ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.260.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 260

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
25 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 260/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 246, 11.9.2010

1

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 260/02

Ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 260/03

Kawża C-297/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Sabine Hennigs vs Eisenbahn-Bundesamt

3

2010/C 260/04

Kawża C-298/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Land Berlin vs Alexander Mai

4

2010/C 260/05

Kawża C-309/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

4

2010/C 260/06

Kawża C-315/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-1 ta’ Lulju 2010 — Companhia Siderúrgica Nacional, Csn Caymann Ltd vs Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)

5

2010/C 260/07

Kawża C-338/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

5

2010/C 260/08

Kawża C-341/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

6

2010/C 260/09

Kawża C-357/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Duomo Gpa Srl vs Comune di Baranzate

6

2010/C 260/10

Kawża C-358/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Gesione Servizi Pubblici Srl vs Comune di Baranzate

7

2010/C 260/11

Kawża C-359/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Irtel Srl vs Comune di Venegono Inferiore

8

2010/C 260/12

Kawża C-366/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-22 ta' Lulju 2010 — The Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc. vs The Secretary of State for Energy and Climate Change

9

2010/C 260/13

Kawża C-369/10: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 minn Ravensburger AG mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-108/09, Ravensburger vs UASI — Educa Borras (Memory)

10

2010/C 260/14

Kawża C-370/10: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 minn Ravensburger AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-243/08 — Ravensburger AG vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras S.A.

11

2010/C 260/15

Kawża C-376/10 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2010 minn Pye Phyo Tay Za mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-181/08, Pye Phyo Tay Za vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

11

2010/C 260/16

Kawża C-380/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

13

2010/C 260/17

Kawża C-400/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2010 — J. McB. vs L. E.

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 260/18

Kawżi magħquda T-440/07, T-465/07 u T-1/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Huta Buczek et vs Il-Kummissjoni (Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

14

2010/C 260/19

Kawża T-252/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni Ewropea (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku — Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

14

2010/C 260/20

Kawża T-286/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2010 — Foundation IDIAP vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Is-sitt programm qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni — Ittra li tikkonferma r-riżultati ta’ verifika finanzjarja — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

15

2010/C 260/21

Kawża T-292/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2010 — Monty Program vs Il-Kummissjoni

15

2010/C 260/22

Kawża T-293/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2010 — Seven Towns Ltd vs UASI

16

2010/C 260/23

Kawża T-294/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — CBp Carbon Industries, Inc. vs UASI

17

2010/C 260/24

Kawża T-298/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Arrieta D. Gross vs UASI — Toro Araneda (BIODANZA)

17

2010/C 260/25

Kawża T-301/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2010 — In ‘t Veld vs Il-Kummissjoni

18

2010/C 260/26

Kawża T-302/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2010 — Crocs vs UASI — Holey Soles and Partenaire Hospitalier International (Representation of footwear)

19

2010/C 260/27

Kawża T-304/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2010 — dm drogeriemarkt GmbH & Co. KG v UASI — S.E.M.T.E.E. (caldea)

20

2010/C 260/28

Kawża T-306/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Yusef vs Il-Kummissjoni

20

2010/C 260/29

Kawża T-312/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2010 — ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni

21

2010/C 260/30

Kawża T-313/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2010 — Three-N-Products Private vs UASI — Shah (AYUURI NATURAL)

22

2010/C 260/31

Kawża T-314/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2010 — Constellation Brands vs UASI (COOK’S)

23

2010/C 260/32

Kawża T-318/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Consorzio del vino nobile di Montepulciano et vs Il-Kummissjoni

23

2010/C 260/33

Kawża T-320/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)

24

2010/C 260/34

Kawża T-321/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awissu 2010 — SA.PAR. vs UASI — Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)

25

2010/C 260/35

Kawża T-322/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Clasado vs Il-Kummissjoni

25

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 260/36

Kawża F-50/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2010 — De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni

27

2010/C 260/37

Kawża F-58/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2010 — Allgeier vs FRA

27

2010/C 260/38

Kawża F-59/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

28

2010/C 260/39

Kawża F-60/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Chiavegato vs Il-Kummissjoni

28

2010/C 260/40

Kawża F-62/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Esders vs Il-Kummissjoni

28

2010/C 260/41

Kawża F-63/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2010 — Lunetta vs Il-Kummissjoni

29

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/1


2010/C 260/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 246, 11.9.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 234, 28.8.2010

ĠU C 221, 14.8.2010

ĠU C 209, 31.7.2010

ĠU C 195, 17.7.2010

ĠU C 179, 3.7.2010

ĠU C 161, 19.6.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/2


Ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2010/C 260/02

Fit-8 ta’ Settembru 2010, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas Servizz Pubbliku ddeċieda li, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, l-Imħallef H. TAGARAS, President tat-Tieni Awla, ser jissostitwixxi l President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta’ assenza jew impediment bħala Mħallef għal miżuri provviżorji.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Sabine Hennigs vs Eisenbahn-Bundesamt

(Kawża C-297/10)

()

2010/C 260/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabine Hennigs

Konvenut: Eisenbahn-Bundesamt

Domandi preliminari

(1)

Skala ta’ remunerazzjoni stabbilita fi ftehim kollettiv applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku li, bħall-Artikolu 27 tal-Bundes-Angestelltentarifvertrag (Ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku federali, iktar ’il quddiem il-“BAT”) moqri flimkien mal-Vergütungstarifvertrag Nr. 35 zum BAT (Ftehim kollettiv konkluż taħt il-BAT Nru 35, dwar ir-remunerazzjoni), tiddetermina abbażi tal-età r-remunerazzjonijiet bażiċi għal kull grad hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilit fid-dritt primarju (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u implementat permezz tad-Direttiva 2000/78/KE (1), fid-dawl ukoll tad-dritt li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi rikonoxxut mid-dritt primarju lill-imsieħba soċjali (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)?

(2)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fl-affermattiv għad-domanda 1:

(a)

Id-dritt li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi jagħti lill-imsieħba soċjali marġini ta’ diskrezzjoni suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jtemmu tali diskriminazzjoni billi jgħaddu lill-membri tal-persunal bil-kuntratt taħt sistema ġdida ta’ remunerazzjoni stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv li, filwaqt li tinkorpora d-drittijiet miksuba taħt is-sistema l-antika, tkun ibbażata fuq il-kriterji tal-attività mwettqa, tar-rendiment u tal-esperjenza professjonali?

(b)

Hemm lok li f’kull każ tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a), għall-inqas meta d-determinazzjoni finali tal-iskali rikonoxxuti lill-membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati mill-ġdid fi grad tas-sistema ġdida ta’ remunerazzjoni stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv ma tiddependix biss fuq l-età milħuqa fil-kuntest tas-sistema l-antika stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv u meta l-membri tal-persunal li jkunu laħqu skala ogħla tas-sistema l-ġdida, bħala regola ġenerali, jiddisponu minn esperjenza professjonali ikbar minn dik tal-membri tal-persunal ikklassifikati fi skala iktar baxxa?

(3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 2(a) u (b):

(a)

Id-diskriminazzjoni indiretta fuq il-bażi tal-età hija ġġustifikata minħabba li l-preservazzjoni tad-drittijiet soċjali kweżiti tikkostitwixxi għan leġittimu u minħabba li jidher li huwa xieraq u neċessarju, sabiex jintlaħaq dan l-għan, li temporanjament tinżamm, bħala parti minn dispożizzjonijiet tranżitorji, inugwaljanza fit-trattament bejn l-impjegati ta’ etajiet differenti, meta din l-inugwaljanza fit-trattament titnaqqas gradwalment u meta, fil-fatt, l-unika soluzzjoni oħra possibbli tkun li titnaqqas ir-remunerazzjoni tal-impjegati ikbar fl-età?

(b)

Fid-dawl tad-dritt li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi u tal-libertà għal negozjati kollettivi li tirriżulta minnu, hemm lok li r-risposta għad-domanda 3(a) tkun f’kull każ fl-affermattiv, għall-inqas meta tali dispożizzjonijiet tranżitorji kienu s-suġġett ta’ ftehim bejn l-imsieħba soċjali?

(4)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 3(a) u (b):

Huwa possibbli li l-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq bażi tal-età, li jivvizja sistema ta’ remunerazzjoni stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv u li jagħmilha kompletament illegali, jiġi rrimedjat biss billi tittieħed bħala bażi l-ogħla età f’kull każ matul l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv dwar ir-remunerazzjoni sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, minkejja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati lil min iħaddem u minkejja d-dritt tal-imsieħba soċjali sabiex jiġu nnegozjati ftehim kollettivi?

(5)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 4:

Id-dritt tal-imsieħba soċjali li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi, il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età u n-neċessità ta’ sanzjonijiet effettivi fil-każ ta’ ksur ta’ dan il-prinċipju jippermettu l-iffissar lill-imsieħba soċjali ta’ terminu relattivament qasir (pereżempju ta’ sitt xhur) sabiex titwaqqaf b’mod retroattiv l-illegalità tas-sistema ta’ remunerazzjoni li dawn kienu qablu dwarha, filwaqt li jiġi ppreċiżat il-bżonn li tinżamm l-ogħla età matul l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv, jekk l-imsieħba soċjali jonqsu milli jadottaw dispożizzjonijiet ġodda li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni fit-terminu stabbilit. Jekk ikun il-każ, liema marġni ta’ żmien, fir-rigward tar-retroattività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ jkun rikonoxxut f’dan il-kuntest lill-imsieħba soċjali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Land Berlin vs Alexander Mai

(Kawża C-298/10)

()

2010/C 260/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Land Berlin

Konvenut: Alexander Mai

Domanda preliminari

Skala ta’ remunerazzjoni stabbilita fi ftehim kollettiv applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku li, bħall-Artikolu 27 tal-Bundes-Angestelltentarifvertrag (Ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz pubbliku federali, iktar ’il quddiem il-“BAT”) moqri flimkien mal-Vergütungstarifvertrag Nr. 35 zum BAT (Ftehim kollettiv konkluż taħt il-BAT Nru 35, dwar ir-remunerazzjoni), tiddetermina abbażi tal-età r-remunerazzjonijiet bażiċi għal kull grad hija kuntrarju għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilit fid-dritt primarju (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u implementat permezz tad-Direttiva 2000/78/KE (1), fid-dawl ukoll tad-dritt li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi rikonoxxut mid-dritt primarju lill-imsieħba soċjali (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-309/10)

()

2010/C 260/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agrana Zucker GmbH

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont temporanju għar-ristrutturar għaz-zokkor u x-xiropp tal-inulina stipulat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ta’ EUR 113,30 għal kull tunnellata tal-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għandu jiġi impost fi kwalunkwe każ u fl-intier tiegħu, anki jekk tali ħlas iwassal għal eċċess (sostanzjali) fil-bilanċ tal-fond tar-ristrutturar u ma tkunx mistennija żieda ulterjuri tal-ħtiġijiet finanzjarji?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

F’dak il-każ, l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jikser il-prinċipju li l-Komunità tista’ taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha, peress li din id-dispożizzjoni tista’, permezz tal-ammont temporanju għar-ristrutturar, tintroduċi taxxa ġenerali li ma hijiex limitata għall-ispiża finanzjarja li ssir għall-benefiċċju tal-persuni mitluba jħallsu t-taxxa?


(1)  ĠU L 64M, 10.3.2009, p. 11


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-1 ta’ Lulju 2010 — Companhia Siderúrgica Nacional, Csn Caymann Ltd vs Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)

(Kawża C-315/10)

()

2010/C 260/06

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Companhia Siderúrgica Nacional, Csn Caymann Ltd

Konvenuti: Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li l-awtoritajiet ġudizzjarji Portugiżi ddikjaraw lilhom infushom mingħajr ġurisdizzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, biex jikkunsidraw rikors dwar kreditu kummerċjali, jikkostitwixxi ostakolu sabiex ir-rikorsi jinstemgħu flimkien, skont l-Artikoli 6(1) u [28] tar-Regolament Nru 44/2001 (1), meta jirriżulta li quddiem il-qrati Portugiżi jkun ġie ppreżentat rikors ieħor, ibbażat fuq l-eżerċizzju tal-actio pauliana, li fih jiġu mħarrka kemm id-debitur kif ukoll it-terz li qed jixtri, f’dan il-każ, kreditu, kif ukoll id-depożitarji nfushom tal-kreditu ttrasferit lit-terz li qed jixtri, li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Portugall, sabiex kollha kemm huma jkunu vinkolati mir-res judicata?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jista’ japplika direttament għall-każ inkwistjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-338/10)

()

2010/C 260/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grünwald Logistik Service GmbH (GLS)

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Domanda preliminari

Dispożizzjonijiet antidumping adottati mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) huma invalidi minħabba li l-Kummissjoni adottathom billi bbażat ruħha fuq valur normali ddeterminat fuq “bażi raġonevoli oħra” (f’dan il-każ skont il-prezzijiet effettivament imħallsa fil-Komunità għal prodotti simili) mingħajr ma wettqet investigazzjonijiet addizzjonali rigward il-valur normali, wara li, f’pajjiż analogu, li l-Kummissjoni kienet inizjalment ikkunsidrat bħala tali, hija indirizzat lil żewġ impriżi — li waħda minnhom ma rrispondiet bl-ebda mod u l-oħra wriet li kienet lesta li tikkoopera, iżda manadankollu ma rrispondietx għall-kwestjonarju mibgħut — u l-partijiet fil-proċeduri kienu indikaw lill-Kummissjoni pajjiż analogu ieħor?


(1)  ĠU 1996 L 56, p. 1


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/6


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-341/10)

()

2010/C 260/08

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u Ł. Habiak, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, peress li billi ma ttrasponietx b’mod korrett u komplet l-Artikolu 3(1)(d) sa (h) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16 ta’ dik id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-kamp ta’ applikazzjoni fattwali tad-Direttiva 2000/43/KE jikkonsisti f’medda ta’ oqsma li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) tagħha. Skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jimplementaw id-Direttiva f’dawn l-oqsma kollha (jew sabiex jiżguraw li l-imsieħba soċjali jieħdu l-miżuri neċessarji) u li jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ssodisfat biss parti minn dawn l-obbligi. F’dan ir-rikors, il-Kummissjoni takkuża lir-Repubblika tal-Polonja li wettqet implementazzjoni żbaljata u inkompleta tad-Direttiva fir-rigward tal-affiljazzjoni jew involviment f’organizzazzjoni ta’ ħaddiema jew ta’ impjegati, jew kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jagħmlu parti minn professjoni partikolari, inklużi l-benefiċċji pprovduti minn tali organizzazzjoni, protezzjoni soċjali, inklużi sigurtà soċjali u servizzi tas-saħħa, benefiċċji soċjali, edukazzjoni, aċċess għal u provvista ta’ prodotti u servizzi li huma disponibbli lill-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni (Artikolu 3(1)(d) sa (h) tad-Direttiva). Il-Kummissjoni tiċħad id-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Pollakki li l-implementazzjoni tad-Direttiva f’dawn l-oqsma hija żgurata bid-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, bil-leġiżlazzjoni u bi ftehim internazzjonali indikati matul il-proċedura qabel ma ġie ppreżentat ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea tallega wkoll li r-Repubblika tal-Polonja ttrasponiet l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/43/KE fid-dritt nazzjonali b’mod żbaljat u inkomplet. Din id-dispożizzjoni, li tirreferi għall-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-individwi kontra diskriminazzjoni jew sitwazzjoni li hija l-konsegwenza ta’ ilment jew ta’ proċeduri intiżi għall-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, tikkonċerna l-persuni u s-sitwazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġew ikkomunikati sa issa mill-awtoritajiet Pollakki jindikaw l-eżistenza ta’ dawn it-tipi ta’ miżuri biss fir-rigward ta’ ħaddiema u tar-relazzjoni ta’ xogħol.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Duomo Gpa Srl vs Comune di Baranzate

(Kawża C-357/10)

()

2010/C 260/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Duomo Gpa Srl

Konvenut: Comune di Baranzate

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludi l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1)?

(2)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


(1)  ĠU 2006 L 376, p. 36.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Gesione Servizi Pubblici Srl vs Comune di Baranzate

(Kawża C-358/10)

()

2010/C 260/10

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gesione Servizi Pubblici Srl

Konvenut: Comune di Baranzate

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1)?

(2)

Id-dispożiżżjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


(1)  ĠU 2006 L 376, p. 36.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Irtel Srl vs Comune di Venegono Inferiore

(Kawża C-359/10)

()

2010/C 260/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irtel Srl

Konvenut: Comune di Venegono Inferiore

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1)?

(2)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


(1)  ĠU 2006 L 376, p. 36.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-22 ta' Lulju 2010 — The Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc. vs The Secretary of State for Energy and Climate Change

(Kawża C-366/10)

()

2010/C 260/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc..

Konvenut: The Secretary of State for Energy and Climate Change.

Domandi preliminari

(1)

Jistgħu jkunu invokati r-regoli tad-dritt internazzjonali li ġejjin sabiex tkun ikkontestata l-validità tad-Direttiva 2003/87/KE (1) kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE (2) sabiex ikunu nklużi attivitajiet tal-avjazzjoni ta’ Skema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet (flimkien id-“direttiva emendata”):

(a)

il-prinċipju ta’ dritt konswetudinarju internazzjonali li kull Stat għandu sovranità sħiħa u esklużiva fuq l-ispazju tal-ajru tiegħu;

(b)

il-prinċipju ta’ dritt konswetudinarju internazzjonali li ebda Stat ma jista’ validament jissuġġetta taħt is-sovranità tiegħu kwalunkwe parti mill-ibħra miftuħa;

(c)

il-prinċipju ta’ dritt konswetudinarju internazzjonali ta’ libertà ta’ titjir fuq l-ibħra miftuħa;

(d)

il-prinċipju ta’ dritt konswetudinarju internazzjonali (li l-eżistenza tiegħu mhijiex aċċettata mill-konvenut) li inġenji tal-ajru li jtiru fuq l-ibħra miftuħa huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-pajjiż li fih huma rreġistrati, ħlief kif speċifikament stabbilit permezz tat-trattati internazzjonali;

(e)

il-Konvenzjoni ta’ Chicago (b’mod partikolari l-Artikoli 1, 11, 12, 15 u 24);

(f)

il-Ftehim “Open Skies” (b’mod partikolari l-Artikoli 7, 11(2)(c) u 15(3));

(g)

il-Protokoll ta’ Kyoto (b’mod partikolari, l-Artikolu 2(2))?

Sa fejn id-domanda (1) tista’ tkun risposta fl-affermattiv:

(2)

Id-direttiva emendata hija invalida, jekk u sa fejn tapplika l-Iskema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet lil dawk il-partijiet ta’ titjiriet (jew ġeneralment jew permezz ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiżi terzi) li jsiru barra mill-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membri, peress li tikser wieħed jew iktar mill-prinċipji ta’ dritt konswetudinarju internazzjonali ċċitati iktar ’il fuq?

(3)

Id-direttiva emendata hija invalida, jekk u sa fejn tapplika l-Iskema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet lil dawk il-partijiet ta’ titjiriet (jew ġeneralment jew permezz ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiżi terzi) li jsiru barra mill-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membri:

(a)

peress li tikser l-Artikoli 1, 11 u/jew 12 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)

peress li tikser l-Artikolu 7 tal-Ftehim “Open Skies”?

(4)

Id-direttiva emendata hija invalida, sa fejn tapplika l-Iskema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet lil attivitajiet ta’ avjazzjoni:

(a)

peress li tikser l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Artikolu 15(3) tal-Ftehim “Open Skies”;

(b)

peress li tikser l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, waħdu jew flimkien mal-Artikoli 3(4) u 15(3) tal-Ftehim “Open Skies”;

(c)

peress li tikser l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, waħdu jew flimkien mal-Artikolu 11(2)(c) tal-Ftehim “Open Skies”?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(2)  Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, p. 3)


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/10


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 minn Ravensburger AG mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-108/09, Ravensburger vs UASI — Educa Borras (Memory)

(Kawża C-369/10)

()

2010/C 260/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm u M. Goldmann, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 (T-108/09) ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 ta’ Jannar 2009 (R 305/2008-2) u, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-3 ta’ Settembru 2006 (1107C);

(jekk ikun il-każ) tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI sabiex tingħata deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-intervenjenti u lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi annullata minħabba l-aggravji li ġejjin:

(1)

żnaturament tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dikjarazzjonijiet ta’ fatt tal-appellanti dwar il-lista ta’ prodotti tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni meta indikat li kien “stabbilit f’dan il-każ li l-prodotti li għalihom it-trade mark ikkontestata ġiet irreġistrata jinkludu, b’mod partikolari, il-logħob ta’ memorja”;

(2)

żnaturament tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali applikat l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tal-imsemmi regolament, u billi applikat kriterju vvizzjat u restrittiv wisq għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ trade mark verbali, jiġifieri r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 203 629, “MEMORY”;

(3)

żnaturament tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali applikat l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmi regolament, u billi applikat kriterju vvizzjat u restrittiv wisq għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ karattru deskrittiv ta’ trade mark verbali, jiġifieri r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 203 629, “MEMORY”;

(4)

żnaturament tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha kważi esklużivament fuq l-użu lingwistiku preżunt f’pajjiżi mhux Ewropej li qegħdin ’il bogħod.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/11


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 minn Ravensburger AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-243/08 — Ravensburger AG vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras S.A.

(Kawża C-370/10)

()

2010/C 260/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm, M. Goldmann, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras S.A.

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 (Kawża T-243/08);

tirrevoka s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 597/2007-2);

jekk ikun meħtieġ, tirrinvija l-każ quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-intervenjenti u lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fir-rigward ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ma kienx meħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti għall-finijiet tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) ma kinux sodisfatti.

Il-Qorti Ġenerali kisret is-sistema tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta wettqet evalwazzjoni fattwali waħda dwar ix-xebh b’implikazzjonijiet kemm taħt l-Artikolu 8(1)(b) u kif ukoll taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, u dan minkejja li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprovdu għal testijiet distinti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi naqset milli toġġezzjona għall-konklużjoni tat-Tieni Bord tal-Appell li ċ-ċirkustanzi tas-suq fir-rigward tal-użu ta’ trade marks li jidentifikaw impriża, min-naħa, u trade marks għal prodotti speċifiċi, fuq in-naħa l-oħra, kienu irrilevanti.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 77 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi naqset milli toġġezzjona għall-użu manifestament żbaljat li l-Bord tal-Appell għamel mid-disrkezzjoni tiegħu li jorganizza seduta għal smigħ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/11


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2010 minn Pye Phyo Tay Za mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-181/08, Pye Phyo Tay Za vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-376/10 P)

()

2010/C 260/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Pye Phyo Tay Za (rappreżentanti: D. Anderson QC, M. Lester, Barrister, G. Martin, Solicitor)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali kollha kemm hi;

tiddikjara li r-Regolament Nru 194/2008 (1) tal-25 ta’ Frar 2008 huwa null sa fejn dan jikkonċerna l-appellant; u

tikkundana l-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-appellant ta’ dan l-appell u l-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-appellant jafferma li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizjata bid-difett fundamentali segwenti. Il-Qorti Generali aċċettat l-affermazzjoni tal-Kunsill li l-iffriżar tal-fondi tal-appellant kien iġġustifikat abbażi tal-fatt li huwa “membru tal-familja” ta’ “mexxejja importanti ta’ impriżi”, jiġifieri missieru Tay Za. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-appellant ma huwiex elenkat bħala individwu, iżda bħala “kategorija” ta’ persuni, bil-konsegwenza li huwa jitlef il-protezzjoni proċedurali li kien ikun intitolat għaliha kienu kien elenkat bħala individwu, inkluż il-ħtieġa li jkun hemm provi mressqa mill-istituzzjonijiet li jiġġustifikaw l-elenkar tiegħu u drittijiet bażiċi ta’ difiża.

(2)

Skont l-appellant, dan l-approċċ kien żbaljat kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt. L-appellant ma kienx inkluż fir-Regolament peress li huwa kien parti minn kategorija ta’ “membri tal-familja”; huwa mniżżel bħala individwu f’ismu stess, fuq il-bażi espressa li huwa stess huwa preżunt li jibbenefika mill-politika ekonomika tal-Gvern ta’ Burma/Myanmar. L-appellant huwa għaldaqstant kjarament intitolat għall-protezzjoni tal-prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju.

(3)

Barra minn hekk, l-appellant isostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bid-difetti segwenti.

(4)

Qabel kollox, il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta kkonstatat li l-Artikoli 60 u 301 KE kienu jipprovdu bażi legali adegwata għar-Regolament. L-appellant isostni li ma kienx hemm rabta sufficienti bejn l-appellant u r-reġim militari ta’ Burma/Myanmar. Huwa ma huwiex mexxej ta’ Burma/Myanmar u lanqas ma huwa persona assocjata mal-mexxej, u ma huwiex ikkontrollat direttament jew indirettament, minn mexxej. Il-fatt li huwa it-tifel ta’ xi ħadd li l-Kunsill tikkunsidra li bbenefika mir-reġim huwa insufficienti. Il-Qorti Ġenerali ddikjarat b’mod żbaljat li peress (fil-fehma tagħha) l-istituzzjonijiet kien ikollhom is-setgħa li jimponu embargo iktar estiż fuq Burma/Myanmar, a fortiori huma għandhom is-setgħa li jimponu l-iffriżar tal-fondi fuq individwu.

(5)

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-oneru tal-prova kien fuq l-appellant sabiex jikkontesta l-preżunzjoni li huwa ma bbenefikax mir-reġim. L-oneru għandu jkun fuq il-Kunsill sabiex jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ misura restrittiva fuq l-appellant, u biex iressaq provi sabiex jiġġustifika dan.

(6)

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ddikjara b’mod żbaljat li l-Kunsill issodisfa l-obbligu tiegħu li jimmotiva l-inklużjoni tal-appellant fir-Regolament. L-appellant jikkunsidra li meta l-Kunsill isemmi individwu f’Regolament fuq il-bażi espressa li huwa jibbenefika mill-politika ekonomika ta’ reġim, il-Kunsill irid jagħti raġunijiet konkreti u speċifiċi insostenn ta’ dan, relatati mal-appellant inifsu.

(7)

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li d-drittijiet tad-difiża ma kinux applikabbli għall-appellant. Drittijiet tad-difiża, inklużi d-dritt ta’ smigħ xieraq u ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv, huma aspetti fundamentali tal-istat ta’ dritt fl-Unjoni Ewropea, li japplikaw meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Europea jimponu misura li taffettwa direttament u ħażin individwu. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li d-drittijiet tad-difiża (jekk applikabbli) ma kinux inkisru minħabba li smigħ ma kienx iwassal għal riżultat differenti peress li l-appellant ma pprovdiex informazzjoni li setgħet twassal għal evalwazzjoni differenti.

(8)

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali applikat modalità żbaljata ta’ stħarriġ ta’ deċiżjonijiet li bihom persona tiġi inkluża f’anness għal Regolament ta’ iffriżar ta’ assi. Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ deċiżjoni ta’ dan it-tip testendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li fuqhom din hija bbażata, and għall-provi u l-informazzjoni li fuqhom din l-evalwazzjoni saret.

(9)

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta rrifjutat l-argumenti tal-appellant li d-drittijiet tiegħu għal proprejtà nkisru u r-Regolament ma kienx iġġustifikat u kien spropozjonat kif applikat lilu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 (ĠU L 66, p. 1)


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/13


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-380/10)

()

2010/C 260/16

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Nyberg, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx, jew tal-inqas billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, fil-każ tal-arċipelagu ta’ Åland, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika tal-Finlandja naqset mill-obbligi tagħha skont l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU 108, p. 1.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2010 — J. McB. vs L. E.

(Kawża C-400/10)

()

2010/C 260/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. McB.

Konvenuta: L. E.

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2), interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew b’mod ieħor, jipprekludi li l-liġi ta’ Stat Membru teħtieġ li l-missier ta’ wild li mhuwiex miżżewweġ ma’ omm il-wild jikseb mingħand il-qorti kompetenti deċiżjoni li tafdalu l-kustodja ta’ dan il-wild sabiex jiġi kkunsidrat li għandu “drittijiet ta’ kustodja” li jirrendu t-tneħħija tal-wild barra mill-pajjiż ta’ residenza abitwali illegali għall-finijiet tal-Artikolu 2(11) ta’ dan ir-Regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209).


Il-Qorti Ġenerali

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Huta Buczek et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-440/07, T-465/07 u T-1/08) (1)

(Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 260/18

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Huta Buczek Sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentanti: D. Szlachetko-Reiter, avukat) (Kawża T-440/07); Emilian Salej, bħala amministrattur tal-falliment ta’ Technologie Buczek S.A. (Laryszów, il-Polonja); Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec) (rappreżentant: D. Szlachetko-Reiter, avukat) (Kawża T-465/07); u Buczek Automotive Sp. z o.o. (Sosnowiec) (rappreżentanti: iniżjalment T. Gackowski, sussegwentement D. Szlachetko-Reiter u finalment J. Jurczyk, avukati) (Kawża T-1/08).

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, M. Kaduczak, A. Stobiecka-Kuik u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Niechciał, sussegwentement M. Krasnodebska-Tomkiel u M. Rzotkiewicz, aġenti) (Kawżi T-440/07 u T-1/08).

Suġġett

Talbiet għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5087 finali, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-prodottur tal-azzar grupp Technologie Buczek.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fil-Kawża T-465/07, kif ippreżentat minn Emilian Salej.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-Kawża T-465/07, kif imressqa minn Emilian Salej.


(1)  ĠU C 64 8.3.2008.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/14


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-252/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2010/C 260/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cross Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2010, li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika magħmula fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq sottomessi mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 fir-rigward tal-proġetti eMapps.com, CEEC IST NET u Transfer-East.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2010 — Foundation IDIAP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Is-sitt programm qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma r-riżultati ta’ verifika finanzjarja - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 260/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation de l’Institut de recherche IDIAP (Martigny, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Chapus Rapin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2010 li tikkonferma r-riżultati tal-verifika li tirrigwarda l-analiżi tal-ispejjeż ippreżentati mir-rikorrenti, għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 f’dak li jirrigwarda l-proġett Amida kif ukoll għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007 f’dak li jirrigwarda il-proġetti Bacs u Dirac.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma riservati.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/15


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2010 — Monty Program vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/10)

()

2010/C 260/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monty Program AB (Tuusula, il-Finlandja) (rappreżentanti: H. Anttilainen-Mochnacz, avukat u C. Pouncey, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 142 finali, tal-21 ta’ Jannar 2010, fil-Każ COMP/M.5529 — Oracle/Sun Microsystems; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti qiegħda titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 142 finali, tal-21 ta’ Jannar 2010, fil-Każ COMP/M.5529 — Oracle/Sun Microsystems, fejn l-akkwist minn Oracle Corporation tal-kontroll esklużiv ta’ Sun Microsystems ġie ddikjarat kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat in-natura tal-garanziji ta’ Oracle, u għalhekk kisret l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004 u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar rimedji (2). Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat b’mod inkorrett l-għaxar garanziji mogħtija minn Oracle dwar l-aġir futur tagħha bħala elementi fattwali ġodda li kienu jippermettu l-eliminazzjoni ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni mingħajr kundizzjonijiet.

 

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li, billi ma applikatx l-Avviż tal-Kummissjoni dwar rimedji, u għalhekk billi naqset milli teżamina l-garanziji fil-kuntest tas-suq, il-Kummissjoni kisret kemm regoli proċedurali essenzjali u kif ukoll l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti billi ċaħditha mill-opportunità li tesprimi formalment il-fehma tagħha dwar il-garanziji mogħtija minn Oracle.

 

Barra minn hekk, billi kklassifikat il-garanziji mogħtija minn Oracle bħala elementi fattwali ġodda u mhux bħala impenji, il-Kummissjoni użat il-poteri tagħha b’mod żbaljat.

 

It-tielet nett, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004 billi evalwat b’mod inkorrett l-effetti tal-garanziji fuq Oracle wara l-merger u għalhekk naqset milli tissodisfa l-oneru ta’ prova impost fuq il-Kummissjoni taħt id-dritt tal-UE, b’tali mod li wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, għalhekk, wettqet żball ta’ liġi meta adottat deċiżjoni ta’ approvazzjoni taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta evalwat il-limitazzjoni kompetittiva imposta minn kompetituri open source oħra fuq Oracle wara l-merger. Il-Kummissjoni żbaljat meta qieset li anki jekk Oracle tneħħi MySQL (il-prodott ta’ softwer ta’ database prinċipali ta’ Sun Microsystems) mis-suq wara l-merger, bejjiegħa oħra ta’ database open source ser jissostitwixxu l-limitazzjoni kompetittiva maħluqa minn MySQL.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).

(2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimedji aċċettabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (ĠU 2008 C 267, p. 1).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/16


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2010 — Seven Towns Ltd vs UASI

(Kawża T-293/10)

()

2010/C 260/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1475/2009-1, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 650 817 ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti għal rappreżentazzjoni legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark per se kkulurita deskritta bħala li għandha “sitt uċuħ irranġati b’mod ġeometriku fi tliet pari ta’ uċuħ paralleli, fejn kull par huwa irranġat b’mod perpendikulari maż-żewġ pari l-oħra kkaratterizzata permezz ta’ (1) kull żewġ uċuħ ħdejn xulxin għandhom kuluri differenti u (ii) kull wiċċ għandu struttura ta’ grilja fformata permezz ta’ borduri suwed li jaqsmu l-wiċċ f’disa’ oqsma tal-istess daqs”. Il-kuluri indikati kienu aħmar (PMS 200C); aħdar (PMS 347C); blu (PMS 293C); oranġjo (PMS 021C); isfar (PMS 012C); abjad u iswed għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 650 817

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 650 817 miċħuda

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fuq il-bażi tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ dritt għal smigħ xieraq billi tikser l-Artikoli 80(1) u 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 53(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell eżamina l-mertu tad-deċiżjoni b’mod żbaljat.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tagħha għal proċess ekwu billi tikser l-Artikolu 64(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq argument kompletament ġdid mingħajr ma stieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/17


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — CBp Carbon Industries, Inc. vs UASI

(Kawża T-294/10)

()

2010/C 260/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBp Carbon Industries, Inc. (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: J. Fish, Solicitor u S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ April 2010 fil-Każ R 1361/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-Trade mark verbali “CARBON GREEN” għal prodotti fil-klassi 17 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 973 531

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell huwa miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat il-karattru distintiv tat-trade mark verbali kkonċernata għall-prodotti rilevanti.

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell (i) għamel evalwazzjoni żbaljata tat-tifsira u tas-sintassi tat-trade mark verbali kkonċernata, kif ukoll tal-kapaċità li jista’ jkollha bħala terminu li jiddeskrivi dik il-merkanzija b’mod immedjat u dirett; (ii) minn naħa ġustament ikkonkluda li l-pubbliku rilevanti kien speċjalizzat, iżda, min-naħa l-oħra, naqas li jirrileva ex officio fatti li minnhom infushom juru li t-trade mark kellha karattru deskrittiv fl-għajnejn ta’ tali pubbliku; u (iii) naqas milli jistabbilixxi mill-provi li kien hemm, fl-isfera speċjalizzata rilevanti, probabbiltà raġonevoli li operaturi oħra jkunu jixtiequ jużaw it-trade mark fil-futur.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/17


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Arrieta D. Gross vs UASI — Toro Araneda (BIODANZA)

(Kawża T-298/10)

()

2010/C 260/24

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christina Arrieta D. Gross (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-P. Ewert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rolando Mario Toro Araneda (Santiago de Chile, iċ-Ċilì)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ April 2010 fil-Każ R 1149/2009-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk issir parti intervenjenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “BIODANZA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 44

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Ġermaniża Nru 2905152 tat-trade mark verbali “BIODANZA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Daniża Nru VA 199500708 tat-trade mark verbali “BIODANZA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati u applikazzjoni milqugħa għall-bqija tal-prodotti kkonċernati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kolla kemm hi.

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma wrietx li t-trade mark preċedenti kienet tintuża b’mod ġenwin fi Stat Membru li fih it-trade mark nazzjonali preċedenti kienet protteta għall-użu fil-Komunità.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regola 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jitlob lir-rikorrenti sabiex tipproduċi l-provi neċessarji kif kien obbligat li jagħmel.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/18


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2010 — In ‘t Veld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/10)

()

2010/C 260/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie in ‘t Veld (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010, ref. SG.E.3/HP/psi-Ares(2010)234950, li tiċħad li tilqa’ kompletament it-talba konfermattiva għal aċċess għal xi dokumenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn partijiet intervenjenti, jekk ikun il-każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tfittex, skont l-Artikolu 263 TFUE, sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010 li tirrifjuta aċċess komplet għal xi dokumenti li jirrigwardaw in-negozjati ta’ ftehim kummerċjali ġdid għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, mitluba mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).

Ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti insostenn tar-rikors tagħha:

 

L-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn tirrifjuta impliċitament l-aċċess għall-ċertu numru ta’ dokumenti mitluba mir-rikorrenti mingħajr ma tispjega r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

 

It-tieni nett, id-deċiżjoni inkwistjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn il-Kummissjoni ma ttrattatx din id-dispożizzjoni bħala regola ta’ proċedura li tirrigwarda l-konsultazzjoni ta’ partijiet terzi u fil-fatt applikata bħala eċċezzjoni addizzjonali tal-obbligu ta’ żvelar tad-dokumenti.

 

It-tielet nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tapplika b’mod żbaljat il-liġi, u, b’mod partikolari, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001:

L-ewwel nett, minħabba l-fatt li r-raġunijiet ta’ ordni ġenerali invokati mill-Kummissjoni ma jistgħux, bħala prinċipju, jaqaw taħt l-eċċezzjoni għall-protezzjoni ta’ interess pubbliku li jirrappreżentaw ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea;

It-tieni nett, minħabba l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata fiha żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tad-dokumenti.

 

Barra minn hekk, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li kwalunkwe parti mid-dokumenti mitluba mir-rikorrenti hija kkonċernata bit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, ir-rikorrenti ssostni li seħħet applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) u li l-prinċipju ta’ proporzjonalità inkiser sa fejn il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali u li jiġi llimitat ir-rifjut għall-partijiet tad-dokumenti fejn dan ikun iġġustifikat u strettament neċessarju.

 

Fl-aħħar, ir-rikorrenti tosserva wkoll li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, u b’hekk, kisret l-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Vol. 03, p. 331).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/19


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2010 — Crocs vs UASI — Holey Soles and Partenaire Hospitalier International (Representation of footwear)

(Kawża T-302/10)

()

2010/C 260/26

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crocs, Inc. (Delaware, USA) (rappreżentant: I. R. Craig, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Holey Soles Holdings Ltd (Vancouver, il-Kanada) u Partenaire Hospitalier International (La Haie Foissière, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 9/2008-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Nru 257001-0001 (Xedd is-saqajn)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Iddikjarat id-disinn Komunitarju invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 7(1) u 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-artikoli u ġie żgwidat għal konklużjonijiet żbaljati fir-rigward tal-oriġinalità, il-karattru individwali u l-funzjoni teknika tad-disinn Komunitarju.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/20


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2010 — dm drogeriemarkt GmbH & Co. KG v UASI — S.E.M.T.E.E. (caldea)

(Kawża T-304/10)

()

2010/C 260/27

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm drogeriemarkt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky and P. Hiller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S.E.M.T.E.E. (Escaldes Engornay, Andorra)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 899/2009-1 u, b’korrezzjoni, tħassar it-trade mark tar-rikorrenti;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 899/2009-1 u tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 899/2009-1,

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “caldea” bl-oranġjo, blu u abjad għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 42, 44 u 45 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 691 845

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark internazzjonali bin-numru ta’ reġistrazzjoni 894 004 tat-trade mark verbali “BALEA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunisdra b’mod żbaljat li ma kinitx teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/20


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Yusef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/10)

()

2010/C 260/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hani El Sayyed Elsebai Yusef (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister u H. Miller, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu azzjoni u tneħħi lir-rikorrent mill-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 kien illegali;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tneħħi immedjatament lir-rikorrent mill-anness imsemmi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għall-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi l-ammonti mħallsa bħala għajnuna legali mit-teżorier tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors abbażi tal-Artikolu 265 TFUE u qiegħed jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2005, tal-5 ta’ Ottubru 2005, li jemenda għall-54 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban (1), sa fejn dan ir-regolament jikkonċernah.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq tliet motivi.

L-ewwel nett, huwa jsostni li l-Kummissjoni naqset milli teżamina b’mod indipendenti r-raġuni għalxiex ir-rikorrent huwa inkluż fl-Anness 1, jew naqset milli titlob raġunijiet għal din l-inklużjoni.

It-tieni nett, huwa jsostni li l-Kummissjoni naqset milli tagħtih raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-Anness 1, u dan bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, tad-dritt li jiddefendi lilu nnifsu u tad-dritt għal proprjetà taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

It-tielet nett, huwa jsostni li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tneħħieħ mill-Anness 1 huwa irraġonevoli sa fejn ma hemmx raġunijiet li jistgħu jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-inklużjoni fl-Anness 1 u sa fejn skont il-United Kingdom Foreign and Commonwealth Office ir-rikorrent ma għadux jissodisfa l-kriterji rilevanti.


(1)  ĠU L 348M, 24.12.2008, p. 275


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/21


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2010 — ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/10)

()

2010/C 260/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA (Guidonia Montecelio, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti, P. Tomassi, P. Caprile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata u tiddikjara li ELESIA wettqet b’mod korrett l-obbligi kuntrattwali tagħha.

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha billi ma ħallsitx l-ammont dovut għas-servizzi ta’ ELESIA u billi talbet ir-rimbors tas-somom diġà mħallsa.

konsegwentement, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ EUR 83 627,68 bl-interessi mhux inklużi, li jirrappreżentaw l-ispejjeż sostnuti minn ELESIA fil-kuntest tal-proġett, u li għadhom ma tħallsux mill-Kummissjoni.

konsegwentement, tannulla, tirrevoka — jekk ikun hemm bżonn anki bil-ħruġ ta’ noti ta’ kreditu korrispondenti — jew, f’kull każ, tiddikjara illegali n-noti ta’ debitu li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom diġà mħallsa lil ELESIA, kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens.

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-konsorzju li l-kumpannija rikorrenti fil-kawża preżenti hija l-koordinatriċi tiegħu, ikkonkluda mal-konvenuta kuntratt għat-twettiq tal-proġġett “I-Way, Intelligent co-operative system in cars for road safety”, iffinanzjat mill-fondi baġitarji fil-kuntest tas-“sitt programm qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku”.

Billi kkunsidrat li twettqu irregolaritajiet gravi fl-iżvulupp ta’ dan il-proġett, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tħassar dan il-kuntratt.

Minn naħa, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-aġir tal-Kummissjoni jmur kompletament kontra d-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u l-prinċipji legali applikabbli, bħall-prinċipji ta’ ekwità, ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba, u, min-naħa l-oħra, hija tikkunsidra li filwaqt li l-prestazzjonijiet kuntrattwali kollha twettqu b’mod korrett matul kważi l-perijodu kollu ta’ 36 xahar previsti fil-kuntratt, il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni tirrikonoxxi kwalunkwe debitu, billi tibbaża ruħha fost affarijiet oħra fuq verifika li tidher irregolari għal ħafna raġunijiet, u dan minkejja li r-rikorrenti kkooperat b’bona fide matul il-perijodu kollu tar-relazzjonijiet kuntrattwali u anki meta dawn intemmu.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni b’mod konkret li hija ssodisfat b’mod korrett u b’mod kostanti l-obbligi kuntrattwali tagħha kollha, filwaqt li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli II.1.11, II.16.1, II.16.2 u II.29 tal-klawżoli kuntrattwali ġenerali, kif ukoll id-drittijiet ta’ difiża tagħha u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2185/96 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09, Vol. 01, p. 303).


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2010 — Three-N-Products Private vs UASI — Shah (AYUURI NATURAL)

(Kawża T-313/10)

()

2010/C 260/30

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, Indja) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S Shah, A Shah, M Shah — A Partnership t/a FUDCO (Wembley, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1005/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut sabiex jikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Lulju 2009 u jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 805 387 kollha kemm hi;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, f’każ li tintervjeni f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “AYUURI NATURAL” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 996 098 tat-trade mark figurattiva “Ayur” għal, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassijiet 3 u 5; applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 429 469 tat-trade mark figurattiva “AYUR” għal, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassijiet 3 u 5;

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell iddikjara b’mod skorrett illi ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni u li t-trade marks preċedenti kellhom konnotazzjoni suġġestiva fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni li tnaqqas il-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tikkunsidra illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell wettaq abbuż ta’ poter meta ta d-deċiżjoni kkontestata peress illi kienet nieqsa minn oġġettività u bażi legali.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2010 — Constellation Brands vs UASI (COOK’S)

(Kawża T-314/10)

()

2010/C 260/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Constellation Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1048/2009-1;

Tirrinvija l-każ quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u tordna restitutio in integrum fir-rigward tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 942 128;

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “COOK’s”

Deċiżjoni tad-dipartiment Trade marks u Reġistru: Talba għal restitutio in integrum miċħuda u annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 942 128 ikkonfermat.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu u fl-evalwazzjoni tiegħu tal-fatti meta kkunsidra li r-rappreżentanti tar-rikorrenti naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni dovuta fiċ-ċirkustanzi.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/23


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Consorzio del vino nobile di Montepulciano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-318/10)

()

2010/C 260/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Consorzio del vino nobile di Montepulciano (Montepulciano, l-Italja), Contucci di Alamanno Contucci & C. Società Agricola Sas (Montepulciano, l-Italja), Villa S. Anna Società Semplice Agricola di Fabroni Anna S. E M. Società Seplice (Montepulciano, l-Italja), Il Conventino Società Agricola per Azioni (Montepulciano, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro, avukat, S. Cianciullo, avukat, G. Brini, avukat, G. Nazzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità u l-inapplikabbiltà tar-regolament ikkontestat, jew fi kwalunkwe każ tannulla l-emenda li saret permezz tiegħu lill-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009, sa fejn jidentifika b’mod żbaljat l-iżball tekniku li għandu jiġi kkoreġut bis-sempliċi trasferiment tad-denominazzjoni tal-varjetà tal-għenba “Montepulciano” fil-parti B tal-istess anness, u sa fejn japplika għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vino Nobile di Montepulciano” is-sistema derogatorja pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 607/09 għall-Artikolu 62(3) u (4) mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni n-natura effettiva tagħha.

sussidjarjament, tiddikjara n-nullità u l-inapplikabbiltà tar-regolament ikkontestat, jew fi kwalunkwe każ tannulla l-emenda li saret permezz tiegħu lill-Anness XV, sa fejn, sabiex isir trasferiment fil-parti A tal-istess anness tad-denominazzjoni tal-varjetà tal-għenba “Montepulciano” għall-finijiet tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, li jikkonċerna l-ismijiet tal-għenba li jinkludu jew jikkonsistu f’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, identifikat id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta fil-kelma waħda “Montepulciano”, billi neħħiet l-indikazzjoni tradizzjonali “Vino Nobile di” li ilha tikkostitwixxi parti integrali minn din id-denominazzjoni sa mir-rikonoxximent tagħha.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti jikkonċerna r-Regolament Nru 401/2010 (1) inkwantu, bl-adozzjoni tiegħu u bil-motivazzjoni li jiġi kkoreġut żball fil-pożizzjoni tal-isem tal-varjetà Montepulciano fil-parti “B” tal-Anness XV tar-Regolament Nru 607/2009 (2), il-Kummissjoni poġġiet l-isem fil-parti “A” tal-istess Anness XV u neħħiet l-indikazzjoni tradizzjonali “Vino Nobile di Montepulciano” mill-ewwel kolonna tat-tabella.

Billi għamlet hekk, il-konvenuta kklassifikat bħala sempliċi trasferiment tranżazzjoni regolatorja li għandha effett ikbar minn dak li huwa permess mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament Nru 607/2009. B’dan il-mod kien hemm abbuż ta’ poter evidenti, peress li din id-dispożizzjoni ntużat b’mod li mhuwiex xieraq għal finijiet eżorbitanti meta mqabbla ma’ dawk mixtieqa minnha, b’dannu għall-prodotturi tal-Vino Nobile di Montepulciano, għall-Consorzio del Vino Nobile u b’mod ġenerali b’dannu għall-konsumaturi u għas-suq.

Ir-rikorrenti jinvokaw ukoll ksur tal-Artikolu 23 tal-Ftehim TRIPs. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li t-tneħħija bil-moħbi tat-terminu tradizzjonali “Vino Nobile” mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vino Nobile di Montepulciano”, mhijiex miżura suffiċjenti jew xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet indikati fil-Ftehim TRIPS, peress li tiżdied il-probabbiltà ta’ konfużjoni, speċjalment fil-konsumaturi Komunitarji mhux Taljani, li jkunu faċilment żvijati b’tikketti li għandhom it-terminu “Montepulciano”. Għalhekk, b’dan il-mod, ma tidhirx ċara biżżejjed id-distinzjoni bejn il-prodotti diversi koperti bl-istess terminu, użat hawnhekk minn naħa bħala indikazzjoni tal-oriġini ġeografika tal-istess isem mingħajr l-indikazzjoni tradizzjonali u min-naħa l-oħra bħala indikazzjoni tal-varjetà preċedenti u mhux posposta għall-ispeċifikazzjoni ġeografika.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 401/2010, tas-7 ta’ Mejju 2010, li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 117, 11.05.2010, p. 13)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009, tal-14 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60)


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/24


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)

(Kawża T-320/10)

()

2010/C 260/33

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fürstlich Castell’sches Domänenamt, Albrecht Fürst zu Castell-Castell (Castell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, Solicitor, G. Würtenberger u T. Wittmann, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Castel Frères SA (Blanquefort, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 962/2009-2;

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark “CASTEL” għal prodotti fil-klassi 33 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2 678 167

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, meta l-Bord tal-Appell: (i) min-naħa ddikjara korrettament li “Castell” kienet indikazzjoni ta’ oriġini rikonuxxuta f’relazzjoni mal-inbid, iżda min-naħa l-oħra, żbalja meta kkunsidrat li t-trade mark ikkontestata “CASTEL” kienet differenti b’mod kospikwu minn “Castell” u għaldaqstant, ikkonkluda li t-trade mark ikkontestata setgħet tiġi rreġistrata, (ii) qal li “CASTEL” kienet kelma użata komunement għal “kastell” fl-industrija tal-inbid, u naqas milli jikkonkludi li “CASTEL” ma setgħetx tiġi rreġistrata; Ksur tal-Artikoli 63, 64, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni l-fatti u l-argumenti mressqa; Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell aġixxa ultra vires meta ġġustifika d-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ “koeżistenza paċifika”, għalkemm din id-dottrina mhijiex ċara għall-kunsiderazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ trade mark.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awissu 2010 — SA.PAR. vs UASI — Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)

(Kawża T-321/10)

()

2010/C 260/34

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SA.PAR. Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, avukat, M. Bussoletti, avukat, G. Petrocchi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salini Costruttori SpA (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors preżenti.

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2010, minħabba ksur tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(a) tar-RMC u minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża preżenti kif ukoll għal dawk tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “GRUPPO SALINI” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 832 161), għal servizzi fil-klassijiet 36, 37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: SALINI COSTRUTTORI S.p.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark magħrufa sew fl-Italja, trade mark de facto, l-isem ta’ dominju u l-isem ta’ kumpannija “SALINI”, għal servizzi fil-klassijiet 36, 37 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u trade mark Komunitarja ddikjarata invalida.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (2)(c), kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, u nuqqas ta’ motivazzjoni.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Clasado vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/10)

()

2010/C 260/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clasado Ltd. (Milton Keynes, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G.C. Facenna, Barrister, M.E. Guinness u M.C. Hann, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-partijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 (1) u Nru 384/2010 (2), tal-5 ta’ Mejju 2010, li jirrigwardaw l-istqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa ppreżentati mir-rikorrenti fir-rigward tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament ta’ dawk il-partijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 u Nru 384/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, fejn ġie deċiż li l-istqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa ppreżentati mir-rikorrenti fir-rigward ta’ BimunoBT (BGOS) Prebiotic, suppliment tal-ikel prebiotiku intiż sabiex isostni lis-sistema immunitarja u s-saħħa gastrointestinali fil-bnedmin, u sabiex inaqqas ir-riskju ta’ dijarea tal-vjaġġaturi, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (3), u li għaldaqstant ma għandhomx jiġu awtorizzati.

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kisret forma proċedurali essenzjali meta adottat ir-regolamenti inkwistjoni, b’mod partikolari, dik tal-possibbiltà għar-rikorrenti u għall-pubbliku sabiex jgħarrfu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli 16(6) u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

 

It-tieni nett, meta għamlet dan, il-Kummissjoni injorat b’mod żbaljat l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (4), li huwa intiż sabiex jiżgura li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza.

 

Apparti dan, billi kkonkludiet li l-kummenti supplementarji tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar ir-rikorsi tar-rikorrenti tal-4 ta’ Diċembru 2009 ma jikkostitwux opinjoni, jew parti mill-opinjoni, li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-regolamenti inkwistjoni ġew addotati fuq il-bażi ta’ żball ta’ liġi.

 

Barra minn hekk, ir-regolamenti kkontestati tal-Kummissjoni ġew adottati bi ksur tad-dritt ta’ smigħ ta’ Clasado, taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5), u l-aspettativi leġittimi tagħha.

 

Fl-aħħar, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali komuni fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari l-obbligu tagħha bħala leġiżlatur taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 li twettaq eżami dilliġenti u indipendenti tal-materjal rilevanti kollu ppreżentat quddiemha.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, p. 6).

(3)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

(4)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 06, p. 463).

(5)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, p. 389).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/27


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2010 — De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/10)

()

2010/C 260/36

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Thérèse De Roos-Le Large (’s Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: E. Lutjens u M. H. van Loon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-każwa

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-rikorrenti sabiex tħallas lura l-ammont żejjed tal-pensjoni tas-superstiti li rċeviet ommha li hija mejta.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, abbażi tal-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/27


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2010 — Allgeier vs FRA

(Kawża F-58/10)

()

2010/C 260/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Timo Allgeier (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Suġġett

L-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tilqax l-ilment dwar fastidju mressaq mir-rikorrent. It-tieni nett, rikonoxximent li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju min-naħa tas-superjuri tiegħu u, kumpens għal dannu materjali u morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, tas-16 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti inkwantu ma tirrikonoxxix li huwa kien vittma ta’ fastidju min-naħa ta’ M u ta’ A u, jekk neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2010 li tiċħad l-ilment;

ir-rikonoxximent li huwa kien vittma ta’ fastidju min-naħa ta’ M u ta’ A u l-konsegwenzi dixxiplinari neċessarji; jew, sussidjarjament, (i) il-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva ġdida, xierqa, indipendenti u imparzjali bil-ħolqien ta’ bord ta’ esperti għat-twettiq tal-investigazzjoni amministrattiva u (ii) l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji kollha sabiex ikun hemm investigazzjoni xierqa mingħajr ebda pressjoni jew inteferenzi;

il-kumpens tal-fastidju psikoloġiku subit mir-rikorrent, li huwa provviżorjament ikkalkolat għal EUR 71 823,23;

l-għoti ta’ EUR 85 000 bħala kumpens għal fastidju psikoloġiku li jirriżulta mill-mod kif twettqet il-proċedura kollha u kif ittieħdet id-deċiżjoni;

li FRA tiġi kkundannata għall-ispejjeż.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 — Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-59/10)

()

2010/C 260/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, Il-Belġju) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li jibbenefikaw minn allowance għal xogħol kontinwu jew bix-xift previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76, tad-9 ta’ Frar 1976, li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 78)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tat-8 ta’ Ġunju 2009 li jibbenefikaw, mill-20 ta’ Diċembru 2006, minn allowance għal xogħol kontinwu jew bix-xift previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76, tad-9 ta’ Frar 1976;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Chiavegato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/10)

()

2010/C 260/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fulvia Chiavegato (Bettembourg, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 kif ukoll, b’mod inċidentali, tal-atti preparatorji ta’ din id-deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-13 ta’ Novembru 2009 inkwantu din il-lista ma tinkludix l-isem tar-rikorrenti, kif ukoll, b’mod inċidentali, l-atti preparatorji ta’ din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Esders vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/10)

()

2010/C 260/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Esders (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodriguez, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasferixxi lir-rikorrent għas-sede fi Brussell fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ rotazzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta’ Lulju 2010, li tittrasferixxi lir-rikorrent għal Brussell mill-1 ta’ Settembru 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2010 — Lunetta vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/10)

()

2010/C 260/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Calogero Lunetta (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u C. Christophe Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ għeluq tal-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-inċident tar-rikorrent tat-13 ta’ Awwissu 2001 li rrikonoxxiet fir-rigward tiegħu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 6 % u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Tiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli;

jekk ikun il-każ, tistieden lill-konvenuta tippreżenta d-deċiżjoni adottata mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex taħtar it-tielet tabib tal-kummissjoni medika;

jekk ikun il-każ, tistieden lill-konvenuta tippreżenta kopja tad-dokumenti tal-fajl miftuħ taħt in-numru 10 006 353;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-28 ta’ Ottubru 2009 ta’ għeluq tal-proċedura miftuħa fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal wara inċident tar-rikorrent tat-13 ta’ Awwissu 2001 u li rrikonoxxiet fir-rigward tiegħu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 6 % u, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment;

konsegwentement, tordna li ssir valutazzjoni tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni u tat-tabella ta’ valutazzjoni fis-seħħ fil-jum tal-inċident u sal-1 ta’ Jannar 2006, li jerġa’ jsir l-eżami tat-talba mressqa mir-rikorrent skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal minn kummissjoni medika komposta b’mod imparzjali u newtrali li tista’ taħdem malajr, b’indipendenza totali u mingħajr preġudizzju;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 50 000 (ħamsin elf Euro) għad-danni morali subiti minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni, stabbiliti provviżorjament għal EUR 25 000 (ħamsa u għoxrin elf Euro) għad-danni materjali subiti minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-interessi moratorji fuq il-kapital dovut skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal bir-rata ta’ 12 % fuq perijodu li beda l-iktar tard fit-13 ta’ Awwissu 2002 sal-ħlas sħiħ tal-kapital;

f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għal ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 50 000 (ħamsin elf Euro) għad-dannu subit minħabba l-ksur tat-teminu raġonevoli;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.