ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.326.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
3 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 326/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-Aġendi tal-Politika Ewropej u Internazzjonali dwar it-Tfal, iż-Żgħażagħ u d-Drittijiet tat-Tfal

1

2010/C 326/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura

2

2010/C 326/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2010 li taħtar żewġ membri fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

4

2010/C 326/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva

5

2010/C 326/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment – approċċ integrat bi tweġiba għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 326/06

Rata tal-kambju tal-euro

12

2010/C 326/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni)

13

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2010/C 326/08

Rapport Speċjali Nru 8/2010 It-titjib tal-prestazzjoni tat-trasport fuq l-assi ferrovjarji trans-Ewropej: L-investiment tal-UE fl-infrastruttura ferrovjarja kien effettiv?

16

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 326/09

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13)

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 326/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power) ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-Aġendi tal-Politika Ewropej u Internazzjonali dwar it-Tfal, iż-Żgħażagħ u d-Drittijiet tat-Tfal

2010/C 326/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.   WAQT LI JFAKKAR:

Fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) li tiddikjara li fejn adatt, għandha titqies dimensjoni ta' politika tat-tfal - li tqis id-drittijiet u l-protezzjoni tagħhom waqt li tieħu kont li l-ħajja u l-prospetti futuri taż-żgħażagħ huma determinati b'mod sinifikanti bl-opportunitajiet, l-appoġġ u l-protezzjoni rċevuti fit-tfulija;

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Lulju 2006“Lejn strateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal” (1).

2.   JIEĦU NOTA:

Tal-informazzjoni pprovduta mill-Presidenza dwar l-Aġendi tal-Politika Ewropej u Internazzjonali dwar it-Tfal, iż-Żgħażagħ u d-Drittijiet tat-Tfal (2).

Tal-miżuri meħuda fil-qasam taż-żgħażagħ biex ikun promoss id-dritt tat-tfal u ż-żgħażagħ li jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwa ħajjithom.

3.   JISSOTTOLINJA:

L-importanza kruċjali tal-ħidma li twettqet fil-qasam tat-tfal, iż-żgħażagħ u d-drittijiet tat-tfal.

4.   JILQA’:

L-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tadotta Komunikazzjoni ġdida f'dan l-ambitu li tagħti bidu għal strateġija għall-UE dwar id-drittijiet tat-tfal.

5.   GĦALHEKK IĦEĠĠEĠ:

Lill-Istati Membri jikkooperaw u jieħdu rwol attiv f'dan il-qasam u f'laqgħat futuri internazzjonali, kemm fil-livell tal-esperti kif ukoll f'dak ministerjali, li jittrattaw id-drittijiet tat-tfal.


(1)  COM(2006) 367 finali.

(2)  Dok. 14855/10.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura

2010/C 326/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA.

1.   WAQT LI JFAKKAR

Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, li jgħinu biex il-kultura tiġi integrata fl-attivitajiet kollha tat-tagħlim fl-iskejjel, fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u fl-istituzzjonijiet tat-taħriġ.

Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (1) u l-objettivi strateġiċi tagħha, kif ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2011-2014 (2).

Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) li tiddikjara li l-kreattività taż-żgħażagħ u l-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni għandhom jiġu appoġġati permezz ta' aċċess ta' kwalità aħjar għal u parteċipazzjoni fil-kultura u fl-espressjonijiet kulturali minn eta' żgħira, u b'hekk jiġu promossi l-iżvilupp personali, il-kapaċitajiet imtejba għat-tagħlim, il-ħiliet interkulturali, il-fehim u r-rispett għad-diversità kulturali u l-iżvilupp ta' ħiliet ġodda u flessibbli għal opportunitajiet futuri ta' xogħol.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar il-promozzjoni ta' Ġenerazzjoni Kreattiva: l-iżvilupp tal-kreattività u l-kapaċità innovattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ permezz tal-espressjoni kulturali u l-aċċess għall-kultura, inklużi 6 prijoritajiet.

2.   JILQA'

Aktar għarfien dwar iż-żgħażagħ u l-kultura, bħall-istudju kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura (3);

3.   JISSOTTOLINJA

Li l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura jinkludi żewġ aspetti prinċipali: żgħażagħ bħala utenti, xerrejja, konsumaturi u udjenza; u żgħażagħ involuti b'mod attiv bħala parteċipanti attivi u kreaturi tal-arti u l-kultura.

L-importanza ta' dan għal kooperazzjoni tajba bejn il-qasam taż-żgħażagħ u l-qasam tal-kultura.

L-importanza tal-għarfien, il-promozzjoni, il-viżibbiltà u l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluża d-diġitalizzazzjoni tal-kontenut kulturali, sabiex jiżdied l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura.

Li l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura huwa wkoll dwar esperjenza ta' awtoespressjoni, żvilupp personali u fiduċja, innovazzjoni u kreattività, tgawdija, u li wieħed ikollu moħħu miftuħ għal kulturi oħra, inkluż il-patrimonju kulturali tal-Ewropa.

L-importanza tal-iżvilupp tul il-ħajja tal-kompetenzi kulturali taż-żgħażagħ u l-partijiet interessati rilevanti kollha peress li dan jingħaqad ma' kompetenzi ewlenin oħra.

Ir-rilevanza tal-kultura bħala mezz għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ, kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-faqar.

4.   GĦALDAQSTANT JISTIEDEN U JINKORAĠĠIXXI LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI FL-ISFERI TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX

Jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-istudju msemmi hawn fuq.

Jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ kollha għall-kultura, filwaqt li jnaqqsu l-ostakli relatati kif hemm fl-istudju (pereżempju restrizzjonijiet finanzjarji, lingwistiċi, ġeografiċi u taż-żmien), waqt li jittieħed kont tar-rwol tal-edukazzjoni kulturali u tal-arti u t-taħriġ għaż-żgħażagħ kollha minn età żgħira, f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u bl-użu ta' programmi mmirati.

Jippromwovu l-iżvilupp ta' linji politiċi kkoordinati għat-terminu twil għall-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura fil-livelli kollha, b'perspettiva ta' żgħużija ċara, pereżempju permezz tal-istimolazzjoni ta' sħubiji u kuntatti bejn is-settur kreattiv u l-partijiet interessati fl-oqsma taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u oqsma rilevanti oħra.

Japprofondixxu l-għarfien dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura (pereżempju permezz tal-Ewrobarometru fir-rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ) u biex jappoġġaw ir-riċerka fil-qasam tal-kulturi taż-żgħażagħ, il-kreattività u ċ-ċittadinanza kulturali. F'dan il-kuntest huwa importanti li jiġu definiti l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-kultura u biex tiġi identifikata l-evoluzzjoni tal-prattiki kulturali taż-żgħażagħ.

Jiskambjaw u jippromwovu esperjenzi, prattiki u informazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-livelli kollha relatati mal-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura, pereżempju billi tiġi stimolata l-mobbiltà tat-tagħlim għaż-żgħażagħ kollha u għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ, u permezz tal-użu tal-ICT u l-media.

Jappoġġaw edukazzjoni ta' kwalità, taħriġ u bini tal-kapaċità għal dawk li jaħdmu maż-żagħżagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ, artisti u ħaddiema kulturali oħra, għalliema u l-partijiet interessati rilevanti kollha involuti fl-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura.

Jippromowvu l-aċċess taż-żagħżagħ għall-kultura bħala mezz kif jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ, kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-faqar.

Jippromwovu s-sitt prijoritajiet li jinsabu fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar il-promozzjoni ta' Ġenerazzjoni Kreattiva.

Jagħmlu l-aħjar użu mill-programmi, l-istrumenti u n-netwerks Ewropej rilevanti eżistenti (pereżempju l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Karta taż-Żgħażagħ), inkluż il-fondi strutturali Ewropej, sabiex jiġu promossi l-objettivi ta' hawn fuq.


(1)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.

(2)  Ser jiġu adottati fit-18 ta' Novembru 2010.

(3)  Interarts EACEA/2008/01 (ĠU 2008/S 91-122802).


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta' Diċembru 2010

li taħtar żewġ membri fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2010/C 326/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprovdi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(3)

Il-Gvern Svediż informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Svediż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013.

(4)

Il-Gvern Sloven informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Sloven fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Nina CROMNIER ta' nazzjonalità Svediża, imwielda fl-14 ta' Ottubru 1966, għandha tinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Ethel FORSBERG għall-perijodu mill 4 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta' Mejju 2013.

Artikolu 2

Is-Sinjura Simona FAJFAR ta' nazzjonalità Slovena, imwielda fis-17 ta' Novembru 1970, għandha tinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Marta CIRAJ għall-perijodu mill 4 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta' Mejju 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/5


Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva

2010/C 326/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.   WAQT LI JFAKKAR:

Fl-isfond politiku għal dan is-suġġett kif imniżżel fl-Anness, b'mod partikolari:

Fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-Konklużjonjiet tal-Kunsill Ewropew mis-7 sad-9 ta' Diċembru 2000, li tgħid li l-isport hu attività tal-bniedem imsejsa fuq valuri fundamentali soċjali, edukattivi u kulturali, u fattur li jwassal għall-integrazzjoni, l-involviment fil-ħajja soċjali, it-tolleranza, l-aċċettazzjoni tad-differenzi u r-rispett għar-regoli (1).

Fid-Deċiżjoni Nru 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 Frar 2003 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni permezz tal-Isport 2004 (2).

Fid-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (3).

2.   WAQT LI JILQA' B'SODISFAZZJON:

Il-fatt li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (4) fl-1 ta' Diċembru 2009, l-isport sar kompetenza tal-Unjoni Ewropea, u li konsegwentement id-dimensjoni Ewropea fl-isport għandha tiġi żviluppata aktar, b'kont meħud b'mod partikolari tal-funzjoni soċjali u edukattiva tal-isport.

L-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tadotta l-Komunikazzjoni dwar it-Trattat ta' Lisbona u l-isport sa tmiem l-2010.

3.   JAGĦRAF LI:

1.

Prijoritajiet komuni bħaż-żieda fl-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess ugwali għall-faċilitajiet u s-servizzi, is-solidarjetà interġenerazzjonali u d-djalogu interkulturali jeħtieġu appoġġ ikbar fl-Unjoni Ewropea kollha, inkluż fil-qasam tal-isport.

2.

L-isport għandu post importanti fil-ħajja ta' bosta ċittadini tal-UE u jwettaq rwol soċjetali b'saħħtu b'potenzjal qawwi għall-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport, li jfisser li l-parteċipazzjoni fl-isport jew fl-attività fiżika tikkontribwixxi b'bosta modi differenti għall-inklużjoni fis-soċjetà; fejn l-inklużjoni fl-isport tinvolvi taħlita ta' “sport għal kulħadd”, aċċess ugwali għall-isport, opportunitajiet indaqs fl-isport, u opportunitajiet u faċilitajiet sportivi varji orjentati skont id-domanda, u fejn l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport tinvolvi parteċipazzjoni inklużiva fis-soċjetà, żvilupp tal-komunità u koeżjoni soċjali msaħħa.

3.

Il-moviment tal-isport jista' jagħti kontribut importanti għal kwistjonijiet ta' interess pubbliku bħall-inklużjoni soċjali. F'dan il-kuntest, l-atleti professjonali u l-persuni sportivi dilettanti, kif ukoll il-klabbs sportivi, huma mudelli għas-soċjetà, speċjalment għaż-żgħażagħ, u għaqdiet oħra sportivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw mal-isport ukoll jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport.

4.

L-aċċess u l-parteċipazzjoni f'diversi aspetti tal-isport huma importanti għall-iżvilupp personali, is-sens ta' identità u appartenenza tal-individwu, is-saħħa fiżika u mentali, l-awtonomizzazzjoni, il-kompetenzi u n-netwerks soċjali, il-komunikazzjoni interkulturali u l-impjegabbiltà.

5.

Il-“Konferenza Ewropea dwar il-Parteċipazzjoni fl-Isport Lokali: l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar”, tat-13 u l-14 ta' Ottubru f'Leuven, il-Belġju, li wriet li l-isport għandu rwol importanti fl-inklużjoni soċjali ta' gruppi żvantaġġati, speċjalment fil-livell lokali.

4.   JIDENTIFIKA, BIR-RISPETT DOVUT LILL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ, IL-PRIJORITAJIET KOMUNI LI ĠEJJIN BIL-ĦSIEB TAL-PROMOZZJONI TAL-INKLUŻJONI SOĊJALI FL-ISPORT U PERMEZZ TAL-ISPORT:

4.1.

Jappoġġa l-prinċipju “Sport għal Kulħadd” ibbażat fuq opportunitajiet indaqs billi:

1.

Tiżdied il-parteċipazzjoni ġenerali fl-isport u jingħata inkoraġġiment għal attivitajiet fiżiċi lill-akbar għadd ta' ċittadini possibbli, inklużi ż-żgħażagħ.

2.

Tingħata attenzjoni speċjali għall-inklużjoni soċjali fl-isport ta' persuni li bħalissa mhumiex fiżikament attivi, l-aktar fost dawk il-gruppi soċjalment żvantaġġati.

3.

B'konsapevolezza li l-aċċess għall-“isport għal kulħadd” huwa importanti, inklużi l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-isport, l-infrastrutturi u l-postijiet fejn isir l-isport għall-akbar għadd ta' persuni possibbli, b'mod partikolari għal persuni b'diżabbiltajiet, kif ukoll l-importanza li l-persuni b'diżabbiltà jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor f'attivitajiet rikreattivi, ta' ħin liberu u tal-isport.

4.

Titħeġġeġ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, speċjalment fejn jikkonċerna l-aċċess għall-isport u r-rappreżentanza fil-korpi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u l-inklużjoni ta' miżuri attivi kontra l-isterjotipi bbażati fuq is-sessi.

4.2.

Isir użu aħjar tal-potenzjal tal-isport bħala kontribut għall-bini tal-komunità, il-koeżjoni soċjali u t-tkabbir inklużiv permezz ta':

1.

L-iffukar fuq l-użu tal-isport għall-promozzjoni tal-inklużjoni fis-soċjetà ta' gruppi żvantaġġati sabiex jiġu żviluppati komunitajiet aktar koeżivi.

2.

L-għarfien u ż-żieda tal-kisba ta' ħiliet u kompetenzi bħal ma huma d-dixxiplina, il-ħidma bħala parti minn tim, u l-perseveranza permezz ta' attivitajiet ta' tagħlim informali fl-isport, inklużi l-attivitajiet ta' volontarjat, bħala mezz kif titjieb l-impjegabbiltà.

3.

Ir-rikonoxximent tal-potenzjal ekonomiku, ta' impjieg u ta' tagħlim tal-isport għal kontribut tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meħtieġ biex jinkiseb ġejjieni sostenibbli.

4.3.

L-appoġġ għall-iskambju transnazzjonali ta' strateġiji u metodoloġiji biex isir użu aħjar mill-potenzjal tal-isport għall-inklużjoni soċjali f'livell nazzjonali u Ewropew billi:

1.

Jiġi stimulat l-użu ta' netwerks bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jiġi żgurat l-involviment tagħhom b'mod partikolari fl-iskambju reċiproku tal-għarfien u tal-aħjar prattika.

2.

Jingħata appoġġ għar-riċerka u l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-isport u l-inklużjoni soċjali fil-ħolqien ta' qafas analitiku msejjes fuq evidenza bbażata fuq il-prattika, b'attenzjoni speċjali għall-inklużjoni soċjali ta' gruppi żvantaġġati permezz tal-isport.

3.

Isiru monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politiki eżistenti biex jappoġġaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u jtejbu l-azzjonijiet fil-futur, b'kont meħud tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti.

5.   GĦALHEKK, B'RABTA MAL-PUNTI MSEMMIJIN HAWN FUQ, JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-QAFAS TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, U BIR-RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ U B'KONT MEĦUD TAN-NATURA SPEĊIFIKA TAL-ISPORT, BIEX:

1.

Jippromwovu l-kooperazzjoni fl-isport fuq il-prinċipju ta' “Sport għal Kulħadd” abbażi ta' aċċess ugwali u opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari għal persuni li huma fiżikament inattivi, waqt li tiġi segwita l-prijorità tal-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport.

2.

Jinkoraġġixxu azzjonijiet li jinvolvu rabta qawwija bejn l-isport u s-setturi involuti fil-kwistjoni tal-inklużjoni soċjali, u jżidu l-interess fl-isport fost il-persuni li huma fiżikament inattivi.

3.

Iħeġġu u jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport ta' persuni minn sfond żvantaġġat, u fl-istess waqt jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà permezz tal-isport billi jintroduċuhom f'netwerks soċjali ġodda u jgħammruhom b'ħiliet ġodda.

4.

Jippromwovu d-djalogu interkulturali billi jinkludu persuni minn sfondi kulturali differenti fis-soċjetà permezz tal-isport.

5.

Jippromwovu azzjonijiet relatati mal-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport tal-persuni b'diżabbiltà, inklużi infrastruttura mtejba u aċċessibbiltà aħjar tal-faċilitajiet u l-postijiet fejn isir l-isport, kif ukoll ir-riċerka relatata mal-apparat speċjalizzat tal-isport, u jagħtu prijorità lill-isport.

6.

Jappoġġaw l-azzjonijiet relatati mal-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet marbuta mal-isport, speċjalment l-aċċess ugwali bejn is-sessi għall-pożizzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u jiġi indirizzat l-isport f'rabta mar-rwoli tas-sessi kif imniżżel fl-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (5).

7.

Ifasslu kanali ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni ma' oqsma ta' politika u dipartimenti oħra rilevanti fl-istituzzjonijiet differenti tal-UE u bejniethom, u fl-Istati Membri, b'attenzjoni speċjali għall-kontribut pożittiv tal-isport għall-inklużjoni soċjali u jinkludu l-isport fi pjani ta' azzjoni rilevanti bħal ma huma pjani ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u pjani ta' azzjoni kontra l-faqar.

8.

Jinkoraġġixxu r-rikonoxximent tat-tagħlim informali permezz tal-isport, bħala komplement għall-edukazzjoni formali permezz tal-kisba ta' ħiliet u kompetenzi kostruttivi meħtieġa għall-impjegabbiltà, b'konnessjoni mat-tkabbir sostenibbli u inklużiv.

9.

Iqajmu kuxjenza dwar attivitajiet ta' volontarjat fl-isport u jenfasizzaw l-importanza tiegħu kemm bħala għodda għall-inklużjoni soċjali kif ukoll bħala mezz għall-kisba ta' ħiliet li jikkontribwixxu għall-impjegabbiltà u l-koeżjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011).

10.

Jippromwovu u jappoġġaw l-istrumenti għat-tagħlim reċiproku, ir-riċerka transdixxiplinari li timmira lejn qafas analitiku msejjes fuq l-evidenza, u l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattika, pereżempju permezz ta' seminars ta' livell għoli jew laqgħat ta' gruppi esperti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-isport u l-inklużjoni soċjali, u jiżguraw li r-riżultati ta' dawk l-attivitajiet jitqassmu b'mod effettiv u jitwettqu fil-prattika.

11.

Jimmassimizzaw il-kontribut tal-isport biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, partikolarment permezz tal-inizjattivi ewlenin tagħha inkluża l-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar.

12.

Jinkoraġġixxu, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, il-ħolqien ta' eżempju ta' inklużjoni soċjali billi joħolqu rabta bejn l-isport u l-proġetti ta' inklużjoni soċjali, b'iffukar speċjali fuq għaqdiet lokali li għandhom kuntatt mill-qrib maċ-ċittadini.

13.

Jinkoraġġixxu, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, li jsir użu effiċjenti tal-fondi disponibbli fl-UE, inkluż b'rabta mal-Programmi dwar l-Isport futuri possibbli, biex jappoġġaw il-proċess tal-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport.

6.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI SABIEX:

1.

Tinkorpora s-suġġett tal-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport bħala prijorità għall-kooperazzjoni fl-isport, fuq kollox fil-Komunikazzjoni li ġejja dalwaqt tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trattat ta' Lisbona u l-isport.

2.

Tiżgura li l-inklużjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport tiġi kkunsidrata fi proposti futuri possibbli għal Programmi tal-UE dwar l-Isport, bħala waħda mill-prijoritajiet, u teżamina l-possibbiltajiet li tuża l-fondi eżistenti bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-programmi bħal Żgħażagħ fl-Azzjoni u l-Programmi ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja biex tappoġġa l-attivitajiet fil-qasam tal-isport.

3.

Tevalwa l-effettività tal-attivitajiet fil-livell tal-UE appoġġati minn azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-inklużjoni soċjali.


(1)  SN 400/00.

(2)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(4)  L-Artikoli 6 u 165 tat-TFUE.

(5)  COM(2010) 491 finali.


ANNESS

Sfond politiku

(1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7 sad-9 ta' Diċembru 2000, Anness IV, Dikjarazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-isport u l-funzjoni soċjali tiegħu fl-Ewropa (1).

(2)

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 (2).

(3)

Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (3).

(4)

Dikjarazzjoni dwar l-Isport tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, parti mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew – Anness 5 (4).

(5)

Deċiżjoni 2010/37/KE tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011) (5).

(6)

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 (6).

(7)

White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport, tal-11 ta' Lulju 2007 (7).

(8)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trattat ta' Lisbona u l-isport (għandha tiġi ppubblikata f'Novembru 2010).


(1)  SN 400/00 ADD1 REV1 + ADD1 REV2 (de, it, en, el, pt).

(2)  Dok. 7652/08, p. 9 (Konklużjonijiet tal-Presidenza).

(3)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(4)  17271/ 08 anness 5, p. 21.

(5)  ĠU L 17, 22.1.2010, p. 43.

(6)  EUCO 13/10.

(7)  COM(2007) 391 finali, p. 4.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/9


Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment – approċċ integrat bi tweġiba għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ

2010/C 326/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA:

1.

L-istrateġija Ewropa 2020, li tistabbilixxi objettivi ambizzjużi għal tkabbir bil-għaqal, inklużiv u sostenibbli li għandhom jintlaħqu matul id-deċennju li jmiss, li tenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa għal azzjoni biex jittejbu l-livelli tal-edukazzjoni, jiżdiedu r-rati tal-impjieg u għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u li tidentifika mira ewlenija speċifika rigward l-edukazzjoni (1), kif ukoll oħrajn relatati mal-impjieg (2), l-inklużjoni soċjali (3), u r-riċerka u l-innovazzjoni (4);

2.

il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (5), li jibqa’ l-bażi għal tali kooperazzjoni u li jikkomplementa l-Istrateġija Ewropa 2020 billi jenfasizza l-kontribut kruċjali li jagħtu l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jegħlbu l-bosta sfidi soċjoekonomiċi, demografiċi, ambjentali u teknoloġiċi li qiegħda tiffaċċja l-Ewropa llum, u li jistabbilixxu erba’ objettivi strateġiċi (6) li għandhom l-għan li jiżguraw prosperità ekonomika sostenibbli u impjegabbiltà, kif ukoll is-sodisfazzjon personali, soċjali u professjonali taċ-ċittadini kollha;

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (7), li tirrikonoxxi li l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni professjonali ta' rġiel u nisa żgħażagħ hija parti essenzjali fil-kisba tal-objettivi tal-istrateġija tal-Ewropa għat-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li fl-istess ħin ikunu promossi s-sodisfazzjon personali, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. Huwa ta' importanza kruċjali li n-nisa u l-irġiel żgħażagħ kollha jkollhom il-possibbiltà li jisfruttaw il-potenzjal tagħhom bl-aħjar mod. Għalhekk ir-Riżoluzzjoni tappella għal inizjattivi speċifiċi fil-qasam taż-żgħażagħ — jiġifieri politiki u azzjonijiet li huma mmirati speċifikament lejn iż-żgħażagħ f'oqsma bħat-tagħlim mhux formali, il-parteċipazzjoni, l-attivitajiet volontarji, il-ħidma maż-żgħażagħ, il-mobbiltà u l-informazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-kultura u s-saħħa. Din tappella wkoll għal inizjattivi ta' integrazzjoni — jiġifieri inizjattivi li jippermettu approċċ transettorjali bejn il-politiki taż-żgħażagħ u oqsma oħra ta' politika rilevanti.

4.

Fl-Istrateġija Ewropa 2020, l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea għandhom jimplimentaw ir-riformi mmirati lejn tkabbir intelliġenti u inklużiv, jiġifieri tkabbir stimolat mill-għarfien u l-innovazzjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni sħiħa. Dawn għandhom jimmiraw lejn titjib fil-kwalità tal-edukazzjon u t-taħriġ, lejn it-tisħiħ tar-riċerka u l-promozzjoni tal-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien madwar l-UE. Dawn għandhom iħeġġu l-ispirtu intraprenditorjali u jgħinu biex jittraduċu ideat kreattivi fi prodotti innovattivi, servizzi u proċessi li jistgħu joħolqu tkabbir, impjiegi ta' kwalità u sostenibbli, koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali, u jindirizzaw b'mod aktar effiċjenti u effettiv l-isfidi relatati mas-soċjetà Ewropea u globali.

JILQA’:

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Żgħażagħ f'Moviment: Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (8), li tpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta' aġenda qafas għall-UE,

WAQT LI JISTENNA B'INTERESS LI:

jitqiesu l-proposti li jinsabu fl-inizjattiva, li tinkludi azzjonijiet ġodda ewlenin kif ukoll ir-rinfurzar tal-attivitajiet eżistenti, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak Ewropew, bil-ħsieb li jgħinu liż-żgħażagħ iwieġbu għall-bosta sfidi soċjoekonomiċi li jiffaċċjaw u biex jirnexxu fis-soċjetà tal-għarfien,

JIRRIKONOXXI LI:

1.

Filwaqt li l-prosperità tal-Ewropa tiddependi fil-biċċa l-kbira miż-żgħażagħ tagħha, għad hemm bosta minnhom li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet konsiderevoli biex jissodisfaw il-potenzjal tagħhom u jagħtu l-kontribut tagħhom lis-soċjetà: numru kbir minnhom jitilqu mill-iskola mingħajr kwalifiki jew b'ħiliet insuffiċjenti, ma jirnexxilhomx isibu impjieg u jsibu ruħhom f'riskju ta' esklużjoni soċjali, u konsegwentement dan jinvolvi spejjeż kbar kemm għall-individwu kif ukoll għas-soċjetà fl-intier tagħha. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata meħtieġ approċċ transettorjali aktar integrat għall-politiki dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-impjiegi u dawk soċjali li jibnu fuq il-punti tajbin attwali u jiżviluppaw miżuri ġodda u effettivi.

2.

L-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-istrumenti nazzjonali dwar it-tagħlim tul il-ħajja, li huma importanti peress li jippermettu mhux biss liż-żgħażagħ, iżda wkoll lill-adulti, biex jiksbu, jżommu u jiżviluppaw l-għarfien, ħiliet u kompetenzi permezz tal-karrieri tagħhom, tibqa’ sfida għal bosta Stati Membri. B'mod partikolari, meħtieġa aktar opportunitajiet ta' tagħlim flessibbli li jippermettu mobbiltà bejn sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ differenti, kif ukoll bejn ambjenti ta' tagħlim formali, mhux formali u informali, għal nisa u rġiel fi stadji differenti ta' ħajjithom, u li jistgħu jattiraw lil studenti mhux tradizzjonali.

3.

Fis-snin li ġejjin għadd dejjem akbar ta' impjiegi ser jeħtieġu livell għoli ta' kwalifiki (9), madankollu l-UE għandha perċentwali aktar baxxa ta' persuni b'livell ta' kwalifiki terzjarju jew ekwivalenti (10), kif ukoll proporzjon aktar baxx ta' riċerkaturi, mill-kompetituri tagħha. Barra minn hekk, il-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Ewropa ser teħtieġ sħubiji ta' għarfien u rabtiet aktar b'saħħithom bejn id-dinja tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tar-riċerka u tan-negozju, sabiex it-triangolu tal-għarfien jissaħħaħ. Din ser tipprovdi wkoll mezz biex jiġi żgurat li dawk li għandhom impjiegi ta' ftit kwalifiki jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jaddattaw għad-domandi li qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol.

4.

Minbarra li tissodisfa l-objettivi personali u soċjoekonomiċi, il-mobbiltà fit-tagħlim tista' tipprovdi mod utli biex issaħħaħ l-impjegabbiltà u biex jinkisbu jew jissaħħu l-kompetenzi professjonali, pedagoġiċi, lingwistiċi, interpersonali u interkulturali. Hija tista' tikkontribwixxi wkoll għal titjib fil-kwalità tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-kooperazzjoni bejniethom. Għalkemm il-programmi u l-istrumenti ta' politika tal-UE taw kontribut sinifikanti f'dan il-qasam, għad hemm potenzjal konsiderevoli mhux esplorat għall-mobbiltà fit-tagħlim, li spiss wisq jibqa’ l-eċċezzjoni. L-opportunitajiet tal-mobbiltà fit-tagħlim f'kuntest edukattiv formali għandhom jiġu inkoraġġuti b'mod attiv għal gruppi bħal studenti adulti żgħażagħ, għalliema, ħarrieġa u persunal edukattiv. L-adulti żgħażagħ għandhom ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn tali opportunitajiet f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali jew informali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu esplorati forom innovattivi ġodda ta' mobbiltà bħal din, inkluża l-mobbiltà virtwali, filwaqt li għandu jitwessa’ l-aċċess għaliha, b'attenzjoni partikolari għal gruppi u sessi żvantaġġati.

GĦALDAQSTANT JAQBEL LI:

1.

Filwaqt li jaħdmu biex jiksbu l-għanijiet tal-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fil-kuntest ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jiżguraw konsistenza mal-arranġamenti eżistenti, b'mod partikolari dawk li saru taħt il-qafas strateġiku “ET 2020” għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, il-proċeduri ta' monitoraġġ u rappurtar għandhom jitwettqu kollha fi ħdan dawn l-oqfsa u f'konformità mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali rispettivi tagħhom. Jeħtieġ li l-azzjonijiet jiġu kkoordinati mill-qrib, bl-involviment u l-kooperazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti f'kull livell, inkluż permezz tad-djalogu strutturat.

2.

Il-Linji Gwida Integrati Ewropa 2020  (11) jipprevedu qafas għal azzjonijiet ta' politika kkoordinati, li l-maġġoranza tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Permezz tal-monitoraġġ adatt, it-tagħlim bejn il-pari u t-tħejjija tal-kontribut għall-Kunsill Ewropew, il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) għandu jkollu rwol prinċipali fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment u l-Istrateġija aktar ġenerali Ewropa 2020, inkluż il-kompitu speċifiku li jinkisbu l-miri ewlenin tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

3.

Huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jegħlbu l-bosta sfidi soċjoekonomiċi li jiffaċċjaw. Madankollu, fi żmien ta' restrizzjoni baġitarja, dawn l-isforzi għandhom ikunu ffokati fuq l-għamla tal-aħjar użu u r-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi ta' politika u l-investimenti, billi norbtu dawn aktar mill-qrib mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u mal-prijoritajiet tal-qafas strateġiku “ET 2020”.

4.

Waqt li l-ambitu tagħhom jestendi lil hinn minn dak tal-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment, huwa ċar li l-programmi eżistenti tal-UE bħat-Tagħlim Tul il-Ħajja, Erasmus Mundus u l-programmi Żgħażagħ Attivi jagħtu kontribut importanti fil-kisba tal-għanijiet ta' din l-inizjattiva, kif ukoll dawk tal-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod ġenerali. Kemm l-ambitu wiesa’ tal-programmi kif ukoll il-kontribut tagħhom għall-inizjattiva għandhom ikunu rikonoxxuti meta tiġi ddisinjata l-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss.

5.

Għandha tiġi inkoraġġuta b'mod attiv aktar mobbiltà, inkluż il-mobbiltà ma' pajjiżi terzi u ma' pajjiżi kandidati, bl-użu ta' programmi u mekkaniżmi adatti. Il-mobbiltà fit-tagħlim għandu wkoll ikollha dimensjoni kwalitattiva, u għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni żviluppata sew bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Bil-ħsieb li jiżdiedu l-kwalità u d-diversità tal-mobbiltà, għandu jiġi esplorat il-potenzjal offrut minn forom eżistenti oħra ta' kooperazzjoni. Madankollu, il-mobbiltà m'għandhiex titqies bħala għan fih innifsu, iżda pjuttost bħala mezz biex tissaħħaħ il-kisba ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi u biex jingħelbu l-isfidi personali u soċjali.

JAQBEL ULTERJORMENT LI:

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi deskritti, meħtieġa miżuri kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell Ewropew li — filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju tas-solidarjetà — ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u l-miri ewlenin aktar wesgħin tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll tal-inizjattivi ewlenin assoċjati tiegħu.

Fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija Żgħażagħ f'Moviment, għandhom jitqiesu l-linji ta' azzjoni li ġejjin:

 

B’attenzjoni speċifika għall-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ:

Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa ta' strateġiji integrati ta' tagħlim tul il-ħajja,

L-iżgurar tal-kisba tal-kompetenzi ewlenin li kull individwu, b'mod partikolari dawk li ġejjin minn sfond żvantaġġat, jeħtieġ għas-suċċess f'soċjetà mmexxija mill-għarfien,

Iż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti,

It-titjib fil-kwalità u l-attrattiva tal-edukazzjoni fil-livelli kollha, partikolarment fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali,

Il-promozzjoni tal-benefiċċji tal-mobbiltà fit-tagħlim f'termini ta' aktar għarfien, ħiliet u esperjenza.

 

B’attenzjoni speċifika għall-qasam taż-żgħażagħ:

Il-promozzjoni ta' approċċ intersettorjali bejn il-politiki taż-żgħażagħ u oqsma ta' politika rilevanti oħra,

Ir-rinfurzar kemm tal-kwalità kif ukoll tal-kwantità tal-mobbiltà għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet, f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali,

Il-promozzjoni ta' riżultati ta' tagħlim mhux formali u informali u t-titjib tar-rikonoxximent tagħhom, sabiex iż-żgħażagħ adulti jkollhom aċċess aktar faċli għall-edukazzjoni u t-taħriġ formali u għas-suq tax-xogħol,

L-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.

 

B’attenzjoni speċifika għall-qasam tal-impjiegi:

Il-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-impjiegi għandhom ikopru b'mod ikkoordinat sew is-sekwenza ta' passi li ż-żgħażagħ jeħtieġ li jieħdu fit-trazizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol. Il-politiki dwar l-impjiegi għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u għat-titjib tal-prospetti tal-impjiegi taż-żgħażagħ, bħala kontribut ewlieni għall-mira tal-impjiegi ta' 75 % stabbilita fl-Istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u t-tkabbir.

GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM:

Biex jimplimentaw bis-sħiħ l-azzjonijiet eżistenti u jiżviluppaw inizjattivi ta' politika futuri li għandhom l-għan li jiksbu l-objettivi wesgħin tal-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment fil-kuntest wiesa’ tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-UE li tirrigwarda speċifikament l-edukazzjoni u t-taħriġ.

Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom:

1.

Jiżguraw kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-oqsma ta' politika relatati kollha, b'mod partikolari l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-affarijiet soċjali, l-impjiegi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, bil-ħsieb li tiġi esplorata l-possibbiltà ta' objettivi komuni;

2.

Jiżguraw li l-Kunsill EYCS u formazzjonijiet rilevanti oħra tal-Kunsill jagħmlu l-parti sħiħa tagħhom fl-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari billi jipprovdu kontribut regolari lill-Kunsill Ewropew dwar il-progress lejn il-miri ewlenin tal-UE;

3.

Jirrazzjonalizzaw u jiżguraw l-użu sħiħ u effiċjenti tal-programmi u l-baġits tal-UE, inkluż — fejn adatt — billi jorbtu dawn mar-riżorsi nazzjonali u dawk reġjonali u billi jikkunsidraw l-użu ta' fondi strutturali u ta' koeżjoni Ewropej u l-Bank Ewropew tal-Investiment;

4.

Ifittxu li jimmassimizzaw il-potenzjal ta' sorsi ġodda oħra u possibbli ta' finanzjament għall-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim u l-impjiegi;

5.

Iqisu l-implikazzjonijiet ta' dawn il-konklużjonijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-UE u l-Qafas Finanzjarju li jmiss tal-UE.


(1)  Il-mira tikkonċerna żewġ oqsma: Li r-rata ta' tluq bikri mill-iskola titnaqqas għal inqas minn 10 %, u li jiżdied għal mill-inqas 40 % l-proporzjon ta' dawk bejn it-30 u l-34 sena li jkunu kisbu livell ta' edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti.

(2)  Li r-rata tal-impjiegi għan-nisa u l-irġel ta' bejn l-20 u l-64 sena tasal sa 75 %, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni akbar miż-żgħażagħ, il-ħaddiema aktar avvanzati fl-età u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki u permezz tal-integrazzjoni aħjar tal-migranti legali.

(3)  Li mill-inqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni.

(4)  Li jittejbu l-kondizzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari bl-għan li l-livelli ta' investiment pubbliku u privat flimkien f'dan is-settur jitwasslu għal 3 % tal-PDG.

(5)  ĠU C 119, 28.5.2009.

(6)  Objettiv 1: Li jsiru realtà t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà; Objettiv 2: It-titjib tal-kwalità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ; Objettiv 3: Il-promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva; Objettiv 4: It-tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni, inkluża l-intraprenditorija, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(7)  ĠU C 311, 19.12.2009.

(8)  Dok. 13726/10.

(9)  Il-proporzjon ta' impjiegi li jeħtieġu kwalifiki ta' livell għoli ser jiżdied minn 29 % fl-2010 għal madwar 35 % fl-2020 (stimi tas-Cedefop).

(10)  Il-proporzjon ta' nies fl-UE b'livell ta' edukazzjoni terzjarju jew ekwivalenti fl-2009 kien ta' 32,3 % (Eurostat).

(11)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Linji Gwida għal-Linji Politiċi tal-Istati Membri dwar l-Impjiegi: Parti II tal-Linji Gwida Integrati għall-Ewropa 2020.


Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Diċembru 2010

2010/C 326/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3155

JPY

Yen Ġappuniż

110,97

DKK

Krona Daniża

7,4521

GBP

Lira Sterlina

0,84450

SEK

Krona Żvediża

9,1531

CHF

Frank Żvizzeru

1,3160

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,010

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,75

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7097

PLN

Zloty Pollakk

4,0055

RON

Leu Rumen

4,3036

TRY

Lira Turka

1,9600

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3614

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3291

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2194

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7553

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7248

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 512,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,1788

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7629

HRK

Kuna Kroata

7,4225

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 857,07

MYR

Ringgit Malażjan

4,1400

PHP

Peso Filippin

57,464

RUB

Rouble Russu

41,2985

THB

Baht Tajlandiż

39,524

BRL

Real Brażiljan

2,2405

MXN

Peso Messikan

16,3014

INR

Rupi Indjan

59,5850


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Novembru 2010

li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni)

2010/C 326/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-istrateġija tal-Ewropa 2020, kif stipulata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, tistabbilixxi viżjoni tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew għas-seklu 21 li jgwadi l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà diġitali kollha.

(2)

Waħda mill-inizjattivi prominenti tal-istrateġija Ewropa 2020, stabbilita fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata Aġenda Diġitali għall-Ewropa (1), tagħti rwol prominenti biex jintlaħaq suq diġitali uniku billi jitneħħew il-barrieri regolatorji u tekniċi li qed itellfu liċ-ċittadini milli jiksbu l-benefiċċji kollha tiegħu.

(3)

Minħabba r-rabta mill-qrib bejn il-proċessi tal-fatturazzjoni u l-pagamenti, il-ħolqien ta' Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) toffri bażi minn fejn jistgħu jiġu varati l-iskemi interoperabbli Ewropej tal-e-fatturazzjoni. Dawk l-iskemi jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-intrapriżi u l-fornituri tas-servizzi finanzjarji permezz ta' effiċjenza imtejba u l-awtomatizzazzjoni tal-katini tal-provvista.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (2) tirrikjedi lill-Istati Membri, sa mill-1 ta' Jannar 2013, biex ikunu konformi mal-prinċipju tat-trattament ekwu bejn il-fatturi fuq il-karta u l-e-fatturi.

(5)

Il-Komunikazzjoni (3) mill-Kummissjoni intitolata Il-Kisba tal-benefiċċji mill-fatturi elettroniċi għall-Ewropa tipproponi l-istabbilment ta' forum Ewropew tad-diversi partijiet interessati biex jassisti lill-Kummissjoni fl-azzjonijiet ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u biex jidentifika miżuri fil-livell tal-Unjoni biex jiffaċilita l-adozzjoni tal-massa tal-e-fatturazzjoni.

(6)

Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-e-fatturazzjoni u li jiġu definiti l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu.

(7)

Il-ħidma prinċipali tal-grupp se tkun il-monitoraġġ tal-użu tal-e-fatturazzjoni u biex jgħin l-iżvilupp tas-suq tal-e-fatturazzjoni madwar l-Istati Membri. Għandu jinnegozja ma' fora nazzjonali ta' diversi partijiet interessati u jagħti attenzjoni partikolari lejn l-aspetti transkonfinali tal-e-fatturazzjoni u l-użu tal-e-fatturazzjoni mill-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

(8)

Il-forum Ewropew tad-diversi partijiet interessati għall-e-fatturazzjoni għandu jkun magħmul minn membri li ġejjin minn fora nazzjonali u rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej mill-komunità tal-utenti, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

(9)

Għandhom jiġu previsti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-Forum, mingħajr preġudizzju lejn ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. (4)

(10)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta. (5)

(11)

Huwa xieraq li jiġi ffissat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-rakkomandabbiltà ta’ estensjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni), minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Forum”, hawnhekk qed jiġi stabbilit.

Artikolu 2

Ħidmiet

1.   Il-ħidma tal-Forum għandha tkun:

(a)

li jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq tal-e-fatturazzjoni u l-livell tal-adozzjoni tal-e-fatturazzjoni mill-industrija u s-setturi tas-servizzi madwar l-Istati Membri;

(b)

li joħloq skambju tal-esperjenza u prassi tajba li jiffaċilitaw l-emerġenza ta' soluzzjonijiet interoperabbli tal-e-fatturazzjoni;

(c)

li juri l-problemi li jinqalgħu, partikolarment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet transkonfinali u jipproponi s-soluzzjonijiet xierqa;

(d)

li jappoġġa u jimmonitorja x-xogħol li jwassal għall-adozzjoni ta' mudell standard ta' e-fattura.

2.   Fit-twettiq ta' ħidmietu, il-Forum għandu jqis ir-riżultati ta' attivitajiet preċedenti, ix-xogħol u s-soluzzjonijiet li diġà jeżistu, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent legali, ir-rekwiżiti kummerċjali u l-istandards tekniċi, fil-qasam tal-e-Fatturazzjoni fis-settur pubbliku u privat.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe materja relatata ma':

(a)

Inizjattivi leġiżlattivi oħrajn li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw il-barrieri li fadal għat-tnedija tal-e-fatturazzjoni.

(b)

Il-proċessi kummerċjali fil-katina finanzjarja tal-forniment li jistgħu jiffaċilitaw it-tnedija tal-e-fatturazzoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-pagamenti u ż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA).

(c)

Azzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jappoġġaw l-adozzjoni tal-e-fatturazzjoni, b'mod partikolari mill-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 4

Kompożizzjoni

Il-Forum għandu jkun magħmul minn 63 membru:

(a)

żewġ membri għall kull forum nazzjonali ta' diversi partijiet interessati;

(b)

sitt membri tal-assoċjazzjonijiet Ewropej li jirrapreżentaw il-konsumaturi, l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u l-azjendi kummerċjali kbar;

(c)

rappreżentant wieħed mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (6).

Artikolu 5

Sħubija – Ħatra

1.   Il-Kummissjoni għandha taħtar l-membri tal-Forum skont li ġej:

(1)

Il-membri msemmija fl-Artikolu 4(a) għandhom jiġu maħtura abbażi tal-proposti tal-Istati Membri. Dawn il-membri jiġu maħtura bħala rappreżentanti tal-forum nazzjonali tad-diversi partijiet interessati.

(2)

Il-membri msemmija fl-Artikolu 4(b) għandhom jiġu maħtura biex jirrapreżentaw l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(b). Is-Servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza bilanċjata fost dawn il-gruppi tal-partijiet interessati.

(3)

Ir-rappreżentanti msemmija fl-Artikolu 4(c) għandhom jiġu maħtura abbażi tal-proposti rispettivi tas-CEN, il-BĊE u l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

2.   Il-membri jinħatru għal perjodu ta' tliet snin.

3.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħidmiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew l-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti għall-kumplament tal-mandat tagħhom.

4.   L-ismijiet tal-Membri msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħrajn simili.

5.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 6

Operazzjonijiet

1.   Il-Forum għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-Forum li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Forum. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jagħti status ta' osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta' esperti u l-pajjiżi kandidati.

3.   Il-membri tal-Forum, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom ikunu konformi mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mit-Trattati u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Fil-każ li dawn l-obbligi ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri xierqa kollha.

4.   Il-laqgħat tal-Forum għandhom isiru fil-proprjetà tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali l-oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Forum.

5.   Il-Forum għandu jadotta kwalunkwe regola ta’ proċedura abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq il-Forum, jew billi tinkludih fir-Reġistru jew permezz ta' link mir-Reġistru għal sit elettroniku apposta.

7.   Fl-aħħar tal-mandat tal-Forum, il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar il-progress milħuq mill-Forum. Dan ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 7

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum għandhom jiġu rimborsati mill-Kummissjoni skont id-disposizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborsati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 8

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2010) 45.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)  COM(2010) 712.

(4)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


Il-Qorti tal-Awdituri

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/16


Rapport Speċjali Nru 8/2010 “It-titjib tal-prestazzjoni tat-trasport fuq l-assi ferrovjarji trans-Ewropej: L-investiment tal-UE fl-infrastruttura ferrovjarja kien effettiv?”

2010/C 326/08

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2010 “It-titjib tal-prestazzjoni tat-trasport fuq l-assi ferrovjarji trans-Ewropej: L-investiment tal-UE fl-infrastruttura ferrovjarja kien effettiv?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. + 352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/17


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13)

2010/C 326/09

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmiija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009 u fil-ĠU C 99, 30.4.2009

Fruntieri tal-ajru

Il-punt ġdid fejn tinqasam il-fruntiera:

Brive-Souillac

IL-FINLANDJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Fruntieri terrestri (Il-Finlandja–Ir-Russja)

(1)

Haapovaara (*)

(2)

Imatra

(3)

Inari (*)

(4)

Karikangas (*)

(5)

Karttimo (*)

(6)

Kivipuro (*)

(7)

Kokkojärvi (*)

(8)

Kurvinen (*)

(9)

Kuusamo

(10)

Leminaho (*)

(11)

Niirala

(12)

Nuijamaa

(13)

Onkamo (*)

(14)

Parikkala (*)

(15)

Puitsi (*)

(16)

Raja-Jooseppi

(17)

Rajakangas (*)

(18)

Ruhovaara (*)

(19)

Salla

(20)

Uukuniemi (*)

(21)

Vaalimaa

(22)

Vainikkala (rail)

(23)

Valkeavaara (*)

(24)

Vartius

(25)

Virtaniemi (*)

Spjegazzjoni:

Il-punti ta' qsim tal-fruntiera huma msejsa fuq il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u dak tal-Federazzjoni Russa dwar punti ta' qsim tal-fruntiera ta’ bejniethom (Ħelsinki, 11 ta’ Marzu 1994). Dawk immarkati b’asterisk (*) jintużaw b’mod limitat skont dan il-Ftehim u jinżammu miftuħa għat-traffiku kif ikun meħtieġ. It-traffiku huwa kważi esklussivament dak ta’ ġarr tal-injam. Il-maġġoranza tal-punti ta’ qsim huma magħluqa l-parti l-kbira tal-ħin.

Ajruporti

(1)

Enontekiö

(2)

Helsinki – Hernesaari (exclusively for helicopter traffic)

(3)

Helsinki – Malmi

(4)

Helsinki – Vantaa

(5)

Ivalo

(6)

Joensuu

(7)

Jyväskylä

(8)

Kajaani

(9)

Kemi – Tornio

(10)

Kittilä

(11)

Kruunupyy

(12)

Kuopio

(13)

Kuusamo

(14)

Lappeenranta

(15)

Maarianhamina

(16)

Mikkeli

(17)

Oulu

(18)

Pori

(19)

Rovaniemi

(20)

Savonlinna

(21)

Seinäjoki

(22)

Tampere – Pirkkala

(23)

Turku

(24)

Vaasa

(25)

Varkaus

Fruntieri marittimi

Punti ta’ qsim fil-port għal bastimenti kummerċjali u tas-sajd

(1)

Eckerö

(2)

Färjsundet

(3)

Förby

(4)

Hamina

(5)

Hanko (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(6)

Haukipudas

(7)

Helsinki

(8)

Inkoo

(9)

Kalajoki

(10)

Kaskinen

(11)

Kemi

(12)

Kemiö

(13)

Kirkkonummi

(14)

Kokkola

(15)

Kotka

(16)

Kristiinankaupunki

(17)

Lappeenranta

(18)

Loviisa

(19)

Långnäs

(20)

Maarianhamina (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(21)

Merikarvia

(22)

Naantali

(23)

Nuijamaa (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(24)

Olkiluoto

(25)

Oulu

(26)

Parainen

(27)

Pernaja

(28)

Pietarsaari

(29)

Pohja

(30)

Pori

(31)

Porvoo

(32)

Raahe

(33)

Rauma

(34)

Salo

(35)

Sipoo

(36)

Taalintehdas

(37)

Tammisaari

(38)

Tornio

(39)

Turku

(40)

Uusikaupunki

(41)

Vaasa

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal inġenji tal-baħar tad-divertiment:

(1)

Haapasaari

(2)

Hanko

(3)

Maarianhamina

(4)

Nuijamaan satama

(5)

Santio

(6)

Suomenlinna

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal idroplani:

(1)

Hanko

(2)

Kotka

(3)

Maarianhamina

(4)

Porkkala

(5)

Suomenlinna


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 326/10

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża GDF Suez SA (“GDF Suez”, Franza) waħedha takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll fuq International Power plc (“International Power”, l-Ingilterra u Wales) permezz tal-akkwist ta' 70 % tal-ishma fl-International Power.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-GDF Suez hija preżenti f'kull parti tal-katina tal-enerġija, fl-elettriku u fil-gass naturali, inklużi: (i) ix-xiri, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-gass naturali u tal-elettriku; (ii) it-twassil, it-tqassim, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta' infrastrutturi kbar tal-gass naturali; u (iii) it-tfassil u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tal-enerġija u ta' servizzi marbutin mal-ambjent,

L-International Power hija operatur internazzjonali b'attivitajiet fl-Amerika ta' Fuq, fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani, fl-Awstralja u fl-Asja. L-International Power hija operatur ta' faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Hija tiżviluppa, tippossedi u tħaddem madwar 50 impjant tal-produzzjoni tal-elettriku f'21 pajjiż, u tiġġenera kapaċità (gross) ta' bejn wieħed u ieħor 32 000 MW f'kapaċita elettrika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5978 – GDF Suez/International Power, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).