ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.304.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
10 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 304/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6005 – Cinven/Spice) ( 1 )

1

2010/C 304/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6008 – IK/GHD) ( 1 )

1

2010/C 304/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5987 – Zublin/VMT/ITC JV) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 304/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2010 li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 304/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 304/06

Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19, ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8, ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7)

5

2010/C 304/07

Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18, ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7)

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 304/08

Sejħa għall-offerti – EACEA/27/10 – MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – i2i Audiovisual

10

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2010/C 304/09

Avviż għall-kompetizzjonijiet ġenerali

13

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 304/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5753 – DSB/FIRST/DSBFirst Väst) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2010/C 304/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5969 – SCJ/Sara Lee) ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6005 – Cinven/Spice)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/01

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6005. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6008 – IK/GHD)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/02

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6008. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5987 – Zublin/VMT/ITC JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/03

Fl-4 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5987. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ottubru 2010

li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

2010/C 304/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Awstrjak,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Peter KREIML.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANT TAL-GVERN:

AWSTRIJA: Is-Sur Reinhard NÖBAUER

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Novembru 2010

2010/C 304/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3945

JPY

Yen Ġappuniż

112,44

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,86235

SEK

Krona Żvediża

9,3083

CHF

Frank Żvizzeru

1,3420

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0770

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,583

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

274,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,9219

RON

Leu Rumen

4,2850

TRY

Lira Turka

1,9623

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3726

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3931

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8093

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7681

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7905

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 551,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4949

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2651

HRK

Kuna Kroata

7,3558

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 421,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,3177

PHP

Peso Filippin

60,236

RUB

Rouble Russu

42,7017

THB

Baht Tajlandiż

41,149

BRL

Real Brażiljan

2,3638

MXN

Peso Messikan

16,9759

INR

Rupi Indjan

61,8555


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/5


Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19, ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8, ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7)

2010/C 304/06

Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153 6.7.2007

L-ammont ta' referenza għal mezzi adegwati ta' sussistenza għat-tul ta' żmien ippjanat tas-soġġorn ta' barrani jew għat-tranżitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni fi Stat terz huwa daqs l-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulat kuljum fuq il-bażi tar-rata ffissata fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti.

Dan l-ammont jiġi stmat mill-ġdid b'mod regolari fuq il-bażi tal-indiċi tal-għoli tal-ħajja fi Franza:

b’mod awtomatiku meta l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut jiżdied b'aktar minn 2 %,

b'deċiżjoni tal-Gvern – wara konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għan-negozjar kollettiv – sabiex tingħata żieda ogħla miż-żieda tal-prezzijiet bl-imnut.

Mill-1 ta' Jannar 2010, l-ammont ta' kuljum tal-SMIC (Paga Minima) hija ta' EUR 62,00.

Il-persuni li għandhom prova ta' akkomodazzjoni (“attestation d'accueil”) għandhom ikollhom ammont minimu ta' flus, ekwivalenti għan-nofs l-SMIC, sabiex joqogħdu fi Franza. Għalhekk dan l-ammont hu ta' EUR 31,00 kuljum.


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/6


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18, ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7)

2010/C 304/07

Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

ESTONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153, 6.7.2007

1.   Karta tal-Identità Diplomatika  (1)

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– blu

Kategorija A– Kap tal-Missjoni u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– blu

Kategorija B– Diplomatiku u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu

2.   Karta ta' servizz

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– aħmar

Kategorija C– Impjegat amministrattiv u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– aħdar

Kategorija D– Persunal ta' servizz u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– aħdar

Kategorija E– Impjegat privat

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– aħdar

Kategorija F– Impjegat lokali

Quddiem

Image

Wara

Image

Kulur– griż

Kategorija HC– Konslu onorarju

3.   Informazzjoni addizzjonali

Fatturi ġenerali tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:

Kartijiet diplomatiċi u ta' servizz se jsiru l-unika bażi legali għal residenza fl-Estonja għall-persunal akkreditat fl-Estonja tar-rappreżentanti diplomatiċi, stabbilimenti konsulari, jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Karta diplomatika jew ta' servizz li tkun maħruġa mill-1 ta' Ottubru 2010 li tintitola lill-portatur flimkien mal-passaport, biex jidħol u jivvjaġġa fit-territorju tal-Istati ta' Schengen.

Il-karti diplomatiċi u ta' servizz maħruġa qabel l-1 ta' Ottubru 2010 jibqgħu validi sad-data indikata fuq il-karta, u tkun il-bażi legali għal residenza fl-Estonja flimkien ma' viża valida diplomatika jew ta' servizz, u mhux se jinbidlu f'ġodda għalissa.

Deskrizzjoni teknika tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:

Karta diplomatika jew ta' servizz hija karta tal-plastik bi ġnubijiet tondi, b'dimensjonijiet ta' 85 × 54 mm

Id-dejta fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta diplomatika u ta' servizz hija din li ġejja:

titolu tal-karta (Karta diplomatika jew ta' servizz Estonjana)

nru tas-serje

isem tal-ambaxxata

isem tal-portatur

data tat-twelid

pożizzjoni tal-portatur

ritratt

firma tal-portatur

Fuq in-naħa ta' wara hemm din id-dejta:

grad ta' imunità

informazzjoni dwar il-bażi legali għal residenza fl-Estonja

l-awtorità li toħroġha (Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dipartiment tal-Protokoll tal-Istat, telefon)

valida minn

valida sa

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Estonjan għandu joħroġ dawn il-karti diplomatiċi u tas-servizz li ġejjin:

1.

lill-kap tal-missjoni u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje A (blu);

2.

lid-diplomatiku u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje B (blu);

3.

lill-impjegat amministrattiv u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje C (ħamra);

4.

lill-persunal ta' servizz u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje D (ħadra);

5.

lill-impjegati privati karta ta' servizz serje E (ħadra);

6.

lil ċittadin Estonjan u resident permanenti li jaħdem f'missjoni barranija karta ta' servizz serje F (ħadra);

7.

lill-konslu onorarju ta' pajjiż barrani karta ta' servizz serje HC (griża).

Membri tal-familja huma d-dipendenti li ġejjin ta' diplomatiku u li jagħmlu parti mill-istess dar tiegħu/tagħha:

1.

konjuġi;

2.

wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 21 sena;

3.

wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 23 sena, li jistudja/tistudja f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla fl-Estonja;

4.

membru tal-familja ieħor f'każi speċjali.

karta diplomatika u ta' servizz ma jinħarġux jekk il-perjodu tal-inkarigu jkun iqsar minn sitt (6) xhur.

Il-karti ta' servizz ma jinħarġux lill-impjegati amministrattivi tal-missjoni barranija li joqogħdu barra l-Estonja


(1)  Jekk jogħġbok ara wkoll l-informazzjoni addizzjonali pprovduta fl-aħħar ta' dan it-test.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/10


SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA/27/10

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

i2i Audiovisual

2010/C 304/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Fost il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hemm l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni.

L-appoġġ għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej għall-finanzjamenti allokati mill-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, billi jikkofinanzja parti mill-ispejjeż tal-punti li ġejjin:

—   Assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1: Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

—   Garanzija ta’ tlestija għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 2: Appoġġ għall-partita “garanzija ta’ tlestija” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

—   Finanzjament bankarju għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 3: Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni.

2.   Kandidati eliġibbli

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmijin hawn fuq, b’mod partikolari lill-kumpaniji ta’ produzzjoni awdjoviżivi indipendenti.

Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea;

il-pajjiżi tal- fiz-ZEE;

l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Ix-xogħol awdjoviżiv propost:

għandu jkun drama, animazzjoni jew dokumentarju kreattiv il-maġġoranza prodotta minn kumpaniji stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

għandu jkun prodott b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li ġejjin minn Stati parteċipanti fil-Programm MEDIA, jew li għandhom ir-residenza tagħhom hemm.

It-tul massimu għall-proġetti huwa 30 xahar.

Din is-seħja għall-offerti tikkonċerna esklussivament il-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2010 u s-6 ta’ Ġunju 2011.

4.   Kriterji ta’ għoti

Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati skont il-kritertji li ġejjin:

—   Proġetti li jibbenfikaw minn appoġġ MEDIA għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali għall-pajjiżi l-kbar u/jew ta’ katalgi ta’ proġetti għall-pajjiżi li għandhom kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

—   Proġetti li jibbenfikaw minn kreditu ta’ finanzjament bankarju: 10 punti

—   Proġetti li ġejjin minn pajjiż li għandu kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

—   Proġetti li ġejjin minn pajjiżi membri ġodda: 5 punti

—   Proġetti li għandhom dimensjoni Ewropea: koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: 3 punti

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-kriterji hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

—   Koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: punt wieħed għal kull pajjiż.

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-punti hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

—   Potenzjal ta’ distribuzzjoni internazzjonali: 0-5 punti.

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 3 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż 50 % – (60 %) tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont tal-appoġġ huwa bejn 5 000 u EUR 50 000. L-ammont tal-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta’ EUR 50 000 għal kull proġett.

6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

Id-dati ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma

10 ta’ Jannar 2011, għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2010 u t-10 ta’ Jannar 2011.

6 ta’ Ġunju 2011 għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Diċembru 2010 u s-6 ta’ Ġunju 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education Audiovisual and Culture Executive Agency

Call for Proposals EACEA/27/10

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida ddettaljati tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn http://ec.europa.eu/media

Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-test sħiħ u jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/13


AVVIŻ GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2010/C 304/09

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

EPSO/AST/109/10 – Qarrejja tal-provi fil-lingwa Taljana (IT)

EPSO/AST/110/10 – Qarrejja tal-provi fil-lingwa Maltija (MT)

ASSISTENTI (AST 3) fil-qasam tal-produzzjoni tal-pubblikazzjonijiet

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bit-Taljan u bil-Malti fil-Ġurnal Uffiċjali C 304 A tal-10 ta’ Novembru 2010.

Informazzjoni komplimentari tinstab fuq il-websajt tal-EPSO: http://eu-careers.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5753 – DSB/FIRST/DSBFirst Väst)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/10

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi DSB (“DSB”, Danimarka) u FIRSTGroup plc (“First”, Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' DSBFirst Väst Aps (“DSBFirst Väst”), estensjoni tal-impriża konġunta eżistenti DSBFirst Aps (“DSBFirst”, Svezja), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għad-DSB: trasport reġjonali u interreġjonali bil-ferrovija fid-Danimarka u fl-Isvezja,

għall-FIRST: operatur ta' konċessjonarji għall-passiġġieri ferrovjarji bl-attivitajiet prinċipali tiegħu fir-Renju Unit,

għad-DSBFirst Väst: operatur ta' konċessjonarju għall-passiġġieri ferrovjarji minn Diċembru 2010 sa Diċembru 2018 fil-punent tal-Isvezja, konċessjoni mogħti abbażi ta’ sejħa pubblika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5753 – DSB/FIRST/DSBFirst Väst, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5969 – SCJ/Sara Lee)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/11

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SC Johnson & Son, Inc. (“SCJ”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' parti mill-impriża Sara Lee Corporation (“Sara Lee”, l-Istati Uniti tal-Amerika) iddedikata għan-negozju tal-kontroll tal-insetti permezz ta' xiri ta' ishma u assi. Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni Ewropea mill-Awtorità Spanjola għall-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-riferiment sar ukoll sussegwentement mill-Belġju, Franza, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SCJ: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti għall-konsumatur, inklużi prodotti domestiċi għall-kontroll tal-insetti,

għan-negozju akkwistat ta' Sara Lee: produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti domestiċi għall-kontroll tal-insetti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5969 – SCJ/Sara Lee, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).