ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.234.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
28 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 234/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 221, 14.8.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 234/02

Kawża C-139/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Technische Glaswerke Ilmenau GMBH, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-iskop ta’ investigazzjoni — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li jsir eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)

2

2010/C 234/03

Kawża C-441/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Alrosa Company Ltd (Appell — Pożizzjoni dominanti — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Suq dinji tad-djamanti mhux maħduma — Impenji individwali offruti minn kumpannija li jirrigwardaw it-terminazzjoni tax-xiri tagħha ta’ djamanti mhux maħduma minn kumpannija oħra — Deċiżjoni li tagħmel l-impenji individwali offruti minn kumpannija vinkolanti u li ttemm il-proċedura)

3

2010/C 234/04

Kawża C-28/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs The Bavarian Lager Co. Ltd, Contrôleur européen de la protection des données (CEPD) (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Dokument li jirrigwarda laqgħa li saret fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Protezzjoni tad-data personali — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Regolament (KE) Nru 1049/2001)

3

2010/C 234/05

Kawża C-171/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 56 KE u 43 KE — Moviment liberu tal-kapital — Azzjonijiet preferenzjali (golden shares) tal-Istat Portugiż f’Portugal Telecom SGPS SA — Restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ holdings u fuq il-ġestjoni ta’ kumpannija privatizzata — Miżura tal-Istat)

4

2010/C 234/06

Kawża C-194/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Susanne Gassmayr vs Bundesminister für Wissenschaft und Forschung (Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Implementazzjoni ta’ mizuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu — Artikoli 5(3) u 11(1) sa (3) — Effett dirett — Ħaddiema tqila li ngħatat leave matul it-tqala tagħha — Ħaddiema bil-leave tal-maternità — Dritt għall-ħlas ta’ allowance għal xogħol ta’ għassa)

4

2010/C 234/07

Kawża C-334/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Rifjut li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni riżorsi proprji li jikkorrispondu għal ċerti awtorizzazzjonijiet doganali illegali — Forza maġġuri — Aġir frawdolenti tal-awtoritajiet doganali — Responsabbiltà tal-Istati Membri — Regolarità tad-dħul tal-intitolamenti stabbiliti f’kont separat)

5

2010/C 234/08

Kawża C-393/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (l-Italja)) — Emanuela Sbarigia vs Azienda USL RM/A,Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma (Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ħinijiet ta’ ftuħ u l-ġranet ta’ għeluq tal-ispiżeriji — Eżenzjoni — Setgħa deċiżjonali tal-awtoritajiet kompetenti)

6

2010/C 234/09

Kawża C-407/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Knauf Gips KG, li kienet Gebr. Knauf Westdeutsche Gipswerke KG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Folji tal-ġibs — Aċċess għall-fajl — Provi inkriminanti u provi li jiskaġunaw — Kunċett ta’ impriża — Unità ekonomika — Kumpannija responsabbli għall-azzjoni tal-unità ekonomika — Argument imqajjem għall-ewwel darba matul il-proċedura ġudizzjarja)

6

2010/C 234/10

Kawża C-428/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjizi l-Baxxi) — Monsanto Technology LLC vs Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV, Alfred C. Toepfer International GmbH (Proprjetà industrijali u kummerċjali — Protezzjoni legali ta’ invenzjonijiet bijoteknoloġiċi — Direttiva 98/44/KE — Artikolu 9 — Privattiva li tipproteġi prodott li fih tagħrif ġenetiku jew li jikkonsisti f’tagħrif ġenetiku — Materjal li jinkorpora fih il-prodott — Protezzjoni — Kundizzjonijiet)

7

2010/C 234/11

Kawża C-442/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Ungerija — Kontroll a posteriori — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ oriġini — Deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni — Rikors ġuridiku — Missjoni ta’ kontroll tal-Kummissjoni — Dazji — Irkupru a posteriori — Riżorsi proprji — Tqegħid għad-dispożizzjoni — Interessi moratorji)

8

2010/C 234/12

Kawżi magħquda C-447/08 u C-448/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — l-Isveżja) — proċeduri kriminali kontra Otto Sjöberg (C-447/08), Anders Gerdin (C-448/08) (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Operat tal-logħob tal-ażżard permezz tal-internet — Promozzjoni tal-logħob organizzat fi Stati Membri oħra — Attivitajiet riżervati lill-korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ lukru — Sanzjonijiet kriminali)

8

2010/C 234/13

Kawża C-471/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Sanna Maria Parviainen vs Finnair Oyj (Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu — Artikoli 5(2) u 11(1) — Ħaddiema ttrasferita provviżorjament lejn post tax-xogħol ieħor matul it-tqala tagħha — Trasferiment minħabba riskju għas-sigurtà tagħha jew għal saħħitha u għal dik tat-tarbija tagħha — Ħlas inferjuri għall-ħlas medju rċevut qabel dan it-trasferiment — Ħlas preċedenti kompost minn salarju bażiku u minn varji allowances — Kalkolu tas-salarju li għalih għandha dritt il-ħaddiema tqila matul il-perijodu tat-trasferiment provviżorju tagħha)

9

2010/C 234/14

Kawża C-526/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà — Ne bis in idem — Res judicata — Artikoli 226 KE u 228 KE — Artikolu 29 tar-Regoli tal-Proċedura — Lingwa tal-kawża — Direttiva 91/676/KEE — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Nuqqas ta’ konformità tal-miżuri nazzjonali mar-regoli dwar il-perijodi, il-kundizzjonijiet u t-teknika ta’ applikazzjoni tal-fertilizzant fuq l-art — Kapaċità ta’ ħażna minima ta’ demel — Projbizzjoni ta’ applikazzjoni fuq artijiet b’xaqliba wieqfa — Teknika li tippermetti li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effettiva tal-fertilizzant)

10

2010/C 234/15

Kawża C-558/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)) — Portakabin Ltd, Portakabin BV vs Primakabin B.V. (Trade marks — Reklamar fuq l-internet abbażi ta’ kliem prinċipali (keyword advertising) — Direttiva 89/104/KEE — Artikoli 5 sa 7 — Wiri ta’ reklami abbażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark — Wiri ta’ reklami abbażi ta’ kliem prinċipali li jirriproduċu trade mark li jkollha żbalji żgħar — Reklamar għal prodotti użati — Prodotti mmanifatturati u mqiegħda fis-suq mill-proprjetarju tat-trade mark — Eżawriment tad-dritt mogħti minn trade mark — Tqegħid ta’ tikketti b’isem il-bejjiegħ mill-ġdid u tneħħija tat-tikketti b’isem il-propretarju tat-trade mark — Reklamar, abbażi ta’ trade mark ta’ ħaddieħor, għal prodotti użati li jinkludu, minbarra l-prodotti mmanifatturati mill-proprjetarju tat-trade mark, prodotti li għandhom oriġini oħra)

10

2010/C 234/16

Kawża C-35/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza (Taxxi indiretti — Taxxa fuq iż-żieda tal-kapital azzjonarju — Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva 69/335/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi r-reġistrazzjoni tal-att ta’ żieda tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija — Intaxxar in solidum fuq il-kumpannija benefiċjarja u fuq in-nutar — Nuqqas ta’ kontribuzzjoni effettiva ta’ kapital — Limitazzjoni tal-metodi ta’ prova)

11

2010/C 234/17

Kawża C-99/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — ir-Repubblika tal-Polonja) — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttiva 220/22/KE — Artikolu 30(2) — Portabbiltà tan-numri tat-telefon — Setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Ħlas mitlub lill-abbonati — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż)

12

2010/C 234/18

Kawża C-233/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — Gerhard Dijkman, Maria Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Trattament differenti skont il-post ta’ investiment jew ta’ depożitu)

13

2010/C 234/19

Kawża C-246/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Susanne Bulicke vs Deutsche Büro Service GmbH (Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 8 u 9 — Proċedura nazzjonali intiża sabiex jiġu osservati l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva — Terminu ta’ preskrizzjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni preċedenti)

13

2010/C 234/20

Kawża C-343/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)) — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Validità — Direttiva 2009/30/KE — Artikolu 1(8) — Direttiva 98/70/KE — Artikolu 8a — Tniġġis atmosferiku — Karburanti — Użu ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti — Kontenut massimu ta’ methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) — Ittikkettjar — Studju tal-impatt — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Ċertezza legali — Ammissibbiltà)

14

2010/C 234/21

Kawża C-363/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Protezzjoni tad-data)

15

2010/C 234/22

Kawża C-550/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Proċedura kriminali kontra E, F (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikoli 2 u 3 — Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Trasferiment, minn membri ta’ din l-organizzazzjoni lil din tal-aħħar, ta’ fondi li ġejjin minn attivitajiet ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet u ta’ bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet)

15

2010/C 234/23

Kawża C-211/10 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Doris Povse vs Mauro Alpago (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Tneħħija illegali tal-minuri — Miżuri provviżorji dwar is-setgħa ta’ deċiżjoni tal-ġenituri — Dritt ta’ kustodja — Deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri — Infurzar — Ġurisdizzjoni — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

16

2010/C 234/24

Kawża C-517/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2010 — Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA), Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Direttiva 91/414/KEE — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tal-imsemmija direttiva — Irtirar tal-awtoriazzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq — Appell manifestament infondat)

17

2010/C 234/25

Kawża C-39/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2010 — Société des plantations de Mbanga SA (SPM) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej, Il-Kummissjoni Ewropeja (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana — Sistema ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina minn pajjiżi AKP — Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni — Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

17

2010/C 234/26

Kawża C-91/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Eis.de GmbH vs BBY Vertriebsgesellschaft mbH (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trade marks — Internet — Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (keyword advertising) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, ta’ kompetitur ta’ proprjetarju ta’ din it-trade mark — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5(1)(a))

18

2010/C 234/27

Kawża C-193/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Kaul GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bayer AG (Appell — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja ARCOL — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja CAPOL — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li t annulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha — Dritt għal smigħ — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ xebħ minimu tat-trade marks li għalihom saret l-applikazzjoni — Ċaħda minħabba nuqqas manifest ta’ rilevanza ta’ provi ġodda ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

18

2010/C 234/28

Kawża C-332/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Frosch Touristik GmbH, DSR touristik GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE — Procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità)

19

2010/C 234/29

Kawża C-451/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2010 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti li nqabdu minn bastiment li huwa proprjetà ta’ kumpannija tad-dritt Grieg — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jaċċettaw dokumenti maħruġa minn Stat terz, minbarra d-dokument T2M)

19

2010/C 234/30

Kawża C-514/09 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 minn Hubert Ségaud mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-249/09, Ségaud vs Il-Kummissjoni

20

2010/C 234/31

Kawża C-214/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm fl-4 ta’ Mejju 2010 — KHS AG vs Winfried Schulte

20

2010/C 234/32

Kawża C-244/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2010 — Mesopotamia Broadcast A/S METV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

20

2010/C 234/33

Kawża C-245/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2010 — ROJ TV A/S vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

21

2010/C 234/34

Kawża C-250/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Mejju 2010 — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf

21

2010/C 234/35

Kawża C-263/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Gorj (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2010 — Iulian Andrei Nisipeanu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Gorj, Administrația Finanțelor Publice Tîrgu Cărbunești u Administrația Fondului pentru Mediu

22

2010/C 234/36

Kawża C-271/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA) vs Ir-Renju tal-Belġju

22

2010/C 234/37

Kawża C-280/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

23

2010/C 234/38

Kawża C-281/10 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 minn PepsiCo, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07: Grupo Promer Mon Graphic SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), PepsiCo, Inc.

23

2010/C 234/39

Kawża C-282/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Maribel Dominguez vs Centre informatique du Centre Ouest Atlantique, Préfet de la région Centre

24

2010/C 234/40

Kawża C-283/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Circul Globus București (Circ & Variete Globus București vs Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A.

25

2010/C 234/41

Kawża C-299/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Amares fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Cristiano Marques Vieira vs Companhia de Seguros Tranquilidade SA

25

2010/C 234/42

Kawża C-300/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugal) fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

26

2010/C 234/43

Kawża C-305/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

26

2010/C 234/44

Kawża C-310/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești vs Ștefan Agafiței et

27

2010/C 234/45

Kawża C-316/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-1 ta’ Lulju 2010 — Danske Svineproducenter vs Justitministeriet

28

2010/C 234/46

Kawża C-342/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

28

2010/C 234/47

Kawża C-343/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

29

2010/C 234/48

Kawża C-349/10 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2010 kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ April 2010 fil-Kawża T-225/09, Claro SA vs UASI u Telefónica SA

29

2010/C 234/49

Kawża C-566/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

30

2010/C 234/50

Kawża C-572/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

30

2010/C 234/51

Kawża C-147/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Wien — L-Awstrija) — Ronald Seunig vs Maria Hölzel

30

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 234/52

Kawża T-331/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Evropaïki Dynamiki vs AEE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura għal sejħa għal offerti tal-AEE — Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika — Ċaħda tal-offerta — Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt — Sottokriterji — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

31

2010/C 234/53

Kawża T-12/08 P-RENV-RX: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — M vs EMA (Appell — Servizz pubbliku — Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Kawża fi stat li tiġi deċiża)

31

2010/C 234/54

Kawża T-85/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Exalation vs UASI (Vektor-Lycopin) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vektor-Lycopin — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

32

2010/C 234/55

Kawża T-160/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Putterie-De-Beukelaer (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Annullament fl-ewwel istanza tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Taqsima Potenzjali — Proċedura ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ ċertifikazzjoni)

32

2010/C 234/56

Kawża T-385/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

32

2010/C 234/57

Kawża T-386/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żiemel) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żiemel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

33

2010/C 234/58

Kawża T-396/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għat-taħriġ — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni — Neċessità tal-għajnuna — Effetti pożittivi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

33

2010/C 234/59

Kawża T-430/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Lulju 2010 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAIN MILLERS — Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Grain Millers u r-rappreżentazzjoni figurattiva tiegħu — Ċaħda parzjali ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

34

2010/C 234/60

Kawża T-510/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali TOCQUEVILLE 13 — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ revoka — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

34

2010/C 234/61

Kawża T-30/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali peerstorm — Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti PETER STORM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Użu ġenwin mit trade marks preċedenti — Artikoli 15 u 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009))

35

2010/C 234/62

Kawża T-368/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Sevenier vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riżenja — Rifjut tal-Kummissjoni li taċċetta l-irtirar tar-riżenja u li tirreferi lill-Kumitat tal-Invalidità — Terminu għall-preżentata ta’ ilment — Dewmien — Nuqqas ta’ żball skużabbli)

35

2010/C 234/63

Kawża T-570/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Ordni li tipprovdi informazzjoni — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà)

35

2010/C 234/64

Kawża T-571/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Ordni li tipprovdi informazzjoni — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà)

36

2010/C 234/65

Kawża T-166/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Digriet tar-rinviju — Deċiżjoni li ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell — Rikors għad-danni — Proċedura prekontenzjuża — Difetti proċedurali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

36

2010/C 234/66

Kawża T-349/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — PAGO International vs UASI — Tirol Milch (Pago) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2010/C 234/67

Kawża T-401/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Rikors għal annullament — Caħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għad-danni — Rikors għad-danni — Notifika ta’ appell lir-rappreżentant preċedenti tar-rikorrent — Nuqqas ta’ dannu — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

37

2010/C 234/68

Kawża T-84/10 R u T-223/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finazjarja Komunitarja — Nota ta’ debitu — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2010/C 234/69

Kawża T-177/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Alcoa Transformazioni vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Tariffi preferenzjali ta’ provvista ta’ elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2010/C 234/70

Kawża T-211/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Strålfors vs UASI (ID SOLUTIONS) (Rikors għal annullament — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

38

2010/C 234/71

Kawża T-212/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS) (Rikors għal annullament — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

39

2010/C 234/72

Kawża T-210/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2010 — Condé vs Il-Kunsill

39

2010/C 234/73

Kawża T-243/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Rungis express vs UASI — Žito (MARESTO)

40

2010/C 234/74

Kawża T-258/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2010 — France Télécom vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 234/75

Kawża T-259/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2010 — Thomas Ax vs Il-Kunsill

41

2010/C 234/76

Kawża T-267/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Land Wien vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 234/77

Kawża T-269/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2010 — LIS vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 234/78

Kawża T-274/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 234/79

Kawża T-275/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — mPAY24 GmbH vs UASI — ULTRA d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (MPAY 24)

44

2010/C 234/80

Kawża T-276/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)

45

2010/C 234/81

Kawża T-279/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2010 — K-Mail Order vs UASI — IVKO (MEN’Z)

45

2010/C 234/82

Kawża T-280/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (ANEURYSMCONTROL)

46

2010/C 234/83

Kawża T-281/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (APPETITECONTROL)

47

2010/C 234/84

Kawża T-282/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (STOMACONTROL)

47

2010/C 234/85

Kawża T-283/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (BMICONTROL)

48

2010/C 234/86

Kawża T-284/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (IMPLANTCONTROL)

48

2010/C 234/87

Kawża T-285/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (CHEMOCONTROL)

49

2010/C 234/88

Kawża T-287/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Unilever España and Unilever vs UASI — Med Trans G. Poulias-S. Brakatselos (MED FRIGO S.A.)

49

2010/C 234/89

Kawża T-290/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — Sports Warehouse GmbH vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

50

2010/C 234/90

Kawża T-291/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2010 — Martin vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 234/91

Kawża T-295/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Camara vs Il-Kunsill

51

2010/C 234/92

Kawża T-299/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2010 — Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

52

2010/C 234/93

Kawża T-178/06: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Bavaria vs Il-Kunsill

53

2010/C 234/94

Kawża T-286/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Torres vs UASI — Torres de Anguix (A TORRES de ANGUIX)

53

2010/C 234/95

Kawża T-115/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Gourmet Burger Kitchen vs UASI (GOURMET BURGER KITCHEN)

54

2010/C 234/96

Kawża T-121/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2010 — Al Shanfari vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

54

2010/C 234/97

Kawża T-361/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Centraal bureau voor de statistiek vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 234/98

Kawża T-112/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2010 — Prionics vs Il-Kummissjoni u EFSA

54

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 234/99

Kawża F-64/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Bergström vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ħatra — Membri tal-persunal temporanju maħtura bħala uffiċjali — Kandidati mniżżla fuq lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

55

2010/C 234/00

Kawża F-67/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Lesniak vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali — Kandidati inklużi fuq lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad meta jsir ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

55

2010/C 234/01

Kawża F-139/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2010 — Kurrer vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali — Kandidati inklużi f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

56

2010/C 234/02

Kawża F-53/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (qorti plenarja) tal-5 ta’ Mejju 2010 — Bouillez et vs Il-Kunsill (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2007 — Interess ġuridiku — Deċiżjoni ta’ promozzjoni — Lista ta’ uffiċjali promossi — Eżami komparattiv tal-merti — Kriterju tal-livell tar-responsabbilitajiet eżerċitati — Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni — Bilanċ ta’ interessi)

56

2010/C 234/03

Kawża F-89/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Frar 2010 — P vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Parlament Ewropew — Tkeċċija — Telf ta’ kunfidenza)

57

2010/C 234/04

Kawża F-2/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2010 — Menghi vs ENISA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova — Fastidju psikoloġiku)

57

2010/C 234/05

Kawża F-55/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Mejju 2010 — Maxwell vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Kollokament fl-interess tas-servizz — Leave għal raġunijiet personali — Spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni — Rikors għad-danni — Responsabbiltà għal ħtija — Arrikkiment indebitu)

57

2010/C 234/06

Kawża F-78/09: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Rimbors tal-ispejjeż — Eċċezzjoni ta’ rimedju parallel — Inammissibbiltà manifesta)

58

2010/C 234/07

Kawża F-34/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Arango Jaramillo et vs BEI

58

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


2010/C 234/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 221, 14.8.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 209, 31.7.2010

ĠU C 195, 17.7.2010

ĠU C 179, 3.7.2010

ĠU C 161, 19.6.2010

ĠU C 148, 5.6.2010

ĠU C 134, 22.5.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Technische Glaswerke Ilmenau GMBH, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-139/07 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-iskop ta’ investigazzjoni - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li jsir eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)

2010/C 234/02

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniz

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz, P. Aaltoet u C. Docksey, aġenti)

Appellati: Technische Glaswerke Ilmenau GmbH (rappreżentanti: C. Arhold u N. Wimmer, avukati), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Wistrand, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau GmbH vs Il-Kummissjoni (T-237/02), li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Mejju 2002, safejn din tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija lilha mill-Istat — Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għal dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija mill-Istat — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li tipproċedi għal evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess

Dispożittiv

(1)

Il-punti 1 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni (T-237/02), huma annullati.

(2)

Ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u li huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-28 ta’ Mejju 2002, sa fejn dan jirrifjuta aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Technische Glaswerke Ilmenau GmbH huwa miċħud.

(3)

Technische Glaswerke Ilmenau GmbH hija kkundannata minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-każ ta’ dan l-appell.

(4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Alrosa Company Ltd

(Kawża C-441/07 P) (1)

(Appell - Pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Suq dinji tad-djamanti mhux maħduma - Impenji individwali offruti minn kumpannija li jirrigwardaw it-terminazzjoni tax-xiri tagħha ta’ djamanti mhux maħduma minn kumpannija oħra - Deċiżjoni li tagħmel l-impenji individwali offruti minn kumpannija vinkolanti u li ttemm il-proċedura)

2010/C 234/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Appellata: Alrosa Company Ltd (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, K. Jones, solicitor-advocate u S. Mobley, solicitor)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il-Kummissjoni (T-170/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni 2006/520/KE, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 ŻEE (Każ COMP/B-2/38.381 — De Beers) li tagħmel vinkolanti l-impenji meħuda minn De Beers li tieqaf milli tixtri d-djamanti mhux maħduma minn Alrosa mill-2009, wara fażi ta’ tnaqqis progressiv tal-volumi ta’ xiri tagħha mill-2006 sa l-2008 u li ttemm il-proċedura, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il-Kummissjoni (T-170/06), hija annullata.

(2)

Ir-rikors ippreżentat minn Alrosa Company Ltd quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.

(3)

Alrosa Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell kif ukoll tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs The Bavarian Lager Co. Ltd, Contrôleur européen de la protection des données (CEPD)

(Kawża C-28/08 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Dokument li jirrigwarda laqgħa li saret fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Regolament (KE) Nru 1049/2001)

2010/C 234/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u V. Jackson, aġenti, J. Coppel, barrister), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Partijiet l-oħra fil-kawża: The Bavarian Lager Co. Ltd (rappreżentanti: J. Webber u M. Readings, Solicitors), Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Hijmans, A. Scirocco u H. Kranenborg, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: B. Weis Fogh, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tas-Sveżja (rappreżentant par K. Petkovska, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007, The Bavarian Lager Co. Ltd vs Il-Kummissjoni (T-194/04), li annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004 li biha ċaħdet l-aċċess lir-rikorrent għal dokument dwar laqgħa miżmuma fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi dwar id-dispożizzjonijiet tar-Renju Unit applikabbli għall-bejgħ ta’ birer li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal ħwienet tax-xorb fir-Renju Unit — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Novembru 2007, Bavarian Lager vs Il-Kummissjoni (T-194/04), hija annullata, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ aċċess komplet għall-minuti tal-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 1996, li fihom l-ismijiet kollha, u sa fejn tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ Bavarian Lager.

(2)

Ir-rikors ta’ The Bavarian Lager Co. Ltd kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ aċċess komplet għall-minuti tal-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 1996, li fihom l-ismijiet kollha huwa miċħud.

(3)

The Bavarian Lager Co. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż imġarba mill-Kummissjoni kemm fil-kuntest tal-proċedura tal-appell kif ukoll dik tal-ewwel istanza.

(4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-171/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 56 KE u 43 KE - Moviment liberu tal-kapital - Azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) tal-Istat Portugiż f’Portugal Telecom SGPS SA - Restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ holdings u fuq il-ġestjoni ta’ kumpannija privatizzata - Miżura tal-Istat)

2010/C 234/05

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti, M. Teles Romão u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent u M. Gorjão Henriques, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Azzjonijiet speċifiċi (“golden shares”) tal-Istat Portugiż fil-kumpannija Portugal Telecom S.A.

Dispożittiv

(1)

Billi żammet f’Portugal Telecom SGPS SA drittijiet speċjali bħal dawk previsti fl-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) tal-Istat f’Portugal Telecom SGPS SA, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Susanne Gassmayr vs Bundesminister für Wissenschaft und Forschung

(Kawża C-194/08) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Implementazzjoni ta’ mizuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu - Artikoli 5(3) u 11(1) sa (3) - Effett dirett - Ħaddiema tqila li ngħatat leave matul it-tqala tagħha - Ħaddiema bil-leave tal-maternità - Dritt għall-ħlas ta’ allowance għal xogħol ta’ għassa)

2010/C 234/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Gassmayr

Konvenut: Bundesminister für Wissenschaft und Forschung

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Effett dirett — Dritt ta’ ħaddiema għall-ħlas, matul il-perijodu li fih il-ħaddiema tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità, ta’ allowance li ma titħallasx f’daqqa għal xogħol ta’ għassa barra l-ħinijiet ta’ xogħol normali (“Journaldienstzulage”).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva tal Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad Direttiva 89/391/KEE), għandu effett dirett u jagħti, lill-individwi, drittijiet li huma jistgħu jinvokaw fil-konfront ta’ Stat Membru li ma jkunx ittraspona din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, jew li jkun ittrasponiha b’mod inkorrett, u li l-qrati nazzjonali huma marbuta josservaw.

(2)

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema tqila li ġiet eżentata provviżorjament milli taħdem minħabba t-tqala tagħha għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment ta’ qabel il-perijodu tat-tqala tagħha, bl-esklużjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.

(3)

L-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema bil-leave tal-maternità għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu tal-imsemmi leave, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-334/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Rifjut li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni riżorsi proprji li jikkorrispondu għal ċerti awtorizzazzjonijiet doganali illegali - Forza maġġuri - Aġir frawdolenti tal-awtoritajiet doganali - Responsabbiltà tal-Istati Membri - Regolarità tad-dħul tal-intitolamenti stabbiliti f’kont separat)

2010/C 234/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Albenzio, avvocato dello Stato)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 10 KE, tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200) u tal-Artikoli 2, 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) — Rifjut li r-riżorsi proprji li jikkorrispondu għal ċerti awtorizzazzjonijiet doganali illegali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Komunitajiet

Dispożittiv

(1)

Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-riżorsi proprji li jikkorrispondu għad-dejn doganali li jirriżulta mill-għoti irregolari, mid-Direzione Compartimentale delle Dogane per le Regioni Puglia e Basilicata, li għandha s-sede tagħha f’Bari, fis-27 ta’ Frar 1997, ta’ awtorizzazzjonijiet għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mħażen doganali tat-Tip C f’Taranto, segwiti minn awtorizzazzjonijiet ulterjuri għall-ipproċessar taħt superviżjoni doganali u għall-applikazzjoni tal-proċedura tal-ipproċessar għad-dħul, sar-revoka tagħhom fl-4 ta’ Diċembru 2002, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, u taħt l-Artikoli 2, 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (l-Italja)) — Emanuela Sbarigia vs Azienda USL RM/A,Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma

(Kawża C-393/08) (1)

(Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ħinijiet ta’ ftuħ u l-ġranet ta’ għeluq tal-ispiżeriji - Eżenzjoni - Setgħa deċiżjonali tal-awtoritajiet kompetenti)

2010/C 234/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emanuela Sbarigia

Konvenuti: Azienda USL RM/A, Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 81 sa 86, 152 u 153 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ħinijiet u l-perijodi ta’ għeluq tal-ispiżeriji — Projbizzjoni milli ma jkunx applikat il-perijodu ta’ għeluq annwali u milli jiġi estiż il-limitu massimu tas-sigħat tal-ftuħ previst

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio, permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Mejju 2008, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Knauf Gips KG, li kienet Gebr. Knauf Westdeutsche Gipswerke KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-407/08 P) (1)

(Appell - Akkordji - Folji tal-ġibs - Aċċess għall-fajl - Provi inkriminanti u provi li jiskaġunaw - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Unità ekonomika - Kumpannija responsabbli għall-azzjoni tal-unità ekonomika - Argument imqajjem għall-ewwel darba matul il-proċedura ġudizzjarja)

2010/C 234/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Knauf Gips KG, li kienet Gebr. Knauf Westdeutsche Gipswerke KG (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Lulju 2008, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (T-52/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala għan talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE fil-konfront ta’ BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 — Folji tal-ġibs) (ĠU L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Akkordju fis-suq tal-folji tal-ġibs — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedura amministrattiva — Ksur tal-prinċipju in dubio pro reo — Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multa, tad-dħul mill-bejgħ ta’ impriżi oħrajn li ma jifformawx entità ekonomika mal-appellanti

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta’ Lulju 2008, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (T-52/03) hija annullata sa fejn timputa lil Knauf Gips KG ir-responsabbiltà tal-ksur imwettaq mill-kumpanniji li jikkostitwixxu l-grupp Knauf.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Ir-rikors ta’ Knauf Gips KG intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE, kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 — Folji tal ġibs) huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-istanza preżenti u Knauf Gips KG għandha tbati l-ispejjeż kollha marbuta mal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjizi l-Baxxi) — Monsanto Technology LLC vs Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV, Alfred C. Toepfer International GmbH

(Kawża C-428/08) (1)

(Proprjetà industrijali u kummerċjali - Protezzjoni legali ta’ invenzjonijiet bijoteknoloġiċi - Direttiva 98/44/KE - Artikolu 9 - Privattiva li tipproteġi prodott li fih tagħrif ġenetiku jew li jikkonsisti f’tagħrif ġenetiku - Materjal li jinkorpora fih il-prodott - Protezzjoni - Kundizzjonijiet)

2010/C 234/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monsanto Technology LLC

Konvenuta: Cefetra BV, Cefetra Feed Service BV, Cefetra Futures BV, Alfred C. Toepfer International GmbH

Fil-preżenza ta’: L-Istat Arġentin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU L 213, p. 13) — Portata tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva — Prodott (sekwenza ta’ DNA) li jagħmel parti minn materja (fawna ta’ soja) importata fl-Unjoni Ewropea — Protezzjoni assoluta mogħtija lil sekwenza ta’ DNA mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Privattiva mogħtija qabel l-adozzjoni tad-Direttiva — Artikoli 27 u 30 tal-Ftehim TRIPS

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, għandu jiġi interpretat fis sens li ma jagħtix protezzjoni tad-drittijiet ta’ privattiva f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-prodott bil-privattiva jkun jinsab fid-dqiq tas-soja, fejn ma kienx jeżerċita l-funzjoni li għaliha ngħatat il-privattiva, iżda eżerċita l-funzjoni tiegħu qabel fil-pjanta tas-soja, li tiegħu tali dqiq huwa prodott ta’ trasformazzjoni, jew meta jkun kapaċi jerġa’ jeżerċita l-funzjoni tiegħu, wara li jkun ġie estratt mid-dqiq wara li ddaħħal f’ċellula ta’ organiżmu ħaj.

(2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/44/KE jarmonizza, b’mod eżawrjenti, il-protezzjoni li jagħti, b’tali mod li jipprekludi liġi nazzjonali milli tagħti protezzjoni assoluta lil prodott bil-privattiva bħala tali, irrispettivament minn jekk dan jeżerċitax il-funzjoni tiegħu fil-materjal li jinkorporah.

(3)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/44 jipprekludi lill-proprjetarju ta’ privattiva, mogħtija qabel l-adozzjoni ta’ din id-direttiva, milli jinvoka l-protezzjoni assoluta ta’ prodott bil-privattiva li tkun ingħatat lilu permezz tal-liġi nazzjonali applikabbli dak iż-żmien.

(4)

L-Artikoli 27 u 30 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxu l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994, u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/400/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-ġurisdizzjoni tagħha, fuq il-ftehim milħuqa fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), ma għandhomx effett fuq l-interpretazzjoni mogħtija lill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/44.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-442/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Ungerija - Kontroll a posteriori - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ oriġini - Deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni - Rikors ġuridiku - Missjoni ta’ kontroll tal-Kummissjoni - Dazji - Irkupru a posteriori - Riżorsi proprji - Tqegħid għad-dispożizzjoni - Interessi moratorji)

2010/C 234/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B. Conte, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 176), u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1) — Ħlas tardiv tar-riżorsi proprji tal-Kominitajiet fil-każ ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u rifjut li jitħallsu l-interessi għal dewmien — Obbligu tal-Istat Membru ta’ importazzjoni li jipproċedi mingħajr dewmien għall-irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni relatati mal-merkanzija li ċ-ċertifikat tal-oriġini tagħha ġie ddikjarat invalidu mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni — Obbligu tal-Istat Membru ta’ importazzjoni li jħallas l-interessi għal dewmien dovuti fil-każ ta’ tniżżil tard tar-riżorsi proprji relatati mal-krediti doganali li ġew preskritti minħabba fl-inattività ta’ dawn l-awtoritajiet matul il-proċeduri legali mibdija fl-Istat ta’ esportazzjoni sabiex jinkiseb l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiddikjaraw bħala invalidi ċ-ċertifikati ta’ oriġini.

Dispożittiv

(1)

Billi ħalliet djun doganali jiġu preskritti minkejja li kienet irċeviet komunikazzjoni ta’ assistenza reċiproka, billi ħallset tardivament riżorsi proprji dovuti f’dan ir-rigward u billi rrifjutat li tħallas l interessi moratorji applikabbli, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet kif ukoll tal-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — l-Isveżja) — proċeduri kriminali kontra Otto Sjöberg (C-447/08), Anders Gerdin (C-448/08)

(Kawżi magħquda C-447/08 u C-448/08) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Operat tal-logħob tal-ażżard permezz tal-internet - Promozzjoni tal-logħob organizzat fi Stati Membri oħra - Attivitajiet riżervati lill-korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ lukru - Sanzjonijiet kriminali)

2010/C 234/12

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Otto Sjöberg (C-447/08), Anders Gerdin (C-448/08)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Svea hovrätt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 49 u 54 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, permezz ta’ sanzjonijiet kriminali, il-kummerċjalizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’lotterija fil-każ biss fejn din tiġi organizzata fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tipprojobixxi r-reklamar lir-residenti ta’ dan l-Istat tal-logħob tal ażżard organizzat fi Stati Membri oħra għal skopijiet ta’ lukru minn operaturi privati.

(2)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-logħob tal-ażżard għal sistema ta’ drittijiet esklużivi u li tipprovdi li l-promozzjoni ta’ dan il-logħob organizzat fi Stat Membru ieħor hija punibbli b’sanzjonijiet iktar severi mill-promozzjoni ta’ tali logħob operat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Sanna Maria Parviainen vs Finnair Oyj

(Kawża C-471/08) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu - Artikoli 5(2) u 11(1) - Ħaddiema ttrasferita provviżorjament lejn post tax-xogħol ieħor matul it-tqala tagħha - Trasferiment minħabba riskju għas-sigurtà tagħha jew għal saħħitha u għal dik tat-tarbija tagħha - Ħlas inferjuri għall-ħlas medju rċevut qabel dan it-trasferiment - Ħlas preċedenti kompost minn salarju bażiku u minn varji allowances - Kalkolu tas-salarju li għalih għandha dritt il-ħaddiema tqila matul il-perijodu tat-trasferiment provviżorju tagħha)

2010/C 234/13

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin käräjäoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sanna Maria Parviainen

Konvenuta: Finnair Oyj

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Helsingin käräjäoikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Air hostess, li ħadmet bħala purser, ittrasferita minħabba t-tqala tagħha lejn post tax-xogħol fuq l-art imħallas inqas mill-post tax-xogħol li kienet tokkupa qabel it-trasferiment — Żamma ta’ remunerazzjoni ekwivalenti għar-remunerazzjoni li kienet tirċievi qabel it-trasferiment

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiema tqila li, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/85, ġiet ittrasferita provviżorjament minħabba t-tqala tagħha lejn post tax-xogħol fejn tagħmel xogħol differenti minn dak li kienet twettaq qabel dan it-trasferiment, ma għandhiex dritt għal paga li hija ekwivalenti għall-paga medja li kienet tirċievi qabel l-imsemmi trasferiment. Minbarra ż-żamma tas-salarju bażiku tagħha, tali ħaddiema għandha d-dritt, skont l-imsemmi Artikolu 11(1), għall-elementi tal-paga jew għall-allowances relatati mal-istatus professjonali tagħha, bħall-allowances relatati mal-kwalità tagħha ta’ superjur ġerarkiku, mal-anzjanità tagħha u mal-kwalifiki professjonali tagħha. Għalkemm l Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 ma jipprekludix l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tal-paga li għandha titħallas lil tali ħaddiema bbażat fuq il-valur medju tal-allowances marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ekwipaġġ tal-kabina kollu li jaqa’ taħt l-istess skala ta’ salarju matul perijodu determinat ta’ riferiment, in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija elementi tal-paga jew tal-imsemmija allowances għandu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-526/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Ne bis in idem - Res judicata - Artikoli 226 KE u 228 KE - Artikolu 29 tar-Regoli tal-Proċedura - Lingwa tal-kawża - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Nuqqas ta’ konformità tal-miżuri nazzjonali mar-regoli dwar il-perijodi, il-kundizzjonijiet u t-teknika ta’ applikazzjoni tal-fertilizzant fuq l-art - Kapaċità ta’ ħażna minima ta’ demel - Projbizzjoni ta’ applikazzjoni fuq artijiet b’xaqliba wieqfa - Teknika li tippermetti li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effettiva tal-fertilizzant)

2010/C 234/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, N. von Lingen u B. Smulders, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent, P. Kinsch, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu kompletament u korrettament mal-Artikoli 4 u 5, b’rabta mal-Anness II A(1) u l-Anness III 1(1), l-Anness II A(5) u l-Anness III 1(2), l-Anness II A(2) u l-Anness II A(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68) — Metodi u kundizzjonijiet u perijodi għall-applikazzjoni tal-fertilizzant — Kapaċità ta’ ħażna minima ta’ demel — Teknika li tippermetti li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effettiva tal-fertilizzant

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, moqrija flimkien mal-punti 1, 2, 5 u 6 tal-Anness II(A) kif ukoll mal-punti 1 u 2 tal-Anness III(1) ta’ din id-direttiva, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)) — Portakabin Ltd, Portakabin BV vs Primakabin B.V.

(Kawża C-558/08) (1)

(Trade marks - Reklamar fuq l-internet abbażi ta’ kliem prinċipali (‘keyword advertising’) - Direttiva 89/104/KEE - Artikoli 5 sa 7 - Wiri ta’ reklami abbażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark - Wiri ta’ reklami abbażi ta’ kliem prinċipali li jirriproduċu trade mark li jkollha ‘żbalji żgħar’ - Reklamar għal prodotti użati - Prodotti mmanifatturati u mqiegħda fis-suq mill-proprjetarju tat-trade mark - Eżawriment tad-dritt mogħti minn trade mark - Tqegħid ta’ tikketti b’isem il-bejjiegħ mill-ġdid u tneħħija tat-tikketti b’isem il-propretarju tat-trade mark - Reklamar, abbażi ta’ trade mark ta’ ħaddieħor, għal prodotti użati li jinkludu, minbarra l-prodotti mmanifatturati mill-proprjetarju tat-trade mark, prodotti li għandhom oriġini oħra)

2010/C 234/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Portakabin Limited, Portakabin B.V.

Konvenuta: Primakabin BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u (5), 6(1(b) u (c) u 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 87/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-użu illegali tat-trade mark tiegħu — Użu — Kunċett — Użu tat-trade mark bħala kelma ta’ tfittxija sabiex issir tfittxija ta’ prodotti tal-imsemmija trade mark fuq l-Internet bl-għajnuna ta’ mutur ta’ tfittxija — Wiri ta’ link lejn is-sit tal-Internet ta’ bejjiegħ mill-ġdid ta’ prodotti tat-trade mark

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5(1) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade mark, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa awtorizzat jipprojbixxi lill-persuna li tirreklama milli tagħmel reklam, abbażi ta’ kelma prinċipali identika għal jew li tixbah lil din it-trade mark li hija għażlet mingħajr il kunsens tal-imsemmi proprjetarju fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar fuq l-internet, prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklamar ma jippermettix, jew jippermetti b’mod diffiċli biss, lill-utent medju tal-internet li jsir jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija mir-reklam joriġinawx mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża li għandha rabta ekonomika miegħu jew, għall-kuntrarju, minn terzi.

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/104, kif emendata bil-Ftehim dwar iż Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-użu mill-persuna li tirreklama sinjali identiċi għal jew li jixbhu lil trade marks bħala kliem prinċipali fil kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar fuq l-internet jista’ jkun ipprojbit skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, dawn il-persuni li jirreklamaw, bħala regola ġenerali, ma jistgħux jużaw l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) sabiex jevitaw din il-projbizzjoni. Madankollu, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża, jekk kienx hemm effettivament użu fis-sens tal-imsemmi Artikolu 6(1), li jista’ jitqies li ġie użat skont l-użu onest fil-qasam tal-industrija jew tal-kummerċ.

(3)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark mhuwiex awtorizzat jipprojbixxi lill-persuna li tirreklama milli tagħmel reklam, abbażi ta’ sinjal identiku għal jew li jixbah lill-imsemmija trade mark li hija għażlet mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju bħala kelma prinċipali fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar fuq l-internet, il-bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti mmanifatturati minn dan il-proprjetarju u mqiegħda fis-suq taż-Żona Ekonomika Ewropea minnu stess jew bil kunsens tiegħu, sakemm ma hemmx raġuni leġittima, fis-sens tal paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, li jiġġustifika li l-imsemmi proprjetarju jipprekludi dan ir-reklamar, bħal meta l-użu tal-imsemmi sinjali jagħti x’jaħseb li hemm rabta ekonomika bejn il-bejjiegħ mill-ġdid u l-proprjetarju tat-trade mark jew użu li jippreġudika b’mod serju r-reputazzjoni tat-trade mark.

Il-qorti nazzjonali, li għandha tevalwa jekk hemmx jew le din ir-raġuni leġittima fil-kawża li tressqet quddiemha:

ma għandhiex tikkonstata, abbażi biss tal-fatt li l-persuna li tirreklama tuża trade mark ta’ ħaddieħor u żżid kliem li jindika li l-prodott ikkonċernat huwa għall-bejgħ mill-ġdid, bħal “mikdud” jew “użat”, li r-reklam jagħti x’jaħseb li hemm rabta ekonomika bejn il-bejjiegħ mill-ġdid u l-proprjetarju tat-trade mark jew li jippreġudika b’mod serju r-reputazzjoni tagħha;

għandha tikkonstata li hemm it-tali raġuni leġittima meta l bejjiegħ mill-ġdid, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark li jkun użaha fil-kuntest tar-reklamar għall-attivitajiet tiegħu ta’ bejgħ mill-ġdid, ikun neħħa r-referenza ta’ din it-trade mark minn fuq il-prodotti mmanifatturati u mqiegħda fis-suq mill-imsemmi proprjetarju u jkun biddel din ir-referenza b’tikketta b’isem il-bejjiegħ mill-ġdid, biex b’hekk ikun għawweġ l-imsemmija trade mark, u

għandha tikkonstata li bejjiegħ mill-ġdid speċjalizzat fil-bejgħ ta’ prodotti użati bi trade mark ta’ ħaddieħor ma jistax jiġi pprojbit milli juża din it-trade mark bi ħsieb li jħabbar lill-pubbliku l-attivitajiet tiegħu ta’ bejgħ mill-ġdid li jinkludu, minbarra l-bejgħ ta’ prodotti użati tal-imsemmija trade mark, il bejgħ ta’ prodotti oħra użati, sakemm il-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti l-oħra ma jipperikolax, fid-dawl tal-volum tiegħu, tal-preżentazzjoni tiegħu jew tal-kwalità ħażina tiegħu, b’mod serju l-immaġni li l-proprjetarju rnexxielu joħloq għat-trade mark tiegħu.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza

(Kawża C-35/09) (1)

(Taxxi indiretti - Taxxa fuq iż-żieda tal-kapital azzjonarju - Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva 69/335/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi r-reġistrazzjoni tal-att ta’ żieda tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija - Intaxxar in solidum fuq il-kumpannija benefiċjarja u fuq in-nutar - Nuqqas ta’ kontribuzzjoni effettiva ta’ kapital - Limitazzjoni tal-metodi ta’ prova)

2010/C 234/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenut: Paolo Speranza

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Deliberazzjoni ta’ laqgħa ta’ trasformazzjoni ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata f’kumpannija b’kapital azzjonarju — Taxxa fuq iż-żieda relattiva fil-kapital azzjonarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa fuq il-kumpannija li tiffirma l-att ta’ żieda fil-kapital u, in solidum, fuq in-nutar

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 4(1)(ċ) u 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jindika r-reġistrazzjoni tal-att ta’ żieda tal-kapital ta’ kumpannija bħala li jippreċiża l-mument li fih jintervjeni l-fatt li jagħti lok għad dazju kapitali, bil-kundizzjoni li din ir-rabta bejn l-impożizzjoni ta’ dan id-dazju u l-kontribuzzjoni effettiva tal-assi lill-kumpannija benefiċjarja tinżamm. Jekk, matul l-intervent ta’ dan l-att, il-kontribuzzjoni effettiva tal-assi ma tkunx għad twettqet u jekk mhux ċert li din iż-żieda ser issir, il-ħlas ta’ dazju kapitali ma jistax jintalab mill-Istat Membru kkonċernat billi din iż-żieda ma tkunx kisbet natura ċerta. Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-metodi ta’ prova, quddiem il-qrati fiskali, tan-nuqqas ta’ kontribuzzjoni effettiva taż-żieda kapitali deċiża minn kumpannija quddiem il-preżentata ta’ deċiżjoni li tkun saret res judicata u li tiddikjara n-nullità jew tannulla r-reġistrazzjoni, b’mod li d-dazju kapitali għandu fi kwalunkwe każ jiġi mħallas u li l-ħlas lura tiegħu jista’ biss jinkiseb permezz tal preżentata ta’ tali deċiżjoni.

(2)

Id-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix lil Stat Membru jipprovdi għar-responsabbiltà in solidum tal-uffiċjal pubbliku li fassal jew irċieva l-att ta’ żieda tal-kapital azzjonarju, bil-kundizzjoni li dan l-uffiċjal pubbliku jiddisponi mid-dritt li jippreżenta rikors għal kumpens kontra l-kumpannija benefiċjarja taż-żieda.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — ir-Repubblika tal-Polonja) — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-99/09) (1)

(Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttiva 220/22/KE - Artikolu 30(2) - Portabbiltà tan-numri tat-telefon - Setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Ħlas mitlub lill-abbonati - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż)

2010/C 234/17

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Portabbbiltà tan-numri tat-telefon — Obbligu tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-eżekuzzjoni tal-obbligu li tara li t-tariffa dovuta mill-konsumatur għall-użu tas-servizz ta’ portabbiltà ma jkollhiex effett dissważiv, l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi tat-telefonija mobbli sabiex jipprovdu dan is-servizz

Dispożittiv

L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi ta’ netwerks ta’ telefonija mobbli sabiex jattivaw is-servizz ta’ portabbiltà tan-numru meta tevalwa n-natura dissważiva tal-ħlas mitlub lill-konsumaturi għall-użu tal-imsemmi servizz. Madankollu, hija żżomm is-setgħa li tiffissa l-ammont massimu ta’ dan il-ħlas mitlub lill-operaturi f’livell inqas mill-ispejjeż sostnuti minn dawn tal-aħħar, meta ħlas, ikkalkolat abbażi ta’ dawn l-ispejjeż biss, jista’ jiddiswadi l-utenti milli jużaw il-faċilità tal-portabbiltà..


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — Gerhard Dijkman, Maria Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat

(Kawża C-233/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Trattament differenti skont il-post ta’ investiment jew ta’ depożitu)

2010/C 234/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Dijkman, Maria Dijkman-Lavaleije

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul — Kalkolu tat-taxxa addizzjonali muniċipali abbażi tal-ammont tat-taxxa fuq id-dħul — Ħlas minn ras il-għajn fuq proprjetà mobbli liberatorju — Trattament differenti skont il-post ta’ investiment jew ta’ depożitu — Kompatibbiltà mal-Artikolu 56(1) KE.

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE jipprekludi liġi ta’ Stat Membru li tgħid li l-persuni taxxabbli residenti ta’ dan l-Istat Membru li jirċievu interessi jew dividendi minn depożiti jew investimenti mwettqa fi Stat Membru ieħor, ikunu suġġetti għal taxxa komunali addizzjonali, meta dawn ma jkunux għażlu li dan id-dħul minn beni mobbli jitħallas permezz ta’ intermedjarju stabbilit fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, filwaqt li d-dħul tal-istess natura minn depożiti jew investimenti mwettqa fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, minħabba li huwa suġġett għal tnaqqis minn ras il-għajn, jista’ ma jiġix iddikjarat u, f’dan il-każ, mhux suġġett għal tali taxxa.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Susanne Bulicke vs Deutsche Büro Service GmbH

(Kawża C-246/09) (1)

(Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 8 u 9 - Proċedura nazzjonali intiża sabiex jiġu osservati l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva - Terminu ta’ preskrizzjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni preċedenti)

2010/C 234/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Bulicke

Konvenut: Deutsche Büro Service GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesarbeitsgericht Hamburg — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fir-reklutaġġ — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ xahrejn sabiex jiġi ppreżentat rikors għad-danni jew għal kumpens, li jibda jiddekorri mir-rifjut tal-kandidatura jew minn meta l-persuna ssir taf bid-diskriminazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-dritt primarju tal-Unjoni u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux regola ta’ proċedura nazzjonali li teżiġi li l-vittma ta’ diskriminazzjoni fir-reklutaġġ ibbażata fuq l-età għandha tinnotifika lill-awtur ta’ tali diskriminazzjoni b’avviż bil-għan li titħallas tad-danni materjali jew mhux materjali f’terminu ta’ xahrejn, bir-riżerva:

minn naħa waħda, li tali terminu ma jkunx inqas favorevoli meta mqabbel ma’ dak applikabbli għal rikorsi simili ta’ natura interna fid-dritt tax-xogħol,

min-naħa l-oħra, li l-iffissar tal-mument minn meta jibda jiddekorri l-imsemmi terminu ma jirrendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw minn din id-direttiva.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet humiex sodisfatti.

(2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola ta’ proċedura nazzjonali, adottata bil-għan li tiġi implementata l-imsemmija direttiva, li għandha l-għan li temenda leġiżlazzjoni preċedenti li tipprevedi terminu għal talba għal kumpens fil-każ ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)) — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport

(Kawża C-343/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Validità - Direttiva 2009/30/KE - Artikolu 1(8) - Direttiva 98/70/KE - Artikolu 8a - Tniġġis atmosferiku - Karburanti - Użu ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti - Kontenut massimu ta’ methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) - Ittikkettjar - Studju tal-impatt - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ċertezza legali - Ammissibbiltà)

2010/C 234/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Afton Chemical Limited

Konvenuta: Secretary of State for Transport

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità tad-Direttiva 2009/30/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE, rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass, u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, p. 88) — Validità f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ ttikettjar għall-karburanti li fihom addittivi metalliċi u f’dak li jirrigwarda l-iffissar ta’ limitu għall-preżenza tal-methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali, u ta’ ċertezza legali

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE, inkwantu jintroduċi artikolu ġdid, jiġifieri l-Artikolu 8a(2) u (4) sa (6), fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill93/12/KEE.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-363/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Protezzjoni tad-data)

2010/C 234/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Ricorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. López-Medel Bascones, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 11, p. 332) — Data li takkumpanja l-applikazzjoni — Użu u protezzjoni tad-data — Kunfidenzjalità

Dispożittiv

(1)

Billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 38 tal-liġi Nru 43/2002 dwar il-protezzjoni tal-pjanti (ley 43/2002 de sanidad vegetal), tal-20 ta’ Novembru 2002, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Proċedura kriminali kontra E, F

(Kawża C-550/09) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikoli 2 u 3 - Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Trasferiment, minn membri ta’ din l-organizzazzjoni lil din tal-aħħar, ta’ fondi li ġejjin minn attivitajiet ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet u ta’ bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet)

2010/C 234/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

E, F

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207) — Kontestazzjoni tal-validità, quddiem qorti nazzjonali, ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li telenka organizzazzjoni fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, deċiżjoni li ma ġietx ikkontestata mill-organizzazzjoni inkwistjoni — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolament li jipprekludu li riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjoni li tinsab fl-imsemmija lista — Trasferiment ta’ riżorsi ekonomiċi fi ħdan organizzazzjoni minn persuni li jagħmlu parti minnha

Dispożittiv

(1)

L-inklużjoni tad-Devrimci Halk Kurtulus Partisi-Cephesi (DHKP-C) fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, hija invalida u, għalhekk, ma tistax tikkontribwixxi sabiex tiġġustifika kundanna kriminali marbuta ma’ ksur allegat ta’ dan ir-regolament, f’dak li jirrigwarda l-perijodu qabel id-29 ta’ Ġunju 2007.

(2)

L-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament Nru 2580/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens illi huwa jkopri t-trasferiment lil persuna ġuridika, lil grupp jew lil entità li jinsabu fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-regolament, minn membru ta’ din il-persuna ġuridika, ta’ dan il grupp jew ta’ din l-entità, ta’ fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra miġbura jew miksuba mingħand terzi.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Doris Povse vs Mauro Alpago

(Kawża C-211/10 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Tneħħija illegali tal-minuri - Miżuri provviżorji dwar is-“setgħa ta’ deċiżjoni tal-ġenituri” - Dritt ta’ kustodja - Deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri - Infurzar - Ġurisdizzjoni - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

2010/C 234/23

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Povse

Konvenut: Mauro Alpago

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(b)(iv), 11(8), 42(2), kif ukoll 47(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ħtif ta’ minuri — Ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jagħtu deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri f’dan l-Istat fil-każ li l-minuri jkun irrisjeda għal iktar minn sena fi Stat Membru ieħor u fil-każ li, wara l-ħtif tingħata deċiżjoni mill-qrati tal-ewwel Stat li tagħti kustodja provviżorja lil ġenitur li ħataf tali minuri — Possibbiltà li tiġi rrifjutata, fl-interess tal-minuri, l-infurzar tad-deċiżjoni li tordna r-ritorn tiegħu lejn l-ewwel Stat Membru.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10(b)(iv) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura provviżorja ma’ tikostitwixxix “sentenza dwar kustodja li ma tikkunsidrax […] t-talba tar-ritorn tal-minuri” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u ma tistax tkun il-bażi ta’ trasferiment ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li għalih il minuri ġie illegalment imneħħi.

(2)

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tordna r-ritorn tal-minuri taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk din ma tkunx ippreċeduta minn deċiżjoni finali tal-istess qorti dwar id-dritt ta’ kustodja tal-minuri.

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni mogħtija sussegwentement minn qorti tal-Istat Membru ta’ infurzar, li tagħti d-dritt ta’ kustodja provviżorjament u hija kkunsidrata infurzabbli skont id-dritt ta’ dan l-Istat, ma tistax tipprekludi l-infurzar ta’ deċiżjoni ċċertifikata, mogħtija preċedentement mill-qorti li għandha ġuridizzjoni tal-Istat Membru tal-oriġini u li tordna r-ritorn tal-minuri.

(4)

L-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni ma jistax jiġi rrifjutat, għar-raġuni li, minħabba tibdil fiċ-ċirkustanzi li seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-infurzar jista’ jippreġudika serjament l-aħjar interessi tal-minuri. Tali bidla għandha tiġi invokata quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni tal-Istat Membri tal-oriġini, li għandha wkoll tisma’ kwalunkwe talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2010 — Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA), Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-517/08 P) (1)

(Appell - Direttiva 91/414/KEE - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tal-imsemmija direttiva - Irtirar tal-awtoriazzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq - Appell manifestament infondat)

2010/C 234/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro SA (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u N.B. Rasmussen, aġenti), Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA) (rappreżentant: D. Waelbroeck, avukat), Ir-Renju ta’ Spanja

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni (T-75/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, tat-2 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva [notifikata bin-numru C(2005) 4611] (ĠU L 349 M, p. 647)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA u Aragonesas Agro SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

(3)

European Crop Protection Association (ECPA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2010 — Société des plantations de Mbanga SA (SPM) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej, Il-Kummissjoni Ewropeja

(Kawża C-39/09 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana - Sistema ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina minn pajjiżi AKP - Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni - Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

2010/C 234/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Société des plantations de Mbanga SA (SPM) (rappreżentant: A. Farache, avukat)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentant: A. De Gregorio Merino, E. Sitbon, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istansa (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008, SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-128/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għad-danni tar-rikorrenti intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu subit minnha minħabba l-leġiżlazzjoni allegatament illegali adottata mill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Banana li toriġina minn pajjiżi AKP — Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni? — Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  GU C 90, 18.04.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Eis.de GmbH vs BBY Vertriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-91/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade marks - Internet - Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (‘keyword advertising’) - Wiri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark, ta’ kompetitur ta’ proprjetarju ta’ din it-trade mark - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1)(a))

2010/C 234/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eis.de GmbH

Konvenuta: BBY Vertriebsgesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof Karlsruhe — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Użu ta’ sinjal simili għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li jopera mutur ta’ riċerka bl-Internet sabiex fuq il-monitor jidher awtomatikament, wara li jiddaħħal l-imsemmi sinjal bħala terminu ta’ riċerka, reklamar għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark inkwistjoni (“keyword advertising”) — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark — Klassifikazzjoni ta’ dan l-użu tat-trade mark bħala “użu” fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/CEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li dan min jirreklama, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju, għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet, reklam għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklam ma jippermettix lill-utent tal-Internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża konnessa miegħu jew, kuntrarjament, minn terz.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Kaul GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bayer AG

(Kawża C-193/09 P) (1)

(Appell - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja ARCOL - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja CAPOL - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li t annulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha - Dritt għal smigħ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ xebħ minimu tat-trade marks li għalihom saret l-applikazzjoni - Ċaħda minħabba nuqqas manifest ta’ rilevanza ta’ provi ġodda ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

2010/C 234/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanit: Kaul GmbH [rappreżentanti: R. Kunze, Rechtsanwalt u solicitor]

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: Schneider, aġent], Bayer AG

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-25 ta’ Marzu 2009, Kaul vs UASI (T-402/07), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “CAPOL”, għal prodotti fil-klassi 1, kontra d-Deċiżjoni R 728/2000-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Awwissu 2007, li tiċħad għat-tieni darba l-appell ippreżentat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “ARCOL”, għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 20, wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali ta’ ċaħda tal-oppożizzjoni tat-Tielet Bord tal-Appell permezz tas-sentenza C-29/05 P, UASI vs Kaul

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kaul GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 193, 15.08.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Frosch Touristik GmbH, DSR touristik GmbH

(Kawża C-332/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità)

2010/C 234/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Appellati: Frosch Touristik GmbH (rappreżentant: H. Lauf, avukat), DSR touristik GmbH

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009, Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE) (T-189/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “FLUGBÖRSE” fir-rigward tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali ta’ din it-trade mark — Determinazzjoni tad-data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 256, 24.10.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2010 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-451/09 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti li nqabdu minn bastiment li huwa proprjetà ta’ kumpannija tad-dritt Grieg - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jaċċettaw dokumenti maħruġa minn Stat terz, minbarra d-dokument T2M)

2010/C 234/29

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia (rappreżentanti: N. Skandamis u E. Perakis, avukati)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009, Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-162/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, fil-każ inkwistjoni l-awtoritajiet doganali Griegi, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini tal-prodotti tas-sajd li nqabdu minn bastiment Grieg proprjetà tar-rikorrenti, dokumenti maħruġa minn Stat terz, minbarra d-dokument T2M previst mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/20


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 minn Hubert Ségaud mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-249/09, Ségaud vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-514/09 P)

()

2010/C 234/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Hubert Ségaud (rappreżentant: J.-P Ekeu, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-21 ta’ Mejju 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u ordnat li H. Ségaud ibati l-ispejjeż tiegħu.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm fl-4 ta’ Mejju 2010 — KHS AG vs Winfried Schulte

(Kawża C-214/10)

()

2010/C 234/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KHS AG

Konvenut: Winfried Schulte

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni u/jew prattiċi nazzjonali li jipprovdu li d-dritt għal-leave annwali mħallas minimu jiskadi fi tmiem il-perijodu ta’ referenza u/jew tal-perijodu ta’ tkomplija anki fil-każ fejn il-ħaddiem kien inkapaċi li jwettaq xogħlu matul perijodu twil (f’sitwazzjoni fejn dan il-perijodu twil ta’ inkapaċità ta’ xogħol għandu l-konsegwenza li l-ħaddiem seta’ jakkumula dritt għal leave annwali mħallas minimu għal diversi snin jekk il-possibbiltà tal-perijodu ta’ tkomplija ta’ tali dritt ma kinitx limitata ratione temporis)? Jekk tingħata risposta negattiva, il-possibbiltà li jitkompla l-leave għandha tkun teżisti minn tal-inqas għal perijodu ta’ 18-il xahar?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2010 — Mesopotamia Broadcast A/S METV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-244/10)

()

2010/C 234/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mesopotamia Broadcast A/S METV

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

Qiegħda tintalab deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar jekk, u skont il-każ, taħt liema ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali tad-dritt nazzjonali dwar il-projbizzjoni ta’ assoċjazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ftehim bejn il-popli taqax taħt qasam irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1), tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE (2), tat-30 ta’ Ġunju 1997, u għalhekk, hijiex eskluża skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224)

(2)  Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2010 — ROJ TV A/S vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-245/10)

()

2010/C 234/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ROJ TV A/S

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Qiegħda tintalab deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar jekk, u skont il-każ, taħt liema ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali tad-dritt nazzjonali dwar il-projbizzjoni ta’ assoċjazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ftehim bejn il-popli taqax taħt qasam irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1), tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE (2), tat-30 ta’ Ġunju 1997, u għalhekk, hijiex eskluża skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224)

(2)  Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Mejju 2010 — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-250/10)

()

2010/C 234/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haltergemeinschaft LBL GbR

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Domanda preliminari

Jekk tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda magħmula permezz tad-deċiżjoni tal-Bundesfinanzhof tal-1 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża C-79/10 li hija pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-persuna li tagħti l-ajruplan tagħha taħt kera jew charter, bil-karburant inkluż, tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni mit-tassazzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Gorj (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2010 — Iulian Andrei Nisipeanu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Gorj, Administrația Finanțelor Publice Tîrgu Cărbunești u Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-263/10)

()

2010/C 234/35

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Gorj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iulian Andrei Nisipeanu

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Gorj, Administrația Finanțelor Publice Tîrgu Cărbunești u Administrația Fondului pentru Mediu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxi interni diskriminatorji pprojbiti minnu jinkludu wkoll it-taxxa rregolata mil-leġiżlazzjoni Rumena permezz tad-Digriet ta’ urġenza tal-Gvern Rumen Nru 50, tal-25 ta’ April 2008, dwar l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tniġġis ta’ vetturi bil-mutur (Ordonanța de Urgență Nr. 50/2008 din 25 aprilie 2008 pentru instituirea taxei pe poluare pentru autovehicule, iktar ’il quddiem id-“DUG Nru 50/2008”), kif emendat bid-Digriet ta’ urġenza Nru 208 tat-8 ta’ Diċembru 2008 (Ordonanța de Urgență numărul 208 din 08 decembrie 2008), id-Digriet ta’ urgenza Nru 218 tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Ordonanța de Urgență numărul 218 din 11 decembrie 2008), id-Digriet ta’ urġenza Nru 7 tad-19 ta’ Frar 2009 (Ordonanța de Urgență numărul 7 din 19 februarie 2009) u d-Digriet ta’ urġenza Nru 117 tat-30 ta’ Diċembru 2009 (Ordonanța de Urgență numărul 117 din 30 decembrie 2009)?

(2)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lir-Rumanija tintroduċi, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha permezz tad-DUG Nru 50/2008 iċċitat iktar ’il fuq, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008, il-kriterju ta’ “l-ewwel reġistrazzjoni fir-Rumanija”, skont l-Artikolu 4(a) tal-imsemmi digriet, u dan il-kriterju huwa rekwiżit oġġettiv skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat?

(3)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jawtorizza lir-Rumanija, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tapplika, mill-1 ta’ Lulju 2008, it-taxxa fuq it-tniġġis ta’ vetturi second hand importati mill-Unjoni Ewropea jew li jiġu minn akkwisti intra-Komunitarji u rreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija, filwaqt li teżenta l-vetturi second hand akkwistati fir-Rumanija?

(4)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lir-Rumanija tagħti, skont il-leġiżlazzjoni ċċitata, l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis esklużivament għall-“vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 bi klassi ta’ tniġġis Euro 4, b’ċilindrata mhux ogħla minn 2 000 ċentimetru kubiku u [għall-] vetturi bil-mutur kollha tal-kategorija N1 bi klassi ta’ tniġġis Euro 4, irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009”, filwaqt li ma tagħtix din l-eżenzjoni lill-vetturi ġodda b’karatteristiċi differenti minn dawk indikati?

(5)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lir-Rumanija tipproteġi l-industrija awtomobilistika nazzjonali tagħha, ġaladarba t-taxxa fuq it-tniġġis titħallas biss għall-vetturi bil-mutur second hand li jġorru l-passiġġieri importati minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u rreġistrati f’dak l-Istat Membru jew li huma s-suġġett ta’ akkwist intra-Komunitarju, filwaqt li mhijiex dovuta fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur second hand li jġorru l-passiġġieri diġà rreġistrati fir-Rumanija u li tqegħdu mill-ġdid għall-bejgħ fit-territorju tagħha?

(6)

Fiċ-ċirkustanzi indikati iktar ’il fuq, it-taxxa inkwistjoni tikkostitwixxi taxxa ta’ natura diskriminatorja, ipprojbita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li l-kriterju ta’ “l-ewwel reġistrazzjoni fir-Rumanija” previst mill-Artikolu 4(a) tad-DUG Nru 50/2008 ma jistax jitqies oġġettiv meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan iddikjarat li tiġi introdotta taxxa fuq it-tniġġis, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, u li t-taxxa, marbuta ma’ dan il-kriterju, tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali tal-vetturi bil-mutur ġodda li jġorru l-passiġġieri kif ukoll is-suq intern tal-vetturi bil-mutur second hand li jġorru l-passiġġieri?


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA) vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-271/10)

()

2010/C 234/36

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Domanda preliminari

(1)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (1), tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, li sar l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, li bis-saħħa tiegħu l-awturi għandhom tal-inqas jieħdu remunerazzjoni għal self pubbliku, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi r-remunerazzjoni bħala rata fissa ta’ EUR 1 fis-sena għal kull persuna adulta u ta’ EUR 0,5 fis-sena għal minuri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120

(2)  ĠU L 376, p. 28


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-280/10)

()

2010/C 234/37

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Domandi preliminari

(1)

Soċjetà li, permezz tal-imsieħba futuri tagħha, ikollha spejjeż tal-investiment qabel ir-reġistrazzjoni formali tagħha bħala soċjetà tad-dritt kummerċjali, u qabel ir-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT, hija awtorizzata, wara r-reġistrazzjoni tagħha bħala soċjetà u wara r-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT, tinvoka dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-ispejjeż tal-investiment li jintuża għal tranżazzjonijiet taxxabbli, skont l-Artikolu 9 kif ukoll l-Aritkoli 168 u 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

(2)

Il-fattura tal-ispejjeż tal-investiment, maħruġa f’isem l-imsieħba, u mhux f’isem is-soċjetà, tipprekludi l-implementazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tal-ispejjeż tal-investiment, kif imsemmi fl-ewwel domanda?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/23


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 minn PepsiCo, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07: Grupo Promer Mon Graphic SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), PepsiCo, Inc.

(Kawża C-281/10 P)

()

2010/C 234/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: PepsiCo, Inc. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez, avukati, V. von Bomhard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gruppo Promer Mon Graphic SA

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07,

Tiddeċiedi l-kawża definittivament billi tiċħad l-ordni mitlub fl-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u

Tordna li r-rikorrent fl-ewwel istanza jiġi kkundannat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (1) meta:

(a)

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet fuq id-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn ikkontestat;

(b)

interpretat ħażin il-kunċett ta’ “utent informat” u l-livell ta’ attenzjoni tiegħu;

(c)

applikat kriterji ħżiena fl-evalwazzjoni tagħha ta’ “impressjoni ġenerali differenti”;

(d)

wettqet paragun bejn id-disinji bbażat fuq prodotti attwali fil-fajl iktar milli fuq id-disinji kif irreġistrati;

(e)

bbażat il-paragun fuq fatti żnaturati.


(1)  Ir-Regolament tal- (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 27, p. 142).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Maribel Dominguez vs Centre informatique du Centre Ouest Atlantique, Préfet de la région Centre

(Kawża C-282/10)

()

2010/C 234/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maribel Dominguez

Konvenuti: Centre informatique du Centre Ouest Atlantique, Préfet de la région Centre

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li d-dritt għall-leave annwali huwa suġġett għal minimu ta’ xogħol effettiv ta’ għaxart ijiem (jew xahar) matul il-perijodu ta’ riferiment?

(2)

Jekk iva, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE li joħloq obbligu partikolari għal min iħaddem, sa fejn jagħti dritt għal leave bil-ħlas għall-benefiċċju tal-ħaddiem li huwa assenti għal raġunijiet ta’ saħħa matul perijodu ugwali jew itwal minn sena, jobbliga lill-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq kawża bejn individwi, li twarrab dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja, li f’dan il-każ tissuġġetta d-disponibbiltà tad-dritt għal-leave bil-ħlas annwali għal xogħol effettiv ta’ mill-inqas għaxart ijiem matul is-sena ta’ riferiment?

(3)

Sa fejn l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE ma jagħmel ebda distinzjoni bejn il-ħaddiema skont jekk l-assenza tagħhom mix-xogħol matul il-perijodu ta’ riferiment hijiex dovuta għal inċident fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, inċident tal-ivjaġġar jew mard mhux ikkaġunat mix-xogħol, il-ħaddiema għandhom, bis-saħħa ta’ dan it-test, dritt għal-leave bil-ħlas għal perijodu identiku irrispettivament mill-oriġini tal-assenza tagħhom għal raġunijiet ta’ saħħa, jew inkella dan it-test għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-perijodu tal-leave bil-ħlas jista’ jkun differenti skont l-oriġini tal-assenza tal-ħaddiem, sa fejn f’ċerti ċirkustanzi l-liġi nazzjonali tipprevedi perijodu ta’ leave bil-ħlas għola mill-perijodu minimu ta’ erba’ ġimgħat previst mid-direttiva?


(1)  Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 381).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Circul Globus București (Circ & Variete Globus București vs Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A.

(Kawża C-283/10)

()

2010/C 234/40

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Circul Globus București (Circ & Variete Globus București)

Konvenuti: Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A.

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trażmissjoni lill-pubbliku” jfisser:

(a)

biss it-trażmissjoni lill-pubbliku li mhuwiex preżenti fil-post tal-oriġini tat-trażmissjoni, jew

(b)

kull trażmissjoni ta’ xogħol imwettqa direttament, f’post miftuħ lill-pubbliku, permezz ta’ kull forma ta’ eżekuzzjoni pubblika jew preżentazzjoni diretta tax-xogħol?

Fil-każ li r-risposta korretta għall-ewwel domanda hija (a), dan ifisser li l-atti ta’ trażmissjoni, li jissemmew fil-punt (b), li permezz tagħhom ix-xogħlijiet li huma trażmessi direttament lill-pubbliku, ma jaqgħux taħt il-kamp tad-direttiva jew ma jikkostitwixxux trażmissjoni tax-xogħol lill-pubbliku, iżda pjuttost l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħol, fis-sens tal-Artikolu 11(1)(i) tal-Konvenzjoni ta’ Bern għall-protezzjoni tax-xogħlijiet letterarji u artistiċi?

Fil-każ li r-risposta korretta għall-ewwel domanda hija (b), l-Artikolu 3(1) tad-direttiva jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, permezz tal-liġi, amministrazzjoni kollettiva obbligatorja tad-dritt tat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali, indipendentement mill-mezz ta’ trażmissjoni użat, anki jekk huwa possibbli li dan id-dritt jiġi amministrat individwalment mill-awturi, mingħajr il-possibbiltà, għall-awturi, li jeskludu x-xogħlijiet tagħhom mill-amministrazzjoni kollettiva?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Amares fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Cristiano Marques Vieira vs Companhia de Seguros Tranquilidade SA

(Kawża C-299/10)

()

2010/C 234/41

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Amares

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cristiano Marques

Konvenuta: Companhia de Seguros Tranquilidade SA.

Domanda preliminari

F’inċident li jinvolvi ħabta bejn vetturi, fejn it-tort ma jista’ jiġi attribwit lil ebda wieħed mis-sewwieqa, u li jikkawża danni personali u materjali lil wieħed mis-sewwieqa (il-parti leża li qed titlob il-kumpens, li hija minuri), il-fatt li r-responsabbiltà għar-riskju tista’ tinqasam (Artikolu 506(1) u (2) tal-Código Civil), b’impatt dirett fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas lill-parti leża għad-danni materjali u mhux materjali li jirriżultaw mid-danni personali subiti (fil-fatt dan it-tqassim ta’ responsabbiltà għar-riskju jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-ammont tal-kumpens), huwa kuntrarju għad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari għall-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva (Direttiva 72/166/KEE) (1), l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2) u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10)

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)

(3)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugal) fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-300/10)

()

2010/C 234/42

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vítor Hugo Marques Almeida

Konvenuti: Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel.

Domandi preliminari

(a)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(1) tal-Ewwel Direttiva (72/166/KEE (1)), 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE (2)) u 1 u 1a tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE (3)) għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu lid-dritt ċivili nazzjonali, b’mod partikolari permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Código Civil (Kodiċi Ċivili) milli jimponi li f’każ ta’ ħabta bejn żewġ vetturi, fejn il-fatt mhuwa imputabbli fuq l-ebda wieħed mis-sewwieqa minħabba tort, li tagħat lok għal danni fiżiċi lill-passiġġier ta’ waħda minn dawn il-karozzi (il-persuna ddanneġġjata li qed titlob kumpens), il-kumpens li dan il-passiġier jitlob jiġi rrifjutata jew limitat minħabba li l-imsemmi passiġġier kien ikkontribwixxa għall-ħolqien tad-danni, sa fejn fil-karozza kien bil-qegħda ħdejn ix-xufier, mingħajr ma libes iċ-ċinturin tas-sigurtà, kif rikjest mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

(b)

Filwaqt li ntwera li meta ġrat il-ħabta bejn iż-żewġ vetturi involuti, il-passiġġier ħabat rasu bil-qawwa mal-windskrin, tant li kissirha, u b’hekk kellu diversi qtugħ fondi f’rasu u f’wiċċu?

(c)

U fid-dawl tal-fatt li, peress li waħda mill-vetturi involuti ma kinitx koperta b’assigurazzjoni valida u effettiva ma’ xi assiguratur meta seħħ l-inċident, huma konvenuti fl-azzjoni, minbarra l-assiguratur tal-vettura l-oħra involuta, is-sid tal-vettura mingħajr assigurazzjoni, ix-xufier tagħha u l-Fundo de Garantia Automóvel (il-Fond ta’ Garanzija tal-Karozzi), li, sa fejn hija involuta responsabbiltà oġġettiva, jistgħu jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas tal-imsemmi kumpens?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3

(3)  It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-305/10)

()

2010/C 234/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (1) u, f’kull każ, billi ma kkomunikhomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/47/KE skada fis-26 ta’ Lulju 2008. Issa, sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha ta’ traspożizzjoni neċessarji jew, f’kull każ, ma kienx ikkomunikhom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 164M, p. 317 (MT)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești vs Ștefan Agafiței et

(Kawża C-310/10)

()

2010/C 234/44

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curte de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești

Konvenuti: Ștefan Agafiței, Apetroaei Raluca, Bărbieru Marcel, Budeanu Sorin, Chiagă Luminița, Crăciun Mihaela, Curpăn Sorin-Vasile, Dabija Mihaela, Damian Mia-Cristina, Danalache Sorina, Dogaru Oana-Alina, Dorneanu Geanina, Galavan Adina-Cătălina, Grancea Gabriel, Radu (Hobjilă) Mădălina, Iacobuț Nicolae Cătălin, Lăcătușu Roxana, Lupașcu Sergiu, Maftei Smaranda, Mărmureanu Silvia, Oborocianu Maria, Panfil Simona, Pânzaru Oana-Georgeta, Păduraru Laurențiu, Pîrjol-Năstase Elena, Pocovnicu Ioana, Pușcașu Alina, Ștefănescu Cezar, Ștefănescu Roxana, Țimiraș Ciprian, Vintilă Cristina

Partijiet oħra: Tribunalul Bacău, Curtea de Apel Bacău, Ministerul Economiei si Finanțelor Publice, Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2) — li t-tnejn li huma ġew trasposti fid-dritt intern permezz tal-OG [Ordonanța Guvernului (Digriet Governattiv)] Nru 137/2000, kif ippubblikat mill-ġdid u emendat — jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew sentenza tal-Curte Constituțională (Qorti Kostituzzjonali Rumena) li tipprojbixxi lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali milli jirrikonoxxu lir-rikorrenti, li soffrew diskriminazzjoni, dritt għall-kumpens tad-danni materjali u/jew morali li jitqies adegwat fil-każijiet fejn il-kumpens għad-danni kkawżati minn diskriminazzjoni huwa marbut ma’ drittijiet fir-rigward tas-salarji previsti mil-liġi u mogħtija lil kategorija soċjoprofessjonali differenti minn dik li jagħmlu parti minnha r-rikorrenti? F’dan is-sens isir riferiment għas-sentenzi tal-Curte Constituțională tal-4 ta’ Diċembru 2008, Nru 1325, u tal-25 ta’ Frar 2010, Nru 146.

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali hija marbuta tistenna r-revoka jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali u/jew bdil tal-ġurisprudenza tal-Curte Constituțională, li huma, jekk ikun il-każ, kuntrarji għad-dispożizzjonijiet Komunitarji, jew tali qorti hija marbuta tapplika b’mod dirett u immedjat għall-kawżi pendenti quddiemha n-normi Komunitarji kif interpretati, jekk ikun il-każ, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tinjora kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali jew kwalunkwe sentenza tal-Curte Constituțională li jkunu kuntrarji għad-dispożizzjonijiet Komunitarji?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-1 ta’ Lulju 2010 — Danske Svineproducenter vs Justitministeriet

(Kawża C-316/10)

()

2010/C 234/45

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danske Svineproducenter

Konvenut: Justitministeriet

Domanda preliminari

(1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE (illum it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFEU) u l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2005 (1), dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, kif ukoll l-Artikolu 3(f) u (g), flimkien mal-punt 1.1(f) u l-punt 1.2 tal-Kapitolu II, flimkien mal-Parti D tal-Kapitolu VII tal-Anness I ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huwa preklużi milli jadottaw dispożizzjonijiet nazjonali li jipprovdu rekwiżiti dettaljati għall-għoli ta’ trasport intern, l-għoli ta’ spezzjoni u densità tat-tagħbija?


(1)  ĠU L 3, p. 1.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-342/10)

()

2010/C 234/46

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u R. Lyal)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE, billi adottat u żammet fis-seħħ liġi li permezz tagħha dividendi mħallsa lill-fondi tal-pensjoni barranin jiġu ntaxxati b’mod diskriminatorju;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Finlandja tintaxxa iktar lill-fondi ta’ pensjonijiet barranin fir-rigward tad-dividendi mqassma minnhom milli l-fondi Finlandiżi. Il-fondi tal-pensjoni Finlandiżi huma ntaxxati fuq il-bażi ta’ liġi fiskali partikolari (Elinkeinoverolaki) [taxxa fuq id-dħul tal-impriża] u r-rata tat-taxxa tagħhom hija stabbilita b’mod differenti minn dak tal-istituzzjonijiet l-oħra. Skont l-Artikolu 6(a) tal-Elinkeinoverolaki huwa biss 75 % mid-dħul minn dividendi li huwa ntaxxat, u waqt li r-rata għall-entitajiet l-oħra hija ta’ 26 %, dik li effettivament tapplika fir-rigward tagħhom hija ta’ 19,5 %. Barra minn dan, skont l-Artikoli 7 u 8(1) tal-Elinkeinoverolaki, fondi ta’ pensjonijiet Finlandiżi jistgħu jnaqqsu mit-taxxi l-ispejjeż u t-telf li jirriżultaw mill-ġbir u l-amministrazzjoni tad-dħul u l-obbligi tal-pensjonijiet. Madankollu, fuq id-dividendi mqassma minn fondi tal-pensjoni barranin li huma tal-istess tip, tiġi applikata rata ta’ taxxa f'ras il-għajn ta’ 28 %. Fir-rigward tal-fondi tal-pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra u l-parti ’l kbira tal-fondi tal-pensjoni taż-ŻEE li huma parti mill-Istati EFTA, id-dividendi huma ntaxxati b’rata ta’ 19,5 %, imma l-fondi tal-pensjoni barranin ma jistgħux inaqqsu l-ammonti msemmija hawn fuq.

Ir-rata li tapplika għad-dividendi mħallsa barra l-pajjiż, skont is-sistema fiskali Finlandiża u l-bażi tat-taxxa usa użata għal dawn id-dividendi huma ta’ ħsara għall-fondi barranin tal-pensjoni li joffru s-servizzi tagħhom lill-klijenti Finlandiżi, għaliex dawn jaqgħu f’sitwazzjoni kompetittiva żvantaġġuża. Minħabba t-trattament diskriminatorju rriżervat għall-fondi tal-pensjoni barranin, l-investimenti tagħhom f’kumpanniji Finlandiżi huma inqas profitabbli u interessanti u huma wkoll limitati l-opportunitajiet għall-kumpaniji Finlandiżi li jiksbu kontribuzzjoni ta’ kapital mill-fondi tal-pensjoni barranin. Għalhekk, din hija restrizzjoni pprojbita skont l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE. It-trattament diskriminatorju rriżervat għall-fondi tal-pensjonijiet barranin mhijiex iġġustifikata minn ebda raġuni mogħtija mir-Repubblika tal-Finlandja.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/29


Rikors ippreżentat fis-7 ta Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-343/10)

()

2010/C 234/47

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Pardo Quintillán, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, billi ma żgurax:

il-ġbir tal-ilma urban mormi minn agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Valle de la Orotava, Arenys de Mar, Alcossebre y Cariño skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/271/KEE (1) u,

it-trattament tal-ilma urban mormi minn agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Arroyo de la Miel, Arroyo de la Víbora, Estepota (San Pedro de Alcántara), Alhaurín el Grande, Coín, Barbate, Chipiona, Isla Cristina, Matalascañas, Nerja, Tarifa, Torrox Costa, Vejer de la Frontera, Gijón-Este, Llanes, Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Los Llanos de Aridane, Arenys de Mar, Pineda de Mar, Ceuta, Alcossebre, Benicarló, Elx (Arenales), Peñíscola, Teulada Moraira (Rada Moraira), Vinaròs, A Coruña, Cariño, Tui, Vigo, Aguiño Carreira-Ribeira, Baiona, Noia, Santiago, Viveiro e Irán (Hondarribia) skond l-Artikolu 4(1), (3) u jekk ikun il-każ, (4) tad-direttiva

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271/KEE;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE, l-agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ għandhom ikunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir u jissuġġettaw għal trattament sekondarju jew għal proċess ekwivalenti l-ilma mormi urban sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000.

Skont l-Artikolu 3(2) tad-direttiva, is-sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fis-Sezzjoni A tal-Anness I.

Rigward l-obbligi ta’ trattament tal-ilma urban mormi, l-Artikolu 4(1) tad-direttiva jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun suġġett, qabel ma jkun skarikat, għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti.

Skont l-Artikolu 4(3), skariki minn impjanti ta’ trattament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-Sezzjoni B tal-Anness I. Min-naħa tagħha, is-Sezzjoni B tal-Anness I tirreferi għar-rekwiżiti li jinsabu fit-Tabella I tal-istess anness. Fl-aħħar nett, il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fis-Sezzjoni D tal-Anness I jippermettu li jiġi vverifikat jekk l-iskariki tal-impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-Sezzjoni B tal-Anness I.

Fir-rigward tat-38 agglomerazzjoni kkonċernati ir-Renju ta’ Spanja ma żġurax l-ossservanza tar-rekwiżiti previsti mid-direttiva.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2. p 26


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/29


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2010 kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ April 2010 fil-Kawża T-225/09, Claro SA vs UASI u Telefónica SA

(Kawża C-349/10 P)

()

2010/C 234/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Claro SA (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Appellati: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Telefonica SA

Talbiet tal-appellanti

Tilqa’ l-appell flimkien mad-dokumenti annessi miegħu, tikkonstata li l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-28 ta’ April 2010, mogħtija fil-Kawża T-225/09 ġie ppreżentat fit-termini u fil-forma stabbiliti mil-liġi u permezz ta’ proċedura xierqa, tannulla s-sentenza appellata u tilqa’ t-talbiet ta’ Claro SA.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball fl-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. L-appell huwa bbażat fuq il-premessa li, kuntrarjament għall-argument tal-Qorti Ġenerali (u, preċedentement, tal-Bord tal-Appell), il-preżentazzjoni tal-aggravvji tal-appell ma tikkostitwixxiex rekwiżit għall-ammissibbiltà tal-appell, iżda pjuttost sempliċi rekwiżit proċedurali. Huwa wkoll sostnut li l-iżball ta’ interpretazzjoni preċedenti mwettaq mill-Qorti Ġenerali (u, preċedentement, mill-Bord tal-Appell) jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali bejn id-diversi istanzi tal-UASI stabbilit fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-566/08) (1)

()

2010/C 234/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/30


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-572/08) (1)

()

2010/C 234/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Wien — L-Awstrija) — Ronald Seunig vs Maria Hölzel

(Kawża C-147/09) (1)

()

2010/C 234/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


Il-Qorti Ġenerali

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Evropaïki Dynamiki vs AEE

(Kawża T-331/06) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura għal sejħa għal offerti tal-AEE - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Sottokriterji - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 234/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE) (rappreżentanti: M. Hofstötter, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AEE tal-14 ta’ Settembru 2006, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EAA/IDS/06/002, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 118-125101), u li tattribwixxi l-kuntratti pubbliċi lill-offerenti oħra.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326 30.12.2006.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — M vs EMA

(Kawża T-12/08 P-RENV-RX) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Kawża fi stat li tiġi deċiża)

2010/C 234/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: M (Browburne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Appellata: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, bħala aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea sabiex dan jiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn M.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Exalation vs UASI (Vektor-Lycopin)

(Kawża T-85/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vektor-Lycopin - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 234/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exalation Ltd (Ilford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Zingsheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1037/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vektor-Lycopin bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir rikors huwa miċħud.

(2)

Exalation Ltd hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Putterie-De-Beukelaer

(Kawża T-160/08 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annullament fl-ewwel istanza tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Taqsima ‘Potenzjali’ - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni)

2010/C 234/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Hermann, aġenti)

Appellata: Françoise Putterie-De-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)

(Kawża T-385/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 234/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1734/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta kelb bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żiemel)

(Kawża T-386/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żiemel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 234/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research u Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann et A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1730/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żiemel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għat-taħriġ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Neċessità tal-għajnuna - Effetti pożittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 234/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja); u Land Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u T. Graf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. França, K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja beħsiebha tagħti lil DHL (ĠU L 312, p. 31).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Lulju 2010 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)

(Kawża T-430/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAIN MILLERS - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Grain Millers u r-rappreżentazzjoni figurattiva tiegħu - Ċaħda parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 234/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grain Millers, Inc (Eden Prairie, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grain Millers GmbH Co. KG (Brême, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böckenholt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 478/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grain Millers GmbH Co. KG u Grain Millers, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Grain Millers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)

(Kawża T-510/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali TOCQUEVILLE 13 - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ revoka - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 234/60

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Toqueville Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti, I. Palombella u E. Cucchiara, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marco Schiesaro (Limbiate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Canella u D. Camaiora, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 829/2008-2, dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Toqueville Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.1.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm)

(Kawża T-30/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali peerstorm - Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti PETER STORM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit trade marks preċedenti - Artikoli 15 u 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009))

2010/C 234/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Engelhorn KGaA (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u K. Mende, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 167/2008-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Outdoor Group Ltd u Engelhorn KGaA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Engelhorn KGaA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ The Outdoor Group Ltd.


(1)  ĠU C 82, 4.04.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Sevenier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riżenja - Rifjut tal-Kummissjoni li taċċetta l-irtirar tar-riżenja u li tirreferi lill-Kumitat tal-Invalidità - Terminu għall-preżentata ta’ ilment - Dewmien - Nuqqas ta’ żball skużabbli)

2010/C 234/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: É. Boigelot u L. Defalque, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009, Sevenier vs Il-Kummissjoni (F-62/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Roberto Sevenier għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/08) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ordni li tipprovdi informazzjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà)

2010/C 234/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Martenczuk, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tordna li tipprovdi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007)].

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/08) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ordni li tipprovdi informazzjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà)

2010/C 234/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Martenczuk, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Otturbu 2008 li torna li tipprovdi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007].

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Digriet tar-rinviju - Deċiżjoni li ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell - Rikors għad-danni - Proċedura prekontenzjuża - Difetti proċedurali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2010/C 234/65

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Frar 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-70/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — PAGO International vs UASI — Tirol Milch (Pago)

(Kawża T-349/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 234/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PAGO International GmbH (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Hauer u C. Schumacher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tirol Milch reg. Gen. mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2009 (Każ R 864/2008-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Tirol Milch reg. Gen. mbH Innsbruck u PAGO International GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

L-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-401/09) (1)

(Rikors għal annullament - Caħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għad-danni - Rikors għad-danni - Notifika ta’ appell lir-rappreżentant preċedenti tar-rikorrent - Nuqqas ta’ dannu - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2010/C 234/67

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Minn naħa, rikors għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t-talba għal kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa waqt in-notifika lil Luigi Marcuccio tal-appell fil-kuntest tal-Kawża T-20/09 P u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio huwa kkunndannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/10 R u T-223/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finazjarja Komunitarja - Nota ta’ debitu - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 234/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Puglia (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2209) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), lill-Italja għall-programm operattiv POR Puglia li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (2000-2006), u min-naħa l-oħra, tal-ordni ta’ ħlas li tinsab fin-nota ta’ debitu, tas-26 ta’ Frar 2010, mogħtija wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-84/10 R u T-223/10 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

(2)

It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

(3)

L-ispejjeż huma riżervati.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 — Alcoa Transformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Tariffi preferenzjali ta’ provvista ta’ elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 234/69

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alcoa Transformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8112 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), li ġew implementati mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Transformazioni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Strålfors vs UASI (ID SOLUTIONS)

(Kawża T-211/10) (1)

(Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta)

2010/C 234/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isveżja) (rappreżentant: M. S. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1111/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ID SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

(Kawża T-212/10) (1)

(Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta)

2010/C 234/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isveżja) (rappreżentant: M. S. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1112/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2010 — Condé vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/10)

()

2010/C 234/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mamoudou Condé (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat- 22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea, sa fejn dan jirrigwarda r-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea (1) sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fuq il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni tliet motivi bbażati:

fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bir-rimedji legali għad-dispożizzjoni tiegħu;

fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bil-fatti meqjusa kontrih;

fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal proprjetà tar-rikorrent.


(1)  ĠU L 346, p. 26.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Rungis express vs UASI — Žito (MARESTO)

(Kawża T-243/10)

()

2010/C 234/73

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rungis express AG (Meckenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Feldmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ŽITO prehrambena industrija, d.d. (Ljubljana, is-Slovenja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 691/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali MARESTO għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ŽITO prehrambena industrija, d.d.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali, li tirrappreżenta kok u l-element verbali “M•A•E•S•T•R•O” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30, trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “M•A•E•S•T•R•O” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 43 u t-trade mark verbali nazzjonali “BRAVO, MAESTRO!” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 43.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade marks kunfliġġenti ma għandhomx karattru distintiv u/jew għandhom karattru purament deskrittiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/40


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2010 — France Télécom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/10)

()

2010/C 234/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. van der Woude u D. Gillet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2009) 7426 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009 (1), li tiddikjara li l-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku ta’ EUR 59 miljun, mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil grupp ta’ impriżi għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija (proġett THD 92) fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni żewġ motivi bbażati:

fuq ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-erba’ kriterji tal-ġurisprudenza Altmark f’dan il-każ, sa fejn:

il-proġett THD92 ma għandux għan ta’ interess ekonomiku ġenerali, iżda ta’ kompetittività tad-dipartiment tal-Hauts-de-Seine bħala ċentru tal-affarijiet internazzjonali;

il-proġett THD92 jintervjeni f’“żona sewda” u ma jirrispondix għal falliment tas-suq u

il-kumpens ta’ EUR 59 miljun huwa sproporzjonat u ġie attribwit abbażi ta’ kriterji ta’ għażla mhux magħrufa minn qabel;

fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, peress li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti meta ma fetħitx il-proċedura formali ta’ eżami u b’dan il-mod ipprekludiet lir-rikorrenti mill-possibbiltà li ssostni l-perspettiva tagħha bħala parti terza interessata.


(1)  Għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2010 — Thomas Ax vs Il-Kunsill

(Kawża T-259/10)

()

2010/C 234/75

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Ax (Neckargemünd, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Baumann, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta r-Regolament (EU) Nru 407/2010 (1).

Insostennn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li, fost l-oħrajn, l-għajnuna awtorizzata bir-regolament ikkontestat tikser il-projbizzjoni li jiġu assunti u li tittieħed responsabbiltà għall-impenji tal-Istati Membri l-oħra kif prevista fl-Artikolu 125 TFUE.

Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 407/2010 ma għandux bażi legali fl-Artikolu 122 TFUE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Istati Membri affettwati mill-attakki spekulattivi ma humiex serjament mhedda minn diffikultà serja fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, id-diffikultajiet konsegwenti tal-attakki spekulattivi ma joriġinawx minn ċirkustanzi eċċezzjonali li l-Istati Membri ma għandhomx kontroll fuqhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010, tal-11 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, p. 1).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/42


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Land Wien vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/10)

()

2010/C 234/76

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Land Wien (rappreżentant: W.-G. Schärf, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2010;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), peress li ma bagħtitx lir-rikorrent d-dokumenti kollha dwar il-kostruzzjoni tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta’ Mochovce li ntalbu minnu, u, għalhekk, naqset milli taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, u konsegwentement kisret il-paragrafu 3 tar-Regolament Nru 1049/2001;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mil-Land Wien fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li permezz tagħha ġiet imwaqqfa l-proċedura relatata mal-ilment tiegħu kontra t-tlestija tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta’ Mochovce fis-Slovakkja. Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkontesta l-fatt li l-Kummissjoni ma bagħtitx id-dokumenti kollha li huwa talab relatati mal-kostruzzjoni tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta’ Mochovce u, b’dan il-mod, hija naqset milli tieħu azzjoni fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-fatt li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni tagħha tal-25 ta’ Marzu 2010, kisret id-Direttiva 2003/35/KE (2) u d-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tat-talba tiegħu għal informazzjoni, ir-rikorrent jiddikjara li t-trattament mhux xieraq li ngħatalu jikser l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, hemm ukoll ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001.

Ir-rikorrent isostni wkoll li peress li naqset milli tieħu azzjoni fir-rigward tal-ilment u tat-talba għal informazzjoni, il-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha li tieħu azzjoni pprovduti fit-Trtttat KEFA u kif stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2009, Kawża C-115/08, ČEZ (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2010 — LIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/10)

()

2010/C 234/77

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LIS GmbH Licht Impex Service (Mettmann, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-P. Langenkamp, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2198 finali, tat-12 ta’ April 2010, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjoni ta’ bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li, meta applikat l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 84/96 (1), il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sens u l-għan ta’ dan l-att u ma rrispettatx il-prinċipji bażiċi tal-loġika.

F’dan ir-rigward huwa indikat, fost argumenti oħra, li fil-każ ineżami qatt ma kien hemm sitwazzjoni ta’ dumping peress li n-nefqa tal-produzzjoni kienet inqas mill-prezz tal-esportazzjoni mħallas u peress li impriża Ġermaniża kienet sussegwentement offriet dan l-istess prodott bi prezz inqas mill-prezz tal-esportazzjoni inizjali Ċiniż.

Barra minn hekk, huwa allegat li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prodotti inkwistjoni ma kinux bozoz li jiffrankaw l-elettriku fis-sens tal-miżura.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, għall-kuntrarju tal-fehma tal-Kummissjoni, ma kienx hemm lok li toġġezzjona għall-klassifikazzjoni tal-prodott magħmula mill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi peress li ma kien hemm ebda intestatura oħra li taħtha seta’ jiġi inkluż il-prodott.

Barra minn hekk, hija ssostni li l-Kummissjoni injorat il-fatt li, fil-każ ineżami, f’ebda mument ma kien hemm riskju li tinħoloq ħsara għall-Komunità peress li r-rikorrenti kienet l-unika operatriċi fl-Ewropa kollha li kienet tikkummerċjalizza dawn il-prodotti tad-dawl u, għalhekk, ma kienx jeżisti produttur ieħor vulnerabbli.

Fl-aħħar nett, huwa allegat li, għall-finijiet tat-talba għar-rimbors, huwa irrilevanti l-fatt li fil-prattika l-marġni ta’ dumping ma kienx tneħħa; li huwa importanti huwa li tali marġni ta’ dumping qatt ma kien jeżisti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/10)

()

2010/C 234/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Zelenko u O. d’Ormesson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni kkontestata u/jew il-mandat ta’ spezzjoni tas-6 ta’ April 2010;

tannulla kull azzjoni meħuda li toriġina mill-ispezzjonijiet li saru abbażi ta’ din id-deċiżjoni u tal-mandat irregolari;

tordna, b’mod partikolari, l-għoti lura tad-dokumenti kollha ssekkwestrati fil-kuntest tal-ispezzjonijiet imwettqa, taħt il-piena li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni futura tal-Kummissjoni dwar il-mertu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża r-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1984/4, tat-23 ta’ Marzu 2010, li tordna lil Suez Environnement, kif ukoll lill-impriżi kollha kkontrollati minnha, inkuża Lyonnaise des eaux France, sabiex jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, meħuda fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE dwar il-kuntratti għal provvista ta’ servizzi ta’ ilma u ta’ trattament tal-ilma (1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti isostnu tliet motivi bbażati fuq:

ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u, b’mod partikolari, tad-dritt għar-rispett ta’ domiċilju, peress li r-rikorrenti ma ġew innotifikati bl-ebda awtorizzazzjoni ġuridika nazzjonali u għalhekk iċċaħħdu minn kwalunkwe garanzija fundamentali bħall-aċċess għal qorti matul it-twettiq tal-ispezzjonijiet u l-possibbilta li jużaw il-mezzi ta’ rikors ordinarji kontra tali awtorizzazzjoni;

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha terminu ta’ validita illimitat u peress li għandha kamp ta’ applikazzjoni estremament wiesgħa;

minħabba li l-mandat ta’ spezzjoni li jinsab flimkien mad-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma għandhux garanziji suffiċjenti ta’ imparzjalità u ta’ oġġettività, sa fejn intagħżlu aġenti tal-Kummissjoni li kienu diġà eżaminaw informazzjoni kunfidenzjali trażmessa lill-Kummissjoni mir-rikorrenti Lyonnaise des eaux France fil-kuntest ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni.


(1)  Każ COMP/B-1/39.756.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/44


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — mPAY24 GmbH vs UASI — ULTRA d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (MPAY 24)

(Kawża T-275/10)

()

2010/C 234/79

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: Dr. H. G. Zeiner u S. Di Natale, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ULTRA d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 1102/2008-1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk issir intervenjenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “MPAY 24” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2601656

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ċċitata fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunjijiet assoluti għal rifjut, skont l-Artikoli 52(1)(a), 7(1)(b), 7(1)(ċ) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, u, konsegwentement, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija annullata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja hija invalida

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-artikoli japplikaw għat-trade mark Komunitarja kkontestata. B’mod partikolari, l-Ewwel Bord tal-Appell: (i) żbalja meta annulla d-deċiżjoni preċedenti tat-Tieni Bord, tal-Appell tal-21 ta’ April 2004, li tirrigwarda l-istess suġġett u li hija bbażat fuq l-istess motivi; u (ii) żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja kkontestata hija deskrittiva għall-prodotti u servizzi inkwistjoni u mhijiex ta’ karattru distintiv.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta annulla t-trade mark Komunitarja kkontestata għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38 fuq il-bażi biss ta’ suppożizzjonijiet dubbjużi u mhux sostnuti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/45


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)

(Kawża T-276/10)

()

2010/C 234/80

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Coto De Rioja, S.A. [Oyón (Alava), Spanja] (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz, J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: María Álvarez Serrano [Gomariz Leiro, (Orense) Spanja]

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-28 ta’ April 2010, fil-Każ R 1020/2008-4 u, għaldaqstant, tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 2 631 828, għal prodotti fil-klassi 33, li tinkludi l-element verbali “COTO DE GOMARIZ”, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “COTO DE GOMARIZ” (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 631 828), għal prodotti fil-klassi 33 “inbejjed”.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: María Álvarez Serrano

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: EL COTO DE RIOJA S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark verbali Komunitarja “COTO DE IMAZ” (Nru 339 333), għal prodotti fil-klassijiet 29, 32 u 33; u trade marks magħrufa Spanjoli “EL COTO” u “COTO DE IMAZ”, għal “inbejjed”.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tal-istess regolament.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/45


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2010 — K-Mail Order vs UASI — IVKO (MEN’Z)

(Kawża T-279/10)

()

2010/C 234/81

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K-Mail Order GmbH & Co. KG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Zeiher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH (Baar-Wanderath, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 746/2009-1;

tilqa’ l-oppożizzjoni magħmula fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata, u sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva MEN’Z għal prodotti fil-klassijiet 9, 14 u 18.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: l-isem kummerċjali “WENZ” użat fil-kummerċ fil-Ġermanja għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) flimkien mal-Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) u tal-Artikolu 76(1) inkwantu l-isem kummerċjali tar-rikorrenti ma huwiex rilevanti biss lokalment


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/46


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (ANEURYSMCONTROL)

(Kawża T-280/10)

()

2010/C 234/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1433/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ANEURYSMCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (APPETITECONTROL)

(Kawża T-281/10)

()

2010/C 234/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1433/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “APPETITECONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (STOMACONTROL)

(Kawża T-282/10)

()

2010/C 234/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1434/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “STOMACONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (BMICONTROL)

(Kawża T-283/10)

()

2010/C 234/85

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1435/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BMICONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (IMPLANTCONTROL)

(Kawża T-284/10)

()

2010/C 234/86

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: Milux)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ April 2010, fil-Każ R 1433/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “IMPLANTCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għall-fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex biżżejjed karattru distintiv inerenti


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/49


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Milux vs UASI (CHEMOCONTROL)

(Kawża T-285/10)

()

2010/C 234/87

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lusseumburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ April 2010 fil-Każ R 1444/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CHEMOCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/49


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Unilever España and Unilever vs UASI — Med Trans G. Poulias-S. Brakatselos (MED FRIGO S.A.)

(Kawża T-287/10)

()

2010/C 234/88

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unilever España S.A. u Unilever N.V. (Barcellona, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell:“Med Trans” G. Poulias-S. Brakatselos A.E. (Patra, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ April 2010 fil-Każ R 1025/2009-2;

tordna lid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ikompli jeżamina l-provi u jevalwa l-applikabbiltà tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata, u tiddeċiedi l-kawża;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva MED FRIGO S.A. għal prodotti u servizzi fil-klassi 39

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 112534 tat-trade mark verbali “FRIGO”, għal prodotti fil-klassi 30; Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 123204 tat-trade mark figurattiva “Frigo”, għal prodotti fil-klassi 30; Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 434378 tat-trade mark figurattiva “Frigo”, għal prodotti fil-klassi 30; Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 767539 tat-trade mark figurattiva “Frigo”, għal prodotti fil-klassi 30; Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 2148274 tat-trade mark figurattiva “Frigo” għal prodotti fil-klassi 30; Ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 60893 tat-trade mark verbali “FRIGO S.A.” għal “impriżi ta’ manifattura u produzzjoni tal-ġelat u prodotti mill-ħalib”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell qies b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma ppreżentatx il-provi kollha neċessarji tal-eżistenza, tal-validità u tal-iskop tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti tagħha li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni; ksur tar-Regola 19(3) flimkien mar-Regola 98(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li t-traduzzjonijiet ippreżentati mir-rikorrenti ma kienux suffiċjentement ċari u strutturati.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/50


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — Sports Warehouse GmbH vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

(Kawża T-290/10)

()

2010/C 234/89

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Warehouse GmbH (Schutterwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ April 2010, fil-Każ R 1259/2009-1;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 7536899 għat-trade mark “TENNIS WAREHOUSE”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TENNIS WAREHOUSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li t-trade mark ma għandhiex karattru deskrittiv u peress li ġie injorat il-kunċett ta’ disponibbiltà, kif ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/51


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2010 — Martin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/10)

()

2010/C 234/90

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Martin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: U. O’Dwyer, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti tal-4 ta’ Marzu 2010 għall-aċċess għad-dokumenti;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-termini meqjusa bħala adattati mill-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010, fejn din tal-aħħar naqset li tirrispondi għall-applikazzjoni konfermatorja għall-aċċess għad-dokumenti tar-rikorrenti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1049/2001 li tistabbilixxi mill-ġdid l-aċċess għad-dokumenti li ntalab fit-22 ta’ Diċembru 2009 qabel id-data ta’ skadenza tal-20 ta’ April 2010.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:

In-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni sad-data ta’ skadenza tal-20 ta’ April 2010 imposta fuqha mir-Regolament 1049/2001, jikkostitwixxi rifjut impliċitu tal-applikazzjoni konfermatorja għall-aċċess għad-dokumenti tal-4 ta’ Marzu 2010 tar-rikorrenti u din tikser l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament u l-Artikolu 296 TFEU minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni għar-rifjut.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010 — Camara vs Il-Kunsill

(Kawża T-295/10)

()

2010/C 234/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kerfalla Person Camara (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea (1) sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati taħt l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni tliet motivi bbażati:

fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi inkluda lir-rikorrent fuq il-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati;

fuq ksur tal-Artikolu 215(3) TFUE peress li r-regolament ikkontestat ma jinkludi l-ebda garanzija ġuridika, b’mod partikolari proċedurali;

fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-regolament ikkontestat jikser (i) il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi jsemmi l-isem tar-rikorrent fuq il-lista tal-persuni ssanzjonati minħabba l-oriġini soċjali tagħom, (ii) id-drittijiet tad-difiża billi ma jipprovdix proċedura sabiex jiġu kkomunikati lir-rikorrent il-provi li hemm kontrih, (iii) id-dritt għal rikors ġuridiku effettiv, peress li l-Kunsill ma informax lir-rikorrent bil-mezzi ta’ rikors, u (iv) id-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrent.


(1)  ĠU L 346, p. 26.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2010 — Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

(Kawża T-299/10)

()

2010/C 234/92

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Babcock Noell GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Werner u C. Ebrecht, avukati)

Konvenuta: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti F4E-2009-OPE-053 (MS-MG) li jiġu eliminati l-offerti tar-rikorrenti — erba’ offerti separati għal-lottijiet A, B, Ċ u D — mill-proċedura;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-2 ta’ Lulju 2010 fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti F4E-2009-OPE-053 (MS-MG) li l-kuntratt jingħata lill-offerent rebbieħ;

tordna lill-konvenuta sabiex tikkanċella s-sejħa għal offerti F4E-2009-OPE-053 (MS-MG) u sabiex toħroġ sejħa ġdida għal offerti għall-provvista ta’ pakketti ta’ kojls tal-kamp torojdali ITER (ITER Toroidal Field Coils Winding Packs);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

L-ewwel nett, hija ssostni li d-deċiżjonijiet li jeliminaw l-offerti tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta huma bi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u fihom żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-offerti ma kellhomx emendi sostanzjali (“45 devjazzjonijiet”) għall-kuntratt mudell, kif allegat mill-konvenuta, imma fil-fatt kellhom biss lista li fiha kien hemm diversi proposti dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu nnegozjati. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ prattika amministrattiva tajba u trasparenza fit-teħid ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bi ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali tal-offerenti kollha peress li l-konvenuta, fil-kors tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ma rrimedjatx għall-fatt li l-offerent rebbieħ kellu vantaġġ sinjifikattiv ta’ informazzjoni meta fformula l-offerta tiegħu, billi kien wettaq xogħlijiet għall-konvenuta u għal entitajiet oħra qabel il-proċedura. Barra minn hekk, hija ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bi ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, peress li l-konvenut ma għamilx disponibbli lill-applikant l-informazzjoni kollha dwar iċ-ċirkustanzi u l-isfond fattwali tad-deċiżjoni tagħha li ma tiżvelax informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ta’ informazzjoni tal-offerent rebbieħ.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bi ksur tal-Artikolu 84(a) tar-Regolament Finanzjarju (1), peress li l-offerent rebbieħ kien suġġett għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-kuntratt li ser jingħata.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 93 u 100(2)(h) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni (2), peress li d-deċiżjoni tal-konvenuta għall-għoti tal-kuntratti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-2009-OPE-053 (MS-MG) ittieħdet wara proċedura miftuħa, minflok proċedura kompetittiva ta’ djalogu kompetittiv jew proċedura nnegozjata.

Il-ħames nett, hija ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bi ksur tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (3) (li japplika għal din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti permezz ta’ analoġija), peress li t-termini u l-kundizzjonijiet użati fil-kuntratt mudell tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti fil-proċedura huma kuntrarji għall-liġi Spanjola applikabbli u jikkwalifikaw bħala li għandhom l-effett li joħolqu ostakli mhux ġustifikati għall-ftuħ tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għall-kompetizzjoni.

Is-sitt nett, ir-rikorrenti ssostni li meta għamlet użu minn rekwiżiti vagi u mhux ċari fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ trasparenza u injorat id-dispożizzjoni fl-Artikolu 116(1) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni.

Fl-aħħar nett, hija tallega li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali billi applikat kriterji għall-għoti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti fir-rigward tal-proċedura preżenti li huma vagi u mhux trasparenti u li ma jirreferux għas-suġġett tal-kuntratt, iżda għall-kwalifika u l-għażla tal-offerent.


(1)  Deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 tal-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni li adottat ir-Regolament Finanzjarju

(2)  Deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 tal-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni li adottat ir-Regoli ta’ Implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (Regoli ta’ Implementazzjoni)

(3)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisiti u għal servizzi], ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7. p. 132


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Bavaria vs Il-Kunsill

(Kawża T-178/06) (1)

()

2010/C 234/93

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Torres vs UASI — Torres de Anguix (A TORRES de ANGUIX)

(Kawża T-286/07) (1)

()

2010/C 234/94

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 06.10.2007.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Gourmet Burger Kitchen vs UASI (GOURMET BURGER KITCHEN)

(Kawża T-115/08) (1)

()

2010/C 234/95

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2010 — Al Shanfari vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-121/09) (1)

()

2010/C 234/96

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Centraal bureau voor de statistiek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/09) (1)

()

2010/C 234/97

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2010 — Prionics vs Il-Kummissjoni u EFSA

(Kawża T-112/10) (1)

()

2010/C 234/98

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Bergström vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-64/06) (1)

(Servizz pubbliku - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura bħala uffiċjali - Kandidati mniżżla fuq lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 234/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ragnar Bergström (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement minn T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja [rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti]

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-10 ta’ Awwissu 2005, li biha r-rikorrent, membru tal-persunal temporanju u li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali COM/A/3/02, ġie maħtur uffiċjal bi klassifikazzjoni A*6, skala 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 165, 15.07.2006, p. 36.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/55


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Lesniak vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati inklużi fuq lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad meta jsir ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 234/100

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christophe Lesniak (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’Awwissu 2005 li taħtar lir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A*10, skala 2, u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/99/A, bħala uffiċjal taħt prova kklassifikat fil-grad A*6, skala 2

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 178, 29.07.06, p. 43.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2010 — Kurrer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-139/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati inklużi f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 234/101

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B Driessen u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006, li permezz tagħha ir-rikorrent, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A7 (li sar A*8) u li għadda mill-Kompetizzjoni Ġenerali COM/A/3/03, inħatar uffiċjal bil-klassifikazzjoni A*6, skala 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u dan mingħajr ma nżammu l-punti ta’ mertu li kien ġemma bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjez tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.01.07, p. 39


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (qorti plenarja) tal-5 ta’ Mejju 2010 — Bouillez et vs Il-Kunsill

(Kawża F-53/08) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Interess ġuridiku - Deċiżjoni ta’ promozzjoni - Lista ta’ uffiċjali promossi - Eżami komparattiv tal-merti - Kriterju tal-livell tar-responsabbilitajiet eżerċitati - Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni - Bilanċ ta’ interessi)

2010/C 234/102

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Partijiet intervenjenti: Eliza Niniou u Maria-Béatrice Postiglione Branco, li jgħixu f’Schaerbeek (il-Belġju) u f’Kraainem (il-Belġju) rispettivament, (rappreżentanti: inizjalment irrapreżentati minn T. Bontinck u S. Woog, sussegwentement minn T. Bontinck, u S. Greco, avukati)

u

Maria De Jesus Cabrita u Marie-France Liegard, uffiċjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jgħixu fi Brussell, (il-Belġju), (rappreżentanti: inizjalment minn N. Lhoëst, sussegwentement minn N. Lhoëst u L. Delhaye, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AST 7 matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2007.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil V. Bouillez, lil K. Van Neyghem u lil I. Wagner-Leclercq għall-grad ta’ AST 7 matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2007 huma annullati.

(2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ V. Bouillez, K. Van Neyghem u I. Wagner-Leclercq huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Il-partijiet intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008, p. 35


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Frar 2010 — P vs Il-Parlament

(Kawża F-89/08) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Parlament Ewropew - Tkeċċija - Telf ta’ kunfidenza)

2010/C 234/103

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrenti titkeċċa bi preavviż ta’ tliet xhur u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009, p. 74


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2010 — Menghi vs ENISA

(Kawża F-2/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku)

2010/C 234/104

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Achille Menghi (Cagliari, l-Italja), (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: minn E. Maurage, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix ikkonfermat il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009, p. 53.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Mejju 2010 — Maxwell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Leave għal raġunijiet personali - Spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà għal ħtija - Arrikkiment indebitu)

2010/C 234/105

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta’ leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta’ “EU Senior Advisor” fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana, dannu kkawżat min-nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ A. Maxwell huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/58


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-78/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Rimbors tal-ispejjeż - Eċċezzjoni ta’ rimedju parallel - Inammissibbiltà manifesta)

2010/C 234/106

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minnu fil-Kawża T-18/04 u li għalihom il-konvenuta kienet ġiet ikkundannata tħallas permezz tas-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2008. Min-naħa l-oħra, talba ta’ kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009, p. 43


28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/58


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża F-34/10)

()

2010/C 234/107

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali mġarrab minnhom.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jirriżultaw mill-karta tas-salarju ta’ Frar 2010 tar-rikorrenti, li jżidu l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet, permezz taż-żieda fil-bażi tal-kalkolu (remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis) tal-imsemmija kontribuzzjoni, kif ukoll tal-koeffiċjent tal-kalkolu, espress bħala perċentwali tal-imsemmija remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis, min-naħa l-oħra;

tikkundanna lill-Bank sabiex iħallas EUR 1 simbolika, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.