ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.324.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
1 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 324/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patrimonju ċinematografiku Ewropew, inklużi l-isfidi tal-era diġitali

1

2010/C 324/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-perijodu 2011-2020

5

2010/C 324/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kultura fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

16

2010/C 324/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rwol tal-UE fil-ġlieda internazzjonali kontra d-doping

18

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 324/05

Rata tal-kambju tal-euro

19

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 324/06

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru)

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 324/07

Notifika tat-tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 324/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

2010/C 324/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5907 – Votorantim/Fischer/JV) ( 1 )

26

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 324/10

Notifika rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba minn Stat Membru

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patrimonju ċinematografiku Ewropew, inklużi l-isfidi tal-era diġitali

2010/C 324/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.   BILLI:

ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati (1) (Rakkomandazzjoni dwar il-patrimonju ċinematografiku) tissottolinja l-fatt li x-xogħlijiet ċinematografiċi huma manifestazzjoni essenzjali tar-rikezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, u li huma jikkostitwixxu patrimonju kulturali li għandu jiġi ssalvagwardjat għall-ġenerazzjonijiet futuri;

2.   WAQT LI JFAKKAR:

fil-kuntest politiku ta' dan is-suġġett kif imniżżel fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet;

3.   JIEĦU NOTA:

tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (2), u JIRRIKONOXXI b'enfasi partikolari l-fatt li tixrid akbar u użu aktar effettiv tat-teknoloġiji diġitali jipprovdu kwalità ta' ħajja aħjar lill-Ewropej permezz ta' possibbiltajiet ġodda ta' komunikazzjoni u aċċess aktar faċli għal kontenut kulturali;

4.   JIRRIKONOXXI LI:

l-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi qed jiffaċċjaw kemm l-isfidi dejjem preżenti tal-era analoġika kif ukoll l-isfidi ġodda tal-era diġitali;

l-evoluzzjoni kontinwa tat-teknoloġiji u tal-mezzi ta' distribuzzjoni u ta' utilizzazzjoni tal-kontenut kulturali jista' jkollha impatt fuq il-kunċetti tradizzjonali tal-film, taċ-ċinema u tal-patrimonju;

l-ambjent diġitali jippermetti li l-patrimonju ċinematografiku jkun aktar aċċessibbli għal min joħloq, għall-professjonisti taċ-ċinema, għar-riċerkaturi, għall-iskejjel, u għaċ-ċittadini in ġenerali, u dan irrispettivament mill-fruntieri. Għalhekk, dan jippermetti l-iżvilupp tal-kreattività, iż-żieda ta' skambji kulturali u t-twessigħ tal-aċċess għad-diversità tal-kulturi u tal-lingwi tal-Unjoni Ewropea;

l-era diġitali tqajjem ukoll kwistjonijiet ġodda fir-rigward tal-ġbir, il-wiri u l-preservazzjoni fit-tul ta' kopji diġitali ta' materjal analoġiku kif ukoll ta' materjal ta' oriġini diġitali;

id-diġitalizzazzjoni tal-materjal analoġiku hija operazzjoni kumplessa, għalja u li tieħu l-ħin, u li għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti prijoritajiet, b'kont meħud partikolarment tal-valur tal-materjal u r-riskju ta' deterjorazzjoni;

il-qafas legali dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwal u l-implimentazzjoni tiegħu fil-qafas kuntrattwali għandu jiżgura ċertezza legali suffiċjenti biex l-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi jkunu jistgħu jwettqu l-missjonijiet tagħhom ta' interess pubbliku, partikolarment il-preservazzjoni u r-restawr tax-xogħlijiet iddepożitati, kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-għoti ta' aċċess għal dawn ix-xogħlijiet għal finijiet kulturali u edukattivi;

hemm il-ħtieġa li tiġi rrinforzata s-sensibilizzazzjoni fost dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet interessati u ċ-ċittadini inġenerali dwar il-ħtiġijiet kruċjali fir-rigward tal-ġbir, ir-restawr u l-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku, inkluż il-materjal diġitali;

jinħtieġ li jitjiebu l-edukazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni u t-taħriġ professjonali, f'rabta mal-iżvilupp fl-użu ta' teknoloġiji ġodda fl-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi;

irrispettivament mill-proċess ta' diġitalizzazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku, il-preservazzjoni tal-mezzi oriġinali tibqa' fundamentali. F'dan il-kuntest, il-Kunsill jirrikonoxxi wkoll l-importanza ta' laboratorji li kapaċi jwettqu sewwa r-restawr u d-duplikazzjoni tal-materjal analoġiku.

il-materjal relatat mal-films huwa komponent prezzjuż tal-patrimonju ċinematografiku;

5.   JISSOTTOLINJA:

l-impenn tiegħu li jappoġġa b'mod attiv l-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi fil-kompiti kollha tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest tal-evoluzzjoni lejn l-ambjent diġitali;

ir-rwol kumplimentari li jista' jkollhom is-sħubiji pubbliċi-privati fit-twettiq tal-kompiti ta' dawn l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni, għal finijiet kulturali u edukattivi, ta' aċċess pubbliku wiesgħa għax-xogħlijiet iddepożitati, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

6.   JILQA' B'INTERESS:

l-ewwel (3) u t-tieni (4) rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar il-patrimonju ċinematografiku;

il-ftehim qafas konkluż bejn il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Produtturi tal-Films (FIAPF) u l-Assoċjazzjoni taċ-Ċinemateki Ewropej (ACE) dwar id-depożitu volontarju tal-films fl-arkivji għall-preservazzjoni (5);

l-intenzjoni tal-Kummissjoni li sal-2010 tipproponi direttiva dwar ix-xogħlijiet orfni, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tagħha “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”;

7.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

jadattaw l-istrumenti eżistenti li jistabbilixxu depożitu obbligatorju, legali jew kuntrattwali, tax-xogħlijiet ċinematografiċi li jifformaw parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom filwaqt li jittieħed kont tat-transizzjoni lejn il-produzzjoni u d-distribuzzjoni diġitali u jiżguraw applikazzjoni adatta ta' dawn l-istrumenti;

jippromwovu d-depożitu volontarju ta' films u l-użu tal-ftehim qafas konkluż bejn il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Produtturi tal-Films (FIAPF) u l-Assoċjazzjoni taċ-Ċinemateki Ewropej (ACE) dwar id-depożitu volontarju tal-films fl-arkivji għall-preservazzjoni;

jieħdu f'konsiderazzjoni l-patrimonju ċinematografiku meta jiddefinixxu l-politiki kulturali tagħhom;

jiżguraw li jittieħed kont tal-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku fil-politika ċinematografika nazzjonali jew reġjonali tagħhom, b'mod partikolari biex:

(a)

tiġi stabbilita strateġija fit-tul għall-patrimonju ċinematografiku nazzjonali tagħhom, kemm għal mezzi analoġiċi kif ukoll dawk diġitali;

(b)

jittieħed kont tas-swali taċ-ċinema tal-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi u tas-swali taċ-ċinema l-oħra ddedikati għall-films tal-patrimonju meta tkun qed tiġi implimentata l-politika tagħhom għall-promozzjoni tat-transizzjoni lejn iċ-ċinema diġitali;

(c)

jiġi żgurat li l-films li jkunu bbenefikaw minn appoġġ ta' fondi nazzjonali jew reġjonali jiġu ddepożitati fl-istituzzjoni inkarigata mill-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku, u jitħeġġeġ id-depożitu tal-materjal kollu relatat fejn dan ikun fattibbli;

(d)

jiġi żgurat li fir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, mingħajr preġudizzju għal remunerazzjoni ġusta tad-detenturi tad-drittijiet u mingħajr interferenza fl-esplojtazzjoni normali tal-film, l-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn drittijiet adatti fir-rigward tal-preservazzjoni u l-utilizzazzjoni kulturali u mhux kummerċjali tal-films appoġġati minn fondi nazzjonali u reġjonali u tal-materjal relatat, b'mod li jkun jista' jsir, pereżempju:

wiri pubbliku tal-films fil-bini tagħhom u/jew;

ir-riproduzzjoni tal-film fil-mezzi kollha għall-ħtiġijiet tal-preservazzjoni u/jew;

ir-restawr tal-materjal u/jew;

l-użu tal-materjal f'wirjiet u/jew;

l-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni tal-materjal mir-riċerkaturi permezz ta' konnessjoni sigura tal-internet u/jew;

l-użu ta' siltiet diġitalizzati mill-materjal għal finijiet edukattivi u/jew;

l-aċċess għal siltiet, kif ukoll għal materjal intier, permezz ta' pjattaformi pubbliċi ta' aċċess għal kontenut kulturali online bħal Europeana (6) u l-proġetti sħab tagħha jew is-siti tal-internet tal-istituzzjonijiet kulturali nazzjonali;

jiffaċilitaw, fir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iċ-ċirkolazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju ċinematografiku permezz ta', fost oħrajn:

(a)

skambji ta' materjal fost l-istituzzjonijiet inkarigati mill-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku;

(b)

sottotitolizzar ta' films fl-akbar numru ta' lingwi Ewropej possibbli;

jintensifikaw l-isforzi għad-diġitilizzazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku u jżidu l-aċċessibbiltà tiegħu b'mod partikolari permezz ta' Europeana, f'konformità mal-prinċipji tal-Istrateġija Diġitali għall-Ewropa;

jistinkaw biex jiżviluppaw l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali fil-qasam tal-arkivji ċinematografiċi, pereżempju bl-inklużjoni ta' korsijiet speċifiċi fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u b'żieda fl-iskambju temporanju ta' professjonisti bejn l-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi għall-finijiet ta' taħriġ professjonali kontinwu;

jistabbilixxu politika ta' preservazzjoni fit-tul tal-kopji diġitali tal-materjal analoġiku kif ukoll tal-materjal ta' oriġini diġitali, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (7), u mal-Konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2006 (8);

ikomplu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prassi tajba f'dan il-qasam;

8.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

tkompli teżamina kif tiggarantixxi ċertezza legali suffiċjenti f'dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-istituzzjonijiet inkarigati mill-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku, sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-missjonijiet tagħhom ta' interess pubbliku;

tkompli bl-iskambju ta' esperjenzi u ta' prassi tajba fil-grupp ta' esperti taċ-ċinema stabbilit mill-Kummissjoni (9), u tirrapporta lill-Kunsill dwar il-progress li jkun inkiseb;

tkompli tappoġġa r-riċerka fl-oqsma tal-preservazzjoni fit-tul tal-materjal diġitali u l-aċċessibbiltà tiegħu f'kuntest multilingwi, partikolarment rigward is-sostenibbiltà tal-mezzi diġitali u l-format tad-data;

teżamina, fil-kuntest tal-ħidma li għaddejja dwar ix-xogħlijiet orfni, il-kwistjonijiet li jqumu fis-settur awdjoviżiv;

9.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-OQSMA TA' KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

jippromwovu l-applikazzjoni tal-istandards Ewropej dwar l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data ċinematografiċi (10) u, jekk meħtieġ, jistabbilixxu standards komuni rigward id-depożitu ta' fajls diġitali lill-istituzzjonijiet patrimonjali ċinematografiċi;

jistudjaw fid-dettall l-isfidi u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-era diġitali għall-istituzzjonijiet inkarigati mill-preservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku;

jappoġġaw l-azzjonijiet imwettqin minn dawn l-istituzzjonijiet biex iwieġbu għal dawn l-isfidi u opportunitajiet, b'mod partikolari billi jagħmlu l-kollezzjonijiet tagħhom aktar aċċessibbli bl-għajnuna ta' teknoloġiji ġodda.


(1)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57.

(2)  COM(2010) 245 finali.

(3)  SEC(2008) 2373.

(4)  SEC(2010) 853.

(5)  http://acefilm.de/98.html

(6)  http://www.europeana.eu

(7)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28.

(8)  ĠU C 297, 7.12.2006, p. 1.

(9)  http://ec.europa.eu/avpolicy/reg/cinema/experts/index_en.htm

(10)  Standards Ewropej EN 15744: 2009 “Identifikazzjoni tal-films – Sett minimu ta' metadata għax-xogħlijiet ċinematografiċi” u EN 15907 “Identifikazzjoni tal-films – Mezzi għat-titjib tal-interoperabbiltà tal-metadata – Gruppi u strutturi tal-elementi”.


ANNESS

Kuntest tal-politika

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar il-konservazzjoni u t-titjib tal-patrimonju ċinematografiku Ewropew (1)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2001 dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (2)

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-8 ta' Novembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-patrimonju awdjoviżiv (3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (4)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2003 dwar id-depożitu ta' xogħlijiet ċinematografiċi fl-Unjoni Ewropea (5)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (6)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2006 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (7)

Rakkomandazzjoni tat-23 ta' Settembru 2009 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar il-politika ċinematografika nazzjonali u d-diversità ta' espressjoni kulturali (8)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-Europeana: il-passi li jmiss (9)


(1)  ĠU C 193, 11.7.2000, p. 1.

(2)  COM(2001) 534 finali.

(3)  http://conventions.coe.int/Treaty/EN/Treaties/Html/183.htm

(4)  ĠU C 271E, 15.11.2003, p. 176.

(5)  ĠU C 295, 5.12.2003, p. 5.

(6)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28.

(7)  ĠU C 297, 7.12.2006, p. 1.

(8)  CM/Ġabra(2009) 73.

(9)  ĠU C 137, 27.5.2010, p. 19.


1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/5


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-perijodu 2011-2020

2010/C 324/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

KONXJI LI:

1.

Fit-12 ta' Novembru 2002, il-Kunsill approva Riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni ta' kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (1), li sussegwentement serviet bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni adottata mill-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) tal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, kif ukoll il-Kummissjoni u l-Imsieħba Soċjali Ewropej fil-laqgħa tagħhom f'Kopenħagen fid-29 u t-30 ta' Novembru 2002, bħala l-istrateġija għat-titjib tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-attraenza tal-ETV, imsemmija ta' spiss bħala “l-proċess ta' Kopenħagen”.

2.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2) tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-provvediment ta' kompetenzi ewlenin għal kulħadd bħala parti tal-istrateġiji tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja, sabiex joffru liż-żgħażagħ kollha l-mezzi biex jiżviluppaw dawn il-kompetenzi f'livell li jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal aktar tagħlim u għall-ħajja tax-xogħol.

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda (3) enfasizzat l-urġenza tal-antiċipazzjoni ta' ħiliet futuri meħtieġa għat-tħejjija ta' ħaddiema għal impjiegi ġodda fis-soċjetà tal-għarfien, billi jiġu implimentati miżuri bl-għan li jqabblu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi mal-ħtiġiet tal-ekonomija u jiġu evitati nuqqasijiet possibbli ta' ħiliet.

4.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti rrikonoxxew ir-rwol prinċipali li t-tagħlim għall-adulti jista' jkollu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Lisbona, billi titrawwem il-koeżjoni soċjali, jingħataw liċ-ċittadini l-ħiliet meħtieġa biex isibu xogħlijiet ġodda u tingħata għajnuna lill-Ewropa biex tirrispondi aħjar għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, u stiednu lill-Istati Membri biex jindirizzaw serje ta' miżuri speċifiċi rigward it-tagħlim għall-adulti (4).

5.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ (5) stiednu lill-Istati Membri biex jagħtu liż-żgħażagħ kollha fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali l-opportunità li jipparteċipaw fi skema tal-mobbiltà u jżidu l-opportunitajiet għall-mobbiltà fil-kuntest tal-ETV.

6.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008, dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista' jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja (6), enfasizzat il-ħtieġa li l-individwi jingħataw għajnuna biex jidentifikaw il-ħiliet eżistenti tagħhom u biex jiddefinixxu l-għanijiet ta' tagħlim meħtieġa biex itejbu l-prospetti ta' karriera tagħhom.

7.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-12 ta' Mejju 2009 (7) dwar it-titjib ta' sħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-imsieħba soċjali, b'mod partikolari min iħaddem, fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja ħeġġew lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv sħubiji bħal dawn.

8.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (8) stabbilixxew din il-kooperazzjoni għall-perijodu sal-2020 fil-kuntest ta' qafas li jkopri sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ b'mod ġenerali fil-perspettiva tat-tagħlim tul il-ħajja.

9.

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010 u tas-17 ta' Ġunju 2010 (9), il-Kunsill Ewropew stabbilixxa żewġ miri ewlenin għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020. Huwa stieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE biex tiġi implimentata dik l-istrateġija, b'mod partikolari permezz ta' numru ta' inizjattivi prominenti.

10.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda” (10), ħeġġet lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar biex jappoġġaw l-akkwist, l-aġġornar u l-iżvilupp ulterjuri tal-firxa sħiħa ta' kompetenzi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll jappoġġaw l-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tal-għalliema u dawk li jħarrġu fl-ETV, inkluż għall-iskop li jiġu mgħammra biex jieħdu rwoli ġodda impliċiti f'approċċ ibbażat fuq il-kompetenzi.

11.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 u l-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (11) stiednu lill-Istati Membri biex isaħħu l-kisba ta' kompetenzi ewlenin permezz tal-perkorsi u l-programmi vokazzjonali, u biex jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tal-istudenti żvantaġġati.

JENFASIZZAW LI:

1.

Kemm l-ETV inizjali (ETV-I) kif ukoll l-ETV kontinwu (ETV-K) għandhom l-istess objettiv doppju li jikkontribwixxu għall-impjegabbiltà u t-tkabbir ekonomiku, u li jirrispondu għall-isfidi aktar wiesgħa tas-soċjetà, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali. Huma għandhom joffru liż-żgħażagħ, kif ukoll lill-adulti, opportunitajiet attraenti u ambizzjużi għall-karriera u għandhom jappellaw b'mod ugwali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, għall-persuni b'potenzjal għoli u għal dawk li, għal xi raġuni, jiffaċċjaw ir-riskju ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol.

2.

Is-suq tax-xogħol Ewropew futur ser ikollu jiffaċċja fl-istess ħin popolazzjoni li qed tixjieħ u kwantitajiet jiċkienu ta' żgħażagħ li jidħlu fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fis-swieq tax-xogħol. Fl-istess ħin, ser ikollu jilqa' l-isfidi ta' żvilupp teknoloġiku kontinwu u ħtiġiet ekonomiċi li jinbidlu. B'riżultat ta' dan, l-adulti – u b'mod partikolari l-ħaddiema ta' età avvanzata, ser jiġu dejjem iżjed mitluba jaġġornaw u jwessgħu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom permezz ta' ETV kontinwu.

3.

It-tnaqqis attwali fir-ritmu ekonomiku jista' jkollu effett serju fuq l-investiment fl-ETV. Minħabba limitazzjonijiet baġitarji, huma meħtieġa soluzzjonijiet innovattivi biex jiksbu finanzjament sostenibbli għall-ETV u biex jiżguraw li r-riżorsi jiġu allokati b'mod effiċjenti u jitqassmu b'mod ġust.

4.

L-iżbilanċi bejn id-domanda u l-offerta ta' ħiliet jistgħu jostakolaw il-produttività, it-tkabbir u l-kompetittività. Huwa meħtieġ li jiġu antiċipati l-ħtiġiet meħtieġa u n-nuqqasijiet fil-livelli kollha tal-kwalifiki, u li r-riżultati jiġu trasferiti fil-politika u l-prattika, bil-ħsieb tat-titjib tat-komplimentarjetà bejn il-provvediment ta' ETV u l-ħtiġiet tal-ekonomija, taċ-ċittadini u tas-soċjetà inġenerali.

5.

It-tfassil tal-ETV huwa r-responsabbiltà kondiviża tal-gvernijiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali, min iħaddem u partijiet interessati rilevanti oħra, bħall-organizzazzjonijiet settorjali, dawk li jipprovdu l-ETV, l-għalliema, dawk li jħarrġu, u l-istudenti: kollha għandhom interess reċiproku fil-kooperazzjoni aktar mill-qrib.

6.

Il-linji politiċi Ewropej u nazzjonali għandhom jenfasizzaw li fis-soċjetà tal-għarfien il-ħiliet u l-kompetenzi vokazzjonali huma importanti daqs il-ħiliet u l-kompetenzi akkademiċi.

7.

Minħabba r-rwol tagħhom fis-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej, huwa kruċjali li tiġi sostnuta u żviluppata aktar l-eċċellenza fl-ETV. L-ETV tal-aqwa livell huma ta' importanza assoluta biex tinżamm il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala l-esportatur l-aktar b'saħħtu tal-prodotti industrijali fid-dinja. Settur tal-ETV bi prestazzjoni għolja huwa importanti ħafna wkoll biex jinżamm il-mudell Ewropew għall-assistenza soċjali.

JIRRIKONOXXU LI:

Il-proċess ta' Kopenħagen kellu rwol kruċjali biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-ETV fil-livell Ewropew u dak nazzjonali (12). Il-kooperazzjoni żviluppata taħt il-proċess wasslet għal ftehim dwar objettivi u miri komuni Ewropej, id-diskussjoni ta' mudelli u inizjattivi nazzjonali, u l-iskambju tal-aħjar prattika fil-livell Ewropew. Il-kriżi ekonomika attwali tkompli tenfasizza aktar l-importanza tal-ETV. Madankollu, iktar għarfien dwar l-importanza tal-ETV mhux neċessarjament jirriżulta f'riżorsi u fondi addizzjonali.

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-ETV ġġenerat żviluppi sinifikanti fil-linji politiċi nazzjonali u wasslet għall-ħolqien ta' strumenti Ewropej importanti għat-trasparenza, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi, u l-assigurazzjoni tal-kwalità: l-Europass (13), il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) (14), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (15) u l-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (EQAVET) (16)

Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja jappoġġa u jippromwovi l-introduzzjoni ta' oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali “komprensivi” li jkopru l-edukazzjoni ġenerali, l-ETV u l-edukazzjoni għolja u li huma bbażati fuq riżultati tat-tagħlim. Billi jibdlu l-perspettiva minn proċess ta' tagħlim orjentat fuq dak li jiġi mgħallem għar-riżultati tat-tagħlim, oqfsa bħal dawn joħolqu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja u jgħinu biex jinkiseb tqabbil aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Fil-maġġoranza tal-pajjiżi qed issir evidenti bidla tanġibbli mill-proċessi ta' tagħlim orjentati fuq dak li jiġi mgħallem għar-riżultati tat-tagħlim kemm fil-politika kif ukoll fil-prattika.

L-Istati Membri qegħdin dejjem aktar jemmnu li l-għodod Ewropej jistgħu jsostnu sistemi ta' kwalifiki nazzjonali trasparenti, permeabbli, flessibbli u inklużivi. Madankollu, attwalment mhux l-għodod kollha Ewropej disponibbli jintużaw daqs kemm jistgħu. Għalkemm qed tiżviluppa żona Ewropea ta' edukazzjoni u taħriġ, l-għan oriġinali li jitneħħew l-ostakoli għall-mobbiltà għadu ma ntlaħaqx. Il-mobbiltà tat-tagħlim fl-ETV teħtieġ li tissaħħaħ aktar.

Hekk kif il-proċess ta' Kopenħagen saħħaħ ir-rwol tal-ETV taħt l-Istrateġija ta' Lisbona (2000-2010), l-għan ta' dawn il-konklużjonijiet għandu jkun li jgħin biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Istrateġija l-ġdida Ewropa 2020 għall-impjiegi u t-tkabbir u l-inizjattivi ewlenin assoċjati tagħha. L-ETV għandu jkollhom ukoll ir-rwol tagħhom fil-kisba taż-żewġ miri ewlenin stabbiliti fil-qasam tal-edukazzjoni, jiġifieri – sal-2020 – li jiżdied il-persentaġġ ta' dawk bejn 30-34 sena li jiggradwaw mill-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti għal mill-inqas 40 %, u jitnaqqas is-sehem ta' dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien għal inqas minn 10 %.

L-objettivi fil-qasam tal-ETV għandhom jibqgħu konsistenti wkoll mal-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ “ET 2020”. Il-kooperazzjoni Ewropea taħt il-proċess ta' Kopenħagen għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' żona Ewropea ta' edukazzjoni u taħriġ, fejn il-kwalifiki miksuba f'pajjiż wieħed ikunu rikonoxxuti f'pajjiżi Ewropej oħra, sabiex tiġi promossa l-mobbiltà taż-żgħażagħ u l-adulti. Minn naħa waħda, id-diversità tas-sistemi Ewropej tal-ETV tikkostitwixxi assi li jservu bħala bażi għal tagħlim reċiproku. Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa t-trasparenza u approċċ komuni għall-assigurazzjoni tal-kwalità sabiex tinbena fiduċja reċiproka bejn sistemi differenti.

JAQBLU LI:

Il-kooperazzjoni taħt il-proċess ta' Kopenħagen għandha tingħata spinta ġdida. Peress li l-proċess ta' Kopenħagen huwa parti integrali mill-qafas strateġiku “ET 2020”, l-objettivi fil-qasam tal-ETV għanhom jibqgħu konsistenti mal-objettivi ġenerali stabbiliti f'dak il-qafas. Barra minn hekk, meta jkun qed jiġi rivedut il-proċess ta' Kopenħagen, għandu jittieħed kont kemm tal-esperjenzi miksuba sa dak iż-żmien u l-isfidi l-ġodda, kif ukoll tal-kuntest politiku li jkun qed jevolvi matul id-deċennju li ġej 2011-2020, b'mod partikolari fid-dawl tal-Istrateġija Ewropa 2020.

B'rispett sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma għaldaqstant mistiedna jikkunsidraw l-adozzjoni ta' dawn li ġejjin:

I.

Viżjoni globali għall-ETV fl-2020;

II.

Objettivi strateġiċi għall-perijodu 2011-2020, flimkien ma' numru ta' objettivi trasversali ta' sostenn;

III.

Prinċipji li fuqhom huma bbażati l-governanza u l-appartenenza tal-Proċess ta' Kopenħagen;

IV.

Riżultati fuq perijodu qasir għall-ewwel erba' snin (2011-2014),

kif imfissra fit-taqsimiet I sa IV hawn taħt.

I.   VIŻJONI GLOBALI GĦALL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ VOKAZZJONALI FL-2020

Sal-2020, is-sistemi Ewropej tal-ETV għandhom ikunu aktar attraenti, rilevanti, orjentati lejn il-karriera, innovattivi, aċċessibbli u flessibbli milli huma fl-2010, u għandhom jikkontribwixxu għall-eċċellenza u l-ekwità fit-tagħlim tul il-ħajja billi jipprovdu:

ETV (kemm l-ETV-I kif ukoll l-ETV-K) attraenti u inklużivi, b'għalliema u dawk li jħarrġu kwalifikati ħafna, b'metodi innovattivi ta' tagħlim, infrastruttura u faċilitajiet ta' kwalità għolja, b'rilevanza għolja fis-suq tax-xogħol, u b'perkorsi li jwasslu għal aktar edukazzjoni u taħriġ;

Kwalità għolja tal-ETV inizjali (ETV-I) li l-istudenti, il-ġenituri u s-soċjetà inġenerali jistgħu jikkunsidraw bħala għażla attraenti, tal-istess valur bħall-edukazzjoni ġenerali. L-ETV-I għandha tgħammar l-istudenti b'kompetenzi ewlenin u b'ħiliet vokazzjonali speċifiċi;

L-ETV kontinwu (ETV-K) faċilment aċċessibbli u orjentat lejn il-karriera għall-impjegati, min iħaddem, l-intraprendituri indipendenti u persuni qiegħda, li jiffaċilitaw kemm l-iżvilupp ta' kompetenzi kif ukoll il-bidliet fil-karriera;

Sistemi flessibbli tal-ETV, ibbażati fuq riżultati tat-tagħlim, li jappoġġaw perkorsi flessibbli ta' tagħlim, li jippermettu permeabbiltà bejn is-sottosistemi differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ (edukazzjoni skolastika, ETV, edukazzjoni għolja, edukazzjoni għall-adulti) u li jinkludu l-validazzjoni ta' tagħlim informali u dak mhux formali, inklużi l-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tax-xogħol;

Żona Ewropea ta' edukazzjoni u taħriġ, b'sistemi trasparenti ta' kwalifiki li jippermettu t-trasferiment u l-akkumulazzjoni ta' riżultati tat-tagħlim, kif ukoll ir-rikonoxximent ta' kwalifiki u kompetenzi, u li jżidu l-mobbiltà transnazzjonali;

Opportunitajiet miżjuda b'mod sostanzjali għall-mobbiltà transnazzjonali tal-istudenti tal-ETV u tal-professjonisti fl-ETV;

L-informazzjoni tul il-ħajja, il-gwida u s-servizzi ta' pariri faċilment aċċessibbli u ta' kwalità għolja, li jiffurmaw netwerk koerenti u li jippermettu liċ-ċittadini Ewropej jieħdu deċiżjonijiet tajba u jamministraw it-tagħlim u l-karrieri professjonali tagħhom lil hinn mill-profili tal-ġeneru tradizzjonali.

II.   OBJETTIVI STRATEĠIĊI GĦALL-PERIJODU 2011-2020

1.   Titjib tal-kwalità u l-effiċjenza tal-ETV – tisħiħ tal-attraenza u r-rilevanza tagħha  (17)

L-ETV għandu jkollhom rilevanza għolja għas-suq tax-xogħol u l-karrieri tal-persuni. Biex l-ETV jsiru aktar attraenti, l-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi u l-azzjonijiet li ġejjin:

1.1.    Biex l-ETV inizjali (ETV-I) issir alternattiva ta' tagħlim attraenti

(a)

Togħla l-kwalità tal-ETV-I (ara wkoll 1.2 hawn taħt), billi titjieb il-kwalità u l-kompetenza tal-għalliema, dawk li jħarrġu, u l-mexxejja tal-iskejjel, jiġu introdotti perkorsi flessibli bejn il-livelli kollha tal-edukazzjoni u tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-possibbiltajiet li joffru l-ETV. Dan huwa ta' importanza partikolari fi Stati Membri fejn l-ETV għandhom tendenza jkunu sottovalutati:

(b)

Jiġu inkoraġġiti attivitajiet prattiċi u l-provvediment ta' gwida u informazzjoni ta' kwalità għolja li jippermettu lill-istudenti tfal fl-edukazzjoni obbligatorja, u l-ġenituri tagħhom, isiru familjari ma' snajja' vokazzjonali u possibbiltajiet ta' karrieri differenti;

(c)

Ikun żgurat li l-kompetenzi ewlenin huma integrati fil-kurrikula tal-ETV-I u jiġu żviluppati mezzi ta' valutazzjoni adatti;

(d)

Jiġu organizzati attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet ta' ġestjoni tal-karriera fl-ETV-I;

(e)

L-istudenti fl-ETV-I jingħataw aċċess għal tagħmir tekniku, materjal edukattiv u infrastrutturi aġġornati u adatti. Fornituri tal-ETV għandhom jikkunsidraw il-qsim tal-ispejjeż u t-tagħmir bejniethom u f'kooperazzjoni man-negozji. It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fl-intrapriżi li jkollhom l-infrastruttura rilevanti għandu wkoll ikun promoss;

(f)

Tiġi monitorata t-transizzjoni ta' gradwati fl-ETV għas-suq tax-xogħol jew għal aktar edukazzjoni u taħriġ, bl-użu ta' sistemi ta' monitoraġġ nazzjonali.

1.2.    It-trawwim tal-eċċellenza, il-kwalità u r-rilevanza kemm tal-ETV-I u kif ukoll tal-ETV-K

1.2.1.   Assigurazzjoni tal-kwalità

(a)

Kwalità għolja tal-forniment tal-ETV hija prerekwiżit biex ikunu attraenti. Sabiex tiġi garantita kwalità aħjar, aktar trasparenza, fiduċja reċiproka, il-mobbiltà tal-ħaddiema u l-istudenti, u t-tagħlim tul il-ħajja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu oqfsa ta' assigurazzjoni tal-kwalità skont ir-Rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET;

(b)

L-Istati Membri għandhom – sa tmiem l-2015 – jistabbilixxu fil-livell nazzjonali qafas komuni ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri tal-ETV, li japplika wkoll għat-tagħlim assoċjat fil-post tax-xogħol u li huwa kompatibbli mal-qafas tal-EQAVET.

1.2.2.   Kwalità tal-għalliema, ta' dawk li jħarrġu u ta' professjonisti oħrajn tal-ETV

(a)

L-Istati Membri għandhom itejbu t-taħriġ inizjali u dak kontinwu għall-għalliema, għal dawk li jħarrġu, il-mentors u l-kunsilliera billi joffru investiment u taħriġ flessibbli. Il-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-għalliema u dawk li jħarrġu fl-Ewropa, is-swieq tax-xogħol u l-ambjenti tax-xogħol li qed jinbidlu, flimkien mal-ħtieġa li jiġu attirati dawk li l-aktar huma adatti biex jgħallmu, jagħmlu dan l-objettiv saħansitra aktar kritiku. Għandhom ikunu mħeġġa apprendistati għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu fl-intrapriżi;

(b)

L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jidentifikaw l-aħjar prassi u prinċipji gwida fir-rigward ta' kompetenzi li jinbidlu u l-profili tal-għalliema u dawk li jħarrġu fl-ETV. Dan jista' jsir bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Cedefop, b'kollaborazzjoni man-netwerk tiegħu tal-għalliema u dawk li jħarrġu fl-ETV.

1.2.3.   Rilevanza fis-suq tax-xogħol

Ir-rilevanza fis-suq tax-xogħol tal-ETV (kemm l-ETV-I kif ukoll l-ETV-K), u l-impjegabbiltà tal-gradwati tal-ETV, għandhom jissaħħu permezz ta' diversi miżuri:

(a)

L-awtoritajiet fl-Istati Membri - f'livell nazzjonali, reġjonali, jew lokali - għandhom joħolqu opportunitajiet għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-iskejjel u l-intrapriżi sabiex jittejjeb l-għarfien tal-għalliema dwar il-prattiki tax-xogħol minn naħa waħda u l-kompetenzi u l-ħiliet pedagoġiċi ġenerali ta' dawk li jħarrġu min-naħa l-oħra;

(b)

L-Istati Membri għandhom jippromwovu sħubiji bejn l-imsieħba soċjali, l-intrapriżi, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi tal-impjiegi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-partijiet interessati rilevanti oħra, sabiex jiġi żgurat trasferiment aħjar ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tiġi pprovduta komplimentarjata aħjar bejn dawk il-ħtiġijiet u l-iżvilupp tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi. Min iħaddem u l-imsieħba soċjali għandhom ifittxu li jiddefinixxu b'mod ċar liema huma l-kompetenzi u l-kwalifiki li jeħtieġu kemm fil-perijodu qasir kif ukoll fit-tul, u fi ħdan is-setturi kif ukoll f'livell trans-settorjali. L-iżvilupp ta' lingwaġġ komuni (18) mmirat biex iġib flimkien min-naħa waħda d-dinja tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u min-naħa l-oħra d-dinja tax-xogħol, għandu jitkompla u għandu jkun konsistenti ma' strumenti oħra tal-UE, bħall-QEK (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki);

(c)

Il-kurrikuli tal-ETV għandhom ikunu orjentati fuq ir-riżultati u jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-mudelli ta' kooperazzjoni ma' kumpanniji jew organizzazzjonijiet dipartimentali professjonali għandhom jindirizzaw din il-kwistjoni u jipprovdu lill-istituzzjonijiet tal-ETV b'rispons kemm dwar l-impjegabbiltà kif ukoll dwar ir-rati tal-impjiegi tal-gradwati tal-ETV;

(d)

Biex titjieb il-kwalità u r-rilevanza tal-ETV, l-Istati Membri, u partikolarment il-fornituri tal-ETV, għandhom jagħmlu użu tar-rispons mis-servizzi ta' gwida dwar it-transizzjoni tal-gradwati tal-ETV għax-xogħol jew għal aktar tagħlim;

(e)

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol imwettaq fi sħubija ma' negozji u organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ għandu jkun karatteristika tal-korsijiet kollha inizjali tal-ETV;

(f)

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' taħriġ tat-tip ta' apprendistati u jqajmu għarfien dwar dan.

2.   Biex it-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà  (19)

2.1.    Aċċess flessibbli għat-taħriġ u l-kwalifiki

2.1.1   Fir-rigward tal-ETV Kontinwu (ETV-K)

Biex jittejjeb il-kontribut tal-ETV sabiex jintlaħaq il-punt ta' riferiment ta' 15 % tal-adulti li jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ sal-2020, l-Istati Membri għandhom:

(a)

Jinkoraġġixxu b'mod attiv lill-individwi sabiex jipparteċipaw, u lill-fornituri tal-ETV biex iżidu l-involviment tagħhom fl-ETV-K, b'konċentrazzjoni partikolari fuq persuni li jiffaċċjaw it-transizzjonijiet fis-suq tax-xogħol (bħal ħaddiema f'riskju u dawk li huma qiegħda) u fuq gruppi żvantaġġati;

(b)

Jistabbilixxu qafas adatt immirat biex jinkoraġġixxi lill-kumpanniji biex ikomplu jinvestu fl-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ETV-K;

(c)

Jinkoraġġixxu arranġamenti flessibbli ta' taħriġ (tagħlim elettroniku, korsijiet ta' filgħaxija, taħriġ matul il-ħin tax-xogħol, eċċ) sabiex jippromwovu l-aċċess għat-taħriġ f'sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja u jadattaw għal ħtiġijiet differenti. It-taħriġ kontinwu għandu jinkludi t-tipi kollha ta' tagħlim, inkluż ukoll it-taħriġ fil-kumpanniji stess u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, u għandu jkun ugwalment aċċessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;

(d)

Jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tat-taħriġ u lil dawk li jħaddmu biex jikkollaboraw, b'mod partikolari fit-taħriġ tan-numru elevat ta' ħaddiema b'nuqqas ta' ħiliet li għandhom mhux aktar minn edukazzjoni sekondarja fil-livell baxx u li jibbenefikaw minn approċċi fejn il-ħiliet bażiċi huma inklużi fl-ETV;

(e)

Jibdew jiżviluppaw, sa mhux aktar tard mill-2015, proċeduri nazzjonali għar-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, appoġġati kif adattat minn oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki. Dawn il-proċeduri għandhom jiffukaw fuq l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi, irrispettivament mill-kuntest li fih ikunu nkisbu, pereżempju tagħlim wiesa' għall-adulti, ETV, esperjenza tax-xogħol u attivitajiet voluntarji. Għandhom jitqiesu aktar ukoll l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li ma jwasslux neċessarjament għal kwalifiki formali sħaħ. Kooperazzjoni mill-qrib ma' oqsma oħra ta' politika, bħaż-żgħażagħ, l-isport, il-kultura, l-affarijiet soċjali, l-impjiegi, hija importanti f'dan ir-rigward;

(f)

Jieħdu miżuri speċifiċi biex tittejjeb il-rata ta' parteċipazzjoni fl-ETV-K ta' persuni li jiffaċċjaw transizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u ta' gruppi b'parteċipazzjoni baxxa fit-taħriġ, bħan-nisa, il-ħaddiema b'ħiliet limitati u l-ħaddiema aktar avvanzati fl-età. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ifittxu permezz tal-investiment li jġibu n-numru ta' persuni b'ħiliet limitati ta' età bejn il-25 u l-64 sena li jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja aktar konformi mar-rati ta' parteċipazzjoni medji ta' dak il-grupp ta' età.

2.1.2   Rigward l-ETV-I kif ukoll l-ETV-K

(a)

Jiffaċilitaw it-transizzjonijiet mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol, u minn impjieg għal ieħor, billi jipprovdu servizzi integrati ta' gwida (servizzi ta' impjiegi u servizzi ta' pariri), kif ukoll ħiliet ta' ġestjoni tal-karriera, kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti. Huwa kruċjali li l-fornituri tas-servizzi involuti jkunu kapaċi li b'mod faċli u oġġettiv jiskambjaw informazzjoni u jiżviluppaw il-kwalità tas-servizzi ta' gwida;

(b)

Jiżviluppaw jew iżommu l-ETV postsekondarju/ogħla, fil-livell 5 jew ogħla tal-QEK, kif adatt, u jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ewlenija tal-UE ta' 40 % fl'edukazzjoni terzjarja jew dik ekwivalenti;

(c)

Jippromwovu perkorsi flessibbli bejn l-ETV, l-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja u jtejbu l-permeabbiltà permezz tat-tisħiħ tar-rabtiet ta' bejniethom. Biex jinkiseb dan l-għan, kif ukoll parteċipazzjoni akbar fit-tagħlim tul il-ħajja, l-Istati Membri għandhom jaċċelleraw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali bbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim;

(d)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn koerenza akbar bejn iż-żewġ sistemi Ewropej ta' kreditu – l-ECVET u l-ECTS.

2.2.    L-iżvilupp ta' approċċ strateġiku lejn l-internazzjonalizzazzjoni tal-ETV-I u l-ETV-K u l-promozzjoni tal-mobbiltà internazzjonali

(a)

Il-globalizzazzjoni ekonomika tinkoraġġixxi lil min iħaddem, lill-impjegati u l-intraprendituri indipendenti biex jestendu l-ambitu tagħhom lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiżi tagħhom stess.

Il-fornituri tal-ETV għandhom jappoġġawhom f'dan il-proċess billi jagħtu dimensjoni internazzjonali lill-kontenut tat-tagħlim u jistabbilixxu netwerks internazzjonali ma' istituzzjonijiet sħab;

(b)

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-fornituri tal-ETV – permezz ta' inċentivi, skemi ta' finanzjament (inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej) u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika – biex jiżviluppaw strateġiji għal kooperazzjoni transkonfinali fl-ETV, bl-għan li titrawwem mobbilità akbar tal-istudenti, l-għalliema u dawk li jħarrġu, u ta' professjonisti oħrajn tal-ETV. L-Istati Membri għandhom jippromwovu ETV li jippermettu, jinkoraġġixxu u – preferibbilment – jintegraw perijodi ta' mobbiltà, inkluż esperjenzi ta' xogħol, barra l-pajjiż;

(c)

L-Istati Membri għandhom sistematikament jużaw u jippromwovu għodod Ewropej ta' trasparenza bħall-QEK, l-ECVET u l-Europass għall-promozzjoni tal-mobbiltà transnazzjonali;

(d)

L-Istati Membri għandhom jippromwovu opportunitajiet għal tagħlim tal-lingwi kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema fl-ETV, u l-provvediment ta' taħriġ fil-lingwa addattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ETV, b'enfasi speċjali fuq l-importanza tal-lingwi barranin għall-kooperazzjoni transkonfinali fl-ETV u l-mobbiltà internazzjonali.

3.   Tisħiħ tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija  (20)

It-trawwim tal-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, kif ukoll l-użu tal-ICT (fl-ETV-I u l-ETV-K)

Il-kreattività u l-innovazzjoni fl-ETV, kif ukoll l-użu ta' metodi innovattivi ta' tagħlim, jistgħu jinkoraġġixxu lill-istudenti biex jibqgħu fl-ETV sakemm ikunu kwalifikati. B'dan il-mod, l-ETV jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni (21).

(a)

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu attivament lill-fornituri tal-ETV sabiex jikkollaboraw ma' intrapriżi innovattivi, ċentri ta' disinn, is-settur kulturali u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fil-formazzjoni ta' “sħubiji tal-għarfien”. Dan għandu jgħinhom jiksbu tagħrif prezzjuż dwar żviluppi ġodda u ħtiġijiet ta' kompetenza u biex jiżviluppaw l-eċċellenza professjonali u l-innovazzjoni. Sħubiji bħal dawn jistgħu wkoll ikunu ta' għajnuna fl-introduzzjoni ta' metodi ta' tagħlim ibbażat fuq l-esperjenza, l-inkoraġġiment tal-esperimentazzjoni u l-adattament tal-kurrikuli;

(b)

L-ICT għandhom ikunu użati biex jimmassimizzaw l-aċċess għat-taħriġ u biex jippromwovu t-tagħlim attiv, kif ukoll biex jiżviluppaw metodi ġodda kemm f'ETV ibbażat fuq ix-xogħol u kemm f'dak ibbażat fl-iskola;

(c)

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw inizjattivi mmirati sabiex jippromwovu l-intraprenditorija kemm fl-ETV-I kif ukoll fl-ETV-K f'kooperazzjoni mill-qrib ma' min iħaddem, il-fornituri tal-ETV u s-servizzi nazzjonali ta' appoġġ tan-negozju. Biex jiksbu dan, huma għandhom jinkoraġġixxu l-provvediment ta' finanzjament adatt – eż. għall-materjali tat-tagħlim, l-għodda ta' appoġġ u l-istabbiliment ta' kumpanniji żgħar mill-istudenti – u għandhom ifittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali;

(d)

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw intraprendituri li għadhom kif ġew stabbiliti u oħrajn futuri billi jinkoraġġixxu appoġġ għall-gradwati tal-ETV fil-fażi tal-bidu ta' intrapriża u billi jippromwovu l-mobbiltà tat-tagħlim għall-intraprendituri żgħażagħ.

4.   Promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva  (22)

ETV-I u ETV-K inklużivi

L-Istati Membri għandhom joffru ETV li jżidu l-impjegabbiltà tal-persuni (kemm fil-perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul), li jippermettilhom jiżviluppaw karrieri ta' kwalità, esperjenza ta' xogħol sodisfaċenti, l-istima personali, il-kburija u l-integrità professjonali u li joffru opportunitajiet għat-tkabbir fil-ħajja professjonali u personali tagħhom. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri għandhom:

(a)

Jiggarantixxu li l-ETV inizjali jipprovdu lill-istudenti kemm b'kompetenzi vokazzjonali speċifiċi kif ukoll b'kompetenzi ewlenin usa', inkluż kompetenzi trasversali, li jippermettulhom li jsegwu aktar edukazzjoni u taħriġ (fl-ETV jew fl-edukazzjoni għolja) u jappoġġaw l-għażliet ta' karriera, il-parteċipazzjoni u t-transizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. L-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li l-persuni jakkwistaw fl-ETV għandhom jgħinuhom biex iġestixxu l-karrieri tagħhom u biex ikollhom rwol attiv fis-soċjetà;

(b)

Jiżguraw li s-sistemi ta' tagħlim għall-adulti jrawmu l-akkwist u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenzi ewlenin. Dan jista' jitwettaq b'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ETV, il-komunitajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ;

(c)

Jimmassimizzaw il-kontribut tal-ETV għat-tnaqqis tal-persentaġġ ta' dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien għal inqas minn 10 % permezz ta' taħlita ta' miżuri kemm preventivi kif ukoll ta' rimedju. Dan jista' jinkiseb, pereżempju, permezz tal-ETV rilevanti fis-suq tax-xogħol, aktar tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u l-apprendistati, il-perkorsi flessibli ta' tagħlim, il-gwida u l-pariri effettivi, u permezz tal-kontenut u l-metodi tat-tagħlim li jirrikonoxxu l-istili ta' ħajja u l-interessi taż-żgħażagħ, filwaqt li jinżammu standards ta' kwalità għolja għall-ETV;

(d)

Jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw aċċess fuq bażi ugwali, speċjalment għal individwi u gruppi f'riskju li jiġu esklużi, b'mod partikolari dawk b'ħiliet limitati jew bla taħriġ, persuni bi bżonnijiet speċjali jew minn sfond soċjali żvantaġġat, u ħaddiema aktar avvanzati fl-età. Il-parteċipazzjoni ta' tali gruppi fl-ETV għandha tiġi ffaċilitata u inkoraġġita permezz ta' mezzi finanzjarji jew mezzi oħra u permezz tal-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll il-provvediment ta' perkorsi flessibbli;

(e)

Jippromowovu ċittadinazza attiva fl-ETV, pereżempju billi jħeġġu s-sħubiji bejn il-fornituri tal-ETV u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew, f'konformità mal-leġislazzjoni u l-prassi nazzjonali, billi jippromwovu r-rappreżentanza tal-istudenti f'istituzzjonijiet tal-ETV. Promozzjoni ta' dan it-tip tista' tikkontribwixxi għall-validazzjoni ta' ħiliet u kompetenzi miksuba permezz ta' attivitajiet volontarji.

5.   Objettivi trasversali b'appoġġ għall-4 objettivi strateġiċi

(a)   Involviment akbar tal-partijiet interessati tal-ETV u viżibbiltà akbar għall-kisbiet tal-kooperazzjoni Ewropea fl-ETV– L-involviment akbar tal-partijiet interessati tal-ETV jimplika viżibbiltà akbar għall-kisbiet tal-kooperazzjoni Ewropea fl-ETV. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jinvestu f'komunikazzjoni ċara u mmirata għal gruppi differenti ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali u Ewropew. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-istrumenti disponibbli tal-UE, l-istudenti u l-partijiet kollha involuti għandhom jirċievu informazzjoni estensiva u mfassla apposta;

(b)   Governanza koordinata tal-istrumenti Ewropej u nazzjonali fl-oqsma tat-trasparenza, ir-rikonoxximent, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-mobbiltà– B'mod konformi mal-erba' objettivi strateġiċi, l-użu koerenti u komplementari tal-istrumenti varji Ewropej u nazzjonali fl-oqsma tat-trasparenza, ir-rikonoxximent, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-mobbiltà għandu jkun prijorità għolja għall-Istati Membri fis-snin li ġejjin. Huma meħtieġa governanza kkoordinata ta' dawn l-istrumenti taħt il-proċess ta' Kopenħagen u sinerġija akbar mal-istrumenti u l-prinċipji tal-proċess ta' Bolonja;

(c)   Intensifikar tal-kooperazzjoni bejn l-ETV u l-oqsma ta' politika rilevanti oħra– L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn l-ETV u oqsma ta' politika rilevanti oħra, bħall-impjiegi, l-affarijiet ekonomiċi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-affarijiet soċjali, iż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura sabiex jaderixxu għal-Linji Gwida Integrati tal-Ewropa 2020 u biex itejbu r-rikonoxximent tal-kompetenzi u l-kwalifiki;

(d)   Titjib tal-kwalità u l-komparabbiltà tad-data għat-tfassil tal-politika tal-UE fl-ETV– It-tfassil tal-politika fl-ETV fil-livell tal-UE għandu jkun ibbażat fuq data komparabbli eżistenti. Għal dan il-għan, u bl-użu tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data rilevanti u affidabbli dwar l-ETV – inkluża l-mobbiltà tal-ETV – u jagħmluhom disponibbli għall-Eurostat. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqblu flimkien dwar liema data għandha ssir disponibbli l-ewwel;

(e)   Użu tajjeb mill-appoġġ tal-UE– Il-Fondi Strutturali Ewropej u l-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja għandhom jintużaw biex jappoġġaw il-prijoritajiet miftiehma għall-ETV, inkluża l-mobbiltà internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri.

III.   PRINĊIPJI LI HUMA SOTTOSTANTI GĦALL-GOVERNANZA U L-APPARTENENZA TAL-PROĊESS TA' KOPENĦAGEN

L-Istati Membri għandhom jagħmlu impenn qawwi biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-proċess ta' Kopenħagen fil-programmi ta' riforma nazzjonali tal-Ewropa 2020;

Ir-rappurtar skont il-proċess ta' Kopenħagen għandu jkun inkorporat f'dak tal-qafas strateġiku “ET 2020”. Dan jipprovdi l-aktar mod effiċjenti ta' kontribut għar-rappurtar dwar l-Istrateġija Ewropa 2020, u għandu jżid il-viżibbiltà tal-ETV fil-tagħlim tul il-ħajja;

Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ETV għandha tiġi intensifikata. Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għandu jkompli jservi bħala l-mekkaniżmu prinċipali għal kooperazzjoni bħal din. It-tagħlim bejn il-pari u l-proġetti innovattivi għandhom jipprovdu mezzi ta' appoġġ għall-iżviluppi tal-politika nazzjonali;

Id-Diretturi Ġenerali għat-Taħriġ Vokazzjonali (DĠTV), l-Imsieħba Soċjali Ewropej u l-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali (KKTV) għandhom ikomplu jkollhom rwol attiv fil-governanza tal-proċess ta' Kopenħagen;

Is-Cedefop u l-ETF għandhom ikomplu jappoġġaw l-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni, jirrapportaw dwar il-progress lejn l-objettivi strateġiċi u r-riżultati fuq perijodu qasir, u jipprovdu evidenza għat-tfassil tal-politika fl-ETV;

L-organizzazzjonijiet tal-fornituri tal-ETV għandhom jiġu inkoraġġiti jikkooperaw fil-livell Ewropew bil-ħsieb li jippromwovu l-objettivi msemmijin hawn fuq;

Id-djalogi ta' politika u l-iskambji ta' esperjenza mas-sieħba globali tagħna jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-isfidi preżenti u dawk futuri. Għandhom jissaħħu l-iskambji u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi kandidati potenzjali, ma' pajjiżi tal-viċinat assistiti mill-ETF u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-OECD, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-UNESCO. Id-dritt ta' parteċipazzjoni f'dawn l-attivitajiet għandu jiġi żgurat għall-Istati Membri kollha;

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar perjodiku dwar il-progress mill-gvernijiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali, għandha ssir lista tar-riżultati fuq perijodu qasir.

IV.   RIŻULTATI FUQ PERIJODU QASIR 2011-2014

Waqt li jintużaw l-objettivi msemmija hawn fuq bħala bażi, u waqt li tkun irrispettata b'mod sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-kontenut tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, numru ta' riżultati fuq perijodu qasir ġew iddeterminati għall-erba' snin li ġejjin (2011-2014) (23). Dawn huma mniżżla hawn taħt:

1.   Titjib tal-kwalità u l-effiċjenza tal-ETV – tisħiħ tal-attraenza u r-rilevanza tagħha

1.1    Tisħiħ tal-attraenza u tal-eċċellenza

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

L-organizzazzjoni ta' attivitajiet immirati lejn il-promozzjoni tal-attraenza u tal-eċċellenza tal-ETV, li jistgħu jinkludu kampanji u kompetizzjonijiet ta' ħiliet;

(b)

L-appoġġ ta' attivitajiet, li jippermettu lill-istudenti żgħażagħ fl-edukazzjoni obbligatorja jsiru familjari ma' snajja vokazzjonali u possibbiltajiet ta' karrieri.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

Dokument ta' politika dwar ir-rwol tal-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli;

Konsiderazzjoni tal-appoġġ Ewropew għal kampanji ta' promozzjoni tal-ETV, inkluż il-Eurobarometer dwar l-attraenza tal-ETV;

Inkoraġġiment ta' kompetizzjonijiet ta' ħiliet fil-livell Ewropew u/jew globali.

1.2    Titjib tal-kwalità u r-rilevanza

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

It-teħid ta' miżuri adegwati għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET u progress lejn oqfsa nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-ETV;

(b)

Kif adatt, l-iżgurar li l-kompetenzi ewlenin u l-ħiliet ta' ġestjoni tal-karriera huma integrati b'mod adegwat fil-kurrikuli tal-ETV-I u li jistgħu jinkisbu permezz ta' opportunitajiet ta' taħriġ fl-ETV-K;

(c)

Il-gvernijiet, l-imsieħba soċjali u l-fornituri tal-ETV għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex:

jimmassimizzaw it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, inklużi l-apprendistati, sabiex jikkontribwixxu għal żieda fin-numru ta' apprendisti fl-Ewropa sal-2012;

joħolqu opportunitajiet biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-intrapriżi tal-ETV (dawk bi skop ta' profitt kif ukoll dawk bla skop ta' profitt), pereżempju permezz ta' apprendistati għall-għalliema f'intrapriżi;

jipprovdu lill-instituzzjonijiet tal-ETV b'reazzjonijiet dwar l-impjegabbiltà tal-gradwati tal-ETV;

(d)

Ikomplu jaħdmu fuq it-twaqqif ta' sistemi ta' monitoraġġ dwar tranżizzjonijiet minn tagħlim għal xogħol.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

Gwida u appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-EQAVET;

Ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-EQAVET fil-livell nazzjonali fl-2013;

Netwerking tematiku tal-proġetti tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan il-Programm Leonardo da Vinci;

Vademekum/studju dwar mudelli ta' tagħlim ta' suċċess ibbażati fuq ix-xogħol (b'kontribut mis-Cedefop);

It-tisħiħ tal-antiċipazzjoni tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, speċjalment permezz ta' previżjonijiet tal-ħiliet (Cedefop) u permezz tat-twaqqif ta' Kunsilli Ewropej dwar il-Ħiliet;

L-iżvilupp ta' lingwaġġ komuni mmirat biex iservi ta' pont bejn id-dinja tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dik tax-xogħol (ESCO) konsistenti ma' strumenti oħra tal-UE, bħall-QEK;

Il-konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta' punt ta' riferiment tal-UE għall-impjegabbiltà abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni;

Il-ħidma fuq l-aħjar prattiki u prinċipji ta' gwida fir-rigward tal-profili li jinbidlu tal-għalliema u dawk li jħarrġu fl-ETV (flimkien mas-Cedefop).

2.   Biex it-taghlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà

2.1.    Appoġġ tat-tagħlim tul il-ħajja

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

Sabiex ikun massimizzat il-kontribut tal-ETV għall-punt ta' riferiment ta' 15 % tal-“ET 2020” dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja, jiġi rivedut l-użu ta' inċentivi, drittijiet u obbligi għall-partijiet interessati involuti kollha, u tittieħed azzjoni adatta biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-ETV-K;

(b)

L-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar il-QEK:

l-iżvilupp ta' oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki (QNK) komprensivi bbażati fuq l-approċċ tal-eżiti tat-tagħlim. L-użu tal-QNK bħala katalizzatur għall-ħolqien ta' aktar permeabbiltà bejn l-ETV u l-edukazzjoni għolja, għall-iżvilupp jew iż-żamma tal-ETV f'livelli QEK postsekondarji/ogħla, u għar-realizzazzjoni ta' perkorsi flessibbli ta' tagħlim;

ir-referenzjar tal-livelli tal-QNK għal-livelli tal-QEK sal-2012;

(c)

L-iżvilupp u l-promozzjoni tal-użu ta' proċeduri għall-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali appoġġat minn oqfsa Ewropej u nazzjonali tal-kwalifiki u mill-għoti ta' gwida;

(d)

Il-provvediment ta' servizzi ta' gwida integrati (edukazzjoni, taħriġ, impjieg) relatati mill-qrib mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol;

(e)

L-implimentazzjoni tal-ECVET: ara t-taqsima 2.2 hawn taħt.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

Manwal tal-politika dwar l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fl-ETV-K;

Gwida u appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-QEK, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riżultati tat-tagħlim;

Isiru mapep tal-iżviluppi tal-QNK mis-CEDEFOP u l-ETF;

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni ta' taħriġ non-formali u informali (2011);

Rapport ta' progress dwar l-iżvilupp ta' linji ta' politika, sistemi u prattiki dwar l-iggwidar tul il-ħajja – 2011 (CEDEFOP, ETF u ELGPN).

2.2.    Tisħiħ tal-mobbiltà

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

Progress lejn l-implimentazzjoni tal-ECVET f'konformità mar-Rakkomandazzjoni, u parteċipazzjoni fl-ittestjar tal-ECVET għall-mobbiltà;

(b)

It-teħid ta' miżuri adatti biex tingħata spinta lill-mobbiltà fl-ETV, inkluż:

Inkoraġġiment ta' numru ikbar ta' studenti fl-ETV-I u professjonisti fl-ETV biex jipparteċipaw fil-mobbiltà transnazzjonali;

Inkoraġġiment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-fornituri tal-ETV, biex jiżviluppaw kultura u strateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni, inkluża l-mobbiltà transkonfinali;

Jiġu indirizzati l-ostakoli legali u amministrattivi relatati mal-mobbiltà transnazzjonali tal-apprendisti u l-persuni li jitħarrġu;

Il-kmamar tal-professjonisti, l-organizzazzjonijiet kummerċjali u organizzazzjonijiet rilevanti oħra jiġu mħeġġa jappoġġaw l-impriżi ospitanti u dawk mittenti fil-provvediment ta' kondizzjonijiet adatti għal apprendisti u persuni li jitħarrġu f'mobbiltà transnazzjonali;

L-iżgurar tal-provvediment tat-tagħlim tal-lingwi u kompetenzi interkulturali fil-kurrikuli tal-ETV;

Isir l-aħjar użu ta' għodod oħra tal-UE (p.e. QEK, EQAVET, Europass) għat-tisħiħ tal-għarfien reċiproku ta' kwalifiki u kompetenzi.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

Gwida u appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-ECVET;

Reviżjoni perjodika tal-implimentazzjoni tal-ECVET (flimkien mas-Cedefop);

Netwerking tematiku tal-proġetti ECVET fi ħdan il-Programm Leonardo da Vinci;

Rakkomandazzjoni dwar il-mobbiltà tat-tagħlim (2011);

Il-konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta' punt ta' riferiment tal-UE għall-mobbiltà tal-EVT abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni (2011);

Proposta għal qafas ta' kwalità għal apprendistati;

Promozzjoni tal-mobbiltà għall-apprendisti, inkluż permezz ta' portal ta' appoġġ, fi ħdan il-qafas tal-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja/il-Programm Leonardo da Vinci;

Żvilupp ta' passaport Ewropew ta' ħiliet bħala parti mill-Europass sal-2012.

3.   Tisħiħ tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

L-inkoraġġiment ta' sħubiji għall-kreattività u l-innovazzjoni (fornituri tal-ETV, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u ċentri ta' disinn, arti, riċerka u innovazzjoni);

(b)

L-inkoraġġiment tal-użu ta' kwalità għolja, effettiv u innovattiv tat-teknoloġija mill-fornituri tal-ETV kollha (inklużi netwerking u sħubiji pubbliċi-privati) appoġġati bl-apparat, l-infrastruttura u n-netwerks meħtieġa, b'titjib kontinwu li jirrifletti l-iżviluppi fit-teknoloġiku u fil-fehim pedagoġiku;

(c)

It-teħid ta' miżuri għall-promozzjoni tal-intraprenditorija, p.e. permezz tal-promozzjoni tal-akkwist ta' kompetenzi ewlenin rilevanti, biex tingħata l-possibbiltà li jsiru esperjenzi prattiċi f'intrapriżi, u l-involviment ta' esperti minn negozji.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

It-twaqqif ta' Forum ETV/Negozji fil-livell tal-UE li jiffoka fuq it-temi li ġejjin:

ir-rwol tal-ETV fit-trijangolu tal-għarfien;

it-transizzjonijiet minn ETV għal negozju; kif jingħata appoġġ lil gradwati fl-ETV fil-fażi inizjali ta' twaqqif ta' intrapriżi.

4.   Promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

It-teħid ta' miżuri preventivi u ta' rimedju biex ikun massimizzat il-kontribut tal-ETV fil-ġlieda kontra t-tluq kmieni mill-iskola;

(b)

Jiġu meqjusa miżuri speċifiċi mmirati lejn iż-żieda fil-parteċipazzjoni ta' gruppi b'livell baxx ta' ħiliet u oħrajn li huma “f'riskju” fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' perkorsi flessibbli fl-ETV-K u l-użu ta' gwida adatta u servizzi ta' appoġġ;

(c)

L-użu tal-ICT biex jiġi massimizzat l-aċċess għat-taħriġ u biex jiġi promoss it-tagħlim attiv, kif ukoll biex jiġu żviluppati metodi ġodda kemm f'ETV ibbażat fuq ix-xogħol u kemm f'dak ibbażat fl-iskola, biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' gruppi “f'riskju”;

(d)

L-użu ta' sistemi eżistenti ta' monitoraġġ biex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni ta' gruppi “f'riskju” fl-ETV: ara t-taqsima 1.2. (d) hawn fuq.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

Vademekum tal-aħjar prattiki dwar l-inklużjoni ta' gruppi “f'riskju” permezz ta' taħlita ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u kompetenzi ewlenin;

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tan-numru ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola (2011).

5.   Objettivi trasversali, governanza u appartenenza tal-proċess ta' Kopenħagen

Azzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(a)

L-istabbiliment ta' strateġiji ta' komunikazzjoni għal gruppi differenti ta' partijiet interessati, iffokati fuq l-implimentazzjoni u l-valur miżjud ta' għodod (ECVET, ECTS, riferenzjar ta' oqfsa nazzjonali għal dak Ewropew tal-kwalifiki, sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità f'konformità mal-EQAVET);

(b)

It-twaqqif ta' mekkaniżmi għal kooperazzjoni strutturata bejn is-settur tal-ETV u s-servizzi tal-impjieg fil-livelli kollha (politika u implimentazzjoni), inklużi l-isħab soċjali;

(c)

Il-kontribut għat-titjib tad-data fil-livell tal-UE dwar studenti tal-ETV-I, inkluża l-mobbiltà u l-impjegabbiltà.

Appoġġ fil-livell tal-UE:

L-appoġġ għall-kisba tal-objettivi ta' hawn fuq permezz tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja u, fejn adatt, permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej;

L-appoġġ ta' tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri u proġetti innovattivi;

It-twaqqif ta' proċedura ta' koordinazzjoni msaħħa għall-implimentazzjoni ta' għodod Ewropej komuni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Strateġija ta' komunikazzjoni Ewropea dwar għodod Ewropej ta' trasparenza;

L-iżvilupp ta' kooperazzjoni strutturata ma' assoċjazzjonijiet tal-fornituri tal-ETV fil-livell tal-UE;

It-tisħiħ ta' kooperazzjoni strutturata bejn l-oqsma tal-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dik tal-impjieg;

It-titjib tad-data fil-livell tal-UE dwar studenti tal-ETV-I, inkluża l-mobbiltà u l-impjegabbiltà;

Sħab soċjali fil-livelli kollha għandhom ikomplu jkollhom rwol attiv fil-proċess ta' Kopenħagen (governanza u appartenenza) u jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tar-riżultati tanġibbli fuq terminu qasir imsemmija hawn fuq;

Rapport dwar l-iżviluppi fl-ETV fl-Istati Membri u l-pajjiżi sħab;

Ir-rinfurzar tal-iskambji mal-pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat.

GĦALDAQSTANT JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

1.

Jimplimentaw miżuri bil-għan li:

(i)

titwettaq il-viżjoni globali għall-ETV fl-2020, kif hemm deskritt fit-Taqsima I ta' hawn fuq;

(ii)

jinkisbu l-objettivi strateġiċi għall-perijodu 2011-2020, kif hemm deskritt fit-Taqsima II, kif ukoll numru ta' riżultati tanġibbli fuq terminu qasir għall-erba' snin li ġejjin (2011-2014), kif hemm propost fit-Taqsima IV;

(iii)

jissaħħu l-governanza u l-appartenenza tal-proċess ta' Kopenħagen skont il-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima III.

2.

Jippromwovu l-viżjoni, l-objettivi u l-prinċipji deskritti f'dawn il-konklużjonijiet fil-kuntest usa' tal-proċess ta' Kopenħagen, permezz ta' kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-Kummissjoni, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE u s-sħab soċjali.


(1)  ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.

(2)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.

(5)  ĠU C 320, 16.12.2008, p. 6.

(6)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 4.

(7)  Dok. 9876/09.

(8)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(9)  Id-dokumenti EUCO 7/1/10 REV 1 u EUCO 13/1/10 REV 1 rispettivament.

(10)  ĠU C 135, 26.5.2010, p. 2.

(11)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 10.

(12)  Ara r-rapporti ta' progress tas-Cedefop u l-ETF.

(13)  Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE – ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.

(14)  Ara ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(15)  Ara ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

(16)  Ara ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(17)  Jikkorrispondi għall-objettiv strateġiku 2 tal-qafas “ET 2020”.

(18)  Tassonomija tal-Ħiliet, il-Kompetenzi u l-Impjiegi Ewropej (ESCO).

(19)  Jikkorrispondi għall-objettiv strateġiku 1 tal-qafas “ET 2020”.

(20)  Jikkorrispondi għall-objettiv strateġiku 4 tal-qafas “ET 2020”.

(21)  ĠU C 141, 7.6.2008, pp. 17-20.

(22)  Jikkorrispondi għall-objettiv strateġiku 3 tal-qafas “ET 2020”.

(23)  Wara d-diskussjonijiet fost id-Diretturi-Ġenerali għat-Taħriġ Vokazzjonali (DĠTV)u fil-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali (KKTV).


1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/16


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kultura fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

2010/C 324/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (1),

Wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010, ta' “Ewropa 2020”, strateġija għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (2), u b'mod partikolari l-impenn tiegħu biex “tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, bil-għan li mill-inqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni”,

Waqt li jilqa' b'interess ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar bilanċ tar-realtà soċjali, li ddikjarat li t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-eradikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali jeħtieġ isiru prijorità politika għall-Unjoni Ewropea,

Billi:

kull persuna għandha d-dritt għall-aċċess u l-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali, li taspira għal edukazzjoni u taħriġ tul il-ħajja, li tiżviluppa l-potenzjal kreattiv tagħha, u li tagħżel u jkollha rispett għall-identita' u l-affiljazzjonijiet kulturali tagħha, fid-diversità tal-mezzi tagħha ta' espressjoni;

id-dimensjoni transversali tal-kultura tiġġustifika l-mobbilizzazzjoni tal-politika kulturali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

fil-fatt, l-aċċess, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni fil-kultura jista' jkollhom rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-promozzjoni ta' inklużjoni soċjali akbar, fis-sens li jistgħu jiffavorixxu b'mod partikolari:

it-tisħiħ personali, l-espressjoni, il-kuxjenza kritika, il-libertà u l-emanċipazzjoni tal-individwi, u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja soċjali;

l-integrazzjoni soċjali tal-gruppi f'sitwazzjoni ta' iżolament, bħal pereżempju l-persuni anzjani, u l-gruppi li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-preġudizzju fir-rigward ta' gruppi soċjali u kulturali partikolari;

il-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali, ir-rispett lejn id-differenzi u l-abbiltà li jipprevjeni u jsolvi l-isfidi interkulturali;

l-aċċess għall-informazzjoni u s-servizzi, fir-rigward ta' postijiet kulturali li joffru aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ġodda u b'mod partikolari għall-internet;

l-iżvilupp tal-potenzjal kreattiv u tal-kompetenzi akkwistati fil-qafas tal-edukazzjoni mhux formali u informali u li jistgħu jintużaw fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u ċivika.

WAQT LI JQIS għalhekk li huwa importanti li d-dimensjoni kulturali tiġi integrata fil-linji politiċi nazzjonali u Ewropej fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,

F’din il-perspettiva, JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI, fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, fir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u filwaqt li jqis l-istruttura istituzzjonali tagħhom, biex:

A.

Jimplimentaw approċċ globali, koerenti u parteċipattiv għall-promozzjoni tad-dimensjoni transversali tal-kultura, billi:

(1)

jintegraw id-dimensjoni kulturali fl-istrateġiji fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u billi jippromwovu l-inklużjoni soċjali permezz tal-linji politiċi kulturali;

(2)

isegwu l-linji politiċi li għandhom l-għan li jippromwovu l-aċċess effettiv u l-parteċipazzjoni ta' kull persuna fl-attivitajiet kulturali;

(3)

jinvolvu l-partijiet interessati, inklużi dawk il-persuni li qed jaffaċċjaw sitwazzjoni ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, fid-definizzjoni tal-istrateġiji u l-linji politiċi u tal-applikazzjoni tagħhom;

(4)

jinkoraġġixxu t-tħejjija, fil-livell lokali, ta' proġetti xjentifiċi li jiżguraw ir-rabta bejn il-programmi ta' inklużjoni soċjali u l-programmi kulturali;

(5)

jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni, it-twettiq ta' proġetti komuni u l-iskambji ta' esperjenzi u prattika tajba fost il-livelli differenti tal-poter, inkluz fil-livell Ewropew, fost l-atturi tas-setturi soċjali, ekonomiċi, kulturali, edukattivi u taż-żgħażagħ, u fost il-poteri pubbliċi u dawn l-istess atturi;

(6)

jippromwovu r-riċerka u l-analiżi li tikkonċerna r-rwol tal-kultura fil-ġlied kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

B.

Isaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-ekonomija, l-impjieg u l-kultura billi:

(1)

jinkoraġġixxu, b'mod partikolari bil-parteċipazzjoni tal-artisti u l-istituzzjonijiet kulturali, l-attivitajiet kulturali fi ħdan il-miżuri soċjali, edukattivi u taż-żgħażagħ sabiex isaħħu l-kompetenzi kulturali u interkulturali, u jiġi stimulat il-potenzjal ta' kreattività u innovazzjoni, b'mod partikolari tat-tfal u ż-żgħażagħ;

(2)

jirrikonoxxu l-importanza tal-medjazzjoni kulturali (3) fil-parteċipazzjoni fil-kultura u l-ħtieġa li jkun previst, għal dan il-għan, taħriġ adattat u li tissaħħaħ il-professjonalizzazzjoni tal-persuni involuti;

(3)

jippromwovu l-użu sħiħ tal-kompetenzi akkwistati fis-settur kulturali, biex jiffavorixxu l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u ċivika;

(4)

isegwu linji politiċi għal-litteriżmu fil-medja u dawk bil-għan li jiżviluppaw il-kompetenza diġitali u biex jgħallmu lill-gruppi vulnerabbli jew f'sitwazzjoni ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali kif jużaw teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għall-kultura u l-iżvilupp tal-espressjoni kulturali u l-kreattività artistika;

(5)

iqajmu kuxjenza fl-atturi tas-setturi kulturali, soċjali, ekonomiċi, edukattivi u taż-żgħażagħ dwar ir-relazzjonijiet mal-persuni f'sitwazzjoni ta' faqar jew esklużjoni soċjali, fid-djalogu interkulturali, fir-rwol tal-kultura bħala mezz ta' inklużjoni soċjali u dwar id-dimensjoni ċivika tal-kultura.

C.

Jimmobilizzaw il-potenzjal tal-kultura fil-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-preġudizzji fir-rigward ta' gruppi soċjali u kulturali partikolari, li jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, billi:

(1)

jippromwovu programmi u azzjonijiet li jagħtu importanza lid-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, u billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-iskambji kulturali bejn dawn il-gruppi, bħal pereżempju l-migranti, u s-soċjetà fis-sens wiesa’;

(2)

jagħmlu użu sħiħ mir-rwol pożittiv li l-media jista' jkollha f'dan il-qasam;

(3)

jinkoraġġixxu l-azzjonijiet imwettqa f'dan ir-rigward intenzjonati għat-tfal u ż-żgħażagħ, fl-iskejjel u barra minnhom, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u l-movimenti taż-żgħażagħ.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, b'kont meħud tal-istruttura istituzzjonali tagħhom, biex:

A.

Ineħħu l-ostakli konnessi mal-kultura permezz ta':

(1)

is-sensibilizzazzjoni tas-settur kulturali biex jilqa’ lil kull xorta ta' udjenza u biex jirrikonoxxi l-ħtiġijiet differenti ta' dawn;

(2)

iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni kulturali adattata u faċilment aċċessibbli u l-implimentazzjoni ta' metodi speċifiċi ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni biex jilħqu l-pubbliku f'sitwazzjoni ta' vulnerabbiltà, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni bi bżonnijiet speċjali;

(3)

it-titjib tal-aċċess għat-tekonoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u, b'mod partikolari għall-internet, u, f'dan il-kuntest, it-tisħiħ u t-tiġdid tar-rwol tal-libreriji pubbliċi, iċ-ċentri kulturali lokali u l-punti ta' aċċess pubbliku għall-internet (PAPI) bħala elementi essenzjali tal-pajsaġġ diġitali tal-għarfien u bħala spazji ta' laqgħat u attivitajiet kulturali miftuħin għall-kulħadd;

(4)

it-tiftix ta' linji politiċi bil-għan li jnaqqsu l-ispiża tal-aċċess għall-kultura, imwettqa għall-benefiċċju ta' gruppi mmirati speċifiċi;

(5)

it-titjib u d-diversifikazzjoni ta' offerta kulturali lokali aċċessibbli minn kulħadd.

B.

Itejbu l-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u l-espressjoni kulturali billi:

(1)

jagħmlu użu sħiħ mill-parteċipazzjoni kulturali, l-espressjoni kulturali u l-kreattività artistika ta' dawk f'sitwazzjoni ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-azzjonijiet imwettqa fil-qasam tal-edukazzjoni kulturali, il-medjazzjoni kulturali jew il-prattika artistika;

(2)

isegwu linji politiċi fil-qasam tal-litteriżmu, li jinkludi l-kompetenza diġitali, l-edukazzjoni bażika u t-tagħlim tal-lingwi nazzjonali;

(3)

jinkoraġġixxu l-proġetti, inkluż ir-residenzi tal-artisti biex jippermettu l-promozzjoni tal-kollaborazzjoni bejn l-artisti u l-persuni f'sitwazzjoni ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali;

(4)

jottimizzaw il-potenzjal tas-setturi tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ u billi jinkoraġġixxu l-isforzi magħmula mill-istabbilimenti kulturali għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u tal-espressjoni kulturali tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Konsegwentament, jistieden LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI biex:

(1)

jużaw bl-aħjar mod l-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni biex jappoġġjaw l-inizjattivi kulturali li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

(2)

jagħmlu użu sħiħ mill-kontribuzzjoni tal-kultura fl-iżviluppp u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għall-Iżvilupp;

(3)

iqisu dawn il-konklużjonijiet fit-twettiq tal-objettivi tal-Istrateġija “Ewropa 2020”.


(1)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(2)  Dok. EUCO 13/1/10 REV 1.

(3)  Il-medjazzjoni kulturali hija d-dixxiplina li tikkonsisti fil-kreazzjoni ta' rabtiet bejn il-pubbliku u l-kultura.


1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/18


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rwol tal-UE fil-ġlieda internazzjonali kontra d-doping

2010/C 324/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

1.   WAQT LI JFAKKRU li:

Fl-4 ta' Diċembru 2000, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet (li dawn il-konklużjonijiet jissupplimentaw) dwar il-ġlieda kontra d-doping (1) li jistabbilixxu l-ħtieġa għall-koordinazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, fi żmien raġonevoli qabel kull laqgħa tal-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (WADA), li għandha tiġi organizzata taħt ir-responsabbiltà tal-Presidenza.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (2) fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea kisbet kompetenza fil-qasam tal-isport li tippermetti lill-Unjoni li twettaq azzjonijiet sabiex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, biex tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' kwistjonijiet Ewropej fil-qasam tal-isport, filwaqt li tieħu kont tan-natura speċifika tal-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività volontarja u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu. Konsegwentement, id-dimensjoni Ewropea fl-isport għandha tiġi żviluppata bil-promozzjoni tal-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u bil-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-isportivi, nisa u rġiel, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom. Għandha titrawwem il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, partikolarment mal-Kunsill tal-Ewropa.

2.   KONXJI li:

xi wħud mill-kwistjonijiet ittrattati mill-WADA jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-UE, waqt li oħrajn huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri;

fid-dawl tal-fatt li l-WADA hija strutturata fuq bażi kontinentali, huwa meħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa bil-ħsieb li jkun hemm intendiment komuni fuq il-punti kollha ta' interess Ewropew.

3.   JIKKUNSIDRAW li:

huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-fehmiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha jitqiesu b'mod adegwat fid-deliberazzjonijiet tal-WADA;

fejn meħtieġ, pereżempju fid-dawl tal-acquis tal-UE u d-dmir ta' kooperazzjoni sinċiera, il-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri għandhom jiġu kkoordinati, taħt ir-responsabbiltà tal-Presidenza, fi żmien debitu u b'mod effiċjenti qabel il-laqgħat fil-WADA.


(1)  ĠU C 356, 12.12.2000, p. 1.

(2)  Artikoli 6 u 165 tat-TFUE.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/19


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Novembru 2010

2010/C 324/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2998

JPY

Yen Ġappuniż

109,00

DKK

Krona Daniża

7,4529

GBP

Lira Sterlina

0,83765

SEK

Krona Żvediża

9,1715

CHF

Frank Żvizzeru

1,2990

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0910

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,915

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

284,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,0692

RON

Leu Rumen

4,2925

TRY

Lira Turka

1,9645

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3595

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3306

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0979

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7557

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7219

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 510,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,2714

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6658

HRK

Kuna Kroata

7,4260

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 765,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,1171

PHP

Peso Filippin

57,361

RUB

Rouble Russu

40,9545

THB

Baht Tajlandiż

39,254

BRL

Real Brażiljan

2,2373

MXN

Peso Messikan

16,3190

INR

Rupi Indjan

59,7400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/20


Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew

(Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru)

2010/C 324/06

Stat Membru/Stati Membri

Referenza

Isem il-blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru

Id-dħul fis-seħħ

Id-Danimarka u l-Isvezja

Ftehim tal-Istat iffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2009

Il-blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru Daniża u Svediża

Mill-1 ta’ Lulju 2010


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/21


Notifika tat-tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2010/C 324/07

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għar-reviżjoni

It-talba tressqet minn Shandong Lulong Group Co. Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

L-ambitu tar-reviżjoni huwa limitat għall-eżami tad-dumping safejn għandu x'jaqsam l-applikant.

2.   Il-prodott

Il-prodott taħt reviżjoni huma forom ta' ħadid fondut mhux malleabbli u ħadid fondut tal-graffit sferojdali (ħadid duttili) tat-tip użat biex jiksi u/jew jagħti aċċess għal sistemi fl-art jew taħt l-art, u parts tagħhom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magni u kemm jekk le, miksijin jew miżbugħin jew iffitjati b'materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa kklassifikat bil-kodiċi NM 7325 10 50, 7325 10 92, ex 7325 10 99 (kodiċi Taric 7325109910) u ex 7325 99 10 (kodiċi Taric 7325991010).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju tal-antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 (2) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti kastings li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 500/2009 (3).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ippreżentata mill-applikant, li turi li, safejn għandu x'jaqsam l-applikant, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li huwa jikkwalifika għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) u li, safejn għandu x'jaqsam l-applikant, l-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping. Tqabbil tal-prezzijiet domestiċi tal-applikant mal-prezzijiet tiegħu tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jindika li l-marġini tad-dumping jidher li huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura.

Għalhekk, l-impożizzjoni ssuktata tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kien imsejjes fuq il-livell tad-dumping li kien stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

5.   Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tevalwa l-bżonn għall-issuktar, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant.

Jekk jinstab li l-miżuri għall-applikant għandhom jitneħħew jew jiġu emendati, jista' jkun meħtieġ li tiġi emendata r-rata tad-dazju attwalment applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn kumpaniji oħra fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ma jissemmewx speċifikament fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005.

(a)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Dan it-tagħrif flimkien mal-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

(b)   Il-ġbir tal-informazzjoni u l-organizzazzjoni ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni oħra minbarra t-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Din l-informazzjoni u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn ikunu għamlu talba fejn urew li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii).

(c)   Trattament ta' ekonomija tas-suq/trattament individwali

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, għandha titressaq talba ssostanzjata kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(b) ta' dan l-avviż. Il-Kummissjoni se tibgħat formola tat-talba lill-applikant kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Din il-formula għat-talbiet tista’ tintuża mill-applikant biex jitlob trattament individwali, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

F’każ li l-applikant ma jingħatax trattament ta' ekonomija tas-suq, iżda jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandu jintuża pajjiż adattat b'ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa' tuża l-Indja għal dan l-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c) ta' dan l-avviż.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk huwa meħtieġ, tuża sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, eż. bl-għan li tinbidel kull spiża jew element ta' prezz li mhuwiex affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huwa meħtieġ biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk mhijiex disponibbli dejta affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tikkunsidra tuża l-Indja wkoll għal dan l-għan.

6.   Il-limiti ta’ żmien

(a)   Limiti ta’ żmien ġenerali

(i)   Biex il-partijiet jippreżentaw irwieħhom, u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet kollha interessati, jekk għandhom jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lilll-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min isemmi li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi milli l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi hawn fuq.

(ii)   Is-seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

(b)   Żmien speċifiku biex jintbagħtu klejms għal trattament ta' ekonomija tas-suq u/jew trattament individwali

Il-klejm tal-applikant ssostanzjata kif xieraq għal trattament ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fil-punt 5(c) ta' dan l-avviż, għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(c)   Limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Il-partijiet għall-investigazzjoni jista’ jkollhom ix-xewqa li jikkummentaw dwar kemm hija xierqa l-għażla tal-Indja, li kif issemma fil-punt 5(d), hija prevista bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq sabiex ikun stabbilit valur normali rigward ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet tal-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (4) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 4/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

8.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien previst, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Ta’ min jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).

11.   L-uffiċjal tas-seduta

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-seduti ta' Smigħ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 6.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 324/08

1.

Fit-22 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Companhia de Seguros Tranquilidade, SA (“Tranquilidade”, il-Portugall) ikkontrollata minn Espírito Santo Financial Group, SA (“ESFG”, il-Lussemburgu) u Banco Pastor, SA (“Banco Pastor”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Pastor Vida, SA de Seguros y Reaseguros (“Pastor Vida”, Spanja), sa issa taħt il-kontroll waħdani ta' Banco Pastor u l-impriża Espírito Santo Gestion, S.A.U., S.G.I.I.C. (“ESG”, Spanja), ikkontrollata minn ESFG takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Gespastor S.G.I.I.C, SA (“Gespastor”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Tranquilidade: prodotti li jikkonsistu minn pjani ta' assikurazzjoni u ta' pensjoni, li topera l-aktar fil-Portugall kif ukoll fi Spanja,

għal ESG: attiva fis-suq tas-settur finanzjarju Spanjol, u jiġġestixxi fondi ta' investiment,

għal ESFG: servizzi bankarji, assikurazzjoni, u servizzi ta' ġestjoni tal-assi u tal-fondi pprovduti fil-Portugall kif ukoll internazzjonalment,

għal Banco Pastor: grupp ta' kumpaniji li tagħmel operazzjonijiet bankarji u distribuzzjoni tal-assikurazzjoni fi Spanja,

għal Pastor Vida: assikurazzjoni tal-ħajja u prodotti tal-pensjoni fi Spanja,

għal Gespastor: attiva fis-suq tas-settur finanzjarju Spanjol, u jiġġestixxi fondi ta' investiment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5907 – Votorantim/Fischer/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 324/09

1.

Fil-24 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impri¿i Votorantim Group (il-Bra¿il) u l-Fischer Group (il-Bra¿il) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impri¿a konġunta (“IK”) permezz tal-amalgamazzjoni tas-sussidjari rispettivi tagħhom Citrovita u Citrosuco.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Votorantim: siment u konkos, estrazzjoni u metallurġija, polpa u karta, ġus tal-frott, swieq speċjali tal-kimiċi, ġenerazzjoni interna tal-elettriku u finanzi,

għal Fischer: servizzi marittimi għal pjattaformi tal-petroleum, produzzjoni tal-ġus tal-frott,

għall-JV: produzzjoni u esportazzjoni tal-ġus tal-larinġ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta’ referenza COMP/M.5907 – Votorantim/Fischer/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/27


Notifika rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba minn Stat Membru

2010/C 324/10

Fit-22 ta' Novembru 2010 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet it-23 ta' Novembru 2010.

Din it-talba, mir-Repubblika Ċeka, tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-karbonju f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi hawn fuq jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data tal-għeluq għalhekk hija t-23 ta' Frar 2011.

Mhumiex applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, it-tielet inċiż, imsemmi aktar ’il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista’ eventwalment jiġi estiż bi tliet xhur. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.