ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.274.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
9 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 274/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 260, 25.9.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 274/02

Kawżi magħquda C-395/08 u C-396/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte d’appello di Roma — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08) (Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas dwar xogħol part-time — Trattament ugwali bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time — Kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex tinkiseb pensjoni ta’ rtirar — Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma — Diskriminazzjoni)

2

2010/C 274/03

Kawża C-293/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ġunju 2010 — Gebhard Stark vs D.A.S. Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG

2

2010/C 274/04

Kawża C-312/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Land Nordrhein-Westfalen vs Melanie Klinz

3

2010/C 274/05

Kawża C-313/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Land Nordrhein-Westfalen vs Sylvia Jansen

4

2010/C 274/06

Kawża C-323/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

5

2010/C 274/07

Kawża C-324/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

6

2010/C 274/08

Kawża C-325/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Doux Geflügel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

6

2010/C 274/09

Kawża C-326/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

6

2010/C 274/10

Kawża C-335/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de apel Craiova (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan

7

2010/C 274/11

Kawża C-336/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac

7

2010/C 274/12

Kawża C-344/10: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 minn Freixenet, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-27 ta’ April 2010 fil-Kawża T-109/08 — Freixenet vs UASI

8

2010/C 274/13

Kawża C-345/10 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 minn Freixenet, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-27 ta’ April 2010 fil-Kawża T-110/08 — Freixenet vs UASI

9

2010/C 274/14

Kawża C-351/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Lulju 2010 — Zollamt Linz Wels

10

2010/C 274/15

Kawża C-361/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid) vs L-Istat tal-Belġju

11

2010/C 274/16

Kawża C-375/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

11

2010/C 274/17

Kawża C-377/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Lulju 2010 — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova u Administrația Fondului pentru Mediu

12

2010/C 274/18

Kawża C-381/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Astrid Preissl KEG

12

2010/C 274/19

Kawża C-382/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van-Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth

13

2010/C 274/20

Kawża C-383/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

13

2010/C 274/21

Kawża C-385/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2010 — Elenca Srl vs Ministero dell’Interno

14

2010/C 274/22

Kawża C-389/10 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 minn KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-25/05: KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2010/C 274/23

Kawża C-390/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

16

2010/C 274/24

Kawża C-391/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

16

2010/C 274/25

Kawża C-393/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-4 ta’ Awissu 2010 — Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

17

2010/C 274/26

Kawża C-394/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

17

2010/C 274/27

Kawża C-395/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

18

2010/C 274/28

Kawża C-396/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

18

2010/C 274/29

Kawża C-398/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

19

2010/C 274/30

Kawża C-404/10 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-237/05, Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni

19

2010/C 274/31

Kawża C-407/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

20

2010/C 274/32

Kawża C-408/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

20

2010/C 274/33

Kawża C-409/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Haptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH

21

2010/C 274/34

Kawża C-411/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-18 ta’ Awissu 2010 — NS vs Secretary of State for the Home Department

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 274/35

Kawża T-386/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Ċaħda ta’ ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi — Inammissibbiltà)

23

2010/C 274/36

Kawża T-261/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 — Brinkmann vs Il-Ġermanja (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Inkompetenza manifesta)

23

2010/C 274/37

Kawża T-268/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ġunju 2010 — PPG u SNF vs ECHA

23

2010/C 274/38

Kawża T-308/10 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Mejju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-30/08, Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

24

2010/C 274/39

Kawża T-315/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni

25

2010/C 274/40

Kawża T-316/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — HIM vs Il-Kummissjoni

25

2010/C 274/41

Kawża T-324/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2010 — Van Parys vs Il-Kummissjoni

26

2010/C 274/42

Kawża T-331/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awissu 2010 — Yoshida Metal Industry vs UASI — Pi-Design (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)

27

2010/C 274/43

Kawża T-333/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2010 — ATC et vs Il-Kummissjoni

28

2010/C 274/44

Kawża T-336/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)

29

2010/C 274/45

Kawża T-272/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Pineapple Trademarks vs UASI — Dalmau Salmons (KUSTOM)

30

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 274/46

Kawża F-45/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Mandt vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni tas-superstiti — Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 18 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-persunal — Konjuġi superstiti — Rikonoxximent tal-kwalità ta’ konjuġi superstiti lil żewġ persuni — Tnaqqis għal 50 % — Aspettattivi leġittimi — Regola tal-konkordanza)

31

2010/C 274/47

Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 — Tomas vs Il-Parlament Ewropew (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Tkeċċija — Rabta’ ta’ fiduċja — Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament — Assenza)

31

2010/C 274/48

Kawża F-97/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Füller-Tomlinson vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Ex-membru tal-persunal temporanju — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika — Tul tal-proċedura ntiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda)

32

2010/C 274/49

Kawża F-40/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Časta vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali — Talba għal eżami mill-ġdid — Obbligu ta’ motivazzjoni — Esperjenza professjonali meħtieġa — Ċertifikat ippreżentat tard — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

32

2010/C 274/50

Kawża F-47/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Fries Guggenheim vs Cedefop (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal — Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal — Funzjoni ta’ rapprażentanza tal-persunal — Dmir ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza)

33

2010/C 274/51

Kawża F-64/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2010 — Mantzouratos vs Il-Parlament

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/1


2010/C 274/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 260, 25.9.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 246, 11.9.2010

ĠU C 234, 28.8.2010

ĠU C 221, 14.8.2010

ĠU C 209, 31.7.2010

ĠU C 195, 17.7.2010

ĠU C 179, 3.7.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte d’appello di Roma — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08)

(Kawżi magħquda C-395/08 u C-396/08) (1)

(Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol part-time - Trattament ugwali bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time - Kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex tinkiseb pensjoni ta’ rtirar - Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma - Diskriminazzjoni)

2010/C 274/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuti: Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Roma — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Anness: il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time (ĠU L 1, p. 9) — Ħaddiema part-time li jaħdmu xi xhur fis-sena u li ma jaħdmux il-kumplament tas-sena — Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma mill-kalkolu tal-pensjoni tal-anzjanità

Dispożittiv

(1)

Fir-rigward tal-pensjonijiet ta’ rtirar, il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-ħaddiema part-time vertikali li jalterna, teskludi l-perijodi mhux maħduma mill-kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex jinkiseb dritt għal tali pensjoni, kemm-il darba tali trattament differenti ma huwiex iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi.

(2)

Fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija inkompatibbli mal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time anness mad-Direttiva 97/81, il-klawżoli 1 u 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li anki dawn jipprekludu tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ġunju 2010 — Gebhard Stark vs D.A.S. Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG

(Kawża C-293/10)

()

2010/C 274/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gebhard Stark

Konvenuta: D.A.S. Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 158k(2) tal-Versicherungsvertragsgesetz (Liġi fuq il-poloz tal-assigurazzjonijiet) u klawżola, ibbażata fuq din il-liġi, inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-assiguratur ta’ protezzjoni legali, ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar, li permezz tagħha jista’ jiġi stabbilit li l-assigurat għandu jagħżel, għar-rappreżentazzjoni tal-interessi tiegħu fil-proċeduri amministrattivi jew legali, persuna li hija professjonalment awtorizzata għal dan il-għan li tkun stabbilita fil-post fejn tinsab il-qorti jew l-awtorità amministrattiva li hija kompetenti tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 87/334/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Land Nordrhein-Westfalen vs Melanie Klinz

(Kawża C-312/10)

()

2010/C 274/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenuta: Melanie Klinz

Domandi preliminari

Domanda 1

(a)

Huwa kompatibbli mal-finalità tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, (1) meta fil-kuntest ta’ evalwazzjoni legali tal-kwistjoni dwar jekk, f’każ partikolari, tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat, huwiex iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim-Qafas, li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni fid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi tiġdid tal-kuntratt, mingħajr kunsiderazzjoni għan-numru ta’ kuntratti għal żmien determinat li ppreċedew dan it-tiġdid ta’ kuntratt, jew

(b)

il-finalità tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas, li hija l-prevenzjoni ta’ abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, teżiġi li jkun hemm rekwiżiti iktar stretti tal-kunċett ta’ “raġuni oġġettiva” fil-każ ta’ numru ikbar ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li ppreċedew dak li għandu jiġi evalwat jew ta’ perijodi itwal li matul tagħhom l-impjegat ikkonċernat kien diġà impjegat b’kuntratti suċċessivi għal żmien determinat?

Domanda 2

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(7) tal-Liġi Ġermaniża dwar ix-xogħol part-time u kuntratti għal żmien determinat (Gesetz über Teilzeitarbiet und befristete Arbeitsverträge, iktar ’il quddiem it-“TzBfG”) li tiġġustifika kuntratti ta’ xogħol suċċessivi fis-settur pubbliku biss għar-“raġuni oġġettiva” li l-impjegat jitħallas mill-fondi tal-baġit li, skont id-dritt tal-finanzi pubbliċi, huma previsti għall-impjieg għal żmien determinat, filwaqt li fil-każ ta’ impjegati fis-settur privat tali raġunijiet ekonomiċi ma jitqiesux bħala “raġunijiet oġġettivi”?

Domanda 3

(a)

Id-dispożizzjoni msemmija fid-domanda 2 (f’dan il-każ, dik tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(7) tat-TzBfG) hija kompatibbli mal-Ftehim-Qafas jekk ir-regola tal-baġit li jirreferi għaliha l-Artikolu 14(1)(7) tat-TzBfG tikkostitwixxi għan suffiċjentement speċifiku li jiġġustifika l-kuntratti għal żmien determinat, b’konnessjoni partikolari mal-attività inkwistjoni u mal-kundizzjonijiet għat-twettiq tiegħu fis-seħħ (ara d-dispożittiv 1 tas-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2006, Adenele et, C-212/04, Ġabra p. I-6057)?

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(a):

(b)

Hemm għan suffiċjentement speċifiku meta l-Liġi tal-Finanzi, bħal fil-każ inkwistjoni, l-Artikolu 7(3) tal-Liġi tal-Finanzi tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen (“HG NRW 2004/2005”) sempliċement tipprovdi li l-fondi tal-baġit huma intiżi għall-attività għal żmien determinat bħala “persunal temporanju”?

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(b):

(c)

Dan japplika wkoll jekk l-attività ta’ “persunal temporanju” tiġi interpretata fis-sens li ma tfissirx biss għal attività li sservi sabiex tkopri żieda temporanja fix-xogħol jew telf temporanju ta’ membru tal-persunal permanenti, iżda li tkopri wkoll sitwazzjoni li fiha l-impjegat huwa mħallas mill-fondi tal-baġit li saru disponibbli minħabba n-nuqqas temporanju ta’ membru tal-persunal permanenti li jokkupa l-istess kariga, minkejja li l-“membru tal-persunal bil-kuntratt” huwa inkarigat li jwettaq kompiti normali u permanenti u ma għandu ebda konnessjoni mal-attività tal-membru tal-persunal li mhuwiex preżenti jew

(d)

l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “membru tal-persunal bil-kuntratt” imsemmi fid-domanda 3(c) tmur kontra l-finalità tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, li hija l-prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, kif ukoll tal-prinċipju stabbilit fis-sentenza tat-23 ta’ April 2009, Angelidaki et (dispożittiv 2 tal-Kawżi magħquda C-378/07 sa C-380/07, Ġabra p. I-3071), li jipprovdi li l-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim-Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss tipprekludi li leġiżlazzoni nazzjonali tiġi applikata “b’tali mod li t-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, fis-settur pubbliku, jitqies li huwa ġustifikat minħabba ‘raġunijiet oġġettivi’ fis-sens tal-imsemmija klawżola għar-raġuni biss li dawn il-kuntratti jkunu bbażati fuq dispożizzjonijiet legali li jippermettu t-tiġdid tagħom sabiex jissodisfaw ċerti bżonnijiet provviżorji, filwaqt li fir-realtà, l-imsemmija bżonnijiet ikunu permanenti u fit-tul”?

Domanda 4

Stat Membru jikser il-klawżola 8(3) tal-Ftehim-Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, meta jintroduċi, fil-liġi intiża li tittrasponi d-Direttiva 1999/70/KE fid-dritt nazzjonali, raġuni għal xogħol għal żmien determinat bħar-raġuni tad-dritt tal-baġit imsemmija fid-domanda 2, li tapplika b’mod ġenerali għas-settur pubbliku kollu, iżda li qabel l-adozzjoni tal-imsemmija direttiva, kienet tapplika biss f’forma paragunabbli fir-rigward ta’ ċerti partijiet tas-settur pubbliku (l-edukazzjoni terzjarja)? Tali ksur jimplika obbligu li ma tiġix applikata dispożizzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Land Nordrhein-Westfalen vs Sylvia Jansen

(Kawża C-313/10)

()

2010/C 274/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenuta: Sylvia Jansen

Domandi preliminari

Domanda 1

(a)

Huwa kompatibbli mal-finalità tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, (1) meta fil-kuntest ta’ evalwazzjoni legali tal-kwistjoni dwar jekk, f’każ partikolari, tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat, huwiex iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim-Qafas, li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni fid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi tiġdid tal-kuntratt, mingħajr kunsiderazzjoni għan-numru ta’ kuntratti għal żmien determinat li ppreċedew dan it-tiġdid ta’ kuntratt, jew

(b)

il-finalità tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas, li hija l-prevenzjoni ta’ abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, teżiġi li jkun hemm rekwiżiti iktar stretti tal-kunċett ta’ “raġuni oġġettiva” fil-każ ta’ numru ikbar ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li ppreċedew dak li għandu jiġi evalwat jew ta’ perijodi itwal li matul tagħhom l-impjegat ikkonċernat kien diġà impjegat b’kuntratti suċċessivi għal żmien determinat?

Domanda 2

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(7) tal-Liġi Ġermaniża dwar ix-xogħol part-time u kuntratti għal żmien determinat (Gesetz über Teilzeitarbiet und befristete Arbeitsverträge, iktar ’il quddiem it-“TzBfG”) li tiġġustifika kuntratti ta’ xogħol suċċessivi fis-settur pubbliku biss għar-“raġuni oġġettiva” li l-impjegat jitħallas mill-fondi tal-baġit li, skont id-dritt tal-finanzi pubbliċi, huma previsti għall-impjieg għal żmien determinat, filwaqt li fil-każ ta’ impjegati fis-settur privat tali raġunijiet ekonomiċi ma jitqiesux bħala “raġunijiet oġġettivi”?

Domanda 3

(a)

Id-dispożizzjoni msemmija fid-domanda 2 (f’dan il-każ, dik tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(7) tat-TzBfG) hija kompatibbli mal-Ftehim-Qafas jekk ir-regola tal-baġit li jirreferi għaliha l-Artikolu 14(1)(7) tat-TzBfG tikkostitwixxi għan suffiċjentement speċifiku li jiġġustifika l-kuntratti għal żmien determinat, b’konnessjoni partikolari mal-attività inkwistjoni u mal-kundizzjonijiet għat-twettiq tiegħu fis-seħħ (ara d-dispożittiv 1 tas-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2006, Adenele et, C-212/04, Ġabra p. I-6057)?

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(a):

(b)

Hemm għan suffiċjentement speċifiku meta l-Liġi tal-Finanzi, bħal fil-każ inkwistjoni, l-Artikolu 7(3) tal-Liġi tal-Finanzi tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen (“HG NRW 2004/2005”) sempliċement tipprovdi li l-fondi tal-baġit huma intiżi għall-attività għal żmien determinat bħala “persunal temporanju”?

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(b):

(c)

Dan japplika wkoll jekk l-attività ta’ “persunal temporanju” tiġi interpretata fis-sens li ma tfissirx biss għal attività li sservi sabiex tkopri żieda temporanja fix-xogħol jew telf temporanju ta’ membru tal-persunal permanenti, iżda li tkopri wkoll sitwazzjoni li fiha l-impjegat huwa mħallas mill-fondi tal-baġit li saru disponibbli minħabba n-nuqqas temporanju ta’ membru tal-persunal permanenti li jokkupa l-istess kariga, minkejja li l-“membru tal-persunal bil-kuntratt” huwa inkarigat li jwettaq kompiti normali u permanenti u ma għandu ebda konnessjoni mal-attività tal-membru tal-persunal li mhuwiex preżenti jew

(d)

l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “membru tal-persunal bil-kuntratt” imsemmi fid-domanda 3(c) tmur kontra l-finalità tal-Ftehim-Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, li hija l-prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, kif ukoll tal-prinċipju stabbilit fis-sentenza tat-23 ta’ April 2009, Angelidaki et (dispożittiv 2 tal-Kawżi magħquda C-378/07 sa C-380/07, Ġabra p. I-3071), li jipprovdi li l-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim-Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss tipprekludi li leġiżlazzoni nazzjonali tiġi applikata “b’tali mod li t-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, fis-settur pubbliku, jitqies li huwa ġustifikat minħabba ‘raġunijiet oġġettivi’ fis-sens tal-imsemmija klawżola għar-raġuni biss li dawn il-kuntratti jkunu bbażati fuq dispożizzjonijiet legali li jippermettu t-tiġdid tagħom sabiex jissodisfaw ċerti bżonnijiet provviżorji, filwaqt li fir-realtà, l-imsemmija bżonnijiet ikunu permanenti u fit-tul”?

Domanda 4

Stat Membru jikser il-klawżola 8(3) tal-Ftehim-Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, meta jintroduċi, fil-liġi intiża li tittrasponi d-Direttiva 1999/70/KE fid-dritt nazzjonali, raġuni għal xogħol għal żmien determinat bħar-raġuni tad-dritt tal-baġit imsemmija fid-domanda 2, li tapplika b’mod ġenerali għas-settur pubbliku kollu, iżda li qabel l-adozzjoni tal-imsemmija direttiva, kienet tapplika biss f’forma paragunabbli fir-rigward ta’ ċerti partijiet tas-settur pubbliku (l-edukazzjoni terzjarja)? Tali ksur jimplika obbligu li ma tiġix applikata dispożizzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-323/10)

()

2010/C 274/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domanda preliminari

Karkassa tas-subintestatura 0207 12 90 (1) għandha tkun kompletament (= integralment) imbattla b’mod li jkun dannuż għall-klassifikazzjoni tariffarja tagħha li parti mill-imsaren jew mit-trakea, pereżempju, tkun għadha magħquda mal-karkassa fi tmiem proċess mekkaniku ta’ tbattil?


(1)  ĠU 1999 L 338, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-324/10)

()

2010/C 274/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ kompożizzjoni irregolari fis-sens tal-kodiċi tal-prodott 0207 12 90 9990 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-kodiċi jippermetti li mal-karkassa jistgħu jiżdiedu biss sa massimu ta’ erba’ ġewwieni fost dawk li huwa jindika, kemm ġewwieni waħdu jew diversi flimkien, bil-kundizzjoni li t-total ta’ erbgħa jkun osservat?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: is-subintestatura 0207 12 10 (1) tkopri wkoll karkassi fejn wieħed mill-ġewwieni msemmija f’din is-subintestatura ikun ġie miżjud diversi drabi?


(1)  ĠU L 322, 1 ta’ Diċembru 1998, p. 31.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Doux Geflügel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-325/10)

()

2010/C 274/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doux Geflügel GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domanda preliminari

Sriedaq u tiġieġ li jaqgħu taħt is-subintestatura 0207 12 10 (1) tan-Nomenklatura Magħquda għandhom ikunu ppreżentati kompletament imnittfin jew jista’ jkun aċċettat li xi rix żgħir, rix li jiksi t-tjur, ponot tar-rix u suf ikunu għadhom imwaħħlin mal-karkassa fi tmiem proċedura mekkanika ta’ tnittif?


(1)  ĠU L 338, 30 ta’ Diċembru 1999, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-326/10)

()

2010/C 274/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

Karkassa ta’ tjur li minnha parti mit-tjur li mhijiex aċċettata hija magħquda ma’ wieħed mill-ġewwieni awtorizzati mill-kodiċi tal-prodott 0207 12 90 9990 (1) taqa’ taħt il-lista tal-prodotti tal-Organizzazzjoni komuni tas-suq?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: waqt kontroll doganali intiż sabiex jiġi stabbilit jekk il-merkanzija ppreżentata għall-esportazzjoni hijiex konformi mal-lista tal-prodotti tal-Organizzazzjoni komuni tas-suq imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, marġni ta’ żball jista’ jiġi aċċettat, b’mod li anomalija ma tkunx dannuża f’termini ta’ ħlas lura?


(1)  ĠU L 322, 1 ta’ Diċembru 1998, p. 31.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de apel Craiova (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan

(Kawża C-335/10)

()

2010/C 274/10

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu.

Konvenuta: Claudia Norica Vijulan.

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (l-ex Artikolu 90KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis irregolata mill-OUG Nru 50/2008 kif emendata mill-OUG Nru 218/2008, fejn huma eżentati mill-imsemmija taxxa l-vetturi b’magna M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3, kif ukoll il-vetturi kollha b’magna N1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4, li kienu rreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda mhux il-vetturi bil-mutur użati li huma simili jew kompetituri, li ġejjin minn Stat Membru ieħor u li kienu rreġistrati qabel il-15 ta’ Diċembru 2008, fejn l-imsemmija taxxa tista’ tikkostitwixxi taxxa interna, li tolqot il-beni li ġejjin minn Stati Membri oħrajn, indirettament diskriminatorja meta mqabbla mat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali, li tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali minn vetturi ġodda?

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (l-ex Artikolu 90KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis stabbilita mill-OUG Nru 50/2008 kif emendata mill-OUG Nru 218/2008, fejn huma eżentati mill-imsemmija taxxa l-vetturi b’magna M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3, kif ukoll il-vetturi kollha b’magna N1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4, li kienu rreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda mhux il-vetturi bil-mutur li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk imsemmija hawn fuq, li kienu rreġistrati matul l-istess perijodu fi Stati Membri oħrajn, fejn l-imsemmija taxxa tista’ tikkostitwixxi taxxa interna, li tolqot il-beni li ġejjin minn Stati Membri oħrajn, indirettament diskriminatorja meta mqabbla mat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali, li tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali minn vetturi ġodda?


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac

(Kawża C-336/10)

()

2010/C 274/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Konvenuta: Victor Vinel Ijac

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi Stat Membru milli jistabilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa dwar l-inkwinament irregolata mill-OUG Nru 50/2008, li jissuġġetta r-reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi bil-mutur użati importati u rreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tat-taxxa dwar l-inkwinament, filwaqt li tali taxxa mhijiex dovuta fil-każ ta’ vetturi bil-mutur użati rreġistrati fir-Rumanija meta dawn jinbiegħu u għalhekk jiġu rreġistrati mill-ġdida, peress li tali taxxa tista’ tirrappreżenta taxxa interna fuq beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra li hija indirettament diskriminatorja fir-rigward tat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali?


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/8


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 minn Freixenet, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-27 ta’ April 2010 fil-Kawża T-109/08 — Freixenet vs UASI

(Kawża C-344/10)

()

2010/C 274/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Freixenet, SA (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-27 ta’ April 2010, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2007, u tiddeċiedi li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 32 532 tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 207/2009];

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2010;

f’kull każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka essenzjalment il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u ta’ smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, tal-Artikoli 73 (it-tieni sentenza) u 38(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (1) [li saru l-Artikoli 75 (it-tieni sentenza) u 37(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (2)].

L-ewwel parti ta’ dan l-aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju. Skont l-appellanti, bil-kontra ta’ dak li ddeċiediet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, il-Bord tal-Appell tal-UASI, fid-deċiżjoni li ġiet rinvijata lill-Qorti Ġenerali, kien wettaq evalwazzjoni ġdida tal-karattru distintiv tat-trade mark tal-appellant, mingħajr ma permetta lill-appellanti tifformula osservazzjonijiet dwar dan l-approċċ il-ġdid. F’dan ir-rigward, il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali għad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell ma kinitx eżatta u kienet insuffiċjenti fid-dawl tal-prinċipju tal-lealtà proċedurali u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenza appellata tikser ukoll il-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża u tal-lealtà proċedurali billi ddeċidiet li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) seta’ jikkomunika lill-appellanti sensiela ta’ fatti billi jindika lil din tal-aħħar li kien sejjer jibbaża d-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu fuq dawk il-fatti u b’żieda ma’ dan, wara li rċieva l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-appellanti dwar dawn il-fatti, it-Tribunal ddeċieda li jiskarthom parzjalment u li jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq evalwazzjoni fattwalment u kunċettwalment differenti mingħajr ma ppremetta lill-appellanti tinvoka xi osservazzjoni.

Permezz tat-tieni parti, l-appellanti tallega prinċiplament ksur, mill-Qorti Ġenerali, tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni fis-sens li s-sentenza appellata ma setgħetx tikkunsidra bħala suffiċjentement motivata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b), li ma tippreċiża l-ebda wieħed mid-dokumentazzjoni li fuqha trid tibbaża ruħha, u lanqas li tiddeċiedi li r-riferiment għall-provi kien ser ikun irrilevanti minħabba li l-Ewwel Bord tal-Appell kien allegatament sejjer jibbaża ruħu fuq “konklużjonijiet li jirriżultaw minn esperjenzi prattiċi”. Barra minn hekk, l-inċertezza tal-fatti u tad-dokumentazzjoni li fuhom jibbażaw ruħhom l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u l-Qorti Ġenerali jaffettwaw kemm id-drittijiet tad-difiża kif ukoll ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94, iċċitat iktar ’il fuq.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmi Regolament Nru 40/94. Minkejja li kienet stabbilixxiet, bid-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni hija kkostitwita minn ġabra ta’ elementi ferm karatteristiċi li jiddistingwuha b’mod sinjifikattiv minn preżentazzjonijiet oħra fis-suq, il-Qorti Ġenerali laqgħet biss l-argumenti vagi u ġeneriċi tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) intiżi sabiex iċaħħdu lit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni minn kull natura distintiva. Il-Qorti Ġenerali applikat evalwazzjoni iktar restrittiva, meta mqabbla ma’ dik użata fir-rigward ta’ trade marks oħra iktar tradizzjonali, sabiex jiddeċiedi dwar il-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni. Is-sentenza appellata kisret b’hekk ir-regola tal-evalwazzjoni konkreta tan-natura distintiva tat-trade mark. Min-naħa l-oħra, billi ddeċiediet li l-maġġoranza kbira tal-konsumaturi ma jipperċepixxux l-aspett oriġinali tat-trade mark bħala element utli sabiex jiddeterminaw l-oriġni tal-inbid ifexfex ikkonċernat, iżda jippreferu jirreferu għat-tikketta, it-Qorti Ġenerali eskludiet mill-protezzjoni l-forma tal-preżentazzjoni tal-imballaġġ ta’ prodott, meta tali possibbiltà hija prevista espressament fl-Artikolu 4 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, il-kumpannija appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn is-sentenza appellata titlob li t-trade mark li għaliha tkun saret applikazzjoni għandha tkun kisbet natura distintiva permezz tal-użu f’kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, billi ċaħdet li tirrikonoxxi l-kisba ta’ natura distintiva permezz tal-użu minn proporzjon sinjifikattiv ta’ dawk interessati, filwaqtli rrikonoxxiet fl-istess waqt li t-trade mark tal-appellanti kienet kisbet tali natura distintiva mill-inqas fit-territorju ta’ Spanja, il-Qorti Ġenerali fforumla regola eċċessiva u mhux eżatta fid-dawl tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 01, p. 146.

(2)  ĠU L 78, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/9


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 minn Freixenet, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-27 ta’ April 2010 fil-Kawża T-110/08 — Freixenet vs UASI

(Kawża C-345/10 P)

()

2010/C 274/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Freixenet, SA (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-27 ta’ April 2010, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2007, u tiddeċiedi li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 32 540 tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 207/2009];

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2010;

f’kull każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka essenzjalment il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u ta’ smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, tal-Artikoli 73 (it-tieni sentenza) u 38(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1) [li saru l-Artikoli 75 (it-tieni sentenza) u 37(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (2)].

L-ewwel parti ta’ dan l-aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju. Skont l-appellanti, bil-kontra ta’ dak li ddeċiediet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, il-Bord tal-Appell tal-UASI, fid-deċiżjoni li ġiet rinvijata lill-Qorti Ġenerali, kien wettaq evalwazzjoni ġdida tal-karattru distintiv tat-trade mark tal-appellant, mingħajr ma ppermetta lill-appellanti tifformula osservazzjonijiet dwar dan l-approċċ il-ġdid. F’dan ir-rigward, il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali għad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell ma kinitx eżatta u kienet insuffiċjenti fid-dawl tal-prinċipju tal-lealtà proċedurali u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenza appellata tikser ukoll il-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża u tal-lealtà proċedurali billi ddeċidiet li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) seta’ jikkomunika lill-appellanti sensiela ta’ fatti billi jindika lil din tal-aħħar li kien sejjer jibbaża d-deċiżjoni ta’ rifjut tiegħu fuq dawk il-fatti u b’żieda ma’ dan, wara li rċieva l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-appellanti dwar dawn il-fatti, it-Tribunal ddeċieda li jiskarthom parzjalment u li jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq evalwazzjoni fattwalment u kunċettwalment differenti mingħajr ma ppermetta lill-appellanti tagħmel xi osservazzjoni.

Permezz tat-tieni parti, l-appellanti tallega prinċiplament ksur, mill-Qorti Ġenerali, tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni fis-sens li s-sentenza appellata ma setgħetx tikkunsidra bħala suffiċjentement motivata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b), li ma tippreċiża l-ebda wieħed mid-dokumentazzjoni li fuqha trid tibbaża ruħha, u lanqas li tiddeċiedi li r-riferiment għall-provi kien ser ikun irrilevanti minħabba li l-Ewwel Bord tal-Appell kien allegatament sejjer jibbaża ruħu fuq “konklużjonijiet li jirriżultaw minn esperjenzi prattiċi”. Barra minn hekk, l-inċertezza tal-fatti u tad-dokumentazzjoni li fuhom jibbażaw ruħhom l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u l-Qorti Ġenerali jaffettwaw kemm id-drittijiet tad-difiża kif ukoll ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94, iċċitat iktar ’il fuq.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmi Regolament Nru 40/94. Minkejja li kienet stabbilixxiet, permezz tad-dokumenti ta’ sostenn, li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni hija kkostitwita minn ġabra ta’ elementi ferm karatteristiċi li jiddistingwuha b’mod sinjifikattiv minn preżentazzjonijiet oħra fis-suq, il-Qorti Ġenerali laqgħet biss l-argumenti vagi u ġeneriċi tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) intiżi sabiex iċaħħdu lit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni minn kull karattru distintiv. Il-Qorti Ġenerali applikat evalwazzjoni iktar restrittiva, meta mqabbla ma’ dik użata fir-rigward ta’ trade marks oħra iktar tradizzjonali, sabiex tiddeċiedi dwar il-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni. Is-sentenza appellata kisret b’hekk ir-regola tal-evalwazzjoni konkreta tal-karattru distintiv tat-trade mark. Min-naħa l-oħra, billi ddeċiediet li l-maġġoranza kbira tal-konsumaturi ma jipperċepixxux l-aspett oriġinali tat-trade mark bħala element utli sabiex jiddeterminaw l-oriġni tal-inbid ifexfex ikkonċernat, iżda jippreferu jirreferu għat-tikketta, il-Qorti Ġenerali eskludiet mill-protezzjoni l-forma tal-preżentazzjoni tal-imballaġġ ta’ prodott, meta tali possibbiltà hija prevista espressament fl-Artikolu 4 tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-kumpannija appellanti tinvoka l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn is-sentenza appellata titlob li t-trade mark li għaliha tkun saret applikazzjoni għandha tkun kisbet karattru distintiv permezz tal-użu f’kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, billi ċaħdet li tirrikonoxxi l-kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu minn proporzjon sinjifikattiv ta’ dawk interessati, filwaqtli rrikonoxxiet fl-istess waqt li t-trade mark tal-appellanti kienet kisbet tali karattru distintiv mill-inqas fit-territorju ta’ Spanja, il-Qorti Ġenerali fformulat regola eċċessiva u mhux eżatta fid-dawl tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.

(2)  ĠU L 78, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Lulju 2010 — Zollamt Linz Wels

(Kawża C-351/10)

()

2010/C 274/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zollamt Linz Wels

Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Salzburg

Parti oħra fil-kawża: LAKI D.O.O.E.L.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 558(1) flimkien mal-Artikolu 555(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2913/92 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm użu illegali ta’ mezz ta’ trasport fit-traffiku intern ladarba jkun hemm it-tagħbija tal-mezz ta’ trasport u l-bidu tat-trasport, fil-każijiet fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ta’ traffiku intern bejn żewġ Stati Membri lill-vettura għall-użu kummerċjali, fejn it-tagħbija sseħħ f’wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri, iżda d-destinazzjoni (il-post tal-ħatt) tinsab fi Stat Membru ieħor u ma tkunx ingħatat awtorizazzjoni fir-rigward ta’ dan l-Istat l-ieħor?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 204(1)(a) flimkien mal-Artikolu 215 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, id-dejn doganali jitnissel fl-Istat Membru ta’ tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor id-dazji fuq l-importazzjoni minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, barra minn hekk, l-Artikolu 61 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, l-importazzjoni ssir fl-Istat Membru tat-tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-importazzjoni, minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(3)  ĠU L 347, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid) vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-361/10)

()

2010/C 274/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid).

Konvenut: L-Istat tal-Belġju.

Domandi preliminari

(1)

Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali kkontestat, tat-2 ta’ Ġunju 2008, dwar ċerti standards minimi ta’ sigurtà ta’ ċerti installazzjonijiet elettriċi antiki fuq il-postijiet tax-xogħol, li jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-rejalizzazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi, dwar il-kostruzzjoni ta’ materjal elettriku u dwar il-protezzjonijiet magħquda ma’ dan il-materjal sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema, jikkostitwixxu regoli tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1) u tal-istandards dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni li l-proġetti tagħha għandhom ikunu s-suġġett ta’ notifika skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1) tal-istess direttiva?

(2)

Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali ċċitat iktar ’il fuq tat-2 ta’ Ġunju 2008, huma miżuri, fis-sens tal-Artikolu 1, in fine, tad-Direttiva 98/34/KE iċċitata iktar ’il fuq, li l-Istati Membri jqisu bħala neċessarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni, u b’mod partikolari tal-ħaddiema, waqt l-użu ta’ prodotti u li ma jolqtux il-prodotti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/11


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-375/10)

()

2010/C 274/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE fis-sistema legali interna skada fit-3 ta’ Awwissu 2009.


(1)  ĠU L 184, p. 17


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Lulju 2010 — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova u Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-377/10)

()

2010/C 274/17

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Dolj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Adrian Băilă

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova u Administrația Fondului Pentru Mediu

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (li kien l-Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis introdotta mid-Digriet ta’ urġenza Nru 50/2008, kif emendat bid-Digriet ta’ urġenza Nru 218/2008, li teżenta mill-imsemmija taxxa l-vetturi bil-mutur M1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3 kif ukoll il-vetturi kollha bil-mutur N1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda li tapplika għall-vetturi bil-mutur użati simili jew kompetituri provenjenti minn Stat Membru ieħor irreġistrati qabel il-15 ta’ Diċembru 2008, peress li l-imsemmija taxxa tista’ tammonta għal taxxa nazzjonali li tapplika fuq oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri oħra indirettament diskriminatorja fir-rigward tal-intaxxar tal-prodotti nazzjonali, u b’hekk tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali tal-vetturi bil-mutur ġodda?

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (li kien l-Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis introdotta mid-Digriet ta’ urġenza Nru 50/2008, kif emendat bid-Digriet ta’ urġenza Nru 218/2008, li teżenta mill-imsemmija taxxa l-vetturi bil-mutur M1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3 kif ukoll il-vetturi kollha bil-mutur N1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda li tapplika għall-vetturi bil-mutur li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk indikati iktar ’il fuq, irreġistrati fl-istess perijodu fi Stati Membri oħra, peress li l-imsemmija taxxa tista’ tammonta għal taxxa nazzjonali fuq oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri oħra indirettament diskriminatorja fir-rigward tal-intaxxar tal-prodotti nazzjonali, u b’hekk tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali tal-vetturi bil-mutur ġodda?


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Astrid Preissl KEG

(Kawża C-381/10)

()

2010/C 274/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astrid Preissl KEG

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Domandi preliminari

(1)

Ir-rekwiżit fil-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (1) li “[n]umru adekwat ta’ friskaturi [sinkijiet] … għandhom ikunu ipprovduti b’ilma ġieri, [k]iesaħ u sħun”, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kelma “Handwaschbecken” użata fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża għandha tirreferi għal kwalunkwe installazzjoni għall-ħasil tal-idejn (imqabbda mal-provvista ta’ ilma sħun), jew biss għal sink intiż esklużivament għall-ħasil tal-idejn?

(2)

Liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti tal-iġjene pprovduti fil-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, kif espressi bil-kliem “materjali għat-tindif ta’ l-idejn u għat-tnixxif b’mod iġjeniku” humiex sodisfatti? Din id-dispożizzjoni tal-Anness għandha tiġi interpretata fis-sens li tfisser, pereżempju, li magna tat-tnixxif tal-idejn jew vit tal-ilma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene tal-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jekk il-magna tat-tnixxif tal-idejn jew il-vit tal-ilma jistgħu jintużaw mingħajr ma jintmessu bl-idejn?


(1)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van-Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth

(Kawża C-382/10)

()

2010/C 274/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängigen Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van-Ly Sundara, Alexander Svoboda, Stefan Toth

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Domandi preliminari

(1)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prodotti tal-ikel ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem fit-tifsira tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (1)? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?

(2)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prodott tal-ikel huwiex perikoluż għas-saħħa fit-tifsira tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?

(3)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk ikunx hemm kontaminazzjoni b’tali mod li ċertu prodott tal-ikel ma jistax raġonevolment jibqa’ jitqies bħala li jista’ jiġi kkunsmat f’dak l-istat fit-tifsira tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?


(1)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti [prodotti] tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-383/10)

()

2010/C 274/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Dintilhac, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi introduċa u żamm fis-seħħ sistema li tistabbilixxi l-intaxxar diskriminatorju tal-interessi imħallsa mill-banek mhux residenti permezz tal-applikazzjoni ta’ eżenzjoni fiskali fir-rigward biss tal-interessi mħallsa mill-banek Belġjani, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE rispettivament) u tal-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkontesta d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni inkwantu għandhom l-effett li jiskoraġġixxu r-residenti Belġjani milli jirrikorru għas-servizzi ta’ banek stabbiliti f’pajjiżi tal-Istati Membri tal-Unjoni, peress li l-interessi mħallsa minn dawn tal-aħħar ma jistgħux jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali applikabbli biss fir-rigward tal-interessi mħallsa minn banek Belġjani.

Preliminarjament, il-Kummissjoni tiċħad b’mod partikolari l-argument tal-konvenuta li jipprovdi li l-fiskalità diretta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri u ssostni li dan il-qasam huwa impliċitament iżda neċessarjament inkluż fil-kompetenza tas-suq intern u għalhekk, jikkostitwixxi kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.

Bħala risposta għall-oġġezzjonijiet imqajma mill-awtoritajiet Belġjani, il-Kummissjoni tirrileva, l-ewwel nett, li n-nuqqas ta’ lment dwar dan is-suġġett mis-settur finanzjajru ma huwiex rilevanti sa fejn ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa ta’ natura oġġettiva u għalhekk ma huwiex suġġett għal ilment. It-tieni u t-tielet nett, il-Kummissjoni tikkontesta, minn naħa, l-argument li l-miżuri msemmija iktar ’il fuq huma ġġustifikati minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġi żgurata l-effiċjenza tal-kontrolli fiskali, u min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni li tipprovdi li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija miżura ta’ natura soċjopolitika li tipproteġi l-interess pubbliku. Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tiċħad il-ġustifikazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani marbuta mal-effettività limitata tal-estensjoni ta’ din l-eżenzjoni u ssostni li l-grupp tal-persuni taxxabbli li lilu hija indirizzata din il-miżura jista’ wkoll ikun interessat fis-servizzi tal-banek stabbiliti fi Stati Membri oħra. Il-ħames nett, il-Kummissjoni tqiegħed f’dubju l-argument tal-konvenuta marbut mad-disparità eżistenti fl-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi f’każ ta’ falliment ta’ bank u tfakkar il-fatt li dan il-qasam huwa suġġett għall-armonizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tallega li l-Belġju għandu tliet lingwi uffiċjali (l-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż) u li l-oġġezzjonijiet invokati, marbuta mar-riskju ta’ nuqqas ta’ informazzjoni minħabba l-użu ta’ lingwa mhux mitkellma fil-Belġju mill-bank stabbilit barra l-Belġju, ma hijiex iġġustifikata.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2010 — Elenca Srl vs Ministero dell’Interno

(Kawża C-385/10)

()

2010/C 274/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elenca Srl

Konvenut: Ministero dell’Interno.

Domandi preliminari

(1)

Iċ-ċirkolari kkontestat fl-ewwel istanza u r-regoli nazzjonali li ssir referenza għalihom huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja u mar-regoli li ssir referenza speċifika għalihom? B’mod partikolari, iċ-ċirkolari u r-regoli nazzjonali jiksru l-prinċipji u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 89/106/KEE (1) dwar il-prodotti għall-bini, li bl-ebda mod ma timponi l-użu tas-simbolu KE, iżda, għall-kuntrarju, tipprovdi, (fl-Artikolu 6(1) u (2)) li l-Istati Membri “ma għandhomx iwaqqfu il-moviment liberu, it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tagħhom ta’ prodotti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet” ta’ din id-direttiva, u għandhom jiżguraw li, “l-użu ta’ prodotti bħal dawn, għall-għan li ġew maħsuba għalih, ma jitwaqqfux minn regoli jew kundizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika jew f’isem korp pubbliku fuq bażi tal-pożizzjoni ta’ monopolju” u jippermettu li “prodotti mhux koperti b’Artiklu 4 (2) jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali konsistenti mat-Trattat sakemm ma jingħatax lok mod ieħor mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej li għalihom jirreferi l-Kapitoli II u III”?

(2)

Iċ-ċirkolari kkontestat u r-regoli nazzjonali invokati fih jiksru, b’mod partikolari, l-Artikoli 28 sa 31 tat-Trattat KE, li jipprojbixxu restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet u miżuri li għandhom effett ekwivalenti, sa fejn jissuġġettaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li joriġina minn Stat Membru Komunitarju ieħor, bħal fil-każ preżenti, għal rekwiżit tekniku, speċifikament, l-użu tas-simbolu KE — possibbli u legali biss jekk ikun hemm standard armonizzat korrispondenti — li jwassal għal projbizzjoni tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodott inkwistjoni fuq it-territorju tal-Italja, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti mill-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat KE u mil-liġi Komunitarja, li jiżguraw kompetizzjoni ħielsa, billi jeżiġu prinċipji adegwati li jiżguraw trattament ugwali, kif ukoll trasparenza, proporzjonalità u rispett tad-drittijiet ta’ kull impriża?

(3)

Skont ir-regoli Komunitarji ta’ kompetizzjoni effettiva fil-qasam li jirrigwarda din il-kawża, il-parlament nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi kellhom jevitaw milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi li ssir referenza għalihom fiċ-ċirkolari u fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006?

(4)

Fl-aħħar, il-pluraliżmu u l-kompetizzjoni fil-qasam inkwistjoni li huma żgurati mil-liġi Ewropea, huma protetti mir-regoli nazzjonali — bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 (b’mod partikolari l-Artikolu 285 u l-paragrafi 2.7 u 3.4 tal-Anness IX tat-Taqsima II) — li jistabbilixxu u jimponu r-restrizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/15


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 minn KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-25/05: KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-389/10 P)

()

2010/C 274/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, avukat, A. Winckler, avukat, G. Rizza, avukat, T. Graf, Rechtsanwalt, M. Piergiovanni, avukat, R. Elderkin, Barrister)

Appellata Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza,

sa fejn huwa possibbli, abbażi tal-fatti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni u tnaqqas l-ammont tal-multa ta’ KME, u

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

jew, sussidjarjament, fejn l-istat tal-proċeduri ma jkunx jippermetti hekk,

tannulla s-sentenza, inkluż fil-konfront tal-ordni tal-Qorti Ġenerali lil KME li tħallas l-ispejjeż, u tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni ma kellhiex bżonn turi li l-ftehim kellhom impatt fuq is-suq. Irrispettivament minn jekk din setgħetx tkun eżenti milli tistabbilixxi l-eżistenza tal-impatt fuq is-suq sabiex il-ksur jiġi kklassifikat bħala “gravi ħafna”, il-Kummissjoni ċertament għandha l-obbligu li tistabbilixxi u tikkwantifika dan l-impatt meta, kif għamlet fid-Deċiżjoni, hija jkollha l-intenzjoni li tistrieħ fuq l-impatt reali tal-kartell sabiex tiddetermina l-ammont inizjali tal-multa fuq il-kumpannija minħabba l-gravità. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta sostniet li l-Kummissjoni wriet skont l-istandard legali meħtieġ li l-ftehim kellhom impatt fuq is-suq, u meta qalet li l-Kummissjoni kienet intitolata sabiex tistabilixxi l-eżistenza ta’ impatt fuq is-suq b’riferiment għal sempliċi indikazzjonijiet. Dan l-iżball kien iktar gravi peress li f’dan il-każ KME ressqet evidenza, inkluż ta’ natura ekonomika, li turi li kumplessivement il-ksur ma kellux impatt fuq is-suq. Billi rraġunat hekk u billi ddeċidiet li tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors ta’ KME, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-evidenza li kellha quddiemha, kisret id-dritt tal-Unjoni u pprovdiet motivazzjoni illoġika u mhux adegwata.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli approvat ir-riferiment tal-Kummissjoni — sabiex tiddetermina d-daqs tas-suq affettwat mill-ksur, sabiex tistabilixxi l-element ta’ gravità tal-multa ta’ KME — għal valur tas-suq li kien jinkludi d-dħul tas-suq għal prodotti nofshom maħduma (pajpijiet tar-ram għall-plumbing). Huwa biss il-valur tas-suq affettwat mill-kartell, jiġifieri s-suq għas-servizzi ta’ trasformazzjoni (li jirrappreżenta biss 30-40 % tal-prezz tal-pajpijiet) li kellu jiġi kkunsidrat. Billi ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors ta’ KME, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ġenerali tal-Unjoni ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali, u pprovdiet motivazzjoni mhux adegwata.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti jikkritikaw il-Qorti Ġenerali talli ċaħdet ir-raba’ motiv tar-rikors tagħhom, li kien isostni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-Linji Gwida dwar il-multi tal-1998 u kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali billi imponiet iż-żieda perċentwali massima fl-ammont inizjali tal-multa ta’ KME minħabba dewmien, minkejja li sabet li għal tliet snin l-akkordju kien inattiv u bl-ebda mod ma kellu effetti dannużi. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni u pprovdiet motivazzjoni mhux ċara, illoġika u mhux adegwata sabiex tikkonferma l-parti rilevanti tad-Deċiżjoni.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw il-Qorti Ġenerali talli ċaħdet il-ħames motiv tar-rikors u talli kkonfermat il-partijiet relevanti tad-Deċiżjoni, li fiha l-Kummissjoni — bi ksur tal-Linji Gwida dwar il-multi u tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ trattament ugwali — ċaħdet lil KME il-benefiċċju ta’ tnaqqis tal-multa abbażi tal-applikazzjoni ta’ diversi fatturi attenwanti. L-appellanti jsostnu, b’mod partikolari, li l-Qorti Ġenerali: (1) applikat l-istandard legali żbaljat meta kkunsidrat jekk KME kinitx tikkwalifika għal tnaqqis fil-multa minħabba l-implementazzjoni limitata tal-ftehim, (2) żbaljat billi ma laqgħetx it-talba ta’ KME sabiex titnaqqas il-multa minħabba l-kriżi fl-industrija tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing; u (3) naqset milli tirrimedja għar-rifjut tal-Kummissjoni li tnaqqas il-multa abbażi tal-kooperazzjoni ta’ KME barra mill-ambitu tal-Avviż dwar il-Kooperazzjoni fil-kuntest tal-ftehim Ewropej iktar wiesa’ minħabba l-fatt li Outokumpu kienet l-ewwel impriża li pprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni dwar id-dewmien kollu ta’ dawn il-ftehim.

Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw il-Qorti Ġenerali talli ċaħdet is-seba’ motiv tar-rikors u talli kkonfermat ir-rifjut tal-Kummissjoni li tnaqqas il-multa ta’ KME minħabba li din ma setgħetx tħallas. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi bl-interpretazzjoni tat-test stabbilit fit-Taqsima S(b) tal-Linji Gwida għal tnaqqis tal-multa, minħabba inkapaċità ta’ ħlas, kif ukoll in-nuqqas tagħha li tirrimedja għad-diskriminazzjoni illegali mwettqa mill-Kummissjoni kontra KME meta mqabbla ma’ SGL Carbon fil-kawżi dwar il-grafita speċjali u l-prodotti tal-elettriku u mekkaniċi tal-karbonju u tal-grafita.Il-Qorti Ġenerali pprovdiet ukoll motivazzjoni illoġika u mhux adegwata għar-rifjut tagħha tat-talbiet ta’ KME.

Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni u d-dritt fundamentali tal-appellanti għal stħarriġ ġudizzjarju komplet u effettiv billi naqset milli tevalwa fil-fond u mill-qrib l-argumenti ta’ KME u billi wriet rispett diskriminatorju għad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/16


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-390/10)

()

2010/C 274/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Tikkonstata li billi ma addottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 184, p. 17.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/16


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-391/10)

()

2010/C 274/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1), jew, f’kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 184, p. 17.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-4 ta’ Awissu 2010 — Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

(Kawża C-393/10)

()

2010/C 274/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dermod Patrick O’Brien

Konvenut: Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

Domandi preliminari

(1)

Hija l-liġi nazzjonali li għandha tiddetermina jekk imħallfin, b’mod ġenerali, humiex jew le “ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg” fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, jew teżisti regola Komunitarja li taħtha għandha tiġi deċiża din il-kwistjoni?

(2)

Jekk l-imħallfin, b’mod ġenerali, huma ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, il-liġi nazzjonali tista’ tiddistingwi (a) bejn imħallfin full-time u imħallfin part-time, jew (b) bejn imħallfin part-time taħt sistemi differenti għad-definizzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni?


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/17


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-394/10)

()

2010/C 274/26

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Troosters u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE skada fil-15 ta’ Settembru 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 105, p. 54.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-395/10)

()

2010/C 274/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, Franza naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fl-14 ta’ Mejju 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta ma kinitx għadha adottat il-miżuri ta’ traspożizzjoni meħtieġa jew, f’kull każ, hija ma kinitx ikkomunikathom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 108, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-396/10)

()

2010/C 274/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fl-14 ta’ Mejju 2009. Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri ta’ traspożizzjoni neċessarji jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx ikkomunikhom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 108, p. 1.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/19


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-398/10)

()

2010/C 274/29

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u A. Alcover San Pedro, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstatata li billi ma adottatx il-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil Komunità Ewropea (Inspire), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ Mejju 2009.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/19


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-237/05, Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-404/10 P)

()

2010/C 274/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, O. Beynet, u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS, Lagardère SCA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010, Kawża T-237/05, Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni, billi annullat d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ April 2005, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti dwar il-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet Nru COMP/M.2978;

tiċħad ir-rikors għal annullament tal-appellata ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tieħu deċiżjoni definittiva fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tindika żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, l-appellanti sostniet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) għal dak li jirrigwarda n-nuqqas li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89 (2) dwar konċentrazzjonijiet bejn impriżi. Fil-fatt, ir-regoli ġenerali dwar id-drittijiet ta’ aċċess għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-proċeduri speċifiċi fil-qasam tal-kompetizzjoni u tal-garanziji ta’ kunfidenzjalità offruti lill-kumpaniji involuti f’konċentrazzjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li għandu ħames partijiet, il-Kummissjoni tallega interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 iċċitat iktar ’il fuq, sa fejn hija kkunsidrat li l-appellanti kellha l-obbligu li twettaq eżami konkret u individwali ta’ kull dokument imsemmi f’talba għal aċċess, anki fil-każijiet li huma manifestament koperti minn eċċezzjoni (l-ewwel parti). Il-Kummissjoni tikkontesta wkoll l-interpretazzjoni restrittiva tal-Qorti Ġenerali tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, investigazzjoni u verifika, liema interpretazzjoni tgħid li din l-eċċezzjoni ma tistax tapplika wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tagħha li ttemm il-proċedura amministrattiva ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni (it-tieni parti). L-appellanti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest billi talbet, minn naħa, eżami konkret u individwali tad-dokumenti mwettaq mill-Kummissjoni, b’deskrizzjoni ta’ kull kontenut u, min-naħa l-oħra, billi talbet il-konsultazzjoni ta’ terzi, minkejja n-natura manifesta tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali (it-tielet parti). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tallega żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali peress li annullat id-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti interni, meta dawn id-dokumenti jaqgħu fl-ambitu tal-eċċezzjoni “proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet” msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) (ir-raba’ parti). Fl-aħħar nett, l-appellanti tinvoka interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq (il-ħames parti).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-407/10)

()

2010/C 274/31

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u E. Randvere)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli tikkomunika l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/47/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007 (li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fil-21 ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU L 247, p. 21.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-408/10)

()

2010/C 274/32

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u E. Randevere)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja ma kkomunikatx il-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/13/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-31 ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU L 76, p. 41.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Haptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH

(Kawża C-409/10)

()

2010/C 274/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Haptzollamt Hamburg-Hafen

Konvenuta: Afasia Knits Deutschland GmbH

Domandi preliminari

(1)

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinanti” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (1), li l-Kummissjoni Ewropea essenzjalment tinkariga ruħha, anki jekk bis-sostenn tal-awtoritajiet lokali, li twettaq il-kontroll a posteriori tal-provi tal-oriġini li ngħataw fil-pajjiż ta’ esportazzjoni u jikkostitwixxi riżultat ta’ kontroll, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk ir-riżultati ta’ kontroll tal-Kummissjoni hekk miksuba huma rreġistrati fi protokoll iffirmat ukoll minn rappreżentant tal-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fil-każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn iċ-ċertifikati preferenzjali maħruġa mill-pajjiż tal-esportazzjoni matul ċertu perijodu ġew annullati peress li l-oriġini tal-merkanzija ma setgħetx tiġi kkonfermata wara kontroll a posteriori anki jekk madankollu ma jistax jiġi eskluż li ċerta merkanzija esportata tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-oriġini, il-persuna taxxabbli tista’, abbażi tat-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li li jwaqqaf il Kodiċi Doganali tal Komunità (2), tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali billi ssostni li ċ-ċertifikati ta’ oriġini preferenzjali li ġew ippreżentati fil-każ tagħha setgħu kienu korretti u li għalhekk kienu bbażati fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur?


(1)  Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-18 ta’ Awissu 2010 — NS vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-411/10)

()

2010/C 274/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NS.

Konvenut: Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

(1)

Deċiżjoni meħuda minn Stat Membru taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill 343/2003 (1) (“ir-Regolament”) jekk għandhiex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil li mhijiex ir-responsabbiltà tiegħu skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament, taqa’ fl-ambitu tad-dritt tal-UE għall-finijiet tal-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija “iva”

(2)

L-obbligu ta’ Stat Membru li josserva d-drittijiet fundamentali tal-UE (inkluż id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 1, 4, 18, 19(2) u 47 tal-Karta) jispiċċa meta dak l-Istat Membru jibgħat lil min ifittex l-ażil lejn l-Istat Membru li l-Artikolu 3(1) jindika bħala l-Istat responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (“l-Istat Responsabbli”), tkun xi tkun is-sitwazzjoni fl-Istat Responsabbli?

(3)

B’mod partikolari, l-obbligu ta’ osservanza tad-drittijiet fundamentali tal-UE jipprekludi t-tħaddim ta’ preżunzjoni konklussiva li l-Istat Responsabbli josserva (i) id-drittijiet fundamentali taħt l-UE tal-applikant; u/jew (ii) l-istandards minimi imposti mid-Direttivi 2003/9/KE (2) (“id-Direttiva dwar l-akkoljenza”); 2004/83/KE (3) (“id-Direttiva dwar il-kwalifika”) u/jew 2005/85/KE (4) (“id-Direttiva dwar il-proċeduri”) (kollettivament imsejjħa “id-Direttivi”)?

(4)

Alternattivament, Stat Membru huwa obbligat mid-dritt tal-UE, u jekk huwa hekk, f’liema ċirkustanzi, jeżerċita s-setgħa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament sabiex jeżamina u jirrendi ruħu responsabbli għal applikazzjoni, meta trasferiment lejn l-Istat Responsabbli jkun jesponi lill-applikant għal riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, b’mod partikolari d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 1, 4, 18, 19(2), u/jew 47 tal-Karta, u/jew għal riskju li l-istandards minimi stabbiliti fid-Direttivi ma jiġux applikati fil-konfront tiegħu?

(5)

L-ambitu tal-protezzjoni mogħtija lil persuna li fil-konfront tagħha japplika r-Regolament permezz tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, u b’mod partikolari, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 1, 18 u 47 tal-Karta huwa iktar wiegħsa mill-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (“il-Konvenzjoni”)?

(6)

Huwa kompatibbli mad-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta li dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali tirrikjedi lil qorti, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk persuna tistax tiġi legalment spostjata lejn Stat Membru ieħor skont ir-Regolament, tittratta lil dak l-Istat Membru bħala Stat li minnu il-persuna mhijiex sejra tiġi ttrasferita lejn Stat Membru ieħor bi ksur tad-drittijiet tiegħu skont il-Konvenzjoni jew tad-drittijiet tiegħu skont il-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus ta’ Refuġjati?

(7)

Peress li d-domandi preċedenti jirrigwardaw l-obbligi tar-Renju Unit, ir-risposti għad-domandi 2-4 huma b’xi mod ikkwalifikati sabiex jittieħed kont tal-Protokoll (Nru 30) dwar l-applikazzjoni tal-Karta fir-rigward tal-Polonja u tar-Renju Unit?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6 p. 101).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168).


Il-Qorti Ġenerali

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/09) (1)

(Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Ċaħda ta’ ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi - Inammissibbiltà)

2010/C 274/35

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grúas Abril Asistencia, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: R.L. García García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tinforma lir-rikorrenti li l-fatti li hija lmentat dwarhom quddiemha ma jippermettux li tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE, u li għaldaqstant, l-ilment tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 — Brinkmann vs Il-Ġermanja

(Kawża T-261/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Inkompetenza manifesta)

2010/C 274/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Norbert Brinkmann (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Wiegers, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Suġġett

Talba intiża sabiex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-Artikoli 47 u 48a tal-Kodiċi Federali Ġermaniż tan-nutara (Bundesnotarordnung) f’dak li jirrigwarda r-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ġunju 2010 — PPG u SNF vs ECHA

(Kawża T-268/10)

()

2010/C 274/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju) u SNF SAS (Andrezieux Boutheon, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati u P. Sellar, Solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat;

tikkundanna l-ECHA għall-ispejjeż ta’ din il-kawża;

tadotta kull miżura oħra rikjesta mil-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem “ECHA”) li tidentifika l-akrilamidu (CE Nru 201-173-7) (CAS Nru 79 06 1) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji indikati fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem “REACH”), skont l-Artikolu 59 REACH.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat huwa illegali peress li huwa bbażat fuq evalwazzjoni tal-akrilamidu li hija xjentifikament u legalment żbaljata peress li hija bbażata fuq evidenza li ma hijiex suffiċjentement affidabbli u konvinċenti. Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat l-att ikkontestat, bi ksur tal-Artikoli 2(8) u 59 REACH u bi ksur tad-dmir tagħha li, bi premura u imparzjalità, tevalwa l-evidenza.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat jikser diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, peress li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, jiddiskrimina kontra l-akrilamidu meta mqabbel ma’ sustanzi paragunabbli oħra.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat 18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/24


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Mejju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-30/08, Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/10 P)

()

2010/C 274/38

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, Efthimios Bourtzalas, avukat, u Eirini Antipa, avukat)

Appellat: Fotios Nanopoulos (Itzig, il-Lussemburgu)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-11 ta’ Mejju 2010, fil-Kawża F-30/08 Nanopoulos vs Il-Kummissjoni;

fin-nuqqas ta’ dan, tistabbilixxi l-ammont korrett tal-kumpens u

tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fil-11 ta’ Mejju 2010, fil-Kawża F-30/08 Nanopoulos vs Il-Kummissjoni, li ordnat lill-Kummissjoni tħallas lill-konvenut kumpens ta’ EUR 90 000 bħala danni morali u li tbati l-ispejjeż kollha.

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni l-aggravji li ġejjin:

ksur tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għamel żball ta’ liġi meta kkonstata li t-talba magħmula mill-konvenut kellha tiġi kkunsidrata bħala talba għad-danni, mingħajr ma ressaq motivazzjoni;

żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz ikkunsidra li t-talba għad-danni ġiet ippreżentata fil-ħin u li d-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza;

ksur tad-dritt Komunitarju, żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma applikax il-kriterju legali “ksur suffiċjentement serju” u ma spjegax għaliex kien neċessarju li jitbiegħed f’dan il-każ mill-ġurisprudenza eżistenti;

ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ikkunsidra li l-Awtorità tal-Ħatra kienet obbligata tassisti ta’ malajr lill-appellat mingħajr investigazzjoni minn qabel u qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ erba’ xhur previst mill-imsemmi artikolu għal tweġiba ta’ talba;

żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ motivazzjoni sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni kienet responsabbli għall-allegat kxif ta’ informazzjoni fl-istampa u, it-tieni nett, li hija għamlet żball meta bdiet proċeduri dixxiplinari;

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ żball ta’ liġi sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 90 000 għal dannu morali subit mill-appellat.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/10)

()

2010/C 274/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Partouche SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-J. Sebag, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ oppożizzjoni tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2010) 3333 tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea proġett ta’ konċentrazzjoni li bih il-Française des Jeux u l-Groupe Lucien Barrière jiksbu kontroll konġunt tal-impriża Newco inkarigata mill-iżvilupp u l-operat ta’ sit tal-internet tal-powker fi Franza.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tirrinvija l-eżami tal-konċentrazzjoni inkwistjoni lir-Repubblika Franċiża, fid-dawl tal- possibbiltà li jkollha effett sinjifikattiv fuq is-sitwazzjoni kompettiva fi Franza fis-suq inkwistjoni.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — HIM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/10)

()

2010/C 274/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Health Information Management (HIM) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata u, konsegwentement,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas s-somma ta’ EUR 11 821,35 flimkiem mal-interess moratorji bir-rata statutorja fis-seħħ fil-Belġju mis-16 ta’ Ġunju 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, liema ammont ġie stabbilit provviżorjament għas-somma ta’ EUR 5 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob essenzjalment lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li, għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali tar-rikorrenti li għandhom jiġu sostnuti mill-Kummissjoni (fil-kuntest ta’ kuntratti konklużi taħt il-programm speċifiku eTen), jiġifieri l-parti tal-ispejjeż ġenerali li jistgħu jiġu konnessi mas-servizzi tal-persunal li jaħdem fuq il-proġett, is-subappaltaturi ma għandhomx jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti, sa fejn dawn is-subappaltaturi ma jidħlux fi spejjeż generali li jkollha ssostni r-rikorrenti. L-ispejjeż għas-subappaltaturi ma għandhomx, konsegwentement, jiġu inklużi fl-ammont totali tal-ispejjeż tal-persunal li bih l-ammont totali tal-ispejjeż ġenerali huwa diviż sabiex jinkiseb id-denominatur li għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali li huma eliġibbli.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, peress li l-ispejjeż għas-subappaltaturi ma jifformawx parti mill-ispejjeż tal-persunal eliġibbli, il-fatt li s-subappaltaturi jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti fil-kalkolu tal-ammont tal-ispejjeż totali tal-persunal li għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali eliġibbili jwassal għal inkoerenza.

Barra minn hekk, il-fatt li s-subappaltaturi jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti, peress li dan il-metodu għandu l-effett li jżied l-ammont tad-denominatur u, konsegwentement, li jnaqqas proporzjonalment il-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali eliġibbli.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2010 — Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/10)

()

2010/C 274/41

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Léon Van Parys NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Mejju 2010, fil-fajl REC 07/07, li tikkonstata li f’każ speċifiku kien iġġustifikat id-dħul a posteriori fil-kontijiet ta’ dazji fuq l-importazzjoni u li ssir ir-remissjoni ta’ dawn id-dazji fir-rigward ta’ debitur iżda mhux fil-każ ta’ debitur ieħor;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Huwa allegat li, waqt il-perijodu bejn it-22 ta’ Ġunju 1998 u t-8 ta’ Novembru 1999, ir-rikorrenti u l-aġent doganali tagħha ppreżentaw ċertifikati AGRIM Spanjoli foloz lill-awtoritajiet doganali ta’ Antwerp, għall-importazzjoni ta’ banana mill-Ekwador. Minħabba dan, huwa allegat li saret talba mhux iġġustifikata għall-applikazzjoni tat-tariffa preferenzjali.

Iċ-ċertifikati kollha Spanjoli allegatament foloz li taw lok għat-talba għall-irkupru a posteriori inkisbu mir-rikorrenti mingħand l-intermedjarju Portugiż tagħha, li miegħu r-rikorrenti, permezz tas-sussidjarja Taljana tagħha, operat għal ħafna snin għax-xiri ta’ liċenzji Spanjoli u Portugiżi, fil-kapaċita tagħha ta’ rappreżentat fiskali.

L-Awtorità Belġjana għad-Dazju u għas-Sisa ppreżentat talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea, sabiex ma twettaqx irkupru a posteriori u/jew remissjoni fir-rigward tad-dazji doganali miġbura a posteriori., Il-Kummissjoni Ewropea ċaħdet din it-talba fir-rigward tal-importazzjonijiet li twettqu fl-1999. Ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1442/93 u tar-Regolament (KE) Nru 2362/98, u tal-prattiċi kummerċjali rrikonoxxuti kif deskritti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Hija tqis li l-Kummissjoni kisret dawn id-dispożizzjonijiet, li ppermettew ix-xiri tal-użu ta’ liċenzji għall-importazzjoni permezz tal-metodu kummerċjali użat mir-rikorrenti, u konsegwentement ikkonstatat inġustament li r-rikorrenti kienet ħatja ta’ negliġenza.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u ksur tal-prinċijpu ta’ proporzjonalità. Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-falsifikazzjonijiet stabbiliti taċ-ċertifikati ta’ importazzjoni Spanjoli marru lil hinn mir-riskju kummerċjali normali, u li dawn il-falsifikazzjonijiet kellhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu sitwazzjoni partikolari. Mandakollu, ir-rikorrenti tikkontestata l-affermazzjoni li hija naqset milli taġixxi bħala kummerċjant prudenti u li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità ma ġewx sodisfatti.

It-tielet nett, huwa allegat li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-Artikolu 211 tat-Trattat KE u kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u l-priniċipju ġenerali legali ta’ patere legem quam ipse fecisti. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni imponiet fuqha rekwiżiti ta’ diliġenza iktar stretti minn dawk stabbiliti mil-liġi u iktar stretti minn dawk imposti normalment f’dan il-qasam, filwaqt li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Spanjoli naqsu milli jissodisfaw l-obbligi statutorji tagħhom stess.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ttrattat b’mod mhux ġustifikat l-importazzjonijiet tal-1998 b’mod differenti minn dak li bih ittrattat l-importazzjonijiet tal-1999.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti tallega li kien hemm ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Fl-opinjoni tagħha, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit, mingħajr iktar provi, li ma kien hemm l-ebda żball minn naħa tal-awtoritajiet doganali Spanjoli fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b).

Is-sitt nett, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-forom sostanzjali, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ difiża tagħha.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/27


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awissu 2010 — Yoshida Metal Industry vs UASI — Pi-Design (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)

(Kawża T-331/10)

()

2010/C 274/42

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co., Ltd (Niigata, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Pi-Design AG, (Triengen, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 1235/2008-1;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1371244;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1371244;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurativa li tirrappreżenta wiċċ kopert bi ċrieki suwed għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1371244

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Artikoli huma applikabbli għat-trade mark Komunitarja kkontestata.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/28


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2010 — ATC et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/10)

()

2010/C 274/43

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Animal Trading Company (ATC) BV (Loon op Zand, il-Pajjiżi l-Baxxi), Avicentra NV (Malle, il-Belġju), Borgstein birds and Zoofood Trading VOF (Wamel, il-Pajjiżi l-Baxxi), Bird Trading Company Van der Stappen BV (Dongen, il-Pajjiżi l-Baxxi), New Little Bird’s srl (Anagni, l-Italja), Vogelhuis Kloeg (Zevenbergen, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Pistone Giovanni (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Osse u J. Houdijk, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, irrappreżentati mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-Unjoni Ewropea u/jew lill-Kummissjoni Ewropea tħallas kumpens għad-dannu li ġie subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/760/KE (1), u/jew l-estensjoni tagħha permezz tad-Deċiżjoni 2005/862/KE (2), u/jew id-Deċiżjoni 2006/79/KE (3), u/jew id-Deċiżjoni 2006/405/KE (4), u/jew id-Deċiżjoni 2006/522/KE (5), u/jew id-Deċiżjoni 2007/21/KE (6), u/jew id-Deċiżjoni 2007/183/KE (7), u/jew l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 (8);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Unjoni Ewropea, għall-ispejjeż tal-proċeduri u għall-ispejjeż extraġudizzjarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li ġie subit minnhom minħabba, l-ewwel nett, il-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ għasafar maqbuda fis-selvaġġ, li daħlet fis-seħħ f’Ottubru 2005, it-tieni nett, l-estensjoni ta’ din il-projbizzjoni, it-tielet nett, ir-restrizzjonijet li ilhom fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007 fuq l-importazzjoni ta’ għasafar u li, de facto, jissoktaw bil-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ għasafar maqbuda fis-selvaġġ.

Fir-rigward tal-ewwel parti tar-rikors għad-danni tagħhom, li tikkonċerna l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/570/KE, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kellha biss setgħa diskrezzjonali limitata fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/496 (9) u li l-Kummissjoni eċċediet dawn il-poteri billi pprojbixxiet l-importazzjoni minn pajjiżi li fihom ma kienx hemm infezzjonijiet tal-influwenza tat-tjur jew fejn ma kienx hemm riskju konkret ta’ kontaminazzjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li anki jekk il-Kummissjoni jkollha marġni diskrezzjonali iktar wiesa’ fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha, il-Kummissjoni xorta wettqet ksur suffiċjentement serju. F’dan i-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-poteri tagħha, kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kisret id-dritt ta’ proprjetà u l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, u kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li huma sofrew minn dannu reali u ċert u li kien hemm rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-azzjonijiet illegali tal-Kummissjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-dannu li huma sofrew mhuwiex normali u huwa partikolari peress li jmur lil hinn mir-riskji assoċjati mal-attivitajiet fis-settur ikkonċernat. Fil-fehma tar-rikorrenti, l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni totali fuq l-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi ma kinitx prevedibbli u poġġiet lill-persuni kkonċernati f’pożizzjoni partikolarment żvantaġġuża. Ir-rikorrenti jitolbu li l-Kummissjoni tinsab responsabbli anki jekk jitqies li hija aġixxiet b’mod korrett.

Fit-tieni parti tar-rikors għad-danni tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu subit minħabba l-estensjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi minn pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, huma jinvokaw l-istess tliet motivi li huma invokaw fl-ewwel parti tar-rikors għad-danni tagħhom.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li ġie subit minnhom minħaba r-Regolament (KE) Nru 318/2007, li jipprovdi li l-importazzjoni ta’ għasafar hija limitata għal għasafar li trabbew fil-magħluq u li joriġinaw f’numru żgħir minn pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jonvokaw tliet motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament (KE) Nru 318/2007 ma għandux bażi legali definita. Huma jsostnu li d-Direttivi 91/496/KEE u 92/65/KEE (10) ma għandhomx bażi legali għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 mill-Kummissjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jallegaw li kien hemm ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità, flimkien ma’ ksur tad-dritt għal negozju u d-dritt ta’ proprjetà.

Ir-rikorrenti jkomplu jsostnu li huma sofrew dannu reali u ċert u li kien hemm rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-azzjonijiet illegali tal-Kummissjoni.

It-tielet nett, fil-każ li jitqies li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod korrett, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tistabbilixxi li l-Kummissjoni hija responsabbli għad-dannu subit minħabba r-Regolament (KE) Nru 318/2007.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2005, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (ĠU 2006, L 349M, p. 519).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/862/KE, tat-30 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Deċiżjonijet 2005/759/KE u 2005/760/KE dwar il-miżuri għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur f’għasafar oħra għajr it-tjur ta’ l-irziezet (ĠU 2006, L 349M, p. 641).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/79/KE, tal-31 ta’ Jannar 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom (ĠU 2007, L 118M, p. 138).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/405/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/758/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247KE u 2006/265/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-influenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU 2007, L 118M, p. 858).

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/522/KE, tal-25 ta’ Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE rigward ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ ċerti għasafar ħajjin fil-Komunità (ĠU 2007, L 118M, p. 1006).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/21/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/760/KE rigward il-miżuri ta’ ħarsien li għandhom x’jaqsmu mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u l-importazzjonijiet ta’ għasafar għajr it-tjur fil-Komunità (ĠU L 219M,, p. 30).

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/183/KE, tat-23 ta’ Marzu 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2005/760/KE li għandha x’taqsam ma’ ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (ĠU 2007, L 219M, p. 380).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007, tat-23 ta’ Marzu 2007, li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU 2008, L 56M, p. 165).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p. 58).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 154).


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/29


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)

(Kawża T-336/10)

()

2010/C 274/44

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, D. Stone u L. Ritchie, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gilli Srl (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 832/2008-1, u;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GILLY HICKS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25 u 35 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5194543

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja Nru 3566007 tat-trade mark figurattiva “GILLI”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell ma wettaqx paragun viżiv, fonetiku jew kunċettwali korrett tat-trade marks u konsegwentement wettaq żball fil-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Pineapple Trademarks vs UASI — Dalmau Salmons (KUSTOM)

(Kawża T-272/09) (1)

()

2010/C 274/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Mandt vs Il-Parlament

(Kawża F-45/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tas-superstiti - Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 18 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-persunal - Konjuġi superstiti - Rikonoxximent tal-kwalità ta’ konjuġi superstiti lil żewġ persuni - Tnaqqis għal 50 % - Aspettattivi leġittimi - Regola tal-konkordanza)

2010/C 274/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Wolfgang Mandt (Kreuztal, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Kolb, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: inizjalment K. Zejdová, J. F. de Wachter u U. Rösslein, aġenti, sussegwentement J. F. de Wachter, K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Kurt-Wolfgang Braun Neumann, li miet fid-9 ta’ Ottubru 2009, li ħalla bħala l-unika eredi Shirley Meyer (Bedburg-Hau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-08.02.2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrent li tirrigwarda t-tnaqqis tal-pensjoni tas-superstiti b’50 % — Talba għal ħlas integrali.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet li għandhom l-għan li l-Parlament iħallas lil M. Mandt it-totalità tal-pensjoni tas-superstiti sa fejn dawn it-talbiet ikopru l-perijodu wara l-31 ta’ Ottubru 2009.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti, inkluża l-parti intervenjenti, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 04.08.2007, p. 43


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 — Tomas vs Il-Parlament Ewropew

(Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Tkeċċija - Rabta’ ta’ fiduċja - Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament - Assenza)

2010/C 274/47

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Michalauskas)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi F-116/07 u F-13/08 huma miċħuda.

(2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil Stanislovas Tomas is-somma ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu.

(3)

Il-kumplament tar-rikors F-31/08 huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikorsi kollha F-116/07, F-13/08 u F-31/08.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008 p. 65; ĠU C 142, 07.06.2008, p. 39 u ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

(Kawża F-97/08) (1)

(Servizz pubbliku - Ex-membru tal-persunal temporanju - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Tul tal-proċedura ntiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda)

2010/C 274/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sehem ta’ invalidità permanenti parzjali imputabbli tar-rikorrenti għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20 %, kif ukoll, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Füller-Tomlinson hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009 p. 76.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Časta vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/09) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali - Talba għal eżami mill-ġdid - Obbligu ta’ motivazzjoni - Esperjenza professjonali meħtieġa - Ċertifikat ippreżentat tard - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

2010/C 274/49

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Radek Časta (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Tahotná, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Eggers et M. L. Jelínek, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/107/07-LAW minħabba li ma ssodisfax il-kundizzjoni ta’ 3 snin esperjenza miksuba fil-funzjoni ta’ tmexxija f’livell għoli u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

R. Časta għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009, p. 51.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Fries Guggenheim vs Cedefop

(Kawża F-47/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Funzjoni ta’ rapprażentanza tal-persunal - Dmir ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza)

2010/C 274/50

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Mathias Fries Guggenheim (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent inkwantu membru tal-persunal temporanju u, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħtih kumpens għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

E. Fries Guggenheim huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009, p. 52.


9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2010 — Mantzouratos vs Il-Parlament

(Kawża F-64/10)

()

2010/C 274/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas (punti ta’) mertu minnu;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.