

EUR 168,82

Franza

EUR 5 359,52

EUR 357,30

il-Latvja

LVL 398,89

LVL 26,59

il-Pajjiżi l-Baxxi (per capita)

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

EUR 9 423,45

EUR 628,23

ir-Renju Unit

GBP 3 598,65

GBP 239,91

is-Slovakkja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

EUR 1 401,46

EUR 93,43

il-Finlandja (per capita)

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

EUR 4 893,18

EUR 326,21

L-ISPIŻA MEDJA TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2009

I.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li għandhom jiġu rimborżati rigward il-benefiċċji in natura pprovduti fl-2009 lill-membri tal-familja kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt:

 

Annwali

Netti Kull Xahar

ir-Repubblika Ċeka (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom inqas minn 65 sena

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom inqas minn 65 sena

CZK 15 355,33

CZK 1 023,69

l-Estonja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom inqas minn 63 sena

Pensjonanti taħt it-63 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom inqas minn 63 sena

EEK 6 036,14

EEK 402,41

EUR 25,72

Spanja

EUR 1 244,87

EUR 82,99

l-Italja

EUR 2 428,26

EUR 161,88

l-Ungerija (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom inqas minn 65 sena

Pensjonanti taħt il-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom inqas minn 65 sena

HUF 85 093

HUF 5 673

l-Awstrija

EUR 1 828,35

EUR 121,89

Is-Slovenja (per capita – għal kull membru tal-familja ta' ħaddiem)

EUR 722,10

EUR 48,14

Liechtenstein

CHF 4 364,82

CHF 290,99

in-Norveġja

NOK 42 573

NOK 2 838

l-Isvizzera

CHF 2 751,28

CHF 183,42

II.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rimborżati rigward benefiċċji in natura pprovduti fl-2009 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż medji li jidhru hawn taħt ( per capita biss mill-2002 ’l hawn):

 

Annwali

Netti Kull Xahar

ir-Repubblika Ċeka (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

CZK 47 454,23

CZK 3 163,62

l-Estonja (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom ’il fuq mit-63 sena

Pensjonanti li għandhom 'il fuq mit-63 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mit-63 sena

EEK 15 325,26

EEK 1 021,68

EUR 65,30

Spanja

EUR 3 987,94

EUR 265,86

l-Italja

EUR 2 884,01

EUR 192,27

l-Ungerija (per capita)

Membri tal-familji tal-ħaddiema li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

Membri tal-familji tal-pensjonanti li għandhom ’il fuq mill-65 sena

HUF 246 892

HUF 16 459

l-Awstrija

EUR 4 852,14

EUR 323,48

is-Slovenja

EUR 1 896,16

EUR 126,41

Liechtenstein

CHF 9 272,22

CHF 618,15

in-Norveġja

NOK 77 133

NOK 5 142

l-Isvizzera

CHF 7 306,32

CHF 487,09


(1)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/12


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 45/06

Għajnuna Nru: XA 160/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na úhradu škôd na poľnohospodárskych plodinách spôsobených nepriaznivou poveternostnou udalosťou, ktorú možno prirovnať k prírodnej katastrofe pre mikro, malé a stredné podniky.

Bażi legali:

§ 5 zákona č. 267/2010 Z. z. z 10. júna 2010 o poskytovaní dotácie na kompenzáciu strát spôsobených nepriaznivou poveternostnou udalosťou, ktorú možno prirovnať k prírodnej katastrofe, prírodnou katastrofou alebo mimoriadnou udalosťou,

L-Artikoli 11 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001,

L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, ĠU L 214, 9.8.2008,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-volum ta’ finanzjament ippjanat taħt l-iskema għall-2010 huwa ta' EUR 10 miljun.

Il-volum totali ta’ finanzjament ippjanat taħt l-iskema għall-perjodu mill-2010 sal-2013 huwa ta' EUR 40 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: 80 % tat-telf, fejn il-produttur huwa assigurat u xtara polza ta' assigurazzjoni li tkopri minn tal-inqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu u fejn l-assigurazzjoni tkopri l-avvenimenti tat-temp l-aktar sinifikanti statistikament fir-Repubblika Slovakka, kif stabbilit mill-Istitut Slovakk għall-Idrometerjoloġija (Slovenský hydrometeorologický ústav),

90 % tat-telf, fejn il-produttur jaħdem f'żona żvantaġġata u xtara polza ta' assigurazzjoni li tkopri minn tal-inqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu u fejn l-assigurazzjoni tkopri l-avvenimenti tat-temp l-aktar sinifikanti statistikament fir-Repubblika Slovakka, kif stabbilit mill-Istitut Slovakk għall-Idrometerjoloġija (Slovenský hydrometeorologický ústav),

40 % tat-telf, fejn il-produttur mhuwiex assigurat u ma xtarax polza ta' assigurazzjoni li tkopri inqas minn 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu,

45 % tat-telf, fejn il-produttur jaħdem f'żona żvantaġġata, mhuwiex assigurat jew ma xtarax polza ta' assigurazzjoni li tkopri inqas minn 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu.

Is-sussidju jista' jingħata f'każijiet fejn it-telf huwa minn tal-inqas ta' EUR 2 000.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tingħata numru ta' identifikazzjoni u l-informazzjoni fil-qosor tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

L-iskema hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=4016

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tipprovdi kumpens għal ħsara kkawżata lill-produzzjoni primarja tal-impjant bħala riżultat ta' avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali.

Taħt din l-iskema, partikolarment jingħata kumpens jekk il-ħsara tiġi kkawżata minn:

Avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali huwa wieħed li jeqred aktar minn 30 % tal-produzzjoni medja annwali ta' produttur partikolari ta' uċuħ fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla u l-inqas sena għar-razzett kollu.

Settur jew setturi benefiċjarji: Diviżjoni A – Agrikoltura, forestrija u sajd

01 – Produzzjoni ta' uċuħ u bhejjem, kaċċa u attivitajiet relatati ta' servizz

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerstvo pôdohospodárstva, životného prostredia a regionálneho rozvoja SR

Dobrovičova 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Indirizz tal-Internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=4016

Informazzjoni oħra: “Avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali” jfisser kundizzjonijiet ta' temp bħal ġlata, silġ, borra, xita jew nixfa li jeqirdu aktar minn 30 % tal-produzzjoni medja annwali ta' produttur partikolari fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla u l-inqas sena. Għalhekk, l-ispejjeż li ġejjin huma meqjusa bħala eliġibbli:

It-telf (tnaqqis fid-dħul) huwa kkalkulat billi tiġi mmultiplikata l-medja annwali ta' kwantità prodotta fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin (jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla u l-inqas sena) bil-prezz medju tal-bejgħ miksub u mbagħad billi tiġi mnaqqsa l-kwantità tal-prodott li ġie prodott fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv immultiplikata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena. It-telf ikkalkulat b'dan il-mod huwa mnaqqas minn kwalunkwe somma mnaqqsa taħt l-iskema ta' assigurazzjoni u bi spejjeż li mhumiex imġarrba b'riżultat tal-avvenimenti ta' temp ħażin. Il-kalkulazzjoni hija mwettqa fuq il-livell tar-razzett individwali.

L-għajnuna għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 2(8) u 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Għajnuna Nru: XA 190/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie Gebiedscoöperatie Oregional

Bażi legali: Besluit Milieusubsidies

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Għal din il-miżura ta' għajnuna, l-intensità massima tal-għajnuna se tkun ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli (ara taħt “Għan tal-għajnuna”)

Data tal-implimentazzjoni: Il-15 ta' Ottubru 2010. L-implimentazzjoni se tibda wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għotja tal-għajnuna individwali se titwettaq f'erba' pagamenti matul il-perjodu 2010-2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni tal-miżura tal-għajnuna huwa li tappoġġja intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-għan sekondarju huwa, li permezz tal-Gebiedscoöperatie Oregional, jinbiegħu prodotti agrikoli reġjonali sostenibbli b'mod strutturalment xieraq matul it-tliet snin li ġejjin fir-reġjun ta' Nijmegen. L-ikbar problema f'dan ir-rigward hija l-ibbilanċjar bejn il-provvista tal-prodott reġjonali u d-domanda. L-għan tal-proġett issussidjat huwa li jitneħħew l-ostakli sabiex id-domanda għall-prodotti agrikoli reġjonali sostenibbli, partikolarment min-naħa tal-istabbilimenti tal-kura, skejjel/kulleġġi, kantins tal-kumpaniji u lukandi, ristoranti u kafetteriji, tkun tista' tintlaħaq b'mod strutturalment xieraq.

Se jintużaw l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li ġejjin:

L-Artikolu 14 – Għajnuna biex tkun inkoraġġuta l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità

L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għal sussidju:

100 % tal-ispejjeż tar-riċerka tas-suq, tal-konċepiment u d-disinn tal-proġett,

100 % tal-ispejjeż għall-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità,

100 % tal-ispejjeż għat-taħriġ tal-persunal sabiex jiġu applikati skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità,

100 % tal-ispejjeż fi ħlasijiet imposti minn korpi taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni tal-bidu tal-assigurazzjoni tal-kwalità u sistemi simili.

L-Artikolu 15 – Għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għal sussidju:

l-ispejjeż fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-irziezet,

l-ispejjeż marbutin mas-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma huma relatati man-nefqa operattiva tas-soltu tal-intrapriża,

l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta’ forums u l-parteċipazzjoni fihom biex ikun skambjat l-għarfien bejn in-negozji, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri,

l-ispejjeż marbutin mat-tixrid tal-għarfien xjentifiku,

l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew siti tal-internet li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi li ġejjin minn ċertu reġjun jew dwar il-produtturi li jipproduċu ċertu prodott, dejjem jekk l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs għar-rappreżentanza fil-pubblikazzjoni.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kollha attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli imsemmijin fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerie van VROM

Postbus 20951

2500 EZ Den Haag

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.rijksoverheid.nl/documenten-en-publicaties/besluiten/2010/10/01/verstrekking-subsidie-project-duurzaam-inkopen-van-regionale-producten.html

Informazzjoni oħra: Sabiex jingħata dan is-sussidju, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 se jintuża wkoll ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa). L-ammont tas–sussidju huwa ta' EUR 1 miljun li se jintuża l-iktar għall-intrapriżi agrikoli. Il-bqija se jintefaq fuq l-SMEs.

Mhuwiex possibbli li jintqal min qabel liema intrapriżi se jirċievu l-għajnuna u kemm se jirċievu.

Għajnuna Nru: XA 191/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Lombardia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Misure regionali di sostegno degli allevamenti suinicolo colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini — indennizzi per mancato reddito per sospensione delle fecondazioni

Bażi legali: DGR n. 581 del 6.10.2010«Misure regionali di sostegno degli allevamenti suinicolo colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini — indennizzi per mancato reddito per sospensione delle fecondazioni»

L.R. 31/2008 (Testo unico Leggi Agricoltura) art. 18

Decreto DG Sanità n. 6929 del 26.6.2007

Decreto DG Sanità n. 9348 del 27.8.2007

Provvedimento DG Sanità prot. H1.2007.0046390 del 29.10.2007«Malattia vescicolare dei suini – intervento straordinario».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 2 000 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: Għajnuna ta' kumpens lil persuni li jrabbu l-annimali għat-telf ta' introjtu mġarrab minħabba s-sospensjoni tal-inseminazzjoni b'riżultat tal-miżuri meħuda mill-awtorità tas-saħħa biex tinqered il-marda veżikulari tal-ħnieżer.

Settur jew setturi benefiċjarji: A10406 – Trobbija tal-ħnieżer

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Lombardia

DG Agricoltura

Via Pola 12/14

20124 Milano MI

ITALIA

Indirizz tal-Internet: (ara “Tagħrif ieħor”)

Informazzjoni oħra: http://www.regione.lombardia.it, wara idħol fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”.

Għajnuna Nru: XA 196/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Basilicata

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Sostegno delle aziende agricole per l'abbattimento di frutteti colpiti da Sharka.

Bażi legali:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

legge 1 luglio 1997, n. 206 Norme in favore delle produzioni agricole danneggiate da organismi nocivi,

decreto del ministero delle politiche agricole, alimentari e forestali del 28 luglio 2009 recante lotta obbligatoria per il controllo del virus Plum pox virus (PPV), agente della «Vaiolatura delle drupacee» (Sharka),

delibera di Giunta Regionale n. 1591 del 21 settembre 2010 avente per oggetto:

Misure regionali di sostegno delle aziende frutticole colpite da Vaiolatura delle drupacee (Sharka), causate dall’agente patogeno Plum pox virus. Approvazione criteri e modulistica e contestuale apertura bando. Anno 2010.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont kumplessiv tal-iskema tal-għajnuna għall-perjodu kollu bejn l-1 ta' Novembru 2010 u t-30 ta' April 2011 huwa ta' EUR 328 000,00.

Intensità massima tal-għajnuna: Il-kumpens jiġi kkalkulat esklussivament skont il-prezz tas-suq tal-pjanti meqruda u skont it-telf tad-dħul minħabba l-obbligi ta' kwarantina u d-diffikultajiet marbutin maż-żrigħ mill-ġdid. L-entità għall-kumpens hija stabbilita skont kif jidher fit-tabella li ġejja:

Il-kontribut minimu li jista' jingħata lil kull benefiċjarju huwa stabbilit għal EUR 250,00 Għalhekk ma jistax jingħata kontribut għal ammonti li jkunu inqas.

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Novembru 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: It-30 ta' April 2011

Għan tal-għajnuna: Il-virus (Plum pox virus) jikkawża l-marda magħrufa bħala Sharka, u huwa magħruf bħala organiżmu li jagħmel il-ħsara li jeħtieġ kwarantina. Il-projbizzjoni tad-dħul u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni Ewropea u fl-Italja huwa provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 u mid-Digriet leġiżlattiv tad-19 ta' Awwissu 2005, Nru 214.

Il-gravità ta' din il-marda wasslet sabiex jinħareġ id-Digriet tat-28 ta' Lulju 2009, mill-Ministeru tal-politiki agrikoli, alimentari u forestali li jgħid “ġlieda obbligatorja sabiex jiġi kkontrollat il-virus Plum pox virus (PPV), li jikkawża x-Sharka”.

Il-miżuri għall-għajnuna għandhom l-għan li jeqirdu l-pjanti u l-ġonna bis-siġar tal-frott infettati.

F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, sabiex titħares il-kultivazzjoni tal-frott reġjonali, tqies li jkun xieraq li bi tkomplija ta' dak li twettaq fl-2008 u fl-2009, tiġi stabbilita skema ta' għajnuna bil-għan li tikkumpensa lill-produtturi tal-frott għall-ispejjeż tal-qerda tat-tifqigħat tal-marda. Il-kumpens jiġi kkalkulat esklussivament skont il-prezz tas-suq tal-pjanti meqruda u skont it-telf tad-dħul minħabba l-obbligi ta' kwarantina u d-diffikultajiet marbutin maż-żrigħ mill-ġdid.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-kultivazzjoni tal-berquq, il-ħawħ u n-nuċiprisk.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Regione Basilicata — Dipartimento agricoltura, sviluppo rurale, economia montana

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.basilicata.it/giunta/site/giunta/department.jsp?dep=100049&area=111544&otype=1058&id=538603

Informazzjoni oħra: B'mod kumplessiv, il-ġonna tas-siġar tal-frott infettati bix-Sharka u aċċertati uffiċjalment fl-2010 u li diġà inqerdu huma 12. Dawn ikopru erja kumplessiva ta' 22 ettaru.

Għajnuna Nru: XA 198/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Sardegna

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola).

Aiuti a favore delle aziende colpite da tubercolosi bovina nel periodo 1o gennaio 2009-31 dicembre 2010. Spesa 300 000 EUR.

Bażi legali: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23

Deliberazione della Giunta regionale n. 32/25 del 15 settembre 2010 recante «Aiuti per la perdita di reddito a favore delle aziende colpite da tubercolosi bovina nel periodo 1o gennaio 2009-31 dicembre 2010». Spesa 300 000 EUR.

Deliberazione della Giunta regionale n. 13/26 del 4 marzo 2008 — All. B

Deliberazione della Giunta regionale n. 34/19 del 19 giugno 2008 — All. B

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-allokazzjoni sħiħa finanzjarja tal-għajnuna, li tkopri t-telf li sar fl-2009 u fl-2010, tammonta kumplessivament għal EUR 300 000,00.

Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għal telf ta' introjtu:

100 % tat-telf tal-introjtu kkalkulat skont il-proċedura speċifikata fil-punt 2 tar-regoli ta' implimentazzjoni stipulati fl-Anness B) għad-Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali (DGR) Nru 34/19 tad-19 ta’ Ġunju 2008.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tapplika b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Għall-2009: sal-31 ta' Diċembru 2012

Għall-2010: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għal telf ta' introjtu tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni ta' annimali: il-bhejjem bovini

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09125 Cagliari CA

ITALIA

Indirizz tal-Internet:

 

deliberazione n. 32/25 del 15 settembre 2009:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20100920141740.pdf

 

deliberazione n. 13/26 del 4 marzo 2008:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_73_20080306104215.pdf

 

allegato B:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_73_20080306104251.pdf

 

deliberazione n. 34/19 del 19 giugno 2008:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20080619175155.pdf

 

allegato B:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20080624123014.pdf

Informazzjoni oħra: L-għajnuna hija intenzjonata biex tikkumpensa s-sidien tal-irziezet tal-bhejjem bovini fir-reġjun fejn kien hemm tifqigħa tat-tuberkolożi bovina għat-telf imġarrab mill-applikazzjoni tal-miżuri ta' restrizzjoni imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa, fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2010, skont il-pjan biex tinqered it-tuberkolożi bovina.

projbizzjoni ta' riproduzzjoni (inqas twelid ta' għoġġiela tas-simna = tnaqqis fil-produzzjoni tal-laħam = telf ta' introjtu),

projbizzjoni ta' stokkjar mill-ġdid (dan iwassal għal diffikultajiet fil-bini mill-ġdid tal-merħla wara l-qtil obbligatorju, u għalhekk tnaqqis fit-twelid ta' għoġġiela tas-simna = tnaqqis fil-produzzjoni tal-laħam = telf ta' introjtu).

Il-benefiċjarji maħsuba għal din l-għajnuna, jiġifieri l-irziezet li jipprattikaw trobbija estensiva u semiestensiva ta' bhejjem, bħala regola ġenerali ma jġarrbux spejjeż biex jixtru magħlef prodott barra mir-razzett, għax l-annimali adulti, kemm il-baqar kif ukoll il-barrin, prinċipalment jingħataw għalf selvaġġ li jikber fir-razzett u b'hekk id-densità ta' unitajiet ta' bhejjem (LU) għal kull ettaru hi bbażata fuq l-għalf naturali disponibbli, filwaqt li l-għoġġiela jingħataw il-ħalib ta' ommijiethom u jinbiegħu malli jinfatmu.

Għal din ir-raġuni, l-ispejjeż ta' produzzjoni mhumiex imġarrba mill-irziezet għax ir-restrizzjonijiet imposti indikati hawn fuq ma għandhomx ikunu mnaqqsa mill-ammont ta' għajnuna.

Madanakollu, se titnaqqas mill-għajnuna mogħtija kull somma li l-bdiewa jirċievu permezz ta' skemi ta' assigurazzjoni ssussidjati jew volontarji.

Bianca CARBONI

Direttore Servizio sostegno delle imprese agricole e sviluppo delle competenze


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/18


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 45/07

Għajnuna Nru: XA 202/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Freie und Hansestadt Hamburg

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinie für die Gewährung von Beihilfen für Impfungen gegen die Blauzungenkrankheit vom Serotyp 8 (BTV 8) bei Rindern, Schafen, Ziegen und sonstigen empfänglichen Tieren (BTV 8-Beihilfe-Richtlinie)

Bażi legali: § 7 Absatz 1 Nummer 3 des Hamburgischen Ausführungsgesetzes zum Tierseuchengesetz vom 6. Februar 2007 (HmbGVBl. S. 68), zuletzt geändert am 6. April 2010 (HmbGVBl. S. 260)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Hemm stmat baġit ta’ EUR 7 500 fis-sena għall-għoti tal-għajnuna skont il-linji gwida dwar l-għajnuna għas-serotip nru 8 tal-marda tal-“bluetongue”.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż tat-tilqim

Data tal-implimentazzjoni: Minn meta l-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-miżura tal-għajnuna

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Il-ġlieda kontra l-marda tal-“bluetongue” (is-serotip nru 8) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-bdiewa li għandhom bhejjem suxxettibbli għas-serotip nru 8 tal-vajrus tal-marda tal-“bluetongue” (l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju biss fi ħdan it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3)).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Behörde für Soziales, Familie, Gesundheit und Verbraucherschutz Fachabteilung Lebensmittelsicherheit und Veterinärwesen

Billstraße 80

20539 Hamburg

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.hamburg.de/contentblob/1371778/data/beihilfe-blauzungenkrankheit.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 203/10

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Ir-reġjuni kollha

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Maßnahmen zur Verbesserung der genetischen Qualität landwirtschaftlicher Nutztiere

Bażi legali: Rahmenplan der Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes (GAK) für den Zeitraum 2010-2013”

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 20 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 60 %

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Jannar 2011

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 16 – il-promozzjoni tat-trobbija ta’ bhejjem produttivi

L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna huma dawk li l-bidwi jġarrab għal:

l-identifikazzjoni regolari u skont il-pjan ta’ karatteristiċi li jistgħu jkunu influwenzati mit-trobbija bħala parti mill-programmi tat-trobbija ta’ organizzazzjonijiet magħrufin tat-trobbija jew biex jitqabblu l-iskemi differenti tat-trobbija jew il-programmi differenti ta’ taħlit tar-razez ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, u l-ġbir, il-valutazzjoni ta’ bejn l-irziezet għall-għanijiet tal-programm tat-trobbija u l-evalwazzjoni ta’ parametri tas-saħħa tal-annimali, tal-kundizzjonijiet tat-trobbija tal-annimali, tal-għalf għall-annimali u tal-ġestjoni tal-azjenda,

l-ipproċessar u l-forniment tad-dejta miġbura għall-għoti ta’ pariri, b’mod speċjali dwar it-titjib tas-saħħa tal-annimali u t-titjib tal-istandards għall-ħarsien ambjentali u tal-benesseri tal-annimali,

l-evitar tat-tniġġis ambjentali u t-tkabbir ta’ prodotti li ma jagħmlux ħsara lis-saħħa,

l-ipproċessar tad-dejta miġbura sabiex tiġi stabbilita l-kwalità ġenetika tal-annimali biex ikun hemm progress fit-trobbija u biex tinżamm id-diversità ġenetika.

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija ta’ bhejjem produttivi (il-baqar, il-ħnieżer u n-nagħaġ)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Agrarministerien der Länder

Indirizz tal-Internet: http://www.bmelv.de/cln_181/sid_971CCA44FC3F68E872B1F27075851F06/SharedDocs/Downloads/Landwirtschaft/Foerderung/Rahmenplan2010-2013.pdf?blob=publicationFile

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 204/10

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Thüringen (DEG0)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse

Bażi legali: § 7 Abs. 2 und § 20 Thüringer Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz (Thüringer Tierseuchengesetz – ThürTierSG-) in der Fassung vom 30. März 2010 (GVBl. 2010, S. 89) in Verbindung mit der Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung in der Fassung der 3. Änderungssatzung vom 30. September 2010)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna totali ta’ madwar EUR 3,151 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 %.

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Jannar 2011, iżda mhux qabel ma l-Kummissjoni Ewropea toħroġ in-numru tal-identifikazzjoni tal-iskema

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna:

Biex jingħata kumpens għall-ispejjeż li l-bdiewa jġarrbu minħabba l-kontrolli tas-saħħa, it-testijiet u miżuri oħra għall-għarfien bikri tal-mard, minħabba x-xiri u l-użu ta’ tilqim jew ta’ mediċini b’rabta mal-qerda u mal-prevenzjoni tal-mard tal-bhejjem skont it-tifsira tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 –,

Biex jingħata kumpens għat-telf li jġarrbu l-bdiewa minħabba l-mard tal-bhejjem skont it-tifsira tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

l-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 –,

l-ispejjeż eliġibbli: ara l-Anness 1 tad-digriet dwar l-għajnuna mogħtija mill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Thüringen (id-digriet dwar l-għajnuna)

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija tal-bhejjem (is-settur A104 tan-NACE)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Thüringer Tierseuchenkasse (Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Thüringen)

Victor-Goerttler-Straße 4

07745 Jena

DEUTSCHLAND

Posta elettronika: direkt@thueringertierseuchenkasse.de

Indirizz tal-Internet: Id-digriet dwar l-għajnuna mogħtija mill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Thüringen (id-digriet dwar l-għajnuna):

http://www.thueringertierseuchenkasse.de/Download/Beihilfesatzung2011.pdf

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6115 – Steinhoff/Conforama)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 45/08

1.

Fit-3 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Steinhoff International Holdings Limited (“Steinhoff”, l-Afrika ta’ Isfel) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Conforama Group (“Conforama”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Steinhoff: il-manufattura, bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ għamara u oġġetti għad-dar, forniment ta’ servizzi ta’ loġistika u ħażna,

għal Conforama: bejgħ bl-imnut tal-għamara, tagħmir domestiku, oġġetti għat-tiżjin, apparat elettroniku u elettronika tal-konsumatur.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6115 – Steinhoff/Conforama, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 45/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NATIVE SHETLAND WOOL”

Nru tal-KE: UK-PDO-0005-0737-19.01.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Native Shetland Wool”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 3.6.

Suf

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

In-Native Shetland Wool irid jiġi minn ngħaġ tar-razza pura Shetland Sheep li jinżammu f'unitajiet organiċi fil-gżejjer Shetland bi standards organiċi. Il-piż tas-suf ta' kull nagħġa jvarja bejn kilo u 2 kili. Il-kulur tas-suf ivarja minn abjad għal firxa ta' kuluri naturali minn iswed għal kannella u griż.

In-ngħaġ jinżammu fuq l-għoljiet fiż-żona ġeografika ddefinita u jinġeżżu bejn Lulju u Awwissu. Il-ġeżż jista' jsir b'mod mekkaniku, bl-idejn jew bir-“rooing” – tnittif bis-swaba’.

Stadji tal-ipproċessar – imwettqa skont l-Istandard Globali tat-Tessuti Organiċi.

—   il-ħasil– il-ħasil tas-suf huwa l-ewwel pass essenzjali fil-produzzjoni ta' prodott ta' kwalità għolja. Is-suf jgħaddi jew minn ċiklu ta' ħasil qasir jew twil, b'temperaturi ta' bejn 20° u 25° u rregolati b'attenzjoni.

—   it-tnoqqija u l-għażil– il-fibri tas-suf imbagħad jitnaqqew u jintgħażlu ħalli tinfired il-fibra fina minn dik ħarxa u ħalli jitneħħa kwalunkwe materjal veġitali bħal tiben u żerriegħa li jista' jkun baqa'.

—   il-maxta– il-maxxat huwa l-qalba tar-raddiena tal-ħalġ. Matul il-maxta tittieħed massa ta' fibra bl-addoċċ u tiġi ttrasformata f'xibka kontinwa, jew biex tifforma l-“ħalġiet” ħalli jsir il-feltru, jew ħalli jingħaqdu flimkien biex jifformaw il-“fettul”.

—   ir-raddiena– is-sistema tad-dawran fiha żewġ partijiet: it-tgħaqqid u t-trembil tal-fettul ħalli jiġi prodott ħajt ta' piż u ħxuna differenti. Il-ħajt jiġi mrembel f'imkebeb, minn fejn ikun jista' jitrembel f'kobob jew f'merilli.

—   il-produzzjoni tal-feltru– waqt il-produzzjoni tal-feltru jiġu prodotti pezez jew “ħalġiet” minn fibri maħlulin. L-għatu tal-magna jifflowtja ħalli jippermetti l-użu ta' fibri ta' ħxuna differenti u b'hekk jiġu prodotti pezez ta' feltru (ħalġiet) permezz tal-pressjoni u l-vibrazzjoni tal-fibri mxarrba ħalli jixxebku flimkien.

Il-prodotti koperti jinkludu ħajt li jiġi mrembel f'kobob jew f'merilli, u pezez ta' feltru jew “ħalġiet”

Is-suf għandu karatteristiċi tas-suf uniċi. Huwa tipiku għall-kwalitajiet ta' rtubija, saħħa, elastiċità u insulazzjoni tiegħu. Il-profil “bażiku” jinkludi “xagħar tal-wiċċ” twil diversi pulzieri u xagħar ta' taħt fin ħafna. Is-suf ikollu tul medju bażiku ta' 5-10 ċm u dijametru medju tal-fibra tas-suf tiegħu ta' 29,9 mikrons.

Deskrizzjoni

It-tul medju bażiku

Il-Kejl Medju f'Mikrons (dijametru tal-fibra tas-suf)

Ħass

Kulur

Piż

Shetland White

5-10 ċm

29,9

artab u jiżloq

abjad

1-2 kilogrammi

Shetland Moorit

5-10 ċm

29,9

artab u jiżloq

kannella

1-2 kilogrammi

Shetland Fawn

5-10 ċm

29,9

artab u jiżloq

fon

1-2 kilogrammi

Shetland Grey

5-10 ċm

29,9

artab u jiżloq

griż

1-2 kilogrammi

Shetland Black

5-10 ċm

29,9

artab u jiżloq

iswed

1-2 kilogrammi

Għandu “ħass” uniku, li jirriżulta mill-effetti mħallta tal-irtubija, is-saħħa u l-elastiċità tiegħu. Din l-elastiċità tiġi mill-forma distinta tax-Shetland li hija nnokklata u mitwija (li mhijiex densa, pereżempju, daqs dik tas-suf merino).

Il-kuluri bażiċi naturali tas-suf Shetland huma l-abjad, il-moorit (aħmar-kannella), il-fon, il-griż skur u l-iswed ta' Shetland (kannella skur). In-ngħaġ ta' Shetland ta' spiss ikollhom marki fiżiċi naturali distintivi. Dan jista' jagħti ħafna sfumaturi ta' kuluri naturali lis-suf tal-istess nagħġa. Is-suf ta' Shetland huwa fost l-aktar suf artab li jeżisti. Jista' jinħadem u jinbaram f'ħajt ta' diversi ħxunijiet, għall-insiġ u l-innittjar.

Din l-applikazzjoni tiddefinixxi s-suf prodott mir-razza indiġina ta' Shetland fil-Gżejjer Shetland u hija riflessa fid-denominazzjoni li għaliha qed tintalab protezzjoni. L-applikanti jirrikonoxxu li jiġi prodott suf organiku mir-razza tax-Shetland barra miż-żona deżinjata.

3.3.   Materja prima:

In-“Native Shetland Wool” irid jiġi minn ngħaġ tar-razza pura Shetland Sheep li jinżammu f'unitajiet organiċi u bi standards organiċi fil-gżejjer Shetland. Is-suf proċessat irid ikun iċċertifikat skont l-Istandard Globali tat-Tessuti Organiċi.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux Applikabbli

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

In-“Native Shetland Wool” irid jiġi minn ngħaġ tar-razza pura Shetland Sheep li jitkabbru skont standards organiċi fil-Gżejjer Shetland. Il-proċessi li jwasslu għall-produzzjoni tal-ħajt iridu wkoll jitwettqu fil-gżejjer. Fost dawn hemm:

il-ħasil

it-tnoqqija

l-għażil

il-maxta

id-dawran bir-raddiena

il-produzzjoni tal-feltru.

La darba jiġi prodott, il-ħajt jista' jinbiegħ fil-ġżira jew lil hinn minnha biex jiġi pproċessat aktar minn proċessuri kummerċjali jew għall-użu domestiku.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, t-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Mhux Applikabbli

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar:

Minbarra s-simbolu tal-UE tal-protezzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini fuq it-tikketta tan-“Native Shetland Wool” jista' jintuża wkoll kwalunkwe simbolu jew logo ieħor li jikkwalifika għalih il-prodott, fosthom dawk derivati minn skemi privati ta' ċertifikazzjoni, basta l-konsumaturi ma jiġux żvijati.

Filwaqt li l-isem “Native Shetland Wool” għandu jkun protett skont ir-regoli tal-Unjoni li huma fis-seħħ, l-użu ta' termini bħal “Shetland wool” u “Shetland organic wool” li jindikaw prodotti mir-razza, iżda li ma joriġinawx miż-żona ġeografika, ma għandhomx ikunu f'konflitt mat-termini tar-reġistrazzjoni tad-DPO “Native Shetland Wool”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Il-Gżejjer Shetland

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

In-ngħaġ indiġini organiċi ta' Shetland jistgħu jinstabu biss f'unitajiet organiċi ġewwa x-Shetland. Il-klima ta' Shetland hija kiefra ħafna u t-tip ta' ħamrija huwa ġeneralment ta' kwalità fqira ħafna. F'dan il-kuntest in-ngħaġ ta' Shetland evolvew tul perjodu ta' mill-anqas 5 000 sena biex adattaw ruħhom għal sett ta' ċirkustanzi speċjali. Din il-klima u dan l-ambjent partikolari rriżultaw f'razza ta' ngħaġ li tgħix fuq għoljiet u gżejjer mhux mittiesfa. Jirgħu fil-moxa u x-xagħri tan-naħa ta' ġewwa, fil-mergħat ta' ħdejn il-baħar tul il-kosta, u fuq il-ħafna ġżejjer żgħar mad-dawra tal-kosta.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Is-suf uniku tan-ngħaġ indiġinu huwa kkaratterizzat mill-kwalitajiet ta' irtubija, saħħa, elastiċità u insulazzjoni tiegħu. Għandu bażi mħallta ta' xagħar tal-wiċċ twil (li minn fuqu tiżloq ix-xita qliel) u xagħar ta' taħt fin ħafna, li jservi ta' insulazzjoni għall-annimali kontra s-sirda tar-riħ qawwi. Veru huwa ftit il-ħajt prodott minn fibra 100 % tas-suf li fih il-karatteristiċi distintivi li joħolqu dan il-ħass artab f'ħajt daqstant ħafif. In-nokkla speċjali fil-fibri mhux proċessati tas-suf, toħloq elastiċità distintiva fil-ħajt.

Din il-fibra speċjali hija mfittxija minn bosta oqsma soċjali differenti. Il-fibra għandha kwalitajiet eċċellenti ta' insulazzjoni u ntużat f'bosta spedizzjonijiet famużi Polari kif ukoll fuq il-Himalaya minħabba l-kapaċità li żżomm is-sħana.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott:

In-ngħaġ ta' Shetland ilhom żmien twil jiġu apprezzati għas-suf fin ħafna tagħhom. Huma l-bażi ta' industrija importanti tat-tessuti fil-gżejjer Shetland. Il-finezza tas-suf titqabbel sew ma' dik tas-suf Merino, u l-valur tiegħu ilu li ġie rikonnoxxut. Il-kwalità u l-karatteristiċi uniċi tan-“Native Shetland Wool” ġejjin mill-iżvilupp naturali tar-razza indiġina biex taffronta l-kundizzjonijiet ġeografiċi prevalenti fil-gżejjer Shetland.

Is-suf, l-għadam u l-ġilda tan-ngħaġ kienu jintużaw bħala materja prima biex isiru diversi oġġetti meħtieġa għas-soppravvivenza. Fdalijiet ta' għadam u għodod żgħar li nstabu f'siti li jmorru lura miż-Żmien il-Ħadid sat-13-il seklu jikkonfermaw li fix-Shetland dejjem kienu jittrabbew in-ngħaġ. Fid-9 seklu kolonizzaturi min-Norveġja ġabu ngħaġ tar-razza tagħhom sabiex jipprovdu ħalib, laħam u intern għall-ikel. Iżolati flimkien fix-Shetlend, in-ngħaġ kollha evolvew f'razza rikonoxxuta tal-gżira, ix-Shetland Sheep, rinomata bħala s-sors tas-Suf ta' Shetland. Fl-1790, il-kwalitajiet mhux tas-soltu tas-suf ta' Shetland ġew “skoperti” mill-bqija tal-Iskozja meta kienu ttieħdu kampjuni lejn Edinburgh fejn kienu ntlaqgħu b'akklamazzjoni. F'dan iż-żmien kienet ġiet ifformata s-Society of British Wool sabiex ittejjeb l-istandards tat-trobbija tan-ngħaġ u tal-produzzjoni tas-suf.

Illum il-ħafna kuluri naturali tas-suf u l-ħajt tax-Shetland jikkonformaw mad-domanda attwali tas-suq għal ħajt ekoloġiku mingħajr l-użu ta' kuluri kimiċi. Is-suf tax-Shetland illum għandu pożizzjoni stabbli ħafna f'bosta swieq tal-esportazzjoni minħabba l-kwalitajiet uniċi tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/shetland-organic-wool.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 45/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ŠEBRELJSKI ŽELODEC”

Nru tal-KE: SI-PGI-0005-0415-29.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifkazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tar-Repubblika tas-Slovenja

Indirizz:

Dunajska 22

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14789109

Fax

+386 14789055

Posta elettronika:

varnahrana.mkgp@gov.si

2.   Grupp applikant:

Isem:

Assoċjazzjoni tal-Produtturi ta' “Šebreljski Želodec”

Indirizz:

Šebrelje 53

SI-5282 Cerkno

SLOVENIJA

Tel.

+386 53744276

Fax

+386 53720181

Posta elettronika:

Magħmul minn:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħra ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Grupp 1.2:

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Šebreljski želodec”

4.2.   Deskrizzjoni:

“Šebreljski želodec” (plural: “želodci”) hu zalzett ippreservat magħmul minn laħam tal-majjal ta' kwalità għolja u bejken iebes bi proporzjon ta' bejn 75:25 u 80:20. Huwa kkaratterizzat minn livelli għolja ta' kontenut tal-laħam u proporzjon baxx ta' bejken. “Šebreljski želodec” huwa ċatt, jiżen bejn 0,8 u 2 kg, u l-forma tiegħu tiddependi minn jekk il-kisi użat hux ta' bużżieqa tal-awrina, ta' rektum jew ta' kisi artifiċjali. Il-wiċċ hu lixx u niexef, bla ebda residwi ta' xaħam.

Is-sezzjoni trasversali hi kkaratterizzata b'distribuzzjoni ekwa ta' laħam u bejken. Il-flieli għandhom il-kulur aħmar tal-laħam immaturat u l-kulur abjad tal-bejken. Il-biċċiet tal-laħam u l-bejken huma mħallta tajjeb u ma hemm l-ebda għerq jew kartilaġni. Il-prodott għandu t-togħma armonjuża karatteristika tal-bejken u l-laħam immaturat, bi traċċi ta' ħwawar. L-aroma hi karatteristika u armonjuża bi ħjiel ta' ħwawar u duħħan.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika qiegħdha fil-Punent tar-reġjun statistiku ta' Goriška u tinkludi ż-żona ta' Idrijsko-Cerkljansko. Il-linja ta' konfini tinkorpora l-villaġġ ta' Stopnik, tgħaddi matul il-wied tax-xmara Idrijca, matul ix-xifer tal-pjattaforma ta' Šentviška Planota, mill-villaġġ ta' Bukovo, matul ix-xifer tal-għoljiet ta' Cerkljansko sa Zakojca (inkluż Zakojca), minn Porezen, matul ix-xifer tal-wied ta' Davča u matul il-bidu tal-għoljiet ta' Blegoš lejn Podjelovo Brdo u sa Jazne (inkluż Jazne); minn hemm tibqa’ sejra lejn Govejk, mill-villaġġi ta' Govejk, Zavratec, Potok u Godovič, imbagħad tgħaddi minn Javornik, minn ħdejn Kanji Dol, matul ix-xifer ta' Gore, mill-foresta ta' Trnovski Gozd lejn Oblakov Vrh, li jifforma parti miż-żona, u lura għal Stopnik.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull produttur għandu jżomm dokumenti li juru l-kwantità u l-kwalità tal-materja prima u l-kwantità ta' “želodci” prodotta u mibjugħa. Id-dokumenti għandhom jiggarantixxu t-traċċabilità ta' kull lott separat. Il-lottijiet għandhom ikunu mmarkati b'numru tas-serje, bid-data ta' produzzjoni u bin-numru u l-kwantità ta' “želodci” fil-lott.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:

Sabiex jiġi prodott is-“Šebreljski želodec”, jintuża majjal minn ħnieżer li jiżnu minn tal-inqas 115 kg ħajjin jew li jkollhom karkassa b'piż ta' 85 kg.

Għall-mili tas-“Šebreljski želodec” jintuża laħam mill-koxxa, mill-ispalla, mill-għonq u mid-dahar. Il-laħam jiġi kkapuljat f'biċċiet ta' bejn 8 u 10 mm u l-bejken iebes mill-koxxa, mill-ispalla u mid-dahar jiġi mqatta' f'biċċiet ta' bejn 6 u 8 mm. Il-laħam ikkapuljat u l-bejken jiġu mħallta f'daqqa bi proporzjon ta' bejn 75:25 u 80:20. Bejn wieħed u ieħor, jiġi miżjud 1 % ta' tewm, bejn 2.4 u 2.5 % ta' melħ u bejn 0.1 u 0,35 % ta' bżar. Jiġi użat melħ tal-baħar alimentari flimkien ma' ekwivalenti ta' zokkor ta' 0,5 % tal-piż tal-mili. Mhux permess l-użu ta' nitrati, nitriti u addittivi oħra. Il-mili hu mħallat u mimli f'kisi, bħall-bużżieqa tal-awrina tal-ħnieżer, ir-rektum taċ-ċanga jew kisi artifiċjali. Il-piż ta' “želodec” kif ikun għadu ġie mimli, ivarja minn 1.3 sa 3 kg. Biex jingħalaq, il-kisi jiġi meħjut jew marbut. Wara ż-“želodci” jiġu mnixxfa u ppressati għal għaxart ijiem. Iż-“želodci” jiġu affumikati bil-kesħa sa jumejn. Il-proċess ta' tnixxif isir f'kundizzjonijiet naturali jew f'ambjent b'arja kundizzjonata. It-temperatura ta' tnixxif tvarja bejn l-10 C u l-15 C. Fix-xhur l-aktar kesħin it-temperatura tista' tinżel taħt l-10 C, fil-każ ta' tnixxif naturali. It-temperaturi aktar baxxi jnaqqsu l-proċess ta' tnixxif. Fiż-żewġ każi, l-umdità relattiva għandha tkun bejn 60 % u 80 %.

Il-proċess naturali ta' tnixxif jieħu minn tlieta sa ħames xhur f'kompartimenti tradizzjonali ta' tnixxif. Il-ħin ta' tnixxif f'ambjent b'arja kundizzjonata hu minn tal-inqas ta' 100 ġurnata. It-tnixxif f'ambjent b'arja kundizzjonata jinvolvi ċirkolazzjoni ta' arja naturali (il-ftuħ okkażjonali ta' twieqi), u l-kontroll tal-umdità u tat-temperatura. Il-piż ta' “želodec” matur ivarja bejn 0.8 u 2 kg.

4.6.   Rabta:

Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u s-“Šebreljski želodec” hi bbażata prinċipalment fuq ir-reputazzjoni miksuba grazzi għal kundizzjonijiet klimatiċi xierqa (kundizzjonijiet klimatiċi ta' tnixxif u maturazzjoni), it-teknoloġija tradizzjonali għall-produzzjoni ta' “želodci” u materja prima ta' kwalità għolja.

Is-“Šebreljski želodec” ġie prodott għal ħafna snin fiż-żona Idrijsko-Cerkljansko, iżda ftit hemm dokumenti miktuba biex isostnu dan. Stħarriġ tal-popolazzjoni anzjana li twettaq fiż-żona ġeografika kkonferma t-tradizzjoni twila li s-“Šebreljski želodec” jiġi prodott fiż-żona ta' Idrijsko-Cerkljansko. Instab li, sa miż-żminijiet tal-antik, kienu użati ingredjenti tal-għola kwalità biex jagħmlu ż-“želodec”, li l-prodott ġie dejjem immaturat b'mod tradizzjonali u li l-forma, it-togħma u l-aroma tradizzjonali tiegħu kienu jagħmlu parti mir-reputazzjoni tiegħu.

L-għoljiet Idrijsko u Cerkljansko jinsabu fil-parti tal-Punent tas-Slovenja fiż-żona ta' qabel l-Alpini fejn jiltaqgħu ż-żona Alpina u ż-żona tal-Alpi Dinariċiki. Jagħmlu parti mir-reġjuni b'tip ta' klima tranżitorja, peress li huma influwenzati kemm mill-klima pjuttost sħuna tal-Baħar Adrijatiku u kif ukoll mill-klima pjuttost kiesħa tal-Alpi.

Fiż-żona tal-għoljiet ta' Idrijsko u Cerkljansko t-taħlita tal-influwenzi Mediterranji u tal-Alpi ħolqu klima speċjali.

L-għoljiet Idrija huma llimitati mill-Lbiċ bil-pjattaforma għolja tal-foresta Trnovski Gozd, barriera naturali li ttaffi l-effetti tal-klima tal-wied Vipava, filwaqt li l-influwenza tal-Baħar Adrijatiku tinħass l-aktar fiż-żona Cerkljansko, grazzi għall-fetħa lejn il-wied tax-xmara Idrijca.

Iż-żona hi soġġetta għall-klima ħarxa, tipika għall-muntanji ċentrali tal-Ewropa: xtiewi twal u kesħin b'temperatura medja baxxa u ħafna xita, u sajf qasir u mhux daqstant sħun – klima kontinentali.

Minħabba l-influwenza dgħajfa tal-Baħar Adrijatiku, iż-żoni tal-widien ta' Cerkljansko jkollhom xtiewi anqas kesħin u b'inqas silġ mill-bqija taż-żona ta' Idrijsko-Cerkljansko. Iż-żona ġeografika hi kkaratterizzata bi fluss ta' arja kostanti kkawżat mid-differenza ta' temperaturi bejn żoni xemxija u dellija, li jirriżultaw fi flussi ta' arja fil-widien b'livell adegwat ta' umdità.

Dawn il-kundizzjonijiet naturali kollha fil-fażi ta' maturazzjoni u ta' tnixxif jinfluwenzaw il-karatteristiċi speċifiċi tas-“Šebreljski želodec”.

4.7.   Entità ta' spezzjoni:

Isem:

Bureau Veritas, d.o.o.

Indirizz:

Linhartova 49a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14757670

Fax

+386 14747602

Posta elettronika:

info@bureauveritas.si

4.8.   Tikkettar:

“Šebreljski želodec” għandu jiġi mmarkat bl-isem “Šebreljski želodec”, id-dikjarazzjoni ta’ “indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-abbrevjazzjoni li tikkorrespondi għal magħha u l-marka approprjata tal-Komunità.

Is-“Šebreljski želodec” jista' jiġi mmarkat b'logo għas-“Šebreljski želodec” u s-simbolu nazzjonali ta' kwalità u jista' jissemma ukoll il-korp ta' ċertifikazzjoni.

Jekk is-“Šebreljski želodci” jiġu ppakkjati barra ż-żona ġeografika, it-tikkettar għandu jinkludi ukoll l-isem eżatt u l-lokalità tal-produttur, in-numru tal-lott, l-isem ta' min jippakkja u l-post tal-ippakkjar sabiex tiġi sostnuta t-traċċabilità.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/28


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 45/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ZGORNJESAVINJSKI ŽELODEC”

Nru tal-KE: SI-PGI-0005-0416-29.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet informattivi.

1.   L-Awtorità responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano RS (Ministeru tal-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel)

Indirizz:

Dunajska 58

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14789109

Fax

+386 14789055

Posta elettronika:

varnahrana.mkgp@gov.si

2.   Applikant:

Isem:

Združenje izdelovalcev Zgornjesavinjskega želodca (L-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Istonku tas-Savinja ta' Fuq)

Indirizz:

Rečica ob Savinji 55

SI-3332 Rečica ob Savinji

SLOVENIJA

Tel.

+386 38390910

Fax

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

produtturi/manifatturi ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ Prodott:

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immelħin, affumikati)

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Zgornjesavinjski želodec”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-Zgornjesavinjski želodec huwa prodott tal-laħam imnixxef/maturat bl-arja prodott minn majjal ta' kwalità (koxxa, spalla) u bejken iebes tad-dahar. Il-mili tal-laħam bil-melħ u l-ħwawar jiddaħħal f'kisja naturali, bħall-istonku tal-ħanżir, il-borża tal-awrina tal-ħanżir u l-musrana l-għamja taċ-ċanga, jew f'kisjiet permeabbli artifiċjali.

L-isem tal-prodott ġej mill-fatt li l-mili tradizzjonalment kien jiddaħħal f’kisjiet naturali, speċjalment fl-istonku tal-ħanżir.

L-Zgornjesavinjski želodec jikkonsisti minn laħam u bejken fil-proporzjon minn 85:15 sa 80:20. Ingredjenti oħra miżjuda huma t-tewm, il-melħ, il-bżar u z-zokkor. L-użu ta’ nitriti, nitrati u addittivi oħra mhux permess. Il-kontenut tal-melħ hu taħt is-7 %.

Ix-želodec imnixxef għandu forma tonda jew rettangolari. Dan jiżen mill-anqas 0,7 kg u minħabba li jiġi ppressat dan għandu forma karatteristika ċatta, bi ħxuna ta' 3-5 ċm. Il-kisja hija lixxa, u tkopri l-mili li jiġi ssikkat sew ġewwa fiha. Fuq in-naħa ta' barra il-kisja jkollha kisja oħra ħafifa ta' moffa karatteristika ta' kulur kannella fil-griż tal-ġenus Penicillium.

Minħabba l-forma ċatta tiegħu, il-fetet tal-Zgornjesavinjski želodec huma dojoq u twal. Dan il-prodott jiddistingwi ruħu mill-aroma qawwija tiegħu, li hi kumplimentata bil-ħwawar miżjuda li ma jiddominawx l-aroma bażika tal-laħam maturat u tal-bejken.

In-nisġa hija kemxejn soda u adattata biex il-prodott jitfettet. Il-fetet għandhom “mosajk” distintiv u rikonoxxibbli li jikkonsisti minn komponent tal-laħam aħmar fir-roża u biċċiet viżibilment ċari ta' bejken ta' kulur abjad għal abjad pallidu. Il-biċċiet jinħassu mielsa fil-ħalq u jiddekomponu malajr.

4.3.   Żona ġeografika:

L-indikazzjoni ġeografika protetta tiġi applikata biss fuq ix-želodec li jsir fiż-żona tal-Wied tas-Savinja ta' Fuq biss. Fit-Tramuntana, il-limiti taż-żona huma ddefiniti mix-xifer tal-Olševa u mix-xifer tal-qċaċet tal-muntanji ta' Smrekovško Pogorje. Fin-Nofsinhar, il-limiti taż-żona jinsabu fuq il-qċaċet tal-għoljiet Dobrovlje u Menina, li jisseparaw il-Wied tas-Savinja ta’ Fuq mill-Wied tas-Savinja t'Isfel u l-Wied Tuhinjska. Fil-Punent, il-limti jinsabu fuq il-mogħdija ta' Črnivec u mbagħad jiġbdu lejn Kranjska Reber, sal-qortin ta' Velika Planina u fuq il-Mogħdija ta' Presedljaj sa Ojstrica. Minn hemm il-linja li timmarka l-limiti taż-żona tgħaddi fuq ix-xifer ta' fuq tal-muntanji ta' Grintavec sa Skuta u minn hemm tiġbed lejn t-Tramuntana sal-muntanji Mrzla Gora. Hawnhekk tiltaqa' mal-fruntiera li tifred l-Awstrija mis-Slovenja u tgħaddi fuqha lejn it-Tramuntana sal-mogħdija bejn il-muntanji ta' Pavličevo, imbagħad tbiddel id-direzzjoni lejn il-Lvant u terġa' lura lejn l-Olševa.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Ix-želodec għandu jiġi prodott u mmaturat fiż-żona ġeografika. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, l-istabbilimenti li jipproduċu l-Zgornjesavinjski želodec għandhom ikunu rreġistrati fiż-żona ġeografika konċernata.

Kull manifattur għandu jżomm id-dejta li sservi bħala prova tal-konformità tal-produttur mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet għal Zgornjesavinjski želodec. Għandhom jinżammu dettalji dwar il-kwantitajiet tal-materja prima mixtrija u użati, dwar il-proċess tal-produzzjoni u dwar il-kwantitajiet u l-piż ta' želodci manifatturati u mibjugħin. Kull želodec huwa mmarkat b'tikketta li tindika l-lott u d-data tal-produzzjoni. Kull lott huwa tikkettat b'numru tas-serje u l-kwantità u l-piż ta' želodci li jkun fih.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Għall-produzzjoni taz-Zgornjesavinjski želodec, jinutża laħam tal-majjal ta' kwalità (il-koxox u l-ispalel) u bejken iebes tad-dahar tal-majjal tar-razez tal-ħnieżer tal-laħam u ta' ħnieżer mnisslin mit-taħlit ta' bejniethom. Il-laħam imkessaħ jitqatta' kapuljat f'biċċiet tad-daqs massimu ta' 8 sa 10 mm, u l-bejken imkessaħ jitqatta' kapuljat f'biċċiet ta' daqs massimu ta' 6 sa 8 mm. Il-proporzjon tal-laħam u l-bejken huwa ta' 85:15 sa 80:20. Ma' din it-taħlita jiġi miżjud it-tewm (Il-perċentwal ta' tewm jew ta' marinat tat-tewm bl-ilma fil-piż totali tal-mili huma 1-2 % u 4-6 % rispettivament), melħ, bżar u zokkor. Il-mili jitħallat bl-idejn jew b'mod mekkaniku. Il-mili jitqiegħed b'mod uniformi fil-kisjiet naturali (stonku, borża tal-awrina, musrana l-għamja taċ-ċanga) jew f'kisjiet artifiċjali li jħallu l-fwar tal-ilma jgħaddi minnhom. Il-kisi jingħalaq bi sfiefed żgħar tal-injam jew bil-ħjata. Il-piż tax-želodec mimli frisk jvarja bejn 1,3 sa 2,5 kg. Ix-želodci imbagħad jitħallew jarmu l-ilma għal jumejn u mbagħad jiġu ppressati bejn bordijiet għal 4-7 ijiem b'ċirkulazzjoni tal-arja ħafifa.

Il-maturazzjoni u t-tnixxif jitwettqu f'kundizzjonijiet naturali f'postijiet xierqa – nixxiefa (kmamar li jintużaw speċifikament għat-tnixxif). It-temperatura tat-tnixxif/maturazzjoni għandha tkun minn 12 sa 18 °C, b'umdità relattiva ta' 60-80 %. Meta l-kondizzjonijiet tat-temp ikunu ħżiena, l-umdità u t-temperatura jiġu regolati b'ventilazzjoni xierqa jew b'ikkondizzjonar parzjali tal-arja.

Ix-želodci jitnixxfu fuq xkafef. Fil-bidu tat-tnixxif, ix-želodec jiddawru minn darbtejn sa seba' darbiet fil-ġimgħa. Il-perjodu tat-tnixxif/tal-maturazzjoni jdum bejn tlieta(3) sa ħames(5) xhur skont il-piż tax-želodec. Matul il-proċess tat-tnixxif tiżviluppa fuq il-kisi moffa karatteristika kannella fil-griż mill-ġenus Penicillium. Il-moffa hija ta’ oriġini naturali, għalhekk m’għandhiex riħa spjaċevoli, iżda tagħti karatteristiċi organolettiċi li huma partikolari lill-Zgornjesavinjski želodec u fl-istess ħin tiżgura li dan ma jinxifx malajr.

Matul it-tnixxif il-prodotti jitilfu mill-anqas 36 % tal-piż inizjali. Il-piż finali tal-prodott huwa ta' mill-anqas 0,7 kg.

Wara l-proċess tat-tnixxif/tal-maturazzjoni, jitwettaq kontroll tal-kwalità sensorjali tal-prodotti. Ix-želodci jistgħu jiġu ppakkjati f'vakwu sħaħ jew bħala nofsijiet. Il-biċċiet jiġu ppakkjati f'vakwu jew f'atmosfera modifikata. Il-prodotti jinżammu f'post mudlam u kiesaħ f'temperaturi sa + 8 °C.

4.6.   Rabta:

Il-protezzjoni ta' Zgornjesavinjski želodec hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu. L-ispeċifiċità ewlenija ta' Zgornjesavinjski želodec hija t-tradizzjoni tal-produzzjoni tiegħu, peress li, fost il-prodotti kollha tal-laħam imnixxef f'żoni oħra fis-Slovenja, jiġu prodotti l-aktar zalzett u salami domestiċi, filwaqt li f'din iż-żona mdawra mill-muntanji, ir-riċetta biex isir ix-želodec awtentiku ġiet trażmessa minn ġenerazzjoni għall-oħra matul is-sekli. Din il-produzzjoni ġiet żviluppata l-ewwel fiż-żoni muntanjużi iżjed għoljin madwar Zgornjesavinjska dolina (il-Wied tas-Savinja ta' Fuq). L-ewwel reġistri tal-produzzjoni tal-Zgornjesavinjski želodec probabbilment tmur lura għal bidu tas-seklu dsatax. L-etnografu Jože Lekše kiteb fil-manuskritti tiegħu dwar l-importanza ċerimonjali tax-želodec, li kien jiġi servut f'okkażjonijiet speċjali waqt ċerimonji tat-tieġ fil-kampanja, fil-Ħdud u fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-familja. Fis-seklu għoxrin, il-produzzjoni tax-želodec dehret ukoll fil-partijiet iżjed popolati u baxxi tal-Wied, li hu evidenzjat, fost affarijiet oħra, mill-manuskritt tar-riċetta tax-želodec miktub bejn wieħed u ieħor fl-1930 fir-razzett Logar fil-Wied ta' Logarska.

Aleksander Videčnik, kittieb u riċerkatur tad-drawwiet folkloristiċi u l-ħajja fil-Wied tas-Savinja ta' Fuq, jirrapporta, fost l-oħrajn, li fil-perjodu ta' bejn il-gwerer ir-Re Ingliż George VI matul iż-żjara tiegħu lir-Re Xandru żar il-Wied ta' Logarska (li huwa parti mill-Wied tas-Savinja ta' Fuq), fejn iż-żewġ rejiet ipprovaw l-Zgornjesavinjski želodec. Ir-Re Ingliż tant għoġbu x-želodec li fis-snin li segwew ul-prodott kien jitbagħat minn żmien għal żmien lill-qorti rjali Ingliża.

Mas-snin il-prodott sar magħruf bħala l-ispeċjalità esklussiva tar-reġjun, u llum jirrappreżenta wieħed mill-ikliet l-iżjed importanti li jiġu servuti f'avvenimenti speċjali ewlenin, vaganzi, tiġijiet, u għall-vaganzi tal-Għid meta dan jittieħed fil-knisja sabiex jitbierek.

Fiż-żona ġeografika tal-Wied tas-Savinja ta' Fuq hija marbuta mal-karatteristiċi tal-klima tal-Alpi u tal-Prealpi. It-tip ta' klima li tiddomina fuq żona partikolari jiddependi ħafna fuq l-altitudni. Iż-żoni iżjed għoljin għandhom klima alpina b'temperatura medja fl-iżjed xahar kiesaħ ta' taħt – 3 °C, filwaqt li ż-żoni iżjed baxxi għandhom klima prealpina moderata. Fil-Widien tas-Savinja u Dreta tidħol l-arja friska mill-muntanji tal-madwar, u dan jirriżulta fi sjuf pjaċevoli u mhux tant sħan. Il-ħarifa hija kiesħa, kif ukoll ir-rebbiegħa, filwaqt li x-Xitwa hija kważi dejjem tkun kiesħa u twila ħafna. Minbarra dawn il-karatteristiċi klimatiċi ġenerali wieħed isib ukoll żoni partikolari b'mikroklima lokali (pożizzjonijiet xemxin u fid-dell, jew widien magħluqa).

Karatteristika importanti ta' din iż-żona hija li, minħabba d-differenzi kbar bejn it-temperaturi fil-pożizzjonijiet xemxin u fid-dell, u fil-partijiet ta' altitudni għolja u dawk baxxi taż-żona, jinħolqu kurrenti tal-arja lokali li jippermettu li x-želodec jitnixxfu biċ-ċirkolazzjoni tal-arja naturali.

Il-Wied tas-Savinja ta' Fuq huwa karatterizzat b'mikroklima partikolari, ħafna foresti tal-arżnu, muntanji għoljin fil-madwar u abbundanza kbira tal-ilma. Minbarra l-mikroklima taż-żona għat-tnixxif u l-maturazzjoni tal-prodott, hija kruċjali wkoll il-mikroklima fil-postijiet fejn jitnixxfu x-želodci.

L-injam tal-arżnu, il-ġebel u l-brikks huma l-materjali ewlenin tal-bini użati għal-kmamar tat-tnixxif, li fihom jitnixxfu x-želodci.

Dawn il-kondizzjonijiet speċifiċi ġenerali għandhom influwenza sinifikanti fuq il-proċess tat-tnixxif u tal-maturazzjoni tax-želodec u fuq it-togħma u r-riħa tagħhom.

Minbarra l-kondizzjonijiet naturali favorevoli, il-kwalità tax-želodci prodotti hija wkoll ir-riżultat tal-fattur uman li żviluppa f'din iż-żona tal-produzzjoni tekniki uniċi ta' preparazzjoni, iffurmar u tnixxif tal-istonkijiet. Ix-želodci huma prodotti li huma skont proċeduri tradizzjonali li għadhom jiġu applikati meta jiddaħħal xi titjib teknoloġiku, dan ma jbiddilx il-forma tipika u l-karatteristiċi sensorjali tax-želodci. L-ambjent, l-irwejjaħ tal-foresti tal-arżnu kkombinati mal-kondizzjonijiet klimatiċi u l-kontribuzzjonijiet tal-fattur uman li jinkludu l-esperjenza, il-ħiliet tekniċi u prattiċi speċifiċi – kollha huma indispensabbli fil-produzjzoni tax-želodci tas-Savinja ta' Fuq.

4.7.   Awtorità tal-kontroll:

Isem:

Bureau Veritas, d.o.o.

Indirizz:

Linhartova 49a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14757670

Fax

+386 14747602

Posta elettronika:

info@bureauveritas.si

4.8.   Tikkettar:

Il-prodotti ċertifikati għandhom jiġu tikkettati bl-isem “Zgornjesavinjski želodec”, bid-dikjarazzjoni “indikazzjoni ġeografika protetta” bis-simbolu Komunitarju konċernat u bis-simbolu nazzjonali tal-kwalità u l-lowgo għall-Zgornjesavinjski želodec. L-użu tal-lowgo huwa obbligatorju għat-tipi kollha kummerċjalizzati tal-Zgornjesavinjski želodec.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.