ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.280.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 280

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
16 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2010/C 280/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Promozzjoni tal-Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-Trawwim tal-Protezzjoni u tal-Privatezza tad-Dejta

1

2010/C 280/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (waste electrical and electronic equipment — WEEE)

16

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 280/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

22

2010/C 280/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

26

2010/C 280/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

29

2010/C 280/06

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

30

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 280/07

Rata tal-kambju tal-euro

31

2010/C 280/08

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2010 It-tnedija mill-ġdid tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 għall-Kompetittività u t-Tkabbir Sostenibbli tal-Industrija tal-Karozzi fl-Unjoni Ewropea

32

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 280/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5927 – BASF/Cognis) ( 2 )

35

2010/C 280/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5982 – CVCII/Advance Properties/Huvepharma) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

36

2010/C 280/11

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2), tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

37

 

Rettifika

2010/C 280/12

Rettifika għall-Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif provdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (ĠU C 275, 12.10.2010)

39

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Promozzjoni tal-Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-Trawwim tal-Protezzjoni u tal-Privatezza tad-Dejta

2010/C 280/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik data (1),

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (2)

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   DAĦLA

1.

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) qegħdin jippermettu kapaċitajiet tremendi f’virtwalment kull aspett ta’ ħajjitna – kif naħdmu, nilagħbu, nissoċjalizzaw u nedukaw. Huma essenzjali għall-ekonomija tal-informazzjoni tal-lum u għas-soċjetà inġenerali.

2.

L-Unjoni Ewropea hija forza globali fl-ICT avvanzata u hija ddeterminata li tibqa’ tali. Biex tilħaq din l-isfida, il-Kummissjoni Ewropea dalwaqt mistennija tadotta Aġenda Diġitali Ewropea ġdida li l-Kummissarju Kroes ikkonfermat bħala l-prijorità tagħha (4).

3.

L-EDPS jirrikonoxxi l-benefiċċji li joħorġu mill-ICT u jaqbel li l-UE għandha tagħmel mill-aħjar sabiex tagħti spinta lill-iżvilupp u l-adozzjoni mifruxa tagħhom. Huwa jaqbel kompletament mal-opinjonijiet tal-Kummissarji Kroes u Reding li l-individwi għandhom ikunu fil-qalba ta’ dan l-ambjent ġdid (5). L-individwi għandhom ikunu jistgħu jserrħu rashom mill-kapaċità tal-ICT li żżomm l-informazzjoni tagħhom b’mod sikur u li jikkontrollaw l-użu tagħha. Għandhom iħossuhom ukoll fiduċjużi li d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta tagħhom ikunu onorati fl-ispazju diġitali. Ir-rispett ta’ dawk id-drittijiet huwa essenzjali sabiex tiġi ġġenerata l-fiduċja tal-konsumatur. U tali fiduċja hija kruċjali jekk iċ-ċittadini għandhom iħaddnu servizzi ġodda (6).

4.

L-UE għandha qafas legali tal-protezzjoni/privatezza tad-dejta b’saħħtu, li l-prinċipji tiegħu jibqgħu kompletament validi fl-era diġitali. Madankollu, wieħed ma jistax ikun sodisfatt. F’ħafna każijiet, l-ICT tqajjem tħassib ġdid li mhuwiex ittrattat fi ħdan il-qafas eżistenti. Għaldaqstant, hija meħtieġa xi azzjoni biex tiżgura li d-drittijiet individwali, kif stabbilit fil-liġi tal-UE, ikomplu jipprovdu protezzjoni effikaċi f’dan l-ambjent ġdid.

5.

Din l-Opinjoni tiddiskuti l-miżuri li jistgħu jiġu promossi jew jiġu adottati mill-Unjoni Ewropea sabiex tiggarantixxi l-privatezza tal-individwi u l-protezzjoni tad-dejta f’dinja globalizzata li se tibqa’ mmexxija teknoloġikament. Hija tiddiskuti strumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

6.

Wara li pprovdiet ħarsa ġenerali tal-ICT bħala żvilupp ġdid li joħloq opportunitajiet iżda wkoll riskji, l-Opinjoni tiddiskuti l-ħtieġa li jiġu integrati, fuq livell prattiku, il-protezzjoni u l-privatezza tad-dejta mill-bidunett ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda (li jissejjaħ il-prinċipju tal-“Privatezza skont id-Disinn”). Sabiex titħeġġeġ il-konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Opinjoni tiddiskuti l-bżonn li jkun ipprovdut għall-prinċipju tal-“privatezza skont id-disinn” fil-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta b’tal-inqas żewġ modi differenti. L-ewwel, billi dan jiġi inkorporat bħala prinċipju ġenerali u vinkolanti u, it-tieni, billi jiġi inkorporat f’oqsma partikolari tal-ICT, li jippreżentaw riskji speċifiċi ta’ protezzjoni/privatezza tad-dejta li jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ arkitettura u disinn tekniku adegwat. Dawn iż-żoni huma l-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (IDFR), l-applikazzjonijiet tan-netwerk soċjali u l-applikazzjonijiet tal-brawżers. Finalment, l-Opinjoni tagħmel suġġerimenti dwar għodod u prinċipji oħrajn li għandhom l-għan li jipproteġu l-privatezza tad-dejta u l-protezzjoni tal-individwi fis-settur tal-ICT.

7.

Billi tindirizza dan ta’ hawn fuq, l-opinjoni telabora dwar xi wħud mill-punti magħmulin mill-Artikolu 29 tal-Partit ta’ Ħidma fil-kontribuzzjoni tiegħu għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-privatezza (7). Hija tibni barra minn hekk fuq opinjonijiet preċedenti tal-EDPS, bħall-Opinjoni tal-25 ta’ Lulju 2007 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta, l-Opinjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-RFID u ż-żewġ opinjonijiet tiegħu dwar id-Direttiva tal-ePrivatezza (8).

II.   L-ICT JOFFRU OPPORTUNITAJIET ĠODDA IŻDA JIPPREŻENTAW UKOLL RISKJI ĠODDA

8.

L-ICT tqabblu ma’ invenzjonijiet importanti oħrajn fil-passat, bħall-elettriku. Filwaqt li jista’ jkun kmieni wisq biex jiġi vvalutat il-veru impatt storiku tagħhom, ir-rabta bejn l-ICT u t-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi żviluppati hija ċara. L-ICT ħolqu impjiegi, benefiċċji ekonomiċi u kkontribwew għall-benesseri globali. L-impatt tal-ICT imur lil hinn minn dak purament ekonomiku, minħabba li kellhom rwol importanti f’li tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-kreattività.

9.

Barra minn hekk, l-ICT ittrasformaw il-mod li bih in-nies jaħdmu, jissoċjalizzaw u jinteraġġixxu. Pereżempju, in-nies qiegħda tibbaża dejjem iktar fuq l-ICT għall-interazzjonijiet soċjali u ekonomiċi. L-individwi jistgħu jagħmlu użu minn firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-ICT bħall-eHealth, eTransport, eGovernment kif ukoll sistemi interattivi innovattivi għad-divertiment u t-tagħlim.

10.

Fid-dawl ta’ tali benefiċċji, l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha esprimew l-impenn tagħhom biex jappoġġjaw l-ICT bħala għodda meħtieġa għat-titjib tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u għall-aċċelerazzjoni tal-irkupru ekonomiku tal-Ewropa. Fil-fatt, f’Awwissu 2009 il-Kummissjoni adottat ir-Rapport dwar il-Kompetittività Diġitali tal-Ewropa (9) u nediet konsultazzjoni pubblika dwar strateġiji futuri xierqa biex tingħata spinta lill-ICT. Fis-7 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill ressaq kontribuzzjoni għal din il-konsultazzjoni, intitolata “Strateġija Post i2010 – Lejn soċjetà tal-għarfien miftuħa, ambjentali u kompetittiva” (10). Il-Parlament Ewropew għadu kemm adotta rapport maħsub biex jipprovdi gwida lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta’ aġenda diġitali (11).

11.

Bl-opportunitajiet u l-benefiċċji li jakkumpanjaw l-iżvilupp tal-ICT jiġu riskji ġodda, partikolarment għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali tal-individwi. L-ICT sikwit iwasslu għal proliferazzjoni (sikwit b’modi li mhumiex viżibbli għall-individwi) fl-ammont ta’ informazzjoni miġbura, magħżula, iffiltrata, trasferita jew inkella miżmuma, u għaldaqstant, ir-riskji għal tali dejta jimmultiplikaw.

12.

Pereżempju, iċ-ċipep RFID qegħdin jieħdu post il-barkowds fuq (xi) prodotti tal-konsumatur. Bit-titjib tal-fluss ta’ informazzjoni fil-katina tal-provvista (u b’hekk jitnaqqas il-bżonn għal provvisti ta’ “sigurtà” u jiġi pprovdut tbassir iktar preċiż, eċċ) is-sistema l-ġdida għandha tkun ta’ benefiċċju kemm għall-kummerċ kif ukoll għall-konsumaturi. Madankollu, fl-istess ħin, dan iqajjem il-possibbiltà inkwetanti li wieħed jiġi intraċċat, għal skopijiet differenti u minn entitajiet differenti, permezz ta’ pussessi personali tteggjati.

13.

Eżempju ieħor huwa “cloud computing”, essenzjalment l-għoti ta’ servizzi ospitati ta’ applikazzjoni tal-konsumatur u mhux tal-konsumatur permezz tal-Internet. Dawn ivarjaw minn libreriji ta’ ritratti, kalendarji, webmail u databases tal-konsumatur għal servizzi iktar kumplessi relatati mal-kummerċ. Il-benefiċċji, kemm għan-negozji kif ukoll għall-individwi huma ċari; tnaqqis fl-ispiża (l-ispejjeż huma inkrimentali), mingħajr post (aċċess faċli għall-informazzjoni kullimkien fid-dinja), awtomazzjoni (mingħajr bżonn ta’ riżorsi ddedikati tal-IT, u biex is-software jinżamm aġġornat) eċċ. Fl-istess ħin, ir-riskji ta’ difetti fis-sistema ta’ sigurtà u hacking jeżistu u huma reali ħafna. Hemm ukoll it-tħassib dwar it-telfien tal-aċċess għal u l-kontroll fuq id-dejta personali.

14.

Intwera li l-benefiċċji u r-riskji jikkoeżistu f’żoni oħrajn bl-użu tal-applikazzjonijiet tal-ICT. Nieħdu eHealth, li tista’ ttejjeb l-effikaċja, tnaqqas l-ispejjeż, iżżid l-aċċessibbiltà u ttejjeb b’mod ġenerali l-kwalità tas-servizzi tas-saħħa. Madankollu, l-eHealth sikwit tqajjem il-kwistjoni tal-leġittimità tal-użi sekondarji tal-informazzjoni eHealth, li jeħtieġu analiżi bir-reqqa tal-iskopijiet ta’ kwalunkwe użu sekondarju potenzjali (12). Barra minn hekk, minħabba li r-rekords elettroniċi tas-saħħa saru jintużaw b’mod usa’, is-sistemi fihom infushom ġew ippersegwitati minn skandli li urew ħafna każijiet ta’ hacking f’rekords elettroniċi dwar is-saħħa.

15.

Fil-qosor, xi grad ta’ riskju residwu huwa probabbli li jibqa’ preżenti, anke wara li jkunu saru l-valutazzjonijiet ix-xierqa u jkunu ġew applikati l-miżuri meħtieġa. Sitwazzjoni ta’ riskju żero tkun waħda mhux realistika. Madankollu, kif qiegħed jiġi diskuss hawn taħt, miżuri jistgħu u għandhom jiġu implimentati biex jitnaqqsu tali riskji sa livelli xierqa.

III.   IL-PRIVATEZZA SKONT ID-DISINN BĦALA GĦODDA EWLENIJA GĦALL-ĠENERAZZJONI TAL-FIDUĊJA INDIVIDWALI FL-ICT

16.

Il-benefiċċji potenzjali tal-ICT jistgħu jitgawdew biss fil-prattika jekk ikunu kapaċi jiġġeneraw fiduċja, fi kliem ieħor, jekk jistgħu jiżguraw ir-rieda tal-utent li jiddependi fuq l-ICT minħabba l-karatteristiċi u l-benefiċċji tagħhom. Tali fiduċja sejra tiġi ġġenerata biss jekk l-ICT ikunu affidabbli, siguri, taħt il-kontroll tal-individwi u jekk il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza personali tagħhom tkun iggarantita.

17.

Riskji u fallimenti komuni bħal dawk deskritti hawn fuq, partikolarment meta jinvolvu l-użu ħażin jew il-ksur tad-dejta personali bil-kxif tal-privatezza tal-individwi, huma probabbli li jipperikolaw il-fiduċja tal-utent fis-soċjetà tal-informazzjoni. Dan jista’ jpoġġi f’riksju serju l-iżvilupp tal-ICT u l-benefiċċji li jistgħu jġibu.

18.

Madankollu, is-soluzzjoni għal dawn ir-riskji għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta ma tistax tkun li jiġi eliminat, eskluż jew irrifjutat l-użu jew il-promozzjoni tal-ICT. Dan la jkun fattibbli u lanqas realistiku; dan jipprojbixxi lill-individwi milli jgawdu l-benefiċċji tal-ICT u jillimita serjament il-vantaġġi ġenerali li jistgħu jiġu akkwistati.

19.

L-EDPS jemmen li soluzzjoni iktar pożittiva hija li tiġi ddisinjata u żviluppata ICT b’mod li tirrispetta l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Huwa għalhekk kruċjali li l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jkunu inkorporati fi ħdan iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tat-teknoloġija, mill-istadju bikri ħafna tad-disinn, sal-iskjerament aħħari tagħhom, l-użu u r-rimi aħħari. Dan normalment jissejjaħ “privatezza skont id-disinn” (PbD) u huwa diskuss iktar hawn taħt.

20.

Il-PbD tista’ tinvolvi azzjonijiet differenti, li jiddependu fuq il-każ jew l-applikazzjoni partikolari. Pereżempju, f’xi każijiet tista’ tirrikjedi eliminazzjoni/tnaqqis tad-dejta personali jew il-prevenzjoni ta’ pproċessar mhux meħtieġ u/jew mhux mixtieq. F’każijiet oħrajn, il-PbD tista’ tinvolvi l-offerta ta’ għodod biex itejbu l-kontroll tal-individwi fuq id-dejta personali tagħhom. Tali miżuri għandhom jiġu kkunsidrati meta standards u/jew l-aqwa prattiċi jiġu definiti. Jistgħu jiġu inkorporati wkoll fl-arkitettura tal-informazzjoni u fis-sistemi ta’ komunikazzjoni, jew fl-organizzazzjonijiet strutturali tal-entitajiet li jipproċessaw id-dejta personali.

III.1.   Il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn applikabbli f’ambjenti differenti tal-ict u l-impatt tagħhom

21.

Il-ħtieġa tal-prinċipju tal-PbD jista’ jinstab f’ħafna ambjenti differenti tal-ICT. Pereżempju, is-settur tal-kura tas-saħħa qiegħed jiddependi dejjem aktar fuq infrastrutturi tal-ICT li sikwit jinvolvu l-ħażna ċċentralizzata ta’ informazzjoni relatata mas-saħħa tal-pazjenti. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-PbD fis-settur tal-kura tas-saħħa jirrikjedi valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ miżuri differenti bħall-possibbiltà li tiġi mminimizzata dejta maħżuna ċentralment jew tiġi limitata għal indiċi, bl-użu ta’ għodod ta’ kriptaġġ, l-assenjazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess strettament fuq “bażi ta’ dak li għandu jsir magħruf”, l-anonimità tad-dejta ladarba ma tkunx għadha meħtieġa, eċċ.

22.

Bl-istess mod, is-sistemi tat-trasport huma pprovduti dejjem aktar, awtomatikament, b’applikazzjonijiet avvanzati tal-ICT li jinteraġġixxu mal-vettura u l-ambjent tagħha għal skopijiet u funzjonijiet differenti. Pereżempju, il-karozzi huma dejjem aktar mgħammrin b’funzjonalità tal-ICT ġdida (GPS, GSM, netwerk ta’ sensers, eċċ.) li tipprovdi mhux biss il-post tagħhom iżda wkoll il-kundizzjonijiet tekniċi tagħhom fil-ħin reali. Din l-informazzjoni tista’ tintuża, pereżempju, biex tissostitwixxi s-sistema eżistenti tat-taxxa tat-triq minn ħlas tat-triq li jiddependi fuq l-użu. L-applikazzjoni tal-PbD għad-disinn tal-arkitettura ta’ tali sistemi għandha tappoġġja l-ipproċessar u t-trasferiment ‘il quddiem ta’ kemm jista’ jkun ftit dejta possibbli (13). Billi jżommu ma’ dan il-prinċipju, l-arkitetturi deċentralizzati jew semideċentralizzati li jillimitaw il-kxif ta’ dejta tal-post għal punt ċentrali tkun preferibbli għal dawk ċentralizzati.

23.

L-eżempji ta’ hawn fuq juru li meta teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jinbnew skont il-prinċipju tal-PbD, ir-riskji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

III.2.   Skjerament mhux suffiċjenti tal-ICT li japplikaw il-PbD

24.

Mistoqsija importanti hija jekk l-operaturi ekonomiċi, fabbrikanti/fornituri tal-ICT u kontrolluri tad-dejta humiex interessati fil-marketing u fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-PbD fl-ICT. F’dan il-kuntest, huwa wkoll importanti li tiġi vvalutata d-domanda tal-utent għall-PbD.

25.

Fl-2007, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li tħeġġeġ lin-negozji sabiex jużaw il-poter tal-innovazzjoni tagħhom biex joħolqu u jimplementaw PETs bħala mod kif titjieb il-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali sa mill-bidunett taċ-ċiklu tal-iżvilupp (14).

26.

Madankollu, sal-lum, l-evidenza disponibbli turi li la l-fabbrikanti tal-ICT u lanqas il-kontrolluri tad-dejta (la fis-settur privat u lanqas fis-settur pubbliku) ma rnexxielhom jimplementaw jew jimmarkitjaw il-PbD b’mod konsistenti. Tressqu motivazzjonijiet differenti, inklużi n-nuqqas ta’ inċentivi ekonomiċi jew appoġġ istituzzjonali, domanda insuffiċjenti, eċċ (15).

27.

Fl-istess ħin, id-domanda tal-utent għall-PbD kienet kemmxejn baxxa. L-utenti tal-prodotti u servizzi tal-ICT jistgħu ġustament jassumu li l-privatezza u d-dejta personali tagħhom huma protetti de facto, meta f’ħafna każijiet, mhumiex. F’xi każijiet, sempliċement mhumiex f’pożizzjoni li jieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa biex jipproteġu d-dejta personali tagħhom stess jew dik tal-oħrajn. F’ħafna istanzi dan iseħħ għaliex huma nieqsin mill-għarfien sħiħ jew anke parzjali tar-riskji. Pereżempju, ġeneralment iż-żgħażagħ jinjoraw ir-riskji tal-privatezza assoċjati mal-wiri tal-informazzjoni personali tagħhom fuq netwerks soċjali u sikwit jinjoraw is-settings tal-privatezza. Utenti oħrajn xorta waħda huma konxji mir-riskji iżda jistgħu ma jkollhomx il-kompetenza teknika meħtieġa biex jimplementaw teknoloġiji ta’ salvagwardja, bħal dawk li jipproteġu l-konnessjoni Internet tagħhom jew kif ibiddlu s-settings tal-brawżer biex jiġi mminimizzat l-ipprofilar ibbażat fuq il-monitoraġġ ta’ attivitajiet tal-isserfjar fuq l-Internet tagħhom.

28.

Madankollu, ir-riskji għall-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta personali huma reali ħafna. Jekk il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta mhumiex meħuda inkunsiderazzjoni mill-bidu, huwa sikwit tard wisq u ekonomikament wisq ta’ tagħbija li jissewwew is-sistemi, u tard wisq biex tissewwa l-ħsara li diġà saret. In-numru dejjem jiżdied ta’ ksur tad-dejta fis-snin reċenti juri perfettament din il-problema u jsaħħaħ il-ħtieġa għall-privatezza skont id-disinn.

29.

Dan ta’ hawn fuq jissuġġerixxi b’mod ċar li l-fabbrikanti u l-fornituri tat-teknoloġiji tal-ICT iddisinjati biex jipproċessaw dejta personali kellhom, flimkien mal-kontrolluri tad-dejta, responsabbiltà li jiddisinjawhom b’salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza integrati. F’ħafna istanzi dan ifisser li għandhom jiġu ddisinjati bil-privatezza b’settings awtomatiċi.

30.

Kontra dan l-isfond, għandna bżonn nikkunsidraw liema passi għandhom jittieħdu minn dawk li jfasslu l-politika għall-promozzjoni tal-PbD fl-iżvilupp tal-ICT. L-ewwel mistoqsija hija jekk il-qafas legali eżistenti tal-protezzjoni tad-dejta fihiex dispożizzjonijiet adegwati biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-PbD kemm mill-kontrolluri tad-dejta kif ukoll mill-fabbrikanti/iżviluppaturi. It-tieni mistoqsija hija x’għandu jsir fil-kuntest tal-Aġenda Diġitali Ewropea biex jiġi żgurat li s-settur tal-ICT jiġġenera l-fiduċja tal-konsumatur.

IV.   L-INKLUŻJONI TAL-PRINĊIPJU TAL-PRIVATEZZA SKONT ID-DISINN FIL-LIĠIJIET U L-POLITIKA TAL-UE

IV.1.   Il-Qafas legali tal-protezzjoni u l-privatezza tad-dejta attwali

31.

L-UE għandha qafas ta’ protezzjoni u privatezza robusta tad-dejta stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE (16), fid-Direttiva 2002/58/KE (17) u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (18) u l-Qorti tal-Ġustizzja.

32.

Id-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta tapplika “kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu skont id-dejta personali” (ġbir, ħżin, żvelar, eċċ.). Hija timponi l-konformità ma’ ċerti prinċipji u obbligi fuq dawk li jipproċessaw id-dejta personali (‘kontrolluri tad-dejta’). Hija tipproponi drittijiet tal-individwu, bħad-dritt tal-aċċess għal informazzjoni personali. Id-Direttiva dwar l-ePrivacy tittratta speċifikament il-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (19).

33.

Id-Direttiva attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta ma tinkludix rekwiżit speċifiku għall-PbD. Madankollu, hija tinkludi dispożizzjonijiet li indirettament, f’sitwazzjonijiet differenti, jistgħu jirrikjedu l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-PbD. B’mod partikolari, l-Artikolu 17 jirrikjedi li l-kontrolluri tad-dejta jimplementaw miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni xierqa biex jipprevjenu l-ipproċessar illegali ta’ dejta (20). Il-PbD huwa għalhekk kopert b’mod ġeneriku ħafna. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma indirizzati prinċipalment lejn il-kontrolluri tad-dejta u lejn l-ipproċessar minnhom ta’ informazzjoni personali. Huma ma jirrikjedux espliċitament li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jkunu konformi mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, li jirrikjedi wkoll li jiġu indirizzati d-disinjaturi u l-fabbrikanti tal-ICT, inklużi l-attivitajiet imwettqa fl-istadju tal-istandardizzazzjoni.

34.

Id-Direttiva dwar l-ePrivacy hija iktar espliċita. L-Artikolu 14.3 jiddikjara li “Fejn meħtieġa, jistgħu jiġu adottati miżuri biex jiġi żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b’mod kompatibbli mad-dritt tal-utenti li jipproteġu u li jikkontrollaw l-użu tad-dejta personali tagħhom, skont id-Direttiva 1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet”. Madankollu, din id-dispożizzjoni qatt ma ntużat (21).

35.

Filwaqt li l-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq taż-żewġ Direttivi jgħinu fil-promozzjoni tal-privatezza skont id-disinn, fil-prattika huma ma kinux biżżejjed biex jiżguraw li l-privatezza tkun inkluża fl-ICT.

36.

B’riżultat tas-sitwazzjoni ta’ hawn fuq, il-liġi ma tirrikjedix b’mod preċiż biżżejjed li l-ICT tkun imfassla skont il-prinċipju tal-PbD. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx biżżejjed poteri biex jiżguraw l-inklużjoni tal-PbD. Dan jirriżulta f’ineffikaċja. Pereżempju, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet minħabba nuqqas ta’ risposta għal talbiet ta’ aċċess magħmulin minn individwi u sejrin ikollhom il-kompetenzi li jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri biex jipprevjenu l-ipproċessar illegali tad-dejta. Madankollu mhux dejjem ikun ċar biżżejjed jekk il-poteri tagħhom jestendux biex jeħtieġu li s-sistema tkun imfassla b’tali mod li tiffaċilita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-individwi (22). Pereżempju, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali eżistenti, mhuwiex ċar jekk jistax ikun meħtieġ li l-arkitettura ta’ sistema ta’ informazzjoni tkun imfassla b’mod li jiffaċilita r-risposta tal-kumpaniji għal talbiet ta’ aċċess magħmulin minn individwi sabiex tali talbiet ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati awtomatikament u iktar malajr. Barra minn hekk, tentattivi sussegwenti biex tiġi mibdula t-teknoloġija ladarba tkun ġiet żviluppata jew użata jistgħu jirriżultaw f’taħlita ta’ soluzzjonijiet li ma jaħdmux għal kollox, minbarra li jkunu ekonomikament onerużi.

37.

Fl-opinjoni tal-EDPS, li hija l-istess bħal tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma (23), il-qafas legali attwali jħalli spazju għal approvazzjoni iktar espliċita tal-prinċipju tal-PbD.

IV.2.   L-inklużjoni tal-Privatezza skont id-disinn fuq livelli differenti

38.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni ssegwi erba’ mogħdijiet ta’ azzjoni:

(a)

Tipproponi li tinkludi dispożizzjoni ġenerali fuq il-PbD fil-qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta.

(b)

Telabora din id-dispożizzjoni ġenerali f’dispożizzjonijiet speċifiċi, meta jkunu proposti strumenti legali speċifiċi f’setturi differenti. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu, minn issa, jiġu inklużi fi strumenti legali; abbażi tal-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (u liġijiet eżistenti oħrajn).

(c)

Tinkludi l-PbD bħala prinċipju ta’ gwida fl-Aġenda Diġitali tal-Ewropa.

(d)

Tintroduċi l-PbD bħala prinċipju f’inizjattivi oħrajn tal-UE (prinċipalment mhux leġiżlattivi).

Dispożizzjoni ġenerali dwar il-PbD

39.

L-EDPS jipproponi li l-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn jiġi inkluż b’mod inekwivokabbli u espliċitu fil-qafas regolatorju eżistenti tal-protezzjoni tad-dejta. Dan jagħmel il-prinċipju tal-PbD iktar b’saħħtu, iktar espliċitu, u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, flimkien mal-għoti ta’ iktar leġittimità lill-awtoritajiet ta’ infurzar biex jirrikjedu l-applikazzjoni de facto tiegħu fil-prattika. Dan huwa partikolarment neċessarju fid-dawl tal-fatti deskritti hawn fuq, mhux biss l-importanza tal-prinċipju fih innifsu bħala għodda biex trawwem il-fiduċja, iżda wkoll bħala inċentiva għall-partijiet interessati biex jimplementaw il-PbD u jtejbu l-garanziji previsti fil-qafas legali eżistenti.

40.

Din il-proposta tibni fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma li l-prinċipju tal-‘privatezza skont id-disinn’ jiġi introdott bħala prinċipju ġenerali fil-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari, fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Skont l-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma: “Dan il-prinċipju għandu jkun vinkolanti għad-disinjaturi u l-produtturi tat-teknoloġija kif ukoll għall-kontrolluri tad-dejta li għandhom jiddeċiedu dwar l-akkwist u l-użu tal-ICT. Għandhom ikunu obbligati jqisu l-protezzjoni tad-dejta teknoloġika mill-istadju tal-ippjanar tal-proċeduri u sistemi teknoloġiċi ta’ informazzjoni. Fornituri ta’ tali sistemi u servizzi kif ukoll il-kontrolluri għandhom juru li ħadu l-miżuri kollha meħtieġa għall-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti”.

41.

L-EDPS jilqa’ wkoll l-approvazzjoni mill-Kummissarju Viviane Reding tal-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn magħmul fil-kuntest tat-tħabbir tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (24).

42.

Dan iwassal għall-kontenut ta’ tali regolament. L-ewwel u l-iktar importanti, prinċipju ġenerali ta’ privatezza skont id-disinn għandu jkun teknoloġikament newtrali. Dan il-prinċipju ma għandux ikollu l-intenzjoni li jirregola t-teknoloġija, jiġifieri ma għandux jippreskrivi soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi. Minflok, għandu jirrikjedi li prinċipji eżistenti ta’ privatezza u ta’ protezzjoni tad-dejta jiġu integrati f’sistemi u soluzzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. Dan jippermetti lill-partijiet interessati, fabbrikanti, kontrolluri tad-dejta u DPAs, biex jinterpretaw it-tifsira tal-prinċipju f’kull każ individwali. It-tieni nett, il-konformità mal-prinċipju għandha tkun obbligatorja fi stadji differenti, mill-ħolqien ta’ standards u d-disinn tal-arkitettura sal-implimentazzjoni tagħhom mill-kontrollur tad-dejta.

Dispożizzjonijiet fi strumenti legali speċifiċi

43.

L-istrumenti leġiżlattivi attwali u li għad iridu jinħolqu għandhom jintegraw il-prinċipju tal-PbD fuq il-bażi tal-qafas legali attwali, u, wara l-adozzjoni tad-dispożizzjoni ġenerali proposta hawn fuq, fuq il-bażi tad-dispożizzjoni tal-aħħar. Pereżempju, skont l-inizjattivi attwali relatati ma’ sistemi intelliġenti ta’ trasport, il-Kummissjoni sejra jkollha responsabbiltà inizjali speċifika fid-definizzjoni tal-miżuri, inizjattivi ta’ standardizzazzjoni, proċeduri u l-aqwa prattiċi. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, il-PbD għandu jkun prinċipju ta’ gwida.

44.

L-EDPS jinnota wkoll li l-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn huwa wkoll ta’ importanza speċifika fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, b’mod partikolari rigward il-miri tal-Istrateġija ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, kif previst fil-Programm ta’ Stokkolma (25). F’din l-opinjoni relatata mal-Programm ta’ Stokkolma, l-EDPS enfasizza li l-arkitettura għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-“privatezza skont id-disinn” (26): “Dan ifisser, b’mod iktar konkret, li sistemi ta’ informazzjoni li huma ddisinjati għal skopijiet ta’ sigurtà pubblika għandhom dejjem jinbnew skont il-prinċipju tal-‘privatezza skont id-disinn’”.

45.

L-Opinjoni tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma dwar il-futur tal-privatezza (27) tinsisti dwar termini saħansitra iktar preċiżi li fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja – fejn l-awtoritajiet pubbliċi huma l-atturi ewlenin u fejn miżuri għaż-żieda diretta tas-sorveljanza ikollhom impatt fuq id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta – ir-rekwiżiti ta’ privatezza skont id-disinn għandhom isiru obbligatorji. Bl-introduzzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti fis-sistemi ta’ informazzjoni, il-gvernijiet jagħmlu wkoll simulazzjoni tal-privatezza skont id-disinn fil-kapaċitajiet tagħhom bħala klijenti tat-tnedija.

Il-PbD bħala prinċipju ta’ gwida fl-Aġenda Diġitali tal-Ewropa

46.

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni qegħdin kulma jmur isiru iktar kumplessi u jinvolvu riskji ikbar għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Ġeneralment, informazzjoni ddiġitizzata, li hija aċċessibbli, ikkuppjata u trażmessa iktar faċilment hija esposta għal riskji ħafna ogħla minn informazzjoni fuq karta. Aħna u resqin lejn netwerks ta’ oġġetti interkonnessi, ir-riskji sejrin jiżdiedu. Iktar kemm ir-riskji għall-protezzjoni tal-privatezza/dejta huma kbar, ikbar se tkun id-domanda għal salvagwardji mtejbin. Għaldaqstant, il-ġustifikazzjonijiet għall-ħtieġa li jiġi implimentat PbD huma iktar attraenti fis-settur tal-ICT. Barra minn hekk, kif diskuss hawn fuq, il-fiduċja tal-individwi fl-ICT hija fundamentali jekk iċ-ċittadini għandhom jilqgħu dawn is-servizzi ġodda, u l-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta huma elementi ewlenin ta’ tali fiduċja.

47.

Dan ta’ hawn fuq jenfasizza li strateġija għall-iżvilupp tal-ICT għandha tikkonferma l-ħtieġa li dawn jiġu ddisinjati b’element inerenti ta’ protezzjoni tal-privatezza u d-dejta, jiġifieri bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn.

48.

Għalhekk, l-Aġenda Diġitali Ewropea għandha tapprova espliċitament il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn bħala element neċessarju sabiex jiżgura l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ICT u s-servizzi online. Għandha tirrikonoxxi li l-privatezza u l-fiduċja jmorru id f’id, u li l-privatezza skont id-disinn għandha tkun fattur ta’ gwida fl-iżvilupp affidabbli tas-settur tal-ICT.

Il-PbD bħala prinċipju f’inizjattivi oħrajn tal-UE

49.

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-privatezza skont id-disinn bħala prinċipju ta’ gwida fl-implimentazzjoni ta’ politiki, attivitajiet u inizjattivi f’setturi speċifiċi tal-ICT, inklużi l-eHealth, eProcurement, Esocial Security, eLearning, eċċ. Ħafna minn dawn l-inizjattivi sejrin ikunu oġġetti ta’ azzjoni fl-Aġenda Diġitali Ewropea.

50.

Dan ifisser, pereżempju, li l-inizjattivi li jiżguraw l-applikazzjonijiet tal-gvern huma iktar effiċjenti u moderni sabiex l-individwi jkunu jistgħu jinteraġġixxu mal-amministrazzjonijiet, għandhom jinkludu l-ħtieġa li jiġu ddisinjati u operati skont il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn. L-istess japplika għall-politiki u l-attivitajiet tal-Kummissjoni li jipprovdu għal Internet, kontenut diġitali iktar mgħaġġel, jew li jipprovdu għal inkoraġġament globali tal-komunikazzjonijiet fissi jew mingħajr wajers u t-trażmissjoni tad-dejta.

51.

Dan ta’ hawn fuq jinkludi wkoll oqsma fejn il-Kummissjoni hija responsabbli għas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, bħal SIS u VIS, kif ukoll għal dawk il-każijiet li permezz tagħhom, ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni hija limitata għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura komuni ta’ tali sistema, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Rekords Kriminali Ewropej (ECRIS).

52.

Kif eżatt sejjer ikun żviluppat il-prinċipju tal-PbD sejjer jiddependi fuq kull settur u sitwazzjoni partikolari. Pereżempju, meta l-inizjattivi tal-Kummissjoni jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi dwar settur speċifiku tal-ICT, f’ħafna każijiet sejjer ikun xieraq li tiġi inkluża referenza espliċita għall-idea tal-PbD applikabbli għad-disinn tal-applikazzjoni/sistema partikolari tal-ICT. Jekk ikunu mfasslin pjanijiet ta’ azzjoni għal żona speċifika, dawn għandhom jiżguraw sistematikament l-applikazzjoni tal-qafas legali u iktar speċifikament jiggarantixxu li t-teknoloġija rilevanti tal-ICT tinbena b’kunsiderazzjoni għall-privatezza tad-disinn.

53.

F’dak li jirrigwarda r-riċerka, is-Seba’ Programm ta’ Qafas u s-sussegwenti għandhom jintużaw bħala għodda għall-appoġġ ta’ proġetti li jimmiraw li janalizzaw l-istandards, it-teknoloġiji tal-ICT u l-arkitettura li jservu aħjar il-privatezza u iktar partikolarment il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn. Barra minn hekk, il-PbD għandu wkoll ikun element neċessarju x’jiġi kkunsidrat fi proġetti usa’ tal-ICT li jimmiraw li jipproċessaw id-dejta personali tal-individwi.

Oqsma ta’ tħassib speċifiku

54.

F’xi każijiet, minħabba r-riskji partikolari għall-privatezza tal-individwi u għall-protezzjoni tad-dejta jew minħabba fatturi oħrajn (reżistenza mill-industrija li tipprovdi prodotti b’PbD, domanda tal-konsumatur, eċċ) jista’ jkun meħtieġ li jiġu ddefiniti miżuri ta’ privatezza skont id-disinn iktar espliċiti u speċifiċi li għandhom jiġu inkorporati f’tip partikolari ta’ prodott/teknoloġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kemm fi strumenti leġiżlattivi kif ukoll jekk le.

55.

L-EDPS identifika oqsma varji (RFID, netwerking soċjali u applikazzjonijiet għall-brawżers) li jistħoqqilhom, fl-opinjoni tiegħu, f’dan l-istadju kunsiderazzjoni bir-reqqa mill-Kummissjoni u l-intervent iktar prattiku ssuġġerit hawn fuq. Dawn it-tliet oqsma huma diskussi iktar ’l isfel.

V.   IDENTIFIKAZZJONI BIL-FREKWENZA TAR-RADJU – RFID

56.

It-tags tar-RFID jistgħu jiġu integrati f’oġġetti, annimali u nies. Jistgħu jintużaw biex tinġabar u tinħażen dejta personali bħal rekords mediċi, biex tiġi ntraċċata l-imġiba tan-nies jew biex jinħoloq profil tal-imġiba tagħhom għal skopijiet differenti. Dan jista’ jsir mingħajr ma l-individwu jkun konxju minnhom (28).

57.

Garanziji effettivi li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-dejta, il-privatezza u d-dimensjonijiet etiċi assoċjati kollha huma kruċjali għall-fiduċja pubblika fir-RFID u l-Internet tal-Oġġetti futur. Hemm biss tista’ t-teknoloġija tagħti l-benefiċċji numerużi ekonomiċi u soċjali.

V.1.   Il-vojt tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli

58.

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u d-Direttiva dwar l-ePrivacy japplikaw għall-ġbir ta’ dejta mwettaq permezz ta’ applikazzjonijiet RFID (29). Huma jirrikjedu, fost oħrajn, li jiġu stabbiliti salvagwardji tal-privatezza adegwati biex joperaw applikazzjonijiet tar-RFID (30).

59.

Madankollu, dan il-qafas legali ma jindirizzax b’mod sħiħ it-tħassib kollu dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-dejta mqajjem minn din it-teknoloġija. Dan għaliex id-Direttivi mhumiex dettaljati biżżejjed rigward dawn it-tipi ta’ salvagwardji li għandhom jiġu implimentati f’applikazzjonijiet RFID. Ir-regoli eżistenti jeħtieġu jiġu kkomplimentati b’uħud addizzjonali li jimponu salvagwardji speċifiċi, li b’mod partikolari jagħmluha obbligatorja li jiġu inklużi soluzzjonijiet tekniċi (privatezza skont id-disinn) fit-teknoloġija tar-RFID. Dan huwa minnu għat-tags li jaħżnu informazzjoni personali, li għandu jkollhom kmandi ta’ tħassir u l-użu tal-kriptografija f’tags li jaħżnu ċertu tip ta’ informazzjoni personali.

V.2.   L-awtoregolament bħala l-ewwel pass

60.

F’Marzu 2007, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni (31) li tirrikonoxxi, fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa għal gwida dettaljata dwar l-implimentazzjoni prattika tar-RFID u x-xewqa għal adottar ta’ kriterji ta’ disinn biex jiġu evitati riskji għall-privatezza u s-sigurtà.

61.

Sabiex tikseb dawn l-għanijiet, f’Mejju 2009, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta f’applikazzjonijiet tar-RFID (32). F’applikazzjonijiet bl-imnut tar-RFID, dan jeħtieġ diżattivar tat-tikketta fil-punt tal-bejgħ sakemm l-individwi ma jkunux taw il-kunsens tagħhom. Dan japplika wkoll sakemm valuzzjoni tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta ma turix li t-tikketti ma jirrappreżentawx theddida probabbli għall-privatezza jew għall-protezzjoni tad-dejta personali, li f’dak il-każ huma jibqgħu operattivi wara l-punt tal-bejgħ sakemm l-individwi ma jeskludux irwieħhom minnha, mingħajr ħlas.

62.

L-EDPS jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni għal użu ta’ strumenti awtoregolatorji. Madankollu, kif deskritt hawn isfel, huwa konċepibbli li l-awtoregolazzjoni mhix sejra tagħti r-riżultati mistennija; għaldaqstant huwa jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkun lesta tadotta miżuri alternattivi.

V.3.   Żoni ta’ tħassib u miżuri addizzjonali possibbli jekk l-awtoregolazzjoni tfalli

63.

L-EDPS huwa mħasseb li l-organizzazzjonijiet li joperaw l-applikazzjonijiet tar-RFID fis-settur ta’ bejgħ bl-imnut jistgħu jinjoraw il-possibbiltà li t-tags tar-RFID jiġu mmonitorati minn partijiet terzi mhux mixtieqa. Tali monitoraġġ jista’ jiżvela dejta personali maħżuna fit-tag (jekk applikabbli), iżda jista’ wkoll jippermetti li parti terza ssegwi jew tirrikonoxxi persuna maż-żmien billi sempliċiment tuża l-identifikaturi uniċi li fihom tag waħda jew iktar li jġorr l-individwu, f’ambjent li jista’ jkun saħansitra barra l-perimetru operattiv tal-applikazzjoni tar-RFID. Barraminhekk, huwa mħasseb li l-operaturi ta’ applikazzjonijiet RFID jista’ jkollhom it-tentazzjoni li jafdaw fl-eċċezzjoni indebitament, u għalhekk, iħallu t-tikketta operattiva wara l-punt tal-bejgħ.

64.

Jekk dan ta’ hawn fuq iseħħ, jista’ jkun tard wisq li jittaffew ir-riskji għall-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza tal-individwu, li jistgħu jkunu diġà ġew affettwati. Barra minn hekk, minħabba n-natura partikolari tal-awtoregolazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar jista’ jkollhom pożizzjoni iktar dgħajfa meta jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet li joperaw applikazzjonijiet RFID japplikaw miżuri speċifiċi ta’ privatezza skont id-disinn.

65.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkun lesta tipproponi strumenti leġiżlattivi li jirregolaw il-kwistjonijiet ewlenin tal-użu tar-RFID f’każ li l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas legali eżistenti ma tirnexxiex. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun posposta indebitament; il-posponiment ipoġġi lill-individwi f’riskju u jkun ukoll kontroproduttiv għall-industrija minħabba li l-inċertezzi leġiżlattivi huma wisq għoljin u huwa possibbli li l-problemi inerenti jkunu iktar diffiċli u għaljin biex jiġu kkoreġuti.

66.

Fi ħdan il-miżuri li jista’ jkun hemm bżonn li jiġu posposti, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi pprovdut għall-prinċipju ta’ inklużjoni fil-punt tal-bejgħ skont liema, it-tikketti RFID kollha mwaħħlin mal-prodotti tal-konsumatur jiġu diżattivati awtomatikament fil-punt tal-bejgħ. Jista’ ma jkunx neċessarju jew xieraq li l-Kummissjoni tispeċifika t-teknoloġija konkreta li għandha tintuża. Minflok, il-liġi tal-Unjoni għandha tistabbilixxi l-obbligu legali li jinkiseb kunsens ta’ inklużjoni, li jħalli spazju għall-operaturi biex jiddeċiedu l-modi li bihom jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit.

V.4.   Kwistjonijiet oħrajn x’jiġu kkunsidrati: il-Governanza tal-Internet tal-oġġetti

67.

L-informazzjoni maħluqa minn tikketti RFID – pereżempju, informazzjoni dwar il-prodott – tista’ eventwalment tiġi interkonnessa f’infrastruttura ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni globali. Dan jissejjaħ normalment l-‘Internet tal-oġġetti’. Il-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni/privatezza jitqajmu għaliex oġġetti reali fid-dinja jistgħu jiġu identifikati bit-tags tar-RFID li flimkien mal-informazzjoni dwar il-prodott jistgħu jinkludu dejta personali.

68.

Hemm ħafna mistoqsijiet miftuħin dwar min sejjer jimmaniġġja l-ħażna tal-informazzjoni relatata mal-oġġetti b’tag. Kif sejra tkun organizzata? Min sejjer ikollu aċċess għaliha? F’Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-Internet tal-Oġġetti (33) li identifikat espliċitament il-problemi potenzjali tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza ta’ dan il-fenomenu.

69.

L-EDPS jogħġbu jenfasizza xi wħud mill-kwistjonijiet imqajmin mill-Komunikazzjoni li, fl-opinjoni tiegħu, jistħoqqilhom attenzjoni bir-reqqa hekk kif l-Internet tal-Oġġetti jiżviluppa. L-ewwel nett, il-bżonn ta’ arkitettura deċentralizzata jista’ jiffaċilita r-responsabbiltà u l-infurzar tal-qafas legali tal-UE. It-tieni nett, id-dritt tal-individwi li ma jkunux intraċċati għandu jkun ippreservat, safejn huwa l-iktar possibbli. Fi kliem ieħor, għandu jkun hemm każijiet limitati ħafna fejn individwi jiġu ntraċċati permezz ta’ tags tal-RFID mingħajr il-kunsens tagħhom. Tali kunsens għandu jkun espliċitu. Dan normalment jissejjaħ is-“silenzju taċ-ċipep” u d-dritt li wieħed jitħalla bi kwietu. Finalment, fl-iddisinjar tal-Internet tal-Oġġetti, il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn għandu jkun prinċipju ta’ gwida. Pereżempju, dan jirrikjedi li applikazzjonijiet RFID konkreti li għandhom mekkaniżmi integrati li jagħtu kontroll lill-utenti, jkunu ddisinjati b’settings ta’ privatezza awtomatika.

70.

L-EDPS jistenna li jiġi kkonsultat hekk kif il-Kummissjoni tistabbilixxi l-azzjonijiet previsti fil-Komunikazzjoni, b’mod partikolari l-abbozzar tal-Komunikazzjoni dwar il-privatezza u l-fiduċja fis-soċjetà tal-informazzjoni li tinsab kullimkien.

VI.   NETWERKS SOĊJALI U L-BŻONN GĦAL SETTINGS AWTOMATIĊI TA’ PRIVATEZZA

71.

In-netwerks soċjali huma t-“togħma tax-xahar”. Jidhru li qabżu l-posta elettronika fil-popolarità. Huma jgħaqqdu n-nies ma’ oħrajn li għandhom interessi u/jew attivitajiet simili. In-nies jista’ jkollhom il-profili tagħhom online u jiskambjaw fajls ta’ midja bħal vidjows, ritratti, mużika kif ukoll profili ta’ karriera.

72.

Iż-żgħażagħ malajr adottaw in-netwerking soċjali u din it-tendenza qiegħda tkompli. L-età medja tal-utenti tal-Internet fl-Ewropa naqset fl-aħħar ftit snin: dawk ta’ 9-10 snin issa jikkonnettjaw diversi drabi fil-ġimgħa; dawk ta’ 12-14-il sena jikkonnettjaw kuljum, sikwit minn siegħa sa tliet sigħat.

VI.1.   Netwerks soċjali u l-qafas legali applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza

73.

L-iżvilupp ta’ netwerks soċjali ippermetta lill-utenti li jtellgħu fuq l-Internet informazzjoni dwarhom infushom u partijiet terzi. Billi għamlu dan, skont Artikolu 29 tal-Partit ta’ Ħidma (34), l-utenti tal-Internet jaġixxu bħala kontrolluri tad-dejta ex Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għad-dejta li jtellgħu (35). Madankollu, f’ħafna każijiet tali pproċessar ifalli fi ħdan l-eċċezzjoni tad-dar ex Artikolu 3.2 tad-Direttiva. Fl-istess ħin, servizzi ta’ netwerking soċjali huma kkunsidrati bħala kontrolluri tad-dejta safejn jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta tal-utenti u jipprovdu s-servizzi bażiċi kollha relatati mal-ġestjoni tal-utenti (pereżempju reġistrazzjoni u tħassir ta’ kontijiet).

74.

F’termini legali dan ifisser li l-utenti tal-Internet u s-servizzi ta’ netwerking soċjali għandhom responsabbiltà konġunta għall-ipproċessar ta’ dejta personali bħala “kontrolluri tad-dejta” fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 2(d) tad-Direttiva, għalkemm fi gradi differenti u b’settijiet differenti ta’ obbligi.

75.

Kif inhu xieraq, l-utenti għandhom ikunu jafu u jifhmu li billi jipproċessaw l-informazzjoni personali tagħhom u dik ta’ oħrajn, huma jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta li tirrikjedi, fost affarijiet oħrajn, il-ksib tal-kunsens infurmat ta’ dawk li l-informazzjoni tagħhom tittella’ u l-għoti lil dawk ikkonċernati tad-dritt ta’ rettifika, oġġett, eċċ. B’mod simili, is-servizzi tan-netwerking soċjali għandhom, fost affarijiet oħrajn, jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipprevjenu ipproċessar mhux awtorizzat, billi jqisu r-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta. Dan min-naħa tiegħu jfisser li s-servizzi ta’ netwerking soċjali għandhom jiżguraw settings awtomatiċi faċli biex jintużaw, inklużi settings li jirristrinġu l-aċċess għall-profil għall-kuntatti stess tal-utent, magħżulin minnu. Is-settings għandhom jirrikjedu l-kunsens fl-affermattiv tal-utent qabel ma kwalunkwe profil isir aċċessibbli għal partijiet terzi, u l-profili b’aċċess ristrett ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu skoperti minn magni ta’ tiftix interni.

76.

Sfortunatament, hemm vojt bejn ir-rekwiżiti legali u l-konformità attwali. Filwaqt li legalment, l-utenti tal-Internet huma kkunsidrati kontrolluri tad-dejta u huma marbutin mill-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza tal-UE, fil-verità, sikwit huma mhumiex konxji ta’ dan ir-rwol. Ġeneralment għandhom għarfien dgħajjef li qegħdin jipproċessaw dejta personali u li hemm riskji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta involuti fil-pubblikazzjoni ta’ tali informazzjoni. Iż-żgħażagħ b’mod partikolari jtellgħu kontenut fuq l-Internet u jissottovalutaw il-konsegwenzi għalihom infushom u għal oħrajn, pereżempju, fil-kuntest ta’ reġistrazzjoni sussegwenti f’istituzzjonijiet edukattivi jew applikazzjonijiet għal xogħol.

77.

Fl-istess ħin, il-fornituri tan-netwerks soċjali sikwit jagħżlu minn qabel settings awtomatiċi bbażati fuq esklużjoni, biex b’hekk jiffaċilitaw l-iżvelar ta’ informazzjoni personali. Xi wħud jippermettu li l-profili jkunu disponibbli awtomatikament għal magni ta’ tiftix komuni. Dan iqajjem mistqosijiet dwar jekk l-individwi tawx fil-fatt kunsens għall-iżvelar, kif ukoll jekk in-netwerks soċjali kkonformawx mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (deskritt hawn fuq) li jeħtieġ li huma jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipprevjenu l-ipproċessar mhux awtorizzat.

VI.2.   Riskji ġġenerati minn netwerks soċjali u azzjonijiet issuġġeriti għall-indirizzar tagħhom

78.

Dan ta’ hawn fuq jirriżulta f’riskju ogħla ta’ privatezza u protezzjoni tad-dejta tal-individwi. Huwa jesponi lill-utenti tal-Internet u lil dawk li d-dejta tagħhom ittellgħet għal vjolazzjonijiet sfaċċati tal-privatezza u protezzjoni tad-dejta tagħhom.

79.

Kontra dan l-isfond, il-mistoqsija li l-Kummissjoni għandha tindirizza hija ta’ x’għandu u x’jista’ jsir biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni. Din l-Opinjoni ma tipprovdix tweġiba komprensiva għall-mistoqsija, iżda minflok tressaq numru ta’ suġġerimenti għal iktar kunsiderazzjoni.

Investiment fl-edukazzjoni tal-utenti tal-Internet

80.

L-ewwel suġġeriment huwa li jkun hemm investiment fl-edukazzjoni tal-utenti. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinvestu f’li jedukaw u jqajmu kuxjenza dwar it-theddid maħluq mill-websajts ta’ netwerking soċjali. Pereżempju, id-DG Soċjetà tal-Informazzjoni kien qed imexxi l-Programm għal Internet iktar Sigur, li jimmira li jagħti s-setgħa u li jipproteġi lit-tfal u ż-żgħażagħ permezz ta’, pereżempju, attivitajiet ta’ tqajjim ta’ għarfien (36). Dan l-aħħar l-istituzzjonijiet tal-UE taw bidu għal kampanja ‘Aħseb qabel ma tibgħat’’ biex iżidu l-għarfien dwar ir-riskji tal-iskambju ta’ informazzjoni personali ma’ barranin.

81.

L-EDPS jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja dan it-tip ta’ attività. Madankollu, il-fornituri tan-netwerks soċjali huma stess għandu jkollhom rwol attiv, minħabba li għandhom responsabbiltà legali u soċjali sabiex jedukaw lill-utenti dwar kif jużaw is-servizzi tagħhom b’mod sigur u faċli għall-privatezza.

82.

Kif deskritt hawn fuq, meta tittella’ informazzjoni fuq in-netwerks soċjali, l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli awtomatikament b’numru ta’ modi differenti. Pereżempju, l-informazzjoni tista’ tkun disponibbli għall-pubbliku inġenerali, inklużi għall-magni ta’ tfittxija, li jistgħu jpoġġuh fl-indiċi u b’hekk jipprovdu links diretti għalih. Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni tista’ tkun limitata għall-“ħbieb magħżulin” jew tista’ tinżamm kompletament privata. Ovvjament, il-permessi tal-profil u t-terminoloġija użata jvarjaw minn sit għal sit.

83.

Madankollu, kif deskritt hawn fuq, ftit utenti tas-servizzi ta’ netwerking soċjali jafu kif jikkontrollaw l-aċċess għall-informazzjoni li jtellgħu, aħseb u ara kif ibiddlu s-settings awtomatiċi tal-privatezza. Is-settings tal-privatezza normalment jibqgħu mhux mibdulin għaliex l-utenti mhumiex konxji tal-implikazzjonijiet ta’ li ma jbiddluhomx jew ta’ li ma jkunux jafu kif jagħmlu dan. Iktar sikwit milli le għalhekk, li ma jitbiddlux is-settings tal-privatezza ma jfissirx li l-individwi għamlu deċiżjoni informata li jaċċettaw li jiskambjaw l-informazzjoni. F’dan il-kuntest, huwa partikolarment importanti li l-partijiet terzi bħall-muturi ta’ riċerka ma jillinkjawx ma’ profili individwali, fuq il-presuppost li l-utenti taw kunsens awtomatikament (billi ma jbiddlux is-settings tal-privatezza) sabiex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli mingħajr restrizzjonijiet.

84.

Filwaqt li l-edukazzjoni tal-utenti tista’ tgħin biex tindirizza din is-sitwazzjoni, din mhix sejra taħdem waħedha. Kif irrakkomandat fl-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma fl-Opinjoni tagħha dwar in-netwerks soċjali, il-fornituri tan-netwerks soċjali għandhom joffru settings awtomatiċi ta’ privatezza faċli għall-privatezza u mingħajr ħlas. Dan jagħmel lill-utenti iktar konxji mill-azzjonijiet tagħhom, u jippermettilhom li jagħmlu għażliet aħjar dwar jekk iridux jiskambjaw informazzjoni u ma’ min.

L-rwol għall-awtoregolazzjoni

85.

Il-Kummissjoni daħlet fi ftehim ma’ għoxrin fornitur ta’ netwerk soċjali magħruf bħala l-“Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali Iktar Sigur għall-UE” (37). L-għan ta’ dan il-ftehim huwa li jtejjeb is-sigurtà tal-minuri meta jużaw siti ta’ netwerking soċjali fl-Ewropa. Tali prinċipji jinkludu ħafna mir-rekwiżiti dderivati mill-applikazzjoni tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta deskritt hawn fuq. Huma jinkludu, pereżempju, ir-rekwiżiti li l-utenti jingħataw setgħa permezz ta’ għodod u teknoloġija, biex jiżguraw li huma jistgħu jikkontrollaw l-użu u t-tixrid tal-informazzjoni personali tagħhom.

86.

Kmieni f’Jannar 2010, il-Kummissjoni għamlet disponibbli s-sejbiet ta’ rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-prinċipji (38). L-EDPS huwa mħasseb li dan ir-rapport juri li filwaqt li xi passi ttieħdu, ħafna oħrajn ma ttiħdux. Pereżempju, ir-rapport sab problemi rigward il-komunikazzjoni tal-miżuri u l-għodod tas-sigurtà disponibbli fuq is-siti. Sab ukoll li inqas minn nofs il-firmatarji tal-qbil jirrestrinġu l-aċċess għall-profili tal-minuri għall-ħbiebhom biss.

Il-ħtieġa għal privatezza obbligatorja permezz ta’ settings awtomatiċi

87.

F’dan il-kuntest, il-kwistjoni ewlenija hija jekk il-miżuri politiċi addizzjonali humiex neċessarji biex jiżguraw li n-netwerks soċjali jniedu s-servizzi tagħhom bi privatezza permezz ta’ settings awtomatiċi. Din il-kwistjoni tqajmet mill-Ex Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni Viviane Reding, li osservat li leġiżlazzjoni tista’ tkun meħtieġa (39). Fuq l-istess linji, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddikjara li flimkien mal-awtoregolazzjoni, għandhom jiġu imposti standards ta’ protezzjoni minima bil-liġi (40).

88.

Kif innotat hawn fuq, l-obbligu għall-fornituri ta’ netwerks soċjali li jimplimentaw awtomatikament settings ta’ privatezza jista’ jiġi dedott indirettament mill-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (41) li jobbliga lill-kontrolluri tad-dejta li jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa (“it-tnejn fil-waqt tad-disinn tas-sistema ta’ pproċessar u fil-waqt tal-ipprocċessar fih innifsu”) biex iżommu s-sigurtà u jipprevjenu pproċessar mhux awtorizzat, u jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta.

89.

Madankollu, dan l-artikolu huwa wisq ġenerali u huwa nieqes mill-ispeċifiċità, f’dan il-kuntest ukoll. Ma jiddikjarax b’mod ċar x’inhu mfisser minn miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa fil-kuntest tan-netwerks soċjali. Għalhekk, is-sitwazzjoni attwali hija waħda ta’ inċertezza legali, li toħloq problemi kemm għar-regolaturi kif ukoll għall-individwi li l-privatezza u d-dejta personali tagħhom mhumiex protetti bis-sħiħ.

90.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħejji leġiżlazzjoni li tinkludi, bħala minimu, obbligu predominanti li jirrikjedi settings obbligatorji ta’ privatezza, akkoppjati ma’ rekwiżiti iktar preċiżi:

(a)

li jipprovdu settings li jirrestrinġu l-aċċess għal profili tal-utenti għall-kuntatti magħżulin mill-utent stess. Is-settings għandhom jirrikjedu wkoll il-kunsens fl-affermattiv tal-utent qabel ma kwalunkwe profil ikun aċċessibbli għal partijiet terzi;

(b)

li jipprovdu li l-aċċess ristrett għall-profili ma jkunx jista’ jiġi skopert minn magni ta’ tiftix interni/esterni.

91.

Flimkien ma’ li jkun ipprovdut għal privatezza obbligatorja b’settings awtomatiċi, tibqa’ mistoqsija dwar jekk protezzjoni tad-dejta addizzjonali speċifiċi jew miżuri oħrajn (pereżempju, rigward il-protezzjoni tal-minuri) jistgħux ikunu xierqa wkoll. Dan iqajjem il-kwistjoni iktar wiesgħa dwar jekk ikunx xieraq li jinħoloq qafas speċifiku għal dawn it-tip ta’ servizzi li, flimkien ma’ li jipprovdu għal settings obbligatorji ta’ privatezza, jirregolaw aspetti oħrajn. L-EDPS jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu inkunsiderazzjoni din il-kwistjoni.

VII.   SETTINGS AWTOMATIĊI TA’ PRIVATEZZA GĦALL-BRAWŻERS BIEX JIĠI GGARANTIT IL-KUNSENS INFORMAT LI JIĠU RIĊEVUTI REKLAMI

92.

Il-fornituri tan-netwerks ta’ reklami jużaw il-cookies u apparat ieħor biex jissorveljaw l-imġiba tal-utenti individwali meta jisserfjaw l-Internet sabiex jikkatalogaw l-interessi tagħhom u jibnu profili. Wara, din l-informazzjoni tintuża biex jintbagħtulhom reklami mmirati (42).

VII.1.   L-isfidi li jifdal u r-riskji taħt il-qafas legali attwali ta’ protezzjoni tad-dejta/privatezza

93.

Dan l-ipproċessar huwa kopert mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (meta tkun ikkonċernata d-dejta personali) u wkoll minn Artikolu 5.3 tad-Direttiva dwar l-ePrivacy. Dan l-Artikolu jirrikjedi speċifikament li l-utent ikun infurmat u mogħti l-opportunità li jirreaġixxi billi jagħti kunsens għal jew jirrifjuta l-ħżin ta’ apparat bħal cookies eċċ fuq il-kompjuter tiegħu jew apparat ieħor (43).

94.

Sa issa, il-fornituri tan-netwerks ta’ reklami ddipendew fuq is-settings tal-brawżers u l-politiki ta’ privatezza biex jinfurmaw lill-utenti u jippermettulhom jagħtu kunsens għal jew jirrifjutaw il-cookies. Huma spjegaw fil-politiki dwar il-privatezza tal-pubblikaturi kif ikun hemm esklużjoni kompleta milli jiġu riċevuti l-cookies jew kif dawn jiġu aċċettati fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Billi għamlu dan, kellhom l-intenzjoni li jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li joffru lill-utenti d-dritt li jirrifjutaw il-cookies.

95.

Filwaqt li teorikament dan il-metodu (permezz tal-brawżer) jista’ fil-fatt jipprovdi, b’mod effikaċi, kunsens infurmat sinifikanti, ir-realtà hija differenti ħafna. Inġenerali, l-utenti ma għandhomx il-fehim bażiku tal-ġbir ta’ kwalunkwe dejta, ħafna inqas mill-partijiet terzi, tal-valur ta’ tali dejta, l-użu tagħha, kif taħdem it-teknoloġija u b’mod iktar partikolari kif u fejn ikun hemm esklużjoni. Il-passi li l-utenti għandhom jieħdu biex jagħżlu li ma jipparteċipawx jidhru mhux biss ikkumplikati iżda wkoll eċċessivi (l-ewwel għandhom jissettjaw il-brawżer tagħhom biex jaċċetta l-cookies, imbagħad jeżerċitaw l-opzjoni ta’ esklużjoni).

96.

Bħala riżultat, fil-prattika ftit nies jeżerċitaw din l-opzjoni ta’ esklużjoni, mhux għaliex għamlu informazzjoni infurmata biex jaċċettaw ir-reklam ta’ mġiba, iżda pjuttost għaliex ma jirrealizzawx li billi ma jużawx l-esklużjoni, qegħdin fil-fatt jaċċettaw.

97.

Għaldaqstant, filwaqt li legalment, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar l-ePrivacy jipprovdi għal protezzjoni legali effettiva, fil-prattika, l-utenti tal-Internet huma kkunsidrati li jagħtu kunsens li jiġu ssorveljati għall-iskopijiet li jintbagħtu reklami ta’ mġiba meta fil-fatt, f’ħafna, jekk mhux fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huma kompletament mhux konxji li l-monitoraġġ iseħħ.

98.

Il-Parti ta’ Ħidma ta’ Artikolu 29 qiegħda tipprepara opinjoni li timmira li tiċċara r-rekwiżiti legali biex timpenja ruħha f’reklamar ta’ mġiba, li huwa milqugħ. Madankollu, l-interpretazzjoni ma tistax, fiha nnifisha, tkun biżżejjed biex issolvi din is-sitwazzjoni u jista’ jkun hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tieħu azzjonijiet addizzjonali.

VII.2.   Il-bżonn għal iktar azzjoni, b’mod partikolari li jkun ipprovdut għal settings obbligatorji ta’ privatezza awtomatika

99.

Kif deskritt hawn fuq, il-web brawżers b’mod komuni jippermettu livell ta’ kontroll fuq ċerti tipi ta’ cookies. Attwalment, is-settings awtomatiċi tal-biċċa l-kbira tal-web brawżers qegħdin jaċċettaw il-cookies. Fi kliem ieħor, awtomatikament, il-brawżers jitniedu biex jaċċettaw il-cookies kollha, indipendentament mill-iskop tal-cookie. Huwa biss jekk l-utent ibiddel is-settings tal-applikazzjoni tal-brawżer tiegħu biex jiċħad il-cookies, li kif deskritt hawn fuq, ftit utenti jagħmlu, huwa ma jirċevix cookies. Barra minn hekk, mhemmx wizard tal-privatezza mal-ewwel installazzjoni jew aġġornament tal-applikazzjonijiet tal-brawżer.

100.

Mod kif tittaffa l-problema ta’ hawn fuq tkun jekk il-brawżers jiġu pprovduti b’settings awtomatiċi ta’ privatezza. Fi kliem ieħor, jekk jiġu pprovduti bis-setting li ‘ma jaċċettawx cookies ta’ parti terza’. Biex jikkumplementa dan u jagħmlu iktar effettiv, il-brawżers għandhom jirrikjedu lill-utenti li jgħaddu minn wizard tal-privatezza meta l-ewwel jinstallaw jew jaġġornaw il-brawżer. M’hemmx bżonn ta’ iktar granularità u informazzjoni ċara dwar it-tip ta’ cookies u l-utilità ta’ xi wħud minnhom. L-utenti li jridu li jiġu ssorveljati għall-iskopijiet li jirċievu reklami jiġu infurmati debitament u jkollhom bżonn ibiddlu s-settings tal-brawżer. Dan jagħtihom kontroll imtejjeb fuq id-dejta personali u l-privatezza tagħhom. Dan ikun, fl-opinjoni tal-EDPS, mod effettiv biex jiġi rrispettat u ppreservat il-kontenut tal-utenti (44).

101.

Bit-teħid inkunsiderazzjoni, minn naħa, tan-natura komuni tal-problema, fi kliem ieħor, in-numru tal-utenti tal-Internet li bħalissa qegħdin jiġu ssorveljati fuq il-bażi ta’ kunsens illużorju u, min-naħa l-oħra, l-iskala ta’ interess involut, il-ħtieġa għal salvagwardji addizzjonali jsir iktar akut. L-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-PbD f’applikazzjonijiet tal-web brawżers jistgħu jagħmlu differenza drammatika lejn l-għoti tal-kontroll lill-individwi fuq il-prattiki tal-ġbir tad-dejta użati għal skopijiet ta’ reklamar.

102.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri leġiżlattivi li jirrikjedu privatezza obbligatorja b’settings awtomatiċi fi brawżers u l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti.

VIII.   PRINĊIPJI OĦRAJN LI JIMMIRAW LI JIPPROTEĠU L-PRIVATEZZA/PROTEZZJONI TAD-DEJTA TAL-INDIVIDWI

103.

Filwaqt li l-prinċipju tal-PbD għandu potenzjal kbir li jtejjeb il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza tal-individwi, id-disinn u implimentazzjoni fil-liġi ta’ prinċipji komplImentari biex jiżguraw il-fiduċja tal-konsumatur fl-ICT huma neċessarji. Kontra dan l-isfond, l-EDPS jindirizza l-prinċipju tar-responsabbiltà u t-tlestija ta’ qafas obbligatorju ta’ ksur tas-sigurtà applikabbli fost is-setturi.

VIII.1.   Il-prinċipju ta’ responsabbiltà biex jiżgura l-konformità mal-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn

104.

L-Artikolu 29 tal-istudju tal-Parti ta’ Ħidma intitolat “Il-Futur tal-Privatezza” (45) irrakkomanda l-inklużjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Dan il-prinċipju, li huwa rrikonoxxut f’xi strumenti multinazzjonali ta’ protezzjoni tad-dejta (46), jeħtieġ lill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw proċessi biex jikkonformaw mal-liġi u jniedu metodi ta’ valutazzjoni u turija tal-konformità mal-liġi u strumenti vinkolattivi oħrajn.

105.

L-EDPS jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma. Hu jikkunsidra li dan il-prinċipju sejjer ikun rilevanti ħafna biex irawwem l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji u l-obbligi tal-protezzjoni tad-dejta. Ir-responsabbiltà sejra teħtieġ li l-kontrolluri tad-dejta juru li daħħlu fis-seħħ il-mekkaniżmu neċessarju għall-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ protezzjoni tad-detja. Huwa probabbli li dan jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tal-privatezza skont id-disinn fit-teknoloġiji tal-ICT bħala element partikolarment xieraq ħafna sabiex tintwera r-responsabbiltà.

106.

Sabiex ikejlu u juru r-responsabbiltà, il-kontrolluri tad-dejta jistgħu jużaw proċeduri interni u l-partijiet terzi jistgħu jwettqu verifiki jew tipi oħrajn ta’ ċċekkjar jew verifiki, li bħala riżultat, jistgħu jippremjaw siġilli jew premjijiet. F’dan il-kuntest, l-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra jekk, flimkien ma’ prinċipju ta’ responsabbiltà ġenerali, ikunx ta’ għajnuna li jiġu rikjesti bil-liġi miżuri speċifiċi ta’ responsabbiltà bħall-bżonn li jiġu pprovduti valutazzjonijiet dwar l-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u taħt liema ċirkostanzi.

VIII.2.   Ksur tas-sigurtà: it-tlestija tal-qafas legali

107.

L-emendi tas-sena l-oħra għad-Direttiva dwar l-ePrivacy introduċew rekwiżit sabiex jiġi nnotifikat ksur tad-dejta lill-individwi affettwati u lill-awtoritajiet rilevanti wkoll. Il-ksur tad-dejta huwa definit b’mod wiesa’ bħala kwalunkwe ksur li jwassal għall-qerda, telfien, żvelar eċċ ta’ dejta personali trażmessa, maħżuna jew inkella pproċessata b’konnessjoni mas-servizz. Sejjer ikun hemm bżonn ta’ avviż lill-individwi jekk il-ksur tad-dejta jkun probabbli li jista’ jaffettwa ħażin id-dejta personali u l-privatezza tagħhom. Dan jista’ jkun il-każ fejn il-ksur jista’ jwassal għal serq ta’ identità jew umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara fir-reputazzjoni. L-avviż lill-awtoritajiet rilevanti sejjer ikun meħtieġ għal kull ksur tad-dejta, irrispettivament minn jekk hemmx riskju għall-individwi.

Applikazzjoni tal-obbligi ta’ ksur tas-sigurtà bejn is-setturi

108.

Sfortunatament dan l-obbligu japplika biss għal fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, bħal kumpaniji tat-telefon, Fornituri tal-Aċċess għall-Internet, fornituri tal-Webmail, eċċ. L-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti dwar il-ksur tas-sigurtà li japplika bejn settur u ieħor. Rigward il-kontenut ta’ tali qafas, l-EDPS jikkunsidra li l-qafas legali tal-ksur tas-sigurtà adottat fid-Direttiva dwar l-ePrivacy joħloq bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi, inklużi d-drittijiet tagħhom għal dejta personali u privatezza, u l-obbligi imposti fuq l-entitajiet koperti. Fl-istess ħin, dan huwa qafas bi “snien” reali, minħabba li huwa appoġġjat minn dispożizzjonijiet sinifikanti ta’ infurzar, li jipprovdu lill-awtoritajiet b’setgħat suffiċjenti ta’ investigazzjoni u sanzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

109.

Għaldaqstant, l-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta proposta leġiżlattiva li tapplika dan il-qafas bejn is-setturi, jekk ikun hemm bżonn mal-aġġustamenti xierqa. Barra minn hekk, dan jiżgura li jiġu applikati l-istess standards u proċeduri bejn is-setturi.

It-tlestija tal-qafas legali inkorporat fid-Direttiva dwar l-ePrivacy permezz tal-komitoloġija

110.

Id-Direttiva riveduta dwar l-ePrivacy tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni, jiġifieri miżuri dettaljati dwar avviż ta’ ksur tas-sigurtà, permezz ta’ proċedura ta’ komitoloġija (47). Dan l-għoti tas-setgħa huwa ġġustifikat sabiex jiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni konsistenti tal-qafas legali tal-ksur tas-sigurtà. L-implimentazzjoni konsistenti taħdem sabiex tiżgura li l-individwi madwar il-Komunità jgawdu minn livell ugwalment għoli ta’ protezzjoni u li l-entitajiet koperti ma jkunux mgħobbijin b’rekwiżiti diverġenti ta’ avviż.

111.

Id-Direttiva dwar l-ePrivacy ġiet adottata f’Novembru 2009. Ma jidhrix li hemm xi raġuni li tiġġustifika l-posponiment tal-bidu tax-xogħol għall-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni. L-EDPS organizza żewġ seminars li mmiraw għall-iskambju u l-ġbir tal-esperjenza dwar l-avviżi tal-ksur tad-dejta. Hu jkun kuntent li jiskambja r-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju u qiegħed jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Kummissjoni u partijiet interessati oħrajn sabiex jiġi rfinut il-qafas legali tal-ksur tad-dejta globali.

112.

L-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji, fi żmien qasir. Qabel ma tadotta miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha f’konsultazzjoni wiesgħa, li fiha l-ENISA, l-EDPS u l-Parti ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 għandhom jiġu kkonsultati. Barraminhekk, il-konsultazzjoni għandha tinkludi wkoll “partijiet interessati” oħrajn, partikolarment sabiex tinforma dwar l-aqwa mezzi tekniċi u ekonomiċi disponibbli ta’ implimentazzjoni.

IX.   KONKLUŻJONIJIET

113.

Il-fiduċja, jew pjuttost in-nuqqas tagħha, ġiet identifikata bħala kwistjoni ewlenija fl-emerġenza u l-iskjerament b’suċċess tat-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. Jekk in-nies ma jafdawx fl-ICT, huwa probabbli li dawn it-teknoloġiji ma jirnexxux. Il-fiduċja fl-ICT tiddependi fuq fatturi differenti; li jiġi żgurat li tali teknoloġiji ma jnaqqrux id-drittijiet fundamentali tal-individwu għall-privatezza u l-protezzjoni ta’ dejta personali huwa wieħed ewlieni.

114.

Sabiex jissaħħaħ iktar il-qafas legali ta’ protezzjoni/privatezza tad-dejta, li l-prinċipji tiegħu jibqgħu kompletament validi fis-soċjetà tal-informazzjoni, l-EDPS jipproponi li l-Kummissjoni tinkorpora l-Privatezza skont id-Disinn fuq livelli differenti ta’ liġi u tiswir ta’ politika.

115.

Hu jirrakkomanda li l-Kummissjoni ssegwi erba’ azzjonijiet:

(a)

Tipproponi li tinkludi dispożizzjoni ġenerali dwar il-Privatezza skont id-Disinn fil-qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta. Din id-dispożizzjoni għandha tkun newtrali għat-teknoloġija u l-konformità għandha tkun obbligatorja fi stadji differenti;

(b)

Telabora din id-dispożizzjoni ġenerali f’dispożizzjonijiet speċifiċi, meta jiġu proposti strumenti legali speċifiċi f’setturi differenti. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu, diġà issa, jiġu inklużi fi strumenti legali; abbażi ta’ Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (u liġijiet oħrajn eżistenti);

(c)

Tinkludi l-PbD bħala prinċipju ta’ gwida fl-Aġenda Diġitali tal-Ewropa;

(d)

Tintroduċi l-PbD bħala prinċipju f’inizjattivi oħrajn tal-UE (prinċipalment mhux leġiżlattivi).

116.

Fi tliet żoni nnominati tal-ICT, l-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta l-bżonn li tressaq proposti li jimplementaw il-prinċipju tal-Privatezza skont id-Disinn f’modi speċifiċi:

(a)

Rigward ir-RFID, tipproponi miżuri leġiżlattivi li jirregolaw il-kwistjonijiet ewlenin tal-użu tar-RFID f’każ li l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas legali eżistenti permezz ta’ awtoregolazzjoni ma jirnexxiex. B’mod partikolari, għandu jkun provdut għall-prinċipji ta’ inklużjoni fil-punt ta’ bejgħ skont liema t-tags kollha RFID imwaħħlin mal-prodotti tal-konsumatur jiġu ddiżattivati awtomatikament fil-punt ta’ bejgħ;

(b)

Fir-rigward tan-netwerks soċjali, tipprepara leġiżlazzjoni li tinkludi, bħala minimu, obbligu predominanti li jeħtieġ settings obbligatorji ta’ privatezza, akkoppjati ma’ rekwiżiti iktar preċiżi, dwar ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-profili tal-utent għall-kuntatti personali magħżulin mill-utent stess, u tipprovdi li l-profili b’aċċess ristrett ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu skoperti minn magni interni/esterni ta’ tiftix;

(c)

Rigward reklamar immirat, tikkunsidra leġiżlazzjoni li tirrikjedi li s-settings tal-brawżers jirrifjutaw awtomatikament cookies minn partijiet terzi u li tirrikjedi li l-utenti jgħaddu minn wizard ta’ privatezza meta jinstallaw jew jaġġornaw il-brawżer għall-ewwel darba.

117.

Finalment, l-EDPS jissuġġerixxi li l-Kummissjoni:

(a)

Tikkunsidra li timplementa l-prinċipju tar-responsabbiltà fid-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta eżistenti, u

(b)

Tiżviluppa netwerk ta’ regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ avviż għall-ksur tas-sigurtà tad-Direttiva dwar l-ePrivacy, u wara testendihom biex japplikaw b’mod ġenerali għall-kontrolluri kollha tad-dejta.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Tweġibiet għall-Kwestjonarju tal-Parlament Ewropew għall-Kummissarju Neelie Kroes fil-kuntest tas-seduti tal-PE ta’ qabel il-ħatra tal-Kummissarju.

(5)  Tweġibiet għall-Kwestjonarju tal-Parlament Ewropew għall-Kummissjunarju Neelie Kroes fil-kuntest tas-seduti tal-PE ta’ qabel il-ħatra tal-Kummissarju; id-diskors tal-Kummissarju Viviane Reding dwar “Aġenda Diġitali Ewropea għall-Konsumatur Diġitali Ġdid, mogħti fil-Forum tal-Multi-interessati tal-BEUC dwar il-Privatezza tal-Konsumatur u Online Marketing: Tendenzi tas-Suq u Perspettivi Politiċi”, Brussell 12 ta’ Novembru 2009.

(6)  Ara, per eżempju, ir-Rapport RISEPTIS, “Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni”, Rapport tal-Bord Konsultattiv, RISEPTIS (Riċerka u Innovazzjoni dwar is-Sigurtà, Privatezza u Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni). Disponibbli fuq http://www.think-trust.eu/general/news-events/riseptis-report.html Ara wkoll: J. B Horrigan, Broadband Adoption and Use in America, FCC Omnibus Broadband Initiative, Studju ta’ Ħidma tal-OBI Serje Nru 1.

(7)  Artikolu 29 tal-Opinjoni tal-Parti ta’ Ħidma 168 dwar Il-Futur tal-Privatezza, Kontribuzzjoni Konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta personali, adottat fl-1 ta’ Diċembru 2009.

(8)  Opinjoni tal-25 ta’ Lulju 2007 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar is-segwitu tal-Programm ta’ Xogħol għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, ĠU C 255, 27.10.2007, p. 1; Opinjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: passi lejn qafas politiku (COM(2007) 96), ĠU C 101, 23.4.2008, p. 1; Opinjoni tal-10 ta’ April 2008 dwar Proposta għal Direttiva emendatorja, fost oħrajn, is-settur tal-komunikazzjonijiet tad-Direttiva (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), ĠU C 181, 18.7.2008, p. 1; it-Tieni opinjoni tad-9 ta’ Jannar 2009 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

(9)  Rapport dwar il-Kompetittività Diġitali tal-Ewropa- Kisbiet ewlenin tal-istrateġija i-2010 2005-2009, (SEC (2009) 1060).

(10)  Konklużjonijiet tal-Kunsill “Strateġija Post i-2010- Lejn Soċjetà tal-Għarfien Miftuħa, Ambjentali u Kompetittiva” (17107/09), adottati fit-18.12.2009.

(11)  Rapport dwar id-definizzjoni ta’ Aġenda Diġitali għall-Ewropa ġdida: minn i-2010 għal digital.eu (2009/2225 (INI)), adottati fit-18.3.2010.

(12)  Pereżempju, il-bejgħ jew l-użu ta’ informazzjoni dwar is-saħħa miġbura għall-iskopijiet li jiġi pprovdut trattament ma jistax jintuża biex jintgħażlu siti għal kliniki satelliti, biex jiġu stabbiliti kanters ambulatorji ta’ kirurġija, u f’modi oħrajn li bihom jiġu ppjanati attivitajiet futuri b’implikazzjonijiet finanzjarji, ilkoll jeħtieġu eżaminazzjoni bir-reqqa.

(13)  Ara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta tat-22 ta’ Lulju 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa u l-Proposta li takkumpanjaha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-qafas biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interfaċċji ma' modi oħra ta' trasport , disponibbli fuq: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2009/09-07-22_Intelligent_Transport_Systems_EN.pdf

(14)  Komunikazzjoni tat-2.5.2007. COM(2007) 228 finali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-protezzjoni tad-dejta permezz ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza (PET).

(15)  Studju dwar il-benefiċċji ekonomiċi tat-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza (PET) jls/2008/D4/036.

(16)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (iktar: Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta).

(17)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (iktar: Direttiva dwar l-ePrivacy).

(18)  L-interpretazzjoni tal-elementi ewlenin u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) adottat f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, hekk kif japplikaw għal diversi.

(19)  It-Trattat ta’ Liżbona saħħaħ tali protezzjoni billi rrikonoxxa r-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali bħala drittijiet fundamentali separati fl-Artikolu 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali saret vinkolanti meta t-Trattat ta’ Liżbona daħal fis-seħħ.

(20)  L-Artikolu 17 jaqra kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni xierqa biex tiġi protetta d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telfien aċċidentali u kontra t-tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni ta’ dejta permezz ta’ netwerk, u kontra kwalunkwe forom illegali ta’ pproċessar oħrajn”. Premessa 46 tikkomplementaha billi tgħid “Filwaqt li l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta rigward l-ipproċessar tad-dejta personali tirrikjedi li jittieħdu miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni xierqa, it-tnejn fiż-żmien tad-disinn tas-sistema tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar fih innifsu, b’mod partikolari sabiex tinżamm sigurtà u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat”.

(21)  Il-Kummissjoni ħabbret pjanijiet biex taġġorna d-Direttiva 1999/5/KE lejn l-aħħar tal-2010.

(22)  Ara r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni tar-Renju Unit intitolat: “Privatezza skont id-Disinn”, ippubblikat f’Novembru 2008.

(23)  Ara l-Artikolu 29 tal-Opinjoni 168 tal-Parti ta’ Ħidma dwar Il-Futur tal-Privatezza, Kontribuzzjoni konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, adottata fl-1 ta’ Diċembru 2009.

(24)  “Il-Privatezza skont id-disinn” huwa prinċipju li huwa fl-interess kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji. Il-privatezza skont id-disinn sejra twassal għal protezzjoni aħjar tal-individwi, kif ukoll għall-fiduċja u l-kunfidenza f’servizzi u prodotti ġodda, li min-naħa tagħhom, sejrin ikollhom impatt pożittiv fuq l-ekonomija. Hemm xi eżempji inkoraġġanti iżda hemm ħafna iktar x’isir. Diskors Ewlieni fil-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta tat-28 ta’ Jannar 2010, il-Parlament Ewropew, Brussell.

(25)  Il-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura u l-protezzjoni taċ-ċittadin, approvat mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2009.

(26)  Opinjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 dwar il-Kumunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja ta’ servizz għaċ-ċittadini, ĠU C 276, 17.11.2009, p. 8, parti 60.

(27)  Opinjoni 168 tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma dwar Il-Futur tal-Privatezza, Kontribuzzjoni konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, adottata fl-1 ta’ Diċembru 2009.

(28)  RFID jiġifieri Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju. Il-komponenti ewlenin tat-teknoloġija jew l-infrastruttura bl-identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju huma tag (jiġifieri mikroċippa), qarrej u applikazzjoni marbutin mat-tikketti u l-qarreja permezz tal-middlware u l-ipproċessar tad-dejta maħluqa. It-tag tikkonsisti minn ċirkwit elettroniku li jaħżen id-dejta u antenna li tikkomunika d-dejta permezz tar-raġġi tar-radju. Il-qarrej għandu antenna u demodulatur li jittraduċi l-informazzjoni analoga dieħla mil-link tar-radju f’dejta diġitali. L-informazzjoni tista’ mbagħad tintbagħat minn netwerks għal databases u servers sabiex tiġi pproċessata minn kompjuter.

(29)  Id-Direttiva dwar l-ePrivacy tirreferi għar-RFID f’Artikolu 3 “Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-ipproċessar ta' data personali konnessa mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament f’networks ta' komunikazzjoni pubblika fil-Komunità, inklużi netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni li jappoġġjaw il-ġbir tad-dejta u l-aġġeġġi ta’ identifikazzjoni” Dan huwa kkumplimentat mill-Premessa 56) “Il-progress teknoloġiku jippermetti l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda bbażati fuq aġġeġġi għal ġbir u identifikazzjoni ta’ dejta, li jistgħu jkunu aġġeġġi mingħajr kuntatt li jużaw frekwenzi tar-radju. Pereżempju, Aġġeġġi għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) jużaw frekwenzi tar-radju biex jaqbdu dejta minn tags identifikati b’mod uniku li jistgħu jiġu ttrasferiti minn netwerks ta’ komunikazzjoni eżistenti. Dan l-użu komuni ta’ tali teknoloġiji jista’ jġib benefiċċju ekonomiku u soċjali konsiderevoli u għalhekk jagħmel kontribuzzjoni qawwija lis-suq intern, jekk l-użu tagħhom huwa aċċettabbli miċ-ċittadini. Sabiex jinkiseb dan l-għan, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, jiġu ssalvagwardjati. Meta tali aġġeġġi huma mqabbdin ma’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi disponibbli pubblikament jew jagħmlu użu minn servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bħala infrastruttura bażika, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), inklużi dawk dwar sigurtà, traffiku u lokazzjoni tad-dejta u dwar kunfidenzjalità, għandhom japplikaw”.

(30)  Pereżempju, l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta jimponi obbligu li jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jipproteġu d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew l-iżvelar mhux awtorizzat.

(31)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15.3.2007 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: passi lejn qafas politiku, COM(2007) 96 finali.

(32)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12.5.2009 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta f’applikazzjonijiet appoġġjati mill-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (C(2009) 3200 finali).

(33)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa, 18.6.2009, COM(2009) 278 finali.

(34)  Ara l-Opinjoni ta’ Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma 163, 5/2009 dwar in-netwerking soċjali online, adottata fit-12 ta’ Ġunju 2009.

(35)  “Kontrollur” tfisser persuna, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor naturali jew ġuridiku li waħdu jew b’mod konġunt jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; fejn l-iskopijiet u l-mezzi ta’ pproċessar huma ddeterminati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew Komunitarji, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nominazzjoni tiegħu jistgħu jkunu maħturin minn liġi nazzjonali jew Komunitarja.

(36)  Informazzjoni dwar tali programm hija disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/index_en.htm

(37)  Il-prinċipji huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/information_society/activities/social_networking/docs/sn_principles.pdf

(38)  Rapport dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali Iktar Sigur għall-UE, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/information_society/activities/social_networking/docs/final_report/first_part.pdf

(39)  Viviane Reding, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja Aħseb qabel ma tibgħat! Kif tagħmel siti ta’ netwerking soċjali iktar siguri għat-tfal u ż-żgħażagħ? Jum għal Internet Iktar Sigur, Strasburgu, 9 ta’ Frar 2010.

(40)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Impatt tas-siti ta’ network soċjali fuq iċ-ċittadini/konsumaturi, 4 ta’ Novembru 2009.

(41)  Estiż ukoll f’punt 33 ta’ dan id-dokument.

(42)  Il-cookies tat-traċċar huma fajls żgħar ta’ test li fihom identifikatur uniku. Tipikament, il-fornituri tan-netwerks ta’ reklami (kif ukoll operaturi jew pubblikaturi ta’ websajts) ipoġġu l-cookies fuq il-hard disk tal-viżitatur, b’mod partikolari fuq il-brawżer tal-utenti tal-Internet, meta l-utenti l-ewwel jaċċedu websajts li jservu reklami li huma parti min-netwerk tagħhom. Il-cookie sejra tippermetti lill-fornitur tan-netwerk ta’ reklami li jirrikonoxxi ex viżitatur li jirritorna għal dik il-websajt jew iżur kwalunkwe websajt li hija msieħba għan-netwerk ta’ reklami. Tali żjarat ripetuti sejrin jippermettu lill-fornitur tan-netwerk ta’ reklami li jibni profil tal-viżitatur.

(43)  Artikolu 5(3) tad-Direttiva ePrivacy kien riċentement emendat biex jirrinforza l-protezzjoni kontra l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet tal-utenti permezz tal-użu ta’ – per eżempju – spyware jew cookies maħżuna f’kompjuter ta’ utent jew apparat ieħor. Taħt id-Direttiva l-ġdida l-utenti għandhom jiġu offerti informazzjoni aħjar u modi iktar faċli biex jikkontrollaw jekk iridux cookies maħżuna fl-apparat terminali tagħhom.

(44)  Fl-istess ħin, l-EDPS huwa konxju li dan ma jsolvix il-problema għal kollox minħabba li hemm cookies li ma jistgħux jiġu kkontrollati permezz tal-brawżer, bħal fil-każ tal-hekk imsejħin flash cookies. Għal dan, ikun neċessarju għall-iżviluppaturi tal-brawżers li jintegraw kontrolli flash awtomatiċi fil-kontrolli tagħhom tal-cookies fil-ħruġ ta’ brawżers ġodda.

(45)  Opinjoni 168 tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma dwar Il-Futur tal-Privatezza, Kontribuzzjoni konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ dejta personali, adottata fl-1 ta’ Diċembru 2009.

(46)  Linji gwida tal-OECD 1980 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Flussi Transkonfinali ta’ Dejta Personali; Dikjarazzjoni tal-Privatezza ta’ Madrid fuq Standards Globali ta’ Privatezza għal Dinja Globali, tat-3 ta’ Novembru 2009.

(47)  Il-komitoloġija tinvolvi l-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ kumitat ta’ rappreżentanti minn Stati Membri ippresedut mill-Kummissjoni. Għad-Direttiva dwar l-ePrivacy, tapplika ’l hekk imsejħa proċedura regolatorja bi skrutinju, li jfisser li l-Parlament Ewropew, kif ukoll il-Kunsill, jistgħu jopponu miżuri proposti mill-Kummissjoni. Ara iktar fuq http://europa.eu/scadplus/glossary/comitology_en.htm


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/16


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (waste electrical and electronic equipment — WEEE)

2010/C 280/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Wara li kkunsidra Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individw[i] fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA DIN L-OPINJONI

I.   DAĦLA

1.

Fit-3 ta’ Diċembru 2008 il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (minn hawn ’il quddiem “il-Proposta”) (1). Il-Proposta għandha l-għan li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) adottata fis-27 ta’ Jannar 2003 (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”) (2) mingħajr ma jinbidlu la l-ixprunaturi u lanqas il-loġika għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-WEEE.

2.

Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat kif meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3). Għaldaqstant fuq inizjattiva tiegħu stess, il-KEPD adotta din l-opinjoni bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li referenza għal din l-opinjoni tiġi inkluża fil-preambolu tal-Proposta.

3.

Il-KEPD huwa konxju li dan il-parir ġej fi stadju avvanzat fil-proċess leġiżlattiv iżda madankollu jikkunsidra xieraq u utli li joħroġ din l-opinjoni, minħabba li l-Proposta tqajjem kwistjonijiet sinifikanti dwar il-protezzjoni tad-dejta li mhumiex indirizzati fid-dokument. Din l-opinjoni mhijiex maħsuba sabiex tibdel l-għan u l-kontenut ewlieni u predominanti tal-Proposta, li “iċ-ċentru ta’ gravità” (4) tagħha jibqa’ fil-protezzjoni tal-ambjent, iżda sempliċiment sabiex iżżid dimensjoni addizzjonali li qiegħda ssir dejjem aktar importanti għas-soċjetà tal-informazzjoni tagħna (5).

4.

Il-KEPD, konxju wkoll mill-ambitu limitat tal-proċedura ta’ tfassil mill-ġdid, madankollu jħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jikkunsidra dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-proċedura ta’ tfassil mill-ġdid (li jipprovdi għall-possibbiltà ta’ emenda ta’ dispożizzjonijiet li ma nbidlux) (6).

II.   KUNTEST U SFOND TAL-PROPOSTA U R-RILEVANZA TAGĦHA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

5.

L-għan tal-Proposta huwa li taġġorna d-Direttiva eżistenti li tirrigwarda r-rimi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ WEEE. Problemi tekniċi, legali u amministrattivi fl-ewwel snin ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva wasslu għall-Proposta, kif kien previst taħt l-Artikolu 17(5) tad-Direttiva.

6.

It-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) huwa grupp wiesa’ ta’ prodotti li jinkludi sensiela differenti ta’ mezzi li jistgħu jaħżnu dejta personali – bħal tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet (eż. kompjuters personali, laptops, terminali elettroniċi ta’ komunikazzjoni) – ikkaratterizzati fil-kuntest tekno-ekonomiku attwali minn ċikli ta’ innovazzjoni dejjem aktar mgħaġġla u, minħabba l-konverġenza teknoloġika, mid-disponibbiltà ta’ apparat għal ħafna għanijiet. L-iżviluppi fil-mezzi elettroniċi ta’ ħażna qegħdin jiżdiedu malajr, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità u d-daqs tal-ħażna, u għaldaqstant il-forzi tas-suq iġiegħlu l-fatturat tal-EEE (li fih ammonti kbar ta’ dejta personali, li spiss tkun sensittiva) jiżdied bl-istess mod. Ir-riżultati ta’ dan huma mhux biss li l-WEEE “huwa meqjus bħala l-aktar fluss ta’ skart fl-UE li qiegħed jikber malajr” (7), iżda wkoll, fil-każ ta’ rimi mhux xieraq, li hemm riskju ovvju akbar ta’ telf u tixrid ta’ dejta personali maħżuna f’dan it-tip ta’ EEE.

7.

Għal żmien twil il-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli kellhom l-għan li jnaqqsu l-iskart ta’ riżorsi naturali u li jintroduċu miżuri sabiex jevitaw it-tniġġis.

8.

Ir-rimi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-WEEE huma inklużi f’dan il-qafas. Dawn il-miżuri jfittxu li jipprevjenu r-rimi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku flimkien ma’ skart imħallat, li jobbliga lill-produtturi jipprovdu rimi fil-mod preskritt mid-Direttiva.

9.

B’mod partikolari, fost id-diversi miżuri previsti mid-Direttiva, huwa xieraq li jiġu evidenzjati dawk imfassla għall-użu mill-ġdid (jiġifieri kwalunkwe operazzjoni li permezz tagħha WEEE jew komponenti tiegħu jintużaw għall-istess għan li kien maħsub għalih, inkluż l-użu kontinwu tat-tagħmir jew komponenti tiegħu li jittieħdu lura fil-punti ta’ ġbir, distributuri, riċiklaturi jew manifatturi), għar-riċiklaġġ (jiġifieri l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta’ produzzjoni tal-materjal ta’ skart għall-għan oriġinali jew għal għanijiet oħra) u jinstabu forom oħra ta’ rkupru ta’ WEEE sabiex jonqos ir-rimi ta’ skart (ara l-Artikoli 1 u 3(d) u (e) tad-Direttiva).

10.

Dawn l-operazzjonijiet, b’mod partikolari l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-WEEE, b’mod speċjali tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet, jistgħu jippreżentaw riskju, akbar milli fil-passat, li dawk li jiġbru l-WEEE jew li jbiegħu u jixtru l-apparat użat jew riċiklat jistgħu jsiru konxji minn xi dejta personali maħżuna fih. Din id-dejta spiss tista’ tkun sensittiva jew tirreferi għal għadd kbir ta’ individwi.

11.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-KEPD jikkunsidra li huwa urġenti għall-partijiet interessati kollha (utenti u produtturi ta’ EEE) li jkunu konxji mir-riskji għad-dejta personali, b’mod speċjali fl-istadju finali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-EEE. F’dan l-istadju, għalkemm l-EEE huwa ekonomikament ta’ valur inqas, aktarx li jkun fih ammont kbir ta’ dejta personali u għalhekk aktarx li jkollu valur għoli “intrinsiku” għas-suġġett tad-dejta u/jew oħrajn.

III.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

III.1.   Applikabbiltà tad-Direttiva 95/46/KE

12.

Il-KEPD m’għandux osservazzjonijiet dwar l-objettiv ġenerali tal-Proposta u jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattiva li ttieħdet, li hija maħsuba sabiex ittejjeb il-politiki li jiffavorixxu l-ambjent fil-qasam tal-WEEE.

13.

Madankollu, il-Proposta, kif ukoll id-Direttiva, tiffoka biss fuq ir-riskji ambjentali relatati mar-rimi ta’ WEEE. Ma tikkunsidrax riskji oħrajn addizzjonali għall-individwi u/jew organizzazzjonijiet li jistgħu jinħolqu mill-operazzjonijiet ta’ rimi, użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ WEEE, b’mod partikolari dawk relatati mal-probabbiltà ta’ akkwist, żvelar jew tixrid irregolari ta’ dejta personali maħżuna fil-WEEE.

14.

Huwa importanti li wieħed jinnota li d-Direttiva 95/46/KE (8) tapplika għal “kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali”, inklużi t-“tħassir jew distruzzjoni” tagħha (Artikolu 2(b)). Ir-rimi ta’ EEE jista’ jinvolvi operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ dejta. Għal din ir-raġuni hemm sovrappożizzjoni bejn il-Proposta u d-Direttiva li għadha kemm issemmiet, u għaldaqstant ir-regoli ta’ protezzjoni tad-dejta jistgħu japplikaw għal attivitajiet koperti mill-Proposta.

III.2.   Ir-rimi tal-WEEE u miżuri ta’ sigurtà

15.

Il-KEPD għandu l-ħsieb li jenfasizza r-riskji sinifikanti li jistgħu jaffettwaw lill-individwu u/jew organizzazzjonijiet li jaġixxu bħala “kontrolluri tad-dejta” (9) meta l-WEEE, b’mod partikolari it-tagħmir tal-IT jew tat-telekomunikazzjonijiet, ikun fih dejta personali li tirrigwarda lill-utenti ta’ dak l-apparat u/jew partijiet terzi fil-ħin tar-rimi. L-aċċess illegali għal jew l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni personali, li xi kultant tkun tikkonsisti f’kategoriji speċjali ta’ dejta, li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade unions, u dejta li tirrigwarda s-saħħa jew il-ħajja sesswali (hekk imsejħa “dejta sensittiva”) (10), tabilħaqq jista’ jaffettwa l-privatezza u d-dinjità tal-persuni li għalihom tirrelata l-informazzjoni, kif ukoll interessi leġittimi oħrajn ta’ dawk l-individwi/organizzazzjonijiet (eż. dawk ekonomiċi).

16.

F’termini ġenerali, il-KEPD jikkunsidra l-ħtieġa li jenfasizza l-importanza tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa f’kull stadju (mill-bidu sal-aħħar) tal-ipproċessar ta’ dejta personali, kif iddikjarat ripetutament f’opinjonijiet oħra (11). Dan japplika a fortiori għall-fażi delikata li fiha l-kontrollur tad-dejta jkollu jarmi apparat li jkun fih dejta personali.

17.

Tabilħaqq, ir-rispett ta’ miżuri ta’ sigurtà spiss huwa prerekwiżit sabiex wieħed jiggarantixxi b’mod effettiv id-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali.

18.

Għalhekk ikun inkonsistenti li jekk jiddaħħal id-dmir li jiġu stabbiliti miżuri ta’ sigurtà (kultant għaljin) fil-proċess ordinarju tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ dejta personali (kif previst mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE, fejn applikabbli (12)), iżda mbagħad ma tiġix ikkunsidrata l-introduzzjoni ta’ salvagwardji xierqa rigward ir-rimi tal-WEEE.

19.

Ikun daqstant inkonsistenti li tingħata importanza lill-kwistjoni tas-sigurtà tad-dejta sal-punt li n-notifika ta’ ksur tad-dejta kellha tiġi introdotta permezz tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/136/KE (13) u mbagħad ma tingħatax xi garanzija jew salvagwardja waqt ir-rimi tal-WEEE kif ukoll fil-każ tal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-WEEE.

20.

Il-KEPD jiddispjaċih li l-Proposta ma tikkunsidrax l-effetti potenzjalment ta’ dannu tar-rimi tal-WEEE fuq il-protezzjoni ta’ dejta personali maħżuna fit-tagħmir “użat”.

21.

Dan l-aspett lanqas ma ġie kkunsidrat fl-evalwazzjoni tal-impatt li għamlet il-Kummissjoni (14) għalkemm l-esperjenza wriet li meta ma jittieħdux il-miżuri ta’ sigurtà xierqa fil-każ tar-rimi tal-WEEE il-protezzjoni tad-dejta personali tkun fil-periklu (15). Minħabba l-kumplessità tal-kwistjonijiet involuti (pereżempju l-għadd kbir ta’ metodi leġittimi, teknoloġiji u partijiet interessati fiċ-ċiklu tar-rimi tal-WEEE), il-KEPD jikkunsidra li kien ikun xieraq li ssir “evalwazzjoni tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta” fuq il-proċessi relatati mar-rimi tal-WEEE.

22.

Madankollu, il-KEPD jisħaq bil-qawwi li għandhom jiġu żviluppati “l-Aqwa Tekniki Disponibbli” għall-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà f’dan il-qasam.

23.

Bħala evidenza ulterjuri, waqt il-konsultazzjoni pubblika qabel it-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva, il-partijiet interessati xi drabi qajmu l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari l-kumpaniji tal-IT u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (16).

24.

Finalment, ta’ min jenfasizza li xi awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta ppubblikaw linji gwida sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji li jistgħu jirriżultaw min-nuqqas li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, b’mod partikolari fir-rimi ta’ materjal soġġett għall-applikazzjoni tad-Direttiva (17).

25.

Il-KEPD itenni li d-Direttiva 95/46/KE hija applikabbli fl-istadju tar-rimi tal-WEEE li fih dejta personali. Il-kontrolluri tad-dejta – b’mod partikolari dawk li jużaw apparat tal-IT u tal-komunikazzjonijiet – huma għaldaqstant mitluba li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tas-sigurtà sabiex jevitaw l-iżvelar jew it-tixrid irregolari ta’ dejta personali. Għal dan il-għan u sabiex ma jinżammx responsabbli għall-ksur tal-miżuri tas-sigurtà, il-kontrollur tad-dejta fis-settur pubbliku jew privat, bil-kooperazzjoni tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta (fejn ikun hemm), għandu jadotta politiki xierqa għar-rimi ta’ WEEE li jkun fih dejta personali.

26.

Meta l-kontrolluri tad-dejta li jkunu qegħdin jarmu EEE ma jkollhomx il-ħiliet meħtieġa u/jew l-għarfien tekniku dwar kif iħassru d-dejta personali kkonċernata, huma għandhom jafdaw dan ix-xogħol lil proċessuri kwalifikati (eż. ċentri ta’ assistenza, manifatturi u distributuri tat-tagħmir) taħt il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 17 (2), (3) u (4) tad-Direttiva 95/46/KE. Dawn il-proċessuri min-naħa tagħhom għandhom jiċċertifikaw it-twettiq tal-operazzjonijiet inkwistjoni u/jew jidħlu għalihom.

27.

Minħabba dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-KEPD jasal għall-konklużjoni li r-riformolazzjoni tad-Direttiva għandha żżid prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta mad-dispożizzjonijiet maħsuba għall-protezzjoni tal-ambjent.

28.

Il-KEPD għaldaqstant jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jinkludu dispożizzjoni speċifika fil-Proposta attwali li tgħid li d-Direttiva tapplika għar-rimi ta’ WEEE mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.

III.3.   L-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-WEEE u l-miżuri ta’ sigurtà

29.

Minħabba li jinsabu f’sitwazzjoni li tippermetti deċiżjonijiet awtonomi rigward id-dejta miżmuma fl-EEE, dawk responsabbli mill-operazzjonijiet ta’ rimi jistgħu jitqiesu bħala “kontrolluri tad-dejta” (18). Għaldaqstant huma għandhom jadottaw proċeduri interni sabiex jevitaw operazzjonijiet ta’ pproċessar mhux meħtieġa fuq kwalunkwe dejta personali maħżuna fil-WEEE, jiġifieri operazzjonijiet oħrajn minbarra dawk strettament meħtieġa għall-verifika tat-tneħħija effettiva tad-dejta li tkun tinsab fih.

30.

Barra minn hekk m’għandhomx iħallu individwi mhux awtorizzati jiksbu għarfien ta’ jew jipproċessaw dejta maħżuna fl-EEE. B’mod partikolari, meta l-mezzi ta’ ħażna jiġu rriċiklati jew użati mill-ġdid, u għalhekk jerġgħu jidħlu fis-suq, hemm riskju akbar ta’ żvelar jew tixrid irregolari ta’ dejta personali, kif ukoll ħtieġa ta’ prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali.

31.

Għaldaqstant il-KEPD jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew jinkludu dispożizzjoni speċifika fil-Proposta attwali sabiex jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ apparat użat li ma jkunx għadda minn qabel minn miżuri xierqa ta’ sigurtà, f’konformità mal-aħħar standards tekniċi sofistikati (pereżempju multi-pass overwriting), sabiex titħassar kwalunkwe dejta personali li jista’ jkun fih.

III.4.   Privatezza u sigurtà “skont id-disinn”

32.

Il-qafas legali li ġew dwar l-iskart elettroniku mhux biss għandu jinkludi dispożizzjoni speċifika rigward “il-prinċipju ta’ disinn ekoloġiku” usa’ tat-tagħmir (ara l-Artikolu 4 tal-Proposta rigward “Id-disinn tal-prodott”) iżda wkoll – kif intqal qabel f’opinjonijiet oħrajn tal-KEPD (19) – waħda li tirrigwarda l-prinċipju ta’ “Privatezza skont id-disinn” (20) jew, b’mod aktar preċiż f’dan il-qasam, “sigurtà skont id-disinn” (21). Sa fejn huwa possibbli, il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu integrati “awtomatikament” fid-disinn ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, sabiex jippermettu lill-utenti li jħassru – permezz ta’ mezz sempliċi u mingħajr ħlas – dejta personali li tista’ tkun preżenti fl-apparat f’każ li jintrema (22).

33.

Dan l-approċċ huwa appoġġat b’mod ċar mill-Artikolu 3.3(c) tad-Direttiva 1999/5/KE (23) li jirrigwarda d-disinn ta’ tagħmir terminali tar-radju u tat-telekomunikazzjonijiet u mill-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2002/58/KE (24).

34.

Għaldaqstant, il-produtturi għandhom “jintegraw” salvagwardji ta’ privatezza u ta’ sigurtà permezz ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi (25). F’dan il-qafas, l-inizjattivi li għandhom l-għan li jagħtu pariri lil dawk ikkonċernati dwar il-ħtieġa li jħassru kwalunkwe dejta personali qabel ir-rimi ta’ WEEE (inklużi l-produtturi li jipprovdu softwer bla ħlas għal dan il-għan) ukoll għandhom ikunu mħeġġa u appoġġati (26).

IV.   KONKLUŻJONIJIET

35.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, u l-KEPD ikunu involuti mill-qrib f’inizjattivi relatati mar-rimi ta’ WEEE, permezz ta’ konsultazzjoni fi stadju kmieni biżżejjed qabel l-iżvilupp ta’ miżuri rilevanti.

36.

Meta jqis il-kuntest li fih tiġi pproċessata d-dejta personali, il-KEPD jagħti parir li l-Proposta għandha tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi:

li jistabbilixxu li d-Direttiva dwar il-WEEE tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE;

li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ apparat użat li qabel ma jkunx għadda minn miżuri ta’ sigurtà xierqa, f’konformità mal-aħħar standards tekniċi sofistikati sabiex titħassar kwalunkwe dejta personali li jista’ jkun fih;

li jirrigwardaw il-prinċipju ta’ “Privatezza skont id-disinn” jew “sigurtà skont id-disinn”: safejn huwa possibbli, il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu integrati “awtomatikament” fid-disinn ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, sabiex jippermettu lill-utenti li jħassru – permezz ta’ mezz sempliċi u mingħajr ħlas – dejta personali li tista’ tkun preżenti fl-apparat f’każ li jintrema.

37.

Il-KEPD jirrakkomanda bil-qawwi, għalhekk, li l-Proposta tiġi emendata, f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE, kif ġej:

—   Premessa (11):

“Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE. Peress li t-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) huwa grupp wiesa’ ta’ prodotti li jinkludi sensiela differenti ta’ mezzi li jistgħu jaħżnu dejta personali (bħal tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet), l-operazzjonijiet ta’ rimi relatati miegħu, b’mod partikolari l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tiegħu, jistgħu joħolqu riskji ta’ aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali maħżuna f’WEEE. Għaldaqstant, safejn huwa possibbli, salvagwardji ta’ privatezza u ta’ protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu integrati awtomatikament fid-disinn ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li kapaċi jaħżen dejta personali, sabiex jippermettu lill-utenti li jħassru – b’mod sempliċi u mingħajr ħlas – dejta personali bħal din li tista’ tkun preżenti meta jintrema l-apparat.”;

—   Artikolu 2 (3):

“Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE.”;

38.

Barra minn hekk, il-KEPD iqis xieraq li jiġu kkunsidrati dawn l-emendi li ġejjin:

—   Artikolu 4 (2):

“L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu miżuri għall-promozzjoni tad-disinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li jiffaċilita t-tħassir ta’ kwalunkwe dejta personali li tkun tinsab fl-EEE meta dan jintrema”;

—   Artikolu 8 (7):

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe WEEE miġbur li jkun fih dejta personali li jiġi ttrattat sabiex ikun riċiklat jew użat mill-ġdid ma jinbiegħx sakemm dik id-dejta ma tkunx tneħħiet permezz tal-Aqwa Tekniki Disponibbli.”;

—   Artikolu 14 (6):

“L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-utenti ta’ EEE li jkun fih dejta personali jingħataw informazzjoni mill-produtturi u/jew distributuri waqt il-bejgħ, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu, rigward il-ħtieġa li titħassar dejta personali li tista’ tkun fl-EEE qabel ma dan jintrema”.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2008) 810 finali.

(2)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individw[i] fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Ara QĠE, 23.2.1999, C-42/97 Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, [1999] Ġabra I-869, punt 43.

(5)  Ara wkoll, inter alia, QĠE, 30.1.2001, C-36/98 Spanja vs Il-Kunsill, [2001] Ġabra I-779, punt 59: “Jekk l-eżami ta’ att Komunitarju juri li huwa jfittex li jilħaq għan doppju jew li għandu komponent doppju u jekk wieħed minnhom jista’ jiġi identifikat bħala l-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ikun biss aċċessorju, l-att għandu jkun imsejjes fuq bażi legali waħdanija, jiġifieri dik rikjesta mill-għan jew komponent ewlieni jew predominanti” (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(6)  Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta’ tfassil mill-ġdid għall-atti legali, ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(7)  Ara d-dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart elettriku u elettroniku (WEEE) (tfassil mill-ġdid). Evalwazzjoni tal-Impatt, 3.12.2008 (COM(2008) 810 finali) SEC(2008) 2933, p. 17.

(8)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)  Għad-definizzjoni ta’ “kontrollur” ara l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE.

(10)  Ara l-Artikolu 8, Direttiva 95/46/KE.

(11)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar l-istabbiliment ta’ Aġenzija għal sistemi tal-IT fuq skala kbira (ĠU C 70, 19.3.2010, p. 13), punti 46 u 47; l-Opinjoni dwar il-proposta għal Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU C 128, 6.6.2009, p. 20), punti 27-31.

(12)  Ara l-Artikolu 3 tal-istess Direttiva.

(13)  Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.

(14)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkompanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (tfassil mill-ġdid), SEC(2008) 2933, 3.12.2008; iżda ara l-Università tan-Nazzjonijiet Uniti, 2008 Reviżjoni tad-Direttiva 2002/96/KE dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE), Kummissjoni Ewropea, il-Belġju, 2007, p. 273 (http://ec.europa.eu/environment/waste/weee/pdf/final_rep_unu.pdf); “Is-sigurtà tad-dejta hija kwistjoni wkoll – it-tneħħija ta’ dejta personali minn hard-drive”.

(15)  Ara, eż., l-artikolu online tal-BBC “Children's files on eBay computer”, tal-4 ta’ Mejju 2007, li jirrapporta li kompjuter li kien fih dejta personali dwar il-fostering u l-adozzjoni ta’ tfal inbiegħ fuq l-eBay (http://news.bbc.co.uk/2/hi/uk_news/england/6627265.stm); ara wkoll l-artikolu online tal-BBC “Bank customer data sold on eBay” tas-26 ta’ Awwissu 2008, li rrapporta li l-hard disk li kien fih id-dejta personali ta’ miljun klijent ta’ bank inbiegħ fuq eBay (http://news.bbc.co.uk/2/hi/uk_news/7581540.stm).

(16)  Ara HP, Konsultazzjoni tal-Partijiet Interessanti dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE), pp. 7-8; DELL (abbozz ta’ kummenti), Għażliet tal-Politika ta’ Reviżjoni dwar il-WEEE tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE), p. 2, punt 1.1. u 4, punt 1.3. (3.6.2008); Pożizzjoni u Proposta tar-Royal Philips Electronics, konsultazzjoni tal-Partijiet Interessati dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva WEEE, p. 12 (5.6.2008) (http://circa.europa.eu/Public/irc/env/weee_2008_review/library). Ara wkoll ir-Rispons tal-Konsultazzjoni dwar il-WEEE, Sommarju tat-tweġibiet u r-rispons tal-Gvernijiet għar-raba’ konsultazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2002/96/KE u 2003/108/KE dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku, Diċembru 2006, p. 30: “Protezzjoni u sigurtà tad-dejta. Xi kumpaniji tal-ġestjoni tal-iskart jixtiequ li toħroġ xi gwida dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li sejrin ikunu qegħdin jimmaniġġjaw dejta sensittiva” (http://www.berr.gov.uk/files/file35961.pdf).

(17)  Landesbeauftragter für Datenschutz und Informationsfreiheit Bremen, Entwicklung eines Konzeptes zur Löschung und Datenträgervernichtung durch Behörden und Unternehmen, 16. Mai 2007 (http://www.datenschutz-bremen.de/rtf/datenloeschung.rtf); Garante per la protezione dei dati personali, Skart tat-Tagħmir Elettriku u Elettroniku u l-Protezzjoni tad-Dejta, 13 ta’ Ottubru 2008 (http://www.garanteprivacy.it/garante/doc.jsp?ID=1583482), imsemmi wkoll fit-Tnax-il Rapport Annwali tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, 16 ta’ Ġunju 2009, p. 57; ara wkoll Grupp ta’ Ħidma Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u t-Telekomunikazzjonijiet, Rakkomandazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-Iskart Elettroniku, Sofia, 12–13.3.2009 (http://www.datenschutz-berlin.de/attachments/650/675.38.14.pdf?1264671551).

(18)  “Il-kunċett ta’ kontrollur huwa […] funzjonali, fis-sens li huwa maħsub sabiex jalloka responsabbiltajiet meta l-influwenza fattwali hija, u għaldaqstant ibbażata fuq analiżi fattwali aktar milli waħda formali”: ara Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, WP 169, Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ “kontrollur” u “proċessur”, adottata fis-16 ta’ Frar 2010.

(19)  Ara, e.ż., Il-KEPD u r-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku tal-UE. Dokument ta’ politika, 28 ta’ April 2008, p. 2; Opinjoni tal-KEPD dwar is-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ĠU C 47, 25.2.2010, p. 6); Opinjoni tal-KEPD dwar il-farmakoviġilanza (ĠU C 229, 23.9.2009, p. 19).

(20)  Favur applikazzjoni wiesgħa tal-prinċipju ara l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Artikolu 29 – Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja, Il-Futur tal-Privatezza. Kontribuzzjoni konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni ta’ dejta personali, WP 168, adottat fl-1 ta’ Diċembru 2009, p. 3 u 12; ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ prinċipji dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta f’applikazzjonijiet appoġġati mill-identifikazzjoni ta’ frekwenza tar-radju, C(2009) 3200 finali, p. 8.

(21)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġenda Ewropea għar-Riċerka dwar is-Sigurtà u l-Innovazzjoni – il-pożizzjoni inizjali tal-Kummissjoni dwar is-sejbiet ewlenin u r-rakkomandazzjonijiet tal-ESRIF, COM(2009) 691 finali, p. 6 u 14.

(22)  Ara wkoll KEPD, Opinjoni tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-promozzjoni tal-fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni permezz tat-trawwim tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza.

(23)  Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10): “[…] il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-apparat f'ċerti klassijiet ta' tagħmir jew tipi partikolari ta' apparat għandu jkun hekk mibni biex […] jinkorpora salvagwardji biex jiżgura li data personali u l-privatezza tal-utent u tal-abbonat ikun protetti”.

(24)  “Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b'tali mod li huwa kompatibbli mad-dritt tal-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-data personali tagħhom, skont id-Direttiva 1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet”. Ara wkoll il-Premessa 46 tal-istess Direttiva, imsemmija fin-nota 13 ta’ qiegħ il-paġna.

(25)  Favur din il-perspettiva ta’ politika ara wkoll V. Reding, Diskors Prinċipali fil-Jum iddedikat lill-Protezzjoni tad-Dejta, 28 ta’ Jannar 2010, Parlament Ewropew, Brussell, DISKORS/10/16: “Il-kumpaniji għandhom jużaw is-setgħa ta’ innovazzjoni tagħhom sabiex itejbu l-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali mill-bidu nett taċ-ċiklu ta’ żvilupp. Il-Privatezza skont id-Disinn huwa prinċipju li huwa fl-interess kemm taċ-ċittadini kif ukoll tal-kumpaniji. Il-Privatezza skont id-Disinn għandha twassal għal protezzjoni aqwa għall-individwi, kif ukoll għal fiduċja u kunfidenza f’servizzi u prodotti ġodda li min-naħa tagħhom ikollhom impatt pożittiv fuq l-ekonomija. Rajt xi eżempji inkoraġġanti, iżda għad fadal ħafna xi jsir”.

(26)  Ara, eż., Royal Canadian Mounted Police, B2-002 — IT Media Overwrite and Secure Erase Products (05/2009), fuq http://www.rcmp-grc.gc.ca/ts-st/pubs/it-ti-sec/index-eng.htm


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/22


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2010/C 280/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 42/10

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Tuki maataloustuotannon lopettamiseen

Il-bażi legali

Laki maatalouden harjoittamisesta luopumisen tukemisesta (612/2006), sellaisena kuin se on viimeksi muutettuna lailla (1787/2009); Valtioneuvoston asetus maatalouden harjoittamisesta luopumisen tukemisesta (25/2007).

It-tip tal-miżura

Appoġġ għal irtirar kmieni

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

EUR 184 miljun

L-intensità

varjabbli

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Helsinki

SUOMI/FINLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 131/10

Stat Membru

Il-Bulgarija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Държавна помощ за компенсиране на загуби, понесени от селскостопанските производители в напълно опустошени райони вследствие на природни бедствия или неблагоприятни климатични условия (нотификация на изменение)

Il-bażi legali

Чл. 12, ал. 1, т. 2 и чл. 12, ал. 2, т. 1, буква „а“ от Закона за подпомагане на земеделските производители, ДВ 58/98

Указания за предоставяне на държавна помощ за компенсиране на загуби в следствие на природни бедствия и неблагоприятни климатични условия

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Kundizzjonijiet tat-temp avversi, diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit totali: BGN 600 (f’miljuni)

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Държавен фонд „Земеделие“

Бул. „Цар Борис III“ № 136

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 133/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Il-Provinċja awtonoma ta’ Bolzano

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Disciplina degli aiuti regionali in materia di foreste

Il-bażi legali

Legge Provinciale del 21.10.1996«Ordinamento Forestale» decreto del Presidente della Giunta provinciale 31 luglio 2000, n. 29 Regolamento all’ordinamento forestale 2000; Programma di sviluppo rurale 2007-2013, misure 111, 122, 123 settore Foreste, 125 Settore Foreste, 226, 227

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Għajnuna lis-settur tal-forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Ammont massimu kumplessiv: EUR 30 miljun

L-intensità

Massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta’ żmien

2010-2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Provincia Autonoma di Bolzano Ripartizione Foreste

Ufficio economia montana

Via Brennero 6

39100 Bolzano BZ

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.6.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 148/10

Stat Membru

l-Italja

Reġjun

Provincia autonoma di Trento

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ricostituzione del potenziale forestale e interventi preventivi

Il-bażi legali

Piano di sviluppo rurale della Provincia autonoma di Trento 2007-2013 (Misura 226)

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Għajnuna għas-settur tal-forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Nefqa massima annwali: EUR 3,25 miljuni

Ammont massimu kumplessiv: EUR 13-il miljun

L-intensità

Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta’ żmien

31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Provincia autonoma di Trento

Piazza Dante 5

38122 Trento TN

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.6.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 209/10

Stat Membru

Franza

Reġjun

Départements de Charente-Maritime, Vendée et Gironde

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides aux exploitants agricoles victimes des inondations marines causées par la tempête Xynthia du 28 février 2010.

Il-bażi legali

Articles L 361-1 et s. du code rural (le budget nécessaire aux aides d’État affectées à ce dispositif sera prélevé sur le fonds national de garantie des calamités agricoles).

Articles L 1511-2 à 1511-6 du code général des collectivités territoriales et L 3231-2 et suivants.

Arrêté interministériel du 1er mars 2010 de reconnaissance de catastrophe naturelle.

Arrêté interministériel du 11 mars 2010 de reconnaissance de catastrophe naturelle.

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Għajnuna bħala kumpens għall-ħsarat fil-produzzjoni agrikola

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

L-estimi

Massimu ta’ EUR 43 000 000

L-intensità

Massimu ta’ 60 %

It-tul ta’ żmien

4 snin

Setturi ekonomiċi

L-Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

78 rue de Varenne

75349 Paris 07 SP

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/26


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2010/C 280/04

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.7.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 414/09

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides de l’Agence de l’eau Artois-Picardie aux engagements agro-environnementaux dans le bassin Artois Picardie (EAEAP)

Il-bażi legali

Loi no 2006-1772 du 30 décembre 2006 sur l’eau et les milieux aquatiques (JORF no 303 du 31 décembre 2006)

Proposition de dispositif pour des aides agro-environnementales de l’agence de l’eau Artois-Picardie

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Għajnuna għall-miżuri agroambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Nefqa annwali: EUR 21,33 miljun

 

Ammont kumplessiv: EUR 64 miljun

L-intensità

Massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta’ żmien

2010-2012

Setturi ekonomiċi

Settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Agence de l’eau Artois-Picardie

200 rue Marceline BP 818

59508 Douai

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.2.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 582/09

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sardenja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ristrutturazione dell’azienda «Cooperativa viticultori della Planargia»

Il-bażi legali

Legge regionale 19 gennaio 1998, n. 4 «Interventi a favore dì aziende agricole in difficoltà»

Legge regionale 29 maggio 2007, n. 2 «Legge finanziaria 2007» — articolo 21

Decreto dell’Assessore n. 2532/DecA/105 del 13.10.2009

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ristrutturar ta' impriża f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju dirett

L-estimi

EUR 294 540

L-intensità

75 %

It-tul ta’ żmien

Wara l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura (vitikulturali)

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09126 Cagliari CA

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.7.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

NN 26/10

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Vrácení části spotřební daně na pohonné hmoty spotřebované při zemědělské produkci (změna režimu podpory č. N 678/07)

Il-bażi legali

Zákon č. 353/2003 Sb., o spotřebních daních, ve znění pozdějších předpisů

Vyhláška 48/2008 Sb., o způsobu výpočtu nároku na vrácení spotřební daně zaplacené v cenách některých minerálních olejů spotřebovaných v zemědělské prvovýrobě

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Għajnuna marbuta mal-eżenzjonijiet mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-estimi

 

Total: CZK 6 800 miljun (madwar EUR 272 miljun)

 

Annwali: CZK 1 700 miljun (madwar EUR 68 miljun)

L-intensità

60 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta’ żmien

Sal-31 ta' Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.7.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 213/10

Stat Membru

L-Estonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Eesti maaelu arengukava 2007–2013 meede 2.7 „Natura 2000 toetus erametsamaale”

Il-bażi legali

Eesti maaelu arengukava 2007–2013, peatükk 5.3.2.2; Põllumajandusministri 11.3.2010. aasta määrus nr 26 „Natura 2000 alal asuva erametsamaa kohta antava toetuse saamise nõuded, toetuse taotlemise ja taotluse menetlemise täpsem kord”; Euroopa Liidu ühise põllumajanduspoliitika rakendamise seadus.

It-tip tal-miżura

Għajnuna lis-settur tal-forestrija

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit totali ta’ EEK 326 miljun (bejn wieħed u ieħor EUR 20,8 miljun)

L-intensità

Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

It-tul ta’ żmien

Mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva 3

51009 Tartu

EESTI/ESTONIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/29


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2010/C 280/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.8.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 83/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sardinja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto alla ristrutturazione a favore dell’Unione Pastori Società Cooperativa Agricola, registrata nella Z.I Taccu — Nurri Cagliari

Il-bażi legali

Legge regionale 19 gennaio 1998«Interventi a favore delle aziende agricole in difficoltà»

Articolo 21 della legge regionale 29 maggio 2007, n. 2

Decreto regionale n. 343/DecA/7 del 4 febbraio 2010

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ristrutturar ta’ intrapriża medja

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

EUR 1 miljun

L-intensità

33,3 % tal-ispejjeż kollha tar-ristrutturar (EUR 3 miljuni)

It-tul ta’ żmien

Għajnuna ad hoc

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Autonoma Sardegna

Assessorato dell’Agricoltura

Via Pessagno 4

09125 Cagliari CA

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/30


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2010/C 280/06

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

7.4.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 716/09

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Περιοχές που επλήγησαν από τις πυρκαγιές του 2009

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Πρόγραμμα κρατικών οικονομικών ενισχύσεων για την αντιστάθμιση ζημιών από πυρκαγιές έτους 2009

Il-bażi legali

Σχέδιο ΚΥΑ για τη λήψη μέτρων υπέρ των παραγωγών της χώρας των οποίων οι γεωργοκτηνοτροφικές τους εκμεταλλεύσεις ζημιώθηκαν από πυρκαγιές κατά το έτος 2009

It-tip tal-miżura

Kumpens għall-ħsara li rriżultat minn okkorrenza eċċezzjonali fuq il-mezzi tal-produzzjoni agrikola

L-għan

Okkorrenzi eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit kumplessiv ta' EUR 8 000 000

L-intensità

Il-produtturi li sofrew ħsarat ta' mill-anqas 30 %, ser ikollhom id-dritt li jirċievu l-għajnuna. L-intensità tal-għajnuna se tiddependi fuq it-tip tal-oġġett li ġratlu l-ħsara u se tvarja bejn 50 % u 80 %

It-tul ta' żmien

Mill-approvazzjoni tal-iskema sal-31 ta' Diċembru 2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

α. Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων

Αχαρνών 2

101 76 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

β. ΕΛΓΑ

Μεσογείων 45

115 10 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/31


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Ottubru 2010

2010/C 280/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4089

JPY

Yen Ġappuniż

114,28

DKK

Krona Daniża

7,4564

GBP

Lira Sterlina

0,87750

SEK

Krona Żvediża

9,2230

CHF

Frank Żvizzeru

1,3423

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0925

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,515

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

274,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7097

PLN

Zloty Pollakk

3,9050

RON

Leu Rumen

4,2765

TRY

Lira Turka

1,9808

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4142

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4165

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9300

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8565

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8244

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 564,64

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5833

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3568

HRK

Kuna Kroata

7,3355

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 530,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,3443

PHP

Peso Filippin

60,847

RUB

Rouble Russu

42,5650

THB

Baht Tajlandiż

42,015

BRL

Real Brażiljan

2,3369

MXN

Peso Messikan

17,4580

INR

Rupi Indjan

62,1320


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2010

It-tnedija mill-ġdid tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 għall-Kompetittività u t-Tkabbir Sostenibbli tal-Industrija tal-Karozzi fl-Unjoni Ewropea

2010/C 280/08

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 173 tat-Trattat ta l-kariga lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri li jiżguraw li jkun hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 191 tat-TFUE jistipula li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' miżuri li jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent u jikkontrollaw il-bidla fil-klima.

(2)

Bħala parti mill-politika industrijali tal-Kummissjoni, il-proċess CARS 21 (“Sistema Regolatorja Kompetittiva għall-Karozzi għas-seklu 21”), li oriġinarjament tnieda fl-2005, ressaq rakkomandazzjonijiet għall-politika pubblika għal żmien qasir, medju u għat-tul fil-qafas regolatorju għall-industrija tal-karozzi tal-Unjoni Ewropea li ttejjeb il-kompetittività u l-impjiegi globali filwaqt li tappoġġja iktar progress fil-prestazzjoni tas-sigurtà u dik ambjentali bi prezz li huwa raġonevoli għall-konsumatur.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “EWROPA 2020 – strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (1) il-Kummissjoni tippreżenta proposti biex timmodernizza u tiddekarbonizza s-settur tat-trasport u biex tippromwovi teknoloġiji ġodda inklużi karozzi elettriċi. L-Inizjattiva Prinċipali “Politika Industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni” timmira li tistabbilixxi politika industrijali li toħloq l-aħjar ambjent għaż-żamma u l-iżvilupp ta' bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva u ddiversifikata fl-Ewropa kif ukoll għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà permezz ta' appoġġ għat-tranżizzjoni tas-setturi tal-manifattura għal effiċjenza ikbar fir-rigward tal-enerġija u r-riżorsi. L-Inizjattiva Prinċipali “Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi” se tinkoraġġixxi miżuri tal-infrastruttura li jvarjaw bħall-iskjerament ta' infrastrutturi ta' netwerks ta' mobbiltà elettrika, ġestjoni intelliġenti tat-traffiku u fuq kollox il-promozzjoni ta' teknoloġiji ġodda inklużi karozzi bl-elettriku u dawk ibridi.

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea dwar vetturi ta' enerġija nadifa u effiċjenti” (2) tiddefinixxi miri għal żmien qasir u għat-tul bħala appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, għat-tfittxija ta' soluzzjonijiet għall-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, għall-istimulazzjoni tal-impjiegi u l-inkoraġġiment ta' domanda għal vetturi li ma jniġġsux l-ambjent fis-suq mill-konsumaturi.

(5)

Għalhekk hu neċessarju li jitwaqqaf grupp ta' esperti fil-qasam tal-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-industrija tal-Unjoni Ewropea tal-karozzi, li jissejjes fuq il-proċess CARS 21, u li jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(6)

Il-grupp għandu jgħin fl-identifikazzjoni tal-politiki u l-miżuri fil-livell tal-Unjoni Ewropea, fil-livell nazzjonali u billi partijiet interessati oħra jrawmu l-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-industrija tal-karozzi tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u partijiet interessati rilevanti tal-industrija u s-soċjetà ċivili, partikolarment rappreżentanti tal-konsumaturi, tat-trejdjunjins u tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-grupp, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom, tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli ta' Proċedura interni tagħha (3).

(9)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (4).

(10)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni se tikkunsidra jkunx għaqli li dan il-perjodu jiġi estiż,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp

Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir Sostenibbli tal-Industrija tal-Karozzi fl-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem jissejjaħ “il-grupp”, li qabel kien jeżisti fuq bażi informali bit-titolu “Sistema Regolatorja Kompetittiva għall-Karozzi għas-seklu 21”, b'hekk qed jitnieda mill-ġdid.

Artikolu 2

Il-kompiti

Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

1.

li jassisti lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet relatati mal-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-industrija tal-karozzi;

2.

li jwettaq analiżi ekonomika u statistika tal-fatturi li jiddeterminaw il-bidliet strutturali fis-settur tal-karozzi, kif ukoll fatturi oħrajn li jinfluwenzaw il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija tal-karozzi fl-Unjoni Ewropea;

3.

li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-politika stabbilita mill-istrateġija EWROPA 2020, l-inizjattiva prinċipali tagħha dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti, l-inizjattiva tagħha dwar politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar vetturi ta' enerġija nadifa u effiċjenti COM(2010) 186 biex tintlaħaq il-mira li tinżamm industrija kompetittiva u sostenibbli tal-karozzi fl-Unjoni Ewropea;

4.

li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' tranżizzjoni ekonomika u soċjali mingħajr intoppi u bbilanċjata, permezz ta' antiċipazzjoni u ġestjoni proattivi ta' proċessi ta' ristrutturar, tal-bżonnijiet tal-ħiliet u l-bżonnijiet relatati ta' kwalifiki, b'kunsiderazzjoni tar-riżultati tas-“Sħubija Ewropea għall-Antiċipazzjoni tal-Bidla fis-settur tal-Karozzi”;

5.

li jifformula sett ta' rakkomandazzjonijiet politiċi speċifiċi għas-settur indirizzati lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-Unjoni Ewropea u dak nazzjonali, kif ukoll lill-industrija u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

6.

li jiżviluppa prinċipji ta' mġiba tajba biex tiġi promossa t-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali u kuntrattwali bejn il-partijiet fi ftehimiet vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur;

7.

li jagħti pariri dwar aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2020 tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Artikolu 3

Is-Sħubija – il-Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn numru ta' membri li ma jaqbiżx l-40.

2.   Dawn il-membri għandhom ikunu individwi li jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom. Kull membru tal-grupp għandu jinnomina rappreżentant personali f'sottogrupp preparatorju permanenti minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-sottogrupp preparatorju”.

3.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost partijiet interessati ta' livell għoli b'kompetenza u responsabbiltà f'oqsma li huma relatati mal-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-industrija tal-karozzi fl-UE. Il-kompożizzjoni għandha tirrifletti rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' partijiet interessati differenti. Għandhom jinkludu rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, l-atturi fil-katina tal-valur industrijali, it-trejdjunjins u s-soċjetà ċivili (organizzazzjonijiet nongovernattivi u konsumaturi).

4.   Il-membri jinħatru għal perjodu ta' sentejn. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded.

5.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

6.   L-ismijiet ta' individwi maħtura f'kapaċità personali għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti u entitajiet simili oħra tal-Kummissjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Reġistru”.

7.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

It-tħaddim

1.   Il-president tal-grupp għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Is-sottogrupp preparatorju għandu jipprepara d-diskussjonijiet, id-dokumenti ta' pożizzjoni u l-pariri għall-azzjonijiet u l-miżuri politiċi li għandhom jiġu rakkomandati mill-grupp. Għal dan il-għan, għandu jaħdem mill-qrib mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

3.   Il-grupp jista', bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, iwaqqaf gruppi ta' ħidma, barra mis-sottogrupp preparatorju, biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-kompiti tal-grupp u abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-grupp. Tali gruppi ta' ħidma għandhom jiġu xolti hekk kif jilħqu l-għan tagħhom.

4.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti jew osservaturi esterni għall-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tas-sottogrupp tal-grupp jew tal-gruppi ta' ħidma. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jagħti status ta' osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta' esperti, l-aġenziji tal-UE u l-pajjiżi tal-adeżjoni.

5.   Il-membri tal-gruppi ta’ esperti u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli implimentattivi taggħom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-ħarsien ta' tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa kollha.

6.   L-informazzjoni miksuba minn parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet jew fil-ħidma tal-grupp jew gruppi ad hoc jew sottogruppi ma tistax tiġi żvelata, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni tittratta kwistjonijiet kunfidenzjali.

7.   Il-laqgħat tal-grupp, tas-sottogrupp preparatorju u tal-gruppi ta' ħidma għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi ta' segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni b'interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp, tas-sottogrupp preparatorju u tal-gruppi ta' ħidma.

8.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (5).

9.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq il-grupp, jew billi tinkludih fir-Reġistru jew permezz ta' link mir-Reġistru li tieħdok f'sit elettroniku apposta. Ir-rapport finali għandu jkun ippubblikat kmieni kemm jista' jkun wara l-laqgħa finali tal-grupp.

Artikolu 5

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborsati mill-Kummissjoni skont id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborsati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 6

L-applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta’ Ottubru 2012.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  COM(2010) 2020.

(2)  COM(2010) 186.

(3)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 55/61, 5.3.2010, p. 61.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5927 – BASF/Cognis)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 280/09

1.

Fit-8 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha BASF SE (“BASF”, il-Ġermanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Cognis GmbH (“Cognis”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal BASF: kimiċi, plastiks, prodotti tal-prestazzjoni, soluzzjonijiet agrikoli u funzjonali, żejt u gass,

għal Cognis: kimiċi ta' speċjalità u ingredjenti nutrizzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5927 – BASF/Cognis, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5982 – CVCII/Advance Properties/Huvepharma)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 280/10

1.

Fit-8 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Citigroup Venture Capital International Investment G.P. Limited (“CVCII”, Jersey), ikkontrollata minn Citigroup, Inc. (l-Istati Uniti), u Advance Properties OOD (“Advance Properties”, il-Belġju), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Huvepharma AD (“Huvepharma”, il-Bulgarija), bħalissa taħt il-kontroll konġunt ta' Advance Properties, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Citigroup: il-forniment ta' servizzi finanzjarji inkluż servizzi bankarji, senserija u l-ġestjoni ta' fondi privati ta' ekwità,

Advance Properties: investimenti fl-oqsma tal-farmaċewtiċi, il-proprjetà immobbli, l-enerġija u n-negozju tat-tbaħħir,

Huvepharma: farmaċewtiċi b'attenzjoni fuq is-saħħa tal-annimali u prodotti ta' nutrizzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5982 – CVCII/Advance Properties/Huvepharma, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/37


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2), tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2010/C 280/11

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jiddikjara li rċieva talba għall-awtorizazzjoni għall-prospettar ta' idrokarburi ġewwa parti minn żona mmarkata P18 fuq il-pjanta mehmuża mal-Anness 3 għar-Regolament dwar l-Esplorazzjoni tal-Minjieri (Mjinbouwregeling, Stcrt. 2002, Nru 245), minn hawn 'il quddiem imsejħa “settur sekondarju P18b”.

Skont id-Direttiva 94/22/KE msemmija hawn fuq u l-Artikolu 15 tal-Att dwar l-Esplorazzjoni tal-Minjieri (Mijnbouwwet, Stb. 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi jistieden il-partijiet interessati biex jippreżentaw talba għall-awtorizzazzjoni kompetittiva għall-prospettar tal-idrokarburi fis-settur sekondarju P18b tal-Blata Kontinentali Olandiża.

Is-settur sekondarju P18b huwa dilimitat permezz tal-arki tal-paralleli li jaqdu l-pari tal-punti A-B u H-I, permezz tal-arki tal-meridjani li jgħaqqdu l-pari tal-punti B-C, G-H u A-I, permezz tal-arki taċ-ċrieki kbar li jgħaqqdu l-punti C-D u E-F, permezz tal-arki taċ-ċirku 1 li jgħaddi mill-punti D u E, u permezz tal-arki taċ-ċirku 2 li jgħaddi mill-punti F u G.

Il-koordinati ta' dawn il-punti huma dawn li ġejjin:

Punt

°

″ Lvant

°

″ Tramuntana

A

3

40

0,000

52

10

0,000

B

3

47

0,000

52

10

0,000

C

3

47

0,000

52

4

21,072

D

3

47

16,385

52

4

16,801

E

3

51

32,620

52

6

15,485

F

3

51

40,829

52

6

37,449

G

4

0

0,000

52

4

48,172

H

4

0

0,000

52

0

0,000

I

3

40

0,000

52

0

0,000

Il-koordinati taċ-ċentru tal-arki taċ-ċirku 1 huma dawn li ġejjin: 3° 54′ 0,000″ Lvant, 52° 1′ 30,000″ Tramuntana; l-arki taċ-ċirku 1 fih raġġ ta' 5 mili nawtiċi.

Il-koordinati taċ-ċentru tal-arki taċ-ċirku 2 huma dawn li ġejjin: 3° 53′ 34,000″ Lvant, 52° 1′ 46,000″ Tramuntana; l-arki taċ-ċirku 2 fih raġġ ta' 5 mili nawtiċi.

Il-pożizzjoni ta' dawn il-punti hija espressa bil-forma ta' koordinanti ġeografiċi stabbiliti skont speċifikazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Referenza Terrestrijali.

L-erja tas-settur sekondarju P18b hija ta' 313,2 km2.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u l-eżiġenzi msemmija fl-Artikolu 5(1) u 5(2), u l-Artikolu 6(2), tad-Direttiva msemmija hawn fuq, huma stipulati fl-Att dwar l-Esplorazzjoni tal-Minjieri (Mijnbouwwet, Stb. 2002, Nru 542).

It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien tlettax-il ġimgħa mill-pubblikazzjoni tal-istedina preżenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van J. C. De Groot, directeur Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EJ Den Haag

NEDERLAND

It-talbiet ippreżentati wara dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar it-talbiet se tittieħed mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara dan il-perjodu.

Aktar tagħrif iddettaljat jista' jinkiseb minn għand is-Sur E. J. Hoppel, fuq in-numru tat-telefon +31 703797088.


Rettifika

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/39


Rettifika għall-Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali kif provdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 275 tat-12 ta’ Ottubru 2010 )

2010/C 280/12

Fil-paġni: 11, 13 u 15, il-frażi “L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru:” għandha tiġi mħassra.