ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.267.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
1 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

2010/C 267/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Għal strumenti aktar adatti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020: il-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni

1

2010/C 267/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Sehem ikbar tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Istrateġija Ewropa 2020

4

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

2010/C 267/03

Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Ġejjieni tal-PAK wara l-2013

6

2010/C 267/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għall-2009-2010: il-pajjiżi kandidati potenzjali

12

2010/C 267/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Pakkett tar-Rebbiegħa: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE biex jitwettqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju

17

2010/C 267/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali

22

2010/C 267/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-rwol tar-riġenerazzjoni urbana fil-ġejjieni tal-iżvilupp urban fl-Ewropa

25

2010/C 267/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-politika tal-UE u l-politika Internazzjonali fil-qasam tal-bijodiversità wara l-2010

33

2010/C 267/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Lejn politika marittima integrata għal governanza aħjar fil-Mediterran

39

2010/C 267/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-kooperazzjoni lokali u reġjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-Unjoni Ewropea

46

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

2010/C 267/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

52

2010/C 267/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

57

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/1


IL-85 SESSJONI PLENARJA FID-9 U L-10 TA’ ĠUNJU 2010

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Għal strumenti aktar adatti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020: il-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni”

(2010/C 267/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   jappoġġja l-proposta li jitnaqqas in-numru globali ta’ linji gwida ġenerali ekonomiċi u tal-impjiegi u li dawn jiġu integrati f’dokument koerenti allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020;

2.   jagħraf illi filwaqt li dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-Istati Membri, l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi implimentata fi sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, li meta jitqiesu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom fl-oqsma koperti minn dawn il-linji gwida u b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huma meħtieġa għat-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, għall-implimentazzjoni tagħhom u l-komunikazzjoni globali tal-Istrateġija;

3.   jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew jirrispettaw u jappoġġjaw l-approċċ minn isfel ’il fuq fl-oqsma ta’ politika rilevanti għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u f’termini ta’ governanza u responsabbiltà għall-Istrateġija Ewropa 2020, billi japplikaw disinn f’diversi livelli u flessibbli għall-inizjattivi prinċipali tal-2020 u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. F’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza li saret dan l-aħħar mill-Parlament Ewropew għall-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istrateġija;

4.   jenfasizza li l-Istrateġija tal-Ewropa 2020 għandha tiġi implimentata b’kunsiderazzjoni adatta tal-għan tal-koeżjoni territorjali rikonoxxut fit-Trattat ta’ Lisbona;

5.   jappella għal kjarifika tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-miżuri proposti fl-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex jiġi żgurat li l-qafas finanzjarju li jmiss jirrifletti għalkollox il-prijoritajiet imressqa fl-Istrateġija Ewropa 2020. Din il-kjarifika għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt tal-istrumenti finanzjarji l-ġodda tal-UE kif ukoll tas-sistema l-ġdida tar-riżorsi għall-UE.

LINJI GWIDA ĠENERALI GĦALL-ISTATI MEMBRI U L-POLITIKI EKONOMIĊI TAL-UE

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

6.   japprova li jkun hemm koordinazzjoni ekonomika u fiskali adegwata kemm fil-livell tal-UE kif ukoll bejn l-Istati Membri biex jittaffew il-problemi li l-finanzi pubbliċi diġà qed jiffaċċjaw fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali;

7.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-UE li tissorvelja aktar mill-qrib id-dixxipplina baġitarja tal-Istati Membri u li tbiddel b’mod sostanzjali r-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji;

8.   jappoġġja l-appell li l-Parlament Ewropew għamel lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 sabiex jivvalutaw il-potenzjal li għandhom il-possibilitajiet differenti ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji biex jikkontribwixxu għall-baġit tal-UE;

9.   jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet li s-Sur Mario Monti għamel fir-rapport tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2010 lill-President Barroso, dwar “Strateġija ġdida għas-suq uniku” favur aktar kooperazzjoni Ewropea dwar it-taxxa sabiex jingħelbu l-ostakli fiskali fis-suq uniku u jiġi indirizzat il-preġudizzju tal-kompetizzjoni fiskali kontra x-xogħol fi ħdan l-UE;

10.   jenfasizza li, l-istabbiltà monetarja fit-tul tista’ tinkiseb biss b’konsolidazzjoni konvinċenti u pakkett ta’ stabbiltà aktar strett. Jista’ jiġi appoġġja bit-tisħiħ tal-prospettivi fit-tul għat-tkabbir fil-pajjiżi u t-territorji kollha tal-UE permezz ta’ taħlita ta’ politiki strutturali għat-tkabbir sostenibbli (l-istrateġiija Ewropa 2020) u l-politika ta’ koeżjoni, li t-tnejn li huma għandhom jingħataw riżorsi adegwati;

11.   jirrakkomanda enfasi iktar qawwija fuq il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li għandhom jiġu mmirati lejn l-investiment pubbliku fis-setturi innovattivi fil-kamp ambjentali u dak soċjali;

12.   jopponi bil-qawwa l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar il-governanza ekonomika msaħħa, li jiġi sospiż il-Fond ta’ Koeżjoni għall-Istati Membri li huma soġġetti għal Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv (EDP). Din il-proposta tkun diskriminatorja minn tliet lati: i) tidentifika l-politika ta’ koeżjoni bħala l-unika politika tal-UE fejn għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet; ii) is-sospensjoni tkun immirata b’mod inġust lejn ir-reġjuni u l-bliet u iii) tkun inġusta meta titqies l-allokazzjoni żbilanċjata tar-riżorsi mill-Fond ta’ Koeżjoni fost l-Istati Membri;

13.   itenni bil-qawwa li l-politika ta’ koeżjoni għandha tissaħħaħ fir-rwol tagħha bħala l-unika politika tal-UE li toffri approċċ integrat, ibbażat fuq il-lokalità lejn żvilupp li jippermetti li l-prijoritajiet Ewropej jingħaqdu mal-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali u li tindirizza t-tnaqqis tad-disparitajiet bejn ir-reġjuni u fi ħdanhom;

14.   iqis li l-valutazzjoni tat-tkabbir m’għandhiex tirreferi biss għaċ-ċifri tal-PDG iżda wkoll għat-tqassim tat-tkabbir u għall-miri li jistgħu jitkejlu għat-tnaqqis tar-riżorsi naturali;

15.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp tal-istrateġiji reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni li jħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-universitajiet u s-settur privat u li jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir sostenibbli tar-reġjuni u l-bliet;

16.   ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà fl-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent. Huma jistgħu jaħsdu benefiċċji importanti mill-bidla neċessarja lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju jekk jiġi stabbilit qafas Ewropew adegwat, li jippermetti l-antiċipazzjoni tal-bidliet teknoloġiċi, kif ukoll l-adattar tal-profili tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku. F’dan il-kuntest, jappoġġja l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki u li dan jiġi estiż għal-livell reġjonali;

17.   iqis l-appoġġ lejn l-intraprenditorija bħala element kruċjali biex l-ideat kreattivi jissarrfu fi prodotti, servizzi u proċessi innovattivi li jistgħu joħolqu tkabbir, impjiegi ta’ kwalità, koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali; barra minn hekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex itejbu l-kondizzjonijiet li fihom jaħdmu l-SMEs b’konformità mal-inizjattiva tas-Small Business Act, l-iktar bl-isfruttar sħiħ tal-potenzjal tas-servizzi tal-gvern-e; jirrikonoxxi wkoll, f’dan il-kuntest, li l-appoġġ lill-intraprendituri nisa jista’ jaqdi rwol importanti li jgħin ’l-ekonomija tikber b’mod intelliġenti. Jitlob Qafas Ewropew għall-Iżvilupp Ekonomiku tan-Nisa bħala mezz biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fl-Istati Membri, jiġi miġġieled il-faqar fost it-tfal, jiġi ffaċilitat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jiġi żviluppat il-potenzjal tat-tkabbir u jissaħħaħ l-iżvilupp reġjonali ta’ bażi dejjem tikber ta’ SMEs.

LINJI GWIDA GĦALL-POLITIKA DWAR L-IMPJIEGI TAL-ISTATI MEMBRI

18.   itenni li billi l-imsieħba soċjali, fosthom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħaddmu ħafna nies fl-Istati Membri tal-UE u minħabba fir-rwol li jaqdu ħafna drabi fil-provvista tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-miżuri li jappoġġjaw is-suq tax-xogħol, huma essenzjali biex jitwettqu l-politiki tal-flessigurtà. Għaldaqstant, ir-reġjuni u l-bliet għandhom ikunu involuti mill-bidu nett tal-proċess tat-tfassil tal-politika sabiex jikkontribwixxu għal swieq tax-xogħol dinamiċi u biex jgħinu liċ-ċittadini jsibu x-xogħol;

19.   jinnota li l-ippjanar u l-iffinanzjar fit-tul tas-sistemi edukattivi pubbliċi, l-infrastrutturi tat-trasport, il-faċilitajiet għall-kura tat-tfal u l-istabbilimenti edukattivi huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ swieq tax-xogħol reġjonali sostenibbli;

20.   ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ċentrali fil-proċess tal-implimentazzjoni biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi marbutin mal-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fiha, kif ukoll biex jiġi evitat li t-tfal iħallu l-iskola qabel iż-żmien;

21.   ifakkar li, f’perjodu fejn il-qgħad qed jiżdied, iż-żgħażagħ qed isibuha diffiċli li jidħlu fis-suq tax-xogħol u għandhom bżonn jifħmu aħjar l-għażliet differenti li għandhom quddiemhom, biex ikollhom transizzjoni mingħajr problemi mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol jew bħala intraprenditur li joħloqu l-impjiegi. Għalhekk jistenna li l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ jiddaħħal fil-linji gwida u li l-intraprenditorija tiġi promossa b’mod aktar attiv fil-livell tal-iskejjel;

22.   jitlob miżuri mmirati lejn il-ħaddiema ta’ ċerta età, li jsibu ruħhom mingħajr impjieg minħabba l-kriżi ekonomika, sabiex jinfetħulhom opportunitajiet oħra ta’ xogħol permezz ta’ ħiliet ġodda u aħjar;

23.   jenfasizza li biex jinkiseb it-tnaqqis propost ta’ 25 % fl-għadd ta’ Ewropej li qed jgħixu taħt il-livell nazzjonali tal-faqar, għandhom jiġu allokati fondi adegwati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, għax dawn għandhom responsabbiltajiet legali biex jagħtu qafas, jiffinanzjaw u jwettqu l-politiki ta’ inklużjoni attiva u jippromovu l-aġenda tax-xogħol deċenti. Is-sena 2010 tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija l-mument adatt biex jiġu enfasizzati dawn il-fatti li qegħdin fil-periklu li jiddeterjoraw minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali;

24.   jisħaq li l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari s-servizzi soċjali, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-adattar għall-bidliet strutturali kif ukoll il-politiki ekonomiċi u dawk tal-inklużjoni kulturali jitwettqu prinċipalment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; għaldaqstant, il-linji gwida għall-impjiegi għandhom jipprovdu qafas u strumenti finanzjarji adatti li jappoġġjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma u jwettqu dawn ir-responsabbiltajiet.

Brussell, 10 ta’ Ġunju 2010

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/4


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Sehem ikbar tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Istrateġija Ewropa 2020”

(2010/C 267/02)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal strateġija għat-tkabbir u l-impjiegi aktar effiċjenti, li għandha tilħaq l-għanijiet il-ġodda ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz ta’ sens ta’ appartenenza qawwi u s-sħubija ta’ diversi livelli ta’ gvern;

2.   jenfasizza li bl-approċċ deċentralizzat tagħha u bis-sistema ta’ governanza f’diversi livelli li tħaddem, il-politika ta’ koeżjoni hija l-unika politika tal-Unjoni Ewropea li tgħaqqad l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-isfidi l-ġodda mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, però teħtieġ finanzjament suffiċjenti. Għalhekk, huwa essenzjali li l-politika ta’ koeżjoni tkompli tkun immirata lejn l-objettivi tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kwalità u l-effiċjenza tal-provvista tas-servizzi pubbliċi;

3.   jipproponi li fil-politika ta’ koeżjoni l-akbar parti tar-riżorsi disponibbli tkompli tiġi allokata lill-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea li l-aktar għandhom bżonn u li għandhom l-aktar problemi, sabiex tgħin fit-tnaqqis tad-differenzi tal-iżvilupp u b’hekk tagħti kontribut prattiku kemm biex tiżgura opportunitajiet ġusti għar-reġjuni kif ukoll biex tinkoraġġixxi s-solidarjetà Ewropea;

4.   jiddispjaċih li l-Istrateġija Ewropa 2020 proposta, b’mod simili għall-Istrateġija ta’ Lisbona, ma tqisx b’mod adegwat ir-rwol u l-kontribut tar-reġjuni u l-bliet bħala gvernijiet sottonazzjonali tas-27 Stat Membru li, minħabba l-kompetenzi leġislattivi nazzjonali rispettivi tagħhom, jistgħu joffru valur miżjud reali biex jintlaħqu l-għanijiet ippjanati fir-rigward tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, l-edukazzjoni, it-tibdil fil-klima, ir-riċerka dwar l-innovazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar;

5.   jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-oqsma ta’ politika rilevanti għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, li ta’ sikwit huma responsabbli għal kompetenzi politiki sostanzjali u jaqdu rwol ċentrali fit-twettiq kemm tal-Istrateġija ta’ Lisbona attwali kif ukoll tal-Istrateġija Ewropa 2020 futura;

6.   jilqa', f’dan ir-rigward, ir-referenza li saret dan l-aħħar mill-Parlament Ewropew għall-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istrateġija u jitlob biex tiġi segwita l-proposta li l-Parlament Ewropew għamel lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew biex jitqiesu l-pariri tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija UE 2020;

PROPOSTA BIEX JIĠI STABBILIT PATT TERRITORJALI TA’ AWTORITAJIET LOKALI U REĠJONALI DWAR L-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

7.   jipproponi appoġġ qawwi għall-proposta mnedija mill-Parlament Ewropew biex jitwaqqaf “Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020” li jkollu l-għan li jiżgura appartenenza f’diversi livelli tal-istrateġija futura permezz ta’ sħubija effettiva bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, speċjalment b’referenza għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miri ewlenin u l-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020; il-Patt Territorjali għandu jiġi megħjun mill-Kumitat tar-Reġjuni li diġà żviluppa Pjattaforma ta’ Monitoraġġ għall-Ewropa 2020 li fiha jipparteċipaw madwar 120 awtorità lokali u reġjonali;

8.   jirrakkomanda li l-attivitajiet ewlenin jinqasmu fi tnejn:

a)

analiżi u implimentazzjoni tal-politika:

sabiex kontinwament jiġu evalwati l-kapaċità u l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Ewropa 2020;

sabiex jitħeġġeġ is-sehem sħiħ tal-gvernijiet reġjonali u lokali biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020, skont il-kompetenzi ta’ kull Stat Membru.

b)

governanza u komunikazzjoni:

sabiex isir kontribut għas-sħubija interistituzzjonali Ewropa 2020 permezz ta’ trijalogu kkoordinat bejn il-Kumitat tar-Reġjuni – bħala l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE – u, fuq naħa, l-istituzzjonijiet Ewropej, u fuq l-oħra, l-Istati Membri;

sabiex tingħata għajnuna biex ir-reġjuni u l-bliet jiġu infurmati bl-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jiġi faċilitat skambju ta’ prattiki tajbin bejn dawk li jfasslu l-politika lokalment u reġjonalment.

9.   iħeġġeġ bil-qawwi lill-Istati Membri biex jgħinu lir-reġjuni u lill-bliet tagħhom jistabbilixxu patti territorjali nazzjonali, sabiex, flimkien mal-gvernijiet ċentrali, jiġu definiti għanijiet u impenji nazzjonali b’konformità mal-miri tal-Ewropa 2020, bir-rispett kollu tal-qafas leġislattiv nazzjonali;

iqis li l-valur miżjud tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għas-seba’ inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jkunu li ġejjin:

10.1   Inizjattiva ewlenija: “Ewropa b’użu effiċjenti ta’ riżorsi”: it-titjib tal-effikaċja tal-Patt tas-Sindki biex jiġi żgurat li l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali jiġu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija, l-iżvilupp, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għat-tibdil fil-klima; l-iżvilupp ta’ infrastruttura li ma tagħmilx ħsara lill-klima fil-kuntest ta’ amministrazzjonijiet reġjonali u lokali; il-promozzjoni tal-akkwist pubbliku ekoloġiku; it-tħeġġiġ ta’ tal-produzzjoni u l-konsum ekoloġiku mill-kumpaniji lokali; it-titjib tal-governanza u s-sensibilizzazzjoni dwar it-tibdil fil-klima;

10.2   Inizjattiva ewlenija: “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni”: titjib tal-qafas leġislattiv dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati, is-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku elettroniku; aktar armonija bejn il-ħajja professjonali u dik familjali permezz ta’ kwalità aħjar tas-servizzi pubbliċi; it-tnaqqis tal-burokrazija, appoġġ għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju permezz ta’ tagħrif, aċċess aħjar għall-kreditu u l-finanzjament, taħriġ u pariri; aktar żvilupp tal-inizjattiva tal-KtR “Reġjun Intraprenditorjali Ewropew” biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitħeġġu jħarsu lejn modi ġodda kif jinħoloq tkabbir ekonomiku fuq żmien twil permezz tal-intraprenditorija;

10.3   Inizjattiva ewlenija: “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”: peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħaddmu ħafna nies fl-Istati Membri tal-UE u minħabba r-rwol li ta’ sikwit jaqdu bħala provvedituri tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta’ miżuri li jappoġġjaw is-suq tax-xogħol, huma essenzjali biex jitwettqu l-politiki tal-flessigurtà; preparazzjoni tan-nies biex jiġu integrati fis-suq tax-xogħol; titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u li l-provvista tal-ħiliet tkun taqbel mas-suq tax-xogħol; l-iżvilupp ta’ “programm Erasmus maħsub għal-ħaddiema taċ-ċivil fil-livell lokali u reġjonali u għar-rappreżentanti eletti” biex isir kontribut lejn l-għarfien aħjar tal-ġestjoni tal-affarijiet pubbliċi;

10.4   Inizjattiva ewlenija: “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar”: l-iżvilupp ta’ aġenda ta’ inklużjoni soċjali fit-territorji sabiex is-servizzi soċjali lokali jkunu aktar effettivi u aċċessibbli għal kulħadd u l-integrazzjoni tan-nies li huma esklużi mis-suq tax-xogħol; komplementarjetà aħjar bejn il-fondi tal-UE li jindirizzaw l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar filwaqt li jintużaw il-kompetenzi legali u l-programmi mfassla apposta għall-bżonnijet lokali; il-ħolqien ta’ dimensjoni ġdida għall-ġlieda kontra l-faqar billi jiġu rikonoxxuti l-bżonnijiet espliċiti tan-nisa fuq il-post tax-xogħol u bħala intraprendituri permezz ta’ Qafas Ewropew ġdid għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Intraprenditorija tan-Nisa; ir-rikonoxximent tal-bżonn li tingħata attenzjoni liż-żgħażagħ u t-tfal; it-twaqqif ta’ osservatorji reġjonali għall-monitoraġġ tal-indikaturi u l-politiki marbutin mal-inklużjoni soċjali;

10.5   Inizjattiva ewlenija: “Unjoni ta’ Innovazzjoni”: riforma tas-sistemi tar-riċerka u l-iżvilupp u tas-sistemi ta’ innovazzjoni; l-iżgurar li r-reġjuni jikkontribwixxu biex jinkisbu l-miri tat-3 %; proġetti reġjonali transkonfinali u l-użu tar-REKT; it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, iċ-ċentri reġjonali tar-riċerka u s-settur privat; it-tisħiħ tal-użu tal-programmi u l-fondi strutturali tal-UE; il-kontribut għall-Ipprogrammar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; is-sehem fis-“Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni”;

10.6   Inizjattiva ewlenija: “Żgħażagħ mobbli”: l-immodernizzar tal-aġenda tal-edukazzjoni ogħla, speċjalment fir-rigward tal-governanza u l-iffinanzjar; skambju tal-aħjar prattiki; kontribut lejn id-dimensjoni reġjonali tal-Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali; aktar żvilupp tal-inizjattiva “Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ”; azzjoni integrata li tkopri l-konsulenza, il-pariri u l-appredistati; il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim permezz ta’ proġetti finanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej;

10.7   Inizjattiva ewlenija: “Aġenda diġitali għall-Ewropa”: interoperabbiltà bejn amministraturi ċentrali, reġjonali u lokali Ewropej; żieda fl-użu tal-e-government biex titjib il-provvista tas-servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni, is-saħħa, l-inklużjoni soċjali, l-ippjanar tat-territorju, eċċ.; titjib tal-litteriżmu fl-ICT; żvilupp ta’ kunċetti li huma assistiti mill-ICT biex jixxerdu u jiġu implimentati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għal proċessi tal-ħajja reali; tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħeġġiġ tat-titjib tal-infrastruttura;

11.   jitlob lill-President tiegħu biex jibgħat din il-proposta għat-twaqqif ta’ “Patt Territorjali ta’ Awtoritajiet Lokali u Reġjonali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020” lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat b’mod adegwat ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Istrateġija Ewropa 2020.

Brussell, 10 ta’ Ġunju 2010

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/6


IL-85 SESSJONI PLENARJA FID-9 U L-10 TA’ ĠUNJU 2010

Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Ġejjieni tal-PAK wara l-2013”

(2010/C 267/03)

I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Kuntest u sfidi

Waqt li l-istat u r-rwol futur tal-agrikoltura fl-Ewropa qed jiġu diskussi minn ħafna nies,

1.   jaħseb li t-tfassil ta’ opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-prinċipji ġenerali u l-għanijiet ewlenin tal-Politika Agrikola Komuni lil hinn mill-2013 huwa konformi mar-rwol u l-prijoritajiet tiegħu;

2.   jaħseb li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-prinċipji u d-direzzjoni li huma mixtieqa qabel ma tinbeda d-diskussjoni dwar il-baġit għal din il-politika;

3.   jinnota li d-dinja bħalissa qed tiffaċċja sensiela ta’ sfidi diversi u sinifikanti ħafna: iż-żjieda fil-popolazzjoni, in-nuqqas ta’ riżorsi tal-ilma, it-tnaqqis gradwali tar-riżorsi ta’ karburanti fossili, id-degradazzjoni tal-ħamrija u t-theddidiet għall-bijodiversità u t-tibdil fil-klima;

4.   jinnota li l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-biedja u t-trobbija tal-annimali llum il-ġurnata (volatilità tas-swieq, tnaqqis fid-dħul agrikolu, il-globalizzazzjoni tal-kummerċ, il-pressjoni demografika u l-kompetizzjoni minn swieq emerġenti, l-għadd jiżdied ta’ kriżijiet tas-saħħa, il-vijabilità u l-modernizzazzjoni tal-iżgħar irziezet u tat-trobbija tal-annimali, it-tfaqqir tal-ħamrija, l-abbandun u s-sostituzzjoni tal-karburanti fossili u kwistjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali oħrajn konnessi mal-kontinwità tal-attività tal-biedja, speċjalment fiż-żoni muntanjużi u fiż-żoni żvantaġġati l-oħra, biex insemmu ftit minnhom) mhumiex l-istess bħal dawk li kienet tiffaċċja fil-passat;

5.   jaħseb li reviżjoni sħiħa tal-Politika Agrikola Komuni hija essenzjali biex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tadatta waqt li tgħin fit-tnaqqis tal-impatt negattiv ta’ żviluppi attwali u futuri fuq in-nies tal-Ewropa u fuq żoni rurali u periurbani. Hemm bżonn jinħoloq tkabbir intelliġenti u sostenibbli b’ikel sigur, bijodiversità u pajsaġġ u ambjent kulturali rikki. Din ir-reviżjoni sħiħa trid tkun imsejsa fuq l-għaxar prinċipji u għanijiet ġenerali li ġejjin;

A.   Politika agrikola li trid tibqa’ politika komuni

6.   jinnota li l-għan ewlieni tal-biedja Ewropea huwa li tipproduċi l-ikel għan-nies fl-Istati Membri filwaqt li jiġu żgurati l-kompetizzjoni ġusta u l-ħarsien tal-ambjent kif ukoll il-konformità mal-istandards ta’ sigurtà, kwalità u prezzijiet affordabbli tal-ikel;

7.   barra minn hekk, jinnota li l-agrikoltura Komunitarja tagħti lis-soċjetà Ewropea sensiela ta’ benefiċċji pubbliċi li mhumiex ippremjati mis-suq (ġestjoni tal-art, ġestjoni tal-pajsaġġ, protezzjoni tal-ambjent u tar-riżorsi naturali, koeżjoni territorjali, eċċ.) u li fihom innifishom huma valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi;

8.   jaħseb li l-agrikoltura u s-settur agroalimentari huma setturi strateġiċi għall-Ewropa u li politika komuni kkoordinata tal-ikel u l-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea hija meħtieġa iktar minn qatt qabel;

9.   jaħseb li għandha tiġi reżistita kull tentazzjoni biex il-Politika Agrikola Komuni terġa’ tiġi nazzjonalizzata, anke parzjalment;

B.   Politika Agrikola Komuni li trid tiżgura li l-Ewropej kollha jkollhom provvista tal-ikel sigura u indipendenti

10.   jaħseb li l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-ikel għandhom jibqgħu għanijiet fundamentali tal-Politika Agrikola Komuni;

11.   jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata diversità, kwalità u sigurtà suffiċjenti tal-produzzjoni fil-livell tal-UE waqt li tingħata attenzjoni biex kemm jista’ jkun tinżamm distribuzzjoni ottimali fl-Istati Membri u fid-diversi reġjuni, skont il-karatteristiċi tagħhom;

12.   jaħseb ukoll li l-għan tal-awtosuffiċjenza tal-ikel ifisser li rridu nħarsu lejn dawk iż-żoni agrikoli fejn bħalissa hemm tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tal-proteini tal-pjanti;

13.   jikkunsidra li huwa diffiċli ħafna li l-produzzjoni agrikola Ewropea tista’ tikkompeti mal-produzzjoni minn kull post fid-dinja, jekk l-uniku punt ta’ referenza jkun il-prezz aħħari, meta wieħed iqis id-differenzi fl-ispejjeż ta’ produzzjoni, il-leġislazzjoni u l-livell ta’ żvilupp;

14.   għalhekk jaħseb li huwa essenzjali li tinżamm il-preferenza Komunitarja;

15.   barra minn hekk, jappoġġja bil-qawwa d-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew (0088/2007) li ssejjaħ għal investigazzjoni dwar l-impatt tal-konċentrazzjoni tal-poter tas-supermarkets u għal proposti sussegwenti għal miżuri adatti li jirriżultaw mill-investigazzjoni;

16.   iħeġġeġ biex jiġu applikati standards uniformi u essenzjali fitosanitarji, veterinarji u ambjentali għall-prodotti tal-ikel għall-konsum fl-UE, kemm jekk prodotti mill-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi;

C.   Politika Agrikola Komuni li trid tiżgura stabbiltà tad-dħul

17.   jinnota li s-sostenibilità tal-provvista fl-Ewropa trid tiġi żgurata;

18.   jaħseb li huwa essenzjali li produtturi għandhom ikunu jistgħu jgħixu b’mod adegwat minn dak li jipproduċu;

19.   jemmen li ż-żamma tal-impjiegi fil-biedja u fis-settur agroalimentari għandha tkun prijorità u li sforzi konġunti huma meħtieġa;

20.   għaldaqstant jaħseb li huwa neċessarju li jiġu żviluppati għodod effikaċi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu stabilizzati l-prezzijiet u tiġi mmaniġġjata l-produzzjoni, u b’hekk tiġi garantita l-istabbiltà tad-dħul tal-bdiewa, iżda dawn iridu jintużaw bil-galbu;

21.   jaħseb li l-għan tal-għodod għall-ġestjoni tal-produzzjoni huwa biex jiġu limitati lakuni eċċessivi bejn il-provvista u d-domanda, li min-naħa tagħhom jikkontribwixxu għal kollass tal-prezzijiet;

22.   jaħseb li l-għan tal-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-prezzijiet (interventi ta’ ħruġ, ħżin ta’ stokkijiet, garanziji għal avvenimenti klimatiċi u tas-saħħa mhux previsti …) huwa li jiġi limitat l-impatt tal-volatilità tas-suq;

23.   huwa tal-fehma li l-istrument ta’ għoti ta’ fondi lura għall-esportazzjonijiet kif ukoll il-forom kollha ta’ sussidji fuq l-esportazzjonijiet li jxekklu n-negozju għandhom jitneħħew, bil-kundizzjoni li jkun hemm ftehim ġenerali fin-negozjati tad-WTO;

24.   jaħseb li l-istabbiltà tal-prezzijiet tal-irziezet fil-perijodu taż-żmien agrikolu hija fundamentali biex tinżamm ir-rieda li jiġu prodotti u jinżammu l-fatturi ta’ produzzjoni fuq perijodu ta’ żmien twil;

25.   għaldaqstant isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel proposti operattivi kemm jista’ jkun malajr fir-rigward tal-għodod għall-ġestjoni tal-produzzjoni u l-istabbilizzar tal-prezzijiet;

26.   huwa tal-fehma li r-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur agrikolu għandhom jippermettu lill-bdiewa, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħhom u lill-assoċjazzjonijiet intervokazzjonali biex jiġġestixxu l-proċess bil-għan li jingħataw remunerazzjoni ġusta għall-attivitajiet tagħhom;

D.   Politika Agrikola Komuni li trid tibbenefika l-irziezet kollha, tinkoraġġixxi bidliet fil-prattiki agrikoli, u tippromovi l-impjiegi u l-użu sostenibbli tal-art

27.   jinnota li minkejja l-progress li sar matul ir-riformi l-iktar reċenti, il-Politika Agrikola Komuni għadha kkaratterizzata minn inugwaljanzi ewlenin fl-appoġġ bejn tipi ta’ produzzjoni, u fl-aħħar nett, bejn l-irziezet u bejn ir-reġjuni;

28.   jaħseb li politika agrikola riveduta bis-sħiħ trid tabbanduna kull trattament mhux ġustifikat b’mod oġġettiv fir-rigward tal-arranġamenti għall-appoġġ ta’ tipi differenti ta’ produzzjoni kif ukoll it-tipi u d-daqsijiet differenti tal-intrapriżi u għar-reġjuni differenti;

29.   jinnota wkoll li l-Politika Agrikola Komuni appoġġjat metodi ta’ produzzjoni li ma jqisux biżżejjed l-ambjent u r-riżorsi naturali, minkejja t-tnaqqis tal-karburanti fossili u r-riżorsi minerali, l-akkumulazzjoni ta’ prodotti fitosanitarji, it-tniġġis tal-passaġġi tal-ilma, ir-riskju ta’ tnaqqis fil-fertilità tal-ħamrija, u ż-żjieda fir-riskji għas-saħħa;

30.   jaħseb li s-sistemi ta’ produzzjoni agrikola tal-ġejjieni jridu jużaw inqas ilma u karburanti fossili, u inqas prodotti fertilizzanti u fitosanitarji, jkunu iktar diversifikati, u iktar għaqlin kif jisfruttaw sinerġiji bejn il-biedja tar-raba’ u t-trobbija tal-annimali;

31.   jemmen li wara l-2013 il-Politika Agrikola Komuni għandha tagħti prijorità lill-appoġġ għal dawk li jgħixu prinċipalment mill-agrikoltura;

32.   jaħseb li l-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 trid tappoġġja dawn il-bidliet u tgħin lill-bdiewa biex jagħmlu progress;

33.   jinnota wkoll li l-Politika Agrikola Komuni ilha għadd ta’ snin tipprovdi aktar appoġġ għall-investiment milli għall-impjiegi;

34.   jaħseb li l-agrikoltura ser tkompli tkun sors sostanzjali ta’ impjiegi fil-ġejjieni;

35.   fl-aħħar nett, ir-riforma tal-PAK kellha effetti territorjali li jmorru kontra ż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi relatati mal-agrikoltura fl-iktar żoni vulnerabbli;

36.   jaħseb li l-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 trid terġa’ ssib bilanċ fl-appoġġ tagħha favur l-impjieg u ż-żamma ta’ preżenza agrikola f’żoni vulnerabbli, inkluż it-territorji periurbani;

37.   sabiex dawn l-għanijiet ewlenin jitwettqu fil-prattika, jipproponi li r-referenzi storiċi jiġu abbandunati b’mod gradwali madwar l-Ewropa kollha wara l-2013 favur pagament uniku għal kull ettaru li jqis il-kuntest reġjonali fir-rigward tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-aċċess, it-tipi tal-irziezet kif ukoll il-produzzjoni tal-oġġetti pubbliċi;

38.   jipproponi b’mod partikolari li l-pagamenti uniċi għal kull ettaru u għajnuniet oħra għandhom jiddependu, fuq naħa mill-prestazzjoni attwali tal-attività agrikola, u fuq in-naħa l-oħra, aktar u b’mod imtejjeb mill-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u jħarsu r-riżorsi naturali;

39.   jipproponi li s-sussidji pubbliċi Ewropej iqisu l-impjiegi f’kull razzett u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tirrifletti fuq ir-rilevanza ta’ limitu fuq l-għajnuna lil kull razzett;

E.   Politika Agrikola Komuni li trid tiffavorixxi dawk is-sistemi ta’ produzzjoni li l-aħjar jħarsu l-ambjent u r-riżorsi naturali

40.   jaħseb li l-ħarsien tal-ambjent u tar-riżorsi naturali huwa b’mod ċar wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-reviżjoni sħiħa tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013;

41.   jaħseb ukoll li l-bdiewa għandhom jitħeġġu u jingħataw għajnuna biex jadottaw sistemi ta’ produzzjoni li għandhom l-aqwa prestazzjoni f’dan il-qasam;

42.   jipproponi li, lil hinn mir-rekwiżiti minimi biex jinkiseb l-ewwel livell ta’ għajnuna (pagament uniku għal kull ettaru), dawk is-sistemi u prattiki ta’ produzzjoni li l-aktar iħarsu l-ambjent u r-riżorsi naturali (il-biedja organika, użu limitat tar-riżorsi, tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, ħarsien tar-riżorsi tal-ilma, ħarsien tal-bijodiversità, il-ħarsien tal-pajsaġġ, eċċ.) għandhom jitħeġġu u jiġu promossi permezz ta’ inċentivi speċifiċi addizzjonali (pereżempju, pjani għall-użu tal-art);

43.   jipproponi wkoll li, b’mod speċjali f’żoni sensittivi mil-lat ambjentali, il-livell ta’ għajnuna mogħtija taħt il-Politika Agrikola Komuni għandu jinbidel u jintrabat b’mod strett mal-kundizzjoni li jkun hemm esiġenzi ambjentali iktar stretti, però għandu jiġi evitat li l-piż burokratiku jkun sproporzjonat.

44.   fl-aħħar, fir-rigward tal-isfidi u tal-impatt fuq ir-reġjuni, itenni t-talba tiegħu li jiġi involut fit-tfassil fil-livell Komunitarju tad-dispożizzjonijiet ta’ koeżistenza bejn il-prodotti agrikoli konvenzjonali u l-prodotti agrikoli ġenetikament modifikati;

F.   Politika Agrikola Komuni li trid tqis l-iżvantaġġi naturali u ġeografiċi (muntanji, gżejjer, żoni b’popolazzjoni skarsa, reġjuni ultraperiferiċi)

45.   jinnota li ż-żoni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni b’popolazzjoni skarsa, iżda wkoll dawk iż-żoni l-oħrajn li huma rikonoxxuti bħala żvantaġġati, jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ produzzjoni speċifiċi minħabba żvantaġġi permanenti (għoljiet, l-altitudini, il-klima, iżolament, kwalità baxxa tal-ħamrija) u karatteristiċi soċjoekonomiċi partikolari;

46.   jinnota li dawn il-kundizzjonijiet jagħmlu l-biedja diffiċli (dħul ekonomiku baxx) iżda fl-istess waqt indispensabbli għall-bilanċ ambjentali (kontra r-riskji naturali, il-ħarsien tal-bijodiversità, il-ħolqien ta’ pajsaġġi miftuħa u diversifikati) u għall-iżvilupp rurali ta’ dawn iż-żoni;

47.   jinnota wkoll li, waqt li l-produzzjoni agrikola ta’ dawn ir-reġjuni bi żvantaġġi naturali hija ffokata fuq il-kwalità, ir-rendiment baxx u l-ispejjeż għoljin permanenti jesiġu li jingħataw attenzjoni u trattament speċjali;

48.   jipproponi li dawn l-arranġamenti jieħdu l-għamla ta’ pagament addizzjonali speċifiku sabiex tiġi appoġġjata ż-żamma ta’ produzzjoni agrikola u l-provvediment ta’ oġġetti pubbliċi permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-lokaliżmu, kwalità ambjentali għolja u l-koeżjoni territorjali, soċjali u kulturali;

49.   jinnota li jekk hemm ħafna għodod u politiki pubbliċi differenti, l-għadd kbir ta’ atturi jwaqqaf milli jkun hemm koerenza ġenwina tal-azzjoni, li hija essenzjali biex il-bdiewa jibqgħu fiż-żoni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni Nordiċi;

50.   jaħseb li strateġija iktar integrata f’livell xieraq (pereżempju żoni muntanjużi u gżejjer) għal reġjuni bi żvantaġġi naturali permanenti hija neċessarja sabiex il-potenzjal ta’ dawn it-territorji jintlaħaq bis-sħiħ u jiġi żviluppat il-valur miżjud ta’ intervent Ewropew. Fid-dawl ta’ dan, u fil-qafas tal-programm 2014–2020, jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Artikolu 174 tat-TFUE;

G.   Politika Agrikola Komuni li trid tiffoka fuq l-agrikoltura u l-ikel

51.   jaħseb li l-Politika Agrikola Komuni l-ewwel u qabel kollox trid tiffoka fuq l-agrikoltura u l-ikel, u li trid issaħħaħ l-agrikoltura f’kull reġjun tal-Unjoni Ewropea;

52.   jinnota li, fi ħdan it-tieni pilastru, xi kultant jista’ jkun hemm konfużjoni u saħansitra kompetizzjoni bejn il-miżuri ta’ żvilupp agrikolu u l-miżuri ta’ żvilupp rurali mhux agrikolu; għaldaqstant jemmen li huwa neċessarju li ssir distinzjoni aħjar bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ miżuri; jistieden b’mod aktar ġenerali lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi aħjar il-politika ta’ żvilupp rurali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi aħjar id-distinzjoni bejn il-politika ta’ żvilupp rurali u l-politika reġjonali u ta’ koeżjoni sabiex tiżgura l-koerenza tal-interventi tal-istess natura fi ħdan territorju partikolari;

53.   jenfasizza b’mod ġenerali l-importanza li jiġu appoġġjati ż-żoni rurali biex jinkiseb l-objettiv ta’ koeżjoni territorjali;

H.   Politika Agrikola Komuni li trid iġġib il-progress f’ċerti arranġamenti ta’ implimentazzjoni

54.   jaħseb li, jekk jingħata appoġġ effettiv lis-sistemi ta’ produzzjoni li l-iktar jħarsu l-ambjent u r-riżorsi naturali, u jekk ser jiġu meqjusa l-iżvantaġġi naturali u ġeografiċi, u jekk tingħata attenzjoni akbar lill-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali u l-inizjattivi lokali, l-għodod u l-istrumenti jridu jiġu adattati fil-livell reġjonali;

55.   jaħseb li huwa essenzjali li jitqiesu kemm l-ispeċifiċitajiet reġjonali kif ukoll il-prijoritajiet ta’ politika reġjonali, billi dan jistgħu jvarjaw ħafna minn reġjun għal ieħor;

56.   jemmen li huma meħtieġa bidliet fil-mod li l-Politika Agrikola Komuni tiġi implimentata u ġġestjonata. M’għadux biżżejjed li dawn jinvolvu biss il-livell Ewropew u nazzjonali, kif inhu l-każ f’ħafna mill-Istati Membri;

57.   jaħseb li l-parteċipazzjoni tal-livell reġjonali qiegħda ssir essenzjali, anke jekk għad hemm bżonn ta’ qafas Ewropew u nazzjonali;

58.   barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrifletti dwar jekk id-distinzjoni attwali bejn l-ewwel u t-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni għadhiex rilevanti u adegwata;

59.   iqis li jridu jinżammu u jissaħħu l-miżuri speċifiċi fis-settur agrikolu favur ir-reġjuni ultraperiferiċi, taħt il-programmi POSEI, sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-agrikoltura f’dawn ir-reġjuni, li jiffaċċjaw diffikultajiet speċjali li ġejjin minn spejjeż żejda għall-produzzjoni u l-marketing, u n-nuqqas ta’ opportunitajiet biex jiddiversifikaw il-prodotti tal-irziezet tagħhom;

60.   jixtieq li minbarra l-interventi reġjonali jsiru wkoll azzjonijiet fil-livell multireġjonali u sovrareġjonali li jikkumplementaw lil dawk li jwettqu r-reġjuni;

61.   itenni l-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-valur konkret tiegħu bħala mod kif jiġi żgurat li l-amministrazzjoni titħaddem fl-aktar livell qrib taċ-ċittadin;

62.   jemmen li l-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 għandha tiżgura s-sempliċità fit-tħaddim tagħha għall-irziezet waqt li tiżgura li tibqa’ trasparenti u komprensibbli għaċ-ċittadini Ewropej;

I.   Politika Agrikola Komuni li trid taġġorna l-arranġament ta’ governanza tagħha

63.   jaħseb li r-reġjuni u l-komunitajiet rurali ma jistgħux jibqgħu kuntenti biss bl-istatus tagħhom bħala sempliċement kofinanzjaturi, mingħajr ma jkunu involuti b’mod attiv fil-għażla ta’ ċerti linji gwida u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni;

64.   għalhekk jemmen li reviżjoni sħiħa b’suċċess tal-Politika Agrikola Komuni tesiġi l-parteċipazzjoni tal-livell reġjonali, u lokali f’ċerti każijiet, f’kull aspett tal-qasam;

65.   jaħseb li l-livell reġjonali, u lokali f’ċerti każijiet, issa huwa l-uniku li jista’:

jistabbilixxi governanza iktar effettiva u reattiva;

jimmira l-għajnuna skont l-ispeċifiċitajiet agrikoli, ambjentali u territorjali ta’ kull reġjun;

jbiddel id-direzzjoni b’mod effettiv tal-Politika Agrikola Komuni lejn sistemi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u jħarsu r-riżorsi naturali;

jipprovdi appoġġ għal tipi ta’ produzzjoni agrikola (l-ortikultura kummerċjali, il-koltivazzjoni tas-siġar u l-vitikultura) u sistemi ta’ produzzjoni (il-biedja organika) li s’issa bbenefikaw ftit wisq mill-Politika Agrikola Komuni;

jadatta politiki biex jgħinu lill-bdiewa l-ġodda biex jistabbilixxu ruħhom fil-kuntest reġjonali, u lokali f’ċerti każijiet;

jsaħħaħ ir-rabta bejn il-biedja u n-negozju agrikolu;

l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ ċirkwiti qosra għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli;

jtejjeb il-koerenza bejn il-Politika Agrikola Komuni u l-politika reġjonali u ta’ koeżjoni;

jiżgura ppjanar spazjali iktar ibbilanċjat u sostenibbli fl-Ewropa;

66.   jaħseb li t-twaqqif ta’ qafas ta’ governanza f’diversi livelli (Ewropew, nazzjonali, reġjonali) huwa rekwiżit essenzjali għal reviżjoni sħiħa b’suċċess tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013.

J.   Politika Agrikola Komuni li jrid ikollha baġit biex jiġu ffaċċjati l-isfidi u l-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati

67.   jaħseb li reviżjoni sħiħa tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 hija essenzjali sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tiffaċċja l-għadd ta’ sfidi u kwistjonijiet f’dan il-qasam ta’ attività, li għandu konsegwenzi sinifikanti ħafna mil-lat uman, soċjali, ekonomiku, ambjentali u territorjali, u sabiex tkun tista’ tikkontribwixxi b’mod aktar effiċjenti għall-prijoritajiet stabbiliti fid-dokument ta’ strateġija Ewropa 2020 (tkabbir intelliġenti, tkabbir sostenibbli, tkabbir iklużiv), li fih is-settur agroalimentari Ewropew għandu jkollu profil ogħla, fid-dawl tar-rwol strateġiku tiegħu għall-UE b’rabta ma’ dawn il-prijoritajiet;

68.   jemmen li din ir-reviżjoni sħiħa, li trid tiġi tradotta f’miżuri prattiċi bħal appoġġ pubbliku ta’ prijorità għal sistemi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u jħarsu r-riżorsi naturali, ser teħtieġ sforzi konsiderevoli għall-adattament jew anke l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ bdiewa u produzzjoni agrikola fir-reġjuni kollha tal-Ewropa. F’dan il-kuntest jibqa’ ferm importanti li d-dinja universitarja tibqa’ involuta mill-qrib fl-iżvilupp tal-agrikoltura u li tiżdied l-integrazzjoni tal-kontribut xjentifiku għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-PAK u tal-azzjonijiet, il-miżuri, il-kontrolli differenti li tinkludi. L-istabbilimenti edukattivi jagħmluha possibbli sabiex ħafna xewqat li terġa’ tingħata l-ħajja lis-settur agrikolu jissarrfu fi proġetti funzjonali u reali. Hemm bżonn li jkun hemm rabta ma’ programmi ta’ innovazzjoni u fondi;

69.   jaħseb li l-Unjoni Ewropea trid tgħammar lilha nnifisha bil-mezzi biex din ir-reviżjoni sħiħa tkun ta’ suċċess;

70.   jaħseb li biex dan il-għan jintlaħaq, il-Politika Agrikola Komuni trid, għall-perijodu 2014–2020, tingħata baġit ikkonsolidat u msaħħaħ biex tkun tista’ tiffaċċja l-isfidi u l-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati;

Konklużjoni

71.   jixtieq ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-valur miżjud tal-Politika Agrikola Komuni tal-ġejjieni, bħall-kontribut tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tal-Istrateġija UE 2020, ser jiġi ġġudikat fuq il-bażi tal-kapaċità tagħha li:

tiżgura l-indipendenza tal-Ewropa fil-qasam tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel tagħha permezz ta’ produzzjoni tal-irziezet li hija f’saħħitha, diversifikata u ta’ kwalità għolja;

tipprovdi dħul stabbli u suffiċjenti għall-bdiewa u l-irziezet sabiex jiġu appoġġjati ż-żamma u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli;

tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għall-ħarsien tal-bijodiversità billi tistipola l-kundizzjonalità ekoloġika f’kull aspett u tappoġġja metodi ta’ produzzjoni li l-iktar iħarsu l-ambjent u r-riżorsi naturali;

tippromovi l-koeżjoni territorjali fl-Unjoni Ewropea billi tiżgura li attivitajiet tal-biedja u l-komunitajiet rurali li qed jikbru b’suċċess ikomplu f’kull reġjun tal-Ewropa;

72.   jaħseb li hija biss Politika Agrikola Komuni riveduta bis-sħiħ u bbażata fuq linji gwida ċari b’perspettiva fit-tul, u li tingħata r-riżorsi finanzjarji neċessarji li tista’ tagħti lill-Unjoni Ewropea l-opportunità biex tindirizza l-isfidi ewlenin li għandha quddiemha.

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/12


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għall-2009-2010: il-pajjiżi kandidati potenzjali”

(2010/C 267/04)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Progress ġenerali u skeda

1.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2009–2010”, li tindirizza wkoll il-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għall-adeżjoni fl-UE;

2.   jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon il-progress li sar mill-pajjiżi kandidati potenzjali, li wassal biex l-Albanija u s-Serbja applikaw għall-adeżjoni fl-2009; ta’ min isemmi wkoll l-implimentazzjoni kontinwa tal-Ftehimiet Interim dwar il-Kummerċ u Kwistjonijiet fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pajjiżi kandidati potenzjali kollha, kif ukoll aktar riformi fil-Kosovo;

3.   josserva wkoll li l-UE ħabirket bil-bosta biex tqarreb il-pajjiżi kandidati potenzjali lejha. Fost affarijiet oħra, reċentement wettqet ħidma biex ittaffi l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u pproponiet ukoll li l-ħtiġijiet relatati mal-viża jsiru inqas riġidi. Iż-żewġ każi huma inizjattivi li jenfasizzaw il-benefiċċji tal-UE għaċ-ċittadini;

4.   jilqa’ b’sodisfazzjon it-tneħħija tas-sistema tal-viża għaċ-ċittadini tal-Montenegro u s-Serbja, li għamluha possibbli li wieħed jivvjaġġa mingħajr il-bżonn ta’ viża lejn il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, u jittama li l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina dalwaqt jissodisfaw il-kriterji meħtieġa għat-tneħħija tal-viża;

5.   jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġiji tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Baħar Baltiku adottati fis-26 ta’ Ottubru 2009 u tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Adrijatiku – Joniku favur l-istrateġija Ewropea għar-reġjun Adrijatiku – Joniku, adottata f’Ancona fil-5 ta’ Mejju 2010 (1) mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tat-tmien pajjiżi msieħba fl-Inizjattiva Adrijatika – Jonika (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, il-Montenegro, is-Serbja u s-Slovenja) u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-istrateġija Ewropea għall-makroreġjuni tirrappreżenta strument importanti għat-tħaffif tal-proċess tal-integrazzjoni, bis-saħħa wkoll tas-sehem aktar attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

6.   jenfasizza li livell għoli ta’ appoġġ għall-mixja lejn l-adeżjoni huwa fattur importanti biex il-proċess tal-integrazzjoni jirnexxi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għal dan, u għall-hekk imsejħa “kapaċità ta’ assorbiment” tal-acquis tal-UE u l-appoġġ finanzjarju. Għalhekk, huwa importanti ħafna li:

l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw l-opporunità li jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess ta’ integrazzjoni nazzjonali, b’konformità mal-prinċipji fundamentali tal-Karta Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Awtonomija Lokali;

l-IPA (Instrument for Pre-Accession Assistance – Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni) jitfassal b’mod li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jagħmlu użu aktar wiesa’ mill-investiment u l-programm għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

fid-dawl tal-fatt li l-kriterji ta’ Kopenħagen jitolbu istituzzjonijiet u sistemi finanzjarji b’saħħithom, il-livell lokali u reġjonali tal-gvern jibqa’ jiġi involut fil-proċess tal-integrazzjoni. B’hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri preparattivi u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet;

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1085/2006 dwar l-IPA huwa li jappoġġja: “(a) it-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet demokratiċi …” u “(ċ) ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż l-istabbiliment ta’ sistema li tippermetti d-deċentralizzazzjoni tat-tmexxija tal-assistenza lill-pajjiż benefiċjarju …”. Fid-dawl ta’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni u tal-prattiki attwali fil-pajjiżi kandidati potenzjali, ir-Regolament għandu jinkludi mekkaniżmu obbligatorju fil-fażi tal-ippjanar tal-IPA sabiex jiġu kkonsultati r-rappreżentanti tal-gvern lokali u reġjonali;

il-perijodu tal-ippjanar tal-IPA fil-livell nazzjonali huwa twil wisq u b’hekk mhuwiex aċċettabbli. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tirrevedi l-kundizzjonijiet għall-ippjanar b’mod urġenti, sabiex il-proċeduri jiġu armonizzati;

Miżuri fil-qasam tal-informazzjoni

7.   josserva li l-awtortajiet lokali u reġjonali qegħdin f’pożizzjoni eċċellenti biex jippromovu d-djalogu maċ-ċittadini u jipprovdu informazzjoni dwar il-proċess tal-integrazzjoni, b’mod partikolari dwar l-isfidi relatati mal-konformità mal-acquis tal-UE;

8.   jenfasizza kemm huwa importanti li l-UE tħeġġeġ il-parteċipazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni f’kull livell tas-soċjetà. L-aċċess għall-informazzjoni huwa partikolarment importanti għad-demokraziji l-ġodda, peress li sikwit, dawn il-pajjiżi jkunu partikolarment vulnerabbli għall-movimenti populisti, li mhux dejjem ikunu kontrobilanċjati minn dibattitu pluralistiku;

9.   jisħaq fuq il-bżonn li l-kampanji ta’ informazzjoni li tniedi l-UE, kif ukoll l-analiżi li tagħmel tal-qagħda tal-pajjiżi kandidati potenzjali, ikunu konkreti u trasparenti. B’hekk, ma jkunx hemm lok għal interpretazzjonijiet ħżiena. F’dawn il-każi, il-gvernijiet responsabbli għall-proċess tal-integrazzjoni jistgħu jsibu diffikultajiet relatati mal-ġestjoni tad-dimensjonijiet kollha ta’ dan il-proċess. Iżda, huwa probabbli li aktar ma jsiru dibattiti miftuħa u aktar ma ċ-ċittadini jkunu informati tajjeb, aktar huwa probabbli li l-istrateġiji tradizzjonali użati biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitti, li fil-milja taż-żmien ikkonsolidaw id-diviżjonijiet etniċi, isiru inqas riġidi;

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

10.   iqis li għandu jsir użu aħjar mill-programm tal-IPA bil-għan li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll is-soċjetà ċivili, jingħataw l-opportunità li jużaw il-ħiliet tagħhom biex isaħħu l-proċess tal-integrazzjoni. L-IPA jista’ wkoll iħeġġeġ it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali fil-livelli kollha tas-soċjetà;

11.   jaqbel mal-Kummissjoni li r-relazzjonijiet interreġjonali huma ta’ importanza kbira għall-proċess tal-integrazzjoni. Permezz tan-NALAS (2), l-awtoritajiet lokali ħolqu eżempju fil-livell reġjonali għall-iskambji bejn il-pajjiżi;

12.   josserva li l-valur tar-rapport tal-Kummissjoni jiżdied b’mod sostanżjali jekk l-ambitu jitwessa’ biex jinkludi aktar il-livell lokal u reġjonali. Huwa f’dan il-livell li jiġu implimentati partijiet sostanzjali tal-acquis wara l-adeżjoni;

13.   jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma toħroġx ukoll b’mod regolari evalwazzjonijiet tal-kapaċità li jiffokaw fuq il-livelli sottonazzjonali tas-soċjetà fil-pajjiżi kandidati;

Il-livell lokali u reġjonali tal-gvern u s-soċjetà ċivili

14.   iqis li s-soċjetà ċivili hija ta’ importanza kbira għall-ħolqien ta’ demokraziji stabbli, u għalhekk, għandha tkun rappreżentata fil-proċess tal-integrazzjoni;

15.   jirrakkomanda impenn imsaħħaħ permezz tar-regolazzjoni biex jiġu appoġġjati l-gruppi vulnerabbli tas-soċjetà. Għadd ta’ pajjiżi kandidati għadhom lura fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-benesseri soċjali kif ukoll tal-kwistjonijiet relatati mal-vulnerabbiltà u l-ugwaljanza tan-nisa;

16.   josserva li l-kapaċità tal-pajjiżi kandidati potenzjali li jindirizzaw l-interessi tal-gruppi tal-minoranzi hija importanti ħafna għall-proċess tal-intergrazzjoni. Bosta drabi, is-soluzzjonijiet prattiċi ta’ kompromess jinsabu preċiżament fil-livell lokali jew reġjonali;

17.   jaqbel mal-Kummissjoni li l-kapaċità istituzzjonali għandha tissaħħaħ fil-pajjiżi kandidati potenzjali. Meta l-Iskola Reġjonali għall-Amministrazzjoni Pubblika tibda topera mija fil-mija, huwa ta’ importanza kruċjali li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jieħdu sehem fil-programmi tat-taħriġ;

Kummenti dwar il-pajjiżi individwali

L-Albanija

18.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-oppożizzjoni qed terġa’ tieħu sehem fil-ħidma tal-parlament, għalkemm b’ċerti limitazzjonijiet. Dan il-pajjiż għad m’għandux il-koordinazzjoni meħtieġa bejn id-diversi livelli tas-soċjetà biex il-proċess tal-integrazzjoni jimxi ’l quddiem;

19.   josserva li sar progress fl-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni f’għadd ta’ oqsma ttrattati fl-acquis Komunitarju, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż ressaq applikazzjoni formali għall-adeżjoni mal-UE. Meta jibdew in-negozjati formali, għandhom isegwu l-proċess stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona, li jitlob li ssir analiżi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li dawn jiġu involuti fil-proċeduri;

20.   jisħaq fuq l-importanza li l-awtoritajiet lokali jiġu involuti fil-proċess li ser tidħol għalih l-Albanija, jiġifieri l-proċess futur tan-negozjati;

21.   jisħaq fuq l-importanza li jintużaw l-istrumenti tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (proġetti ta’ ġemellaġġ, TAIEX u SIGMA) fir-riformi amministrattivi attwali fil-livelli kollha fl-Albanija. Dan huwa ta’ importanza kbira għall-ħolqien ta’ istituzzjonijiet effettivi u miftuħa u għat-tħeġġiġ ta’ miżuri li jtaffu l-problema serja tal-korruzzjoni;

22.   jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li l-Albanija tħaffef ix-xogħol biex tiżviluppa suq tal-beni immobbli li jaħdem tajjeb. Proċess ta’ din ix-xorta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jtejbu l-bażi tat-taxxa tagħhom;

23.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proċess tad-deċentralizzazzjoni fl-Albanija għadu f’fażi bikrija. Mhux il-leġiżlazzjoni kollha adottata – li l-awtoritajiet lokali huma mistennija jimplimentaw – ġiet verament implimentata. Il-protezzjoni tal-gruppi tal-minoranzi hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

24.   josserva wkoll li fit-taqsima tar-rapport li tittratta d-drittijiet ekonomiċi u soċjali, il-Kummissjoni tillimita ruħha għal-leġiżlazzjoni biss, mentri pereżempju għandha ssemmi wkoll l-implimentazzjoni u analiżi ta’ kif in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida jista’ jaffettwa l-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni;

25.   jaqbel mal-Kummissjoni li sar progress fil-qasam tat-tassazzjoni, iżda fl-istess ħin josserva li l-iżbilanċi fit-tqassim tal-kompetenzi u r-riżorsi fil-proċess tad-deċentralizzazzjoni joħolqu ċerti riskji;

Il-Bosnja-Ħerzegovina

26.   josserva li l-kostituzzjoni tal-Bosnja, li tissejjes fuq il-Ftehim ta’ Dayton, ikkontribwixxiet għall-ħolqien ta’ struttura amministrattiva kumplessa. L-istruttura tal-Ftehim ta’ Dayton hija waħda mir-raġunijiet għaliex il-Bosnja-Ħerzegovina m’għandhiex ix-xorta ta’ governanza meħtieġa biex tadatta ruħha għar-regoli Ewropej. Bħala pajjiż diviż, il-Bosnja għandha bżonn tmexxija li tkun kapaċi ssib soluzzjoni għall-kunflitti u tibda t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet kollettivi. Mhuwiex fl-interess tal-Bosnja li jkollha tip ta’ tmexxija li tqis l-etniċità bħala l-prinċipju fundamentali għat-teħid tad-deċiżjonijiet;

27.   jiddispjaċih li t-taħditiet ta’ Butmir fuq ir-riformi kostituzzjonali fallew u jħeġġeġ il-mexxejja tal-gruppi etniċi kollha fil-Bosnja-Ħerzegovina jsibu soluzzjoni adatta bil-għan li l-pajjiż ikollu sovranità sħiħa u jkun jista’ jimxi ’l quddiem fir-riformi u l-proċessi tal-integrazzjoni Ewropea;

28.   josserva wkoll li, meta l-pubbliku ġenerali jsir konxju tal-konsegwenzi tat-tmexxija frammentata tal-Bosnja, ser ikun hemm pressjoni fuq is-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet u madankollu dan għandu jwassal għal riforma. Sabiex ikun hemm din il-pressjoni, l-UE trid tagħmilha ċara x’inhuma l-għażliet politiċi reali – enfasi kontinwa fuq il-kwistjonijiet li jaggravaw il-firda jew politika li twitti t-triq għall-erba’ libertajiet tas-suq intern;

29.   wasal għall-konklużjoni li, fil-qasam tal-viża, l-għamla u s-sustanza tad-dibattitu għandhom jinbidlu. Il-kwistjoni tal-viża turi li, jekk l-opinjoni pubblika titlob hekk, il-mexxejja nazzjonali wkoll jkunu jistgħu jieħdu azzjoni. L-UE u b’mod partikolari l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom responsabbiltà x’jerfgħu hawnhekk. Iċ-ċittadini Bosnjaċi għandhom jiġu megħjuna mill-mexxejja lokali tagħhom sabiex jifhmu x’inhuma l-esiġenzi – u l-vantaġġi – tal-integrazzjoni. L-impenn u l-koerenza għandhom jissaħħu, u l-enfasi għandha ssir fuq il-valuri u l-ideat li jirrispettaw il-prinċipju tar-rispett tal-bniedem u ta’ drittijietu;

30.   jaqbel mal-Kummissjoni li l-istrutturi istituzzjonali attwali jwasslu għal ineffiċjenzi li għandhom impatt negattiv fuq in-negozju;

31.   jagħraf li jeżistu l-mezzi li jappoġġjaw il-forzi tar-riforma fil-Bosnja, forzi li jridu jippromovu kemm stat aktar b’saħħtu kif ukoll proċess tad-deċentralizzazzjoni b’awtoritajiet lokali msaħħa. Iċ-ċittadini li jixtiequ jivvjaġġaw, u li jifhmu għaliex hemm nuqqas ta’ investiment jew għaliex il-fondi strutturali għad baqagħlhom ħafna biex isiru realtà, jistgħu jagħmlu parti mill-grupp li jmexxi ’l quddiem id-dibattitu f’oqsma oħra minbarra dak relatat mal-kwistjoni tal-viża. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jappoġġja l-kampanji ta’ informazzjoni u l-laqgħat fil-Bosnja mar-rappreżentanti lokali, li min-naħa tagħhom jistgħu jħeġġu l-bidla;

32.   josserva li l-kumplessità istituzzjonali hija waħda mir-raġunijiet li l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tagħhom għandhom biss informazzjoni limitata dwar l-UE u l-IPA;

33.   jasal għall-konklużjoni li l-gvern nazzjonali għandu jissaħħaħ f’għadd ta’ oqsma ta’ responsabbiltà, b’mod partikolari billi jingħata r-responsabbiltà li jfassal liġi konġunta dwar il-governanza lokali;

34.   jitlob li l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-IPA;

Is-Serbja

35.   jilqa’ l-fatt li l-Parlament Serb approva l-istatut il-ġdid tal-Provinċja Awtonoma ta’ Vojvodina li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010 u li jsaħħaħ il-kompetenzi reġjonali ta’ Vojvodina, u josserva li s-Serbja għamlet passi kbar ’il quddiem fil-proċess tal-integrazzjoni. Iżda l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni għadu pjuttost frammentat u, b’dispjaċir, jinnota li l-oqsma ta’ responsabbiltà tal-ministeri huma ddupplikati. Bħalissa qed issir ħidma ta’ riforma biex jiġi żviluppat livell reġjonali li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp u t-tkabbir, iżda għad hemm xi konfużjoni rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li x-xogħol li qed isir fil-qasam tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet mill-assoċjazzjoni tal-muniċipalitajiet Serbi (3) – li għandha appoġġ internazzjonali – huwa riżorsa ewlenija fil-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali;

36.   josserva li l-proċess ta’ integrazzjoni għandu akkumpanjat minn riforma interni implimentati fil-livelli kollha tal-governanza;

37.   jilqa’ l-fatt li l-Kunsill Nazzjonali għad-Deċentralizzazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja, li twaqqaf f’Marzu 2009, ingħata l-kompitu li jfassal strateġija komprensiva għad-deċentralizzazzjoni skont l-istandards Ewropej. Dan għandu jagħti spinta lix-xogħol li għaddej bħalissa fil-qasam tar-riforma;

38.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar biex jissaħħu s-setgħat tal-awtoritajiet lokali. Finanzi sodi u, għaldaqstant, prevedibbli huma ħtiġijiet ewlenin li jitolbu mhux biss miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, iżda wkoll ħidma bil-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali jissodisfaw bis-sħiħ il-kriterji ta’ Kopenħagen li jesiġu istituzzjonijiet pubbliċi stabbli. Huwa importanti li fil-futur qrib il-beni immobbli jingħataw lura lill-awtoritajiet lokali u li tinħoloq il-possibbiltà li dawn ikunu jistgħu jakkwistaw il-proprjetà;

39.   josserva li, minkejja li s-Serbja għandha sistema għall-istandardizzazzjoni fiskali, ċerti awtoritajiet lokali jsibuha diffiċli jipprovdu s-servizzi bażiċi. Fost ir-riformi meħtieġa, insibu miżuri favur it-tisħiħ tal-awtonomija finanzjarja tal-awtoritajiet lokali. Dan jista’ jinkiseb bis-saħħa ta’ prinċipju finanzjarju li jiżgura li l-ispejjeż li jintefqu f’oqsma ta’ responsabbiltà ġodda jiġu koperti mill-fondi statali;

40.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva li ħadet is-Serbja bil-għan li tiffaċilita l-miżuri ambjentali tal-awtoritajiet lokali permezz ta’ fond favur l-ambjent ibbażat fuq it-taxxi ambjentali. Dan huwa eżempju tajjeb ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-konformità tal-awtoritajiet lokali mal-UE. L-awtoritajiet lokali jirċievu parti minn din it-taxxa fil-forma ta’ dħul bi skop speċifiku, bħall-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa għat-tfassil tal-evalwazzjonijiet ambjentali;

41.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fis-Serbja, l-IPA jitqies l-aktar bħala strument għar-riforma tal-gvern ċentrali u għall-iffaċilitar tal-infrastruttura fuq skala kbira. F’dan il-kuntest, jiddispjaċih li parti limitata ħafna biss hija ddedikata għall-ħidma li hija meħtieġa b’mod urġenti, pereżempju, favur l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fil-livell lokali;

42.   jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 tal-Parlament Serb dwar l-avvenimenti li ġraw f’Srebrenica f’Lulju 1995, li fiha ġie kkundannat il-massakru li seħħ hemmhekk. L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni hija pass importanti ’l quddiem biex is-Serbi jivvalutaw mill-ġdid il-passat tagħhom. Għalhekk, il-gvern Serb qiegħed jibgħat messaġġ pożittiv favur ir-rikonċiljazzjoni, l-iżvilupp fis-Serbja u l-ħolqien ta’ rabtiet aktar stretti mal-Unjoni Ewropea;

Il-Kosovo (4)

43.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-proċess ta’ stabilizzazzjoni li għaddej fil-Kosovo. Il-miżuri meħuda minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom grupp kbir ta’ Stati Membri tal-UE, wittew it-triq għal stat tad-dritt stabbli u għat-titjib tas-sikurezza taċ-ċittadini. Madankollu, ċerti aspetti ta’ dan il-proċess ta’ stabilizzazzjoni jixbhu s-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina u jiġbdu l-attenzjoni għall-periklu ta’ kunflitti etniċi li jistgħu jxekklu l-integrazzjoni fil-ġejjieni. Dan jista’ jxekkel il-proċess tal-integrazzjoni fil-Kosovo, fejn il-livell tal-edukazzjoni fis-soċjetà huwa baxx u l-istituzzjonijiet pubbliċi huma sottożviluppati;

44.   jisħaq fuq l-importanza li jibqgħu jiġu rispettati l-prinċipji tal-istat tad-dritt, u jirrikonoxxi li l-preżenza internazzjonali fil-pajjiż taqdi rwol deċiżiv fil-miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-gruppi etniċi jgħixu flimkien fil-paċi;

45.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi li qed jieħu l-Kosovo fil-qasam tar-riformi tal-awtoritajiet lokali u l-ħidma li qed iwettaq favur id-deċentralizzazzjoni;

46.   josserva li l-iżviluppi attwali fil-Kosovo qed jipproduċu għadd akbar ta’ awtoritajiet lokali bbażati fuq l-etniċità, u dan iġib miegħu bżonn akbar ta’ djalogu fil-livell lokali. Fid-dawl ta’ din it-tendenza, il-korpi ta’ kooperazzjoni fil-livell lokali jaqdu rwol partikolarment importanti fit-tħeġġiġ tal-koordinazzjoni f’dan il-livell. It-tnedija ta’ proġetti konġunti fil-qasam tal-IPA tista’ sservi biex tqarreb dawn il-korpi lejn xulxin. Huwa partikolarment importanti għall-iżvilupp futur tal-Kosovo, mhux biss fid-dawl tal-iskarsezza tar-riżorsi pubbliċi iżda anke minħabba r-rwol importanti li jaqdu l-istituzzjonijiet sabiex jippromovu s-solidarjetà soċjali u l-universalità tas-servizzi pubbliċi bażiċi, li l-istituzzjonijiet iddupplikati għal raġunijiet etniċi (bħall-iskejjel u l-isptarijiet) ikunu jistgħu jiġu evitati. Affarijiet bħal dawn jibdew jissimbolizzaw id-defiċjenzi politiċi u l-ġestjoni ħażina tal-fondi pubbliċi, pubbliċi, u fuq kollox ikomplu biss ikabbru d-diviżjonijiet etniċi;

47.   jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari għall-kapaċitajiet fil-qasam tat-tagħlim fil-Kosovo, peress li l-pajjiż għandu jkun jista’ jgawdi mill-kompożizzjoni demografika tiegħu. Jeżisti periklu serju li għadd kbir ta’ żgħażagħ (dawn huma numerużi ħafna fil-pajjiż) jemigraw wara li jispiċċaw l-iskola;

48.   jisħaq fuq l-importanza li l-Kosovo jiżviluppa l-kapaċitajiet istituzzjonali tiegħu jekk jixtieq juża r-riżorsi pubbliċi limitati li għandu b’mod effettiv. Fl-istess ħin, dan jillibera r-riżorsi meħtieġa għal titjib f’oqsma oħra, pereżempju dak tas-saħħa pubblika;

49.   jaqbel mal-Kummissjoni li għandu jkun hemm investiment fuq skala kbira fl-edukazzjoni biex titjieb l-applikazzjoni tal-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi li ġiet adottata reċentement;

50.   jirrakkomanda li l-programm tal-IPA jintuża bħala riżorsa għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fuq skala wiesgħa fil-Kosovo. B’hekk, l-esiġenzi tal-integrazzjoni u l-vantaġġi tal-adeżjoni mal-UE jkunu jistgħu jinftiehmu aħjar;

Il-Montenegro

51.   jilqa’ b’sodisfazzjon id-determinazzjoni tal-Montenegro rigward il-proċess tal-integrazzjoni. Dan l-aġir huwa rifless fid-djalogu formali bejn il-gvern u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, li jiltaqgħu diversi drabi matul is-sena;

52.   jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn urġenti ta’ persunal kwalifikat f’kull livell tal-amministrazzjoni pubblika tal-Montenegro. Dan wassal lill-gvern biex jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq ħidma fil-qasam tal-koordinazzjoni, qasam li fih l-awtoritajiet lokali huma rappreżentanti tajjeb ħafna. Dan diġà ta xi riżultati, kemm f’dak li jirrigwarda r-ritmu tal-proċess tar-riforma, kif ukoll fil-kapaċità koordinattiva tal-investituri esterni. Dan kollu kien possibbli minħabba li l-awtoritajiet lokali huma fil-qalba tal-programm tal-IPA;

53.   josserva li, minkejja d-dewmien fil-proċess tar-riforma, ir-riforma kontinwa tal-awtoritajiet lokali kienet preċeduta minn dibattitu wiesa’ kemm dwar ir-rwol tas-sindki kif ukoll dwar l-isħubijiet volontarji tal-awtoritajiet lokali biex jitħejjew b’mod aktar effettiv għall-appoġġ tal-Fondi Strutturali;

54.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-leġiżlazzjoni aktar riġida li ġiet introdotta biex trażżan il-korruzzjoni fl-elezzjonijiet lokali permezz ta’ verifika esterna aktar rigoruża;

55.   josserva li l-influwenza tal-awtoritajiet lokali fuq ir-ratti tat-taxxa hija limitata, u dan għandu implikazzjonijiet għall-awtonomija lokali;

56.   josserva wkoll li l-perijodu ta’ tliet snin li jridu jgħaddu biex l-ewwel proġetti ffinanzjati mill-IPA jaslu sal-fażi implimentattiva, jiġifieri mill-ippjanar inizjali sat-tnedija, huwa twil wisq u inaċċettabbli. Anke jekk, fis-snin li ġejjin, il-fażi preparatorja tal-appoġġ ipprovdut mill-IPA ser tiqsar, ir-regoli xorta waħda għandom jiġu ssemplifikati bil-għan li l-implimentazzjoni tieħu inqas żmien;

L-Islanda

57.   jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jinfetħu n-negozjati mal-Islanda dwar l-adeżjoni fl-UE u l-inklużjoni tal-pajjiż bħala benefiċjarju tal-appoġġ finanzjarju ta’ qabel l-adeżjoni skont l-Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  www.aii-ps.org

(2)  Network of Associations of Local Authorities of South East Europe (netwerk tal-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali fix-Xlokk tal-Ewropa).

(3)  Standing Conference of Towns and Municipalities (Konferenza permanenti tal-bliet u l-muniċipalitajiet).

(4)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sikurezza tan-Nazzjonijiet Uniti UNSCR 1244/99.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/17


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Pakkett tar-Rebbiegħa: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE biex jitwettqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju”

(2010/C 267/05)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.   għandu l-istess rieda politika tal-Kummissjoni li l-Unjoni Ewropea (UE) iżżomm il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-faqar fid-dinja. Din ir-rieda ġiet iddikjarata fis-sena 2000 permezz tal-adozzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (1) taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti;

2.   jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni ħejjiet “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE fuq tnax-il punt” ibbażat fuq għadd ta’ dokumenti li flimkien isawwru l-“Pakkett tar-Rebbiegħa”, li d-dettalji tiegħu jidhru fl-anness. L-għan tal-UE huwa li tħejji pożizzjoni komuni għas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir New York mill-20 sat-22 ta’ Settembru li ġej. Minkejja sfond ta’ kriżi ekonomika, soċjali u finanzjarja gravi, l-isfida aħħarija hija li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-miżerja ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ nisa, irġiel u tfal, u li jiġu definiti modi konkreti biex jinżammu l-impenji tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju li ser jiskadu fl-2015;

3.   japprezza li dawn id-dokumenti huma miżgħuda b’analiżijiet u proposti li permezz tagħhom jista’ jittieħed kont tas-sitwazzjoni fid-dinja: huma jinkludu tagħrif ċar u dettaljat dwar l-istat – mhux tajjeb wisq – tal-avvanzi li saru lejn kull wieħed mill-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u dwar l-isforzi finanzjarji li wettqu l-Istati Membri fis-sura ta’ għajnuna pubblika għall-iżvilupp; mingħajr ma jaħbu l-ittardjar u d-dgħufijiet, huma xhieda tal-kumplessità tal-inizjattivi meħuda mill-UE kemm internament kif ukoll f’forums internazzjonali differenti, sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu lesti għall-battalja; huma jfasslu wkoll triqat ġodda biex il-progress li għandu jitwettaq iseħħ aktar malajr;

4.   jiddispjaċih ħafna aktar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk tal-pajjiżi benefiċjarji, mhumiex imsemmijin b’mod espliċitu (2) fl-ewwel Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fost l-imsieħba involuti fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Il-fatt li ma ġewx inklużi jmur kontra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 li jiġbor fih il-pedamenti fundamentali tal-politika Ewropea f’dan il-qasam, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 li tagħraf b’mod espliċitu l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala imsieħba fl-iżvilupp, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar din il-Komunikazzjoni adottati fl-10 ta’ Novembru 2008, kif ukoll id-djalogu li sar bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni, li hu r-rappreżentant istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sa mill-Opinjoni 312/2008 finali adottata unanimament mill-KtR fit-22 ta’ April 2009;

5.   iqis li huwa indispensabbli li din il-lakuna timtela b’dik li ser tkun il-pożizzjoni komuni tal-UE wara l-evalwazzjoni mill-Kunsill u mill-Parlament u li jiġi rikonoxxut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u l-ekwivalenti tagħhom f’pajjiżi oħra għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar;

B.   Kummenti dwar oqsma differenti

6.   ma jixtieqx jerġa’ jitkellem b’mod dettaljat dwar il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u tal-gvernijiet lokali tal-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju skont il-prinċipji tal-governanza demokratika (3): huwa diġà enfasizza dan il-fatt u għamel proposti fl-opinjonijiet li adotta dwar il-kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-awtoritjiet lokali sa mill-2005 (4), u jqis li dan huwa fatt stabbilit;

7.   ifakkar li l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Akkra tal-2008 jagħraf ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjan il-ġdid għall-għajnuna;

8.   fil-waqt fejn l-UE qed tistabbilixxi l-pożizzjonijiet tagħha fix-xena internazzjonali, jidhirlu li hu opportun li jiġu enfasizzati ċerti punti li jikkonċernaw direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

It-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u komunikazzjonijiet tematiċi

9.   ifakkar li sebgħa minn tmien Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju huma dwar aspetti konkreti ħafna tal-faqar. Is-sitwazzjoni fl-2010 – żewġ terzi tat-triq sal-iskadenza – tippreżenta aspetti differenti. Ir-riżultati huma pjuttost pożittivi fir-rigward tal-fatt li naqsu bi ftit il-faqar estrem, il-mortalità tat-tfal ta’ inqas minn 5 snin, l-epidemiji u l-aċċess għall-ilma tax-xorb. Huma negattivi u saħansitra negattivi ħafna fir-rigward tal-ġuħ u l-malnutrizzjoni, l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni, il-mortalità tal-ommijiet, l-AIDS u t-trattament tal-ilma tad-dranaġġ. Meta nħarsu lejn l-istampa globali, li tirriżulta wkoll mill-kriżijiet – dik alimentari, imbagħad dik ekonomika u finanzjarja – irridu nżommu quddiem għajnejna l-inugwaljanzi fi ħdan pajjiż wieħed, u l-aktar bejn reġjuni differenti tad-dinja: jekk, pereżempju, il-qawmien taċ-Ċina jtejjeb ċerti indikaturi, l-Afrika ’l isfel mis-Saħara għadha l-aktar lura fil-qasam tal-aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal, fil-ġlieda kontra l-AIDS u fl-aċċess għat-trattament tal-ilma. Ifakkar ukoll li t-twettiq ta’ dawn is-seba’ Għanijiet jiddependi mit-tmien Għan “Nipparteċipaw fi Sħubija Globali għall-Iżvilupp”, li minkejja l-kriżi ekonomika attwali, huwa msejjes fuq impenn favur is-solidarjetà mill-partijiet interessati kollha sabiex jingħeleb il-faqar dinji;

10.   huwa jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-idea li l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju huma interdipendenti. Biex jiġu kompletati u murija l-eżempji pprovduti mid-dokumenti tal-Pakkett tar-Rebbiegħa, jista’ jissemma wkoll l-aċċess għall-ilma, li hu qasam fejn l-UE hija involuta permezz tal-programm Faċilità tal-Ilma (Water Facility), iżda hija attiva ħafna wkoll fl-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni li jsiru mill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej. Meta l-ilma huwa tajjeb għax-xorb dan jaffettwa s-saħħa ta’ kulħadd, iżda jekk ikun aċċessibbli, titjieb il-biedja – u għaldaqstant, fil-prinċipju, titjieb ukoll l-alimentazzjoni – u jinbidlu wkoll ħajjet in-nisa, peress li xogħolhom jeħfief, speċjalment ħajjet it-tfajliet żgħar li jkunu liberi li jkollhom edukazzjoni;

11.   jenfasizza li l-progress fl-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju jeħtieġ it-twaqqif ta’ sistemi nazzjonali li fl-ippjanar u l-allokazzjoni tar-riżorsi ma jinjorawx is-servizzi imsejħa “bażiċi”, jiġifieri dawk li jridu jwieġbu b’mod effikaċi għall-bżonnijiet fundamentali tan-nies;

12.   f’dan ir-rigward ma jistax ma jfakkarx fir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta’ servizzi bħal dawn, skont governanza demokratika u effikaċi immirata għat-titjib ta’ ħajjet in-nies;

13.   barra minn hekk, jemmen li l-approċċ lokali huwa indispensabbli biex tiġi indirizzata waħda mill-ikbar sfidi għat-twettiq tal-Għanijiet, dik tat-tibdil demografiku: jekk ma jitqisux il-ħtiġijiet tal-iżvilupp fil-livell lokali, bħall-appoġġ għall-irziezet rurali żgħar, l-emigrazzjoni mill-kampanja ser tiggrava l-miżerja fil-megabliet li m’għadhomx maniġġabbli jew issaħħaħ il-flussi ta’ migrazzjoni lejn pajjiżi oħra;

14.   konsegwentement, jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tintegra dan l-approċċ lokali għall-iżvilupp meta tkun qed tiffinalizza d-dokumenti ta’ strateġija reġjonali (li jikkonċernaw bosta pajjiżi) u d-dokumenti ta’ strateġija nazzjonali ma’ pajjiżi msieħba; jinnota f’dan ir-rigward, il-bżonn li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp. B’azzjoni biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-globalizzazzjoni wieħed jifhem li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma responsabbli fil-prattika għall-governanza demokratika u l-iżvilupp lokali;

15.   barra minn hekk, bl-azzjoni adatta, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu biex iqajmu kuxjenza pubblika dwar ir-realtà tal-faqar dinji f’kuntest ta’ kriżi u dwar l-urġenza li wieħed jirreaġixxi b’mod li jiffavorixxi l-iżvilupp. Bit-turija ta’ solidarjetà u ta’ qsim, dawn l-azzjonijiet jistgħu joffru l-opportunità lin-nies minn sfond ta’ immigrazzjoni biex jiskopru mill-ġdid l-għeruq kulturali tagħhom u biex jipparteċipaw fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u d-drittijiet taċ-ċittadini għall-iżvilupp tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;

Finanzjament tal-iżvilupp

Fir-rigward tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA);

16.   japprezza l-fatt li l-UE (il-Kummissjoni u l-Istati Membri) hija l-ewwel donatur ta’ ODA fid-dinja (5): minkejja li t-total għall-2010 tal-ODA tagħha (bejn wieħed u ieħor ta’ 0,45 % tal-PDG) għadu inqas mill-miri intermedjarji li stabbiliet għaliha nfisha, l-UE tagħti aktar mill-medja li jagħtu l-pajjiżi għonja (0,31 % tal-PDG fl-2010);

17.   jinnota li ċerti Stati Membri fil-PDG nazzjonali tagħhom diġà jinkludu ċ-ċifri li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiddedikaw għall-azzjonijiet tagħhom ta’ kooperazzjoni deċentralizzata, filwaqt li oħrajn, għal raġunijiet differenti, ma jagħmlux dan;

18.   jaħseb li huwa neċessarju li jiġi identifikat b’mod ċar is-sehem tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak dinji;

19.   jemmen ukoll li jekk iċ-ċifri jkunu ċari, dan jgħin fit-tisħiħ tal-involviment finanzjarju tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-faqar fid-dinja. Minkejja li l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jmur lil hinn mill-kontribut finanzjarju tagħhom, uħud minnhom diġà qed jimmiraw li jiddedikaw 0,7 % tar-riżorsi tagħhom għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. Xi kultant, huma waqqfu wkoll mekkaniżmi finanzjarji li permezz tagħhom ikunu jistgħu jwieġbu għal ħtiġijiet speċifiċi (pereżempju Franza u l-aċċess għall-ilma);

20.   tista’ tiġi maħsuba wkoll il-possibilità li kull waħda mill-100,000 awtorità lokali u reġjonali Ewropea tkun tista’ tiddeċiedi, b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, li b’mod volontarju tiddedika mill-inqas euro għal kull abitant kull sena għall-assistenza għall-iżvilupp. L-awtoritajiet lokali u reġjonali li ma jagħmlux azzjonijiet ta’ kooperazzjoni deċentralizzata direttament jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom f’fond tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-awtoritajiet lokali, kif qed isir bħalissa fi Spanja. Inizjattivi li jikkontribwixxu b’mod indirett għall-iżvilupp (pereżempju miżuri sabiex titqajjem il-kuxjenza pubblika dwar il-faqar dinji) jistgħu jiġu promossi wkoll f’dan il-kuntest;

It-tassazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

21.   jaqbel mal-fehma tal-awtoritajiet Ewropej li għandhom jaħdmu mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex dawn tal-aħħar jadottaw bażijiet tat-taxxa u prattiki konformi mal-governanza demokratika billi jiġġieldu kontra r-rifuġji tat-taxxa (tax havens) u l-korruzzjoni, u jappoġġja l-azzjonijiet li ħadu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal dan il-għan;

22.   jixtieq jenfasizza erba’ elementi f’dan ir-rigward:

l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-għajnuna għandhom bżonn ta’ riżorsi biex ikunu jistgħu jilqgħu r-responsabbiltajiet devoluti lilhom, mingħajr ma jkollhom jiddependu esklużivament fuq fondi ta’ ODA mhux ippjanati, b’mod partikolari permezz ta’ għajnuna baġitarja;

l-uffiċjali tal-awtoritajiet lokali għandhom bżonn ukoll tal-għajnuna teknika li l-UE hija lesta tagħti lill-uffiċjali fil-livell nazzjonali;

bla dewmien, l-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà ħasbu għal din il-kwistjoni ċentrali billi inkludew l-għajnuna għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tat-tassazzjoni lokali bħala parti mill-qasam istituzzjonali tal-kooperazzjoni deċentralizzata tagħhom;

il-ħtieġa, madankollu, li, meta jkun disponibbli, l-appoġġ finanzjarju Ewropew jitwassal b’mod iktar dirett għas-sostenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

23.   jenfasizza r-rwol li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien mas-soċjetà ċivili fl-edukazzjoni għall-iżvilupp u s-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika għall-problema tal-faqar fid-dinja: mingħajr inizjattivi li huma qrib tan-nies u l-fiduċja fl-użu tal-fondi, ser ikun aktar diffiċli li, f’mument ta’ kriżi, iċ-ċittadini Ewropej jifhmu l-bżonn ta’ solidarjetà finanzjarja ma’ kontinenti oħra fid-dinja;

Mekkaniżmi istituzzjonali

Fir-rigward tal-koerenza tal-politiki Ewropej,

24.   jilqa’ l-inizjattivi li ħadet l-UE biex jitwettaq il-prinċipju ta’ Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp li jgħid li l-politiki Ewropej li ma jwasslux għall-Iżvilupp m’għandhomx jidħlu f’kunflitt ma’ sforzi meħtieġa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, u jfakkar li fost it-tnax-il politika kkonċernata, il-Kunsill ta’ Novembru 2009 iddeċieda li l-isforzi ser jiġu ffukati fuq ħames oqsma prijoritarji: il-kummerċ u l-finanzi, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà alimentari dinjija, il-migrazzjoni u s-sigurtà;

25.   jinnota li għalhekk, fost affarijiet oħra, ir-riforma tal-politika agrikola komuni wara l-2013 għandha tqis is-sigurtà alimentari dinjija u li l-migrazzjoni tal-professjonisti kkwalifikati ħafna li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw ser tkun imħeġġa f’forma ta’ migrazzjoni ċirkolari sabiex dawn il-pajjiżi ma jiġux miċħuda mill-ħiliet essenzjali għall-iżvilupp tagħhom u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, speċjalment fil-qasam tas-saħħa. Barra minn hekk, il-mod kif jitmexxa l-iżvilupp lokali ta’ territorju għandu jqis id-dimensjoni ambjentali;

Fil-qasam tal-effikaċja tal-għajnuna;

26.   fl-opinjoni tiegħu 321/08 finali adottata f’April 2009, il-KtR laqa’ b’idu miftuħa il-“progress deċiżiv” fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-għajnuna li ġabet magħha d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi adottata fl-2005, u esprima x-xewqa li jkun hemm konsultazzjoni bejn livelli differenti ta’ kooperazzjoni b’mod koordinat u trasparenti. Peress li l-armonizzazzjoni tal-interventi rispettivi teħtieġ li dawn ikunu magħrufa, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, il-KtR nieda l-implimentazzjoni ta’ “Atlas fuq l-internet tal-kooperazzjoni deċentralizzata” sabiex ikun hemm tagħrif aktar komplut dwar il-passat ta’ “min jagħmel xhiex, fejn u kif” fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej;

27.   jixtieq jenfasizza li permezz tar-relazzjonijiet stabbiliti bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa u l-ekwivalenti tagħhom fil-pajjiżi msieħba, tista’ tavvanza fil-prattika l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ approprjazzjoni demokratika u ta’ armonizzazzjoni mal-prijoritajiet u l-karatteristiċi tal-pajjiżi msieħba li jinsabu fil-qalba tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Akkra; l-implimentazzjoni tagħhom m’għandhiex tibqa’ kwistjoni bejn l-Istati;

28.   josserva li l-azzjonijiet li saru fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tqiesu fir-rapport li sar fi Frar 2010 fid-dawl tal-laqgħa ta’ Settembru li ġej tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju minn issa sal-2015 (6). Id-dokument jenfasizza l-importanza ta’ dawn l-azzjonijiet peress li jistrieħu fuq is-sinerġija tal-interventi u l-parteċipazzjoni ta’ dawk ikkonċernati;

29.   jixtieq li fil-pożizzjoni komuni tal-UE li għandha tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju, il-mexxejja politiċi jibqgħu jżommu quddiem għajnejhom li t-twettiq tal-Għanijiet iridu jtejbu l-ħajja ta’ kuljum ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ nies u li huwa fil-livell lokali li titkejjel l-effikaċja tal-mekkaniżmi kbar tal-għajnuna internazzjonali;

30.   jitlob għalhekk li l-livell sottonazzjonali jitqies b’mod espliċitu fl-analiżijiet u l-proposti li f’Ġunju għandhom jiġu ppreżentati mill-UE u f’Settembru mill-komunità internazzjonali. Il-100 000 awtorità lokali u reġjonali tal-Ewropa jistgħu jagħtu l-ilma għan-nixxiegħat żgħar li ser isiru xmajjar kbar li jagħtu l-ħajja. Din l-alleanza bejn l-Istati u l-awtoritajiet lokali hija opportunità biex jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u jiġi ffavorit tqassim ġust tal-ġid sabiex jitneħħa l-periklu tal-faqar estrem u jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju b’konformità mal-impenji politiċi u umanistiċi li ttieħdu fl-2010.

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Għan 1: li l-faqar u l-ġuħ fid-dinja jonqsu bin-nofs; Għan 2: li tiġi żgurata edukazzjoni primarja għal kulħadd; Għan 3: il-promozzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi; Għan 4: it-tnaqqis tal-mortalità tat-tfal; Għan 5: it-titjib fis-saħħa tal-ommijiet; Għan 6: il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS u mard ieħor; Għan 7: li jiġi żgurat ambjent sostenibbli; Għan 8: li jkun hemm parteċipazzjoni fi Sħubija Dinjija għall-Iżvilupp.

(2)  Ħlief fid-dokument dwar it-taxxi, li paradossalment, mhuwiex indirizzat lill-KtR.

(3)  Id-dokument dwar il-Bliet u l-Gvernijiet Lokali Magħquda bl-isem ta’ UCLG Position Paper on Aid Effectiveness and Local Government ta’ Diċembru 2009 ukoll għandu għadd ta’ eżempji;

(4)  Opinjoni KtR 224/2005 finali, Opinjoni KtR 383/2006 finali, Opinjoni KtR 144/2008 finali, Opinjoni KtR 312/2008 adottata f’April 2009.

(5)  L-anness għad-dokument SEC(2010)420 finali jippreżenta l-PDA ta’ kull pajjiż mis-27 Stat Membru tal-UE u l-perspettivi għall-2015.

(6)  Dokument tan-NU A/64/665


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/22


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali”

(2010/C 267/06)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Sfond

1.   jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea bil-Green Paper tagħha dwar “L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali”;

2.   jinsab kuntent bil-fatt li l-Kummissjoni Ewropea talbet lill-partijiet interessati kollha fil-Green Paper “L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali” sabiex jesprimu l-fehma tagħhom dwar din it-tema;

3.   ifakkar fir-rwol prinċipali tal-Kumitat tar-Reġjuni, li bħala rappreżentant tal-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-aħħar opinjoni tiegħu ressaq għażliet u alternattivi għall-promozzjoni tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, għat-tisħiħ tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni u sabiex jeħfief il-piż amministrattiv fil-livell lokali u reġjonali;

4.   huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni Ewropea li r-reġistri kummerċjali (1) jaqdu rwol importanti. Dawn jirreġistraw, jeżaminaw u jaħżnu informazzjoni dwar il-kumpaniji, fost affarijiet oħra dwar il-forma legali, is-sede, il-kapital u r-rappreżentanti legali tal-kumpanija u joffru aċċess lill-pubbliku għal din l-informazzjoni;

5.   jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li d-Direttiva dwar il-mergers transkonfinali (2) kif ukoll l-Istatuti ta’ Kumpanija Ewropea (SE) (3) u għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (4) jitolbu kooperazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri tal-kumpaniji;

6.   huwa tal-fehma li minkejja li l-istandards minimi tas-servizz prinċipali huma regolati mil-leġislazzjoni Ewropea, is-servizzi li joffri r-reġistru kummerċjali jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Fl-istess waqt, il-kumpaniji qed joperaw iktar fuq livell transkonfali u għalhekk għandhom l-opportunità li jiġu rreġistrati fi Stat Membru filwaqt li joperaw parzjalment jew kompletament fi Stat Membru ieħor. Dan wassal għal domanda ikbar għal aċċess transkonfinali u pubbliku għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji;

7.   jenfasizza l-fatt li l-informazzjoni dwar kumpanija hija disponibbli fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata u l-aċċess għal din l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor ħafna drabi jkun diffiċli minħabba ostakli tekniċi, legali, lingwistiċi u oħrajn;

8.   huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni volontarja li teżisti bħalissa bejn ir-reġistri kummerċjali mhix biżżejjed u għalhekk hemm bżonn li tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva iktar minn qabel bejn dawn ir-reġistri. B’mod partikolari huwa importanti li fil-qafas ta’ din il-kooperazzjoni għal aċċesss transkonfinali għall-informazzjoni maħżuna fir-reġistri kummerċjali jiġu żgurati t-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni;

9.   jenfasizza li l-kriżi finanzjarja attwali reġgħet enfasizzat l-importanza ta’ swieq finanzjarji trasparenti. Flimkien mal-miżuri finalizzati għar-rilanċ tas-settur finanzjarju, aċċess imtejjeb għal informazzjoni aġġornata, uffiċjali u affidabbli dwar il-kumpaniji jista’ jitqies bħala mezz kif tista’ terġa’ tintrebaħ il-fiduċja fis-swieq Ewropej;

Kummenti prinċipali

10.   jagħraf l-importanza kbira tar-reġistri kummerċjali sabiex jiżguraw it-tħaddim effiċjenti tas-suq intern billi jipprovdu informazzjoni affidabbli u aġġornata għal finijiet kummerċjali jew sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja għall-partijiet ikkonċernati kollha fl-Istati Membri kollha;

11.   jagħraf li żieda fil-mobbiltà tal-kumpaniji hija importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku u għalhekk jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ sistema kompletament integrata li tipprovdi aċċess indaqs għall-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha;

12.   jinnota li l-aċċess għall-informazzjoni dwar fużjonijiet transkonfinali, trasferimenti tas-sede jew il-ftuħ ta’ fergħat fi Stati Membri oħra hija bżonn ta’ kuljum sabiex is-suq intern ikun jista’ jaħdem mingħajr problemi;

13.   japprezza l-isforzi tal-membri tal-iskema volontarja sabiex joħolqu pjattaforma effiċjenti ta’ skambju. Madanakollu, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi qafas legali għall-kooperazzjoni Ewropea bejn ir-reġistri kummerċjali sabiex jieħu post is-sistema volontarja attwali b’reġistru kompletament integrat u bbażat fuq l-ICT;

14.   ifakkar fir-rwol importanti li jaqdu l-SMEs fl-ekonomija Ewropea u jħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw l-Istatut ta’ Kumpanija Privata Ewropea (SPE) li, flimkien ma’ sistema effiċjenti li tgħaqqad ir-reġistri kummerċjali, jista’ jiffaċilita l-espansjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fis-suq uniku;

15.   jappella għall-implimentazzjoni ta’ reġistru kummerċjali diġitali Ewropew b’interkonnessjoni bbażata fuq soluzzjonijiet ambizzjużi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni;

16.   jappella għar-reviżjoni tad-Direttivi relatati dwar il-Kumpaniji sabiex id-dispożizzjonijiet tagħhom jiġu aġġornati għall-mezzi teknoloġiċi disponibbli bħalissa, b’mod partikolari l-użu tas-sistemi tal-IT;

17.   jaqbel mal-Kummissjoni li fi kwalunkwe każ ikun utli għall-finijiet tal-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali li jintuża x-xogħol li diġà sar b’rabta mar-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR) u l-proġett BRITE. Fir-rigward tal-parti li tikkonċerna l-mod kif tiġi regolata l-kooperazzjoni proċedurali bejn ir-reġistri kummerċjali tan-netwerk (fużjonijiet, trasferimenti tas-sede, il-ftuħ ta’ fergħat) il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li jkun aktar faċli li s-sistema tiġi bbażata fuq il-proġett attwali BRITE;

Proposti

18.   ifakkar li tul l-aħħar għaxar snin il-każistika, bis-saħħa tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (b’mod partikolari l-każijiet C-212/97 (Centros), C-208/00 (Überseering) u C-167/01 (Inspire Art)) il-kumpaniji setgħu joperaw fuq livell transkonfinali u jmexxu s-sede tagħhom;

19.   jenfasizza li madanakollu, mil-lat prattiku, f’ħafna każijiet huwa impossibbli li dan id-dritt jiġi eżerċitat, hekk kif turi l-introduzzjoni tal-Green Paper. Ir-raġuni għal dan, iktar milli n-nuqqas ta’ interkonnessjoni bejn ir-reġistri kummerċjali, hija l-fatt li d-dispożizzjonijiet interni fir-rigward tal-liġi tal-kumpaniji u tar-reġistri kummerċjali tal-Istati Membri ma jippromovux it-trasferiment tas-sede tal-kumpanija barra mill-pajjiż u lanqas ma jiffaċilitaw attivitajiet transkonfinali u li l-leġislazzjoni Ewropea ma tirrikjedix tali dispożizzzjonijiet b’mod speċifiku;

20.   huwa tal-fehma li l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali ma ssolvix din il-problema. Sabiex tissolva l-problema jridu jinħolqu dispożizzjonijiet sostanzjali proċedurali dwar it-trasferiment tas-sede, li permezz tagħhom tista’ tiġi rregolata l-interazzjoni bejn ir-reġistri kummerċjali;

21.   jemmen li wieħed mill-ikbar ostakli li jimpedixxi kompetizzjoni reali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni huwa l-fatt li li t-trasferiment tas-sede ta’ kumpanija fi Stat Membru ieħor tal-UE huwa kważi impossibbli. Ir-riżultat tal-kompetizzjoni jkun li l-intraprendituri jinġibdu lejn l-aktar kuntest favorevoli iżda attwalment it-trasferiment ta’ sede huwa kkumplikat ħafna;

22.   jagħraf li l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali ser tgħin lill-kumpaniji jiksbu informazzjoni dwar l-imsieħba tagħhom fil-qafas tal-attività tagħhom u dan huwa fatt pożittiv. Sistema ta’ reġistri kummerċjali interkonnessi ser toħloq għalhekk bażi ta’ data komuni fejn l-informazzjoni li tiddaħħal tkun standardizzata u li permezz tagħha jista’ jintlaħaq dan l-għan jekk il-preċiżjoni tal-informazzjoni tar-reġistru tkun tista’ tiġi ggarantita. Barra minn hekk għandu jsir sforz sabiex il-kontenut tar-reġistru jiġi standardizzat;

23.   huwa tal-fehma li l-ftehim ta’ tmexxija li tipproponi l-Green Paper mhuwiex strument adegwat għan-netwerking. Jekk minn kull reġistru nazzjonali tkun disponibbli data f’forma standardizzata, is-sistema futura għandha tiġi rregolata pereżempju permezz ta’ reviżjoni tal-liġi tal-kumpaniji fil-qafas tad-Direttiva dwar il-Pubbliċità jew b’mod ieħor;

24.   iżid li l-għan għandu jkun li kemm l-informazzjoni transkonfinali, li tkun aċċessibbli permezz tas-sistema li ser tinħoloq, kif ukoll l-informazzjoni mir-reġistri kummerċjali nazzjonali tkun disponibbli onlajn u b’xejn għal kulħadd. Id-dħul li jagħmel l-Istat mill-ġbir tal-informazzjoni diġà jkun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż relatati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi m’għandhomx ifittxu li jagħmlu profitt mill-aċċess għal data pubblika. Inkella id-direttiva futura toħloq kompetizzjoni bejn il-kumpaniji eżistenti li jagħtu servizzi ta’ konsulenza;

25.   huwa tal-fehma li jkun utli li tiġi inkorporata data mid-Direttiva dwar it-Trasparenza man-netwerk tar-reġistri kummerċjali. F’dan ir-rigward għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tinħoloq regolamentazzjoni fil-forma ta’ direttiva jew regolament;

26.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali fir-realtà mhuwiex ostaklu sinifikanti għal transazzjonijiet transkonfinali bejn il-kumpaniji. Soluzzjonijiet elettroniċi intelliġenti (bħal pereżempju dawk li jintużaw bejn l-Estonja, il-Portugall u l-Finlandja) diġà jippermettu livell għoli ta’ kooperazzjoni għax joffru aċċess elettroniku għar-reġistri kummerċjali barranin mingħajr ma wieħed ikollu jivvjaġġa;

27.   jenfasizza li l-ostakli li qed jinqalgħu ġejjin iktar min-nuqqas ta’ sistema ta’ identifikazzjoni Ewropea (bħal karta tal-identità elettronika Ewropea) li tippermetti l-użu legali ta’ firma diġitali u li din tkun rikonoxxuta. Fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali dan huwa wieħed mill-iktar fatturi importanti li għandu jiġi indirizzat kemm jista’ jkun malajr;

28.   fl-aħħar nett jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-inizjattivi kollha għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar.

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  It-terminu “reġistri kummerċjali”, użat fil-Green Paper, ikopri r-reġistri kollha ċentrali, kummerċjali u dwar il-kumpaniji fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji (68/151/KEE).

(2)  Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nr. 2157/2001 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2003/1435 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1).


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/25


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-rwol tar-riġenerazzjoni urbana fil-ġejjieni tal-iżvilupp urban fl-Ewropa”

(2010/C 267/07)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-kontribut ta’ bliet għall-iżvilupp u t-transizzjoni minn rinnovament għal riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   Il-KtR jemmen li l-bliet u r-reġjuni bliet (il-konurbazzjonijiet ta’ bliet u l-muniċipalitajiet ġirien tagħhom) huma benniena tal-immaġinazzjoni u tal-kreattività u jħaddnu fihom kemm l-opportunitajiet biex jiġu indirizzati l-problemi finanzjarji u ekonomiċi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-mezzi biex jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali, il-kriminalità u l-faqar. Madankollu, il-KtR jemmen li dawn iridu jiġu rikonoxxuti fi ħdan il-programmi strutturali sabiex ikun hemm bidla u ssir riġenerazzjoni;

2.   jirrikonoxxi li l-kontribut tal-bliet u ċ-ċentri urbani (1) għall-iżvilupp sostenibbli tal-livelli kollha ta’ gvern u bejniethom qed isir dejjem iktar importanti. Il-bliet huma ċentri għall-kultura, il-kummerċ, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, is-servizzi tal-għarfien u s-settur finanzjarju, jirrappreżentaw salib it-toroq għall-moviment internazzjonali u reġjonali tal-oġġetti u l-persuni u jagħtu kontribut sostanzjali għall-integrazzjoni ta’ gruppi ta’ nies ta’ oriġini differenti;

3.   jinnota li xi żoni urbani ddgħajfu minħabba problemi ambjentali, ekonomiċi u soċjali, iżda jinnota wkoll ħafna eżempji ta’ riġenerazzjoni urbana fl-Ewropa, iffinanzjati bl-għajnuna tal-UE;

4.   jenfasizza l-fatt li f’ħafna każijiet iċ-ċentralizzazzjoni tal-popolazzjoni fil-bliet, li għandha tiġi attribwita lill-bini illegali u l-migrazzjoni interna, saret tant malajr li l-awtoritajiet lokali ma kellhomx ċans jippjanaw u jiġġestixxu l-fenomenu. Il-problemi soċjali intensifikaw u sezzjonijiet tal-popolazzjoni ġew marġinalizzati, minkejja l-potenzjal kbir tagħhom soċjali u ta’ impjieg. Fid-dinja żviluppata, żoni mhux valutati ħafna saru parti integrali tal-istruttura urbana tal-bliet, u jikkostitwixxu fatturi ta’ esklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-insigurtà;

5.   jirrimarka li l-bidliet fl-istrutturi ekonomiċi, ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-produzzjoni u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari fis-settur tat-trasport tal-oġġetti, dgħajfu b’rata mgħaġġla l-istrutturi u l-art (portijiet, stazzjonijiet tal-ferroviji), b’effetti mifruxa fuq il-mod kif il-viċinanzi u bliet sħaħ ikunu jistgħu jaħdmu soċjalment u ekonomikament, u b’hekk jikkonfrontawhom bi sfidi kompletament ġodda;

6.   jenfasizza li l-politiki ta’ tiġdid urban għandhom jifformaw il-bażi għal mudell adatt b’bażi wiesgħa ta’ attivitajiet li tkopri forom ta’ intervenzjoni li jmorru mir-riġenerazzjoni tal-ispazji urbani għar-riabilitazzjoni ta’ djar li diġà jeżistu. Il-mudell il-ġdid ta’ belt sostenibbli għandu jistrieħ fuq approċċ integrat innovattiv għat-tiġdid urban li, f’konformità mal-Karta ta’ Leipzig, jindirizza l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Għandu jkun mudell li ma japprovax espansjoni bla limiti jew bini li jkun ta’ detriment għaż-żoni ekoloġiċi, iżda li jiffoka minflok fuq tkabbir ikkontrollat, li jevita t-tkabbir taż-żoni urbani, u jagħti ħajja ġdida lid-djar li diġà jeżistu fiż-żoni urbani u lin-nisġa soċjali, u li jtejjeb l-ekoeffiċjenza urbana, it-titjib taż-żoni industrijali u l-promozzjoni ta’ forom tat-trasport iktar sostenibbli, l-ippjanar tal-użu tal-art f’diversi livelli (reġjonali, muniċipali, lokali) u l-użu mħallat tal-iżvilupp bħala punti prinċipali ta’ referenza;

7.   ifakkar li fi tmiem is-seklu għoxrin kien hemm bżonn ċar li l-bliet jerġgħu jingħataw valur, permezz ta’ approċċ iktar immirat u transsettorjali. Il-kumplessità tal-kwistjonijiet issuġġeriet li kien hemm bżonn ta’ approċċ li jittratta ħafna aspetti, li min-naħa tiegħu ħoloq il-bżonn li jitfasslu programmi ta’ riġenerazzjoni urbana li fil-biċċa l-kbira tagħhom adottaw attitudni olistika lejn l-għanijiet, il-metodi u l-għodod tagħhom, f’kuntest tar-realtajiet ġeografiċi iktar mifruxa u l-ekonomiji ta’ skala. Jemmen li żoni urbani fil-periklu m’għandhomx u ma jistgħux jiġu abbandunati billi huma sors ta’ talent mhux użat u jirrappreżentaw ħela ta’ riżorsi f’termini ta’ kapital uman u fiżiku li jibqa’ ma jintużax meta jista’ jikkontribwixxi b’mod produttiv għat-tkabbir ekonomiku;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp urban u r-rilevanza tal-KtR

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

8.   jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol deċiżiv u ewlieni fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-appoġġ u l-evalwazzjoni ta’ strateġiji integrati għar-riġenerazzjoni urbana u b’mod ġenerali fit-titjib tal-ambjent urban. Id-diversità tal-bliet Ewropej titlob għal soluzzjonijiet li jiġu żviluppati fil-livell lokali u essenzjalment li ssir azzjoni fil-livell lokali. Permezz ta’ ħafna programmi u inizjattivi tal-UE, ġie żviluppat ammont kbir ta’ għarfien dwar l-iżvilupp urban fil-livell Ewropew u fi bliet individwali. Jemmen li l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu inkoraġġiti jużaw l-għarfien kollu li jinkiseb fil-livell Ewropew, b’mod partikolari tal-“acquis urban”;

9.   jaħseb li opportunitajiet għal interventi favur ir-riġenerazzjoni urbana huma ħafna u strateġiji tar-riġenerazzjoni urbana għandhom jindirizzaw il-multipliċità ta’ fatturi li huma l-oriġini tal-isfidi li qed jiffaċċjaw xi żoni urbani. Id-deterjorazzjoni ekonomika fis-snin reċenti tista’ taffettwa proporzjonalment iktar żoni urbani li, minħabba l-istruttura soċjoekonomika tagħhom, jadattaw iktar bil-mod minn żoni oħrajn tal-belt. Programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom ifittxu modi innovattivi biex ibiddlu l-effetti ta’ agglomerazzjoni taż-żoni urbani ċentrali għall-vantaġġ tal-popolazzjonijiet lokali;

10.   jemmen li l-bliet, li jaħdmu mill-qrib maż-żoni qrib tagħhom, għandhom vantaġġi kbar kemm għan-nies kif ukoll għan-negozji, mhux biss bħala ċentri ekomomiċi b’saħħithom u ċentri għall-iskambju u l-kummerċ, iżda wkoll bħala mezz kif jiġu promossi l-libertajiet individwali, iċ-ċentri ta’ kreattività, riċerka u eċċellenza. Min-naħa l-oħra l-kawżi tal-problemi li qed jiffaċċjaw il-bliet jinkludu bidliet fl-istil tal-ħajja u fid-demografija iżda, iktar ta’ spiss minn hekk, mudelli ta’ żvilupp mhux xierqa għall-bliet. Ir-riġenerazzjoni u s-sostenibbiltà urbana bħalissa jinsabu fuq quddiem nett tal-aġenda ta’ ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, li jippruvaw jikkombinaw mat-tkabbir sostenibbli infrastruttura moderna (b’enfasi fuq l-infrastruttura teknoloġika), livelli għolja ta’ attrazzjoni għan-negozju u ambjent nadif u b’saħħtu;

11.   jemmen li ħafna mill-aħjar prattiki diġà jeżistu iżda ma jinxterdux jew jiġu implimentati biżżejjed. Għalhekk, il-KtR itenni l-appell tiegħu għal netwerk virtwali li jferrex il-prattika tajba fost il-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa. Il-KtR kien assoċjat mill-qrib ma’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki u l-Premju Ewropew għall-Kapitali Ambjentali, u ħa sehem fis-segwitu għall-attivitajiet fir-rigward tal-Karta ta’ Leipzig tal-UE dwar Bliet Ewropej Sostenibbli fil-qafas tal-Grupp għall-Iżvilupp Urban (UDG) tal-Istati Membri tal-UE. Reċentement il-Kumitat tar-Reġjuni adotta wkoll opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati bħal kif il-bliet u r-reġjuni jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet Ewropej dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija, dwar azzjonijiet meħtieġa biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-mobilità urbana;

Azzjoni tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp tal-bliet Ewropej

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

12.   jemmen li għalkemm ma hemmx dispożizzjoni espliċita fit-trattati tal-UE għall-implimentazzjoni ta’ politika urbana, sar ħafna progress mill-1990 ’l hawn fil-qasam tal-iżvilupp urban, f’termini ta’ programmi u għarfien esperti fir-rigward ta’ interventi fil-bliet. Matul dan il-perijodu, il-bliet saru bħal laboratorji fil-miftuħ, b’riżultati tal-għaġeb, minkejja li l-fondi disponibbli huma limitati;

13.   jenfasizza li l-UE tista’ taqdi rwol kruċjali fl-appoġġ ta’ strateġiji għar-riġenerazzjoni urbana. B’referenza għall-“Acquis Urban”, il-Kummissjoni għandha tiġi inkoraġġita żżid l-isforzi tagħha sabiex l-azzjonijiet kollha ta’ għarfien u appoġġ li diġà jeżistu fir-rigward tal-iżvilupp urban ikunu disponibbli fil-livell lokali b’mod koerenti u strutturat. Dan għandu jinkludi l-politiki kollha tal-UE li għandhom impatt dirett fuq l-iżvilupp urban b’attenzjoni partikolari għall-politika ta’ koeżjoni, tal-impjieg, dik soċjali, tal-ambjent, tal-broadband u tat-trasport;

14.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-Gwida dwar id-dimensjoni urbana fil-politiki Komunitarji għall-perijodu 2007–2013 ippubblikata mill-Grupp ta’ Interservizzi għall-Iżvilupp Urban tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet aġġornata riċentement, u jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora l-idea ta’ aġġornar u formalizzar ta’ Aġenda Urbana Ewropea mehmuża mal-qafas il-ġdid għal azzjoni jew il-pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp urban li jinkludi r-riġenerazzjoni urbana integrata bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin filwaqt li fl-istess ħin jirrispetta l-kuntesti diversi li fihom iridu jiġu applikati;

15.   jappoġġja l-inizjattivi kollha li attwalment qed jikkontribwixxu għal żvilupp urban sostenibbli, u b’mod partikolari r-riġenerazzjoni urbana integrata, fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, l-iktar il-fergħa urbana tal-Fondi Strutturali, il-Verifika Urbana, l-Atlas Urban, il-programm URBACT u l-inizjattiva JESSICA. Madankollu, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza mill-qrib l-integrazzjoni tal-Inizjattiva Komunitarja URBAN fil-programmi operattivi tal-FEŻR u biex tfassal valutazzjoni speċifika ta’ nofs it-terminu tar-riżultati. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni jista’ jitqies neċessarju li fil-perijodu ta’ programmar li jmiss jissaħħaħ il-karattru speċifiku tal-inizjattivi ta’ riġenerazzjoni urbana fi ħdan il-Fondi Strutturali u wkoll li titjieb il-koordinazzjoni mal-politiki oħrajn fi ħdan Aġenda Urbana Ewropea;

16.   jilqa’ l-approċċ il-ġdid għal finanzjar ta’ inizjattivi ta’ riġenerazzjoni urbana rappreżentat minn JESSICA, b’mod speċjali għaliex jistabbilixxi rabta ċara bejn il-fondi u l-bżonn li jiġu żviluppati pjani integrati għall-iżvilupp urban, iżda jista’ jenfasizza li anki l-għotjiet huma strumenti utli u neċessarju biex jiġu indirizzati fallimenti fis-suq fil-kuntest tal-iżvilupp urban. Jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu fir-rigward tal-viżibilità ta’ JESSICA, il-livell ta’ għarfien fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali u problemi meqjusa fir-rigward l-implimentazzjoni fil-livell tal-Istati Membri;

17.   jemmen li hemm bżonn jiġu appoġġjati l-bidliet introdotti fir-regolazzjoni tal-Fondi Strutturali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli fid-djar. Madankollu, kif intqal fl-aħħar emenda tar-Regolament tal-FEŻR fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-intervenzjonijiet fir-rigward tal-alloġġ favur il-komunitajiet marġinalizzati, jeħtieġ li n-nefqa fuq id-djar tiġi ppubbliċizzata ħafna aktar, u għandha tiġi pprogrammata rigorożament bħala parti mill-qafas ta’ programm integrat ta’ żvilupp urban. Għaldaqstant, jixtieq jissuġġerixxi li l-għajnuna għad-djar f’żoni b’livell għoli ta’ deprivazzjoni għandha tiġi appoġġjata wkoll mill-Fondi Strutturali. Djar ta’ kwalità huma prekundizzjoni essenzjali għas-suċċess ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana. L-appoġġ finanzjarju għandu jingħata biss fil-qafas ta’ programmi integrati u taħt kundizzjonijiet stretti sabiex jiġi żgurat li tkun il-popolazzjoni lokali fil-bżonn li tibbenefika u ma tikkontribwixxix għall-ġentrifikazzjoni (gentrification);

Riġenerazzjoni urbana sostenibbli

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

18.   josserva li l-bliet tal-UE huma mistiedna jaħdmu mal-Unjoni fl-isforzi biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja, waqt li jikkontribwixxu wkoll lejn integrazzjoni Ewropea iktar profonda. It-tliet dimensjonijiet imsemmija mill-Presidenza Spanjola bħala l-bażi għall-iżvilupp tad-dibattitu dwar ir-rwol tar-riġenerazzjoni urbana fl-iżvilupp urban huma l-pilastri ta’ żvilupp sostenibbli. L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandha tissaħħaħ bi prijoritajiet ibbażati fuq temi partikolari fejn meħtieġ, sabiex il-kwistjoni titqiegħed fil-kuntest soċjoekonomiku modern. B’mod iktar speċifiku, il-Kumitat jaħseb li kwistjonijiet bħall-governanza urbana u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-finanzjament tar-riġenerazzjoni urbana, il-kontribut tat-teknoloġiji tal-informazzjoni għar-riġenerazzjoni urbana, l-importanza tal-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-awtoritajiet lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana, ir-rwol tal-innovazzjoni fir-riġenerazzjoni urbana u, fl-aħħar nett, il-kontribut tar-riġenerazzjoni urbana għall-iżvilupp ta’ rabtiet esterni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-bliet, għandhom ikunu minn ta’ quddiem fuq l-aġenda. Għalhekk, huwa ċar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ċentrali x’jaqdu fil-ħidma tar-riġenerazzjoni urbana, mill-użu tal-art sal-ippjanar urban u l-implimentazzjoni, b’enfasi fuq l-importanza tar-riġenerazzjoni meta mqabbla mal-iżvilupp urban ġdid u t-titjib taż-żoni ta’ bliet eżistenti meta mqabbla mal-espansjoni urbana;

Id-dimensjoni ekonomika tar-riġenerazzjoni urbana – Kontribut għat-tkabbir intelliġenti

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

19.   jenfasizza li t-tibdil ekonomiku fis-snin riċenti, b’mod speċjali minħabba l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija, jista’ jaffettwa b’mod proporzjonali żoni urbani iktar antiki jew żvantaġġati li, minħabba l-istruttura soċjoekonomika tagħhom, idumu iktar biex jadattaw minn żoni oħrajn tal-belt. F’dan ir-rigward, interventi mill-politika ta’ koeżjoni huma bbażati fuq l-idea li t-tkabbir mhux ibbilanċjat f’termini ta’ spazju mhux biss jagħmel ħsara lill-koeżjoni soċjali iżda jimponi wkoll limitu fuq it-tkabbir ekonomiku potenzjali. Dan huwa minnu iktar u iktar fil-livell lokali u ġie enfasizzat, pereżempju, mir-rapport Barca;

20.   jenfasizza l-bżonn li jiġu stimolati attivitajiet ekonomiċi innovattivi billi jiġu pprovduti ambjenti u inċentivi adatti, l-infrastrutturi l-iktar avvanzati u kapital uman imħarreġ tajjeb;

21.   huwa tal-fehma li l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tagħhom, kemm dak materjali u kemm dak immaterjali, permezz tar-riġenerazzjoni taċ-ċentri urbani filwaqt li jiġi rrispettat kemm jista’ jkun il-patrimonju storiku u arkitetturali, iżżid il-valur lill-immaġni, il-prestiġju u l-attrazzjoni tal-bliet u tippromovi d-diversità kulturali, li, f’termini ekonomiċi, għandha rwol ekonomiku kbir fl-iżvilupp tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u t-tkabbir industrijali, filwaqt li tippromovi l-iżvilupp lokali billi tappoġġja l-impjieg lokali speċjalizzat li ħafna drabi jkun ta’ sengħa kbira;

22.   jinnota li proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana li fihom infushom jissarrfu fi proċeduri u mhux biss f’riżultati għandhom joħolqu, jinkorporaw u jxerrdu l-għarfien u l-innovazzjoni;

23.   jenfasizza li strateġiji ta’ riġenerazzjoni urbana jridu jindirizzaw il-multipliċità ta’ fatturi li huma l-oriġini tat-tħassir ekonomiku f’xi żoni urbani. Bini li jiskadilu l-użu tiegħu, infrastruttura antika u problemi ta’ aċċessibilità huma wħud mill-iktar rilevanti. Ħafna kumpaniji jitilqu mill-belt biex ifittxu spejjeż operattivi iktar baxxi u aktar spazju, u b’hekk ħafna ħaddiema u impjegati segwew il-kumpaniji tagħhom bit-tama li jsibu kwalità aħjar tal-ħajja (strutturi soċjali u servizzi tat-trasport) jew għoli tal-ħajja aktar raġonevoli (kera inqas u prezzijiet tal-proprjetà aħjar). Sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ kumpaniji li huma lesti jistabbilixxu ruħhom f’żoni riġenerati, programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom ifittxu modi innovattivi kif jużaw l-ispazju disponibbli u jtejbu l-għoti ta’ servizzi mil-belt billi jdawru għall-vantaġġ tagħhom l-effetti ta’ agglomerazzjoni ta’ żoni urbani ċentrali;

24.   ifakkar li problemi ta’ mobilità urbana, li essenzjament huma problemi ta’ konġestjoni, huma l-pjaga ta’ ħafna żoni urbani fl-Ewropa, u s-soluzzjoni ma tistax tinstab biss fil-bini ta’ infrastruttura aħjar jew billi jsiru iktar investimenti ta’ flus fil-kumpaniji tat-trasport pubbliku. Il-mobilità urbana żżid il-possibilitajiet għall-abitanti u l-intrapriżi, u għalhekk tikkostitwixxi kemm fattur ta’ kompetittività ekonomika kif ukoll xprun tal-koeżjoni soċjali. Jenfasizza li trasport pubbliku effiċjenti u li ma jqumx ħafna flus għandu jkun disponibbli għaċ-ċittadini kollha, peress li jaqdi rwol ewlieni biex jeqred l-iżolament ta’ żoni żvantaġġati. Jenfasizza li meta wieħed jikkunsidra l-ħsara lill-ambjent li ssir fil-bliet, il-miżuri maħsuba biex jippromovu mezzi tat-trasport urban li jirrispettaw lill-ambjent (proġetti ta’ riċerka jew ta’ dimostrazzjoni li jikkonċernaw vetturi li jipproduċu ftit emissjonijiet jew xejn, attivitajiet maħsuba biex jippromovu mezzi oħra tat-trasport, bħall-qsim ta’ vetturi, il-promozzjoni tat-trasport bir-rota fil-bliet) għandhom isiru aktar importanti. Il-Kumitat itenni wkoll l-appoġġ tiegħu għat-tfassil ta’ pjani ta’ mobilità urbana sostenibbli, tal-inqas fil-bliet il-kbar, u jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ inċentiva fil-livell tal-UE, pereżempju li l-finanzjament tal-proġetti tat-trasport urban jingħata biss jekk ikun hemm pjani ta’ mobilità urbana sostenibbli u konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija għall-mobilità bejn is-settur pubbliku u dak privat;

25.   jixtieq jenfasizza l-bżonn li tittieħed azzjoni biex tissaħħaħ l-intraprenditorija lokali, billi tingħata attenzjoni partikolari fuq gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni permezz ta’ inċentivi, aġenziji tal-appoġġ tan-negozji u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti adatti, f’dan il-kuntest, jirrikonoxxi l-kontribut importanti li l-appoġġ għal intraprendituri nisa jista’ jagħti biex jgħin lill-ekonomija permezz ta’ tkabbir intelliġenti;

Id-dimensjoni ambjentali tar-riġenerazzjoni urbana – Kontribut għat-tkabbir sostenibbli

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

26.   jinnota li d-dimensjoni ambjentali tar-riġenerazzjoni urbana għandha tagħti prijorità għolja lil tliet kwistjonijiet ewlenin: l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra t-tniġġis ta’ riżorsi naturali bħala riżultat tal-attivitajiet tal-bniedem u, b’mod iktar ġenerali, l-użu vijabbli tagħhom, u fl-aħħar nett il-ħarsien tal-ambjenti naturali;

27.   huwa konvint li minkejja li l-Ewropa diġà tinsab f’livell għoli ta’ urbanizzazzjoni, it-tendenza lejn l-espansjoni taż-żoni urbani hija mistennija tkompli f’xi żoni b’mod partikolari fl-agglomerazzjonijiet l-iktar dinamiċi kbar u ta’ daqs medju. Hekk kif il-bliet jespandu dawn jistgħu potenzjalment jeqirdu xi riżorsi u jiddeterjoraw il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma. Għaldaqstant jenfasizza li programmi integrati ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom il-potenzjal li jwaqqfu jew anki jreġġgħu lura din ix-xejra billi jillimitaw tkabbir urban bla limiti u jirriġeneraw l-ambjent urban;

28.   jenfasizza li min-naħa l-oħra, it-tibdil fil-klima u ż-żjieda fil-livell tal-baħar minħabba l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra huwa mistenni jaċċelera matul dan is-seklu. Dan joħloq sfida ewlenija għaż-żoni kostali urbani, b’mod partikolari, li ser ikunu mistennija jħallsu spejjeż kbar, billi hemm bżonn riżorsi enormi, fost affarijiet oħra għall-miżuri ta’ difiża tal-kosta u l-għargħar. Dan jenfasizza kemm hija importanti l-ħidma tal-UDG tal-Istati Membri fuq qafas ta’ referenza għal bliet Ewropej sostenibbli li barra mit-tħassib ambjentali klassiku marbut ma’ żoni urbani, għandu l-intenzjoni wkoll li jintegra d-dimensjoni tat-tibdil fil-klima u l-problemi li jinħolqu mill-mitigazzjoni u l-adattament għall-effetti tiegħu;

29.   jagħti prijorità għolja lill-ġlieda kontra t-tniġġis tar-riżorsi naturali minħabba l-attivitajiet tal-bniedem, bħala punt ewlieni ta’ tħassib fir-riġenerazzjoni urbana, u b’enfasi partikolari fuq azzjonijiet li jappoġġjaw il-prevenzjoni tat-tniġġis. Fuq l-istess nota jenfasizza l-importanza li tingħata attenzjoni biex jitkejjel u jiġi limitat l-użu tal-materjali li jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali billi jiġi eżaminat iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom (produzzjoni, użu, rimi);

30.   jenfasizza li l-attrezzar mill-ġdid ta’ bini eżistenti bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huwa wieħed mill-iktar mezzi kost-effettivi biex jintlaħqu l-impenji ta’ Kyoto dwar it-tibdil fil-klima; huwa stmat li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-bini u l-ispejjeż relatati mal-enerġija jistgħu jitnaqqsu b’42 %;

31.   jinnota li l-bliet huma responsabbli għal 70 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, u f’dan ir-rigward il-Karta ta’ Leipżig issejjaħ lill-bliet biex inaqqsu l-marka tal-karbonju personali (carbon footprint), iħarsu r-riżorsi u l-bijodiversità tagħhom, jekonomizzaw fuq l-enerġija u jippromovu l-aċċess għal servizzi pubbliċi ewlenin. Għal din ir-raġuni jinnota l-bżonn li jittieħdu miżuri immedjati sabiex jiġi limitat il-konsum tal-enerġija tal-bliet, l-ewwel nett billi l-enerġija tiġi ġestita b’mod tajjeb, u t-tieni permezz tal-użu ta’ sorsi li jiġġeddu ta’ produzzjoni tal-enerġija. Għandhom jittieħdu miżuri li jikkorrispondu fil-qasam tad-djar billi tissaħħaħ il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-użu tal-enerġija;

32.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-Patt tas-Sindki li jinvolvi iktar minn 3 000 belt Ewropea li impenjaw ruħhom biex imorru lil hinn mit-tliet “objettivi ta’ 20 %”, rekwiżit legali minimu tal-UE li għandu jintlaħaq sal-2020. Din l-inizjattiva, kif ukoll il-Premju Ewropew għall-Kapitali Ambjentali, tnedew mill-Kummissjoni Ewropea u ġew approvati u appoġġjati mill-Kumitat tar-Reġjuni, li wkoll qed ifittex biex jespandi l-Patt għal-livell reġjonali;

33.   jirrikonoxxi r-rwol importanti ta’ żoni ambjentali u korpi tal-ilma fi programmi ta’ riġenerazzjoni urbana. Żoni ekoloġiċi u korpi tal-ilma jagħtu kontribut essenzjali għat-titjib tal-klima fil-bliet billi għandhom effett ta’ “tkessiħ” fuq il-belt, jipprovdu arja friska, jiffiltraw it-tniġġis u jnaqqsu l-istorbju. Min-naħa l-oħra, żoni ta’ rekreazzjoni ekoloġiċi jikkontribwixxu wkoll għal għajxien urban aħjar, u b’hekk isaħħu l-koeżjoni soċjali. Bliet iktar ekoloġiċi huma mira li kulħadd għandu jiffoka fuqha;

34.   jinnota kemm huma dejjem iktar rari r-riżorsi ta’ ilma disponibbli fil-livell globali u jsejjaħ biex programmi ta’ riġenerazzjoni urbana jkunu attivi fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilma għax-xorb, il-ġestjoni adatta tiegħu u l-applikazzjoni ta’ modi alternattivi kif jintuża. Għandha titnaqqas il-“water footprint” tal-bliet;

35.   huwa tal-fehma li l-kwalità estetika tal-ambjent arkitettoniku hija fattur kruċjali fil-kapaċità tal-bliet biex jikkompetu b’suċċess fuq livell internazzjonali, barra milli tinfluwenza kemm huma attraenti u l-kwalità ta’ ħajja tal-abitanti tagħhom, u jirrakkomanda interventi li jinkorporaw kreattività arkitettonika u artistika;

36.   jirrikonoxxi l-valur tal-ambjenti naturali madwar jew qrib tal-bliet u jagħti valur kbir lill-ħarsien u l-ġestjoni tagħhom, bħala mod importanti kif titkejjel ir-riġenerazzjoni urbana, b’rabta mal-miżuri li jittieħdu biex tiżdied il-kuxjenza pubblika dwar miżuri ambjentali u biex tingħata informazzjoni dwarhom;

37.   jinnota r-rabtiet b’saħħithom bejn il-bliet u r-reġjuni madwarhom, b’mod speċjali żoni tas-subborgi dinamiċi, u l-ħtieġa li dik ir-relazzjoni tiġi ġestita;

Aspetti soċjali tar-riġenerazzjoni urbana – Kontribut għat-tkabbir komprensiv

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

38.   jaħseb li f’bosta bliet it-tibdil soċjodemografiku pprovoka ċaqliq tal-popolazzjoni mid-djar tagħhom fiż-żoni urbani l-iktar antiki għal kumplessi ta’ djar iktar periferiċi, żoni urbani fil-periferiji tal-belt jew sempliċement bliet ġodda qrib ta’ agglomerazzjonijiet kbar. Ir-raġunijiet jinkludu d-disponibilità ta’ djar irħas u iktar attraenti, kwalità tal-ħajja aħjar u firxa usa’ ta’ servizzi. Fl-aħħar deċennji nies bi dħul ogħla mill-medju telqu mill-belt u issa bil-mod il-mod qed jerġgħu lura bis-saħħa tas-suċċess ta’ xi programmi ta’ riġenerazzjoni urbana. Għaldaqstant jenfasizza li f’dawk iż-żoni milquta minn tħassir urban, il-belt għandha terġa’ ssir post attraenti biex jgħixu fiha n-nies, kapaċi tissodisfa l-aspirazzjonijiet ta’ kulħadd indipendentement mid-dħul tagħhom;

39.   jenfasizza li d-djar tradizzjonalment kienu u għadhom ta’ tħassib ewlieni għar-riġenerazzjoni urbana, li l-għan ewlieni tagħha huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ ħajja mtejba għas-sezzjonijiet l-inqas privileġġjati tal-popolazzjoni;

40.   jaħseb li l-aggravazzjoni tal-inugwaljanzi soċjali hija sfida ewlenija f’ħafna miż-żoni urbani. Inugwaljanzi bejn żoni differenti huma r-riżultat ta’ proċess soċjospazjali ta’ ħolqien ta’ gettos (ghettoisation), li xi kultant joriġina minn politiki tad-djar mhux tajbin, forniment ta’ servizzi ristrett għal żoni għonja u li ma jasalx sas-subborgi fqar. F’dan ir-rigward l-objettiv il-ġdid ta’ koeżjoni territorjali miżjud mit-Trattat ta’ Lisbona għandu jħeġġeġ il-livelli kollha tal-gvern biex iqisu dawn id-differenzi fil-politiki urbani settorjali kollha, fi ħdan il-qafas ta’ strateġiji integrati ta’ riġenerazzjoni urbana. Għaldaqstant, jenfasizza li belt sostenibbli trid tkun imsejsa fuq is-solidarjetà urbana, u tiġġieled b’mod attiv l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni billi ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali bejn żoni differenti tal-belt, u bejn kategoriji soċjovokazzjonali, bejn in-nisa u l-irġiel u persuni li jiġu minn kuntesti varji tal-ħajja. Is-solidarjetà urbana trid tirrifletti l-ambizzjoni tagħna li nibnu soċjetà Ewropea inklużiva u iktar koeżiva.

41.   jemmen li għandu jsir sforz speċjali sabiex il-migranti jiġu integrati b’mod iktar effettiv fil-ħajja tal-belt, billi dan huwa l-mod kif jiġu solvuti kwistjonijiet relatati;

Sħubija għar-riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

42.   jenfasizza li programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom dejjem jinvolvu s-settur pubbliku, privat u ta’ bla qligħ u jqiegħdu lill-komunitajiet lokali fil-qalba ta’ dawn is-sħubijiet. Anki jekk ir-riġenerazzjoni urbana hija proċess kontinwu u bla tmiem, huwa impossibbli li napplikaw soluzzjoni waħda biss għall-problemi kollha. Parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati għandha tgħin biex jitgħallmu mis-suċċessi ta’ xulxin u jevitaw li jirrepetu l-istess żbalji. F’dan ir-rigward l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni biex ilaqqgħu flimkien atturi ekonomiċi u soċjali differenti u biex jiġu żviluppati azzjonijiet immirati. Id-dokumenti tal-użu tal-art u l-ippjanar urban jistgħu jservu bħala pjattaformi li permezz tagħhom l-amministrazzjonijiet kollha jistgħu jingħaqdu u jikkordinaw il-politiki;

Prijoritajiet tematiċi

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

43.   huwa tal-fehma li t-transizzjoni minn rinnovament urban, ikkonċentrat fuq l-ambjent fiżiku u uman, għal programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandha tiġi kkomplementata fil-perijodu ta’ ppjanar futur minn sforz biex jitwessa’ l-ambitu ta’ intervent sabiex jinkludi sensiela ta’ prijoritajiet ibbażati fuq temi, sabiex il-bliet Ewropej tal-futur ikunu jistgħu jilħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini tagħhom, jipprovdu strutturi u ambjenti li jimmassimizzaw il-ħiliet tal-ħaddiema u l-opportunitajiet ta’ xogħol tagħhom, li jkunu ambjenti vijabbli u attraenti għal djar, xogħol u ħin liberu, li joffru opportunitajiet massimi għal kulħadd mingħajr eċċezzjoni, u jużaw ir-riżorsi naturali b’attenzjoni u mingħajr ħela, sabiex ikunu jistgħu joperaw fi ħdan ekonomija b’użu baxx tal-karbonju;

Il-governanza ta’ strateġiji ta’ riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

44.   jenfasizza li r-riġenerazzjoni urbana għandha titqies bħala proċess kontinwu u integrat imsejjes fuq viżjoni fit-tul ta’ żvilupp urban sostenibbli. Il-governanza tajba ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandha tibda mill-istadju ta’ analiżi. Data b’saħħitha dwar l-ekonomija, fatturi soċjali u l-ambjent taż-żoni milquta għandha tinġabar minn sorsi affidabbli permezz ta’ indikaturi mfassla sew u li huma komparabbli ma’ xulxin. F’dan il-kuntest hija rilevanti b’mod speċjali l-ħidma tal-Verifika Urbana tal-Kummissjoni Ewropea u l-ħidma kontinwa dwar il-qafas ta’ referenza għal bliet Ewropej sostenibbli;

45.   jinnota li jenħtieġu modi ġodda kif tiġi organizzata l-politika urbana fejn politiki ta’ riġenerazzjoni urbana jkunu mfassla fil-livell lokali u reġjonali bl-appoġġ mil-livell nazzjonali u Ewropew, u jemmen li l-awtoritajiet lokali għandhom jieħdu rwol ta’ tmexxija biex jiġu żviluppati politiki dwar il-koeżjoni, l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni u b’hekk jiġu salvagwardjati r-riżorsi naturali u l-iżvilupp ekoeffiċjenti taż-żoni tagħhom kif ukoll it-tħeġġiġ u t-tisħiħ tad-djalogu bejn il-ħafna forom ta’ diversità kulturali. Sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-politika pubblika, ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali diġà żviluppaw forom ġodda ta’ governanza urbana li jressqu l-programmi ta’ riġenerazzjoni urbana eqreb għal-livell bażiku. Politiki urbani integrati jinvolvu msieħba barra mill-awtoritajiet pubbliċi u ta’ sikwit jinkludu l-popolazzjoni ta’ żoni milquta permezz ta’ sistemi parteċipattivi varji, fejn f’xi pajjiżi dan ħa l-għamla ta’ kuntratti jew patti. Jemmen li l-parteċipazzjoni maġġuri tal-pubbliku u r-rwol mogħti lill-komunitajiet urbani jippermettu l-emerġenza tal-kapital soċjali meħtieġ għas-suċċess ta’ politiki ta’ żvilupp urban;

46.   jesprimi l-fehma li programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom jiżguraw li jsir l-aqwa użu possibbli tal-mezzi tax-xandir kollha (stampa u elettroniċi) li jgħinu sabiex titqajjem kuxjenza u jipprovdu tagħrif u pubbliċità, kif ukoll ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni (referendi lokali, assembleji, demokrazija onlajn, eċċ.). Programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom jiġu mħaddna fil-proċess ta’ tagħlim sabiex jgħinu lill-bliet tal-UE jiżviluppaw u jikkontribwixxu għal tqajjim ta’ kuxjenza pubblika dwar kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-bliet u l-opportunitajiet imsemmija;

47.   jirrikonoxxi li, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-riġenerazzjoni urbana u l-kwistjonijiet ta’ żvilupp huma ttrattati b’mod effiċjenti fil-livell lokali; madankollu jemmen li l-appoġġ tal-UE jista’ jipprovdi benefiċċju ċar fil-qasam tal-iżvilupp urban, fejn jidher li hemm bżonn li l-UE tiffaċilita soluzzjonijiet għall-problemi urbani li qed jaffettwaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE; għalhekk jikkunsidra li l-politiki tar-riġenerazzjoni urbana u ta’ żvilupp għandhom jitfasslu fuq “l-acquis urban Ewropew” li jikkonsisti fi strumenti legali, inizjattivi ta’ politika kif ukoll mekkaniżmi eżistenti għall-iskambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika bejn il-bliet; ifakkar li l-politiki żviluppati f’dan il-qasam għandhom kollha jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u li jkollhom għarfien tal-qafas territorjali usa’;

48.   jindika li l-fondi tal-UE jistgħu jkunu utli, speċjalment meta jħeġġu lill-awtoritajiet lokali biex jikkooperaw fir-reġjun urban funzjonali kollu kemm hu. Dan ifisser li r-responsabbiltà konġunta tista’ tittieħed fir-reġjun kollu għall-gruppi tal-popolazzjoni u d-distretti tal-bliet mhedda mill-esklużjoni. L-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE jistgħu jsiru disponibbli għar-reġjuni urbani funzjonali bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet lokali jiġu mitluba jikkooperaw b’mod effettiv fl-allokazzjoni tar-riżorsi proprji tagħhom;

Il-finanzjament tar-riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

49.   jinnota l-għan tal-ippjanar tal-iżvilupp huwa li jintlaħqu ċerti ħtiġijiet u mhux biex jinbena l-futur. Inevitabbilment, li jinstabu r-riżorsi finanzjarji għall-iffinanzjar ta’ programmi ta’ riġinerazzjoni urbana huwa aspett ewlieni ta’ din il-kwistjoni li jikkontribwixxi għall-vijabilità ta’ programmi u ta’ kemm huma effettivi. Kwistjonijiet għal dibattitu jinkludu l-kombinazzjoni ta’ riżorsi ċentrali u lokali, jekk programmi għandhom jiġu ffinanzjati fuq bażi sistematika jew skont il-każ, il-kombinazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kapital privat, it-tassazzjoni lokali, il-kreditu, l-evalwazzjoni tal-benefiċċji ta’ tiġdid u d-distribuzzjoni tal-ispejjeż rilevanti bejn l-utenti u l-benefiċċjarji, l-oriġini tal-fondi u l-valur strateġiku u s-saħħa tas-sussidji pubbliċi. B’mod iktar speċifiku, għandu jsir xogħol fil-qasam tal-mekkaniżmi għall-finanzjar u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana. Waqt li hu mistenni li mekkaniżmi bħall-Fondi ta’ Żvilupp Urban (UDF) jew it-tliet “J” (JESSICA, JEREMIE u JASPERS) ser jgħinu f’din id-direzzjoni, eżami iktar iddettaljat u r-riżultati tal-implimentazzjoni tagħhom għadhom miftuħin għal dibattitu;

50.   jemmen li l-kontribut tal-volontarjat għal programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għad irid jiġi valutat sew. Fl-aħħar nett jinnota, fil-kuntest ta’ interventi futuri, li l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tat-tifsira tal-intraprenditorija kemm fi ħdan l-awtoritajiet lokali kif ukoll fi ħdan programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom ikunu element kritiku għar-riċerka;

Il-kontribut tat-teknoloġija tal-informazzjoni għar-riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

51.   jaħseb li hija fehma komuni li r-rivoluzzjoni tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni kellha riperkussjonijiet qawwija għall-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-għamla ta’ bliet Ewropej. Għandha titqiegħed enfasi speċjali fuq l-iżgurar li programmi ta’ riġenerazzjoni urbana jinkludu miżuri maħsuba biex jiżviluppaw infrastruttura teknika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni skont speċifikazzjonijiet għoljin u biex jiżviluppaw appikazzjonijiet u kontenut li jtejbu ħajjet in-nies u t-tħaddim ta’ servizzi pubbliċi, jgħollu l-livelli tal-forniment tas-servizzi mis-settur pubbliku u biex ikun attraenti l-użu ta’ dawn l-applikazzjonijiet;

52.   jemmen li l-opportunitajiet il-ġodda li qed jinħolqu inevitabbilment iġibu magħhom perikli; Il-ħarsien u s-sigurtà ta’ applikazzjonijiet u skambji, il-ħarsien tad-data personali, u r-rispett għall-privatezza u l-identità taċ-ċittadini huma kwistjonijiet kritiċi li għad fadlilhom xogħol xi jsir. Fl-istess waqt, l-użu ta’ teknoloġija tal-informazzjoni fil-qasam tas-sigurtà urbana jqajjem kwistjonijiet ikbar dwar kif jaħdmu d-demokraziji tagħna. L-aġenda ta’ riġenerazzjoni urbana trid tinkludi din il-kwistjoni u ssib soluzzjonijiet għall-problemi li tqajjem;

53.   jinnota li permezz ta’ infrastruttura bil-fil u bla fil l-applikazzjonijiet iktar avvanzati tat-teknoloġija tal-informazzjoni jirnexxielhom joħolqu ambjenti virtwali (ambient city, digital city, ubiquitous city); postijiet fejn il-pubbliku jinteraġixxi u jaqsam l-ideat. Il-belt diġitali (digital city) hija dinja parallela li l-aġenda tar-riġenerazzjoni urbana għandha tqisha;

L-innovazzjoni u t-tagħlim fi ħdan ir-riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

54.   jaħseb li l-appoġġ għall-innovazzjoni għandu jwassal għal riżultati mtejba u jikkontribwixxi għas-sostenibilità ekonomika tal-bliet; għal din ir-raġuni l-programmi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom jipprovdu ambjenti, infrastruttura u inċentivi li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni;

55.   b’mod simili, il-Kumitat jaħseb li l-introduzzjoni ta’ istituzzjonijiet tat-tagħlim, fost dawn l-istrutturi attivi fil-ħajja ekonomika tal-belt għandha tkun prijorità strateġika tar-riġenerazzjoni urbana;

56.   fl-istess waqt jemmen li r-riġenerazzjoni urbana għandha ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka u l-innovazzjoni, u tippromovi negozji innovattivi ġodda;

L-importanza tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-awtoritajiet lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

57.   jaħseb li d-dijanjosi tal-ħtieġa li jiġi implimentat programm ta’ riġenerazzjoni urbana, l-ippjanar tiegħu, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu, ir-reviżjoni possibbli tiegħu u l-evalwazzjoni finali huma azzjonijiet li jassumu l-eżistenza ta’ struttura governattiva b’kapaċità minima ta’ ġestjoni u ta’ amministrazzjoni; din il-kapaċità trid tiġi assigurata fl-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha. Din hija kundizzjoni neċessarja, li tesiġi l-inkorporazzjoni ta’ miżuri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ bini tal-awtoritajiet lokali fi ħdan programmi ta’ riġenerazzjoni urbana. Eżempji jinkludu l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni (MIS) u sistemi ta’ informazzjoni ġeografika (GIS) li jiffaċilitaw operazzjonijiet u jtejbu proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ ċertifikazzjoni (ISO, EMAS, eċċ.) li jevalwaw il-livell ta’ forniment ta’ servizz pubbliku. Miżuri li jiżguraw l-adozzjoni ta’ approċċ iċċentrat fuq il-pubbliku għall-ippjanar ta’ operazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-ippjanar tar-riġenerazzjoni urbana. Barra milli hija sfida, li l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jilħqu livell adatt hija wkoll prekundizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riġenerazzjoni urbana, u għal din ir-raġuni għandha titqies f’dan il-kuntest;

Il-kontribut tar-riġenerazzjoni urbana għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet esterni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

58.   jinnota li l-promozzjoni tal-bliet u l-ħolqien ta’ “marka” għal belt huma parti integrali tal-ħidma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Fid-dinja tagħna dejjem iktar globalizzata, il-kompetizzjoni bejn il-bliet qed tintensifika fejn tidħol l-attrazzjoni tal-kapital, l-investiment u l-ħaddiema b’ħiliet. Bliet ifasslu l-pjani ta’ żvilupp tagħhom sabiex ikunu jistgħu jitolbu fondi u riżorsi li bihom jiżguraw il-benesseri taċ-ċittadini tagħhom. Il-kompetizzjoni għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ewlenin sportivi, kummerċjali u kulturali hija biss eżempju wieħed, għalkemm l-iktar wieħed ovvju, tar-rivalità bejn il-bliet;

59.   min-naħa l-oħra l-Kumitat jinnota li fl-istess waqt li qed tiġi żviluppata l-kompetizzjoni bejn il-bliet, qed tikber ukoll il-kooperazzjoni. In-netwerking, sewwasew jekk imsejjes fuq bażi tematika jew ġeografika, qed isir fuq skala enormi, b’mod partikolari fl-UE grazzi għal miżuri Komunitarji mmirati bħal URBACT, INTERACT, il-ġemelaġġ tal-bliet, eċċ. L-iskambju tal-aqwa prattika ta prova li huwa għodda mill-iktar utli. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-internazzjonalizzazzjoni tal-bliet Ewropej għandhom ikunu qasam addizzjonali għal inizjattivi fl-ambitu tar-riġenerazzjoni urbana;

II.   KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

60.   jaħseb li meta jsiru għażliet strateġiċi għall-perijodu ta’ programmar li ġej (2014–2020), l-UE għandha tirrikonoxxi l-importanza strateġika tar-riġenerazzjoni urbana u tippromovi d-dimensjoni urbana fil-politiki kollha tagħha biex il-bliet għal darb’oħra jsiru laboratorji, did-darba b’aġenda ħafna iktar mimlija, biex jgħinu lill-UE toħroġ mill-kriżi ekonomika u finanzjarja;

61.   jipproponi t-twaqqif ta’ inizjattiva bit-titolu “Riġenerazzjoni urbana għal bliet tal-UE intelliġenti, sostenibbli u inklużivi”. Il-bliet tal-UE jistgħu jsiru l-aħjar post għall-implimentazzjoni tas-seba' inizjattivi ewlenin stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (2);

62.   jaħseb li issa huwa l-waqt li nieħdu dan it-tip ta’ deċiżjoni. Fid-dibattitu dwar il-qafas baġitarju għall-perijodu ta’ programmar li jmiss, kif ukoll fir-riforma tal-baġit għall-perijodu ta’ programmazzjoni attwali, jeħtieġ li titqajjem sew il-kwistjoni dwar il-finanzjament tar-riġenerazzjoni urbana.

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Il-bliet reġjuni (bħala l-konurbazzjonijiet tal-bliet u l-muniċipalitajiet qrib tagħhom) għandhom jiġu kkunsidrati f’din l-opinjoni.

(2)  COM(2010) 2020 finali.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/33


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-politika tal-UE u l-politika Internazzjonali fil-qasam tal-bijodiversità wara l-2010”

(2010/C 267/08)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Kummenti ġenerali

1.   jemmen li l-ħarsien tal-bijodiversità huwa essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, direttament u indirettament minħabba s-servizzi li toffrilna l-ekosistema. Kulħadd għandu d-dritt li jgawdi ambjent b’saħħtu u sostenibbli, u dan jirrikjedi l-preżervazzjoni tal-bijodiversità b’użu sostenibbli, u li jirrispetta r-rwol essenzjali li għandha fil-livell dinji fil-ġlieda kontra l-ġuħ u favur is-sigurtà tal-ikel. Il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-konsegwenzi serji għall-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni minħabba t-telf tal-bijodiversità li qiegħed dejjem jikber fl-ekosistemi, kemm għal raġunijiet etiċi kif ukoll biex jiġi rikonoxxut il-valur intrinsiku tal-bijodiversità, tiġi żgurata l-istabbiltà ekonomika u soċjali, jittaffa t-tibdil fil-klima u jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

2.   jappoġġja l-fatt li, barra milli jiġi enfasizzat il-valur intrinsiku tan-natura bħala l-wirt tal-umanità, tiġi avvanzata l-ħidma fuq il-valutazzjoni ekonomika tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema u li tiġi inkorporata fit-tfassil tal-politika. Jilqa’ b’sodisfazzjan il-fatt li, bis-saħħa tal-istudju nazzjonali dwar “L-Ekonomija tal-Ekosistemi u tal-Bijodiversità” (TEEB), qed jinftiehem dejjem iktar il-valur ekonomiku tal-bijodiversità u l-fatt li nuqqas ta’ azzjoni jirrappreżenta piż finanzjarju wisq kbir li ma nifilħux għalih. Il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li d-dimensjoni lokali u reġjonali ser tiġi indirizzata b’mod speċifiku fit-TEEB “Rapport D2 għall-Amministraturi”;

3.   jinnota li l-miri internazzjonali u tal-UE għall-2010 kienu essenzjali biex jiġġeneraw azzjoni ta’ ġid favur il-bijodiversità fil-livelli lokali u reġjonali mad-dinja kollha. Nistgħu nsibu ħafna eżempji ta’ prattiki tajbin fl-Unjoni Ewropea kollha. Minkejja dan, il-Kumitat huwa mħasseb serjament li la l-miri tal-UE u lanqas dawk dinjija għall-2010 ma ntlaħqu, għax kien hemm diverġenza ċara bejn il-wegħdiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu verament;

4.   jaħseb li sabiex jintlaħqu l-miri dwar il-ħarsien tal-bijodiversità, huwa essenzjali li s-setgħat pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, isibu bilanċ tajjeb bejn politiki ta’ żvilupp u objettivi ta’ bijodiversità u li jinkoraġġixxu l-użu ta’ inċentivi biex tiġi promossa l-konservazzjoni tal-bijodiversità;

Is-sehem tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’governanza u komunikazzjoni aktar effettivi

5.   jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità u biex jistabbilixxu strateġiji għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-awtoritajiet reġjonali u lokali rispettivi tagħhom. Dan għandu jitqies fid-dawl tas-sejbiet reċenti tas-sondaġġ tal-Ewrobarometru li nħarġu f’Marzu 2010 dwar l-imġiba tal-Ewropej fil-konfront tal-bijodiversità; minn dan is-sondaġġ ħareġ li 38 % biss tal-Ewropej huma konxji mis-sinifikat tat-terminu u 17 % biss iħossuhom milqutin b’mod dirett mit-telf tal-bijodiversità. Għal dan il-għan, il-KtR itenni r-rieda tiegħu li jippromovi proġetti għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u li jagħti sehmu biex iqanqal l-interess taċ-ċittadini fil-livell lokali u reġjonali u biex joħloq sinerġiji bejn il-partijiet interessati u l-awtoritajiet pubbliċi u f’dan ir-rigward jixtieq jorganizza avvenimenti kemm matul l l-OPEN DAYS 2010;

6.   jenfasizza li jekk trid tinżamm il-bijodiversità madwar id-dinja, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikollhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati, skont il-livell ta’ responsabbiltà li għandhom u bil-għan li dawn ikunu ta’ għajnuna biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jappoġġjaw lill-komunitajiet lokali fil-konservazzjoni tal-ambjent lokali tagħhom kif ukoll biex jappoġġjaw lill-korpi volontarji li jispiraw u jinvolvu lill-pubbliku fil-konservazzjoni tal-ambjent naturali. Responsabbiltajiet rilevanti oħra jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa u l-benesseri, l-ippjanar tal-użu tal-art u s-sjieda tal-art. Il-KtR iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu huma l-ewwel li jagħtu l-eżempju;

7.   jemmen li s-Sena Internazzjonali għall-Bijodiversità 2010 tan-Nazzjonijiet Uniti ser issaħħaħ l-impenn politiku fil-livell tal-UE u dak internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi globali tal-bijodiversità filwaqt li tħeġġeġ is-sehem attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-proġetti li nedew ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-bijodiversità, pereżempju proġetti għall-ħolqien ta’ żoni naturali protetti u għall-bini mill-ġdid ta’ ambjenti naturali li tkun saritilhom il-ħsara, u l-konservazzjoni ta’ artijiet mistagħdra (wetlands) u ekosistemi oħra, il-ħolqien ta’ green belts u l-ippjanar tal-ibliet permezz tal-użu ta’ kriterji dwar il-konservazzjoni tal-bijodiversità, u biex jissensibilizzaw aktar liċ-ċittadini tagħhom dwar il-bijodiversità, bħalma huma l-kompetizzjonijiet għall-aħjar ġonna u spazji ħodor fiż-żoni urbani. Il-ġonna residenzjali jipprovdu kenn vitali għall-għasafar u l-annimali u huma essenzjali biex jiffriskaw u jiffiltraw l-arja u jaħżnu l-karbonju;

B.   Lejn Strateġija UE 2020 dwar il-Bijodiversità

9.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-viżjoni għall-2050 u l-mira ġdida u ambizzjuża għall-2020 biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE sal-2020, u sa fejn jista’ jkun jissaħħu mill-ġdid, filwaqt li jiżdied il-kontribut tal-UE biex jiġi evitat it-telf tal-bijodiversità dinji, skont il-ftehim li ntlaħaq mill-Kunsill tal-Ambjent tal-15 ta’ Marzu 2010 li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-25/26 ta’ Marzu 2010. Dan huwa xhieda tal-impenn imġedded tal-UE li tikseb riżultati tanġibbli;

10.   iżda, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fi ħdan l-għan tal-istrateġija UE 2020 għat-tkabbir sostenibbli, il-bijodiversità tibqa’ ta’ importanza sekondarja meta mqabbla mat-tendenzi tat-tkabbir ekonomiku u t-tiftix ta’ ekonomija msejsa fuq livelli baxxi ta’ karbonju minflok ma titqies bħala għan ewlieni fiha nnifisha;

11.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li s-servizzi tal-ekosistemi tqiesu fil-mira għall-2020, kif ġie rrakkomandat qabel mill-KtR, bil-għan li tinbidel it-tendenza attwali u jerġgħu jibdew jintużaw. Madankollu, f’dan il-kuntest jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jispeċifikaw kif il-limitazzjoni tal-għan tar-“restawr tagħhom safejn hu possibbli” għandu jiġi interpretat fil-livell lokali u reġjonali;

12.   jaqbel mal-Kunsill li hemm bżonn li tittieħed azzjoni urġenti u effettiva issa biex jiġu evitati konsegwenzi ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali serji;

13.   jagħraf li dan huwa pass importanti biex jintwera l-impenn tal-UE li tieħu azzjoni u “tkun hi l-ewwel li tagħti eżempju” fl-10 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 10) tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) f’Ottubru 2010 f’Nagoya;

14.   jappoġġja s-sejħa tal-Kunsill lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq Strateġija UE 2020 dwar il-Bijodiversità li tqis ir-riżultati tal-COP 10 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

15.   jinsisti li din l-Istrateġija UE 2020 dwar il-Bijodiversità mhux ser tkun tista’ tilħaq il-miri tal-UE u dawk globali għal wara l-2010 dwar il-bijodiversità fil-prattika jekk ma tappoġġjax bis-sħiħ l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sidien jew utenti tal-artijiet oħrajn. L-istrateġija teħtieġ tindirizza l-fatt li bħalissa mhux qed jintefqu biżżejjed fondi strutturali fuq kwistjonijiet marbuta mal-ambjent u l-bijodiversità u tippromovi l-iskambju tal-aħjar prattiki biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jingħataw is-setgħa li jieħdu azzjoni prattika. Il-promozzjoni tal-prattiki tajbin fost l-awtoritajiet u l-ħolqien ta’ forum fejn jiġu identifikati problemi komuni u jsir skambju tas-soluzzjonijiet għall-bijodiversità ser jgħinu biex tinbena l-kapaċità fi ħdan l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

16.   bi pjaċir jinnota li t-talba tiegħu għat-twaqqif ta’ “infrastruttura ekoloġika” (1) għaddiet mill-Kunsill (2) u t-triq infetħet biex il-Kummissjoni Ewropea tfassal Strateġija tal-Unjoni Ewropea dwar l-infrastruttura ekoloġika wara l-2010. B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, strateġija bħal din għandha tinkludi dimensjoni territorjali u tippermetti li l-inizjattivi eżistenti, b’mod partikolari dawk fil-livell lokali u reġjonali, jiġu integrati f’qafas koerenti;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tal-istrateġija UE 2020 dwar il- bijodiversità

17.   jenfasizza li l-istrateġija l-ġdida UE 2020 tirnexxi biss jekk l-atturi u l-partijiet interessati kollha jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni skont mudell reali ta’ governanza f’diversi livelli. Huwa importanti li l-partijiet interessati kollha involuti jingħaqdu lkoll għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-esperti xjentifiċi, is-sidien ta’ pjani ta’ azzjoni għall-bijodiversità, l-NGOs u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni;

18.   jisħaq fuq il-ħtieġa li d-direttivi dwar l-għasafar u l-ambjenti naturali jiġu implimentati kompletament fil-livell reġjonali u lokali wkoll, li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tan-Netwerk Natura 2000 u li dan jiżviluppa b’mod sħiħ, li jiġu allokati fondi adegwati, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-bijodiversità hija mifruxa b’mod irregolari fit-territorju tal-UE, u billi jitqiesu ċerti miżuri effettivi ta’ ġestjoni u restawrazzjoni;

19.   f’dan ir-rigward jilqa’ l-appell li għamel il-Kunsill tal-Ambjent tal-15 ta’ Marzu 2010 għal approċċi parteċipattivi li ser jiġġeneraw inizjattivi meħtieġa u komplementari, b’approċċ minn isfel għal fuq, minn dawk li jieħdu sehem dirett fil-ġestjoni tal-art u tal-baħar, u b’mod partikolari, il-komunitajiet lokali;

20.   jenfasizza r-rwol kruċjali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza tal-bijodiversità u jappella għal aktar appoġġ mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea u nazzjonali;

21.   iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jfasslu programmi għall-bijodiversità u jinkludu għanijiet għall-bijodiversità fl-ippjanar u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-art tagħhom, jippromovu t-twessigħ taż-żoni ħodor (green areas), jevitaw id-degradazzjoni tal-ħamrija, il-ħsara lill-ekosistemi u l-frammentazzjoni tal-pajsaġġi u l-ambjenti naturali, inaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u jfittxu opportunitajiet biex il-bini mill-ġdid jew il-bini ta’ ambjenti naturali jingħaqad ma’ inizjattivi għall-użu tal-ispazju u tal-art; min-naħa l-oħra, jinnota li fil-każ ta’ żoni li ma tantx jgħixu fihom nies u żoni li għandhom aċċess tajjeb għal żoni ħodor, b’żoni kbar iddedikati għall-konservazzjoni tan-natura, il-kwalità tal-ħarsien tal-ambjent għandha tkun definita b’mod aktar preċiż u aktar effettiv, u għandha tittejjeb ukoll il-koordinazzjoni ma’ tipi oħra ta’ użu tal-art;

22.   huwa tal-fehma li l-fatt li l-Kunsill għaraf il-bżonn li jiġi żviluppat l-iskambju tal-aħjar prattiki biex jiġi żgurat li jsir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi fil-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità jfisser li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri qed isaħħu l-appoġġ tagħhom għal dan l-iskambju bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

23.   jappoġġja l-inizjattivi u n-netwerks – bħal pereżempju l-proġett LIFE + tal-“bliet kapitali Ewropej tal-bijodiversità”– li jgħinu biex jitwettqu l-impenji li daħlu għalihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq bażi volontarja u li jiżguraw it-tixrid tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew;

L-integrazzjoni tal-ħarsien tal-bijodiveristà f’oqsma prinċipali

24.   josserva li l-ħarsien tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi huwa tema li tolqot lil ħafna affarijiet oħra u li teħtieġ approċċ sistematiku fejn l-atturi differenti kollha fil-livelli kollha jaħdmu flimkien;

25.   itenni r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għas-settur li huma inklużi fl-opinjoni tiegħu “Impetu ġdid għat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità” (1) u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ħarsien effettiv u b’saħħtu tal-bijodiversità jista’ jseħħ biss jekk jiġi inkorporat fi strateġiji u politiki usa’ li jindirizzaw l-oqsma ewlenin li huma responsabbli għall-qerda tal-ambjenti naturali, il-frammentazzjoni u d-degradazzjoni kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art, it-tniġġis, eċċ. Dawn jinkludu l-biedja/forestrija, l-enerġija, it-trasport, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp reġjonali/l-ippjanar tal-ispazju; bl-istess mod, kull trattativa marbuta mal-kummerċ internazzjonali li tinvolvi lill-UE għandha tqis u ttaffi t-telf tal-bijodiversità;

26.   jiġbed l-attenzjoni għat-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jirrevedu s-sistemi fiskali tagħhom favur il-bijodiversità, pereżempju bi tnaqqis fir-rati tal-VAT għall-prodotti minn agrikoltura organika jew għall-prodotti li jinħarġu minn siti ta’ Natura 2000 u sabiex ineħħu t-taxxi u s-sussidji li jħeġġu l-imġiba li tolqot ħażin lill-bijodiversità;

27.   jenfasizza li l-ħarsien u t-tisħiħ mill-ġdid tal-bijodiversità jipprovdu ċerti opportunitajiet kosteffettivi biex jittaffa t-tibdil fil-klima jew isir adattament għalih, pereżempju fil-ħolqien ta’ kurituri ħodor maħsuba għall-iżvilupp u l-bini mill-ġdid tal-artijiet mistagħdra, fin-naturalizzazzjoni mill-ġdid tax-xmajjar u fil-promozzjoni ta’ “soqfa ħodor” u biex bijotopi importanti jintrabtu flimkien;

It-twaqqif ta’ sottomiri u indikaturi tajbin u miżuri kosteffettivi biex dawn jintlaħqu

28.   iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq għadd limitat ta’ sottomiri li jwasslu l-istrateġija f’lingwaġġ ċar u sempliċi u li permezz tagħhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jkejlu l-kontribut tagħhom stess u jdaħħlu miżuri korrettivi f'waqthom. Dawn il-miri għandhom bżonn jinbidlu minn miri marbuta mal-istatus, li huma diffiċli li jitkejlu, għal miri “marbuta mal-pressjoni”. L-għadd ta’ sottomiri għandu jkun limitat għal 5 jew 6 u jinkludu l-biedja, is-sajd u l-ambjenti marittimi, l-użu tal-art u l-qerda u l-frammentazzjoni tal-ambjenti naturali;

29.   jirrakkomanda li ssir definizzjoni bir-reqqa tas-sottomira dwar l-użu tal-art u l-ippjanar tal-ispazju, fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex jiġu indirizzati l-pressjonijiet tal-qerda u l-frammentazzjoni tal-ambjenti naturali. L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol vitali x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-kunċett tan-netwerks ekoloġiċi u jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iqisu l-ħtiġijiet differenti ta’ żoni kkonċentrati b’popolazzjoni numeruża jew żoni wesgħin li fihom jgħixu ftit nies. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu kontributuri ewlenin għal mira bħal din;

30.   jenfasizza l-importanza ta’ bażi ta’ referenza ċara li għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent sa Ġunju ta’ din is-sena, billi jiġi żgurat il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ kostanti dwar is-sottomiri u l-indikaturi għat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità u t-tisħiħ mill-ġdid tal-ekosistemi. It-twettiq ta’ azzjoni pożittiva teħtieġ data bażika ta’ kwalità tajba u monitoraġġ kontinwu, u biex dan jinkiseb ser ikun hemm bżonn ta’ żieda sinifikanti fil-fondi. Wieħed mill-modi kif dan jista’ jinkiseb huwa billi jkun hemm obbligi għall-iżviluppaturi, iżda jekk l-UE u l-Istati Membri ma jaqblux fuq żieda fil-fondi għal dan il-għan, il-mezzi finanzjarji disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex dan isir mhumiex ser ikunu biżżejjed;

31.   jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jintroduċu l-kunċett ta’ ekosistemi fil-bażi ta’ referenza u fl-indikaturi tagħhom. Eżempju ta’ dan huwa l-ewwel sett ta’ mapep bijofiżiċi ta’ servizzi tal-ekosistemi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

Fondi biex tinkiseb il-mira l-ġdida

32.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-baġit attwali allokat għall-ħarsien tal-bijodiversità mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri, inklużi dawk ta’ Natura 2000, u jappella li ssir żieda sinifikanti fil-mezzi finanzjarji fil-baġits tal-UE wara l-2013; fl-ippjanar ta’ direttivi u programmi ta’ għajnuna ġodda għandha tingħata attenzjoni biex ma jingħatawx fondi għal miżuri li jistgħu jfixklu l-bijodiversità;

33.   iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tuża kemm jista’ jkun il-benefiċċji tal-fondi tal-UE, b’mod partikolari billi jiġi indirizzat il-fatt li mhux qed jintefqu fondi strutturali biżżejjed fl-oqsma tal-bijodiversità u l-ambjent u biex tagħmel il-mudell integrat aktar effettiv għall-iffinanzjar tal-bijodiversità u Natura 2000;

34.   itenni l-appelli tiegħu (3) għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ekokundizzjonalità biex jiġi regolat l-aċċess għall-għajnuna pubblika, b’mod partikolari għall-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd; barra minn hekk, jitlob lill-Istati Membri jħabirku biex jiżguraw li s-setturi individwali tal-ekonomija jagħmlu kontribut ġust għall-ispejjeż marbuta mat-twaqqif mill-ġdid tas-servizzi tal-ekosistemi;

35.   fid-dawl tal-konklużjonijiet reċenti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (4), jirrakkomanda li ssir riforma tal-politika agrikola komuni b’tali mod li tkun tista’ tiġi appoġġjata aħjar l-agrikoltura ta’ Valur Naturali Għoli;

36.   jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twaqqaf mekkaniżmi ta’ ffinanzjar adegwati biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu “jibnu l-kapaċità” għall-waqfien tat-telf u l-ħarsien tal-bijodiversità taż-żoni tagħhom u għall-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni;

Speċijiet invażivi

37.   jinnota li l-ispeċijiet invażivi mhux indiġeni huma rikonoxxuti bħala theddida għall-bijodiversità fuq skala globali u dwar din il-kwistjoni ħarġu deċiżjonijiet mill-aħħar ħames konferenzi tal-partijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD);

38.   jinnota l-Istrateġija Ewropea dwar l-Ispeċijiet Eżotiċi Invażivi żviluppata fl-2003 fil-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Bern. L-Objettiv 5 tal-“Pjan ta’ Azzjoni tal-UE sal-2010 u Lil hinn” (5) jappella lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali dwar l-ispeċijiet eżotiċi invażivi. F’dan ir-rigward, il-KtR itenni l-appell tiegħu (1) lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa Strateġija tal-UE dwar l-ispeċijiet invażivi;

39.   jenfasizza li t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-fatturi li jwasslu għal estensjonijet tal-firxiet tal-ispeċijiet u dan ser ikompli fl-għexieren ta’ snin li ġejjin, filwaqt li jipprovdi l-potenzjal biex aktar speċijiet isiru invażivi;

40.   jiddispjaċih li l-pubbliku m’għandux għarfien biżżejjed dwar it-theddid mill-ispeċijiet invażivi mhux indiġeni. Huwa importanti ħafna li biex il-pubbliku jkun involut aktar, ikun aktar konxju u jkun mgħarraf aktar, u b’hekk ikun jista’ jbiddel l-imġiba tiegħu biex jgħin fit-tnaqqis tal-probabbiltà li jiddaħħlu speċijiet invażivi u tar-riskju li jiġi ffaċilitat it-tixrid tagħhom, kif ukoll li jkun hemm għajnuna biex dawn jinstabu u jiġu ssorveljati. L-awtoritajiet reġjonali u lokali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jinvolvu lill-pubbliku ġenerali fil-livell lokali, u għalhekk jitjieb l-għarfien u s-sehem tal-pubbliku;

41.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll għandhom rwol x’jaqdu permezz tal-edukazzjoni u bħala s-sidien tal-art. Barra minn hekk, il-persunal speċjalizzat tagħhom jista’ jgħin lill-organizzazzjonijiet tal-gvern nazzjonali jindirizzaw l-ispeċijiet invażivi bi sħab ma’ gruppi ta’ interess ewlenin mhux governattivi, billi jsir l-aħjar użu tal-kapaċità u r-riżorsi disponibbli biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta’ kif dawn jinsabu u tal-monitoraġġ;

C.   Il-kontribut tal-KtR għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-10 Konferenza tal-Partijiet tagħha (COP 10)

42.   jagħraf li l-kwistjonijiet tal-bijodiversità ma jiqfux fil-fruntieri nazzjonali u għalhekk jitlob li tittieħed azzjoni koerenti mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll f’kuntest internazzjonali;

43.   jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata u tiġi stabbilita mill-ġdid il-bijodiversità, inklużi s-servizzi tal-ekosistemi, f’livell dinji sabiex isir kontribut għall-qirda tal-faqar, għas-sigurtà tal-ikel u għall-iżvilupp lokali fid-dinja kollha. Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) hija kontribut essenzjali biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, b’mod partikolari l-għan numru 7 dwar is-sostenibbiltà ambjentali;

44.   jappella lill-UE u lill-Kummissjoni Ewropea jeżaminaw il-possibbiltà li l-KtR jsir osservatur għad-delegazzjonijiet tal-UE għall-COP 10 sabiex jiġi żgurat li leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun irrappreżentat b’mod adegwat mhux biss fid-delegazzjonijiet nazzjonali, iżda wkoll fid-delegazzjoni tal-UE (6);

45.   joffri li jikkontribwixxi għall-proċess tas-CBD u l-COP 10 tiegħu billi jippromovi kooperazzjoni deċentralizzata fl-iżvilupp bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u dawk ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità u tal-ekosistemi;

46.   iħeġġeġ lill-COP 10 tadotta l-Pjan Strateġiku rivedut u aġġornat għall-Konvenzjoni tal-perijodu 2011-2020 sabiex jiġi żgurat li l-ippjanar strateġiku tas-CBD jibqa’ għaddej wara l-2010;

47.   jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza li saret fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku li ż-żamma u l-bini mill-ġdid tal-ekosistemi ġeneralment jipprovdi modi kosteffettivi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u li l-indirizzar tat-tibdil fil-klima għalhekk jiftaħ għadd ta’ opportunitajiet għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli;

48.   jaqbel li hemm bżonn ta’ konverġenza akbar fil-livelli internazzjonali u nazzjonali fl-isforzi biex jiġu indirizzati t-tibdil fil-klima u l-bijodiversità b’mod li jkun ipprovdut appoġġ reċiproku, biex b’hekk isir l-aħjar użu milll-opportunitajiet fil-proċessi globali li għaddejjin fi ħdan il-Konvenzjonijiet ta’ Rio;

49.   jagħraf li l-azzjonijiet li ttieħdu s’issa għall-implimentazzjoni tas-CBD ma kinux biżżejjed biex tinkiseb il-mira internazzjonali għall-2010;

50.   jappoġġja l-għanijiet strateġiċi u sekondarji u l-miri importanti għall-2020 li jistgħu kemm jintlaħqu aktar kif ukoll jitkejlu aħjar, u li jiġi pprovdut qafas aktar effettiv permezz ta’ miri nazzjonali, u b’mod partikolari sottonazzjonali. Huwa jissuġġerixxi t-tnaqqis fl-għadd ta’ miri sabiex l-istrateġija tkun tinftiehem aktar u tkun iffukata aktar;

51.   iħeġġeġ mira primarja ġdida li tgħid b’mod espliċitu li sal-2020, il-Partijiet kollha tas-CBD ser ikunu involvew lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Din l-assoċjazzjoni għandha tittratta b’mod partikolari r-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjani ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-bijodiversità u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fil-livell reġjonali u lokali;

52.   iħeġġeġ lill-COP 10 jadotta deċiżjoni speċifika ddedikata għall-awtoritajiet sottonazzjonali u jieħu nota tal-“Abbozz ta’ Deċizjoni tas-CBD għall-COP 10 dwar il-Bliet, l-Awtoritajiet Lokali u l-Bijodiversità”, u l-“Abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar il-bliet, l-awtoritajiet lokali u l-bijodiversità 2011–2020” (7) miġbur fih. Pjan ta’ Azzjoni daqstant koerenti huwa meħtieġ sabiex jissaħħaħ u jiġi enfasizzat il-kontribut sostanzjali tal-awtoritajiet sottonazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tas-CBD għall-2011–2020. F’dan ir-rigward, il-KtR jirrikonoxxi “Is-Sħubija Globali dwar il-Bliet u l-Bijodiversità” u l-programm tal-assoċjazzjoni ICLEI “Azzjoni Lokali għall-Bijodiversità (LAB)”;

53.   jieħu nota tal-Indiċi ta’ Singapor dwar il-Bijodiversità tal-Bliet (CBI) li għandu jiġi ppreżentat fil-COP 10. Dan l-indiċi għandu jiġi żviluppat aktar sabiex ikun jista’ jiġi applikat b’mod volontarju lil awtoritajiet oħra.

Brussell, 10 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 22/2009 fin.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent tal-15 ta’ Marzu 2010.

(3)  CdR 22/2009 fin, CdR 218/2009 fin.

(4)  Rapport tekniku tal-EEA Nru 12/2009 “Distribution and targeting of the CAP budget from a biodiversity perspective”.

(5)  Dokument SEC(2006) 621, anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “It-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità sal-2010 – u lil hinn”, COM(2006) 216 finali.

(6)  Fl-4 ta’ Frar 2010, is-Segretarju Eżekuttiv tas-Segretarjat tas-CBD bagħat avviż lill-partijiet kollha tas-CBD, li fih stedinhom jinnominaw sindki u awtoritajiet lokali bħala parti mid-delegazzjoni tagħhom għall-COP 10.

(7)  Dokument tas-27 ta’ Jannar 2010, http://www.cbd.int/authorities/doc/CBD%20Plan%20of%20Action_2010_01_draft.doc.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/39


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Lejn politika marittima integrata għal governanza aħjar fil-Mediterran”

(2010/C 267/09)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.   jaqbel mal-fehma li r-reġjun tal-Mediterran joffri opportunitajiet kif ukoll sfidi uniċi, partikolarment relatati mal-kwistjonijiet tal-governanza;

2.   jiddispjaċih li jinnota li ż-żona tal-Mediterran għadha żona li fiha jeżistu kundizzjonijiet soċjoekonomiċi diverġenti ħafna;

3.   jinnota wkoll li l-Baħar Mediterran huwa ambjent magħluq u fraġli li huwa suġġett għal attività marittima intensiva u spiss perikoluża;

4.   jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ aproċċ sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar disponibbli, fl-interess kemm tal-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futuri;

5.   jinnota b’dispjaċir li l-intervent fit-tul tal-bniedem u l-użu eċċessiv tar-riżorsi naturali fil-Baħar Mediterran qed iħallu impatt negattiv ferm fuq l-istat tal-ambjent tal-baħar;

6.   jappoġġja l-fehma li żjieda fl-attività ekonomika marittima u l-ħarsien ambjentali jistgħu jimxu id f’id jekk ikun hemm mekkaniżmu ta’ governanza adatt, li jfittex li joħloq bilanċ tajjeb bejn l-aspetti ekonomiċi min naħa u d-dimensjoni ambjentali minn-naħa l-oħra;

7.   jinnota li objettiv ġenerali tal-Kummissjoni huwa li jinkiseb gwadann ekonomiku ikbar mill-baħar filwaqt li jonqos l-impatt fuq l-ekosistema fil-Mediterran;

8.   jappoġġja l-fehma li filwaqt li primarjament hija intiża għall-Istati Membri, biex Politika Marittima Integrata jkollha suċċess – speċjalment f’żona bħalma hi l-Mediterran fejn huma biss terz tal-istati li huma Stati Membri tal-UE – huwa essenzjali li jkun hemm komprensjoni reċiproka u kooperazzjoni aktar b’saħħithom mal-imsieħba Mediterranji li mhumiex fl-UE;

9.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni minn tmien ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Pajjiżi tal-Inizjattiva Adrijatika-Jonika (l-Albanija, il-Bosnja Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, il-Montenegro, is-Serbja u s-Slovenja) f’Ancona, fil-5 ta’ Mejju 2010, tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ għall-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku-Joniku, li wieħed mill-għanijiet tagħha huwa l-promozzjoni ta’ politiki tal-iżvilupp fondamentalment konġunti, bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi oħra fl-inizjattiva, partikolarment permezz tal-inkoraġġiment tat-twaqqif ta’ strateġiji tal-iżvilupp konġunti bil-parteċipazzjoni tal-atturi lokali u b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

10.   jenfasizza l-fatt li l-ambjent marittimu u l-governanza tiegħu għandhom impatt sinifikanti fuq id-dimensjoni lokali u reġjonali, filwaqt li huma affettwat b’mod dirett minnhom;

Sfidi Ewlenin

11.   jagħraf il-kumplessità tal-kwistjonijiet u tal-pressjonijiet li hemm fuq dawk li jiffurmaw il-politika meta jkunu qed jittrattaw element tant importanti fit-tessut ekonomiku Ewropew u globali bħalma hu l-Mediterran;

12.   jinnota li l-livelli attwali ta’ attivitajiet ekonomiċi, partikolarment f’oqsma bħat-traffiku marittimu u t-trasbord tal-merkanzija, is-sajd u t-turiżmu, qed ikollhom effett qawwi fuq l-ekosistema tal-Mediterran li jħallu warajhom livell li qed jiżdied ta’ degrad ambjentali;

13.   jaqsam il-preokkupazzjoni li l-kombinazzjoni tat-tniġġis minn sorsi tal-art u l-bastimenti, l-iskart, l-impatti fuq il-bijodiversità, is-sajd żejjed u d-degradazzjoni kostali fil-Mediterran trid tiġi indirizzata b’mod adegwat u b’urġenza;

14.   huwa konxju tal-fatt li l-wirt uniku kulturali u naturali fiż-żona Mediterranja jinsab dejjem aktar mhedded;

15.   huwa daqstant ieħor konxju li r-reġjun Mediterranju huwa żona ta’ riskju għoli f’termini ta’ effetti potenzjali mit-tibdil fil-klima;

16.   jilqa’ b’sodisfazzjoni l-għarfien li l-immigrazzjoni irregolari mill-baħar hija punt ta’ tħassib serju fir-reġjun, u jappoġġja l-appell għall-kooperazzjoni mal-imsieħba Mediterranji biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu u l-imwiet marbutin miegħu;

Lejn governanza marittima mtejba

17.   jaqsam il-preokkupazzjoni li fil-maġġoranza tal-Istati Mediterranji, kull politika settorjali tissegwa mill-amministrazzjoni tagħha, u għalhekk l-istampa globali tal-impatt kumulattiv tal-attivitajiet marittimi hija għan diffiċli biex jintlaħaq;

18.   huwa daqstant ieħor preokkupat bil-fatt li l-proporzjon kbir ta’ spazju tal-baħar immarkat bħala ibħra miftuħa jagħmilha diffiċli biex l-Istati kostali jippjanaw, jorganizzaw u jirregolaw l-attivitajiet li jaffetwaw l-ibħra territorjali u l-kosti tagħhom;

19.   josserva li l-iżvilupp ta’ politiki u attivitajiet indipendentement minn xulxin u mingħajr koordinazzjoni xierqa bejn l-oqsma kollha tal-attivitajiet li għandhom impatt fuq il-baħar kif ukoll l-atturi lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali kollha jagħmluha aktar diffiċli biex l-aspirazzjonijiet għal governanza aħjar fil-Mediterran jintlaħqu;

20.   fl-istess waqt jaqbel li, għal governanza tajba, jiġu garantiti l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ regoli maqbula;

21.   jaqbel li hemm bżonn li tinħoloq kultura ambjentali fil-Mediterran bħala element fundamentali tas-sensibilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-proċess taż-żamma tas-sostenibbiltà tal-baħar fil-livelli kollha;

22.   itenni l-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifikaw x’inhu meħtieġ biex jimplimentaw il-politika lokalment u fil-livell reġjonali tal-baċir tal-baħar, u għalhekk jista’ jkollhom rwol importanti fil-kisba ta’ Politika Marittima Integrata fi ħdan iż-żona Mediterranja;

23.   f’din il-perspettiva, jinnota li l-gvernijiet lokali u reġjonali diġà jipparteċipaw attivament fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni b’suċċess tal-inizjattivi reġjonali għall-kisba ta’ dan il-għan (1);

Ir-rwol tal-Istati Kostali tal-Mediterran

24.   jappoġġja l-appell lill-Istati Membri Mediterranji biex ikomplu l-isforzi tagħhom biex ifasslu l-politiki marittimi integrati tagħhom;

25.   jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif ta’ sistema li tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki;

26.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li l-Punti Fokali ta’ Livell Għoli tal-Istati Membri jittrattaw il-Baħar Mediterran sabiex jiġi diskuss il-progress fit-tfassil tal-politika marittima integrata;

27.   jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jaqsmu l-aħjar prattiki fil-governanza marittima integrata, b’mod partikolari permezz tal-programmi tal-Objettiv Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali għall-Mediterran;

28.   jaqbel mal-fehma li n-natura partikolari tal-Baħar Mediterran, li hu nofsu magħluq, u l-impatti transkonfinali tal-attivitajiet marittimi jesiġu kooperazzjoni akbar mal-imsieħba Mediterranji li mhumiex fl-UE;

29.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tistimula l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-UE u l-istati tal-Mediterran li mhumiex fl-UE li huma interessati f’aproċċ integrat għall-affarijiet marittimi billi jitwaqqaf grupp ta’ ħidma ddedikat lill-Politika Marittima Integrata;

30.   iħeġġeġ li l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ appoġġ jiġi estiż għall-istati membri li mhumiex fl-UE fiż-żona tal-Mediterran, b’mod li jkunu jistgħu jitħeġġu li jitilqu l-perspettiva kompartimentalizzata u settorjali u jadottaw approċċ olistiku u integrat fil-kwistjonijiet marittimi;

31.   jenfasizza l-fatt li l-provvista ta’ assistenza teknika u l-iżvilupp ta’ programmi speċifiċi ta’ kooperazzjoni konġunta f’termini ta’ inizjattivi ta’ politiki eżistenti (bħall-Istrument Ewropew ta’ Politika tal-Viċinat u ta’ Sħubija) hija pass fid-direzzjoni t-tajba;

32.   jesprimi l-fehma li l-parteċipazzjoni ta’ nies mill-akkademja, professjonisti u korpi mhux governattivi ser isservi biex isaħħaħ dan il-proċess;

33.   jappella lill-Kummissjoni biex tagħraf li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni li jipprovdu kontribut sinifikanti f’dan ir-rigward, u għalhekk għandhom jingħataw kull opportunità u kull strument meħtieġ biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-programmi u l-inizjattivi kollha li jittieħdu;

Governanza tal-ispazju tal-baħar

34.   jinnota bi tħassib li proporzjon importanti mill-ilmijiet Mediterranji tinsab barra mill-awtorità ġurisdizzjonali u d-dritt sovran ta’ kwalunkwe stat kostali, u li għalhekk il-kapaċità tal-istati kostali li jippreskrivu u jinfurzaw liġijiet f’dawn iż-żoni jibqa’ limitat fl-aħjar każi;

35.   huwa konxju mill-fatt li jeżistu kwistjonijiet kumplessi u politikament sensittivi dwar id-delimitazzjoni tal-fruntieri bejn stati ġirien u fuq naħiet opposti tal-Mediterran, u li dawn il-kwistjonijiet jistgħu jfixklu l-iżvilupp ta’ Politika Marittima Integrata li tkun ġenwina fiż-żona Mediterranja;

36.   iqis li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-1982 (UNCLOS) tista’ sservi ta’ bażi biex dawn il-kwistjonijiet ta’ delimitazzjoni jiġu indirizzati, u jesprimi t-twemmin li l-UE għandha tfittex li tqanqal l-interess fost dawk l-istati li mhumiex fl-UE u li għadhom ma rratifikawx din il-konvenzjoni biex jagħmlu dan;

37.   jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li tidentifika l-punti ewlenin tal-konġestjonijiet li qegħdin itellfu r-ratifikar, l-implimentazzjoni u l-konformità mad-deċiżjonijiet minn ftehimiet eżistenti u l-possibbiltajiet għal kooperazzjoni multilaterali mtejba u għajnuna f’dan ir-rigward;

38.   jaqbel mal-fehma li x-xogħol tal-organizzazzjonijiet li jittrattaw affarijiet marittimi fiż-żona Mediterranja jrid ikun aktar trasparenti u li d-dispożizzjonijiet adottati jew promossi minn dawn il-korpi jiġu ssorveljati sistematikament u implimentati;

39.   jaqbel mal-appell tal-Kummissjoni għal aktar ċarezza fir-rigward tar-rwolijiet u r-responsabbiltajiet tal-Istati kostali, partikolarment fir-rigward tal-ġestjoni taż-żoni marittimi f’perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli;

40.   jappoġġja l-proposta għal studju speċifiku li jidentifika l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-twaqqif ta’ żoni marittimi;

41.   jistieden lill-Kummissjoni biex tkun aktar deċiża fil-pożizzjoni tagħha fir-rikonoxximent li t-titjib tal-governanza tal-ispazju tal-baħar fil-livell sottoreġjonali għandu jitħeġġeġ u jkompli jissaħħaħ;

Parteċipazzjoni imtejba mill-partijiet interessati

42.   jaqbel mal-fehma li l-involviment tal-partijiet interessati għandu jkun prijorità ewlenija fl-implimentazzjoni tal-Poliltika Marittima Integrata fil-Mediterran;

43.   jinnota li l-impenn tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi l-pjattaformi tal-partijiet interessati biex jindirizzaw regolarment kwistjonijiet li huma direttament relatati mal-Baħar Mediterran;

44.   jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tesplora l-alternattivi biex il-partijiet interessati mill-Istati kostali kollha jingħaqdu b’mod aħjar;

Għodod transsettorjali għall-governanza marittima integrata

45.   jaqbel li governanza marittima mtejba teħtieġ għodod effettivi, immirati lejn il-ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, l-iżgurar tal-ħarsien ambjentali u futur aħjar għall-popolazzjonijiet kostali;

Pjanar tal-Ispazju Marittimu u Strateġiji għall-Baħar

46.   jilqa’ b’sodisfazzjoni l-prospettiva pożittiva tal-Kummissjoni li l-attività marittima fil-Mediterran x’aktarx ser tikber minkejja l-kriżi ekonomika globali attwali;

47.   iżda, fl-istess waqt, huwa preokkupat li din iż-żjieda fl-attività marittima tista’ twassal biex it-tessut soċjali u ambjentali fiż-żona tal-Mediterran, li diġà hu fraġli, imur lura jekk ma jkunx hemm regolamentazzjoni u infurzar adegwati;

48.   jaqbel mal-fehma li, filwaqt li jiġu rispettati s-sistemi tal-ippjanar nazzjonali li diġà jistgħu jkunu eżistenti, l-Ippjanar Spazjali Marittimu fiż-żona tal-Mediterran jista’ jipprovdi għodda effettiva ta’ governanza għall-applikazzjoni tal-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistemi, l-indirizzar tal-impatti interrelatati mill-attivitajiet marittimi, konflitti bejn l-użijiet tal-ispazju u l-preżervazzjoni tal-ħabitats tal-baħar;

49.   japprova l-applikazzjoni ta’ prinċipji komuni identifikati mill-pjan ta’ tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu għall-kuntest speċifiku tal-Mediterran;

50.   iqis li l-kisba ta’ għadd ta’ objettivi għal status ambjentali tajjeb fl-ilmijiet tal-ibħra sal-2020, permezz tal-iżvilupp ta’ Strateġiji Marini [tal-Baħar] integrattivi, li japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi għall-attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatt fuq il-baħar, għandhom jibqgħu prijorità. F’din il-perspettiva, huwa importanti li tingħata attenzjoni mhux biss lill-kwistjonijiet bħall-inkwinament tal-baħar ikkawżat mill-kumplessi turistiċi portwarji u kostali, iżda wkoll għall-kwalità tal-ilma tax-xmajjar li jarmu fil-Mediterran kif ukoll għall-ħtieġa li tiġi garantita sistema ta’ purifikazzjoni tad-drenaġġ ta’ kwalità għolja għall-ibliet u l-lokalitajiet li jinsabu kemm tul ix-xmajjar kif ukoll madwar iż-żoni kostali;

51.   huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kontribut sinifikanti x’jagħtu f’dan ir-rigward, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon is-suġġeriment tal-Kummissjoni li jitnieda proġett li jipprova l-applikazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu fil-livell sottoreġjonali bil-ħsieb li jitħeġġew prattiki konkreti traskonfinali. L-iżvilupp ta’ prattiki bħal dawn għandu jqis is-sistemi nazzjonali tal-ippjanar eżistenti, u l-enfasi għandha tkun aktar li dawn is-sistemi jintrabtu ma’ xulxin milli li ssir riorganizzazzjoni sfurzata;

52.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ Strateġija Komuni tal-Implimentazzjoni li tgħin lill-Istati Membri jaqdu l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva ta’ Qafas għal Strateġija Marittima għalkemm għandu r-riżervi tiegħu dwar jekk il-mira ta’ valutazzjoni komprensiva tal-ibħra u l-użijiet relatati tagħhom sal-2010 tistax tintlaħaq b’mod realistiku;

Ġestjoni integrata fiż-żoni kostali u l-gżejjer

53.   jappoġġja l-ispinta li l-kwistjoni tal-bidla fil-klima ngħatat bħala qasam ta’ tħassib ta’ prijorità;

54.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni mogħtija lill-iżvilupp portwarju, it-turiżmu kostali u l-ħarsien tal-wirt marittimu u l-ambjent tal-baħar, inklużi s-siti tan-NATURA 2000;

55.   jaħseb li wieħed għandu jqis l-akwakultura bħala element li jrid jiġi kkunsidrat fil-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, peress li huma parti mill-kultura u s-sistema produttiva kostali tal-Mediterran;

56.   jaqbel li jeżisti potenzjal kbir għal aktar żvilupp fil-baċir kollu tal-Mediterran, li b’mod inerenti huwa għani fil-kultura;

57.   jinnota b’sodisfazzjon l-ispinta li ngħatat lill-kwistjoni tal-Istati u r-reġjuni gżejjer, u b’mod partikolari d-diffikultajiet assoċjati mal-possibbiltà ta’ konnessjonijiet fiżiċi;

58.   japprova l-appell għal approċċ integrat taż-żoni kostali tal-Mediterran;

59.   jaqbel li l-għodod ta’ governanza transsettorjali jistgħu jgħinu lir-reġjuni kostali tal-Mediterran biex jindirizzaw b’mod aħjar is-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika b’mod integrat;

60.   itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva tal-Kummissjoni li tadotta strumenti legali għall-baċir kollu biex l-għan ta’ Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali tal-Mediterran jimxi ’l quddiem (2);

61.   jaqbel li l-iskambju tal-aħjar prattiki hija għodda importanti li tiżgura li t-titjib fil-prattika jiġi reġistrat u konsegwentement jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi inventarju fuq il-web tal-għodod tal-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali, prattiki tajbin u studji tal-każijiet;

62.   jappoġġja l-intenzjoni li jkun hemm inizjattiva għall-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fil-Mediterran, u li jkun hemm attenzjoni partikolari għall-kooperazzjoni internazzjonali;

63.   iqis pożittiv il-fatt li jiġu adottati miżuri għat-tisħiħ tal-interfaċċja bejn l-art u l-baħar, b’mod partikolari billi jingħaqdu filmkien l-ippjanar terrestri u dak marittimu;

64.   iżda fl-istess waqt iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea li tkun aktar deċiżiva fl-approċċ tagħha u tipproponi għodod ġodda u aktar effiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi stabbiliti, li jqisu l-valur miżjud potenzjali tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proċess;

65.   ikun favur il-ħolqien ta’ gruppi ta’ azzjoni marittima li jgħaqqdu flimkien diversi aspetti settorjali li llum huma mmexxija b’mod distint, biex titjieb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-fondi strutturali (FEŻR, FSE) u fondi oħra (FES) li jistgħu jintużaw fil-qasam marittimu;

Faċilitar ta’ azzjonijiet ibbażati fuq l-għarfien

66.   jaqbel li l-iżvilupp ta’ ekonomiji marittimi sostenibbli u l-ġestjoni kostali effikaċi jeħtieġu politiki mibnija fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli;

67.   jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi inizjattivi għall-ġestjoni sostenibbli taż-żoni portwarji;

68.   jaqsam il-preokkupazzjoni li hemm bżonn isir aktar għall-ġbir u t-tixrid ta’ dejta bażika biex jiġi vvalutat l-istatus ambjentali tal-Baħar Mediterran u r-rendimenti possibbli mir-riżorsi naturali;

69.   jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi l-importanza tal-parir xjentifiku u l-ġbir tad-dejta fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali fil-Mediterran;

70.   jaqbel li l-infrastruttura msaħħa għar-riċerka dwar il-baħar, l-isforzi integrati fir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD) permezz ta’ nodi marittimi u l-Pjattaformi Teknoloġiċi, kif ukoll is-sinerġiji bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, huma meħtieġa biex jinstabu soluzzjonijiet koerenti ħalli jintlaħaq il-potenzjal ekonomiku sħiħ tal-Baħar Mediterran f’approċċ ekosistemiku, u għaldaqstant iqis li l-iżvilupp ta’ osservazzjonijiet multidixxiplinari tal-ekosistemi marittimi, fosthom il-fond tal-baħar huma pass fid-direzzjoni t-tajba;

71.   jagħraf il-ħidma importanti li qed issir biex jiżviluppa Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta dwar il-Baħar (EMODNET) sabiex tittejjeb l-infrastruttura tal-għarfien u jingħelbu l-ostakli għall-iskoperta, l-aċċess u l-użu tad-dejta;

72.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf Netwerk Ewropew ta’ Żoni ta’ Riċerka integrat tal-baħar immirat li jsaħħaħ il-koordinazzjoni fir-riċerka tal-baħar bejn l-Istati Membri, fosthom dawk fil-Mediterran;

73.   jaqbel li jkun utli li tiżviluppa inizjattiva ta’ riċerka transtematika importanti immirata lejn l-integrazzjoni tal-għarfien dwar il-Baħar Mediterran fid-dixxiplini rilevanti kollha;

74.   jilqa’ l-iżvilupp ta’ Atlas Ewropew tal-Ibħra sabiex jittejjeb l-għarfien u tiġi żviluppata identità marittima komuni fil-baċiri tal-ibħra, fosthom il-Mediterran;

75.   jinnota li fir-rigward tar-realtajiet ġeopolitiċi partikolari eżistenti fiż-żona tal-Mediterran is-suċċess aħħari ta’ kwalunkwe inizjattiva jew miżuri jiddependi ħafna mill-parteċipazzjoni tal-Istati kollha tal-Mediterran u fuq l-eżistenza ta’ programmi konġunti u inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità adegwati;

76.   f’dan il-kuntest, jappoġġja l-inizjattiva li tiddefinixxi qafas strateġiku fit-tul għal kooperazzjoni xjentifika madwar il-baċir Mediterran, li jippermetti li l-kooperazzjoni fir-riċerka dwar l-ibħra tiżviluppa fi ħdan aġenda strutturata li twieġeb għall-isfidi komuni;

Sorveljanza integrata għal aktar sikurezza u sigurtà fl-ispazju marittimu

77.   jaqbel li s-sorveljanza tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet marittimi speċjalment dawk immirati lejn kwistjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza u tal-preżervazzjoni tal-ħajjiet umani u tal-ekosistema tal-baħar, hija meħtieġa sabiex jiġu ġestiti b’suċċess l-attivitajiet fuq il-baħar;

78.   iqis li jkun meħtieġ li s-sorveljanza marittima tinkludi l-attivitajiet tas-sajd u tat-trasbord li jsiru kemm mal-kosta tal-Istati membri kif ukoll fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran;

79.   japprova l-fehma li l-implimentazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà marittima hija essenzjali;

80.   jemmen li jrid isir aktar biex jiġi żgurat li l-bini tal-kapaċità tal-amministrazzjonijiet marittimi u l-awtoritajiet portwarji tal-imsieħba Mediterranji li mhumiex fl-UE jippermettulhom jindirizzaw l-isfidi biex jiżguraw spazju marittimu sikur u żgur fi ħdan il-Mediterran;

81.   jaqbel mal-fehma li wasal iż-żmien li jitkompla x-xogħol fuq il-kisbiet tal-proġett SAFEMED fil-mili tat-toqob regolatorji u strutturali li hemm bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi msieħba tagħna fil-Mediterran, u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza Marittima tibda programmi ta’ kooperazzjoni teknika mal-imsieħba tagħna fil-Mediterran;

82.   fir-rigward tas-sorveljanza tal-movimenti tal-bastimenti, jħeġġeġ lill-Kummissjoni li twessa’ l-iskop tas-server reġjonali tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika billi tħeġġeġ lill-Istati Membri li mhumiex fl-UE jintegraw fih;

83.   jirrikonoxxi l-kontribut tal-Frontex għal pattuljar aħjar taż-żona tal-Mediterran, b’mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni enormi mill-immigrazzjoni irregolari li qed titpoġġa fuq l-Istati Membri Ewropej;

84.   jagħraf li permezz ta’ proċess effettiv ta’ djalogu u għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi Mediterranji msieħba, dawn ukoll jistgħu jitħeġġu li jipparteċipaw direttament fl-attivitajiet tal-Frontex fil-Mediterran;

85.   madankollu, huwa preokkupat li l-Frontex għadha mhijiex armata tajjeb biex tagħmel dak li hu mistenni minnha b’mod effettiv, u jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li tiżgura li din l-aġenzija tiġi pprovduta bl-għodod u r-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-mandat tagħha;

86.   fl-istess waqt, jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li l-linji gwida li ġew approvati riċentement għall-pattulji fil-fruntieri tal-UE ħolqu sitwazzjoni fejn Stati li ma jistgħux iġorru l-piż ulterjuri tal-migrazzjoni illegali jistgħu jiġu skuraġġuti milli jipparteċipaw attivament bħala pajjiżi ospitanti tal-missjonijiet Frontex u b’hekk jonqos serjament il-potenzjal tas-suċċess ta’ dawn il-missjonijiet;

87.   huwa favur li jittieħdu miżuri aktar diretti, kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra, biex dawk li qed jiffaċilitaw il-migrazzjoni illegali permezz tal-attivitajiet kriminali tagħhom jiġu persegwitati quddiem il-ġustizzja;

88.   fl-istess waqt, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel kull sforz ħalli tiżgura li f’kull każ, kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra, jkun hemm l-akbar rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-migranti kkonċernati;

89.   jappoġġja kull inizjattiva mmirata li ssaħħaħ il-ħidma pożittiva li ssir fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kontra d-drogi fuq il-baħar;

90.   jinnota b’dispjaċir li l-Komunikazzjoni ma tagħmel l-ebda referenza għar-riskju li dejjem qed jikber tat-terroriżmu, inkluż il-piraterija fuq il-baħar, li sfortunatament qed jiżdied f’żoni li mhumiex wisq imbiegħda mir-reġjun;

91.   japprova kull sforz għall-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima fil-Mediterran permezz tal-promozzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u t-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-baħar;

92.   madankollu huwa tal-fehma li l-inklużjoni tal-pajjiżi msieħba Mediterranji fl-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima mhijiex kwistjoni li trid tkompli tiġi kunsidrata, iżda minflok għandha tkun preokkupazzjoni prijoritarja għall-Kummissjoni;

93.   fl-istess waqt jenfasizza l-fatt li s-sorveljanza b’suċċess tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet marittimi u s-serħan mill-preokkupazzjonijiet dwar is-sigurtà ma’ jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Konklużjoni

94.   jaqbel li l-isfidi li jaffettwaw il-Baħar Mediterran jeħtieġu risposti kondiviżi u integrati, bbażati fuq governanza marittima mtejba, u jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tassumi rwol ta’ koordinament u l-faċilitazzjoni tal-azzjonijiet nazzjonali fi ħdan l-isfera tal-politika Marittima Mediterranja;

95.   f’dan ir-rigward, jinnota li l-Kummissjoni ġeneralment tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, anke jekk huwa diżappuntat li jinnota li l-Komunikazzjoni mhux dejjem tagħti r-rikonoxximent dovut lid-dimensjoni lokali u reġjonali, partikolarment fil-kuntest tal-programmi u l-inizjattivi proposti, u għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri li jiżguraw li l-gvernijiet lokali u reġjonali jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw direttament f’dawn il-programmi u inizjattivi u jkun hemm risposta konġunta għall-isfidi kruċjali li r-reġjun tal-Mediterran qed jiffaċċja. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatt li hemm differenzi fl-istruttura tal-gvernijiet lokali fl-Istati Membri differenti, u li r-responsabbiltajiet diversi tagħhom jimplikaw possibbiltajiet differenti fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni mixtieq;

96.   jaqbel mal-fehma li approċċ integrat lejn l-affarijiet marittimi ma għandux jhedded l-għodod u l-għanijiet li ġew stabbiliti biex isir progress f’oqsma speċifiċi ta’ rilevanza marittima;

97.   jaqbel li politika marittima integrata ta’ suċċess fil-Mediterran għandha l-potenzjal li tiffaċilita l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u r-riżultati fl-isferi differenti ta’ attività li jaffettwaw ir-reġjun;

98.   iżda, fl-istess waqt, ma jistax ma jinnotax b’dispjaċir li l-Komunikazzjoni ma tipprovdix dettalji dwar l-iffinanzjar tal-azzjonijiet previsti;

99.   għaldaqstant, filwaqt li japprova l-objettivi u l-azzjonijiet stabbiliti mill-Komunikazzjoni, jappella lill-Kummissjoni li tinnota l-Opinjoni tiegħu u tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tkompli ssaħħaħ il-Komunikazzjoni;

Rakkomandazzjonijiet

Il-Kumitat tar-Reġjuni, b’mod partikolari jirrakkomanda li:

100.   jitrawwem djalogu aktar profond u kostruttiv bejn l-atturi kollha rilevanti fir-reġjun, fosthom il-livell lokali u reġjonali, b’mod li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka u l-komprensjoni;

101.   jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom l-Istati Mediterranji jiġu mħeġġa li jieħdu ħsieb b’mod partikolari l-ħarsien tal-ambjent tal-baħar u l-bijodiversità u li jkunu jistgħu jikkontribwixxu, b’mod ugwali, lejn il-governanza effettiva ta’ din iż-żona unika;

102.   il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni u l-adozzjoni tal-miżuri għall-koordinament ta’ azzjonijiet diretti speċifiċi bejn u fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji li mhumiex fl-UE, bil-ħsieb li tiġi miġġielda l-attività kriminali organizzata u transnazzjonali li qed tiżdied fir-reġjun Mediterranju, mhux l-anqas fir-rigward tal-fenomenu tat-traffikar tal-persuni, tad-droga u tal-armi;

103.   jingħataw attenzjoni u rikonoxximent akbar lir-rwol potenzjali tad-dimensjoni lokali u reġjonali, kemm fi ħdan l-UE u fl-Istati Mediterranji li mhumiex fl-UE, u f’din il-perspettiva li jkun hemm attenzjoni, koordinament u appoġġ akbar lill-ħidmiet tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM);

104.   il-Kumitat tar-Reġjuni, u l-livelli lokali u reġjonali tal-gvern li jirrappreżenta, iridu jingħataw opportunità sħiħa li jipparteċipaw attivament fil-ħidmiet tal-grupp ta’ Punti Fokali tal-Istati Membri ta’ Livell Għoli li qed jiġi propost biex jiddiskuti regolarment it-tfassil tal-politika marittima integrata;

105.   fl-istess waqt, il-Kumitat tar-Reġjuni, u l-livelli lokali u reġjonali tal-gvern li jirrappreżenta, jingħataw opportunità sħiħa li jipparteċipaw attivament fid-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar Politika Marittima Integrata fil-Mediterran;

106.   isir studju approfondit dwar il-prodotti u l-materjali li bħalissa qed jiġu trasportati bil-baħar tul il-Mediterran bil-ħsieb li jiġu identifikati l-livelli reali ta’ riskju assoċjati magħhom;

107.   ikun hemm aktar inizjattivi konġunti bejn il-pubbliku u l-privat, appoġġjati b’mod attiv mill-istrumenti finanzjarji Ewropej biex jitnaddaf il-Mediterran u jitwaqqaf it-telf fil-bijodiversità, kif ukoll li tiġi inċentivata r-riċerka ħalli jinħolqu mezzi biex il-materja prima titwassal lill-industrija b’aktar effiċjenza u inqas periklu;

108.   jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-istudju ddettaljat tal-fenomeni assoċjati mat-tibdil fil-klima u t-tniġġis kostali, li għandhom impatt ekonomiku serju fuq is-sajd kostali. Intant, jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jieħdu azzjoni diretta ħalli jitnaqqas il-piż fuq il-professjonisti u l-ħaddiema tas-settur tas-sajd;

109.   jiġu żviluppati u appoġġjati għal tul ta’ żmien qasir u medju għodod u mekkaniżmi adegwati intiżi biex b’mod aktar effettiv iġibu integrazzjoni akbar fil-politika marittima li twassal għal livell ogħla ta’ armonizzazzjoni u semplifikazzjoni tal-politiki marttimi;

110.   jiġu stabbiliti miżuri biex iħeġġu lill-Istati kollha tal-Mediterran jirratifikaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-konvenzjonijiet u l-protokolli dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, il-bijodiversità, u l-attivitajiet ta’ navigazzjoni u tas-sajd fil-Mediterran, anki permezz tal-ġestjoni komuni u kondiviża tar-riżorsi tas-sajd u l-armonizzazzjoni tal-limiti marbutin mas-sistemi differenti tas-sajd fl-Istati kollha tal-Mediterran;

111.   b’mod partikolari tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-appelli ripetuti tiegħu għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu finanzjarju semplifikat u uniku li jġib flimkien il-kwistjonijiet kollha marittimi fil-qafas ta’ Fond Ewropew għaż-Żoni tal-Kosta u tal-Gżejjer;

112.   il-Kummissjoni tamplifika s-suġġeriment tagħha li tniedi proġett biex tipprova l-applikazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu fil-livell sottoreġjonali ħalli tħeġġeġ prattiki konkreti transkonfinali billi tipprovdi proposta dettaljata fi żmien raġonevolment qasir. F’dan il-kuntest il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar l-appell tiegħu għal governanza f’livelli differenti innovattiva li fiha għandhom jitqiesu l-aspetti soċjali u ambjentali u l-konvenzjonijiet reġjonali attwali.

Brussell, 10 ta’ Ġunju 2010

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2009) 540 finali.

(2)  Fuq il-linji tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fil-Mediterran tal-21.1.2008


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/46


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-kooperazzjoni lokali u reġjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-Unjoni Ewropea”

(2010/C 267/10)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   jinnota li t-tfal jirrappreżentaw wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-mod kif jikbru u l-iżvilupp tagħhom, inklużi il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom, għandu jkun fost il-prijoritajiet ewlenin tal-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri;

2.   jinnota li l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea espliċitament jirrikonoxxi d-drittijiet tat-tfal; barra minn hekk, id-drittijiet fundamentali tat-tfal jirrappreżentaw kwistjoni orizzontali u trasversali, li tmiss ħafna dimensjonijiet, u għaldaqstant għandha tiddaħħal fil-politiki Ewropej u nazzjonali rilevanti kollha bħala prijorità orizzontali trasversali. Jemmen li l-Konvenzjoni tan-NU għad-Drittijiet tat-Tfal tista’ tintuża bħala qafas li ma jiġix attivat biss f’każ ta’ ksur ta’ dritt, iżda applikat b’mod ġenerali għall-promozzjoni tal-iżvilupp u l-opportunitajiet tat-tfal u ż-żgħażagħ kollha;

3.   jinnota li l-qafas istituzzjonali u legali għar-rispett tad-Drittijiet tat-Tfal, inkluża r-ratifika tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll ftehimiet internazzjonali ewlenin oħrajn f’dan il-qasam mill-Istati Membri kollha, huwa żviluppat biżżejjed fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan ma jwaqqafx milli jinqalgħu sfidi u perikli ġodda f’dan il-qasam, u b’hekk jenħtieġu miżuri ta’ politika ġodda, azzjonijiet ikkoordinati tajjeb u l-monitoraġġ kontinwu ta’ dawn kollha;

4.   jinnota li l-objettiv li jiġu rrispettati b’mod effettiv id-Drittijiet tat-Tfal ma jistax jintlaħaq mingħajr sħubija komprensiva li tinkludi l-atturi kollha kkonċernati, b’mod partikulari l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-NGOs u l-atturi l-oħrajn attivi f’dan il-qasam, inklużi t-tfal infushom, iżda l-ewwel u qabel kollox l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fuq quddiem fl-iżgurar tad-drittijiet tat-tfal kuljum u għandhom kompetenzi importanti f’dan il-qasam;

5.   jinnota li l-implimentazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal taqa’ b’mod predominanti taħt l-oqsma ta’ politika fejn kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri jgawdu minn kompetenzi (pereżempju l-politika soċjali, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, is-saħħa, il-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, eċċ.); għaldaqstant jenfasizza l-importanza li kull azzjoni li tittieħed fil-livell tal-UE tirrispetta l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u tiġi implimentata fl-ispirtu ta’ governanza f’diversi livelli; azzjoni tal-UE għandha tħeġġeġ id-dibattitu, l-iskambji tal-aqwa prattika, kif ukoll ir-riċerka komparattiva, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

6.   jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiffoka bħala prijorità fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza, il-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli ta’ tfal, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi tat-traffikar, u dawk li jiffaċċjaw il-periklu tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. Madankollu, il-KtR jinnota li f’dawn l-oqsma kollha mhux ser ikun possibbli li jintlaħqu l-objettivi stipulati jekk ma jkunx hemm sħubija mal-atturi rilevanti kollha, b’mod speċjali l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

7.   josserva wkoll li hemm bżonn ta’ miżuri bikrija favur il-promozzjoni tas-saħħa bil-għan li jiġu antiċipati wħud mill-problemi li jistgħu jinqalgħu meta t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu qed jgħixu f’ambjenti li jesponuhom għall-periklu;

8.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan tal-Kummissjoni li tfassal Komunikazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif ukoll il-metodoloġija magħżula biex dan il-għan jintlaħaq – l-organizzazzjoni ta’ konsultazzjoni pubblika dwar is-suġġett. Madankollu, il-KtR jistenna bil-ħerqa li jikkoopera mal-Kummissjoni fil-qafas tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Forum tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u fi ħdan il-Forum stess;

9.   jilqa’ d-dispożizzjonijiet tal-Programm ta’ Stokkolma (Programmi Pluriennali għall-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja u l-Ħarsien taċ-Ċittadin), adottati mill-Kunsill Ewropew fl-2010, u li jinkludu l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tat-tfal bħala kwistjoni prijoritarja;

10.   waqt li jiddispjaċih li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex imsemmija b’mod espliċitu fil-Programm ta’ Stokkolma, jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-għarfien tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-formulazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma;

11.   jappoġġja b’mod attiv id-Djalogu Annwali dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni fuq ħafna livelli tad-Drittijiet Fundamentali, koorganizzati mill-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Kumitat tar-Reġjuni, bħala għodda sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta’ strateġija Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal, u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal;

12.   jilqa’ l-indikaturi dwar id-Drittijiet tat-Tfal li żviluppat l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea bħala pass importanti lejn l-implimentazzjoni ta’ politiki iktar infurmati u msejsa fuq l-evidenza. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet ta’ dawn l-indikaturi; bil-kemm jidħlu fl-ambitu ta’ kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għaldaqstant għandhom użu limitat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

13.   jiddispjaċih li għalkemm l-Istati Membri kollha tal-UE huma firmatarji tal-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom ta’ Impjieg tat-Tfal tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), mhuwiex ċar kemm hawn tfal li huma vittmi tat-traffikar u tal-isfruttament fix-xogħol. Għaldaqstant, bħala parti mis-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010, jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar bejn il-korpi rilevanti u l-aġenziji speċjalizzati fil-livelli kollha, sabiex ikunu jistgħu jiġġestixxu b’mod iktar effettiv l-isfruttar tat-tfal;

14.   jinnota l-ħtieġa li jiġi enfasizzat iżjed ir-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-ħarsien soċjali u l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol;

15.   jinnota li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jitqiesu bħala msieħba essenzjali taħt il-proċeduri ta’ konsultazzjoni tal-UE, b’mod partikulari għaliex huma f’pożizzjoni tajba biex jgħarrfu l-opinjoni pubblika u jħeġġu d-djalogu ma’ komunitajiet lokali, bil-għan li jissaħħaħ il-livell ta’ ħarsien tad-drittijiet tat-tfal u biex jiġu organizzati kampanji ta’ tagħrif dwar id-drittijiet tat-tfal imnedija fil-livell reġjonali u lokali bl-appoġġ finanzjarju tal-UE, bil-għan li titqajjem il-kuxjenza tat-tfal dwar id-drittijiet tagħhom;

16.   jinnota r-rwol importanti li jaqdu l-NGOs Ewropej u nazzjonali attivi fil-qasam tad-Drittijiet tat-Tfal;

17.   jilqa’ inizjattivi li jagħtu wiċċ lill-politiki, bħall-kunċett tal-UNICEF ta’ belt adattata għat-tfal (Child Friendly City), li jagħti lok għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal f’azzjoni fil-livell lokali u jinkludi kemm miżuri li jiżguraw id-drittijiet tat-tfal kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom fil-proċessi rilevanti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

18.   jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jisfruttaw bis-sħiħ l-istrutturi li diġà jeżistu li jiffaċilitaw kooperazzjoni u skambju tal-aqwa prattika, bħas-soċjetà ċivili organizzata, il-qasam akkademiku u dawk li jfasslu l-politika attivi fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu appoġġjati fil-livell Ewropew miżuri innovattivi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u sħubijiet iktar effettivi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn Stati Membri differenti tal-UE, kif ukoll l-iskambju ta’ prattiki tajba promossi f’dan ir-rigward;

19.   isejjaħ lill-Kummissjoni biex tinkludi f’dokumenti tal-Unjoni Ewropea li jittrattaw il-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, eżempji tal-aqwa prattiki mill-Istati Membri kollha. B’hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Karta Ewropea dwar Bliet Adattati għat-Tfal u dawk tal-Linji Gwida ta’ Politika tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Strateġiji Nazzjonali Integrati għall-Ħarsien tat-Tfal mill-Vjolenza għandhom jiġu riflessi fl-istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, waqt li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li ssir enfasi iktar qawwija fuq l-aħjar mod kif impenji ta’ politika jiġu ttrasformati f’azzjonijiet fil-prattika;

20.   jinnota r-rwol importanti li jaqdi l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tad-Drittijiet tat-Tfal u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-Kunsill tal-Ewropa;

Qafas legali u amministrattiv

21.   filwaqt li jqis il-kumplessità u n-natura multidimensjonali tal-kunċett tad-drittijiet tat-tfal, il-KtR jenfasizza l-bżonn li din il-kwistjoni tiġi indirizzata l-ewwel u qabel kollox bħala għodda li tiżgura ambjent sigur, komprensiv u ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tat-tfal, sabiex ikunu jistgħu jsiru membri sħaħ, b’kuxjenza u b’responsabbiltà soċjali tal-komunitajiet lokali u tal-Istati Membri rispettivi tagħhom, kif ukoll tas-soċjetà multikulturali Ewropea kollha kemm hi;

22.   isejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu iktar attenzjoni lill-iżgurar tad-Drittijiet tat-Tfal, inkluż ir-rispett tal-kundizzjonijiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp tat-tfal. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom opportunità unika biex jiżviluppaw il-politiki tagħhom stess, u jservu ta’ eżempju kemm għal pajjiżhom kif ukoll għall-UE;

23.   jinnota li wħud mill-gruppi l-iktar vulnerabbli ta’ tfal huma eżentati mill-miżuri implimentati sabiex ikunu żgurati d-drittijiet tat-tfal. Din hija ta’ importanza partikulari fil-każ tal-hekk imsejħa “tfal inviżibbli” – it-tfal li ġejjin minn familji li m’għandhomx status ta’ residenza legali kif ukoll tfal tat-triq;

24.   jinnota li hija ta’ importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri jaħdmu flimkien b’mod effettiv u li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ta’ miżuri inqas b’saħħithom imsejsa fis-soċjetà, bħall-hotline 116000 għal tfal mitlufin. Il-KtR isejjaħ lill-Istati Membri biex jiżguraw li n-numri bla ħlas tat-tip “116” jkunu disponibbli għall-pubbliku, u li jippromovuhom fost iċ-ċittadini;

25.   isejjaħ lill-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiġbru sorsi ta’ informazzjoni iktar kompleti u biex itejbu dejjem aktar it-tekniki ta’ ġbir u analiżi tad-data tal-indikaturi tad-Drittijiet tat-Tfal. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati f’kull stadju ta’ dan il-proċess, kemm bħala fornituri ta’ materjal kwantitattiv u kwalitattiv, kif ukoll fil-kapaċità tagħhom bħala utenti aħħarija ewlenin ta’ din l-għodda;

26.   filwaqt li jqis in-nuqqas ta’ tagħrif komprensiv dwar il-ħarsien tad-Drittijiet tat-Tfal fl-Istati Membri, isejjaħ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, tippubblika u taġġorna b’mod regolari “Klassifika tad-Drittijiet tat-Tfal”, bħala għodda li tkopri l-indikaturi mtejba tad-Drittijiet tat-Tfal u li tipprovdi informazzjoni affidabbli, komparabbli u aġġornata dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-Istati Membri. Il-Klassifika tista’ tissejjes fuq il-metodoloġija tal-Klassifika tas-Suq Intern, li diġà teżisti, fejn tiġi indikata t-traspożizzjoni ta’ direttivi dwar is-suq intern. Din l-għodda għandha sservi mhux biss bħala punt ta’ referenza għar-riċerka iżda wkoll – billi tenfasizza l-aqwa prattika – tista’ ssir xprun importanti għal tibdil fil-politika fl-Istati Membri, fejn jingħeleb in-nuqqas ta’ acquis mandatorju, permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, kif promoss fil-White Paper dwar il-Governanza Ewropea;

27.   isejjaħ lill-Kummissjoni biex tippromovi l-kunċett tad-Drittijiet tat-Tfal kif ukoll il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali fl-UE u mhux fl-UE f’dan il-qasam fi ħdan il-qafas tal-politiki esterni tal-UE. Għal dan il-għan għandha titħeġġeġ il-koooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll mal-oqfsa oħrajn ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE, inkluż, iżda mhux limitati għal, il-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-Unjoni għall-Mediterran, id-djalogu bejn l-UE u l-Afrika u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, biex b’hekk isir kontribut lejn it-titjib fil-kwalità tal-ħajja fil-pajjiżi msieħba tal-UE, l-ewwel u qabel kollox billi ssir enfasi fuq il-pajjiżi mal-fruntieri esterni tal-UE;

L-iżgurar tad-drittijiet bażiċi u l-indirizzar tal-isfidi ewlenin

28.   jinnota r-rwol pożittiv li jaqdu l-Ombudsmen Nazzjonali tat-Tfal u korpi oħrajn simili fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, kif ukoll il-benefiċċji possibbli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati rilevanti oħrajn jistgħu jiksbu minn komunikazzjoni miż-żewġ naħat u kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawn l-uffiċjali. Fl-istess waqt iħeġġeġ lill-Istati Membri li jsaħħu l-istituzzjoni tal-Ombudsman tat-Tfal b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

29.   jinnota li l-faqar jista’ jirrappreżenta impediment deċiżiv għall-aċċess universali għall-opportunitajiet indaqs li jridu jiġu ttrattati sabiex jiġi żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet tat-tfal. Il-faqar tat-tfal jista’ jwaqqafhom u l-familji tagħhom milli jgawdu mid-drittijiet tagħhom u jillimita l-opportunitajiet futuri. Għalhekk l-azzjonijiet li jittieħdu l-ewwel u qabel kollox iridu jiffokaw fuq it-tfal mill-gruppi soċjali l-iktar vulnerabbli u jiżguraw edukazzjoni ta’ kwalità għall-kulħadd, sabiex it-tfal kollha jkollhom l-opportunità biex jiżviluppaw;

30.   jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod effettiv permezz tal-promozzjoni ta’ sistemi tal-ħarsien soċjali li huma sensittivi għall-bżonnijiet tat-tfal u multidimensjonali, billi t-tfal jistgħu jiġu protetti aħjar jekk huma u l-ġenituri tagħhom ikollhom ukoll aċċess għal kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti u għall-kura tas-saħħa. L-approċċ l-iktar effettiv f’termini ta’ spejjeż jinvolvi kemm prevenzjoni kif ukoll ħarsien soċjali. B’mod partikulari, miżuri bħat-tneħħija ta’ miżati għall-orfni u t-tfal vulnerabbli jippermettu iktar aċċess għal servizzi edukattivi u tas-saħħa. Għaldaqstant, il-KtR jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet Ewropej, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-assoċjazzjonijiet speċjalizzati u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jitħeġġu bis-saħħa biex jappoġġjaw il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw dawn l-attivitajiet kruċjali;

31.   iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprepara u tadotta rakkomdanzzjonijiet dwar l-indirizzar tal-faqar tat-tfal. Dan jista’ jiġi żviluppat fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi wesgħin sabiex tiġi żgurata kopertura kemm jista’ jkun wiesgħa, il-parteċipazzjoni massima tal-partijiet interessati rilevanti u tiġi riflessa l-firxa ta’ approċċi possibbli;

32.   fil-kuntest taż-żjieda fil-mobilità tal-forza tax-xogħol tal-UE u l-migrazzjoni ta’ ħaddiema minn pajjiż għal pajjiż fl-UE, il-KtR jinnota l-ħtieġa li jiġu assigurati d-drittijiet tat-tfal migranti, b’mod speċjali fir-rigward tal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, assistenza fil-proċess tar-riunifikazzjoni tal-familji migranti, “counselling” għall-familja, servizzi soċjali, edukattivi u tal-kura tas-saħħa għat-tfal migranti, l-għajnuna mogħtija lilhom fil-proċess tal-adattament tagħhom għal ħajja fil-pajjiż destinatarju u l-integrazzjoni fi ħdan il-komunità lokali u tal-iskola;

33.   jinnota l-benefiċċji potenzjali li joħorġu mill-integrazzjoni b’suċċess ta’ tfal migranti ġejjin minn pajjiż ieħor fl-UE fil-livelli soċjali rilevanti tal-pajjiż destinatarju. Azzjoni b’suċċess f’dan il-qasam tista’ tirriżulta f’għarfien imtejjeb tat-tfal lokali u dawk migranti dwar Stati Membri oħrajn tal-UE, kapital soċjali msaħħaħ u iktar tolleranza kemm fil-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll dak destinatarju. Għaldaqstant il-KtR isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-Istati Membri biex jagħtu iktar attenzjoni lil din il-kwistjoni u jittrasformaw f’opportunitajiet l-isfidi li jinħolqu mill-migrazzjoni minn pajjiż għal pajjiż fl-UE;

34.   jinnota l-perikli li jinħolqu mill-fenomenu li sfortunatament għadu jeżisti tat-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikulari fejn dan jikkonċerna t-tfal. Isejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz possibbli – inkluż l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni pertinenti fil-livell tal-UE – biex jiġġieldu dan it-tip ta’ kriminalità u jiżguraw l-ikbar protezzjoni possibbli għall-vittmi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, billi huma l-iktar responsabbli għall-forniment ta’ għajnuna importanti bħall-edukazzjoni, il-kura soċjali u t-terapija psikoloġika kif ukoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-korpi għall-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji;

35.   jinnota l-bżonn li tingħata protezzjoni adatta għal minorenni mhux akkumpanjati;

36.   jinnota l-bżonn li titjieb il-ġustizzja fil-konfront tal-minorenni, li jiġu żviluppati miżuri adatti għall-età għall-prevenzjoni tal-kriminalità fost il-minorenni u l-intervenzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom u li d-delinkwenti minorenni jiġu separati mill-priġunieri adulti, kemm f’termini fiżiċi kif ukoll organizzattivi;

Miżuri informattivi u edukattivi

37.   jenfasizza l-importanza li tiġi provduta edukazzjoni komprensiva għal kulħadd, kemm l-adulti kif ukoll it-tfal, dwar il-kwistjonijiet marbutin mad-Drittijiet tat-Tfal, biex b’hekk ikun hemm fehim aħjar tan-natura tad-drittijiet tat-tfal, u l-proċess għat-tqajjim tal-kuxjenza u l-għarfien taċ-ċittadini ta’ età żgħira;

38.   filwaqt li jqis l-indiviżibilità tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet soċjali, il-KtR jirrakkomanda li tingħata iktar attenzjoni għall-kuntest usa’ li fih jeżistu d-Drittijiet tat-Tfal – jiġifieri l-kunċett tad-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltajiet soċjali. Barra minn hekk, jirrakkomanda l-promozzjoni tal-kunċett tar-responsabbiltajiet li t-tfal għandhom lejn il-familja, il-komunità, il-pajjiż, il-ġenituri, dawk ikbar minnhom, it-tfal iżgħar minnhom, nies inqas vantaġġati, l-ambjent kif ukoll strutturi ewlenin oħrajn fi ħdan is-soċjetà kontemporanja;

39.   jenfasizza fir-rigward tal-politiki dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li t-tfal għandhom jiġu ttrattati bħala msieħba kapaċi jagħtu informazzjoni ta’ valur. Din l-informazzjoni għandha tintuża biex tiġi aġġornata l-politika nazzjonali u Ewropea. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol ewlieni f’dan ir-rigward, bħala intermedjarji u faċilitaturi, bl-użu ta’ prattiki tajbin li diġà jeżistu, bħall-kunsilli komunali għat-tfal, sabiex dawn ikunu jistgħu jressqu t-talbiet tagħhom lill-istituzzjoni adatta;

40.   jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiżviluppa sitt pjattaformi għall-komunikazzjoni, li jippermettu lit-tfal u liż-żgħażagħ jiddikjaraw il-fehmiet tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa li din l-inizjattiva tiġi żviluppata u li jiġu inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi li għandhom l-aħjar għarfien espert u kapaċità fil-livell lokali biex jimplimentaw din il-komunikazzjoni strutturata;

41.   jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat id-dritt tat-tfal li jaċċessaw edukazzjoni ta’ kwalità, li jgħixu f’ambjent sigur u komdu u li jgawdu minn protezzjoni minn kull forma ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika, u jinnota r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżgurar ta’ dawn id-drittijiet;

42.   jinnota l-ħtieġa wkoll li jiġi żgurat id-dritt għal edukazzjoni ta’ kwalità għat-tfal b’diżabilità kemm fiżika kif ukoll mentali u jerġa’ jisħaq dwar l-importanza tal-inizjattivi mmirati lejn il-promozzjoni tal-indipendenza tagħhom u li jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fl-ambjent soċjali, kif stipulat fl-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jeżistu żewġ kunċetti diverġenti fil-qasam tal-edukazzjoni: l-ewwel wieħed jipproponi l-iżvilupp ta’ programmi ta’ tagħlim u taħriġ speċjali, it-tieni jipproponi l-integrazzjoni massima possibbli għal tfal b’diżabilitajiet fl-iskejjel “normali”. Il-KtR isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-akkademiċi fil-qasam tal-pedagoġija, l-NGOs kif ukoll il-partijiet interessati rilevanti kollha biex iżommu dibattitu madwar l-Ewropa dwar soluzzjonijiet possibbli u l-aqwa prattiki fil-qasam, u li jagħmlu dawn ir-riżultati disponibbli għal dawk kollha li jixtiequ jtejbu l-għarfien esperti tagħhom f’dan il-qasam. Għal dan il-għan qed tinġibed l-attenzjoni għall-esperimenti ta’ integrazzjoni ta’ tfal b’diżabbiltà li joffru opportunitajiet reali għal kulħadd u li ma jipproduċu l-ebda tip ta’ emarġinazzjoni jew esklużjoni. Dawn l-esperimenti għandhom jitħeġġu;

43.   jinnota l-importanza ta’ edukazzjoni u taħriġ kontinwu ta’ kwalità għal speċjalisti soċjali u oħrajn li jaħdmu mat-tfal;

44.   jinnota t-tħassib relatat mal-ksur tad-Drittijiet tat-Tfal, immanifestat f’forom differenti: mill-bullying li għandu tendenza jiġġenera forom ta’ emulazzjoni permezz tal-imitazzjoni ta’ imġiba ħażina, għal forom oħra ta’ vjolenza psikoloġika u fiżika li jeżerċitaw it-tfal fuq tfal oħra, u kull tip ta’ abbuż, b’mod speċjali fl-iskejjel;

45.   iqis li l-iżvilupp xieraq tat-tfal li jqattgħu wisq ħin jipparteċipaw f’netwerks soċjali virtwali, jilagħbu fuq il-kompjuter u f’dinjiet virtwali jinsab f’riskju. B’riżultat tal-attivitajiet virtwali ħafna drabi l-opportunitajiet li dawn it-tfal jiżviluppaw ħiliet soċjali u l-għarfien li jirrikjedu huma limitati. Għalhekk l-istituzzjonijiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li t-tfal jifhmu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u d-dinjiet virtwali huma l-ewwel u qabel kollox strumenti għall-ksib ta’ għanijiet fid-dinja reali;

46.   jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji li “l-ħajja tat-triq” jista’ jkollha fuq l-iżvilupp tat-tfal, pereżempju jitgħallmu kif jużaw l-ispazju pubbliku, kif jikbru, jissoċjalizzaw u jintegraw ma’ xulxin u mal-komunitajiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, jenfasizza l-perikli ta’ din il-ħajja tat-triq, li f’xi żoni u bliet tal-Ewropa tista’ twassal għal gangs taż-żgħażagħ;

47.   fil-kuntest taż-żewġ punti msemmija hawn fuq, il-KtR isejjaħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom b’mod iktar attiv fl-iskambju tal-aqwa prattika dwar l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet extrakurrikulari għat-tfal, bħala mezz ta’ kif jiżviluppaw il-ħiliet soċjali u professjonali tagħhom. Eżempji tal-aqwa prattika ser jiġu promossi iktar fil-livell nazzjonali u Ewropew, u jħeġġu l-orjentament rispettiv ta’ strumenti nazzjonali u Ewropej;

48.   isejjaħ lill-Kummissjoni biex tinvolvi kemm jista’ jkun partijiet interessati fil-proċess tal-iżvilupp tal-Klassifika tad-Drittijiet tat-Tfal, inklużi l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni Ewropea, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kumitat tar-Reġjuni;

49.   huwa tal-fehma li minħabba l-iżvilupp mgħaġġel tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni (IT) u l-possibilitajiet teknoloġiċi għall-użu ta’ din it-teknoloġija biex isiru tipi varji ta’ abbuż tat-tfal, il-promozzjoni ta’ internet iktar sigur għandha titqies bħala ħidma ewlenija tal-UE;

50.   jenfasizza l-fatt li l-kunċett ta’ internet iktar sigur għandu jinkludi l-ġlieda kontra l-abbuż tat-tfal u l-pornografija tat-tfal fuq l-internet, kif ukoll forom oħrajn mifruxin sew ta’ vjolenza li jsiru fid-dinja virtwali, bħall-bullying fuq l-internet;

51.   huwa tal-fehma li l-edukazzjoni tat-tfal u l-adulti li jagħmluha mat-tfal u jinfluwenzawhom tista’ tgħin b’mod sinifikanti biex jitwaqqaf u jiġi indirizzat l-abbuż tat-tfal relatat mal-internet. Għandha tingħata attenzjoni ewlenija lit-taħriġ tat-tfal u tal-adulti, b’mod speċjali dawk li jaħdmu mat-tfal – bħal professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-ħidma soċjali – dwar l-użu sigur tal-internet, kif jagħrfu reati u attivitajiet ħżiena oħra fuq l-internet, u kif għandhom jirrapportawhom lill-awtoritajiet rilevanti;

52.   jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li t-tfal jiġu mħarsa minn ambjenti soċjali negattivi u b’mod partikolari ambjenti li jippromovu l-konsum ta’ sustanzi psikotropiċi (xorb, tabakk, drogi u sustanzi oħra li huma ta’ ħsara għas-saħħa mentali u fiżika). Hawnhekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti ħafna: huma l-ewwel rabta fil-katina tas-sigurtà soċjali li qed jaħdmu sabiex jiżguraw l-iżvilupp armonjuż u sigur tat-tfal. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-kompitu li josservaw, jidentifikaw u jeżaminaw ir-riskji potenzjali u li jużaw ir-riżorsi disponibbli kollha sabiex jeliminawhom. L-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej inklużi l-Ombudsmen tat-Tfal, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-imsieħba soċjali u ekonomiċi oħra għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam b’diversi modi u jippromovu attitudni soċjali negattiva lejn il-konsum tas-sustanzi psikotropiċi;

Miżuri finanzjarji u ta’ appoġġ

53.   jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu bħala msieħba essenzjali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll fl-inizjattivi Ewropej oħrajn fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal;

54.   huwa tal-fehma li l-programmi u l-għodod kollha żviluppati fi ħdan din l-Istrateġija għandhom ikunu disponibbli għall-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali;

55.   jilqa’ l-effett pożittiv tal-finanzjament Ewropew u ta’ strumenti ta’ appoġġ, bħall-programm Daphne dwar il-protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, iżda fl-istess waqt jiddispjaċih dwar l-iskarsezza ta’ riżorsi kif ukoll in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjar u ta’ appoġġ. Ir-riżultati ta’ dan il-programm għandhom jintrabtu b’mod strateġiku mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u użati biex jitfasslu politiki futuri;

56.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa diġà kisbu esperjenza sinifikanti fl-użu tal-għajnuna tal-UE għall-protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, fi sħubija ma’ atturi oħrajn. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet ser jintrabtu b’mod strateġiku mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, jiġu ppubblikati, diskussi u użati regolarment bħala materjal importanti u informattiv għal aġġrornamenti rileventi ta’ politika;

57.   isejjaħ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-komunikazzjoni u l-informazzjoni dwar skemi attwali ta’ appoġġ u ta’ finanzjar disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, u b’hekk jipprevedi l-possibilitajiet ta’ appoġġ għal inizjattivi relatati mad-Drittijiet tat-Tfal, kemm dawk orjentati b’mod espliċitu, bħall-Programm Daphne III, kif ukoll dawk fejn hija identifikata fost prijoritajiet oħra, bħall-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, programmi ta’ żvilupp urban, (pereżempju URBACT II), eċċ. Ir-riżorsi finanzjarji kollha, disponibbli taħt linji tal-baġit differenti tal-UE u f’oqsma differenti, għandhom ikunu iktar ċari u kkomunikati b’mod iktar effettiv, billi tiġi evitata d-dupplikazzjoni u b’hekk tiżdied l-effikaċja tal-attivitajiet imwettqa.

Brussell 10 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-85 sessjoni plenarja fid-9 u l-10 ta’ Ġunju 2010

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/52


IL-85 SESSJONI PLENARJA FID-9 U L-10 TA’ ĠUNJU 2010

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew”

(2010/C 267/11)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Prinċipji u kummenti ġenerali

1.   jilqa’ b’mod favorevoli l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju distint mill-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-‘Rotot Kulturali Ewropej’ tal-Kunsill tal-Ewropa.

2.   iqis li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, jinsisti fuq kemm huwa importanti li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali huma u jintgħażlu l-applikazzjonijiet fil-livell nazzjonali u fl-għażla finali fil-livell Ewropew. Is-suċċess ta’ din l-inizjattiva jiddependi wkoll mir-rieda Ewropea li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali daqs kemm jiddependi mill-għażla tas-siti, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet.

3.   jenfasizza li l-għan ta’ dan iċ-ċertifikat huwa li jiġbed attenzjoni lejn il-wirt kulturali komuni tal-Istati Membri b’rispett lejn id-diversità nazzjonali u reġjonali, li jagħraf il-varjetà kulturali tat-territorji sabiex iqarreb l-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha u li jagħti valur lis-siti u lill-konoxxenzi reġjonali u lokali sabiex jissaħħaħ l-ispirtu ta’ appartenenza fl-Unjoni Ewropea.

4.   jinsisti fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva kemm sabiex tissaħħaħ l-identità lokali u reġjonali kif ukoll biex tiġi promossa l-integrazzjoni Ewropea.

5.   jiddispjaċih li l-inizjattiva hija miftuħa biss għall-Istati Membri tal-Unjoni filwaqt li l-inizjattiva governattiva tal-bidu li fuqha huwa bbażat dan iċ-ċertifikat kienet tinkludi wkoll l-Isvizzera u li fil-Kapitali Ewropej tal-Kultura setgħu jipparteċipaw ukoll l-Istati kandidati. Barra minn hekk l-integrazzjoni Ewropea tmur lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea u timplika Stati Ewropej terzi.

6.   ifakkar li ċ-ċertifikat għandu jorbot is-siti mal-istorja tal-bini tal-Ewropa b’rispett lejn il-valuri stabbiliti fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali.

7.   jifraħ bil-fatt li permezz ta’ dan iċ-ċertifikat, il-bliet u r-reġjuni Ewropej jistgħu jsiru iktar attraenti u li dan jista’ jiffavorixxi wkoll it-tkabbir u l-impjieg fil-livell lokali u reġjonali.

8.   jinsisti fuq il-bżonn tat-trażmissjoni tal-aħjar prattika permezz tal-ħolqien ta’ netwerk tas-siti ċertifikati u jitlob lill-Unjoni Ewropea għal impenn ta’ riżorsi umani u finanzjarji li jista’ jqanqal l-interess lokali u reġjonali.

9.   jindika li dan iċ-ċertifika huwa partikolarment adatt għas-siti transkonfinali li huma simbolu tal-memorja Ewropea. Il-ġestjoni ta’ siti bħal dawn tista’ tagħmel parti mill-programmi ta’ ħidma tal-korpi eżistenti bħar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT).

Rilevanza tal-proġett fil-livell lokali u reġjonali

10.   jinnota li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għas-siti li jistgħu jikkwalifikaw għal dan iċ-ċertifikat.

11.   jiddispjaċih li fil-governanza f’diversi livelli, l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex involuti iktar fil-proċess ta’ selezzjoni.

12.   jemmen fil-bżonn li jiġu involuti l-awtoritajiet territorjali huma u jintgħażlu s-siti transnazzjonali.

13.   jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ħafna drabi ser ikunu dawk prinċipalment responsabbli mill-ġestjoni u l-finanzjament tas-siti ċertifikati u għalhekk ser ikollhom ikopru l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-ksib taċ-ċertifikat u l-funzjonament tas-siti.

14.   ifakkar li l-identità Ewropea, li hija bbażata fuq il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt, għandha tinbena fuq il-diversità tal-partijiet li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea u ċ-ċertifikat Ewropew għandu jirrifletti din id-diversità b’mod iktar viżibbli u tanġibbli għaċ-ċittadini kollha.

Titjib tat-test

15.   wara l-ewwel evalwazzjoni tat-test jemmen li l-proposta għandha tinfetaħ għall-Istati Ewropej terzi b’mod partikolari fil-qafas tal-politika tat-tkabbir u tal-viċinat sabiex tinħoloq il-bażi neċessarja għall-bini tal-Ewropa lil hinn mill-interessi ekonomiċi jew ġeostrateġiċi.

16.   fid-dawl tar-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tmexxija u l-appoġġ tal-patrimonju, jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun jista’ jipparteċipa fil-proċess tas-selezzjoni finali fil-livell tal-Unjoni permezz tan-nomina ta’ membru fil-ġurija Ewropea hekk kif sar fil-Kapitali Ewropej tal-Kultura.

17.   jirrakkomanda li fid-dawl tad-diversità bejn it-tipi differenti ta’ siti eliġibbli għaċ-ċertifikat għandu jkun hemm sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ siti monumentali, arkeoloġiċi, transnazzjonali u kontemporanji ċertifikati.

18.   jixtieq li l-Kummissjoni Ewropea tibda minn issa tinforma lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iżvilupp tal-implimentazzjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u kontroll tas-siti, b’mod partikolari il-linji gwida li jiddeterminaw il-proċeduri ta’ selezzjoni; jixtieq li jiġi infurmat ukoll dwar l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tal-azzjoni relatata maċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew li ser issir mill-Kummissjoni Ewropea.

19.   jissuġġerixxi li sabiex jiġi rispettat il-poter diskrezzjonali tal-ġurija Ewropea, kull Stat Membru jippreżenta tliet siti sabiex tinħoloq kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

20.   jilqa’ b’mod favorevoli l-fatt li l-ġurija Ewropea ser tkun magħmula minn esperti indipendenti nominati mill-istituzzjonijiet Ewropej u b’mandat li jiġġedded perjodikament li jipparteċipaw fil-ħidma involuta u fis-selezzjoni finali tas-siti u r-rebbieħa.

21.   jenfasizza l-importanza tal-prinċipju ġenerali tal-iżvilupp sostenibbli fejn jidħlu l-konservazzjoni, il-ġestjoni tal-beni kulturali u n-netwerking bejn il-bliet li kull ċittadin għandu jkollu aċċess għalihom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL EMENDA

Emenda 1

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-azzjoni għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi volontarja.

L-azzjoni għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi volontarja.

Raġuni:

Jekk il-parteċipazzjoni tiġi estiża għall-pajjiżi terzi, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u l-pajjiżi qraba tal-UE, għandhom jissaħħu l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni kulturali b’mod ġenerali u l-konservazzjoni tal-patrimonju b’mod partikolari fil-livell Ewropew.

Emenda 2

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kumplimentarjetà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ma’ inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-wirt kulturali, bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kumplimentarjetà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ma’ inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-wirt kulturali, bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa. .

Raġuni:

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiskoraġġixxu d-“duplikazzjoni tal-isforzi” li jdgħajfu l-valur miżjud tal-inizjattiva.

Emenda 3

Artikolu 7, punt 1, l-ewwel sentenza

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kandidati għaċ-ċertifikat għandu jkollhom valur Ewropew simboliku u għandhom ikunu lagħbu rwol ewlieni fl-istorja u fit-tiswir tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati għaċ-ċertifikat għandu jkollhom valur Ewropew simboliku u għandhom ikunu lagħbu rwol ewlieni fl-istorja fit-tiswir tal- Ewropa.

Raġuni:

Din l-emenda ssegwi fuq dik ta’ qabilha biex it-test ikun inqas iffokat fuq l-Unjoni Ewropea u iktar fuq il-valuri tat-tiswir (nota: forsi fil-bqija tad-okument tuża tiswir minflok bini, għall-konsistenza?) tal-Ewropa.

Emenda 4

Artikolu 8, punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 12-il membru. Erbgħa mill-membri għandhom jiġu nnominati mill-Parlament Ewropew, erbgħa mill-Kunsill u erbgħa mill-Kummissjoni. Il-bord għandu jaħtar il-president tiegħu.

Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 1-il membru. Erbgħa mill-membri għandhom jiġu nnominati mill-Parlament Ewropew, erbgħa mill-Kunsill, erbgħa mill-Kummissjoni . Il-bord għandu jaħtar il-president tiegħu.

Raġuni:

Il-kompożizzjoni tal-bord għandha tirrifletti l-fatt, hekk kif inhu l-każ tal-bord tal-azzjoni Kapitali Ewropej tal-Kultura, li t-Trattati jirrikonoxxu d-dimensjoni lokali u reġjonali tal-politika kulturali b’mod ġenerali u l-ħarsien tal-patrimonju. Vantaġġ addizzjonali tal-inklużjoni tal-KtR fil-bord huwa li b’hekk in-numru ta’ membri jiżdied għal numru farrad.

Emenda 5

Artikolu 8, punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiġu nnominati għal tliet snin. Permezz ta’ deroga, fl-ewwel sena li matulha tkun fis-seħħ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnominati erba’ esperti mill-Kummissjoni għal sena waħda, erbgħa mill-Parlament Ewropew għal sentejn u erbgħa mill-Kunsill għal tliet snin.

Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiġu nnominati għal tliet snin. Permezz ta’ deroga, fl-ewwel sena li matulha tkun fis-seħħ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnominati erba’ esperti mill-Kummissjoni għal sena waħda, erbgħa mill-Parlament Ewropew għal sentejn u erbgħa mill-Kunsill għal tliet snin.

Raġuni:

Segwitu tal-emenda 4.

Emenda 6

Artikolu 10, punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel sa massimu ta’ żewġ siti kull sena b’konformità mal-kalendarju fl-Anness. Il-proċedura tal-għażla mgħandhiex issir fis-snin iddedikati għall-proċedura tal-monitoraġġ.

Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel siti kull sena b’konformità mal-kalendarju fl-Anness. Il-proċedura tal-għażla mgħandhiex issir fis-snin iddedikati għall-proċedura tal-monitoraġġ.

Raġuni:

Iż-żieda fin-numru ta’ siti li Stati Membri jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel tikkonforma mal-ispirtu tal-kompetittività li l-Kummissjoni Ewropea tixtieq toħloq bejn is-siti fil-livell tal-Unjoni iżda li l-mekkaniżmu ta’ selezzjoni previst imur kontra dan.

Emenda 7

Artikolu 11, punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bord Ewropew għandu jevalwa l-applikazzjonijiet tas-siti magħżula minn qabel u għandu jagħżel sa massimu ta’ sit wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintalab aktar informazzjoni u jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-siti.

Il-bord Ewropew għandu jevalwa l-applikazzjonijiet tas-siti magħżula minn qabel u għandu jagħżel sa massimu ta’ sit wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintalab aktar informazzjoni u jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-siti.

Raġuni:

Segwitu tal-emenda 6.

Emenda 8

Artikolu 13, punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tinnomina uffiċjalment lil dawk is-siti li sejrin jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew matul is-sena wara l-proċedura tal-għażla, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tinnomina uffiċjalment lil dawk is-siti li sejrin jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew matul is-sena wara l-proċedura tal-għażla, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill .

Raġuni:

Id-dmir li jiġi infurmat il-KtR għandu valur miżjud ċar għall-promozzjoni taċ-ċertifikat u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni.

Emenda 9

Artikolu 17, punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ffinalizzati dawn l-evalwazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill fi żmien sitt xhur minn meta jiġu ffinalizzati dawn l-evalwazzjonijiet.

Raġuni:

L-istess raġuni tal-emenda preċedenti.

Brussell, 9 ta’ Ġunju 2010

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/57


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”

(2010/C 267/12)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.   jinnota li l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona, jgħid: “Ċittadini tal-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta’ għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati”;

2.   jinnota wkoll li l-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona, jispeċifika wkoll li hija r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja, li jadottaw dispożizzjonijiet relatati mal-proċeduri u l-prattiċitajiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini;

3.   jirrimarka li bil-Green Paper tagħha dwar “Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej” tal-11 ta’ Novembru 2009 (1), il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika wiesgħa bil-għan li jiġu eżaminati l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha dwar is-suġġetti ewlenin li ser jiġu indirizzati fir-regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u jenfasizza l-kontribut ewlieni li taw lid-dibattitu l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

4.   jilqa’ b’sodisfazzjon il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (2);

5.   jissottolinja l-fatt li l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, li jattiva d-dritt taċ-ċittadini biex jieħdu sehem b’mod dirett fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, tirrappreżenta punt importanti fil-konsolidazzjoni tal-prinċipji tad-demokrazija fl-UE;

6.   jittama li l-Parlament u l-Kunsill ma jaħlux ħin biex jadottaw ir-regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex il-mekkaniżmu jkun operattiv fil-bidu tal-2011, kif inhu previst fil-Green Paper tal-2009;

7.   ifakkar li kien diġà enfasizza l-importanza li jingħata d-dritt ta’ inizjattiva leġislattiva, f’konformità mat-Trattat ta’ Lisbona, bil-għan li jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadinanza (3);

8.   jisħaq dwar il-fatt li l-konsolidazzjoni tar-rwol istituzzjonali tiegħu stess tiddependi mill-implimentazzjoni mgħaġġla ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona li huma sinifikanti għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, bħall-inizjattiva taċ-ċittadini (4);

9.   jixtieq jenfasizza l-interess li qed juru l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twaqqif tal-inizjattiva taċ-ċittadini, billi ser ikunu jistgħu jiddeċiedu li jorganizzaw u/jew jippromovu inizjattivi huma stess, mhux l-inqas meta wieħed iqis kemm huma qrib tal-pubbliku Ewropew;

10.   jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li l-pubbliku jiġi offert strument li huwa faċli li jintuża, ikollu proċeduri sempliċi u jkunu jista’ jiġi applikat b’effett immedjat, u li jingħataw struzzjonijiet ċari u mhux ambigwi, waqt li tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex jiġi evitat kull abbuż possibbli tas-sistema;

11.   fil-fehma tiegħu huwa neċessarju li jiġu promossi inizjattivi b’ambitu wiesa’ fil-qasam tal-komunikazzjoni istituzzjonali sabiex jitqajjem l-ikbar għarfien possibbli fost il-pubbliku Ewropew dwar id-dritt il-ġdid tagħhom, u b’mod iktar ġenerali, sabiex jieħdu sehem b’mod dirett fid-dibattitu politiku dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali Ewropew li huma s-suġġett ta’ inizjattivi attwali;

12.   fid-dawl ta’ dan, jenfasizza r-rwol ċentrali li jista’ jaqdi kemm il-Kumitat tar-Reġjuni, anke bis-saħħa tal-istrumenti li żviluppa fil-qasam tal-komunikazzjoni deċentralizzata, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jistgħu jikkomunikaw b’mod dirett fil-livell l-iktar qrib taċ-ċittadini;

13.   joffri l-għajnuna tiegħu stess fit-twaqqif ta’ punt ta’ informazzjoni interistituzzjonali, u għandu jagħmel parti integrali minnu;

14.   jenfasizza li, bħala msieħeb tal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra kif ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandu jinżamm infurmat kompletament, u fejn meħtieġ jiġi kkonsultat fl-istess waqt li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea rigward l-ammissibilità jew is-segwitu tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, kif ukoll dwar kwalunkwe bidliet proposti għall-kundizzjonijiet u r-regoli li japplikaw għal dan l-istrument;

15.   itenni r-rieda tiegħu li jeżamina l-possibbiltà li jappoġġja dawk l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li huma l-iktar rilevanti għall-KtR u l-awtoritajiet lokali u reġjonali rappreżentati fi ħdanu, pereżempju billi:

jorganizza seduti għal inizjattivi taċ-ċittadini li għaddejjin bħalissa jew li kisbu suċċess bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom kif ukoll ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili,

joħroġ opinjonijiet dwar inizjattivi taċ-ċittadini li kellhom suċċess li huma importanti b’mod partikolari għall-KtR u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dawl tal-prijoritajiet politiċi tiegħu, jew dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward ir-riżultat ta’ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej bħal dawn;

16.   ifakkar li fil-kuntest tar-regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jinżammu l-prinċipji tal-ugwaljanza, tat-trasparenza, tal-amministrazzjoni soda u tal-aċċess għall-ġustizzja;

17.   b’mod wiesa’ jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, waqt li jemmen li huwa possibbli li jsir titjib dwar ċerti punti;

18.   mingħajr ħsara għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, jisħaq li hu importanti li jitħeġġu fil-livell reġjonali u lokali l-inizjattivi kollha li jistimolaw it-trasparenza, il-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-politiki pubbliċi, f’konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva;

Dwar in-numru minimu ta’ Stati Membri

19.   jinnota li skont it-Trattati, l-inizjattiva trid toriġina minn “għadd sinifikanti mill-Istati Membri” (Artikolu 11(4) TUE) u li din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq il-bżonn li jiġi żgurat li l-inizjattiva tkun l-espressjoni ta’ interess Ewropew komuni;

20.   jemmen li d-dispożizzjoni ta’ limitu minimu li huwa ugwali għal terz tal-Istati Membri hija għolja wisq, meta wieħed iqis il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu mħeġġa jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw b’mod dirett fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

21.   jaħseb li jkun iktar xieraq li l-limitu minimu jkun ugwali għal kwart tal-Istati Membri, li barra minn hekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tat-Trattat, bħall-Artikolu 76 TFUE;

Dwar l-età minima tal-firmatarji

22.   jaqbel li l-età minima għall-firmatarji ta’ inizjattiva għandha tikkorrispondi mal-età minima meħtieġa sabiex jingħata d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet Ewropej;

Dwar ir-reġistrazzjoni ta’ inizjattivi proposti u l-ġbir ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

23.   jaqbel mad-dispożizzjoni għal sistema obbligatorja għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattivi proposti fuq reġistru li jkun disponibbli onlajn;

24.   jaqbel ukoll mal-Parlament Ewropew li l-ebda deċiżjoni dwar l-ammissibilità ta’ inizjattiva taċ-ċittadini ma għandha tinkludi konsiderazzjonijiet dwar espedjenza politika (5);

25.   għaldaqstant, jargumenta li l-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra proposti biss f’każijiet fejn ikunu “abbużivi b’mod espliċitu” jew “manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni”, billi r-referenza fl-abbozz tar-regolament għall-kunċett ta’ “mhux adatti” tista’ ma tkunx xierqa;

26.   jilqa’ b’sodisfazzjon id-dispożizzjoni ta’ sensiela komuni ta’ rekwiżiti proċedurali għall-ġbir u l-verifika ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ;

27.   jilqa’ b’sodisfazzjon l-arranġamenti għal sistema onlajn għall-ġbir ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva;

Dwar il-prinċipju tat-trasparenza u l-kooperazzjoni amministrattiva

28.   jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward ta’ sorsi ta’ finanzjament u appoġġ disponibbli għall-organizzaturi ta’ inizjattivi;

29.   jenfasizza l-fatt li l-preżentazzjoni ta’ inizjattivi għandha tkun miftuħa għaċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha u mhux limitata fil-prattika għal organizzazzjonijiet kbar;

30.   għaldaqstant, jittama li jsiru arranġamenti sabiex tiġi offerta assistenza prattika u teknika lil dawk li jixtiequ jorganizzaw inizjattiva;

31.   jixtieq jargumenta b’mod partikolari li jkun tajjeb li jitwaqqaf punt ta’ informazzjoni għall-inizjattivi taċ-ċittadini, li fih il-Kumitat ikun involut bis-sħiħ;

32.   barra minn hekk, jitlob lill-istituzzjonijiet jikkunsidraw il-possibbiltà li jagħtu l-għajnuna fit-traduzzjoni tal-elementi prinċipali ta’ inizjattiva li ġiet iddikjarata ammissibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, sabiex iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jsiru jafu dwarha;

Dwar l-ammissibilità tal-proposti

33.   jipproponi li l-Kummissjoni tieħu ħsieb tivverifika l-ammissibilità ta’ proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini hekk kif din tiġi reġistrata; b’hekk jiġi evitat li l-organizzaturi jiddedikaw ammont konsiderevoli ta’ żmien u flus fuq inizjattivi taċ-ċittadini li mbagħad ma jkunux ammissibbli;

34.   jixtieq jenfasizza r-rekwiżit li l-kriterji ta’ ammissibilità jitwaqqfu f’termini ġenerali u b’mod ċar u trasparenti u li jkunu rreklamati b’mod adatt, sabiex jiġi llimitat in-numru ta’ proposti mhux ammissibbli mressqa;

35.   jilqa’ r-rekwiżiti li jsostnu li l-proposta a) għandha tittratta suġġett li dwaru l-leġislazzjoni tal-UE tista’ tiġi adottata f’konformità mat-Trattati u b) trid tkun fil-kompetenza tal-Kummissjoni biex tressaq proposta;

36.   jixtieq jenfasizza, madankollu, li l-adozzjoni mill-Unjoni ta’ att leġislattiv f’setturi li ma humiex fil-kompetenza esklużiva tagħha jridu wkoll ikunu konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skont kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

37.   jenfasizza wkoll li kull att tal-UE jrid jirrispetta d-drittijiet fundamentali u d-drittijiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni;

38.   għaldaqstant jargumenta li jkun tajjeb li jissemmew b’mod speċifiku żewġ kundizzjonijiet oħrajn ta’ ammissibilità, jiġifieri li l-proposta għandha c) tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d) tkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

39.   jagħmel referenza għall-esperjenza tiegħu stess fl-evalwazzjoni tas-sussidjarjetà u joffri l-għajnuna tiegħu meta jkun qed jiġi evalwat jekk proposti jkunux konformi ma’ dak il-prinċipju jew le;

40.   jenfasizza l-ħtieġa li l-organizzatur tal-inizjattiva jiġi nnotifikat dwar id-deċiżjoni dwar l-ammissibilità u li din tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

41.   jirrimarka li deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità ta’ proposti għal inizjattiva huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikoli 263 u 265 tat-TFUE u jixtieq li dan id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja jissemma b’mod speċifiku fir-regolament;

42.   jaqsam it-tħassib tal-Kummissjoni li l-ispiża amministrattiva u finanzjarja tal-verifikar u ċ-ċertifikar ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattivi ddikjarati ammissibbli għandha tkun mill-inqas, u jinnota f’dan ir-rigward il-fatt li f’ħafna Stati Membri din il-proċedura ser tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Dwar l-analiżi ta’ inizjattiva mill-Kummissjoni

43.   jaqbel mal-proposta li l-Kummissjoni għandha teżamina kull inizjattiva ppreżentata b’mod uffiċjali skont il-kundizzjonijiet tar-regolament u tadotta komunikazzjoni li jkun fiha l-konklużjonijiet tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li beħsiebha tieħu u r-raġunijiet għalfejn, fi żmien erba’ xhur;

44.   jirrimarka f’dan ir-rigward li jekk il-Kummissjoni tonqos milli twieġeb qabel id-data tal-għeluq stabbilita, ikun possibbli li tinġieb azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 TFUE, u jittama li dan id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja jissemma b’mod speċifiku fir-regolamenti;

45.   jenfasizza li r-rekwiżit li kull inizjattiva tiġi ffirmata minn tal-inqas miljun ċittadin jiġi kkunsidrat bis-serjetà mill-Kummissjoni;

46.   jemmen li l-komunikazzjoni dwar l-inizjattiva adottata mill-Kummissjoni, barra milli tintbagħat lill-organizzaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mibgħuta lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 4(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta

1.

Qabel jibda l-ġbir tad-dikjarazjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jirreġistraha mal-Kummissjoni, u jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II, b’mod partikolari dwar is-suġġett u l-għanijiet kif ukoll is-sors ta’ ffinanzjar u appoġġ għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

Din l-informazzjoni għandha tkun provduta b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f’reġistru onlajn li jiġi provdut għal dan l-iskop mill-Kummissjoni (minn issa ’l quddiem “ir-reġistru”).

2.

Ħlief f’dawk il-każijiet previsiti fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tirreġistra mingħajr dewmien l-inizjattiva proposta taħt reġistru uniku u tibgħat konferma lill-organizzatur.

3.

L-inizjattivi taċ-ċittadini proposta li raġonevolment jistgħu jitqiesu mhux adatti minħabba li huma abbużivi jew mhux serji ma jiġux reġistrati.

4.

Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ inizjattivi taċ-ċittadini proposti li huma manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni.

5.

Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru.

Reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta

1.

Qabel jibda l-ġbir tad-dikjarazjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jirreġistraha mal-Kummissjoni, u jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II, b’mod partikolari dwar is-suġġett u l-għanijiet kif ukoll is-sors ta’ ffinanzjar u appoġġ għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

Din l-informazzjoni għandha tkun provduta b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f’reġistru onlajn li jiġi provdut għal dan l-iskop mill-Kummissjoni (minn issa ’l quddiem “ir-reġistru”).

3.

L-inizjattivi taċ-ċittadini propost li huma abbużivi jew mhux serji, .

5.

Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li għandha ssir pubblika fir-reġistru.

Raġuni

L-ammisibiltà ta’ inizjattiva tista’ tiġi vverifikata meta tiġi reġistrata b’konformità mal-Artikolu 4. Mhuwiex raġonevoli li tiġi reġistrata inizjattiva u jinġabru 300 000 firma – minn tal-anqas 3 Stati Membri – u mbagħad tiġi rrifjutata, pereżempju għax joħroġ fid-dieher li l-UE fil-fatt m’għandhiex kompetenza leġislattiva f’dak il-qasam ta’ politika. Din l-emenda għalhekk tiġbor flimkien l-Artikoli 4 u 8 tal-Proposta għal Regolament.

Emenda 2

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Numru minimu ta’ firmatarji għal kull Stat Membru

1.

Il-firmatarji tal-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ġejjin mill-anqas minn terz tal-Istati Membri.

Numru minimu ta’ firmatarji għal kull Stat Membru

1.

Il-firmatarji tal-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ġejjin mill-anqas minn tal-Istati Membri.

Raġuni

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandha tkun strument aċċessibbli għaċ-ċittadini u għaldaqstant il-limitu minimu m’għandux ikun daqshekk għoli. Kwart tal-Istati Membri huwa rekwiżit (jiġifieri sebgħa mis-27 Stat Membru attwali tal-UE) konformi mal-proposta tal-Parlament Ewropew.

Emenda 3

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’terz tal-Istati Membri, il-firmatarji għandhom jikkonsistu f’għall-anqas in-numru minimu ta’ ċittadini stabbilit fl-Anness I.

tal-Istati Membri, il-firmatarji għandhom jikkonsistu f’għall-anqas in-numru minimu ta’ ċittadini stabbilit fl-Anness I.

Raġuni

Peress li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għandha tkun strument aċċessibbli għall-Ewropej, in-numru minimu m’għandux ikun daqshekk għoli. Ir-rekwiżit li l-firmatarji għandhom jiġu minn kwart tal-Istati Membri (fi kliem ieħor, attwalment sebgħa mis-27 Stat Membru) jikkonforma mal-proposta tal-Parlament Ewropew. Għalhekk, skont din il-loġika, l-istess argument għandu japplika għall-Artikolu 7(2).

Emenda 4

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta

1.

Wara li jkun ġabar 300 000 dikjarazzjoni ta’ appoġġ skont l-Artikoli 5 mill-firmatarji li jkunu ġejjin għall-anqas minn tliet Stati Membri, l-organizzatur għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba għal deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Għal dan il-għan, l-organizzatur għandu juża l-formola stabbilita fl-Anness V.

2.

Il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn mindu tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, għandha tieħu deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tagħha. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta għandha titqies ammissibbli jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

tikkonċerna materja fejn att legali tal-Unjoni jista’ jiġi adottat għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattat; u wkoll

b.

jekk taqa’ taħt il-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni biex tagħmel proposta.

3.

Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun notifikata lill-organizzatur tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta u għandha tiġi pubblikata.

Raġuni

Din hija bidla fid-dawl tal-emenda għar-rakkomandazzjoni 1.

Emenda 5

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dispożizzjonijiet għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-Istati Membri

1.

Wara li jkun ġabar id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji skont l-Artikoli 5 u 7, u sakemm il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li inizjattiva taċ-ċittadini proposta hija ammissibbli skont l-Artikolu 8, l-organizzatur għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, permezz tal-karti jew f’forma elettronika, lill-awtoritajiet kompetenti relevanti previsti fl-Artikolu 14 għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni. Għal dan il-għan, l-organizzatur għandu juża l-formola stabbilita fl-Anness VI.

L-organizzatur għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istat Membru li ħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni indikat fihom.

2.

F’perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ provduti fuq il-bażi ta’ verifiki adatti, u jistgħu jipprovdu lill-organizzatur ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness VII, li jiċċertifika numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi għal dak l-Istat Membru.

3.

Iċ-ċertifikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir bla ħlas.

Dispożizzjonijiet għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-Istati Membri

1.

Wara li jkun ġabar id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji skont l-Artikoli 5 u 7, u sakemm il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li inizjattiva taċ-ċittadini proposta hija ammissibbli skont l-Artikolu 8, l-organizzatur għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, permezz tal-karti jew f’forma elettronika, lill-awtoritajiet kompetenti relevanti previsti fl-Artikolu 14 għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni. Għal dan il-għan, l-organizzatur għandu juża l-formola stabbilita fl-Anness VI, .

L-organizzatur għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istat Membru li ħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni indikat fihom.

2.

F’perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ provduti fuq il-bażi ta’ verifiki adatti, u jistgħu jipprovdu lill-organizzatur ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness VII, li jiċċertifika numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi għal dak l-Istat Membru.

3.

Iċ-ċertifikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir bla ħlas.

Raġuni

Skont l-Artikolu 4, l-organizzatur huwa mitlub jgħid bil-quddiem liema huma s-sorsi tal-finanzjament li se jkopri l-ispejjeż tal-inizjattiva. Iżda, jista’ jiġri li, f’dan l-istadju tal-proċess, ma jkunx għadu jaf is-sorsi eventwali kollha tal-finanzjament. Għalhekk, għandu jitressaq rapport fl-aħħar tal-proċess li jiġbor fih id-dettalji tan-nefqa finali u s-sorsi tal-finanzjament biex jiġi żgurat li jiġu rispettati l-prinċipji tal-informazzjoni u t-trasparenza. Għandha titħejja formola sempliċi u tiddaħħal bħala Anness għar-Regolament biex jiġi żgurat li dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat faċilment.

Brussell, 10 ta’ Ġunju 2010.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2009) 622 finali.

(2)  COM(2010) 119 finali.

(3)  Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Id-drittijiet taċ-ċittadini: il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet taċ-ċittadinanza Ewropea”; 9.10.2008, punt 58.

(4)  R/CdR 79/2010, Appendiċi I.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 li titlob lill-Kummissjoni tressaq Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (A6-0043/2009), premessa Y.