ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.312.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
17 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 312/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2010/C 312/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

5

2010/C 312/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5963 – Econocom/ECS) ( 2 )

9

2010/C 312/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6001 – Aker/Lindsay Goldberg/EPAX Holding) ( 2 )

9

2010/C 312/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5936 – EADS DS/ATLAS/JV) ( 2 )

10

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 312/06

Rata tal-kambju tal-euro

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 312/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

12

2010/C 312/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

13

2010/C 312/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

14

2010/C 312/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

2010/C 312/11

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

2010/C 312/12

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2010/C 312/13

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

18

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 312/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

19

2010/C 312/15

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

25

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2010/C 312/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 12b/06

Stat Membru

Il-Belgju

Reġjun

Il-Fjandri

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

„Promotie van akkerbouwproducten”

Il-bażi legali

Besluit van de Vlaamse regering van 4 februari 1997 betreffende de verplichte bijdragen bestemd voor de promotie en afzetbevordering van de Vlaamse producten van de sectoren landbouw, tuinbouw en visserij zoals gewijzigd op 26 september 2008.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Promozzjoni ta' prodotti tar-raba’

Il-forma tal-għajnuna

Dħul parafiskali

L-estimi

EUR 7 560 000

L-intensità

Sa 100 %

It-tul ta' żmien

2000-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu; is-settur tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

VLAM

Elipsegebouw, 1e verdieping

Koning Albert II laan 35

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 12c/06

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Il-Fjandri

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

„Promotie van pluimvee, eieren en konijnen”

Il-bażi legali

Besluit van de Vlaamse regering van 4 februari 1997 betreffende de verplichte bijdragen bestemd voor de promotie en afzetbevordering van de Vlaamse producten van de sectoren landbouw, tuinbouw en visserij zoals gewijzigd op 26 september 2008.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Promozzjoni tat-tjur, tal-bajd u tal-fniek

Il-forma tal-għajnuna

Imposti parafiskali

L-estimi

EUR 4 643 044

L-intensità

Sa limitu ta' 100 %

It-tul ta' żmien

2002-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu; is-settur tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

VLAM

Ellipsgebouw, 1e verdieping

Koning Albert II laan 35

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 12d/06

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Il-Fjandri

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

„Promotie van niet-eetbare tuinbouwprodukten”

Il-bażi legali

Besluit van de Vlaamse regering van 4 februari 1997 betreffende de verplichte bijdragen bestemd voor de promotie en afzetbevordering van de Vlaamse producten van de sectoren landbouw, tuinbouw en visserij zoals gewijzigd op 26 september 2008.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-promozzjoni ta' prodotti ortikulturali li ma jittiklux

Il-forma tal-għajnuna

Imposti parafiskali

L-estimi

EUR 12 162 308

L-intensità

Sa limitu ta' 100 %

It-tul ta' żmien

2003-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu; is-settur tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

VLAM

Ellipsgebouw, 1e verdieping

Koning Albert II laan 35

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 12e/06

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Il-Fjandri

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

„Promotie van groenten en fruit, brood en biolandbouw”

Il-bażi legali

Besluit van de Vlaamse regering van 4 februari 1997 betreffende de verplichte bijdragen bestemd voor de promotie en afzetbevordering van de Vlaamse producten van de sectoren landbouw, tuinbouw en visserij zoals gewijzigd op 26 september 2008.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Promozzjoni tal-frott u l-ħaxix, tal-ħobż u tal-prodotti organiċi

Il-forma tal-għajnuna

Imposti parafiskali

L-estimi

EUR 33 217 732

L-intensità

Sa limitu ta' 100 %

It-tul ta' żmien

2000-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu; is-settur tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

VLAM

Ellipsgebouw, 1e verdieping

Koning Albert II laan 35

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 312/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.9.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 221/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Nünchritz

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Wacker Chemie GmbH

Il-bażi legali

XR 31/07, XR 6/07, X 167/08

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 97,5 miljun

L-intensità

11,72 %

It-tul ta' żmien

2010-2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija kimika u farmaċewtika

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sächsisches Staatsministerium für Wirtschaft und Arbeit

Referat 31

Wilhelm-Buck-Straße 2

01097 Dresden

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.10.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 135/10

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Linz-Wels

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aid for the Remediation of a Contaminated Site in Linz (AT)

Il-bażi legali

 

Umweltförderungsgesetz, BGBl. Nr. 185/1993, zuletzt geändert durch BGBl. I Nr. 52/2009

 

Altlastensanierungsgesetz, BGBl. Nr. 299/1989, zuletzt geändert durch BGBl. I Nr. 52/2009

 

Förderungsrichtlinien 2008 für die Altlastensanierung oder -sicherung

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-ħarsien tal ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 146,27 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Azzar

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Stubenbastei 5

1010 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.9.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 178/10

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Compensación por servicio público asociada a un mecanismo de entrada en funcionamiento preferente para las centrales de carbón autóctono

Il-bażi legali

Real Decreto 134/2010, de 23 de febrero, por el que se establece el procedimiento de resolución de restricciones por garantía de suministro y se modifica el Real Decreto 2019/1997, de 26 de diciembre, por el que se organiza y regula el mercado de producción de energía eléctrica. Borrador de Real Decreto por el que se modifica el Real Decreto 134/2010, de 23 de febrero, por el que se establece el procedimiento de resolución de restricciones por garantía de suministro y se modifica el Real Decreto 2019/1997, de 26 de diciembre, por el que se organiza y regula el mercado de producción de energía eléctrica.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 400 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma, Faħam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección General de Política Energética y Minas

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Paseo de la Castellana, 160

28071 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 257/10

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Third extension of the Danish guarantee scheme on new debt

Il-bażi legali

Lov nr. 1003 af 10. oktober 2008 om finansiel stabilitet som ændret ved lov nr. 68 af 3. februar 2009 om ændring af lov om finansiel stabilitet.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: madwar DKK 600 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finansiel Stabilitet A/S

Amaliegade 3-5, 5

1256 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.9.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 407/10

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Danish winding-up scheme

Il-bażi legali

Lov om håndtering af nødlidende pengeinstitutter (lov nr. 721 af 25. juni 2010)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Self b'rata ta' mgħax baxxa, Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.10.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Slotholmsgade 12

1216 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5963 – Econocom/ECS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 312/03

Fit-22 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5963. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6001 – Aker/Lindsay Goldberg/EPAX Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 312/04

Fit-12 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6001. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5936 – EADS DS/ATLAS/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 312/05

Fit-28 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5936. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Novembru 2010

2010/C 312/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3612

JPY

Yen Ġappuniż

113,21

DKK

Krona Daniża

7,4547

GBP

Lira Sterlina

0,85100

SEK

Krona Żvediża

9,3753

CHF

Frank Żvizzeru

1,3408

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,607

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,95

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,9372

RON

Leu Rumen

4,2925

TRY

Lira Turka

1,9801

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3874

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3817

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5546

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7655

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7682

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 539,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5426

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0355

HRK

Kuna Kroata

7,3941

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 197,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,2612

PHP

Peso Filippin

59,566

RUB

Rouble Russu

42,3215

THB

Baht Tajlandiż

40,652

BRL

Real Brażiljan

2,3504

MXN

Peso Messikan

16,7370

INR

Rupi Indjan

61,6800


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

21.8.2010

Tul ta' żmien

21.8.2010-31.12.2010

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

LIN/03.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta' IIIb, IIIc u IIId

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

552777

Paġna tas-sit elettroniku għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, ittieħdet deċiżjoni li s-sajd (1) jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

30.9.2010

Tul ta' żmien

30.9.2010-31.12.2010

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-Ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

664718

Paġna tas-sit elettroniku għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/14


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/09

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1) 2010.8.11, ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

11.8.2010

Tul ta' żmien

11.8.2010-31.12.2010

Stat Membru

Il-Portugall

Ħażna jew Grupp ta' ħażniet

ALF/3X14-

Speċijiet

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

562857

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/10

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

30.9.2010

Tul ta' żmien

30.9.2010-31.12.2010

Stat Membru

Franza

Ħażna jew Grupp ta' ħażniet

HER/5B6ANB

Speċijiet

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VIb u VIaN

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

664718

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/11

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

6.10.2010

Tul ta' żmien

6.10.2010-31.12.2010

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

656215

Paġna tas-sit elettroniku għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2010/C 312/12

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

28.9.2010

Tul ta' żmien

28.9.2010-31.12.2010

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

BLI/245-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ II, IV u V

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

634062

Paġna tas-sit elettroniku għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/18


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2010/C 312/13

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

EPSO/AST/111/10 – Assistenti (AST 1) fil-qasam ta' segretarji fil-lingwi segwenti: (DA) Daniż, (DE) Ġermaniż, (EN) Ingliż, (ES) Spanjol, (FR) Franċiż, (MT) Malti, (NL) Olandiż, (PT) Portugiż, (SV) Svediż

L-avviż tal-kompetizzjoni qed jiġi ppubblikat biss fil-lingwa Daniża, Ġermaniża, Ingliża, Spanjola, Franċiża, Maltija, Olandiża, Portugiża u Svediża fil-Ġurnal Uffiċċjali C 312 A tas-17 ta' Novembru 2010.

Informazzjoni komplimentari tinstab fuq il-websajt tal-EPSO http://eu-careers.eu


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 312/14

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“BŒUF DE VENDÉE”

Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0592-08.03.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Bœuf de Vendée”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1:

Laħam (u ġewwieni) frisk

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

L-annimali kkonċernati huma barrin ikkastrati, baqar u erħiet, ta’ piż minimu tal-karkassa ta’ 380 kg, ta’ konformazzjoni (S) EUR, ta' grad ta' kopertura ta' xaħam ta' 2 u 3 u li l-età tagħhom meta jinqatlu tkun bejn it-30 u 96 xahar.

Għall-produzzjoni tal-Bœuf de Vendée , jintgħażlu r-razez għal-laħam ta’ razza pura jew imħallta bejniethom, jew inkella taħlit tal-ommijiet ma’ missirijiet ta’ razez għal-laħam.

L-applikazzjoni tirrigwarda l-laħam frisk mibjugħ f’karkassi, f’robbi jew f'qatgħat.

Il-laħam tal-“Bœuf de Vendée” huwa kkaratterizzat minn kulur aħmar qawwi, konsistenza tarija u ratba u b’togħma ta’ ċanga fina u pjaċevoli.

Il-pH u t-temperatura jitkejlu 24 siegħa wara l-qatla. Dawn għandhom ikunu inqas minn pH = 6 u 6 °C rispettivament. Dawn il-kundizzjonijiet tal-pH u tat-temperatura huma essenzjali sabiex jinbeda perjodu twil ta’ maturazzjoni. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux irrispettati, il-laħam ma jimmaturax sew u jkollu togħma ħażina.

Kull karkassa jew parti tal-karkassa tal-“Bœuf de Vendée” hija akkumpanjata sal-bank tal-bejjiegħ tal-laħam minn Ċertifikat ta’ Garanzija tal-Oriġini (ĊGO) li jindika lill-konsumatur il-kategorija li jaqa’ taħtha l-annimal: barri kkastrat, baqra jew erħa.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mit-twelid sal-ftim, it-treddigħ huwa obbligatorju. L-għoġiela jinfatmu meta jkollhom bejn 6 u 9 xhur. Wara l-ftim, l-annimali jistgħu jirgħu fil-mergħat skont l-għalf li jkun disponibbli.

Fil-perjodu tas-sajf, jistgħu jingħataw suppliment ibbażat fuq l-għalf u konċentrati.

L-oriġini tal-għalf huwa regolat b’mod strett: mill-inqas 80 % għandu jiġi mill-irziezet, il-bqija għandu jiġi miż-żona tal-IĠP. Din il-prattika hija ġġustifikata mill-użanzi lokali u tradizzjonali kif ukoll mill-kwalità speċifika tal-għalf ta’ La Vendée. L-l-influwenza ħelwa tal-klima oċeanika flimkien mal-perjodi twal xemxin jgħinu sabiex jinħasad aktar għalf aktar kmieni fis-sena u ta’ kwalità tajba f’dak li jirrigwarda enerġija u proteini. B’hekk il-provvista tal-għalf l-aktar addattat għall-ħtiġijiet tal-“Bœuf de Vendée” hija garantita.

Iċ-ċikli li jalternaw bejn il-mergħat u l-istalel huma obbligatorji u għandhom ikunu tal-inqas tnejn fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-annimal. Dan iċ-ċiklu huwa kif ġej: fix-xitwa jkunu fl-istallel filwaqt li bejn April u Ottubru jitħallew jirgħu. Iż-żmien li matulu jitħallew jirgħu għandu jkun mill-inqas erba’ (4) xhur.

Il-medja tal-popolazzjoni globali annwali m’għandhiex taqbeż żewġ (2) unitajiet ta' bhejjem għal kull ettaru taż-żona tal-għalf prinċipali/HASFP għall-annimali, u l-mergħat riżervati għat-trobbija tal-ifrat.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

It-tifrigħ, it-trobbija u t-tismin għandhom neċessarjament isiru fl-istess razzett.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Mhux applikabbli

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Prodott mibjugħ taħt l-isem “Bœuf de Vendée”. Il-logo IĠP kif ukoll ir-referenza “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” għandhom ikunu msemmija fuq it-tikketta. Fuq iċ-Ċertifikati ta’ Garanzija tal-Oriġini li jakkumpanjaw lill-karkassa jew lill-biċċiet sa fuq il-bank tal-bejjiegħ tal-laħam, huwa obbligatorju li tissemma’ l-kategorija barri kastrat, baqra jew erħa.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Bœuf de Vendée” tinkludi d-dipartiment kollu ta’ La Vendée flimkien mar-reġjuni naturali żgħar ġirien li għandhom xebħ kbir f’dak li jirrigwarda l-agrikultura, il-ġeografija, l-istorja, is-soċjetà u l-kultura.

Iż-żona ġeografika magħżula hija din li ġejja:

id-département kollu ta’ La Vendée

id-département ta’ Loire Atlantique, il-komuni kollha ta’ dawn il-cantons (bliet): Aigrefeuille, Bouaye, Bourgneuf en Retz, Clisson, Légé, Le Loroux Bottereau, Le Pellerin, Machecoul, Paimboeuf, Pornic, Rezé, Saint Père en Retz, Saint Philbert de Grand Lieu, Vallet, Vertou, Vertou-vignoble.

id-département ta’ Maine et Loire, il-komuni kollha ta’ dawn il-cantons (bliet): Beaupréau, Chalonnes sur Loire, Champtoceaux, Chemillé, Cholet, Cholet 1, Cholet 2, Cholet 3, Doué La Fontaine, Gennes, Les Ponts de Cé, Montfaucon, Montreuil Bellay, Montrevault, Saint Florent le Vieil, Thouarcé, Vihiers.

id-département ta’ Deux-Sèvres, il-komuni kollha ta’ dawn il-cantons (bliet): Cerisay, Coulonges, Mauléon, Moncoutant.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

(a)   Fatturi naturali

Iż-żona La Vendée tgawdi minn pożizzjoni speċjali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ klima u ġeoloġija: mill-aspett klimatiku, La Vendée hija kkaratterizzata minn klima oċeanika distinta u minn xemx medja annwali ogħla mill-medja nazzjonali, jiġifieri 2 100 siegħa fis-sena, ideali ħafna għall-produzzjoni tal-għalf u sabiex l-annimali jitħallew jirgħu għal perjodi twal. Mill-aspett ġeoloġiku, La Vendée, li għandha fruntiera man-naħa ta’ isfel tal-Massif Armoricain, hija kkaratterizzata minn ħamrija sedimentali pjuttost fonda, ideali ħafna ukoll għall-produzzjoni tal-għalf.

(b)   Fatturi agronomiċi

Karatteristika speċifika ta’ La Vendée hija l-potenzjal tagħha għall-produzzjoni tal-għalf, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħha f’termini ta’ klima u ġeoloġija. Għalhekk, iż-żieda minn kmieni fit-temperatura, fl-aħħar ta’ April u l-bidu ta’ Mejju, kif ukoll l-għadd ta’ jiem xemxin fir-rebbiegħa jgħinu l-produzzjoni ta' għalf li normalment jinkludi aktar minn 30 % ta’ materja niexfa, u ta' ħuxlief bikri fil-bidu ta’ Ġunju li għandhom kwalitajiet nutrittivi eċċellenti: enerġija u proteina kruda. Il-produzzjoni fl-ewwel qtugħ ta’ dan l-għalf annwali spiss jaqbeż il-5 tunnellati ta’ materja niexfa għal kull ettaru. Dawn l-istess kundizzjonijiet partikolari jippermettu wkoll li fir-rebbiegħa jinżera’ qamħirrun għall-għalf f’kundizzjonijiet eċċellenti sabiex jiġi żgurat tkabbir regolari tajjeb. Fl-aħħar nett, il-pożizzjoni ta’ La Vendée f’termini ta’ latitudni tgħin sabiex jinkisbu b’mod regolari għadd ta’ temperaturi li jwasslu għall-maturazzjoni tajba ta’ dan il-qamħirrun għall-għalf, jiġifieri rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 33 % fil-ħsad u kontenut ta’ qamħ tajjeb li jaqbeż il-50 %. Il-produzzjoni regolarment tkun madwar 11-il tunnellata ta’ materja niexfa għal kull ettaru u 15-il tunnellata f’kultivazzjoni msaqqija.

Din il-garanzija ta’ produzzjoni kbira u ta’ kwalità ta’ enerġija u proteini tajba tippermetti li tkun biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-annimali mit-twelid sal-qatla. Huwa fuq din il-bażi li s-sistema tat-trobbija u s-simna ta’ La Vendée, bħala konsumaturi kbar tal-għalf, setgħet tiżviluppa aħjar minn bnadi oħra.

(c)   Fatturi storiċi u umani

Sa minn żminijiet imbiegħda, il-barri ta’ La Vendée kien jakkumpanja l-ħajja tal-bidwi f'La Vendée. Fost l-ewwel speċijiet domestiċi, għall-ewwel kien jintuża għal-laħam u l-ħalib tiegħu, imbagħad għall-ġarr.

Il-“Bœuf de Vendée” jagħmel parti mill-istorja tal-kiri tar-raba’, imbagħad tal-biedja, u kien wieħed mill-unitajiet bażiċi tal-kirjiet kollha għall-valutazzjoni tal-kera. Għaldaqstant it-trobbija tal-ifrat hija marbuta sew mal-biedja ta’ La Vendée. L-għarfien ta’ dawk li jrabbu, u b’mod partikolari l-esperjenza fis-sistema tat-trobbija u s-simna, huma elementi fundamentali tar-rabta mal-oriġini tal-“Bœuf de Vendée”, kif ser ikun spjegat fil-paragrafu 5(2)(b).

Il-preżenza tal-“Bœuf de Vendée” f’bosta fieri tar-reġjun sa minn tmiem is-seklu 19 wassal għall-iżvilupp tar-rabtiet kummerċjali maċ-ċentri ewlenin kollha tal-konsum mill-Punent ta’ Franza sa Pariġi.

Marbuta sew mal-preżenza storika tat-trobbija u s-simna tal-ifrat f’La Vendée, il-katina twila ta’ stabbilimenti li jipprovdu l-għodod tal-qatla, li huma numerużi u li jinsabu qrib ħafna tal-irziezet li jrabbu l-annimali, hija karatteristika speċifika ta’ La Vendée.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott hija bbażata fuq il-kwalità stabbilita permezz ta’ kompetenza partikolari, kif ukoll fuq ir-reputazzjoni tal-“Bœuf de Vendée”.

(a)   Kwalità distinta

Wara l-qatla, il-Bœuf de Vendée jiġi ppreżentat f’forma ta’ karkassi tqal ħafna u konsistenti ferm, karatteristiċi ta’ dan ir-reġjun. Il-karkassi jkollhom piż medju ta’ aktar minn 120 kg, itqal minn dawk il-prodotti fir-reġjuni l-oħra kollha li jipproduċu l-laħam fi Franza

L-annimali jkunu twieldu, trabbew u ssemnu fl-istess razzett fiż-żona identifikata għall-IĠP. L-annimali jitħallew jikbru għal mill-inqas 4 xhur sabiex tintlaħaq l-aqwa simna: grad 2 u 3. Il-kontroll tal-grad tas-simna jeħtieġ doża tajba ta’ enerġija u proteini fid-dieta matul il-perjodu ta’ trobbija li jdum mill-inqas 4 xhur. Biex dan iseħħ, jingħata grad għal kull annimal skont l-istat tagħha meta din tidħol fil-perjodu tal-irfinar. L-annimali jinqatlu meta jinkiseb il-grad ta’ simna 2 jew 3.

Il-karkassi tqal (aktar minn medja ta’ 450 kg), ta' mill-inqas 380 kg, jipprovdu biċċiet ħoxnin u tarjin rikjesti ħafna mill-bejjiegħa tal-laħam tradizzjonali u mill-konsumaturi li jħobbu ċ-ċanga.

(b)   Karatteristika oħra: ħila esperta ta' dawk li jrabbu l-annimali

Il-ħila esperta ta’ dawk li jrabbu l-annimali hija element fundamentali tar-rabta mal-oriġini tal-“Bœuf de Vendée”.

Dejjem attenti li jikkontrollaw il-proċess kollu tal-produzzjoni mit-twelid sal-qatla, dawk li jrabbru u jsemmnu l-annimali jikkaratterizzaw dawn is-sistemi ta’ produzzjoni daqstant tipiċi ta’ La Vendée. Spiss jgħidu li “Kull ma jitwieled f’La Vendée jissemmen hemmhekk ukoll”. Teżisti kultura sħiħa madwar it-trobbija f’dan it-territorju. Din toħloq ħila esperta magħrufa u rikonoxxuta lil hinn mill-fruntieri ta’ Franza. Għalhekk is-sistema ta’ La Vendée hija kkaratterizzata mis-simna tal-annimali li jkunu twieldu fir-razzett u mogħtija għalf prodott fir-razzett. Illum, razzett li jrabbi u jsemmen f’La Vendée jinkludi medja ta’ 60 baqra li tredda’ għal kull 70 ettaru.

L-għaqda taż-żewġ funzjonijiet tat-twelid u tas-simna fl-istess razzett, għandha vantaġġi mill-aspett tekniku, sanitarju, ekonomiku u kummerċjali, li għandhom implikazzjonijiet interessanti fuq il-kwalità tal-prodott lest.

Dawk li jrabbu l-bhejjem jużaw biss annimali li jkunu ġejjin minn razez tal-laħam (li jreddgħu) jew li jkunu ġejjin mit-taħlit tar-razez tagħhom. Il-potenzjal ta’ dawn l-annimali ma jkun xejn mingħajr dieta abbundanti u ta’ kwalità (enerġija u proteini krudi). Minħabba l-klima u l-kwalità tal-ħamrija, ir-riżors tal-għalf huwa ggarantit fil-kwantità u fil-kwalità b’awtonomija kbira għall-irziezet. Il-kompetenza tal-bdiewa li jipproduċu l-għalf u l-qamħ, it-taħlit tagħhom skont il-valuri nutrittivi tagħhom u l-istadju fiżjoloġiku tal-annimali, mit-twelid sal-qatla, jikkaratterizza kompletament il-“Bœuf de Vendée”.

L-għoġiela jitrabbew fuq il-ħalib tal-omm sal-ftim meta jkollhom madwar 8 xhur. Wara, għall-inqas għal sentejn (2), isegwu ċ-ċiklu li ġej: fix-xitwa fl-istalel u fis-sajf minn April sa Novembru jitħallew fil-mergħat. Il-ħaxix tal-mergħat u l-għalf nej jiffurmaw il-bażi tad-dieta. L-annimali jgħaddu l-perjodu tal-aħħar tagħhom jew jirgħu jew fl-istalel jieklu mill-ħwat.

Skont l-istat tal-annimal fil-bidu tal-fażi tas-simna, il-bidwi jagħżel perjodu u metodu għall-għalf li jgħinu sabiex jinkiseb l-aħjar prodott possibbli, b'livell ta' xaħam mixtieq iżda mhux eċċessiv. Kull 15-il jum, huwa jeżamina lill-annimal sabiex jiġġudika l-progress tal-proċess u fl-aħħar sabiex jiddeċiedi l-aħjar data għall-qatla.

Is-sistema tat-tkabbir u s-simna fir-reġjun hija karatteristika lokali li tirriżulta f'karkassi tqal u ta' karkassi tal-aħjar kwalità f’termini ta’ kwantità ta’ xaħam.

(c)   Reputazzjoni

Fl-1878, l-aħwa BATIOT introduċew ir-razza Charolais f’La Vendée minħabba l-benefiċċju tagħha għall-laħam u għall-ġarr. L-iżvilupp tal-ibliet il-kbar, Nantes, Angers, Pariġi ħoloq netwerk kummerċjali u r-reputazzjoni tas-sistema tas-tismin tal-La Vendée tejjbet b'mod sinifikanti ir-reputazzjoni ta' din ir-razza tal-laħam.

B’iktar minn 167 000 baqra li jreddgħu, dan huwa wieħed mill-ewwel tliet reġjuni ta’ produzzjoni fl-Ewropa. Fil-livell nazzjonali, illum iż-żona ta' La Vendée hija l-aqwa département għall-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga. Waħidha La Vendée tipprovdi aktar minn 5 % tal-produzzjoni nazzjonali b’inqas minn 1 % ta’ art agrikola.

Il-bejjiegħa artiġjanali u esperti, ifittxu dan it-tip ta’ prodott sabiex jissodisfaw l-aktar klijenti eżiġenti tagħhom. Huwa b’dan it-tip ta’ karkassa li huma jkunu jistgħu jaqtgħu l-aktar biċċiet tarjin, bnini, ħoxnin u rikki fit-togħma għas-sodisfazzjon kbir tal-klijenti tagħhom b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-kustilji u l-bistekki.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-kombinazzjoni tal-fatturi kollha naturali, klimatiċi u agronomiċi ta’ La Vendée li joħolqu produzzjoni ta’ għalf abbundanti u ta’ kwalità, flimkien mal-esperjenza ta’ dawk li jrabbu l-annimali, iwassal għall-kisba ta’ karkassi tqal, li hija karatteristika ewlenija ta’ La Vendée.

L-ispeċifiċità tal-prodott, marbuta maż-żona ġeografika, tabilħaqq tinstab fil-kombinazzjoni tal-kundizzjonijiet agronomiċi u pedoklimatiċi partikolari li jippermetti kemm li jissaħħu l-mergħat peress li l-merħliet li jreddgħu jistgħu jirgħu sal-ftim tal-għoġiela meta jkollhom tmien xhur, kif ukoll jippermettu l-kultivazzjoni ta' għalf u qamħ ta’ valur enerġetiku u proteiku għoli f’ħamrija tajba u fonda minħabba klima xemxija u sħuna li b’mod partikolari tiffavorixxi l-fotosintesi meħtieġa għall-maturità tal-ħaxix għall-għalf u tal-qamħirrun. Din l-abbundanza kbira ta’ għalf kif ukoll il-kwalità tiegħu li huma speċifiċi għall-għalf tal-“Bœuf de Vendée”, flimkien mal-għażla mill-bdiewa ta’ La Vendée tal-aqwa annimali, li jinqatlu f’biċċeriji qrib l-irziezet, jippermettu l-produzzjoni ta’ karkassi tqal bl-aħjar grad ta' kopertura ta' xaħam.

Il-laħam tari, bnin u mimli togħma tal-“Bœuf de Vendée” jinkiseb bis-saħħa tal-attenzjoni kbira mogħtija sabiex kull fażi tal-produzzjoni tirnexxi.

Permezz tal-ħila esperta tagħhom, il-bdiewa jagħżlu baqar jew barrin ikkastrati. Il-barrin mhux ikkastrati jew il-baqar ta’ età żgħira u l-annimali kollha ta’ inqas minn 30 xahar huma esklużi. Is-simna pjuttost fit-tul tal-annimali tippermetti l-iżvilupp ta’ ħjut ta’ xaħam fit-tessut tal-muskoli li jagħtu lil-laħam il-karatteristika qishairħam tiegħu u ma jħalluhx jixxotta waqt it-tisjir, għall-kuntrarju ta’ laħam dgħif “xott”. B’hekk tinkiseb dik il-karatteristika tarija u bnina tal-laħam li jdub fil-ħalq.

Wara l-qatla, l-aħjar karkassi biss jintgħażlu fil-proċess tal-“Bœuf de Vendée”. Dawn jingħataw grad minn uffiċjal awtorizzat skont il-konformità tagħhom ma’ laħam tajjeb, l-istat ta’ simna tagħhom u l-kulur tal-laħam (permezz ta’ spezzjoni viżwali u l-mess). Din l-għażla tal-karkassi hija pass essenzjali sabiex wieħed ikun ċert li jikseb laħam tari, bnin u mimli togħma. Il-karkassi li jissodisfaw il-kriterji kollha jkunu eliġibbli għall-“Bœuf de Vendée”. Dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ garanzija u ta’ oriġini.

Iż-żmien minimu ta’ maturazzjoni ta’ 10 ijiem jiggarantixxi l-irtubija tal-laħam.

Dawn il-kriterji importanti huma tabilħaqq determinanti għall-bejjiegħa esperti tal-laħam u għall-konsumaturi. Dawn wasslu sabiex il-“Bœuf de Vendée” jibni reputazzjoni soda fost il-laħam taċ-ċanga disponibbli fir-reġjun.

Minħabba li l-laħam tal-“Bœuf de Vendée” huwa tari, bnin u mimli togħma, il-konsumaturi u l-bejjiegħa tal-laħam huma leali lejn il-provvista regolari mingħand id-distributuri tal-prodott. Bħala prova minn termini statistiċi jirriżulta li 60 % tal-ħwienet attwali tal-grupp baqgħu l-istess minn meta bdew il-bejgħ tiegħu fis-snin 2000.

Għaldaqstant il-“Bœuf de Vendée” huwa tassew katina ta’ ħila esperta li tirriżulta mis-suċċess ta’ kull fażi: il-produzzjoni (produzzjoni ta’ għalf, trobbija u għażla), il-qatla, il-qtugħ u d-distribuzzjoni għas-servizz tal-kwalità u tal-oriġini.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/CDC-IGP/boeuf-de-vendee.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 312/15

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΞΥΓΑΛΟ ΣΗΤΕΙΑΣ” (XYGALO SITEIAS)/“ΞΙΓΑΛΟ ΣΗΤΕΙΑΣ” (XIGALO SITEIAS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0731-24.11.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Ξύγαλο Σητείας” (Xygalo Siteias)/“Ξίγαλο Σητείας” (Xigalo Siteias)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3.

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Xygalo Siteias huwa prodott ta’ aċidifikazzjoni tal-ħalib. Huwa għandu lewn abjad, konsistenza tixbah lill-għaġina u/jew granulari u bla qoxra. Huwa għandu togħma friska, tagħti fil-qrusa, daqsxejn mielaħ u għandu aroma karatteristika pjaċevoli. Huwa għandu kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 75 % u kontenut massimu ta’ melħ ta’ 1,5 %, filwaqt li x-xaħam tiegħu f’materja xotta jvarja minn 33 % sa 46 % u għandu kontenut massimu ta’ proteini ta’ 31,5 %.

Xygalo Siteias huwa prodott mill-ħalib tal-mogħża jew mill-ħalib tan-nagħġa, jew minn taħlita tat-tnejn jekk l-ammont ta’ ħalib tal-mogħża ma jkunx suffiċjenti, bil-kontenut xaħmi tal-ħalib tan-nagħġa jiġi aġġustat, sabiex il-kontenut xaħmi tal-prodott finali jibqa’ taħt 46 % (f’materja xotta). Imbagħad, it-taħlita tal-ħalib tiġi pasturizzata (fakultattiv) u mkessħa għal temperatura ta’ 25 °C. Jiġi miżjud melħ (NaCI) sa massimu ta’ 2 % skont il-piż, u jiżdiedu wkoll kulturi batteriċi aċidużi li ma jagħmlux ħsara u ammonti żgħar ta’ tames naturali mill-istonku tal-annimali (l-aktar jekk il-ħalib ikun ġie pasturizzat). Imbagħad il-ħalib jitħalla jiffermenta b’mod naturali f’kontenituri għall-użu mal-ikel li jinżammu stazzjonarji u mgħottija, iżda mhux issiġillati b’mod li ma tgħaddix arja minnhom, għal seba’ sa għaxart ijiem f’temperatura ta’ 15-20 °C. Ix-xaħam u l-butir żejjed jitneħħew mill-wiċċ tal-baqta. Il-maturazzjoni tkompli f’dawn il-kontenituri għal madwar xahar f’temperatura ta’ 10-15 °C, mingħajr ma jitħawdu l-baqtiet għat-tul kollu tal-proċess ta’ maturazzjoni tal-aċidifikazzjoni. Fl-aħħar nett, il-prodott jiġi sseparat mix-xorrox li jkun ikkonċentrat fil-qiegħ tal-kontenituri, jitqiegħed f'kontenituri għall-użu mal-ikel u jinżamm fil-friġġ f’temperatura taħt 4 °C. Jekk il-ħalib ma jkunx ġie pasturizzat, Xygalo Siteias għandu jinżamm fil-friġġ għal mill-inqas xahrejn qabel ma jiġi rilaxxat għall-konsum sabiex ikunu jistgħu jsiru verifiki biex ikun assigurat li l-prodott ikun ħieles minn kwalunkwe mikro-organiżmu mhux mixtieq.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima li tintuża għall-preparazzjoni ta’ Xygalo Siteias hija ħalib frisk minn nagħaġ u mogħoż b’saħħithom li jitrabbew bil-mod tradizzjonali f’dak li kien id-Distrett ta’ Siteia, huma kompletament xierqa għall-klima u l-flora partikolari tar-reġjun u joriġinaw esklussivament minn razez ta’ mogħoż indiġeni għall-Greċja u razez ta’ nagħaġ lokali (razza Siteia, prinċipalment ir-razez Psiloriti u Sfakia u kwalunkwe tlaqqigħ bejn dawn ir-razez).

Il-ħalib għandu jkun il-prodott ta’ ħlib mill-inqas għaxart ijiem wara li l-annimal ikun welled, u wara, jew ir-raħħal jittrasporta l-ħalib lejn il-fabbrika tal-ħalib jew inkella jitkessaħ fi friġġijiet tal-ħalib u jinġabar ta’ spiss (ġeneralment taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrika tal-ħalib) f’vettura xierqa jew f’tank imkessaħ.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

In-nagħaġ u l-mogħoż huma mrobbija b’mod estensiv jew, l-aktar l-aktar, b’mod semi-intensiv bil-mod tradizzjonali, fl-artijiet il-baxxi u fiż-żoni tal-muntanji nofsana li ma jaqbżux l-elf metru. F’Ottubru u f’Novembru (meta l-frieħ jiġu mreddgħa), minħabba l-iskarsezza ta’ veġetazzjoni naturali u l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tal-annimali għall-ikel, jintużaw weraq taż-żebbuġ u għalf imnixxef (eż. silla, ħuxlief, qamħirrun) b’rata ta’ 30-40 % skont is-sena.

Minn Diċembru sa bejn wieħed u ieħor April (produzzjoni akbar ta’ ħalib, wara li l-frieħ ġodda jkunu ġew miftuma), huma jieklu flora lokali selvaġġa (ħaxix u buxxijiet, l-aktar aromatiċi u indiġeni), li tkun iżjed abbundanti matul ix-xita tax-xitwa u r-rebbiegħa (salvja (Salvia fruticosa & Salvia pomifera), rock-rose (“aladania” – Cistus creticus), erika (Erica manipuliflora), salvja ta’ Ġerusalemm (Phlomis lanata), spiny broom (Calycotome villosa), ballut (Quercus coccifera) u oħrajn). Sal-bidu ta’ Marzu, dawn jiġu ssupplimentati bi friegħi u weraq li jifdal wara ż-żbir u t-tindif annwali tas-siġar taż-żebbuġ. Matul dan il-perjodu tax-xitwa, l-għalf imnixxef jiġi fornut ukoll fi kwantitajiet li ġeneralment ma jaqbżux 20 % b’kollox sabiex il-ħtiġijiet tal-annimali jkunu koperti matul il-ġranet ta’ xita qawwija, silġ u ġlata.

Minn Mejju ’l quddiem u matul is-sajf kollu (produzzjoni mnaqqsa ta’ ħalib), ħafna mill-merħliet jieklu diversi ċereali mnixxfa li joriġinaw fl-għelieqi taż-żona, miżrugħin speċifikament għal dan il-għan mill-bdiewa, u jirgħu fuq mergħat miksija bi flora lokali. Jiddependi mis-sena, jista’ jingħata għalf imnixxef minn żoni oħrajn (eż. ħuxlief, silla, qamħirrun) bħala suppliment, b’rata ta’ 30-40 %.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Kemm il-produzzjoni kif ukoll l-ipproċessar tal-ħalib, u l-produzzjoni ta’ Xygalo Siteias, iridu jsiru fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar huwa meħtieġ li jsir fiż-żona definita sabiex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-prodott (li jiddeterjora meta jiġi trasportat mhux ippakkjat), minħabba r-riskju miżjud ħafna li l-prodott bil-kwantità jiġi espost għall-arja ambjentali, li tirriżulta fil-kontaminazzjoni b’mikroorganiżmi li jnaqqsu l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu u jnaqqsu b’mod konsiderevoli, iż-żmien li jdum tajjeb il-prodott (massimu ta’ sitt xhur wara l-produzzjoni), li diġà huwa limitat.

Xygalo Siteias jiġi ppakkjat għall-bejgħ f’kontenituri alimentari b’kapaċità massima ta’ 5 kg. Il-kontenituri relattivament kbar ta’ 5 kg huma maħsubin għall-industrija tal-ikel, fejn kwantitajiet akbar jiġu kkunsmati mill-ewwel, u b’hekk il-prodott ma jiddeterjorax.

Il-kapaċità trid tiġi ristretta sabiex il-prodott jiġi kkunsmat mix-xerrej finali fi żmien raġonevoli wara li jkun infetaħ l-ippakkjar u ma jintilef xejn mill-kwalitajiet organolettiċi partikolari tiegħu. Billi huwa ġobon artab li jinfirex, Xygalo Siteias m’għandux il-kisja protettiva tiegħu bl-istess mod bħalma għandu l-ġobon iebes.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

L-ittikkettar tal-prodott fuq l-ippakkjar għandu juri b’tipa li tidher u li tinqara b’mod ċar:

l-isem tal-prodott “ΞΥΓΑΛΟ ΣΗΤΕΙΑΣ” jew “ΞΙΓΑΛΟ ΣΗΤΕΙΑΣ” (u/jew bl-ittri Latini “XYGALO SITEIAS” jew “XIGALO SITEIAS”) segwit bil-kliem “Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini”, jew l-ekwivalenti b’lingwa(i) oħra(jn) bl-użu ta’ skrittura Latina jew oħra;

l-isem u l-indirizz tal-intrapriżi kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-ippakkjar.

Meta fil-proċess tal-produzzjoni jintuża ħalib mhux ipproċessat (mhux pasturizzat), l-ippakkjar għandu juri wkoll l-immarkar speċjali preskritt fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja rilevanti.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Ir-reġjun li fih jiġi prodott Xygalo Siteias jinkludi t-territorji ta’ dak li kien (qabel l-1997) id-distrett ta’ Siteia fil-Prefettura ta’ Lassithi fi Kreta, li issa (mill-2008) jikkorrispondi għall-Muniċipalitajiet ta’ Siteia, Makry Yialos, Itanos, Lefki u d-distretti muniċipali kollha tagħhom. Din hija essenzjalment peniżola li tinkludi t-tarf tal-Lvant kollu ta’ Kreta, li n-natura iżolatu mill-bqija tal-gżira bil-muntanji ta’ Thrypti u Orno lejn il-Punent, u huwa mdawwar bi tliet żoni ta’ baħar lejn it-Tramuntana, in-Nofsinhar u l-Lvant.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Riżalt ġeoloġiku – Klima

Id-distrett ta’ Siteia jkopri erja ta’ 786 km2. Huwa jinkludi prinċipalment terren muntanjuż medju (altitudni ta’ 300-1 000 m b’artijiet watja żgħar), b’inqas minn 20 % art baxxa (altitudni ta’ inqas minn 300 m) u ftit żoni għoljin (altitudni bejn 1 000-1 500 m); ir-riżalt m’għandux il-projezzjonijiet f’daqqa li jidhru fil-Punent u ċ-ċentru ta’ Kreta u dan jagħmilha possibbli li n-nagħaġ u l-mogħoż jitrabbew fil-biċċa l-kbira tal-postijiet (l-aktar fiż-żoni muntanjużi ta’ altitudni medja u sa ċertu punt inqas fl-artijiet il-baxxi).

Ir-reġjun ta’ Siteia għandu nżul inqas ta’ xita, irjieħ iżjed qawwija u temperaturi ogħla minn postijiet oħra fi Kreta fl-istess altitudni.

Ix-xita medja annwali mkien ma taqbeż 1 100 mm; fiż-żoni muntanjużi medji u ċentrali, din tvarja minn 500 mm sa 800 mm, fil-Grigal u n-Nofsinhar minn 300 sa 500 mm, u fix-Xlokk hija inqas minn 300 mm.

It-temperatura medja annwali fuq il-kosta tat-Tramuntana hija 18,67 °C u hija mill-inqas 1 °C ogħla fin-Nofsinhar, b’firxa ta’ temperatura annwali ta’ 17 °C. Fiż-żoni muntanjużi medji fejn jitrabbew il-bhejjem, f’altitudni ta’ xi 600 m, it-temperatura medja annwali mistennija hija ta’ madwar 16,50 °C, b’firxa ta’ temperatura ta’ madwar 20 °C. It-temperaturi medji fl-istess altitudni fil-Punent ta’ Kreta huma 1 °C sa 1,5 °C iżjed baxxi.

L-irjieħ prinċipali huma mill-Majjistral u huma iżjed qawwija f’Lulju u f’Awwissu, u għalhekk jimpedixxu temperaturi għoljin fil-ħinijiet ta’ nofsinhar. L-irjieħ min-Nofsinhar jonfħu b’mod okkażjonali fix-xhur tax-xitwa u r-rebbiegħa, li jagħmel il-klima iżjed moderata u sħuna.

L-ammont ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa għoli ħafna, li jvarja minn 2 700 siegħa kull sena fit-Tramuntana għal iżjed minn 3 000 siegħa fin-Nofsinhar (l-ogħla fil-Greċja).

Flora – Mergħat

Dan ir-riżalt partikolari u l-klima jipproduċu wkoll flora speċjali. Is-siġar taż-żebbuġ (Olea europaea) huma kkultivati b’mod estensiv sa altitudni ta’ madwar 600 m u d-dwieli (Vitis vinifera) huma kkultivati sa xi 1 000 m. Sal-lum ġew irrapportati iżjed minn 700 speċi ta’ pjanta fiż-żona ta’ Siteia, meta mqabbel ma’ madwar 1 800 speċi għal Kreta sħiħa, li hija aktar minn 10 darbiet akbar bħala erja.

Il-friegħi mejtin li jaqgħu mis-siġar huma t-tip ewlieni ta’ veġetazzjoni fiż-żoni li mhumiex ikkultivati, b’partijiet kbar miksija bi pjanti folti, bħat-thorny burnet (Sarcopoterium spinosum), il-ġummar (Genista acanthoclada), is-sagħtar (Thymus capitatus), is-salvja (Salvia fruticosa & Salvia pomifera) u l-ebbanu ta’ Kreta (l-Ebenus cretica indiġena).

Iż-żoni bl-akbar konċentrazzjoni ta’ pjanti indiġeni huma preċiżament dawk bl-akbar numru ta’ nagħaġ u mogħoż effettivament ħielsa, li jieklu l-pjanti indiġeni u aromatiċi rikki u varjati, u l-veġetazzjoni folta u erbaċeja.

Il-veġetazzjoni folta għolja (maquis) tippredomina fuq inklinazzjonijiet bil-blat, aċċessibbli prinċipalment għall-mogħoż u sa ċertu punt inqas għan-nagħaġ, u tinkludi l-pistaċċa orjentali (Pistacia lentiscus), il-Balluta Xewkija (“prinos” – Quercus coccifera), iż-żebbuġ selvaġġ (“argoulida” – Olea europaea sylvestris), il-ħarrub selvaġġ (Ceratonia siliqua) u l-ispiny broom (Calycotome villosa).

Ir-razez tan-nagħaġ u tal-mogħoż – metodu ta’ trobbija – il-ħalib prodott

Hemm razza lokali distinta, in-“nagħġa ta’ Siteia”, li hija subfilu tar-razza tan-nagħġa ż-żgħira tal-muntanji tal-Gżejjer Eġej. Hija adatta għal żoni b’ammont limitat ta’ veġetazzjoni u xita, bħal Siteia, u ma titrabbiex biss għall-ħalib, iżda wkoll għal-laħam u s-suf.

In-nagħaġ ta’ Siteia jinkludu l-biċċa l-kbira tan-nagħaġ imrobbija fiż-żona ta’ Siteia (28 000-30 000 annimal fis-snin 1995-2000). Matul l-aħħar 30 sena, trabbew ukoll numru iżgħar tar-razez ta’ Psiloriti u Sfakia; huma adatti wkoll għall-kundizzjonijiet tal-muntanji ta’ altitudni medja. Dawn ir-razez jitlaqqgħu wkoll man-nagħaġ ta’ Siteia sabiex jiżdied l-ammont ta’ ħalib prodott minn dawn tal-aħħar. In-nagħaġ ta’ Siteia huma adatti perfettament għall-ambjent li fih jitrabbew; dan jidher mir-reżistenza tagħhom għat-tifqigħ ta’ piroplasmosi (li taffettwa kważi annimal wieħed minn kull elf fis-sena, li minnhom 25 % biss tal-każijiet ikunu fatali). Skont studji riċenti, in-nagħaġ ta’ Siteia jipproduċu kwantità relattivament iżgħar ta’ ħalib għal kull annimal, jiġifieri 106-115 kg fis-sena għal kull nagħġa f’irziezet semi-intensivi u 72-80 kg f’irziezet estensivi f’Siteia, filwaqt li l-produzzjoni medja għal Kreta sħiħa hija 110-150 kg u 78-98 kg fis-sena għal kull nagħġa, rispettivament.

Il-mogħoż fir-reġjun ta’ Siteia (18 000-20 000 annimal) huma razez indiġeni tal-Greċja li huma adatti perfettament għal żoni mhux aċċessibbli b’veġetazzjoni limitata tixbah l-arbuxxelli.

In-nagħaġ u l-mogħoż fiż-żona ta’ Siteia huma mrobbija bil-mod tradizzjonali fuq irziezet estensivi jew, l-aktar l-aktar, semi-intensivi, inqas fuq l-artijiet baxxi u aktar fiż-żoni muntanjużi ta’ altitudni medja (altitudni ta’ 300 m-1 000 m), fuq il-bażi ta’ ċiklu ripetut ta’ trobbija annwali (ara wkoll il-paragrafu 3.4.) u fuq mergħat bi kwantità kbira ta’ pjanti indiġeni u aromatiċi li jagħtu lill-ħalib karatteristiċi partikolarment b’togħma tajba. Ir-riproduzzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż isseħħ b’tgħammir naturali fi ħdan il-merħliet, li jfisser li l-karatteristiċi tar-razez lokali jiġi miżmuma.

Biedja estensiva tfisser biedja fejn in-nagħaġ u l-mogħoż jirgħu f’mergħat “estiżi” miftuħa, u jieklu l-veġetazzjoni taż-żona (miżrugħa waħedha jew miżrugħa wara intervent uman). Għadd ta’ merħliet jibdlu l-mergħat mal-istaġuni u jinżlu f’altitudnijiet aktar baxxi matul ix-xhur tax-xitwa (Novembru sa April). Sabiex jiġu protetti u mmonitorjati l-annimali, jintużaw għeluq tradizzjonali li ġeneralment ikunu mifruda b’ħitan tal-ġebel u bla saqaf. Il-biedja semi-intensiva hija fejn ikun hemm żoni msaqqfa fejn in-nagħaġ u l-mogħoż jistgħu jinżammu, jintgħalfu u jinħelbu, kull meta jkun meħtieġ matul ix-xhur tax-xitwa; għall-aħjar parti tas-sena, madankollu, huma jirgħu f’mergħat miftuħa minħabba l-klima moderata taż-żona ta’ Siteia. Matul l-aħħar 20 sena, bosta bdiewa bnew installazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni u ħlib, u b’hekk imxew lejn biedja semi-intensiva, li tgħaqqad flimkien l-elementi pożittivi tal-metodi ta’ biedja estensiva u intensiva.

It-tradizzjoni tar-reġjun ta’ Siteia fit-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni tal-ġobon

Minn perspettiva storika, sa miż-żminijiet Minoani, ir-reġjun ta’ Siteia minn dejjem kien u għadu assoċjat mat-tradizzjoni żviluppata tal-abitanti tiegħu fit-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni tal-ġobon. L-evidenza u t-testimonjanza segwenti huma ċċitati bħala indikazzjoni:

reċipjenti taċ-ċeramika għall-preparazzjoni tal-ġobon, imtaqqbin lejn il-qiegħ, skavati minn dar Minoana f’Palaiokastro (kapitali tal-Muniċipalità ta’ Itanos tal-lum) f’Siteia;

muniti minn Praissos, l-iżjed belt b’saħħitha fir-reġjun fiż-żminijiet klassiċi u Ellenisti, li jiffiguraw mogħża, li hija indikazzjoni tal-valur tagħha għall-ekonomija tar-reġjun;

ftehimiet bil-miktub, mill-inqas għas-snin mill-1347 sa u jinkludu l-1450, relatati mat-tagħbija frekwenti fil-port ta’ Siteia, ta’ ġobon destinat għal Venezja, l-Eġittu (Lixandra), Ċipru u postijiet oħra;

referenza għal Siteia bħala waħda mis-seba’ reġjuni fi Kreta fejn it-trobbija tan-nagħaġ u tal-mogħoż imxew ’il quddiem fis-sekli 13 sa 14;

referenza għall-“ġobon tajjeb” bħala li kien il-prodott prinċipali tar-reġjun ta’ Siteia fis-seklu 19;

il-pożizzjoni kostanti tad-distrett ta’ Siteia bħala wieħed mit-tmien distretti ta’ Kreta għat-trobbija tal-bhejjem fis-sekli 19 u 20 u l-produzzjoni, f’termini assoluti, tal-akbar kwantità ta’ ġobon u suf minn fost id-distretti kollha ta’ Kreta kemm fl-1847 kif ukoll fl-1929;

referenza għall-produzzjoni ta’ ġobon iebes u artab, butir u suf f’dejta statistika dwar il-Prefettura ta’ Lassithi (li l-akbar distrett tagħha huwa Siteia) għas-snin mill-1937 sal-1938;

il-produzzjoni ta’ Xygalo f’Siteia, l-aktar fix-xhur sħan sajfin mill-kwantità żgħira ta’ ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż b’kontenut baxx ta’ xaħam, kemm min-nisa tad-dar fi djarhom kif ukoll mill-bdiewa f’għerejjex tal-ġebel imsejħa mitata. Huma kienu jużaw reċipjenti speċjali taċ-ċeramika, vażetti żgħar tal-fuħħar (imsejħa kouroupia), li kellhom toqba fil-parti ta’ isfel sabiex ix-xorrox ikun jista’ jitneħħa mingħajr ma tinkiser il-baqta li tgħum f’wiċċ il-likwidu:

ir-referenza bil-miktub għal Xygalo bħala prodott ta’ Siteia sa mill-1957 u li kien jiġi prodott f’mill-anqas wieħed mill-insedjamenti ta’ biedja fil-muntanji ta’ altitudni medja (Mysirgio f’dak li kien il-komun ta’ Mitato, mitato tfisser fabbrika tal-ġobon bid-djalett ta’ Kreta);

it-twaqqif fl-1970s tal-ewwel unità moderna għall-ipproċessar tal-ħalib fiż-żona ta’ Siteia;

il-fatt li issa hemm żewġ unitajiet joperaw fiż-żona ta’ Siteia li għandhom numru tal-kodiċi bħala Installazzjonijiet Approvati għall-Produzzjoni tal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib u jipproduċu prodotti tradizzjonali tal-ħalib u ġobon fuq il-bażi ta’ tradizzjoni antika u l-metodi speċjali ta’ pproċessar tal-ħalib applikati mill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem u l-produtturi tal-ġobon tar-reġjun.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Xygalo Siteias huwa prodott speċjali ppreparat fuq il-bażi tat-tradizzjoni antika tat-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni tal-ġobon fir-reġjun ġeografiku ta’ Siteia, bl-użu ta’ teknoloġija speċjali ta’ manifattura u ħalib b’karatteristiċi speċjali attribwibbli għar-razez lokali ta’ mogħoż u nagħaġ, il-metodu tradizzjonali ta’ trobbija, u l-klima u l-flora.

Xygalo Siteias huwa deskritt minn esperti Griegi magħrufa tat-tidwiq bħala “ġobna tajba żgħira b’konsistenza qisha għaġina prodotta esklussivament f’Siteia; hija għandha togħma rikka u daqsxejn qarsa u hija friska”. Hija sabet postha fuq l-ixkafef tas-supermarkets u fil-menus tar-ristoranti fil-Lvant ta’ Kreta sa mill-bidu tal-1990s, filwaqt li tal-anqas mill-1999 ġiet deskritta speċifikament bħala platt speċjali f’ristoranti (tradizzjonali, iżda anki raffinati), f’Ateni u Tessaloniki.

Fuq l-internet, CONCRED (Conserving Cretan Diet – inizjattiva appoġġjata mill-Awtoritajiet Reġjonali ta’ Kreta), li tiċċertifika r-ristoranti li joffru platti li jaqblu mad-dieta ta’ Kreta, tirrakkomanda Xygalo bħala hors d’oeuvre eċċellenti magħruf bl-isem ta’ “Xygalo Steiako”.

Differenza minn tipi oħra ta’ ġobon li jinfirxu

Id-densità ta’ Xygalo (75 % indewwa) hija l-istess bħal dik tal-ġobon Galotyri minn Epirus u l-Greċja tal-Punent u l-ġobon Katiki minn Domokos, iżda huwa inqas mielaħ. Il-ġobon Kopanisti mis-Cyclades u l-ġobon Anevato huma iżjed densi (kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 56 % u 60 % rispettivament) iżda għandhom ukoll iżjed melħ minn Xygalo. Id-densità tal-ġobon Pihtogalo minn Hania hija bejn dawn ta’ hawn fuq (kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 65 %).

Il-melħ f’Xygalo jiġi miżjud u jinħall fil-ħalib qabel l-aċidifikazzjoni tiegħu, li jwassal biex il-prodott drejnjat finali jkollu togħma eħfef, inqas mielħa. Fil-każ tal-prodotti l-oħra drejnjati (Kopanisti, Anevato, Pihtogalo, Katiki), il-melħ jiżdied mal-baqta drejnjata tal-ġobon wara li x-xorrox ikun ġie mgħoddi minn passatur. Fil-każ biss ta’ Galotyri, il-melħ jiġi miżjud mal-ħalib, iżda 24 siegħa wara li jkun beda jsir aċiduż.

Il-karatteristika li tiddistingwi bil-kbir lil Xygalo minn prodotti oħra simili hija l-kontenut aktar baxx tiegħu ta’ xaħam, li (f’materja xotta) jrid ikunu minimu ta’ 33 % u massimu ta’ 46 % skont il-piż.

B’kuntrast, fil-każ ta’ Pihtogalo ta’ Hania, il-kontenut minimu ta’ xaħam huwa ferm ogħla (50 % skont il-piż) u huwa 40 %, 43 % jew anki 45 % fil-każ tat-tipi ta’ ġobon l-oħra. Il-kontenut baxx ta’ xaħam jinkiseb billi jintuża proporzjon għoli ta’ ħalib tal-mogħża u/jew jitneħħa/jiġi xkumat ix-xaħam mill-ħalib jew minn Xygalo proprja waqt il-produzzjoni tiegħu. M’hemm l-ebda stadju ekwivalenti ta’ tneħħija tal-iskuma fil-metodi wżati sabiex jiġu prodotti t-tipi l-oħra simili ta’ ġobon, li minflok jgħaddu minn stadji ta’ omoġenizzazzjoni.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Fil-qosor, hemm erba’ punti prinċipali li huma kruċjali għall-kwalità u l-karatteristiċi ta’ Xygalo Siteias li jorbtu l-prodott maż-żona ġeografika (l-ambjent u n-nies) u, fl-istess ħin, jiddistingwuh minn prodotti oħra simili:

l-użu ta’ ħalib ta’ kwalità għolja prodott esklussivament minn razez lokali (in-nagħaġ ta’ Siteia u, f’miżura inqas, in-nagħaġ ta’ Psiloriti u Sfakia jew it-tlaqqigħ ta’ bejniethom, u mogħoż indiġeni għall-Greċja) mrobbija bl-użu ta’ metodi tradizzjonali ta’ trobbija tal-bhejjem (estensivi jew, l-aktar l-aktar, semi-intensivi) fiż-żona definita u adatti għall-klima partikolari tagħha (ammont baxx ta’ xita, ammont kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx, temperatura medja relattivament għolja, iżda mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti fil-ġurnata, irjieħ qawwija, eċċ.);

l-eżistenza ta’ popolazzjoni ta’ pjanti indiġeni u aromatiċi fuq mergħat naturali fiż-żona indikata li l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jużaw biex jagħlfu n-nagħaġ u l-mogħoż, billi jagħmlu l-aħjar użu fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom tal-ġeoloġija tat-terren fl-istaġuni kollha tas-sena, il-karatteristiċi speċjali tal-klima, u l-flora partikolari tar-reġjun, li tikkontribwixxi għall-produzzjoni tal-ħalib u tagħti kwalità speċjali u karatteristiċi organolettiċi pjaċevoli lil Xygalo Siteias;

l-użu ta’ teknoloġija speċjali sabiex jiġi prodott Xygalo Siteias, li l-karatteristiċi prinċipali tagħha huma dawn:

il-kontroll tal-kontenut ta’ xaħam bl-ixkumar jew tal-ħalib fil-bidu jew tal-prodott wara l-ewwel stadju tal-aċidifikazzjoni, sabiex il-prodott jinżamm kemm jista’ jkun “ħafif”;

iż-żieda tal-melħ mal-ħalib kollu qabel l-aċidifikazzjoni, li tirriżulta fit-togħma minimament mielħa tiegħu;

il-baqta ma tiġi mħawda fl-ebda punt matul il-proċess tal-aċidifikazzjoni/maturazzjoni, li sseħħ fl-ambjent naturali, sabiex tiżviluppa l-mikroflora meħtieġa għall-fermentazzjoni naturali.

is-separazzjoni tax-Xygalo Siteias mix-xorrox issir b’suċċess (f’termini ta’ ħin u kwalità) wara l-maturazzjoni, sabiex il-baqta tinqasam l-inqas possibbli;

is-sopravivenza tal-isem antik tal-prodott bażiku tal-aċidifikazzjoni naturali tal-ħalib “Οξύγαλα” (Oxygala jew ħalib aċiduż), mibdul daqsxejn fid-djalett lokali ta’ Siteia għal “Ξύγαλο” (Xygalo), li l-metodu ta’ produzzjoni tiegħu jixbah ħafna lil dak li kien jintuża fiż-żminijiet Ellenisti u Rumani. Prodotti simili issa għandhom ismijiet li huma pjuttost differenti, filwaqt li prodotti oħra tal-ħalib għandhom storja ferm iqsar fiż-żona ġeografika ta’ Kreta, u l-Greċja b’mod ġenerali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/Προδιαγραφές%20προϊόντος%20ΞΥΓΑΛΟ%20ΣΗΤΕΙΑΣ.doc


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.