ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.212.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
5 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2009-2010
Dati tas-seduti: 5 – 7 ta' Mejju 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 263 E, 5.11.2009.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/01

Rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fl-Ilment 185/2005/ELB
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew bħala segwitu għall-Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea fl-Ilment 185/2005/ELB (2009/2016(INI))

1

 

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/02

Emendi għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013) (COM(2009)0171 – C6-0508/2008 – 2008/2332(ACI))

3

ANNESS

4

2010/C 212E/03

L-ittikkettjar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-ittikkettjar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni

6

2010/C 212E/04

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira)

8

2010/C 212E/05

L-aġenda soċjali mġedda
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-aġenda soċjali mġedda (2008/2330(INI))

11

2010/C 212E/06

L-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (2008/2335(INI))

23

 

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/07

L-integrazzjoni bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (2008/2198(INI))

32

2010/C 212E/08

L-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona (2008/2063(INI))

37

2010/C 212E/09

L-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona (2008/2054(INI))

46

2010/C 212E/10

Il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova

54

2010/C 212E/11

Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2008/2336(INI))

60

2010/C 212E/12

L-impatt tat-Trattat ta’ Liżbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Liżbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea (2008/2073(INI))

82

2010/C 212E/13

Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta' Liżbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-iżvulupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta' Liżbona (2008/2120(INI))

94

2010/C 212E/14

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 b'talba lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (2008/2169(INI))

99

ANNESS

103

2010/C 212E/15

Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar REACH, fir-rigward tal-Anness XVII
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiki (REACH), fir-rigward tal-Anness XVII

106

2010/C 212E/16

Iran: Il-każ ta' Roxana Saberi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-Iran: Il-każ ta' Roxana Saberi

109

2010/C 212E/17

Il-qagħda fil-Madagaskar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-qagħda fil-Madagaskar

111

2010/C 212E/18

Il-każ ta' Manuel Rosales fil-Veneżwela
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-każ ta' Manuel Rosales fil-Veneżwela

113

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

2010/C 212E/19

L-iżvilupp ta’ żona tal-UE għall-ġustizzja kriminali
Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-iżvilupp ta’ żona tal-UE għall-ġustizzja kriminali (2009/2012(INI))

116

 

OPINJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/20

Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-Olimpijadi Speċjali fl-Unjoni Ewropea

123

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/21

It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2009/2021(IMM))

124

2010/C 212E/22

It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi (2009/2020(IMM))

125

 

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/23

In-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti

126

2010/C 212E/24

In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali

136

2010/C 212E/25

Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tal-petizzjonijiet
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tal-petizzjonijiet (2006/2209(REG))

140

2010/C 212E/26

Reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (2007/2124(REG))

145

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/27

Emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur (COM(2008)0336 – C6-0247/2008 – 2008/0108(CNS))

162

2010/C 212E/28

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0150 – C6-0115/2009 – 2009/2033(ACI))

165

ANNESS

166

2010/C 212E/29

L-Irkupru tal-fwar tal-petrol waqt il-forniment mill-ġdid tal-karburant tal-karozzi fi stazzjonijiet tas-servizz ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istadju II ta' rkupru tal-fwar tal-petrol waqt il-forniment mill-ġdid tal-karburant tal-karozzi għall-passiġġieri fi stazzjonijiet tas-servizz (COM(2008)0812 – C6-0470/2008 – 2008/0229(COD))

168

P6_TC1-COD(2008)0229Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

168

2010/C 212E/30

Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (COM(2008)0469 – C6-0295/2008 – 2008/0160(COD))

169

P6_TC1-COD(2008)0160Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

169

2010/C 212E/31

Il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi (COM(2008)0543 – C6-0391/2008 – 2008/0211(COD))

170

P6_TC1-COD(2008)0211Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi

170

ANNESS I

201

ANNESS II

202

ANNESS III

202

ANNESS IV

203

ANNESS V

219

ANNESS VI

219

ANNESS VII

226

ANNESS VIII

226

ANNESS IX

227

2010/C 212E/32

It-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur ***I
Riżoluzzjoni legislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (COM(2008)0134 – C6-0142/2008 – 2008/0055(COD))

228

P6_TC1-COD(2008)0055Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' penali għal ksur

229

2010/C 212E/33

Ittikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0778 – C6-0412/2008 – 2008/0222(COD))

229

P6_TC1-COD(2008)0222Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

230

ANNESS I

242

ANNESS II

243

2010/C 212E/34

L-estimi tal-Parlament Ewropew għall-2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2010 (2009/2006(BUD))

244

 

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/35

Taħsir ta' direttiva u ta' 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0088 – C6-0094/2009 – 2009/0022(CNS))

249

2010/C 212E/36

Taħsir ta' erbatax–il Regolament li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jħassar 14-il Regolament li m'għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0089 – C6-0095/2009 – 2009/0024(CNS))

249

2010/C 212E/37

L-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS))

250

2010/C 212E/38

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (9126/2009 – C6-0156/2009 – 2009/2039(BUD))

258

2010/C 212E/39

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (9127/2009 – C6-0157/2009 – 2009/2040(BUD))

259

2010/C 212E/40

L-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-pożizzjoni komuni adotatta mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (16497/1/2008 – C6-0068/2009 – 2007/0248(COD))

260

P6_TC2-COD(2007)0248Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika ur-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet dwar għall-protezzjoni tal-konsumatur

261

ANNESS

261

2010/C 212E/41

Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (16496/1/2008 – C6-0066/2009 – 2007/0247(COD))

262

P6_TC2-COD(2007)0247Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

263

ANNESS

307

2010/C 212E/42

L-Grupp ta' Regolaturi Ewropew fit-Telekomunikazzjonijiet (BEREC) u l-Uffiċċju ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropew fit-Telekomunikazzjonijiet (GRET) (16498/1/2008 – C6-0067/2009 – 2007/0249(COD))

309

P6_TC2-COD(2007)0249Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju

309

2010/C 212E/43

Il-firxiet ta' frekwenza għal komunikazzjonijiet mobbli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali terrestri pubbliċi pan-Ewropej fil-Komunità (COM(2008)0762 – C6-0452/2008 – 2008/0214(COD))

310

P6_TC1-COD(2008)0214Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

310

2010/C 212E/44

Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għal rashom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636 – C6-0341/2008 – 2008/0192(COD))

311

P6_TC1-COD(2008)0192Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE tal-Kunsill

312

2010/C 212E/45

L-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2008)0867 – C6-0518/2008 – 2008/0267(COD))

320

P6_TC1-COD(2008)0267Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

320

2010/C 212E/46

Programm ta' rkupru ekonomiku: proġetti fil-qasam tal-enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità għall-proġetti fil-qasam tal-enerġija (COM(2009)0035 – C6-0049/2009 – 2009/0010(COD))

321

P6_TC1-COD(2009)0010Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

322

ANNESS

322

2010/C 212E/47

Id-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, iskoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602 – C6-0339/2008 – 2008/0191(COD))

323

P6_TC1-COD(2008)0191Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

323

2010/C 212E/48

Programm Komunitarju għas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' programm Komunitarju biex jappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-ivverifikar (COM(2009)0014 – C6-0031/2009 – 2009/0001(COD))

324

P6_TC1-COD(2009)0001Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika

325

ANNESS

325

2010/C 212E/49

Il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (COM(2008)0553 – C6-0451/2008 – 2008/0180(CNS))

326

 

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009

2010/C 212E/50

Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 permezz tat-tneħħija tal-finanzjament ta' ċerti azzjonijiet Komunitarji u l-bidla tal-limiti għall-finanzjament tagħhom (COM(2009)0067 – C6-0070/2009 – 2009/0026(COD))

347

2010/C 212E/51

L-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0815 – C6-0477/2008 – 2008/0244(COD))

348

P6_TC1-COD(2008)0244Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-lqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil (tfassil mill-ġdid)

349

ANNESS I

365

ANNESS II

366

ANNESS III

367

2010/C 212E/52

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0820 – C6-0474/2008 – 2008/0243(COD))

370

P6_TC1-COD(2008)0243Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid)

371

ANNESS I

401

ANNESS II

401

2010/C 212E/53

L-istabbiliment ta' Eurodac għall-paragun tal-marki tas-swaba' (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-7 ta' Mejju 2009 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Eurodac għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0825 – C6-0475/2008 – 2008/0242(COD))

404

P6_TC1-COD(2008)0242Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Eurodac għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] (Tfassil mill-ġdid)

405

ANNESS I

426

ANNESS II

426

ANNESS III

426

2010/C 212E/54

Il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (COM(2009)0066 – C6-0071/2009 – 2009/0027(COD))

428

P6_TC1-COD(2009)0027Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil

429

2010/C 212E/55

Ftehim bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-liġi applikabbli fl-obbligi kuntrattwali u nonkuntrattwali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-liġi applikabbli fl-obbligi kuntrattwali u nonkuntrattwali (COM(2008)0893 – C6-0001/2009 – 2008/0259(COD))

453

P6_TC1-COD(2008)0259Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi dwar materji partikolari li jikkonċernaw il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali

453

2010/C 212E/56

Programm ta' kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma' nies professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ MEDIA Mundus ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma' nies professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ MEDIA Mundus (COM(2008)0892 – C6-0011/2009 – 2008/0258(COD))

454

P6_TC1-COD(2008)0258Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma' professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ (MEDIA Mundus)

454

2010/C 212E/57

Ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (COM(2009)0121 – C6-0097/2009 – 2009/0042(COD))

455

P6_TC1-COD(2009)0042Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità

455

2010/C 212E/58

Ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment (COM(2008)0894 – C6-0035/2009 – 2008/0266(CNS))

456

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2009-2010 Dati tas-seduti: 5 – 7 ta' Mejju 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 263 E, 5.11.2009. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/1


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
Rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fl-Ilment 185/2005/ELB

P6_TA(2009)0340

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew bħala segwitu għall-Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea fl-Ilment 185/2005/ELB (2009/2016(INI))

2010/C 212 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali indirizzat mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 195(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew għal Imġiba Amministrattiva Tajba, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0201/2009),

A.

billi, skont il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età kif imħaddan fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tal-liġi Komunitarja,

B.

billi d-differenza fil-mod kif wieħed jiġi trattat minħabba l-età tikkostitwixxi diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, għajr jekk dik id-differenza fit-trattament tkun iġġustifikata oġġettivament u l-mezzi biex tinkiseb ikunu xierqa u meħtieġa,

C.

billi, skont l-Ombudsman, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tiġġustifika b’mod xieraq it-trattament tagħha tal-interpreti tal-konferenza awżiljari li għandhom iktar minn 65 sena, u qed tkompli timxi mal-politika kurrenti tagħha dwar ir-reklutaġġ tal-interpreti tal-konferenza awżiljari,

D.

billi l-Ombudsman iqis li dan jikkostitwixxi każ ta’ amministrazzjoni ħażina,

E.

billi r-responsabilità tal-Parlament bħala l-uniku korp elett tal-Unjoni hija li jissalvagwardja u jipproteġi l-indipendenza tal-Ombudsman Ewropew fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu lejn iċ-ċittadini Ewropej u li jimmoniterja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu,

1.

Iħaddan il-kummenti kritiċi tal-Ombudsman Ewropew u r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-politika tal-Kummissjoni dwar ir-reklutaġġ ta’ interpreti tal-konferenza awżiljari li għandhom iktar minn 65 sena;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-politika kurrenti tagħha li timponi projbizzjoni effettiva fuq ir-reklutaġġ ta’ interpreti tal-konferenza awżiljari li għandhom iktar minn 65 sena; imma, madankollu, ma jqisx li huwa l-każ li jingħata kumpens fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ;

3.

Jinnota li l-Parlament, wara li rċieva abbozz ta’ rakkomandazzjoni simili mill-Ombudsman, aġixxa minnufih billi biddel il-prattika tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ ta’ interpreti tal-konferenza awżiljari li għandhom iktar minn 65 sena u interpreta r-regoli applikabbli b’tali mod li ma jwassalx għal diskriminazzjoni;

4.

Iqis li l-fatt li jinbidlu r-regoli applikabbli u li titneħħa d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età fil-proċess ta’ reklutaġġ ma jobbligax lil istituzzjoni Ewropea biex tirrekluta interpreti tal-konferenza awżiljari li għandhom iktar minn 65 sena, imma, jekk bidla bħal din kellha tkun implimentata, jagħmel ir-regoli tal-Kummissjoni konformi mal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, iqis li minħabba n-nuqqas ta’ interpreti ta’ lingwi uffiċjali speċifiċi, dan se jtejjeb il-kapaċità tal-istituzzjoni li tiżgura l-aħjar servizz possibbli, kif intwera fil-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem flimkien mal-Parlament biex jiġu riveduti r-regoli applikabbli għar-reklutaġġ ta’ interpreti tal-konferenza awżiljari u persunal ieħor, sabiex jiżguraw li jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-Ombudsman.


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/3


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Emendi għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

P6_TA(2009)0354

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013) (COM(2009)0171 – C6-0508/2008 – 2008/2332(ACI))

2010/C 212 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0171),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-Punti 21, 22 u 23 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta' Nofs iż-Żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (2) u tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-Linji Gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2010 (3),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tat-Trijalogu li sar fit-2 ta' April 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0278/2009),

1.

Japprova l-konklużjonijiet tat-Trijalogu tat-2 ta' April 2009;

2.

Jenfasizza li l-ftehima li ntlaħqet dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali hija r-riżultat tal-koperazzjoni interistituzzjonali li saret b'suċċess bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika li għaddejjin minnha l-Istati Membri, permezz tal-promozzjoni tas-solidarjetà fil-qasam tar-riżorsi tal-enerġija u permezz tal-iżvilupp li sar għall-broadband fiż-żoni rurali kif ukoll l-appoġġ għas-settur agrikolu;

3.

Ifakkar li b'din il-ftehima l-Parlament, fil-kapaċità doppja tiegħu ta' awtorità leġiżlattiva u baġitarja, ipproteġa l-prijoritajiet eżistenti tiegħu, kif għamel matul il-proċedura baġitarja tal-2008 meta ntlaħqet ftehima dwar il-finanzjament tal-Galileo;

4.

Jaqbel mal-kompromess politiku li jipprevedi mekkaniżmu ta' kumpens ippjanat għall-proċedura baġitarja tal-2010, kif ukoll - imma jekk ikun meħtieġ biss - għall-proċedura baġitarja tal-2011; ifakkar li, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni waqt it-Trijalogu tat-2 ta' April 2009, il-mekkaniżmu ta' kumpens ikun mingħajr ħsara għall-pakketti finanzjarji tal-programmi kodeċiżi u l-proċedura baġitarja annwali u se jkun iffinanzjat billi jintużaw il-mezzi baġitarji kollha li huma previsti fil-qafas legali baġitarju;

5.

Itenni li d-defiċits u l-ammonti li baqgħu mhux utilizzati għad mhumiex solvuti minn dak li rriżulta min-negozjati tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u li dawn id-defiċits għandhom ikunu indirizzati fir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-2008-2009, kif previst fid-Dikjarazzjoni 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, kif ukoll huma u għaddejjin il-proċeduri baġitarji annwali, jekk possibbli permezz ta' aktar flessibilità u fi kwalunkwe każ bil-mezzi kollha previsti mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006; ifakkar, kif iddikjarat mill-Parlament fid-dikjarazzjoni unilaterali tiegħu waqt it-Trilogu tat-2 ta' April 2009, li l-Kummissjoni, fil-proċedura ta' reviżjoni ta' nofs iż-żmien għandha tinkludi l-prinċipji mniżżla fir-Riżoluzzjoni tiegħu adottata fil-25 ta' Marzu 2009;

6.

Javża kontra l-użu regolari tal-marġini taħt l-intestatura 2 biex jiġu ffinanzjati intestaturi oħrajn, peress li dan jista' jipperikola l-interessi tas-settur agrikulturali, fid-dawl tat-tnaqqis mhux mistenni fil-prezzijiet tas-suq;

7.

Jisgħobbih li l-ftehima mal-Kunsill intlaħqet biss xahrejn qabel ma ntemmet il-leġiżlatura, b'mod li tħalla anqas spazju għan-negozjati, u jiddispjaċih ukoll li din il-ħaġa qiegħdet lill-istituzzjonijiet taħt pressjoni, anke jekk fil-klima tas-soltu ta' koperazzjoni leali;

8.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0174.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0095 u 0096.


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
ANNESS

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2009

li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b'mod partikulari l-Punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni paragrafi, u 23 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tat-trilogu tat-2 ta' April 2009 l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar l-iffinanzjar, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku għall-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi u s-solidarjetà fl-enerġija, ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband, kif ukoll għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-“isfidi ġodda” ddefiniti fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riforma ta’ nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (“Il-Kontroll tas-Saħħa”). L-iffinanzjar jeħtieġ, bħala l-ewwel pass, li ssir reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007 - 2013 skont il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex l-ogħla limitu għas-sena 2009 għall-approprijazzjonijiet għall-impenji taħt is-sotto-intestatura 1a jitgħolla b'ammont ta' EUR 2 000 000 000 bil-prezzijiet attwali.

(2)

Iż-żieda fl-ogħla limitu tas-sotto-intestatura 1a se tkun ibbilanċjata totalment bit-tnaqqis tal-ogħla limitu għall-approprijazzjonjiet għall-impenji taħt l-intestatura 2 għas-sena 2009 bl-ammont ta’ EUR 2 000 000 000.

(3)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall- approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ser jiġu aġġustati. L-aġġustament ser ikun newtrali.

(4)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għalhekk għandha tiġi emendata (2),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni

Magħmul fi Strasburgu fis-6 ta' Mejju 2009,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall–Kunsill

Il-President

L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2009
ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 RIVEDUT GĦAL PJAN EWROPEW TA' RKUPRU EKONOMIKU (PREZZIJIET KOSTANTI 2004)

(miljuni ta' EUR - prezzijiet kostanti 2004)

STANZIAMENTI D’IMPEGNO

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

50 865

53 262

55 883

54 860

55 400

56 866

58 256

385 392

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 021

11 000

11 306

12 122

12 914

77 362

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 461

43 667

43 862

43 860

44 094

44 744

45 342

308 030

2.

Preservazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

52 205

53 379

52 528

51 901

51 284

367 944

li minnhom: nfiq marbut mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

29 305

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni  (3)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN TOTALI

117 277

122 683

123 370

123 862

124 167

125 643

127 167

864 169

bħala persentaġġ tal-GNI

1,08 %

1,09 %

1,07 %

1,05 %

1,03 %

1,02 %

1,01 %

1,048 %

APPROPRJAZZJONIJIET TA' ĦLAS TOTALI

115 142

119 805

110 439

119 126

116 552

120 145

119 391

820 600

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06 %

1,06 %

0,96 %

1,01 %

0,97 %

0,98 %

0,95 %

1,00 %

Marġni disponibbli

0,18 %

0,18 %

0,28 %

0,23 %

0,27 %

0,26 %

0,29 %

0,24 %

Limitu Massimu ta' Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNII

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehima msemmija hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet tal-2004.

(3)  In-nefqa għall-pensjonijiet inkluża fil-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata b'mod nett wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/6


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
L-ittikkettjar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni

P6_TA(2009)0357

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-ittikkettjar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni

2010/C 212 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz tal-ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra skont l-apparat tad-dar (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-ittikkettjar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-30 ta' Marzu 2009 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 bl-isem Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal (COM(2006)0545),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2008 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-energija (COM(2008)0778),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-5 ta' Mejju 2009 dwar id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-energija (tfassil mill-ġdid) (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(2) u (4)(b) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-għan ewlieni tad-Direttiva 92/75/KEE (id-Direttiva Qafas) kif dikjarat fl-Artikolu 1 tagħha hu li ‘li jippermetti l-armonizzazzjoni ta' miżuri nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni, b'mod partikolari b'mezzi ta' ittikkettjar u b'informazzjoni dwar il-prodott, b'informazzjoni dwar il-konsum ta' enerġija u dwar riżorsi essenzjali oħra, u b'informazzjoni addizjonali dwar ċertu tip ta' apparat tad-dar, u b'hekk tħalli lill-konsumaturi jagħżlu apparat aktar effiċjenti fl-enerġija”,

B.

billi d-Direttiva Qafas tgħid ukoll li ‘l-provvediment ta' informazzjoni preċiża, relevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku ta' enerġija ta' apparat tad-dar tista' tinfluwenza l-għażla tal-pubbliku favur dak l-apparat li jikkonsma inqas enerġija”,

C.

billi, kif muri fl-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-energija (SEC(2008)2862), it-tikketta oriġinali A-G, li kienet effettiva, serviet bħala mudell f'pajjiżi differenti madwar id-dinja, bħall-Brażil, iċ-Ċina, l-Arġentina, iċ-Ċilì, l-Iran, Iżrael u l-Afrika t'Isfel,

D.

billi t-televiżjoni huma apparat li jikkonsma ħafna enerġija, l-inklużjoni ta' din il-kategorija mal-iskema tal-ittikkettar tal-enerġija skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva Qafas, toffri potenzjal konsiderevoli biex tkun iffrankata l-enerġija,

E.

billi l-ittikkettar tal-enerġija ta' televiżjonijiet għandu jkun konsistenti kemm jista' jkun mal-iskemi tal-ittikkettar tal-enerġija stabbiliti għal apparat ieħor tad-dar,

F.

billi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni msemmija hawn fuq hemm li ‘Il-klassifikazzjonijiet tal-ittikkettar eżistenti se jkunu aġġornati u kklassifikati mill-ġdid kull ħames snin jew kull meta żviluppi teknoloġiċi ġodda jiġġustifikaw li jsir dan, fuq il-bażi ta' studji tal-ekodisinn, bil-għan li t-tikketta A tkun mogħtija lill-10-20 % fost l-apparat l-aktar effiċjenti”,

G.

billi, huwa essenzjali biex ikun hemm implimentazzjoni b'suċċess tal-iskema tal-ittikkettar tal-enerġija, li jiddaħħlu miżuri li jagħtu informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija ta' apparat tad-dar li tkun ċara, kompensiva, kumparabbli u faċli tiftiehem mill-konsumatur,

H.

billi l-fatt li l-konsumatur qed jagħżel li jixtri ammont akbar ta' apparat li jkun effiċjenti minflok apparat anqas effiċjenti se jżid id-dħul finanzjarju tal-produtturi tal-apparat,

I.

billi l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tad-disinn tat-tikketta tal-enerġija u tal-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija, tintroduċi bidla oħra billi żżid klassi A ġdida (pereżempju, A-20 %, A-40 %, A-60 %) li għandha l-possibilità li tħawwad aktar lill-konsumaturi, tfixkilhom milli jifhmu sew l-iskema tal-ittikkettar tal-enerġija u ddgħajjef il-kapaċità tagħhom li jagħżlu apparat li jkun aktar effiċjenti fl-enerġija,

J.

billi numru żgħir ta' bidliet tekniċi lit-tikketta jista' jwassal f'tikketta li tkun ferm aktar ċara u li tiftiehem aħjar mill-konsumaturi,

K.

billi l-evidenza turi li l-konsumaturi isibu l-iskala A-G ċara, imma l-Kummissjoni ma għamletx evalwazzjoni tal-impatt biex turi jekk il-klassi A-20 %, A-40 %, A-60 % flimkien mal-klassijiet inferjuri mingħajr klassifika jgħinux jew jiżgwidawx lill-konsumatur,

L.

billi r-riklassifikazzjoni tal-prodotti eżistenti fi skala magħluqa A-G partikolarment se tevita l-ħolqien ta' klassijiet inferjuri mingħajr klassifika li jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi,

M.

billi l-introduzzjoni ta' klassijiet ta' effiċjenza addizzjonali fit-tikketti eżistenti A-G, anke fil-każ ta' prodotti oħra, x'aktarx iżid il-konfużjoni dwar jekk il-klassi ‘A” tirrapreżentax prodott effiċjenti jew ineffiċjenti,

N.

billi din il-miżura ma sservix biex jintlaħaq l-għan tal-istrument bażiku li tkun provduta informazzjoni preċiża, relevanti u kumparabbli lill-konsumaturi,

O.

billi l-Kummissjoni ressqet proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva Qafas li tista' tintroduċi aktar bidliet li jista' jkollhom effett fuq il-miżuri implimentattivi proposti,

1.

Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz tad-direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-ittikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni;

2.

Jikkunsidra li din id-direttiva qafas tal-Kummissjoni mhijiex kumpatibbli mal-għan tal-istrument bażiku;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz tad-direttiva u tressaq oħra ġdida, ibbażata fuq l-iskala A-G, lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE malajr kemm jista' jkun, u definittivament mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009;

4.

Iqis id-disinn tat-tikketta bħala element essenzjali tad-direttiva tat-tikketta dwar l-enerġija, li għandu jkun deċiż bħala parti mir-reviżjoni u mir-riformulazzjoni attwali skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0345.

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/8


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira)

P6_TA(2009)0358

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira)

2010/C 212 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(b) tiegħu,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira) (CMTD(2009)0387 – D004766/01),

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-15 ta' April 2009 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 (“Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Istrument dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)”),

wara li kkunsidra l-'Evalwazzjoni Ġenerali ta' Azzjonijiet li Jżidu l-Għarfien Pubbliku dwar Kwistjonijiet ta' Żvilupp fl-Ewropea / Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp (Riferenza KE Nru 2007/146962. Rapport Finali),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-isfida tal-politika tal-UE dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp għall-Istati Membri l-ġodda (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra r-Regola 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fil-15 ta' April 2009, il-Kumitat tat-Tmexxija tad-DCI ivvota permezz ta' proċedura miktuba favur l-abbozz tal-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi Mhux Statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti fil-Mira) (CMTD(2009)0387 – D004766/01),

B.

billi, skont l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u l-Artikolu 1 tal-Ftehima tat-3 ta' Ġunju 2008 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, il-Parlament irċieva l-miżuri għall-implimentazzjoni tal-abbozz imressqa quddiem il-kumitat tat-tmexxija tad-DCI u r-riżultati tal-votazzjoni,

C.

billi l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li wieħed mill-objettivi tal-programm tematiku dwar atturi mhux statali u awtoritajiet lokali fl-iżvilupp huwa li ”jiżdied il-livell tal-għarfien taċ-ċittadin Ewropew dwar kwistjonijiet ta' żvilupp u jiġi mobilizzat appoġġ pubbliku attiv fil-Komunità u fil-pajjiżi li mexjin lejn l-adeżjoni favur it-tnaqqis tal-faqar u l-istrateġiji ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi msieħba”,

D.

billi ħdax-il Stat Membru qajmu tħassib fi ”Stqarrija Konġunta tal-Istati Membri dwar l-Atturi Mhux Statali u l-Awtoritajiet Lokali tad-DCI”, li ntbagħatet lill-Kummissjoni fid-19 ta' Marzu 2009, dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf il-finanzjament dirett (proċedura tal-”proġett fil-mira”) tal-proġetti TRIALOG u DEEEP (4), li huma proġetti li ilhom fis-seħħ mill-1998 u l-2003 rispettivament, u minflok tobbligahom jieħdu sehem f'sejħa għal proposti,

E.

billi l-”Istqarrija Konġunta' tal-ħdax-il Stat Membru, inklużi disa” Stati Membri ”ġodda”, twissi li ż-żmien tal-pjan tal-Kummissjoni li twaqqaf l-appoġġ dirett għat-TRIALOG u għad-DEEEP huwa l-”iżjed wieħed konvenjenti”, meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja attwali f'bosta Stati Membri ”ġodda” u l-effetti li għandha fuq il-kapaċità tal-NGOs li jaħdmu u li jiżviluppaw, u tesprimi tħassib li ”jista' jkun hemm lakuna fil-finanzjament li tista' tagħmel ħsara lil dawn il-proġetti billi tikkawża t-telf ta' staff ikkwalifikat kif ukoll ta' kompetenza u ta' netwerks li huma diġà stabbiliti”,

F.

billi tqajjem tħassib simili mill-President tal-Kumitat għall-Iżvilupp f'ittra bid-data tad-19 ta' Marzu 2009, li rrimarkat li ”l-kapaċità tal-informazzjoni u tal-bini fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp fl-Istati Membri l-ġodda, u l-edukazzjoni għall-iżvilupp għall-pubbliku Ewropew kienu prijoritajiet kostanti għall-kumitat”, li talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament ”kriterji oġġettivi u trasparenti li fuqhom tiddeċiedi liema attivitajiet u proġetti jikkwalifikaw għal finanzjament dirett”, u li talbet ukoll li ”l-implimentazzjoni ta' din il-miżura proposta tiġi posposta b'mill-inqas sena sabiex tiġi evitata l-possibilità ta' lakuni ta' finanzjament u biex jiġi evitat li titpoġġa f'riskju t-tkomplija ta' dawn il-proġetti”,

G.

billi l-”Evalwazzjoni Ġenerali tal-Azzjonijiet biex Titqajjem il-Kuxjenza Pubblika dwar il-Kwistjonijiet ta' Żvilupp fl-Ewropa / l-Edukazzjoni għall-Iżvilupp”, imsemmija hawn fuq, tikkonkludi li ”l-użu strateġiku ta” proġetti mmirati għen biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm tal-”Ko-finanzjament mal-NGOs Ewropej għall-Iżvilupp” u li d-”DEEEP kien mekkaniżmu importanti ta' koordinazzjoni biex jiżdied id-djalogu, jiġu promossi l-iskambju tal-aħjar prattiki u għall-bini ta' netwerks u sħubijiet fuq livell tal-UE u bejn pjattaformi nazzjonali u l-UE”, kif ukoll li ”l-kontribut tat-TRIALOG fit-titjib tad-djalogu u fil-bini tal-kapaċità fil-ħidma tiegħu mal-Istati Membri l-ġodda u mal-pajjiżi tal-adeżjoni kien effettiv”,

H.

billi l-programm TRIALOG jikkontribwixxi sabiex tiġi sodisfata l-ħtieġa, enfasizzata fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-ifida tal-politika tal-UE tal-koperazzjoni għall-iżvilupp għall-Istati Membri l-ġodda, għal strateġija ġenerali dwar il-komunikazzjoni u l-edukazzjoni sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' għarfien pubbliku tal-prijoritajiet tal-koperazzjoni għall-iżvilupp fl-Istati Membri l-ġodda, u l-programm DEEEP huwa t-tweġiba għall-appell tiegħu għal edukazzjoni u tqajjim ta' kuxjenza msaħħa dwar l-iżvilupp fl-edukazzjoni Ewropea msemmija fl-istess riżoluzzjoni,

I.

billi, skont il-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li talloka għotja diretta għall-proġett għat-“Tisħiħ tal-Kapaċitajiet Kubani ta' Maniġment”, li għandu jiġi implimentat mill-Fondazzjoni Ewropea tal-Iżvilupp tal-Maniġment; billi, skont il-Programm Tematiku tad-DCI għall-Atturi mhux statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp, il-proċedura tal-proġett immirati qatt ma ntużat qabel għal attivitajiet f'pajjiżi sħab,

J.

billi l-Kummissjoni sussegwentement ħarġet “Nota spjegattiva għall-kumitat DCI NSA-LA” (5) li fiha ċċarat il-kriterji tal-għażla għal azzjonijiet immirati, u spjegat li dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 168 tar-regoli Implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju (6), u li, b'mod partikulari, jistgħu jingħataw għotjiet lil “entitajiet b'monopolju de jure jew de facto” u “għal azzjonijiet b'karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikulari ta' entità minħabba l-kompetenza teknika, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni jew is-setgħa amministrattiva tagħha”,

1.

Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi mhux statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti Mmirati) (CMTD(2009)0387 – D004766/01) fil-forma attwali tagħha;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara l-kriterji biex tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' “monopolju de jure jew de facto”, minħabba li, fid-“Dikjarazzjoni Konġunta” tagħhom, il-11-il Stat Membru jsemmu li, mill-perspettiva tal-Istati Membri l-“ġodda”, sitwazzjoni ta' “monopolju de facto” għadha teżisti fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa madwar l-Ewropa mit-TRIALOG u mid-DEEEP;

3.

Jinsisti sabiex ikun hemm applikazzjoni miftuħa, trasparenti u diretta tal-kriterji għall-għoti ta' grants diretti għal proġetti mmirati sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd; jinsisti, għaldaqstant, li l-istess kriterji għandhom jiġu applikati għat-TRIALOG, għad-DEEEP u għall-proġett dwar it-“Tisħiħ tal-Kapaċitajiet Kubani ta' Maniġment”;

4.

Jinsisti li, permezz ta' programm strateġiku fuq livell Ewropew, għandu jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament kontinwu għall-attivitajiet fejjieda tal-promozzjoni tal-iskambji tal-aħjar prattiki, tal-bini tan-netwerks u ta' sħubijiet fuq livell tal-UE u bejn il-pjattaformi nazzjonali u l-UE, u sabiex jittejbu d-djalogu u l-kapaċità tal-bini fil-ħidma mal-Istati Membri ”ġodda” u mal-pajjiżi tal-adeżjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq djalogu mal-Parlament fil-kuntest tar-reviżjoni mistennija tagħha (7) tas-sistema tas-sejħiet għal proposti għall-Programmi Tematiċi; iqis li ma jkunx xieraq li wieħed jantiċipa r-rakkomandazzjonijiet għal modifiki jew titjib tas-sistema li jistgħu jirriżultaw mir-reviżjoni; jappella, għaldaqstant, sabiex l-arranġamenti attwali dwar l-azzjonijiet iffinanzjati direttament ma jinbidlux għal perjodu ta' 12-il xahar, u sabiex kull bidla fil-ġejjieni tirrifletti l-eżitu tal-proċess ta' reviżjoni u tiżgura li jkun hemm attivitajiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jkunu fuq żmien fit-tul, prevedibbli u sostenibbli;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadatta l-abbozz ta' deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi l-Programm Annwali ta' Azzjoni għall-2009 għall-Atturi mhux statali u għall-Awtoritajiet Lokali fl-Iżvilupp (Parti II: Proġetti Mmirati) (CMTD(2009)0387 – D004766/01) sabiex tinkludi proġetti fuq livell Ewropew sabiex iqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' żvilupp fl-UE mkabbra u sabiex ikun hemm skambju tal-edukazzjoni dwar l-iżvilupp fl-UE;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0097.

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(4)  DEEEP: ”Skambju dwar l-Edukazzjoni għall-Iżvilupp fl-Ewropa” - http://www.deeep.org/

TRIALOG: ”NGOs tal-Iżvilupp f'UE mkabbra”- http://www.trialog.or.at/start.asp?ID=96

(5)  AIDCO/F1/NC D(2009) tas-6.4.2009 (D004766-01-EN-02)

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom), Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(7)  Il-proċess ”Palermo II”


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/11


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
L-aġenda soċjali mġedda

P6_TA(2009)0370

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-aġenda soċjali mġedda (2008/2330(INI))

2010/C 212 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar aġenda soċjali mġedda: opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21 (COM(2008)0412) (Komunikazzjoni dwar l-Aġenda Soċjali Mġedda),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi indaqs għall-irġiel u għan-nisa (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-isfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar Impenn imġedded għal Ewropa soċjali: Insaħħu l-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u għall-Inklużjoni Soċjali COM(2008)0418,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 bit-titolu “In-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs: Impenn imġedded” (COM(2008)0420),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008)0800),

Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja” COM(2008)0635,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 t'Ottubru 2006 bit-titolu “Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tal-UE” (COM(2006)0574), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-futur tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u l-pensjonijiet: il-finanzjament tagħhom u x-xejra lejn l-individwalizzazzjoni (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 t'Ottubru 2007 bit-titolu “L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għal aktar ġustizzja soċjali u koeżjoni ekonomika: titmexxa ‘l quddiem l-inklużjoni attiva tan-nies l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol” (COM(2007)0620), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, fl-UE (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar kriterji komuni rigward riżorsi suffiċjenti u assistenza soċjali f'sistemi ta' ħarsien soċjali (6),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007 bit-titolu “Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà” (COM(2007)0359), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-Prinċipji Komuni tal-Flessigurtà (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titlu “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”- “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2007 bit-titolu “Inventarju tar-Realtà Soċjali - Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007” (COM(2007)0063) u riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-Inventarju tar-Realtà Soċjali (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 bit-titolu “Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd - Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd” (COM(2006)0249), u riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (9),

wara li kkunsidra r-risoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea (10), u d-definizzjoni ta' faqar fiha;

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ghall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali (2010) (11),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari għad-dispożizzjonijiet fiha fir-rigward tad-drittijiet soċjali, u għall-Artikolu 136 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2006 bit-titlu “Li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21” (COM(2006)0708),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2001 bit-titolu “Il-promozzjoni ta' qafas Ewropew għar-Responsabilità Soċjali Korporattiva” (COM (2001)0366) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 bit-titolu “L-implimentazzjoni tas-sħubija għat-tkabbir u l-impjiegi: nagħmlu l-Ewropa pilastru ta' eċċellenza dwar ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Impriżi” (COM(2006)0136); u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabilità soċjali tal-intrapriżi: sħubija ġdida (12),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar persuni bla djar li jgħixu fit-toroq (13),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tas-Sessi (A6-0241/2009),

A.

billi l-konsegwenza negattiva prinċipali għall-UE li tirriżulta mill-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali se tkun iż-żieda drammatika fl-għadd ta' persuni bla xogħol, li se teffettwa bl-aktar mod sever lill-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli; billi livelli ogħla ta' qgħad huma assoċjati maż-żieda fil-faqar, inugwaljanzi fis-saħħa, l-esklużjoni, il-kriminalità, l-insigurtà u n-nuqqas ta' fiduċja,

B.

billi, minkejja l-kriżi attwali, l-UE diġà ffaċċjat diffikultajiet bħala riżultat ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef, sitwazzjoni demografika splussiva u d-diffikultà tal-għajxien f'ekonomija dejjem aktar globalizzata,

C.

billi fl-2007, 15,2 % taċ-ċittadini tal-Unjoni f'etajiet bejn it-18 u l-24 sena telqu mill-iskola qabel iż-żmien,

D.

billi l-impjegar għadu ma jiggarantixxix rotta 'l barra mill-faqar għall-ħafna nies fl-UE, filwaqt li 8 % tal-persuna li jaħdmu kienu f'riskju ta' faqar fl-2006,

E.

billi fl-2006, 16 % taċ-ċittadini Ewropej kienu fir-riskju ta' faqar. Ġenituri waħidhom, persuni bla xogħol, persuni b'diżabilità, żgħażagħ u persuni anzjani huma vulnerabbli b'mod speċjali,

F.

billi n-nisa xorta għadhom qed jaffaċċjaw riskju ta' faqar ogħla mill-irġiel, minħabba fatturi bħad-dipendenza ekonomika tagħhom, id-diskrepanza tas-salarju bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol u l-preżenza akbar ta' nisa li għandhom impjiegi b'salarju baxx; billi dik is-sitwazzjoni żżid ir-riskju li l-faqar jkompli jinfirex fil-ġenerazzjonijiet li ġejjin,

G.

billi ż-żidiet fil-prezzijiet tas-snin reċenti kellhom effetti konsiderevoli fuq il-baġits tal-familji u affettwaw b'mod sproporzjonat lill-gruppi soċjali vulnerabbli,

H.

billi diversi studju (bħal Futur tar-Riċerka tax-xogħol tal-Fondazzjoni Russell Sage) juru li wieħed minn kull erba' ta' dawk li jaħdmu fl-aktar ekonomiji żviluppati fil-futur qarib jistgħu ikun qed jitħallsu ftit u jsibu lilhom rwieħhom f'riskju akbar ta' faqar; billi l-impjiegi b'salarju baxx huma simili ħafna fl-Istati Membri kollha, minħabba li sikwit jinvolvu relazzjoni tal-impjiegi mhux standard u l-istudji juru li l-ħaddiema b'ħiliet baxxi, il-part-timers, in-nisa, l-immigranti u l-ħaddiema żgħażagħ jinsabu f'riskju akbar, billi hemm it-tendenza li l-impjiegi b'salarju baxx jimxi minn ġenerazzjoni għall-oħra u billi dan jillimita l-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa tajba u kundizzjonijiet ta' għajxien bażiċi oħra,

I.

billi l-Artikolu 2 tat-Trattat KE jistipula li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-prinċipji fundamentali li fuqhom ġiet imsejsa l-Unjoni Ewropea,

J.

billi l-UE qed tiffaċċja bidla demografika li l-karatteristiċi l-iktar importanti tagħha huma ż-żieda fl-aspettattiva tal-ħajja u rata baxxa ta' fertilità, minkejja li xi pajjiżi qed juru sinjali li din ix-xejra qed tinqaleb,

K.

billi l-bidla demografika hija mistennija li twassal biex il-proporzjon tad-dipendenza fix-xjuħija jirdoppja sal-2050 bil-konsegwenzi rigward b'mod partikulari s-saħħa fiżika u mentali tal-popolazzjoni,

L.

billi b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni “Rapport Demografiku 2008: Nissodisfaw il-Ħtiġijiet Soċjali f'Soċjetà li qed Tixjieħ” (SEC(2008)2911), li jagħraf l-irwol ewlieni li għandu min jieħu ħsieb lil ħaddieħor b'mod informali fis-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-argumenti soċjali b'saħħithom għall-inklużjoni ta' min jieħu ħsieb lil ħaddieħor fit-tfassil tal-politika futura,

M.

billi l-effetti tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali mhumiex magħrufa bis-sħiħ iżda se jkun impossibbli li tintlaħaq il-mira tal-ħolqien ta' 5 miljun impjieg fl-UE bejn l-2008 u l-2009. billi reċessjoni ekonomika se twassal għal iktar qgħad u ċertament iktar faqar u se tippreżenta sfidi għall-mudelli soċjali Ewropej,

N.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika qed toħloq dejjem aktar qgħaq u nuqqas ta' sigurtà, tant li l-koeżjoni soċjali madwar l-UE tinsab fi stat ta' ansjetà sostanzjali bi ksur soċjali u tensjonijiet f'diversi Stati Membri,

O.

billi l-UE impenjat ruħha għall-għan tal-iżvilupp sostenibbli mil-lat soċjali u ambjentali, u billi l-oppurtunitajiet għall-ħolqien ta' impjiegi li jistgħu joħorġu minn dan l-impenn għandhom ikunu sfruttati bis-sħiħ,

P.

billi d-djalogu soċjali jista' jkun importanti biex tiġi indirizzata l-kriżi ta' fiduċja li qed tkun aggravata mill-kriżi ekonomika minħabba li ħafna nies fis-soċjetà tagħna huma beżgħana mill-futur, billi daqstantieħor trid tingħata prijorità lil dawk li diġà huma esklużi u li l-pożizzjoni attwali tagħhom qed tmur lura fil-kriżi attwali,

Q.

billi l-arranġamenti istituzzjonali aktar intervenzjonisti tal-UE, ikkaratterizzati minn ċertu grad ta' ridistribuzzjoni tad-dħul u mill-kunċett komuni ta' “Mudell Soċjali Ewropew”, għandhom effett pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol ta' miljuni ta' rġiel u nisa fis-setturi aktar żvantaġġati tas-swieq tax-xogħol tagħna,

R.

billi r-rispett għall-oqsfa legali u konvenzjonali nazzjonali, ikkaratterizzat mill-bilanċ bejn il-liġi tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi, li jirregolaw dawn il-mudelli huma prekundizzjoni għall-valuri armonizzati f'diversità ta' sistemi;

S.

billi fil-każ ta' relazzjoni tal-impjiegi mhux standard, ir-regoli u l-proċeduri definiti mill-imsieħba fin-negozjar kollettiv ma japplikawx,

T.

billi l-aġenda soċjali mġedda għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li politiki effettivi u effiċjenti jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-prosperità, u billi dan jista jgħin ukoll biex jerġa' jirbaħ l-appoġġ għall-UE li qed jonqos min-naħa taċ-ċittadini,

U.

billi hu ta' dispjaċir li l-aġenda soċjali mġedda ma titrattax il-kwistjoni tas-sigurtà legali ta' servizzi soċjali ta' interess ġenerali,

V.

billi kien hemm tħassib konsiderevoli dwar l-irwol u l-viżibilità tal-Aġenda Soċjali mġedda, inkluż in-nuqqas ta' ċarezza dwar l-iskop tagħha, kif se tiġi segwita kif ukoll it-tnaqqis fil-prominenza mogħtija lill-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni soċjali,

W.

billi l-mudelli soċjali Ewropej huma għaqda ta' valuri f'diversità ta' sistemi u huma b'mod ġenerali kompetenza tal-Istati Membri, l-għanijiet tal-Ewropa soċjali, imħaddna fit-Trattat u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fit-Trattat ta' Riforma, iridu jiġu enfasizzati bħala l-għan ewlieni tal-UE, biex titratta l-aspettattivi u l-biżgħat taċ-ċittadini tagħha; billi l-laqgħat suċċessivi tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tennew l-objettiv tal-qerda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali ta' Liżbona; billi l-falliment u s-suċċess tal-politiki nazzjonali soċjali u għall-impjiegi għandhom ukoll impatt fuq Stati Membri oħra, għalhekk, id-dibattitu dwar ir-riforma tal-Mudell Soċjali Ewropew irid jitpoġġa fil-qalba ta' din l-interazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri,

X.

billi l-falliment tal-Istrateġija ta' Liżbona li tnaqqas il-faqar, li bħalissa hemm 78 000 000 persuna, u l-inugwaljanza li qed tiżdied huma ta' tħassib ewlieni; billi l-UE trid tagħmel progress rigward l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-miri tal-UE u dawk nazzjonali dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u f'oqsma ewlenin fejn attwalment jeżistu indikaturi, biex in-nies jikkonvinċu ruħhom li l-UE qegħda hemm biex l-ewwel taqdi n-nies, u mbagħad lin-negozji u l-banek,

Y.

billi f'diversi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-kunċett “provvedimenti li huma kruċjali għall-ħarsien tal-ordni politiku, soċjali u ekonomiku” intuża mingħajr ma ġie ċċarat min jista' jiddeċiedi, f'dan ir-rigward, liema provvedimenti huma kruċjali għall-ħarsien tal-provvedimenti ġenerali tal-politika pubblika fi Stat Membru,

Z.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li mhux f'idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu l-kunċett ta' politika pubblika jew li b'mod unilaterali jimponu d-dispożizzjonijiet obbligatorji kollha tal-liġi tal-impjiegi tagħhom fuq fornituri ta' servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, u billi mhux ċar ta' min hi din il-kompetenza, jekk mhix tal-Istati Membri,

AA.

billi m'hemm ebda distinzjoni ċara bejn is-subkuntrattar ta' ħidma biss u t-traffikar dubjuż u l-provvediment ta' servizzi bbażat fuq kuntratti leċiti ma' persuni ġenwinament self-employed; billi d-differenza bejn prattiki frodulenti u relazzjonijiet tan-negozju verament ċivili u kummerċjali għandha tiġi indirizzata,

Azzjonijiet prioritarji

Mudelli soċjali Ewropej

1.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-reċessjoni ekonomika, biex jaffermaw mill-ġdid l-importanza ta' Ewropa soċjali b'saħħitha, li tinkorpora politiki soċjali u tal-impjiegi sostenibbli, effettivi u effiċjenti; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa Aġenda tal-Politika Soċjali ambizzjuża għall-perjodu 2010-2015;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq pjan ta' politika koerenti dwar xogħol diċenti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jenfasizza l-importanza li l-ħolqien u l-promozzjoni tal-impjiegi jitpoġġa fuq nett tal-aġenda soċjali f'dawn iż-żminjiet diffiċli; iqis li flessibilità akbar fil-post tax-xogħol issa hi aktar importanti minn qatt qabel;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad l-Aġenda Soċjali Mġedda ma' inizjattivi oħra bħall-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u l-Alleanza Ewropea tal-Familji, sabiex il-gruppi soċjali żvantaġġati jkollhom aċċess aħjar għall-benefiċċji soċjali;

5.

Hu mħasseb li l-miżuri proposti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni mhumiex koerenti biżżejjed biex jagħmlu impatt fuq il-livelli attwali ta' faqar u esklużjoni fl-UE u sabiex jindirizzaw l-isfidi attwali għall-koeżjoni soċjali;

6.

Jiddispjaċih, b'mod partikulari, li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hi nieqsa minn proposti dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, li huma kruċjali biex jinkiseb bilanċ bejn il-libertajiet ekonomiċi u d-drittijiet soċjali;

direttiva li tipprevedi d-drittijiet tax-xogħol bażiċi għall-ħaddiema kollha, ikun xi jkun l-istatus tal-impjieg tagħhom, biex tħares l-għadd dejjem akbar ta' ħaddiema atipiċi;

reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (14), akkumpanjata minn sistema ta' evalwazzjoni tax-xogħol newtrali mil-lat tal-ġeneri, sabiex jonqsu d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri, kemm fi ħdan kif ukoll bejn is-setturi ekonomiċi; u

direttiva dwar in-negozjar kollettiv transkonfinali, skont ir-realtajiet tal-operazzjonijiet tan-negozju transkonfinali;

7.

Jenfasizza l-bżonn sabiex jiġu żviluppati aktar l-istandards minimi tad-drittijiet tal-impjieg; huwa konxju li la l-libertajiet ekonomiċi u anqas ir-regolamenti tal-kompetizzjoni m'għandhom ikunu aktar importanti mid-drittijiet soċjali fundamentali;

8.

Jinnota li l-politika soċjali għandha tkopri azzjonijiet fundamentali bħal bilanċ aħjar bejn id-drittijiet soċjali u libertajiet tas-suq, tiġġieled id-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza, timmodernizza u tirriforma l-mudelli soċjali Ewropej filwaqt li ssaħħaħ il-valuri tagħhom;

9.

Jinnota li d-delinjazzjoni ta' dak li jikkostitwixxi “provvedimenti li huma kruċjali għall-ħarsien tal-ordni politiku, soċjali u ekonomiku” tal-Istati Membri hi kwistjoni politika u għandha tkun definita fi proċess leġittimizzat b'mod demokratiku; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għal dibattitu miftuħ biex tiċċara l-kunċett ta' dak li jikkostitwixxi dawn il-provvedimenti ġenerali tal-politika pubblika u biex tipproponi leġiżlazzjoni fejn dan ikun meħtieġ;

10.

Jikkunsidra li dan mhux il-waqt biex jitnaqqas l-infiq soċjali, anzi saħansitra għandhom jissaħħu r-riformi strutturali; iżid li l-UE għandha tappoġġa l-infrastrutturi tal-mudelli soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikulari s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, billi tafferma mill-ġdid l-importanza tal-aċċess, tal-kwalità u tas-sostenibilità universali tagħhom;

11.

Jiddispjaċih li għalkemm il-kriżi finanzjarja turi l-importanza ta' azzjoni Statali fir-rigward taż-żamma ta' attività ekonomika u koeżjoni soċjali msaħħa, il-Kummissjoni ma żguratx il-futur u l-irwol kruċjali tas-servizzi pubbliċi fl-Unjoni Ewropea permezzz tal-proposta ta' direttiva qafas fuq is-servizzi ta' interess ġenerali;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposta leġiżlattiva bl-għan li tkun żgurata s-sigurtà legali tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali;

13.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinsabu modi biex jiġu mmodernizzati u rriformati s-sistemi ta' siġurtà soċjali nazzjonali sabiex jinqered il-faqar b'perspettiva fuq perjodu ta' żmien twil, b'mod partikulari rigward paga minima adegwata, il-pensjonijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa; jenfasizza li hemm potenzjal għat-tisħiħ tas-sostenibilità finanzjarja tas-sistemi tal-paga minima u tal-pensjonijiet kif ukoll tal-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi tal-kura tas-saħħa permezz tat-titjib tal-organizzazzjoni tagħhom u l-aċċess għalihom, b'rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà, u b'appoġġ għal iżjed sforzi biex jiġu stabbiliti sistemi fiskali progressivi li jistgħu jnaqqsu l-inugwaljanza;

14.

Jinnota li xi Stati Membri introduċew il-kunċett ta' paga minima; jissuġerixxi li Stati Membri oħra jista' jkun li jibbenefikaw minn studju tal-esperjenza tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex iħarsu l-prekondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika għal kulħadd, u b'mod partikulari, biex jipprevedu regolamenti fuq kwistjonijiet bħall-pagi minimi jew arrangamenti oħra legali u b'mod ġenerali vinkolanti jew permezz ta' ftehimiet kollettivi skont it-tradizzjonijiet nazzjonali li jippermetti lill-ħaddiema full-time ikollhom għajxien diċenti bid-dħul li jkollhom;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għas-servizzi bażiċi bankarji;

16.

Isostni li l-isports u l-attivitajiet kulturali huma strumenti essenzjali għall-inklużjoni soċjali u jgħinu biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp personali, jippromwovu t-tajjeb ta' soċjetà, u jrawmu t-talenti;

17.

Jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li l-kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa huma integrati b'mod mgħaġġel fil-politiki kollha tal-UE sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE;

18.

Għandu l-istess rieda tal-Kummissjoni li l-aġenda soċjali titwessa' għal numru ta' oqsma ġodda; jikkundanna l-fatt li l-ambjent huwa wisq spiss ikkunsidrat biss mill-aspett tal-bidla fil-klima; jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-ġdid mill-Kummissjoni favur ekonomija sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' CO2, imma jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma fiha l-ebda miżura konkreta li għandha l-għan li tqis il-konsegwenzi soċjali u fuq is-saħħa li jkollhom il-kriżijiet ekoloġiċi u klimatiċi;

19.

Jenfasizza li l-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali li tirriżulta minnu ma jistgħux jiġu mifhuma f'termini ekonomiċi fuq il-bażi ta' ċifri biss, iżda jridu jinftiehmu wkoll f'termini ta' drittijiet tal-bniedem u ċittadinanza; jirrikonoxxi li l-prinċipju ta' moviment ħieles tal-kapital u tal-merkanzija ma jistax, fih innifsu, jeqred il-faqar u b'mod partikolari il-faqar persistenti u li l-faqar estrem iċaħħad minn opportunitajiet lil dawk affettwati u ma jħallihomx jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja tal-komunità, billi jagħmilhom indifferenti għall-ambjent tagħhom;

Politiki soċjali u dwar l-impjiegi

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti inklużi fil-pakkett tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, imniedi fl-aħħar tal-2008; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li b'mod ċar għadhom lura fl-ilħuq tal-objettivi tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-2002 rigward il-provvediment tal-kura tat-tfal sal-2010; jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ b'mod ulterjuri lil min iħaddem biex ikunu aktar miftuħa għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli, billi tottimizza l-użu u l-għarfien tal-ICT u forom ġodda ta' organizzazzjoni tax-xogħol u b'dan il-mod tiġi promossa l-flessibilità tal-iskedi tax-xogħol u l-kompatibilità tagħhom mal-ħinijiet tan-negozju, tal-amministrazzjoni u tal-iskejjel;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta dwar rikonċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja privata, tal-familja u dik professjonali billi tottimizza l-użu u l-għarfien tal-ICT u forom ġodda ta' organizzazzjoni tax-xogħol, jitqiesu l-ħtiġijiet u l-benessri tat-tfal filwaqt li jiġi promoss ħarsien aktar effettiv tal-impjiegi, li jikkonferma d-dritt tal-ġenituri u tal-carers għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli, li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet tagħhom u b'attenzjon partikolari għall-aċċess għal persuni bi dħul baxx jew b'impjiegi prekarji jew ta' kwalità baxxa;

22.

Jiddeplora d-dgħjufija tal-politiki tal-UE u dawk tal-Istati Membri fil-konfront tal-faqar li qed jiżdied, b'mod speċjali l-faqar fost it-tfal;

23.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu skemi ta' introjtu garantit minimu għall-inklużjoni soċjali, skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

24.

Jissuġġerixxi li sfidi demografiċi ġodda jistgħu jiġu trattati billi tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tan-nisa li jgħixu fil-faqar, li għandhom aċċess ta' nutrizzjoni li mhuwiex la ugwali u anqas adegwat, mingħajr post fejn jgħixu, mingħajr edukazzjoni u mingħajr introjtu, u li jaffaċċjaw diffikultajiet biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata;

25.

Jistieden li jkun hemm prevenzjoni ta' u ġlieda kontra t-tluq kmieni mill-iskola iktar effettivi bil-motto “bl-iskola jaqbillek”; jitlob għal sistemi ta' edukazzjoni organizzati b'mod effikaċi u kurrikuli adattati għas-swieq tax-xogħol ta' għada li jikkunsidraw l-bżonnijiet tas-soċjetà u l-iżviluppi tekonoloġiċi; jitlob għal aktar promożżjoni u assistenza għall-kunċett ta' “Second Chance Schools” (Skejjel li jagħtu t-Tieni Ċans) u tgħallim informali u mhux formali li diġa' wrew li jwasslu għal aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-adulti mill-ambjenti ta' skejjel tradizzjonali li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fir-rata tat-tluq kmieni mill-iskola; għal dan l-iskop, jitlob li sseħħ l-eliminazzjoni li ilha mistennija ta' kwalunkwe u kull inugwaljanza tal-opportunitajiet tas-sistemi edukattivi fl-UE, b'mod partikulari, l-eliminazzjoni ta' edukazzjoni ta' livell baxx u segregata li għandha effetti negattivi irriversibbli fuq gruppi marġinalizzati, b'mod partikolari r-Roma;

26.

Jinsisti dwar il-ħtieġa ta' azzjonijiet aktar effettivi għat-tagħlim u għat-taħriġ tul il-ħajja li jimmira li jagħti iktar mezzi liċ-ċittadini, speċjalment dawk inqas kwalifikati, biex jidħlu, jew jerġgħu jidħlu, fis-suq tax-xogħol, mingħajr skossi u mingħajr diskriminazzjoni; jissuġġerixxi li ssir enfasi fuq il-ħiliet imprenditorjali, prinċipalment l-intraprenditorjat fost in-nisa u ż-żgħażagħ, l-ICT u l-kompetenzi fil-komunikazzjoni, il-litteriżmu finanzjarju u l-ħiliet lingwistiċi;

27.

Jenfasizza l-bżonn ta' titjib fl-edukazzjoni fl-UE billi l-proċess ta' kompatibbiltá u komparabbiltá jsiru aktar dinamiċi fis-sistemi tal-edukazzjoni tal-Istati membri bil-għan li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali u l-istandards;

28.

Iqis li l-politiki dwar l-inklużjoni soċjali attiva jrid ikollhom impatt deċiżiv fuq il-qerda tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, kemm għal min għandu impjieg bi ħlas (il-“ħaddiema fqar”) kif ukoll għal min m'għandux impjieg bi ħlas;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Universitajiet u l-kummerċ billi huwa important li jiġi żgurat li dawn is-sħab jikkooperaw u li jappoġġjaw lil xulxin għall-ġid tal-organizzazzjoni tagħhom stess, tal-isaff tagħhom u tal-istudenti tagħhom; jikkunsidra li għandha tinbena rabta bejn il-kurrikuli universitarji u d-dinja tax-xogħol u l-qasam kummerċjali għandu jkollu l-possibilità li jikkumplimenta programmi ta' studju, li joffri apprendistat, li jorganizza “open days” għall-istudenti eċċ;

30.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal approċċ iktar bilanċjat bejn il-flessibilità, is-sigurtà u l-ħtieġa li jkunu żgurati pagi deċenti bl-għan li jkunu integrati aktar iż-żgħażagħ, l-anzjani, in-nisa, in-nies li ilhom qiegħda għal tul ta' żmien u nies żvantaġġati fis-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-Prinċipji Komuni tal-Flessigurtà meta jimplimentaw strateġiji nazzjonali dwar il-flessigurtà;

31.

Iqis li b'mod partikulari fi żmien ta' kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi, li spiss iwasslu għat-telf tal-impjiegi u għar-ristrutturar, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpaniji li jaffettwaw l-impjiegi u l-għajxien tagħhom, hija importanti ferm; jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni reċenti (15) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati (16); itenni t-talba tiegħu għal aktar tisħiħ tat-tħaddim tal-kunsilli Ewropej tax-xogħlijiet kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2001 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE (17);

32.

Jenfasizza li l-politiki soċjali u tal-impjieg għandhom jinkoraġġixxu l-ħolqien tal-impjiegi u jiġu attivati kemm jista' jkun malajr b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika attwai u għandhom jipprovu opportunitajiet għax-xogħol u għall-edukazzjoni u jnaqqsu wkoll it-telf tad-dħul; jikkunsidra li dawn il-politiki għandhom b'mod attiv jimmotivaw lin-nies biex jfittxu opportunitajiet ta' xogħol jew biex jibdew attività intraprenditorjali tagħhom stess; għal dan il-għan jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw mezzi ta' finanzjament għall-but ta' kulħadd, bħall-garanziji bi flus, ir-rati tal-imgħaxx imnaqqsa jew benefiċċji f'somma waħda ta' benefiċċji tal-qgħad, waqt li jnaqqsu t-telf tad-dħul u jipprovdu opportunitajiet għall-edukazzjoni li jgħinu persuni bla impjieg isibu xogħlijiet ġodda; ifakkar fl-approċċ olistiku tal-Kummissjoni għall-inklużjoni attiva li jinkludi l-appoġġ għal dħul xieraq, l-aċċess għas-swieq tax-xogħol inklużivi u s-servizzi soċjali ta' kwalità għolja;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu inizjattivi li jwasslu għal distinzjoni ċara bejn min iħaddem, min ġenwinament jaħdem għal rasu u l-imprendituri ż-żgħar minn naħa, u l-impjegati min-naħa l-oħra;

34.

Jenfasizza fuq il-ħtieġa vitali li l-ommijiet ikunu appoġġjati, permezz ta' allowances għall-familja matul l-infanzja u l-ħolqien ta' qafas xieraq biex jerġgħu lura għas-suq tax-xogħol, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom minħabba l-vulnerabilità ta' dan il-grupp;

35.

Jinnota li l-ekonomija soċjali, bħala forma oħra ta' intraprenditorija għandha rwol importanti fil-kontribuzzjoni għall-ekonomija Ewropea sostenibbli, billi l-profitabilità u s-solidarjetà jiġu magħquda; jenfasizza li l-imprizi tal-ekonomija soċjali għandha bżonn qafas legali sikur; jenfasizza l-kontribuzzjoni importanti ħafna tax-xogħol volontarju fil-qasam soċjali b'mod partikulari fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u fl-appoġġ għall-gruppi żvantaġġati fis-soċjetà;

36.

Jenfasizza li mhux kulħadd kapaċi jaħdem, u li bħalissa m'hemmx xogħol għal kulħadd, u jafferma l-importanza tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE, adottata mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, dwar l-għoti ta' “biżżejjed riżorsi u għajnuna soċjali sabiex wieħed jgħix b'mod li jkun konformi mad-dinjità tal-bniedem”, permezz tal-estensjoni tal-iskemi ta' dħul minimu għall-Istati Membri kollha u billi jiżdiedu l-livelli sabiex ikunu żgurati l-aċċess u l-adegwatezza;

37.

Jemmen li l-iżvilupp tal-mikrokreditu jista' jkollu rwol importanti fl-appoġġ ta' nies qiegħda (għal perjodu twil ta' żmien) biex jibdew jaħdmu għal rashom; jinnota li l-mikrokreditu diġa għen f'ħafna sitwazzjonijiet bħal dawn fl-integrazzjoni mill-ġdid fil-ħajja tax-xogħol u li dan sar skont l-Istrateġija ta' Liżbona; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-ħolqien u l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-possibilitajiet u d-disponibilità tal-mikro-krediti u biex biex jiġu indirizzi b'mod attiv dawk il-gruppi fis-soċjetà li jibbenefikaw l-aktar u dawk li l-aktar li bżonn tal-provvista tal-mikrokreditu;

38.

Jistieden biex tkun promossa rabta ikbar bejn l-implimentazzjoni tal-flessigurtà u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, li jirrispetta t-tradizzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali;

39.

Jinsisti dwar it-tneħħija ta' ostakoli burokratiċi għall-intrapriżi żgħar u medji; jitlob l-implimentazzjoni ulterjuri tal-prinċipji li ġew proposti fil-komunikazzjoni mill-Kummisjsoni dwar Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa;

40.

Filwaqt li jagħraf għalkollox li l-politika tas-salarji hija l-kompetenza tal-Istati Membri, jissuġġerixxi li l-imsieħba soċjali jiddiskutu, f'livell nazzjonali, dwar metodoloġiji ġodda għall-politiki ta' salarji li jistgħu jinkludu inkorporazzjoni ikbar tad-dħul tal-kumpaniji f'dak li jaqalgħu l-impjegati permezz ta' skemi li jimmitigaw l-impatt tal-inflazzjoni; iqis li skemi bħal dawn jippermettu li d-dħul extra tal-impjegati jkun dirett lejn fondi kapitali speċjali mwaqqfa mill-kumpaniji; jitlob għal dibattitu rigward modi li bihom jinkoraġġixxu l-kumpaniji biex jieħdu sehem f'dawk il-metodoloġiji, u barra minn hekk jitlob għal dibattitu rigward l-oqfsa legali li jirregolaw l-aċċess tal-impjegati għal dawk il-fondi b'mod gradwali matul iż-żmien; jissuġġerixxi lill-imsieħba soċjali l-importanza ta' impenn imġedded għal “salarji għal għajxien deċenti” li jiggarantixxu salarji minimi b'mod sinifikanti aktar mil-livell ta' dħul adegwat, biex jippermettu li n-nies joħorqu mis-sitwazzjoni tal-faqar u biex jibbenefikaw b'mod pożittiv mix-xogħol;

41.

Jinsisti li l-iżvilupp ta' opportunitajiet indaqs u mhux diskriminatorji jiddependi kemm minn bażi leġiżlattiva soda kif ukoll minn firxa ta' għodod politiċi u jinsisti wkoll li n-non-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza jridu jkunu integrati fl-aspetti kollha tal-aġenda soċjali mġedda;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq studji dwar l-impatt f'perjodu medju ta' żmien u fil-futur imbiegħed tal-mobilità tal-għerf, sabiex ir-riżultati jintużaw bħala bażi soda għal miżuri li jimmitigaw l-effetti negattivi;

Immigrazzjoni

43.

Jiġbed l-attenzjoni rigward l-impatt negattiv (possibilità ta' brain drain) li l-immigrazzjoni jista' jkollha fil-proċess tal-iżvilupp tal-pajjiżi tal-oriġini li jinkludu l-istrutturi tal-familja, is-saħħa, l-edukazzjoni u r-riċerka; ifakkar, min-naħa l-oħra, l-effetti tal-kriżi ekonomika f'termini ta' żbilanċji fis-swieq tal-impjiegi f'ħafna pajjiżi ospiti;

44.

Jenfasizza dwar l-importanza tar-reklutaġġ b'mod etiku minn pajjiżi terzi, partikolarment fir-rigward tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw Kodiċi ta' Prattika għar-reklutaġġ internazzjonali, jekk dan għadu ma sarx;

45.

Jenfasizza li l-impatt fuq perjodu twil ta' żmien tal-immigrazzjoni fuq il-bidla demografika huwa inċert minħabba li dan jiddependi fuq il-volatilità tal-flussi ta' migrazzjoni, ir-riunifikazzjoni tal-familji u r-rati tal-fertilità;

46.

Iqis li l-immigranti jistgħu, meta impjegati legalment, jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u jiggarantixxu wkoll id-drittijiet ta' pensjoni u soċjali tagħhom infushom;

47.

Jenfasizza li politika ta' immigrazzjoni li taħdem tajjeb u msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem għandha tippromwovi strateġija koerenti u integrata għall-integrazzjoni tal-migranti fuq il-bażi ta' opportunitajiet indaqs, bil-għan li jkunu ggarantiti d-drittijiet fundamentali tagħhom, u li jkun żgurat bilanċ aħjar bejn id-drittijiet u l-obbligi;

48.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġu imposti sanzjonijiet fuq min iħaddem talli jimpjega ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu residenti illegalment; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-isfruttament ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu residenti illegalment filwaqt li jitħarsu d-drittijiet ta' min ikun f'sitwazzjonijiet vulnerabbli; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-opportunitajiet għall-impjieg legali ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu residenti illegalment;

49.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414); madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-direttiva, imbagħad, m'għandhiex twassal għal diskriminazzjoni akbar taċ-ċittadini tal-Unjoni minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom;

50.

Iqis li t-tisħiħ tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tal-liġijiet tax-xogħol eżistenti skont il-liġi nazzjonali u Komunitarja u skont il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), għandu jkun prijorità għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri;

51.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu aktar il-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tistimola l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-promozzjoni ulterjuri tal-integrazzjoni li tirnexxi tal-migranti; jinnota li, b'mod partikulari fi żminijiet ta' tbatija ekonomika, il-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, li ħafna drabi jkunu l-migranti, jintlaqtu b'mod sproporzjonat;

L-UE fil-livell estern

52.

Jemmen li fir-relazzjonijiet esterni tagħha, l-UE jista' jkollha rwol iktar proattiv fil-promozzjoni ta' standards soċjali u ambjentali fundamentali; huwa konvint li huma meħtieġa sforzi addizzjonali fir-rigward ta' mekkaniżmi għall-prevenzjoni, is-sorveljanza u s-sanzjonijiet rigward ksur;

53.

Jikkunsidra li l-UE tista' tagħmel aktar biex tinfluwenza l-aġenda internazzjonali dwar l-aġenda tax-xogħol deċenti u tippromwovi b'mod attiv il-konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u li dan jista' jikkontribwixxi biex ikun hemm il-paċi fid-dinja kif ukoll għall-ħarsien tal-interessi u l-valuri tal-UE;

54.

Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-qafas legali Komunitarju, permezz ta' leġiżlazzjoni primarja jew ta' leġiżlazzjoni sekondarja, m'għandu bl-ebda mod imur kontra l-obbligi internazzjonali fil-qafas tal-konvenzjonijiet tal-ILO;

55.

Jinnota li l-UE għandha timmira għal proċess ta' globalizzazzjoni iktar inklużiv soċjalment u sostenibbli mil-lat ekonomiku u dak ambjentali; jinnota li l-mod li bih il-korporazzjonijiet imexxu n-negozju mhux biss għandu impatt ekonomiku kbir iżda għandu wkoll impatt soċjali sinifikanti, kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi, b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi b'mod attiv il-kunċett tar-Responsabilità Soċjali tal-Kumpaniji, jew permezz tal-promozzjoni tal-liġi li ma torbotx jew, meta jkun xieraq, permezz ta' proposti leġiżlattivi;

Fondi Strutturali

56.

Jissuġġerixxi t-tisħiħ tal-potenzjal tal-fondi strutturali permezz tas-simplifikazzjoni, tal-flessibilità u t-titjib tal-proċeduri, u d-dimensjoni tal-integrazzjoni soċjali, bl-għan li l-Istati Membri jkunu megħjuna jagħmlu l-aħjar użu mir-riżultati tal-politiki soċjali u tal-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jinvolvu għalkollox lill-imsieħba skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (18); jirrakkomanda bil-qawwa li l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) isir aċċessibbli għall-imsieħba sabiex tkun tista' tiġi żviluppata l-kapaċità;

57.

Jenfasizza li l-Aġenda Soċjali mġedda trid tieħu impenn ċar li l-fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-UE se jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tagħha; għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex jużaw l-ESF u l-Fondi Strutturali l-oħra kollha mhux biss sabiex tittejjeb l-impjegabilità tan-nies iżda wkoll biex tittejjeb l-infrastruttura soċjali;

58.

Jagħraf li l-Fondi Strutturali għadhom l-istrument ewlieni ta' finanzjament sabiex jintlaħqu l-objettivi soċjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu sinerġiji ma' programmi oħra u biex jappoġġjaw il-koerenza bejn il-programmi ta' qafas pluriennali, bħal Daphne, Progress, il-Programm tas-Saħħa Pubblika, u l-programm “Ewropa għaċ-ċittadini”;

59.

Jistieden li tingħata attenzjoni partikulari lir-reġjuni li huma l-aktar affettwati mill-globalizzazzjoni kif ukoll lir-reġjuni fl-Istati Membri l-ġodda li huma fil-proċess ta' konverġenza soċjali;

60.

Jissuġġerixxi li l- Progress jista' jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni aħjar tal-modernizzazzjoni tal-mudelli soċjali Ewropej permezz tal-evalwazzjoni ta' proġetti pilota;

61.

Iqis li, bħala riżultat tal-moviment ħieles tal-persuni fis-suq intern, f'xi partijiet tal-UE, u, b'mod partikulari fil-bliet il-kbar, qed jitfaċċaw problemi ġodda b'rabta mal-għoti tal-protezzjoni soċjali ta' emerġenza lil persuni li ma jkunux jistgħu jmantnu lilhom infushom, u dan iżid il-pressjoni fuq is-servizzi pubbliċi u privati (tal-karità) li jagħtu għajnuna ta' emerġenza, pereżempju lil min ma jkollux dar jew lil gruppi ta' popli marġinalizzati fis-soċjetà tagħna;

Azzjonijiet strumentali

Djalogu soċjali u ċivili

62.

Jenfasizza li l-flessibilità u l-aċċettazzjoni tal-bidla min-naħa taċ-ċittadini jistgħu jiżdiedu permezz ta' fiduċja reċiproka ikbar li tista' tittejjeb permezz ta' djalogu soċjali iktar effettiv u trasparenti kif ukoll billi tkun żgurata demokrazija parteċipattiva aktar effettiva fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika;

63.

Iqis li huwa importanti b'mod partikulari li d-djalogu soċjali jinkoraġġixxi l-politiki dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol u, b'mod ġenerali, jippromwovi titjib fil-kwalità tal-ħajja fil-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi dibattitu dwar kif min ma jkollux impjieg full-time (ħaddiema temporanji, ħaddiema part-time, ħaddiema b'kuntratti għal perjodi fissi ta' żmien) jista' jkun inkluż fid-djalogu soċjali;

64.

Ladarba r-riżultati tan-negozjati tal-imsieħba soċjali Ewropej ma tantx ikunu magħrufa u żvelati, jitlob għall-promozzjoni ta' kuxjenza dwar ir-riżultati tad-djalogu soċjali biex jittejjeb l-impatt tiegħu u jkun promoss l-iżvilupp tiegħu;

65.

Jemmen li l-kultura ta' koperazzjoni, li qed tieħu post il-kultura msejsa fuq il-kunflitti fis-suq tax-xogħol, għandha tibqa' titħeġġeġ permezz tal-promozzjoni tad-djalogu soċjali;

66.

Jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u min ikun qed jgħix il-faqar u l-esklużjoni soċjali, iridu jkunu involuti b'mod aktar dirett fid-dibattiti dwar il-mudell ekonomiku u soċjali, fuq bażi ugwali;

67.

Jinnota li l-imsieħba soċjali għandhom jagħmlu sforz sabiex jaħdmu bi pjanijiet multiannwali b'kalendarji speċifiċi u skadenzi bl-għan ta' strateġija sostenibbli fuq tul ta' żmien;

68.

Jitlob li jsir dibattitu wiesa' bejn il-partijiet interessati Ewropej, l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, min iħaddem u l-impjegati u s-soċjetà ċivili, dwar l-aġenda soċjali għall-perjodu wara l-2010;

69.

Jinnota li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw miri u indikaturi soċjali ġodda li jistgħu jitkejjlu, li huma vinkolanti u li huma kwantittativi għall-Istrateġija ta' Liżbona ta' wara l-2010, inklużi l-impenji għall-ħidma lejn l-eradikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll l-iżvilupp ta' patt ta' progress soċjali ġdid li jistabilixxi l-miri u l-qafas ġdid għal UE globalment ġusta u soċjalment sostenibbli, li għandhom jibnu u jsaħħu l-OMC soċjali bħala pilastru ewlieni;

70.

Jinnota li l-kumpaniji għandhom rwol importanti mhux biss f'termini ekonomiċi iżda wkoll f'termini soċjali fl-UE; jiġbed għalhekk l-attenzjoni għall-promozzjoni tar-responsabilità soċjali korporattiva u għall-ħtieġa li jsir progress urġenti rigward ix-xogħol ta' kwalità għolja, partikolarment fir-rigward tas-salarji għal għajxien deċenti, sabiex jissaħħaħ il-mudell soċjali u jkun evitat id-dumping soċjali;

71.

Jiffavorixxi djalogu effettiv bejn il-Parlament u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili: jissuġġerixxi li d-djalogu li huwa wkoll meħtieġ ġewwa l-Istati Membri fuq livell ċentrali, reġjonali u lokali;

72.

Jinnota li Sena Ewropea tal-Volontarjat tkun opportunità ideali biex l-UE tibni relazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni biex twitti t-triq sabiex l-2011 tkun iddikjarata bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat billi tressaq proposta leġiżlattiva xierqa għal dan il-għan mill-aktar fis possibbli;

73.

Iqis li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandha tkun involuta mill-bidu fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u li l-informazzjoni għandha tkun pubblikament aċċessibbli, il-feedback għandha tkun reċiproka u li l-marġini ta' bidla għandu jkun ċar għall-parteċipanti;

74.

Jisħaq fuq l-importanza u l-valur tal-proċess ta' konsultazzjoni bħala għodda effettiva sabiex iċ-ċittadini jingħataw aktar setgħat billi jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod dirett lill-proċess politiku fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri oħra sabiex jiżdied l-għarfien dwar konsultazzjonijiet tal-UE fil-ġejjieni permezz tal-midja u fora xierqa oħra fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

75.

Jissuġġerixxi li jeħtieġ b'mod urġenti li l-istituzzjonijiet Ewropej, l-imsieħba soċjali nazzjonali u s-soċjetà ċivili jadottaw “patt soċjali” li jiġbor fih azzjonijiet soċjali b'miri u indikaturi realistiċi u li jorbtu;

76.

Jinnota li l-parteċipazzjoni ċivika tibda matul it-tfulija u jitlob il-promozzjoni u l-appoġġ tal-istrutturi ta' parteċipazzjoni u ta' inizjattivi f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali għat-tfal u ż-żgħażagħ;

Liġi tal-UE

77.

Jenfasizza l-bżonn li jsir progress u jkunu ffinalizzati d-direttivi rigward il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, il-portabilità tad-drittijiet għall-pensjoni u l-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, mid-diżabilità, mill-età jew mill-orjentament sesswali;

78.

Jitlob li jsir titjib fil-proċess tal-leġiżlar fil-livell tal-UE, billi jkun iddikjarat b'mod ċar għalfejn ikun hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-UE, waqt li tkun żgurata l-kwalità tal-kontenut u titwettaq evalwazzjoni soda tal-impatt li tkopru l-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali; jitlob, b'mod partikulari, l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehima Interistituzzjonali tal-2003 dwar il-Leġiżlar Aħjar (19);

79.

Jenfasizza li l-koperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri u l-monitoraġġ effettiv tat-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE għandha tkun priorità;

80.

Iqis li leġiżlar aħjar tal-UE għandu jkollu l-għan li jinvolvi b'mod attiv lis-soċjetà ċivili u għandu jindirizza t-tħassib taċ-ċittadini, u b'hekk iqarribhom iktar lejn l-UE;

OMC

81.

Iqis li għandu jkun hemm rabtiet aħjar bejn il-politiki ekonomiċi u soċjali fil-livell ta' UE, b'affermazzjoni mill-ġdid tal-għanijiet oriġinali tal-Istrateġija ta' Liżbona u l-ħtieġa li jkun żgurat li l-politiki ekonomiċi u tal-impjieg jikkontribwixxu b'mod attiv għall-qerda tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali;

82.

Jisħaq fuq il-ħtieġa tal-adozzjoni ta' karta vinkolanti tad-drittijiet soċjali fundamentali;

83.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jistabbilixxi li kull aspett relevanti tal-politika soċjali għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki tal-UE;

84.

Iqis li l-Istrateġija ta' Liżbona għal wara l-2010 għandha tkopri OMC msaħħaħ u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi aktar lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri nazzjonali kwantifikati, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali, appoġġjati partikolarment b'indikturi ġodda kwantitattivi u li jistgħu jitkejlu;

85.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex joħolqu opportunitajiet għall-involviment reali tal-Parlament fl-Istrateġija ta' Liżbona għal wara l-2010;

*

* *

86.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0544.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0513.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0039.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0556.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0467.

(6)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.

(7)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 174.

(8)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 463.

(9)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(10)  ĠU C 233 E 28.9.2006, p. 130.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0286.

(12)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 45.

(13)  Testi adottati, P6_TA(2008)0163.

(14)  ĠU L 303, 2.12.2000, p.16.

(15)  Direttiva 2009/38/KE (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(16)  ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

(17)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 68.

(18)  Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal- 11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p.25).

(19)  ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/23


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
L-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol

P6_TA(2009)0371

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (2008/2335(INI))

2010/C 212 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (COM(2008)0639),

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99, 137 u 141 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (1),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-kriterji komuni rigward ir-riżorsi u l-għajnuna soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta' ħarsien soċjali (2),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2009 intitolata “Proposta għar-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2009 ”(COM(2009)0058) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2009 dwar ir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni u l-Inklużjoni Soċjali 2008; Profili tal-Pajjiż, (SEC(2009)0255),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-qagħda tal-persuni b'diżabilità f'Unjoni Ewropea imkabbra: il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew 2006-2007 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2006 dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-progress li sar fl-oqsma tal-opportunitajiet indaqs u tan-nondiskriminazzjoni fl-UE dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u fuq ix-xogħol (5),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Barċellona fil-15 u s-16 ta' Marzu 2002,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 intitolata “Immodernizzar tal-ħarsien soċjali għal aktar ġustizzja soċjali u koeżjoni ekonomika: titmexxa 'l quddiem l-inklużjoni attiva tan-nies l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol” (COM(2007)0620) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 t'Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, fl-UE (6),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-sieħba soċjali Ewropej fir-rapport tat-18 ta' Ottubru 2007 intitolat Sfidi Ewlenin li qed Jiffaċċjaw is-Swieq tax-Xogħol Ewropej: Analiżi Konġunta tas-Sieħba Soċjali Ewropej,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2007 intitolata “Inventarju tar-realtà soċjali - rapport Interim għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007” (COM(2007)0063) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-istess suġġett (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 intitolata “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2008)0412) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istess suġġett (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2006 intitolata “Is-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi tal-UE” (COM(2006)0574) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-ġejjieni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet: il-finanzjament tagħhom u t-tendenza lejn l-individwalizzazzjoni (9),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni li m'għandhomx fejn joqogħdu (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (13),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta' matul il-ħajja (14),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim ta' matul il-ħajja (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti: qatt mhu tard wisq biex wieħed jitgħallem (16),

wara li kkunsidra l-Protokoll, anness mat-Trattat ta' Liżbona, dwar servizzi ta' interess ġenerali (17),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0263/2009),

A.

billi l-inklużjoni attiva ma tistax tieħu post l-inklużjoni soċjali, peress li gruppi vulnerabbli li mhumiex kapaċi jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol għandhom id-dritt li jgħixu b'dinjità u li jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà, u għalhekk, għandu jkun hemm dħul minimu u servizzi soċjali aċċessibbli, bi prezz deċenti u ta' kwalità għolja, indipendentement minn jekk persuna tistax tieħu sehem fis-suq tax-xogħol jew le,

B.

billi l-inklużjoni attiva mhijiex biss relatata mal-kapaċità tal-individwu, iżda wkoll mal-mod kif tinsab organizzata s-soċjetà; billi, għalhekk, il-kawżi strutturali tal-esklużjoni, inklużi d-diskriminazzjoni u l-provvista inadegwata tas-servizzi, għandhom ukoll jiġu indirizzati,

C.

Billi dik li tidher bħala esklużjoni mis-suq tax-xogħol tista' tkun ir-riżultat ta' nuqqas ta' disponibilità ta' possibilitajiet diċenti ta' impjieg suffiċjenti, u mhux ir-riżultat ta' nuqqas ta' sforz individwali,

D.

billi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol m'għandhiex tkun kundizzjoni minn qabel sabiex wieħed jaqla' dħul minimu u sabiex ikun hemm aċċess għal servizzi soċjali ta' kwalità għolja; billi dħul minimu u aċċess għal servizzi soċjali ta' kwalità għolja huma kundizzjonijiet neċessarji għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol,

E.

billi dawk l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol huma ħafna drabi persuni bi bżonnijiet multipli u kumplessi, b'diffikultajiet jew żvantaġġi bħal dipendenza fit-tul fuq dħul baxx jew mhux adegwat, b'qgħad fit-tul, b'livell baxx ta' edukazzjoni u illitterati, bi trobbija f'familja vulnerabbli, b'diżabilità, b'nuqqas ta' saħħa, b'għajxien f'zoni bi żvantaġġi multipli, b'kundizzjonijiet prekarji tad-djar u persuni bla dar, u r-razziżmu u d-diskriminazzjoni u għalhekk l-istrateġiji għall-inklużjoni jridu jirriflettu d-diversità ta' dawk esklużi,

F.

Billi l-esklużjoni soċjali u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol għandhom impatt serju fuq is-saħħa mentali tal-persuni affettwati, u billi persuni bla impjieg fit-tul għandhom riskju ikbar li jesperjenzaw dipressjoni u problemi oħra ta' saħħa mentali,

G.

billi dawk imbiegħda mis-suq tax-xogħol għandhom bżonn kbir ta' taħriġ vokazzjonali, jew għaliex l-edukazzjoni tagħhom ma kinitx biżżejjed jew għaliex, billi qattgħu żmien twil imbiegħda mis-suq tax-xogħol, mhumiex aktar kapaċi jużaw b'mod effettiv l-edukazzjoni tagħhom,

H.

billi dawk l-aktar vulnerabbli huma spiss affettwati mill-kundizzjonalità fil-politiki ta' attivazzjoni u billi dawn l-effetti hemm bżonn li jiġu mmonitorjati u jeħtieġ li l-impatti negattivi fuq gruppi vulnerabbli jiġu evitati,

I.

billi miżuri għall-inklużjoni attiva għandhom ukoll jitħaddmu flimkien mal-iżvilupp tal-objettivi tal-UE u ma' dawk nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,

J.

billi l-parti l-kbira tal-persuni li jmexxu l-familja huma nisa, billi ħafna mill-ġenituri waħedhom huma nisa u billi ħafna mill-persuni li joffru kura (carers) huma nisa; billi, għalhekk, il-politiki għall-inklużjoni attiva jeħtieġu numru ta' miżuri inklużivi sabiex in-nisa li jinsabu l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jibbenefikaw fil-prattika minn strateġiji ta' inklużjoni attiva; billi s-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha rabtiet diretti mal-faqar relatat mal-età, li jaffettwa prinċipalment lin-nisa,

K.

billi fi żminijiet ta' kriżi ekonomika u ta' qgħad dejjem jiżdied, hemm riskju li l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol tkompli tiżdied u tespandi, speċjalment għall-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli, bħan-nisa, ix-xjuħ, persuni b'diżabilità; billi huwa essenzjali li l-inklużjoni soċjali u l-politika relatata tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu segwiti permezz ta' metodu integrat u koerenti fi ħdan il-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew; billi parti mill-fondi pubbliċi għandha tintuża biex jinżammu u jitjiebu l-investimenti soċjali, tas-saħħa u dawk edukattivi u servizzi soċjali essenzjali oħrajn u servizzi ta' interess ġenerali,

L.

billi l-fehma li l-aħjar mod kif tiġi eliminata l-esklużjoni soċjali hija li wieħed jaħdem tista' biss tkun effettiva jekk ix-xogħol ikun sostenibbli, ta' kwalità għolja u mħallas b'mod xieraq; billi l-prinċipju tas-salarju ugwali għall-istess xogħol huma implimentat b'mod fqir,

M.

billi dawk li jieħdu ħsieb il-familja jipprovdu servizzi essenzjali ta' kura, edukazzjoni u appoġġ lilhinn mis-sistema ta' impjieg, mingħajr dħul jew drittijiet soċjali, u m'għandhomx id-dritt li jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol u li jiksbu rikonoxximent tal-ħiliet akkwistati jew żviluppati waqt il-perjodu li jkunu qed jieħdu ħsieb il-familja,

1.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tibbaża r-Rakkomandazzjoni tagħha 2008/867/KE fuq ir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE li tirrikonoxxi d-dritt fundamentali ta' persuna li jkollha biżżejjed riżorsi u għajnuna sabiex tgħix f'kundizzjonijiet umani u dinjitużi, u tiddefinixxi prinċipji komuni għall-implimentazzjoni ta' dak id-dritt; japprova l-prinċipji komuni u linji gwida prattiċi ippreżentati fir-Rakkomandazzjoni 2008/867/EC dwar l-istrateġija tal-inklużjoni attiva bbażata fuq tliet pilastri, jiġifieri appoġġ adegwat għad-dħul, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità; u b'mod partikolari jinnota li kwalunkwe strateġija ta' inklużjoni attiva għandha tinbena fuq il-principji tad-drittijiet individwali, ir-rispett għad-dinjità umana u tan-non-diskriminazzjoni, opportunitajiet ugwali u tal-ugwaljanza bejn is-sessi; dwar il-promozzjoni tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol flimkien ma' parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; u dwar t-twettiq tal-prinċipji tal-kwalità, tal-adegwatezza u tal-aċċessibilità fit-tliet pilastri;

2.

Jaqbel mal-Kunsill li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE għandha titjieb fir-rigward tad-dħul minimu u tat-trasferimenti soċjali; li l-għajnuna soċjali għandha tipprovdi dħul minimu xieraq għal ħajja b'dinjità, talanqas f'livell li jkun lilhinn mil-livell ta' “riskju ta' faqar” u biżżejjed biex il-persuni jinħarġu mill-faqar u li għandu jitjieb it-teħid tal-benefiċċji;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-17 ta' Lulju 2008 fil-Kawża C-303/06 dwar karrieri li jsofru diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex jassiguraw li l-persuni li joffru kura (carers) jiġu mħarsa minn diskriminazzjoni ta' dan it-tip fir-rigward tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u sabiex l-Istati Membri jitħeġġu biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li s-sentenza tal-Qorti tiġi rrispettata;

4.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw appoġġ xieraq għad-dħul sabiex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota l-bżonn għal livell adegwat ta' dħul minimu, ibbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE u r-Rakkomandazzjoni 2008/867/KE li għandu jkun adegwat, trasparenti, aċċessibbli għal kulħadd u sostenibbli tul iż-żmien;

5.

Iqis li huwa vitali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva 2000/78/KE, li tistabbilixxi qafas legali għal trattament ugwali fl-impjieg li jiġġieled id-diskriminazzjoni fl-impjieg u x-xogħol fuq il-bażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali;

6.

Jenfasizza t-talba tiegħu lill-Kunsill sabiex jaqbel dwar mira tal-UE għal skemi ta' dħul minimu u għal skemi kontributorji ta' dħul ta' sostituzzjoni li jipprovdu talanqas 60 % tad-dħul medju nazzjonali ekwalizzat u, barra minn hekk, sabiex jaqbel dwar skeda biex din il-mira tinkiseb fl-Istati Membri kollha;

7.

Jirrikonoxxi li l-interazzjoni tal-għajnuna soċjali u tal-attività fis-suq tax-xogħol hija waħda kumplessa: partikolarment meta x-xogħol li jkun disponibbli jkun fuq medda qasira ta' żmien, staġonali, prekarju jew inkella fuq bażi part-time fejn il-kundizzjonijiet tal-intitolament u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali jew rati tat-taxxa marġinali jkunu ta' diżinċentiv biex wieħed ikollu impjieg bi ħlas u s-sistema tal-għajnuna soċjali ma tkunx flessibbli biżżejjed biex tirreaġixxi; iħeġġeġ għalhekk l-iżvilupp ta' sistemi, li effettivament jappoġġjaw individwi f'perjodu ta' tranżizzjoni u mhux jippenalizzawhom jew ineħħu l-għajnuna wisq malajr meta persuna ssib impjieg;

8.

Jirrimarka dwar l-importanza li jiġu stipulati benefiċċji soċjali għal persuni vulnerabbli f'pożizzjoni li jaħdmu; jirrimarka, madanakollu, li, b'rispett għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, benefiċċji bħal dawn huma kwistjoni tal-Istati Membri;

9.

Jirrimarka li dawk li jirċievu appoġġ xieraq ta' dħul u l-membri tal-familja tagħhom ser ikollhom l-opportunità li jevitaw ir-riskju tal-faqar u li jsiru ċittadini attivi li jikkontribwixxu għall-ħajja soċjali u ekonomika kif ukoll għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet;

10.

Jissuġġerixxi li l-Istati Membri jqisu b'mod attiv politika relatata ma' salarju minimu sabiex jiġi ffaċċjat l-ammont dejjem jikber ta' “persuni fqar li jaħdmu” u sabiex l-impjieg isir prospett vijabbli għal dawk li jkunu mbiegħda mis-suq tax-xogħol;

11.

Jemmen li l-inklużjoni attiva teħtieġ tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn reġjuni u zoni fi ħdan il-Komunità, permezz tar-riabilitazzjoni mgħaġġla taz-zoni affettwati mill-kriżi ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni rurali;

12.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni sabiex jiġġieldu kontra impjiegi klandestini u “moħbija”, li jeskludu lil dawk affettwati minn ċerti faċilitajiet u servizzi soċjali;

13.

Jitlob li l-politiki għall-inklużjoni attiva għandhom:

ikunu konsistenti ma' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja fir-rigward tal-edukazzjoni, tat-tagħlim għal matul il-ħajja, tal-politiki soċjali u tal-impjieg;

ikunu mfassla skont il-każ, immirati u bbażati fuq il-bżonnijiet;

ikunu bbażati fuq approċċ integrat u jkunu parteċipattivi; kif ukoll

jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma essenzjali sabiex ikun jista' jkun hemm parteċipazzjoni, mingħajr ma joħolqu kundizzjonijiet li jipperikolaw id-dħul minimu għall-għajxien;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-ħlas tal-ispejjeż kollha fil-qasam tal-inklużjoni attiva u soċjali peress li l-esperjenza wriet li investiment bikri u azzjoni preventiva jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż ġenerali għas-soċjetà fuq medda twila ta' żmien; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li għalhekk ir-Rakkomandazzjoni 2008/867/KE tipproponi żieda fl-investiment għall-inklużjoni soċjali;

15.

Iqis li l-Istati Membri għandhom jipprovdu benefiċċji addizzjonali mmirati lejn gruppi żvantaġġati (bħal persuni b'diżabilità jew mard kroniku, ġenituri waħedhom, jew familji b'ħafna tfal) li jkopru l-ispejjeż żejda b'rabta, inter alia, ma' appoġġ personali, l-użu ta' faċilitajiet speċifiċi u kura medika u soċjali, u li jistabbilixxu inter alia livelli ta' prezzijiet ta' mediċini għal gruppi soċjali żvantaġġati; jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati livelli diċenti ta' pensjonijiet tal-invalidità u ta' ritrar mix-xogħol;

16.

Jaqbel, partikolarment fid-dawl tal-bżonnijiet spiss kumplessi tan-nies, li teżisti l-ħtieġa li jitfasslu u jiġu implimentati miżuri ta' inklużjoni attiva skont il-każ, li jgħaqqdu fihom dħul minimu, inklużjoni fis-suq tax-xogħol u servizzi soċjali, li għandu jkun hemm enfasi fuq identifikazzjoni bikrija u azzjoni preventiva, u li l-prijorità għandha tingħata lill-iktar persuni vulnerabbli;

17.

Iqis li fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-persuni li għalihom huma mmirati dawm il-miżuri; jistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw li tingħata s-setgħa lill-organizzazzjonijiet non-governattivi soċjali sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-ifformular u fl-implimentazzjoni tal-politiki inklużivi;

18.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw approċċ aktar kostruttiv għall-politika dwar id-drogi b'enfasi fuq il-prevenzjoni, l-edukazzjoni u t-trattament għall-vizzju minflok sanzjonijiet kriminali;

19.

Jitlob għat-tmiem tal-istigma li tingħata lill-persuni bi problemi ta' saħħa mentali u b'diffikultajiet ta' tagħlim, għall-promozzjoni tas-saħħa u tal-benesseri mentali, għall-prevenzjoni tal-problemi mentali kif ukoll għal aktar riżorsi għat-trattament u l-kura;

20.

Iqis illi, minħabba li l-problemi assoċjati mal-esklużjoni f'ħafna każi jkunu preżenti mill-iktar stadji bikrin tal-ħajja, l-azzjoni preventiva hija essenzjali sabiex sa minn kmieni jiġu identifikati dawk it-tfal u żgħażagħ li jinsabu fl-ikbar riskju, ħafna qabel ma jwaqqfu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom; jinnota li huwa iktar probabbli li ż-żgħażagħ li jiġu esklużi mill-iskejjel jiġu involuti f'imġiba antisoċjali u kriminali, u dan ikompli jżid mal-isfidi sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol, iktar “il quddiem; iqis li, sabiex il-politiki għall-inklużjoni jkollhom suċċess, huwa ferm importanti li jkun hemm djalogu wiesa” bejn il-persuni kkonċernati, appoġġ għall-azzjoni preventiva u s-servizzi soċjali sabiex jittejbu l-opportunitajiet għal tfal u żgħażagħ vulnerabbli; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-problemi ta' esklużjoni li jaffettwaw persuni l-aktar imdaħħlin fiż-żmien li jitilfu xogħolhom u li ma jkunux jistgħu jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol;

21.

Iqis li l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol għall-ewwel darba għandhom jitqiesu bir-reqqa u li għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri li jistgħu jrawmu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol fuq livell nazzjonali; barra minn dan iqis li d-djalogu strutturat ma' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom ikunu assoċjati b'mod kontinwu mal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri;

22.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu aktar biex jindirizzaw il-kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-persuni li joffru kura (carers), inkluż id-dritt li jagħżlu, bil-libertà, jekk iridux joffru din il-kura u sa liema livell jixtiequ joffruha, il-possibilità li jikkumbinaw l-għoti tal-kura max-xogħol u l-impjieg bi ħlas kif ukoll aċċess għall-iskemi ta' sigurtà soċjali u pensjonijiet, sabiex jiġi evitat il-faqar b'konsegwenza tal-għoti tal-kura;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-bżonn għal aċċess għal servizzi ta' kwalità għolja u bi prezz deċenti sabiex servizzi soċjali bħala dritt fundamentali u bħala element essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew kif ukoll in-nies ikunu jistgħu jinżammu fix-xogħol, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2008/867/KE; iqis li servizzi soċjali bħal dawn għandhom jinkludu housing stabbli u finanzjarjment aċċessibbli, trasport pubbliku aċċessibbli, edukazzjoni vokazzjonali bażika, u l-forniment ta' kura tas-saħħa kif ukoll aċċess għal servizzi ta' enerġija u servizzi oħra ta' netwerk finanzjarjament aċċessibbli; jinnota li għandu jsir progress biex jiggarantixxi l-obbligi ta' servizz universali fis-servizzi ta' interess ġenerali; iqis li huwa meħtieġ l-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni biex jistabbilixxi direttiva ta' qafas tal-UE dwar servizzi ta' interess ġenerali li jiggarantixxi dawn l-obbligi; jinnota li l-progress li qed isir sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Barċellona rigward il-forniment ta' kura tat-tfal finanzjarjament aċċessibbli u ta' kwalità għolja għadu mhuwiex biżżejjed, u dan il-progress għandu jissaħħaħ sabiex ikopri lit-tfal kollha fl-edukazzjoni primarja; jinnota wkoll li l-bżonnijiet ta' kura għal persuni oħra dipendenti wkoll mhux qed jiġu ssodisfati u għandhom ikunu soġġetti għal proċess simili;

24.

Jemmen li t-trattament tad-diskriminazzjoni li jaffaċċjaw in-nies fil-kuntest ta' aċċess għal oġġetti, servizzi u faċilitajiet huwa ċentrali għall-kisba tal-inklużjoni u għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal direttiva komprensiva biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni barra mill-impjieg fuq bażi ta' età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali u reliġjon jew twemmin;

25.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw tariffi soċjali awtomatiċi għal gruppi vulnerabbli, pereżempju fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport pubbliku kif ukoll faċilitajiet għall-kisba ta' mikrokrediti, sabiex tiġi promossa l-inklużjoni, kif ukoll kura tas-saħħa u edukazzjoni b'xejn għal persuni b'diffikultajiet ta' natura materjali;

26.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jgħollu l-profil ta' għaqdiet ta' kreditu biex jgħinu fil-provvediment ta' ambjent sikur u regolat għal persuni biex ifaddlu u jissellfu flus u biex jegħlbu d-dejn personali li dejjem qed isir problematiku; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-individwi jkollhom id-dritt li jiftħu kont il-bank li jkun finanzjarjament aċċessibbli, li huwa mezz essenzjali biex wieħed jipparteċipa kemm fl-attivitajiet ekonomiċi kif ukoll fis-soċjetà;

27.

Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu persuni b'diżabilità bl-appoġġ addizzjonali neċessarju kemm biex ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq tax-xogħol kif ukoll waqt li jkunu qed jaħdmu; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għad m'għamlux dan biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità kif ukoll il-Protokoll Fakultattiv tagħha; jinnota li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri u strutturi xierqa għall-implimentazzjoni effikaċi ta' dik il-Konvenzjoni fit-territorju tagħhom;

28.

Hu tal-fehma li ż-żgħażagħ qed jaffaċċjaw ostakoli speċifiċi għall-inklużjoni attiva, inkluża diskriminazzjoni li mhix ġustifikata relatata mal-età u diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess għal skemi ta' taħriġ vokazzjonali li jkunu finanzjarjament aċċessibbli;

29.

Jilqa' b'sodifazzjon li persuni b'diżabilità ma jkunux istituzzjonalizzati iżda jinnota li dan jitlob livell suffiċjenti ta' servizzi bbażati fil-komunità li jiffavorixxu ħajja indipendenti, id-dritt għall-għajnuna personali, id-dritt għall-indipendenza ekonomika u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà fi ħdan l-Istati Membri;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu riżorsi xierqa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-programmi ta' tagħlim ta' matul il-ħajja bħala mezz ta' kif tiġi limitata l-esklużjoni ta' persuni anzjani, fost oħrajn, mill-impjieg u sabiex irawmu l-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fil-ħajja kulturali u ċivika;

31.

Jemmen li għandha tittieħed aktar azzjoni sabiex jiġu ttrattati l-vjolenza domestika u l-abbuż fuq it-tfal u l-anzjani;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-leġilazzjoni Komunitarja eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ugwaljanza b'mod ġenerali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni, tiġi implimentata b'mod sħiħ, b'mod xieraq u b'mod effettiv; jitlob għall-estensjoni u l-infurzar tagħha biex jiġu eliminati l-ostakoli strutturali għall-impjieg u għall-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali;

33.

Jemmen li edukazzjoni ta' kwalità għolja hija prerekwiżit vitali għas-suċċess futur fl-impjieg u fl-integrazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jestendu l-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni pubblika bil-għan li jeliminaw l-ostakoli kollha għall-edukazzjoni, jiżguraw edukazzjoni integrata u aċċess għal kulħadd; jemmen li dawk li ġew esklużi mis-suq tax-xogħol għal żmien twil għandu jkollhom allokazzjonijiet akbar għall-finanzjament għat-tagħlim ta' matul il-ħajja, speċjalment f'dak li jirrigwarda “l-kompetenzi ewlenin”;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex japplikaw il-prinċipju tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet marbuta mal-ġeneru fl-istrateġija kollha tal-Inklużjoni Attiva;

35.

Iqis li t-taħriġ offrut għandu jqis il-bżonnijiet tal-individwi kkonċernati u jkun adegwat għalihom; jitlob li jkun hemm taħriġ u miżuri ta' integrazzjoni immirati, u mhux standardizzati, għaliex dawn spiss jinjoraw il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilità, ta' dawk b'responsabilitajiet ta' kura u ta' persuni bi problemi ta' saħħa; jindika l-aħjar prattiki mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u minn EQUAL f'dak li jikkonċerna approċċi ta' taħriġ iffokat ibbażat fuq il-bżonnijiet, għall-persuni li jinsabu l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, bir-rikonoxximent ta' kapaċitajiet mhux dokumentati u ħiliet miksuba permezz ta' edukazzjoni mhux formali;

36.

Jirrakkomanda titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni u l-integrazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni fis-suq tax-xogħol u fil-kriterji tal-parteċipazzjoni soċjali, kif ukoll it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-aċċess għall-forom kollha ta' edukazzjoni u fil-kwalità ta' edukazzjoni offruta;

37.

Iqis li t-taħriġ għandu wkoll jiżgura li l-individwi jkunu konxji tad-drittijiet u tal-obbligi tagħhom fir-rigward tax-xogħol, inkluż li jingħataw preparazzjoni tajba f'termini ta' saħħa u sigurtà, u d-dritt tagħhom għal sħubija fit-trejdjunjins kif ukoll id-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni u għal tagħlim u taħriġ ta' matul il-ħajja;

38.

Jinnota li hemm riskju li approċċi iktar oriġinali fir-rigward tal-preparazzjoni tal-persuni li jinsabu l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol għal aċċess eventwali għal dan is-suq tax-xogħol jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' fondi, sabiex ikun hemm approċċ iktar limitat ibbażat fuq riżultati li wieħed ikun jista' jarahom aħjar; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex ittejjeb il-finanzjament ta' approċċi minn isfel għal fuq taħt il-Fondi Strutturali, u partikolarment taħt l-ESF, u l-iżvilupp ta' indikaturi li jkejlu l-progress li jsir fl-inklużjoni soċjali u attiva, bħala stimolu għal inizjattivi b'bażi innovattiva għall-promozzjoni tal-inklużjoni attiva, bħala parti mill-objettivi ta' inklużjoni soċjali enfasizzati fil-kuntest tal-Fondi Strutturali maħsuba għall-Istrateġija ta' Liżbona, il-finanzjament propost għall-innovazzjoni soċjali u permezz ta' mezzi oħra ta' finanzjament;

39.

Jinnota li bħala riżultat tal-bidliet demografiċi, huwa stmat li sal-2030 il-proporzjon ta' persuni mhux attivi ser ikun ta' 2:1; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw politiki ta' inklużjoni attiva sabiex jiżguraw li l-persuni li joffru kura (carers), li ħafna minnhom ser ikunu obbligati jirtiraw mix-xogħol minħabba r-responsabilitajiet ta' kura, ma jiġux affettwati ħażin aktar tard fis-snin;

40.

Jinnota l-bżonn li jinħoloq suq tax-xogħol inklużiv bħala ċ-ċentru ta' kwalunkwe strateġija ta' inklużjoni attiva, suq tax-xogħol b'kundizzjonijiet ta' impjieg u b'diversità fl-impjieg għall-ħaddiema kollha, billi jitqiesu l-bżonnijiet differenti skont il-post tax-xogħol, il-ħtiġijiet individwali tal-ħaddiema, il-mudelli tax-xogħol u tal-ħinijiet tax-xogħol u l-livelli differenti tal-kapaċitajiet, u ħtiġijiet differenti f'termini ta' rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja, dik privata u dik professjonali; jinnota li l-kwalità għolja tal-impjiegi hija essenzjali biex tkun promossa ż-żamma tal-impjieg;

41.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jippromwovu suq tax-xogħol kompetittiv li jiffavorixxi l-iżvilupp ta' sistemi ta' ħarsien soċjali pubbliċi u privati bi prezz raġonevoli, li jippermetti lil dawk ikkonċernati, inklużi membri ta' minoranżi etniċi, sabiex ikollhom l-għażla li jnaqqsu r-riskji ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

42.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu mill-għodda u mill-istrumenti eżistenti bħala inċentiv għall-protagonisti kollha biex joħolqu swieq tax-xogħol inklużivi u jtejbu l-parteċipazzjoni ta' dawk li jinsabu l-iktar imbiegħda mis-swieq tax-xogħol; jindika strumenti eżistenti fil-kuntest ta' djalogu soċjali lokalizzat, inċentivi finanzjarji, benefiċċji fiskali u l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ lill-ekonomija soċjali bħala sors vitali fejn persuni żvantaġġati jidħlu fis-suq tax-xogħol;

43.

Jirrimarka li l-irwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tal-inklużjoni attiva jinqasam fi tlieta: bħala entitajiet li jħaddmu, bħala promoturi ta' żvilupp ekonomiku u impjiegi, u bħala fornituri ta' servizzi pubbliċi, inklużi servizzi għall-gruppi l-aktar vulnerabbli; jistieden lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu netwerks f'livelli reġjonali u lokali sabiex jagħtu parir, u jirreferu, lil persuni dwar fejn jistgħu jirċievu għajnuna biex jaċċessaw is-suq tax-xogħol, kif ukoll kif jaċċessaw servizzi soċjali speċifiċi (jiġifieri skemi ta' benefiċċji soċjali, servizzi ta' kura tas-saħħa, tas-saħħa mentali u servizzi ta' kura soċjali u taħriġ vokazzjonali) skont is-sitwazzjon partikolari tagħhom;

44.

Jemmen bis-sħiħ li għandu jsir aktar biex jiġu ttrattati l-ostakoli għall-inklużjoni li jiffaċċjaw dawk li jfittxu l-kenn politiku; jistieden lill-Istati Membri sabiex jaħdmu biex itemmu d-dipendenza ta' dawk li jfittxu l-kenn politiku fuq il-benefiċċji billi jippermettulhom li jaħdmu u biex jikkunsidraw l-iżvilupp ta' aktar rotot ta' immigrazzjoni legali;

45.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jissalvagwardaw politiki ta' kenn politiku bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Refuġjati u liġijiet oħrajn rilevanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

46.

Jirrikonoxxi li t-traffikar tal-bnedmin jirriżulta fi tbatija immensa u f'esklużjoni soċjali u jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu aktar biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni għal kontra t-traffikar u għal kontra d-diskriminazzjoni, biex jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà lill-vittmi ta' traffikar u, b'mod partikolari, biex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni dwar Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Bnedmin;

47.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrifjutaw li ma toħroġx ċara d-differenza bejn il-migrazzjoni ekonomika u t-tiftix għall-kenn politiku, u bejn il-migrazzjoni ekonomika u t-tiftix għall-kenn politiku mal-immigrazzjoni illegali;

48.

Jemmen li l-priġunerija ta' persuni mingħajr ma dawn jingħataw riabilitazzjoni u edukazzjoni xierqa toħloq ostakoli għall-inklużjoni u spiss twassal biss għal aktar esklużjoni soċjali, qgħad u kriminalità;

49.

Jemmen bis-sħiħ li l-fatt li tibqa' teżisti età obbligatorja ta' meta wieħed jirtira huwa ostakolu għall-inklużjoni attiva u jisforza għalxejn ħafna persuni, li jistgħu jagħżlu li jibqgħu jaħdmu, 'il barra mis-suq tax-xogħol;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina mill-qrib il-proċess tal-politika fir-rigward tal-inklużjoni attiva, b'mod partikolari fir-rigward ta' servizzi soċjali ta' kwalità għolja, mal-iżvilupp li qed iseħħ bħalissa ta' qafas volontarju dwar servizzi soċjali ta' kwalità għolja ta' interess ġenerali u biex teżamina mingħajr dewmien kull mezz possibbli biex jiġi ċċarat il-kuntest legali li fih jopera l-interess ġenerali tas-servizzi soċjali u biex tipprovdihom b'qafas legali biex iservi bħala punt ta' referenza, b'mod partikolari billi jiġu adottati strumenti leġiżlattivi fosthom direttiva ta' qafas;

51.

Jenfasizza t-talba riċenti li għamel lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jistipulaw miri għat-tnaqqis tal-faqar (faqar b'mod ġenerali, fost it-tfal, fost min jaħdem u faqar persistenti fit-tul), għal-livell minimu ta' dħul ipprovdut permezz ta' pensjonijiet u għal aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-kwalità tagħha (it-tnaqqis fl-imwiet tat-tfal, it-titjib tas-saħħa u ż-żieda fl-għomor, eċċ.); itenni t-talbiet tiegħu biex tiġi stipulata mira tal-UE biex jitnaqqas il-faqar tat-tfal b'50 % sal-2010 u biex jintemm sal-2015 il-bżonn li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti jgħixu fit-toroq għax ma jkollhomx dar;

52.

Jitlob li jkun hemm pjan direzzjonali konkret għall-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' inklużjoni attiva bbażata fuq il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u ta' persuni oħra kkonċernati, inklużi persuni foqra; iqis ukoll li l-pjan direzzjonali għandu jispeċifika skadenzi taż-żmien u objettivi kwalitattivi u kwantitattivi realistiċi, ibbażati fuq indikaturi speċifiċi u wara djalogu fid-dettall bejn il-partijiet interessati; iqis ukoll li l-pjan direzzjonali għandu jistabbilixxi kif għandha tiġi implimentata u ssorveljata l-inklużjoni attiva permezz tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni għall-protezzjoni soċjali u għall-inklużjoni soċjali, partikolarment fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tinvolvi lill-awtoritajiet lokali fil-monitoraġġ u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' inklużjoni attiva permezz tal-iffinanzjar, mill-programm Progress, ta' netwerk ta' osservatorji, immaniġġjati mill-awtoritajiet lokali, li josservaw l-inklużjoni attiva; jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħtu dawn l-osservatorji rwol qawwi fil-proċess ta' politika futura u jintegraw programmi ta' inklużjoni attiva permezz tal-programmi nazzjonali ta' riforma tal-Istrateġija riveduta ta' Liżbona u b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol;

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(2)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.

(3)  ĠU C 316 E, 22.12.2006, p. 370.

(4)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 148.

(5)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2008)0467.

(7)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 463.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2009)0370.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2008)0556.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0163.

(11)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(12)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(13)  Testi adottati, P6_TA(2009)0062.

(14)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(15)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(16)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 46.

(17)  ĠU C 306, 17.12.2007, p. 158.


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/32


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-integrazzjoni bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE

P6_TA(2009)0372

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (2008/2198(INI))

2010/C 212 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 2, 3(2), 13, 137(1)(i) u 141 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea pproklamata fis-7 ta' Diċembru 2000,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona, iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 f'Liżbona,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa,

wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u Pjattaforma għall-Azzjoni adottati f'Beijing u d-dokumenti sussegwenti dwar dak li rriżulta li ġew adottati fis-Sessjonijiet Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Beijing +5 u Beijing +10 dwar azzjonijiet u inizjattivi ulterjuri biex jimplimentaw id-Dikjarazzjoni u Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Beijing adottati fid-9 ta' Ġunju 2000 u fil-11 ta' Marzu 2005 rispettivament,

wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE għall-Azzjoni dwar l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) S/RES/1325(2000), adottata fil-31 ta' Ottubru 2000, u S/RES/1820(2008), adottata fid-19 ta' Ġunju 2008, dwar in-nisa u l-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-23 u l-24 ta' Mejju 2005 dwar is-Sigurtà Ewropea,

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2008 intitolat “L-Implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni 1325 tal-UNSC kif imsaħħa mir- riżoluzzjoni 1820 tal-UNSC fil-kuntest tal-ESDP”,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-13 ta' Novembru 2006 dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjonital-ugwaljanza bejn is-sessi fl-immaniġġjar tal-kriżijiet,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, b'mod partikolari fil-qafas tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (PESD), u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra l-“Approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà” approvat mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-ħidma li għaddejja fuq Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Irwol tan-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE”,

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien mill-2004, u l-aktar ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tagħha, u l-pjanijiet ta' azzjoni adottati flimkien mal-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuneżija u l-Ukrajna,

wara li kkunsidra l-proċess ta' tkabbir u r-rapporti ta' progress maħruġa mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-tisħiħ tal-irwol tan-nisa fil-politika internazzjonali u ta' żvilupp u l-irwol tagħhom fis-sigurtà u l-paċi, l-aktar dik tal-1 ta' Ġunju 2006 (1), dik tas-16 ta' Novembru 2006 (2) u dik tat-13 ta' Marzu 2008 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il- PEV, dwar l-istrateġija ta' tkabbir tal-UE u dwar il-pajjiżi u r-reġjuni ġirien tal-UE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-istrumenti ta' għajnuna esterna,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-perspettivi ta' żvilupp għall-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l- Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0225/2009),

A.

billi t-twettiq tad-drittijiet umani tan-nisa, tat-tisħiħ tal-irwol tan-nisa u tal-intervent attiv mhuwiex importanti biss biex tkun indirizzata l-inugwaljanza bejn is-sessi u biex tkun implimentata dimensjoni ġenwina tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, iżda huwa essenzjali sabiex il-politika barranija tal-UE tkun implimentata b'suċċess, ukoll fl-oqsma tal-għajnuna, l-iżvilupp, it-tkabbir, il-politika dwar il-pajjiżi ġirien, is-soluzzjoni tal-kunflitti, l-istrutturar tas-sigurtà u tal-paċi u l-kummerċ internazzjonali,

B.

billi minkejja l-fatt li l-Istati Membri huma firmatarji tal-oqsfa internazzjonali ewlenin kollha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, u minkejja l-fatt li jeżistu għadd ta' dokumenti ta' politika fuq il-livell tal-UE, l-impenn prattiku biex jitmexxew ’il quddiem l-inklużjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-irwol tan-nisa fil-politika barranija għadu dgħajjef, l-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' politika eżistenti hija waħda modesta u r-riżorsi baġitarji ddedikati speċifikament għall-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhumiex biżżejjed,

C.

billi minkejja titjibiet konsiderevoli fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi matul dawn l-aħħar snin, l-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE – jiġifieri l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni – m'għandhomx staff biżżejjed maħtur speċifikament biex jimplimenta l-objettivi ddikjarati rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tal-politika esterna u tat-tkabbir, u l-parti l-kbira tal-istaff eżistenti responsabbli għall-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza tas-sessi jridu jgħaqqdu dik l-attività ma’ tal-anqas ġabra oħra ta' dmirijiet, u xi drabi anke tnejn,

D.

billi l-UE teħtieġ strateġija olistika u koerenti lejn l-inklużjoni tal-perspettiva tal-ġeneru,

Rimarki ġenerali

1.

Jagħraf li l-istituzzjonijiet tal-UE taw importanza dejjem akbar lill-perspettiva tal-ġeneru u lit-tisħiħ tal-irwol tan-nisa iżda jenfasizza li jonqos ħafna xi jsir biex l-impenji politiċi jitwettqu fil-prattika, u jisħaq dwar l-importanza li jkun hemm finanzjament adegwat u għadd xieraq ta' persunal responsabbli mill-implimentazzjoni tal-objettivi relatati mal-ugwaljanza tas-sessi;

2.

Ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tirrikjedi mhux biss stqarrijiet politiċi ta' livell għoli imma anki r-rieda politika tal-mexxejja tal-UE u l-Istati Membri, il-prijoritizzazzjoni tal-għanijiet u l-monitoraġġ tal-progress li sar;

3.

Jilqa’ l-adozzjoni ta’ “Approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni fl-UE tal-UNSCR 1325(2000) u 1820(2008) dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà” fuq imsemmi, kif ukoll l-adozzjoni mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2008 tal-linji gwida dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u kif jistgħu jkunu miġġielda l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom rigward il-UNSCR 1325 sabiex b'urġenza jikkonformaw mat-talba tal-Kunsill tas-Sigurtà biex jagħmlu dan; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assistenza teknika u għajnuna lill-pajjiżi terzi li huma lesti li jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmija hawn fuq;

4.

Jinsab kuntent li t-test rivedut tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà jinkludi referenza għar-Riżoluzzjonijiet S/RES/1325(2000) u S/RES/1820(2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmijin hawn fuq, kif ukoll għar-Riżoluzzjoni S/RES/1612(2005):

5.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħaffef il-ħidma tagħha u biex sa Lulju 2009 tipproponi, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mas-Segretarjat tal-Kunsill, “Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Irwol tan-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE”, sabiex jiġi applikat fis-27 Stat Membru u fin-negozjati ma' pajjiżi terzi, flimkien ma' ġabra ta' strumenti ta' monitoraġġ effettivi;

6.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex fid-djalogu politiku tal-UE u fid-diskussjonijiet ta' politika mal-pajjiżi sħab jinkludu sistematikament l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-irwol tan-nisa;

7.

Jitlob lid-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ugwaljanza bejn is-sessi u mat-tisħiħ tal-irwol tan-nisa fir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi; jenfasizza l-importanza li jkunu pprovduti appoġġ u għajnuna għall-parlamenti nazzjonali ta' pajjiżi terzi, bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jintroduċu l-perspettiva tal-ugwaljanza tas-sessi fix-xogħol leġiżlattiv tagħhom;

8.

Jenfasizza l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tal-irwol tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddedikalhom appoġġ finanzjarju adegwat u biex tippromwovi l-parteċipazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tan-nisa fil-proċessi ta' djalogu politiku ma’ pajjiżi sħab, kif ukoll f'negozjati tal-paċi madwar id-dinja;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-koerenza fl-approċċ tal-politika tagħhom dwar l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa; jitlob sabiex l-oqsfa differenti ta' politika li jeżistu f'dan il-qasam jinġabru flimkien f'Kunsens tal-UE dwar l-Ugwaljanza tas-Sessi, li jkun ikopri kemm il-politika interna kif ukoll dik barranija;

10.

Iħeġġeġ li regolarment jiġu organizzati konferenzi biex jiddibattu kwistjonijiet dwar opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, bil-parteċipazzjoni ta' delegazzjonijiet fil-livell tal-parlamenti nazzjonali, li jkunu magħmula minn kemm nisa u kemm irġiel, flimkien mal-ħolqien ta' strateġiji komuni għall-implimentazzjoni ta' proġetti relatati ma' dan is-suġġett;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tindirizza u tipprijoritizza b'mod aktar konsistenti u sistematiku, l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' assistenza esterna, l-aktar fir-rigward tal-provvediment ta' assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà; jinsisti li għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi objettivi, attivitajiet u finanzjament li jkunu jikkonċernaw speċifikament l-ugwaljanza tas-sessi u li l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ugwaljanza tas-sessi permezz ta' dawk id-dokumenti ta' strateġija għandha tiġi mtejba; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ olistiku fl-użu tal-istrumenti ta' għajnuna esterna, fosthom l-Istrument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Politika tal-Viċinanza, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument għall-Istabilità u programmi tematiċi bħall-programm “Investiment fin-Nies”, sabiex jintlaħqu bl-aħjar mod l-għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tat-tisħiħ tal-irwol tan-nisa;

12.

Iqis li r-riżorsi allokati għas-settur tas-saħħa, u għaldaqstant għas-saħħa tal-bniet u n-nisa, bħala insuffiċjenti meta wieħed iqis l-impenji tal-UE għall-politika tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi finanzjarji skont l-istrumenti ta' assistenza esterna għall-programmi tas-saħħa tan-nisa; jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Għajnuna tal-Iżvilupp tal-KE għas-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-Sub-Sahara, ippubblikat f'Jannar tal-2009, l-allokazzjonijiet għas-settur tas-saħħa għal dak ir-reġjun ma żdidux mis-sena 2000 ’l hawn bħala proporzjon tal-għajnuna totali tal-KE għas-saħħa, filwaqt li l-Karta dwar il-Progress tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju għadha tidentifika livelli għolja ħafna fir-rata tal-mortalità materna hemmhekk;

13.

Jinnota li integrazzjoni tas-sessi effettiva teħtieġ koordinazzjoni msaħħa bejn id-donaturi u l-atturi, mekkaniżmi ta' responsabilità u sjieda akbar tal-proċess ta' żvilupp mill-gvernijiet nazzjonali; jenfasizza f'dan ir-rigward il-valur miżjud tas-Sħubija KE/NU dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Iżvilupp u l-Paċi, u tal-inizjattivi għal ibbaġittjar li jirrispondi għall-kwistjoni tal-ugwaljanza tas-sessi; jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif ta' task force għan-nisa, il-paċi u s-sigurtà kif previst fl-approċċ komprensiv fuq imsemmi għall-implimentazzjoni min-naħa tal-UE tar-Riżoluzzjonijijiet S/RES/1325(2000) u S/RES/1820(2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà;

14.

Itenni l-ħtieġa li wieħed jikkonċentra mhux biss fuq in-nisa iżda wkoll fuq ir-relazzjonijiet tas-sessi bejn l-irġiel u n-nisa li joħolqu u jipperpetwaw inugwaljanzi bejn is-sessi; jemmen li, minħabba f'hekk, il-proġetti għandhom iqisu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa;

15.

Jenfasizza li l-UE għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-ħtiġijiet tan-nisa li huma l-aktar vulnerabbli u l-aktar esklużi soċjalment, b'mod partikulari nisa b'diżabilità, refuġjati u nisa minn gruppi ta' minoranza;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-proċeduri, l-istandards ta' referenza u l-indikaturi sabiex tkun żgura li hija tissodisfa l-impenji tagħha fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika esterna tagħha;

17.

Iqis li l-Istitut Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, imwaqqaf fl-2006, għandu jibda jopera mill-aktar fis possibbli u li l-mandat tiegħu għandu jkun estiż biex jinkludi l-politika barranija;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw is-“Sejħa għall-Azzjoni ta' Brussell biex Tiġi Indirizzata l-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti u Lil Hinn Minnhom”;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni sabiex jipprevenu u jikkumbattu kontra t-traffikar tal-bnedmin;

20.

Jenfasizza li l-istupru u l-vjolenza sesswali qed jintużaw bħala arma tal-gwerra; jisħaq li għandhom jiġu kkastigati bħala delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; jitlob li jkun hemm aktar programmi ta' appoġġ għall-vittmi ta' dawk ir-reati;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tikkapitalizza mis-sħubija tagħha man-Nazzjonijiet Uniti, billi tutilizza l-għarfien espert dinji ta' din tal-aħħar fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tat-tisħiħ tal-irwol tan-nisa, bil-għan li ssaħħaħ l-effikaċja u l-impatt tal-politika u tal-għajnuna tal-UE, u sabiex tiggarantixxi li jkun hemm koerenza fl-appoġġ estern għall-pajjiżi sħab biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi relevanti tagħhom;

L-inklużjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE

22.

Iqis li l-għadd ta' persunal li bħalissa qed jaħdem fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ugwaljanza tas-sessi fil-Kunsill u fil-Kummissjoni huwa inadegwat; jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet biex jallokaw aktar staff għall-istrutturi inkarigati mill-azzjoni esterna tal-UE b'responsabilità speċifika għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi u tat-tisħiħ tal-irwol tan-nisa;

23.

Jinnota n-nuqqas kontinwat ta' nisa f'karigi ta' livell għoli fil-Kunsill u l-Kummissjoni, u jappella, b'mod partikulari, biex isiru aktar sforzi biex jiżdied in-numru ta' nisa fost il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-UE u fost ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; jenfasizza li s-Servizz ta' Azzjoni Esterna tal-ġejjieni għandu jkollu bilanċ aħjar bejn l-irġiel u n-nisa, b'mod partikulari fir-rigward tal-postijiet ta' livell għoli, u li għandu jinkludi aktar staff li jkun responsabbli mill-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ugwaljanza tas-sessi;

24.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jinkludu aktar nisa fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PESD, u jitlob li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha u fil-fażijiet kollha tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tiżdied; jenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħal it-tagħrif espert li għandu x'jaqsam mal-ugwaljanza tas-sessi sa mill-bidu tal-ippjanar ta' missjoni jew operazzjoni, u jenfasizza wkoll l-importanza li, qabel ma staff li jkun f'missjonijiet u operazzjonijiet, jingħata taħriġ sistematiku u sostanzjali fl-ugwaljanza tas-sessi;

25.

Jinnota li bħalissa qed isir sforz kbir sabiex jiġi integrat approċċ li jkun sensittiv għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kultura tal-PESD, inter alia billi tiġi żviluppata d-dimensjoni kwantitattiva tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'dik il-politika (eż. permezz ta' kwestjonarji, l-iżvilupp ta' listi ta' kontroll, l-għadd ta' kemm hemm irġiel u nisa f'operazzjonijiet tal-ESDP, eċċ); madanakollu, jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat il-qafas kunċettwali kwalitattiv meħtieġ sabiex jiġu mifhuma l-kuntest soċjoekonomiku li fih huma mħaddma l-missjonijiet tal-PESD (i.e. zoni ta' kunflitt) u l-kwistjonijiet li jirrigwardaw mill-qrib l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet u programmi;

26.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra ta' konsulent li jittratta d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għal kważi l-missjonijiet kollha tal-PESD, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2006 imsemmija hawn fuq; madankollu jenfasizza li x-xogħol ta' dawn il-konsulenti tal-ugwaljanza bejn is-sessi jista' jkun imminat min-nuqqas ta' politika konkreta tal-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi – b'mod partikolarment, nuqqas ta' kuxjenza dwar id-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi u/jew nuqqas ta' rieda li titqies l-importanza tagħha – u min-nuqqas ta' linji baġitarji allokati speċifikament għad-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fl-iffinanzjar tal-missjonijiet tal-PESD;

27.

Ifaħħar l-inizjattivi sabiex jiġi pprovdut taħriġ relatat mal-ugwaljanza tas-sessi lill-istaff li jkun mibgħut fuq missjonijiet tal-PESD u fil-kwartieri ġenerali korrispondenti, u l-isforz konsiderevoli tal-Kummissjoni sabiex tħarreġ lill-istaff tagħha, b'mod partikulari fi ħdan id-delegazzjonijiet; itenni li l-istaff kollu f'kull livell tal-ippjanar, l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika barranija tal-UE għandu jkun imħarreġ b'mod adegwat; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li taħriġ obligatorju jkun ipprovdut għall-istaff kollu li jkun f'missjonijiet u delegazzjonijiet, inkluż il-maniġment, u li huma jingħataw gwida dwar il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza tas-sessi u t-tisħiħ tal-irwol tan-nisa;

28.

Jinsab konvint li l-ippjanar tal-missjonijiet tal-PESD għandu jqis l-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa fil-proċess tal-paċi, sabiex wieħed jibni fuq il-kontribut speċifiku li dawn jistgħu jagħmlu u sabiex jiġu rrikonoxxuti l-modi partikulari li bihom in-nisa huma affettwati mill-kunflitti;

29.

Jisħaq li, fil-preżent, il-kwoti huma mezz indispensabbli biex tiġi assigurata l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-missjonijiet ta' paċi u ta' sigurtà u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-proċessi nazzjonali u internazzjonali ta' rikostruzzjoni, u huma mezz indispensabbli biex tiġi ggarantita l-preżenza politika femminili madwar il-mejda tan-negozjati;

30.

Jenfasizza l-importanza ta' baġitjar li jkun sensittiv għall-perspettiva tal-ugwaljanza tas-sessi; jirrimarka li l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi żviluppata bħala kwistjoni tematika fi strumenti ewlenin ta' għajnuna barranija, li għandhom jiġu allokati approprjazzjonijiet speċjali għall-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li għandhom ikunu ddefiniti standards ta' referenza sabiex jiġi mkejjel kemm qed ikunu użati b'mod effiċjenti l-fondi pprovduti;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 287.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 347.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0103.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0639.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/37


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona

P6_TA(2009)0373

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona (2008/2063(INI))

2010/C 212 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f'Liżbona fit-13 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif emendati mill-Att Uniku Ewropew u t-Trattati ta' Maastricht, Amsterdam u Nizza,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tat-12 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Laeken tal-15 ta' Diċembru 2001 dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ffirmat f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar pjan direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali ta' l-Unjoni (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ ta' Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta' Liżbona (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0145/2009),

Oqsma politiċi ġodda

Għanijiet ġodda u klawsoli orizzontali

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-karattru vinkolanti li t-Trattat ta' Liżbona jagħti lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinpiċji stipulati għaċ-ċittadini u r-residenti kollha ta' l-UE; jenfasizza li l-Parlament se jkun impenjat biex tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tal-Karta;

2.

Jilqa’ b'sodisfazzjon it-tisħiħ tad-demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva li toħroġ mill-introduzzjoni ta', inter alia, l-hekk imsejħa “inizjattiva taċ-ċittadini” (Artikolu 11 tat-Trattat UE kif emendata bit-Trattat ta' Liżbona (TEU)), li permezz tagħha miljun ċittadin minn bosta Stati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tissottometti proposta għal att legali;

3.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-ħarsien ambjentali ngħata pożizzjoni prominenti fil-politiki kollha tal-UE u li referenza espliċita ssir fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex jikkumbatti l-bidla fil-klima fil-livell internazzjonali; jenfasizza li l-Parlament għandu jkompli jinsisti mal-Unjoni Ewropea biex tassumi rwol ta' mexxejja fil-politiki kollha rigward il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tisħin globali;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-TFUE jorbot il-bini ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-Istat Membri tagħha (l-Artikolu 67 tat-TFUE);

5.

Jinnota b'mod partikolari l-għan li “ekonomija tas-suq soċjali tassew kompetittiva li timmira għal okkupazzjoni sħiħa u livell għoli ta' ħarsien u titjib fil-kwalità ta' l-ambjent” (Artikolu 3(3) tat-Trattat UE), li jgħaqqad l-għan tat-tlestija tas-suq intern ma objettivi oħrajn;

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ġiet inkluża fost il-valuri tal-Unjoni (Artikolu 2 tat-Trattat UE) u l-għanijiet (Artikolu 3(3) tat-Trattat UE);

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont l-Artikolu 208(1) tat-TFUE, “il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin” filwaqt li skont l-Artikolu 177(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea “l-politika Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp […] għandha tkun tikkumplimenta kull politika li jkollhom l-Istati Membri”; jenfasizza r-responsabilità miżjuda tal-Parlament, minħabba li l-Unjoni se jkollha rwol ikbar ta' inizjattiva fit-tfassil ta' politiki u dan għandu jwassal għall-koordinazzjoni aħjar tad-donaturi u tal-qsim tax-xogħol u għal effettività ikbar f'termini ta' għajnuna għat-“tnaqqis u, fuq perjodu fit-tul, għall-qerda tal-faqar” fil-kuntest tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju;

8.

Jemmen li l-inklużjoni tal-koeżjoni territorjali bħala għan tal-Unjoni (Artikolu 3 tat-TEU) iżid mal-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u li l-introduzzjoni ta' bażijiet legali f'dawn l-oqsma rispettivi se jżidu l-kompetenza tal-Parlament li jevalwa l-impatt territorjali ta' politiki ewlenin tal-UE; jinnota b'sodisfazzjon li l-istatus speċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda huma kkonfermat fl-Artikoli 349 u 355 tat-TFEU;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet orizzontali dwar livell għoli ta' impjieg, protezzjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u dwar il-ħarsien ambjentali, li se jkunu prinċipji ġenerali tal-bażi tat-tfassil ta' politiki tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 9, 10 u 11 tat-TFUE);

10.

Jilqa’ b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-protezzjoni tal-konsumatur issaħħet sal-punt li se tiġi integrata sistematikament fil-politiki tal-Unjoni li se jiġu stabbiliti u implimentati, u, bħala ħidma globali, issa tokkupa post ħafna iktar prominenti skont l-Artikolu 12 tat-TFUE;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni ta' solidarjetà espressament stipulata fl-Artikolu 122 tat-TFUE, li permezz tagħha l-Kunsill jista' jiddeċiedi dwar miżuri xierqa jekk jinħolqu diffikultajiet serji fil-provvista ta' ċerti prodotti, speċjalment fil-qasam tal-enerġija;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 214 tat-TFUE jirrikonoxxi l-għajnuna umanitarja bħala politika stabbilita tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-Parti Ħamsa, Titolu III, Kapitoli 1 (Koperazzjoni għall-Iżvilupp) u 3 (Għajnuna Umanitarja) tat-TFUE jipprovdu bażi legali ċara għal żvilupp u assistenza umanitarja li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

13.

Barra minn hekk, jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-setgħa tal-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, għall-għoti ta' assistenza u għajnuna ad hoc f'każ ta'diżastri f'pajjiżi terzi (l-Artikolu 214 tat-TFUE);

Bażijiet legali ġodda

14.

Jenfasizza li t-twessigħ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni taħt it-Trattat ta' Liżbona, inkluż il-provvediment ta' strumenti u bażijiet legali ġodda li jaffetwaw oqsma relatati mal-politika barranija (azzjoni esterna u l-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea) jeħtieġ bilanċ interistituzzjonali ġdid li jiggarantixxi skrutinju demokratiku adegwat mill-Parlament;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kwistjonijiet relatati mal-enerġija issa se jkunu koperti b'Titolu XXI separat fil-Parti Tlieta tat-TFUE u li azzjoni f'dan il-qasam għalhekk se jkollha bażi legali (l-Artikolu 194 tat-TFUE); madankollu, jinnota li filwaqt li bħala regola ġenerali se tiġi segwita l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, id-deċiżjonijiet dwar it-taħlita tal-enerġija se jibqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, filwaqt li l-miżuri fiskali se jkomplu jeħtieġu biss konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew;

16.

Jinnota b'mod pożittiv il-valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u jilqa' b'sodisfazzjoni il-bażi legali li tippermetti d-definizzjoni tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forniment tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta' interess ġenerali);

17.

Jikkunsidra li t-tibdiliet introdotti permezz tat-Trattat ta' Liżbona fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni (CCP) (Artikoli 206 u 207 tat-TFUE) jikkontribwixxu b'mod ġenerali għat-tkabbir tal-leġittimità demokratika tiegħu u għall-effiċjenza tiegħu, b'mod partikulari permezz tal-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u r-rekwiżit li jinkiseb kunsens minn qabel għall-ftehim kollu; jinnota li l-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt is-CCP se jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, bir-riżultat li mhux se jkun hemm iżjed ftehim ta' kummerċ imħallta konklużi kemm mill-Unjoni u kif ukoll mill-Istati Membri;

18.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-inklużjoni ta' dispożizzjoni ta' politika spazjali Ewropea (Artikolu 189 tat-TFUE) u jilqa' b'sodisfazzjon l-opportunità mogħtija lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-miżuri neċessarji għat-twaqqif ta' programm spazjali Ewropew; jikkunsidra, madankollu, li l-kliem “bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri f' dan il-qasam” li jinsabu f'dak l-artikolu jista jimplika xi ostakli għall-implimentazzjoni ta' politika komuni Ewropea dwar l-ispazju;

19.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jinkludi bażi legali ġdida li tipprovdi għal kodeċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (Art. 118 tat-TFUE);

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika għaż-żgħażagħ, filwaqt li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (Artikolu 165 tat-TFUE);

21.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-bażi legali l-ġdida stipulata fl-Artikolu 298 tat-TFUE, li tipprovdi li “Fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji ta' l-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti”, billi din tipprovdi l-bażi għal regolament dwar il-proċedura amministrattiva tal-Unjoni;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li teffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 325 tat-TFUE); jenfasizza l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jneħħi l-kwalifika, li tinsab fl-Artikolu 280 attwali tat-Trattat KE, li miżuri ta' dan it-tip “m'għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja”;

23.

Jinnota li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat li jikkonċernaw il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali jinkludu bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-istaff ġudizzjarju (Artikoli 81 u 82 tat-TFUE);

24.

Jenfasizza li t-Trattat ta' Liżbona jipprovdi wkoll għall-possibilità li jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-ġlieda kontra l-krimini li jeffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 86 tat-TFUE);

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi dispożizzjonijiet li jorbtu għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-objettivi interni u esterni tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 3(3) u (5) tat-TUE);

26.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tat-turiżmu bħala Titolu ġdid fit-Trattat ta' Liżbona (Artikolu 195 tat-TFUE) li jistipula li l-Unjoni huwa li tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri; barra minn hekk, jilqa’ b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tirregola l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona inkluda l-isport fost l-oqsma li fir-rigward tagħhom hemm stipulata bażi legali (Artikolu 165 tat-TFUE); b'mod partikulari jenfasizza li l-Unjoni fl-aħħar tista' tieħu azzjoni għall-iżvilupp tal-isport u tad-dimensjoni Ewropea tiegħu u tista' tqis in-natura speċifika tal-isport fl-applikazzjoni ta' politiki Ewropej oħra;

Setgħat ġodda għall-Parlament

Setgħat ta' kodeċiżjoni ġodda

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona se jsaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni Ewropea billi jestendi s-setgħat ta' kodeċiżjoni tal-Parlament;

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huwa integrat b'mod sħiħ fit-TFUE (Artikoli 67 sa 89), biex jintemm b'mod formali t-tielet pilastru; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-parti l-kbir tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-politiki dwar il-ġustizzja ċivili, l-immigrazzjoni u l-visa, u kif ukoll il-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, se jiġu koperti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

30.

Jemmen li l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ittejjeb ir-responsabilità demokratika tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jilleġiżla flimkien u fuq l-istess livell mal-Kunsill; jenfasizza li l-kodeċiżjoni se tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam tal-agrikoltura taħt l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, u li b'mod speċjali dan se jkun il-każ fir-rigward tal-erba' testi orizzontali fil-qasam tal-agrikoltura (l-organizzazzjoni unika ta' suq komuni, ir-regolament dwar il-pagamenti diretti, ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali u l-finanzjament tal-PAK); barra minn hekk, jinnota li l-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità, il-biedja organika u l-promozzjoni se jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE;

31.

Jisħaq li kwalunkwe poter tal-Kunsill li jadotta miżuri skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE għandu jkun suġġett għal adozzjoni minn qabel, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta' att leġiżlattiv skont l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li jippreskrivi l-kundizzjonijiet u l-limiti marbuta mal-poteri mogħtija lill-Kunsill; hu tal-fehma li l-Artikolu 43(3) tat-TFUE ma jipprovdix għal bażi legali jew għal poter awtonomu li jippermetti l-adozzjoni jew l-emenda ta' kwalunkwe wieħed mill-atti tal-Kunsill li huma fis-seħħ bħalissa fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni; jitlob lill-Kunsill biex ma jadotta l-ebda miżura msemmija fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament;

32.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi bidliet radikali fis-sistema ta' teħid ta' deċiżjoni għal Politika Komuni tas-Sajd (PKS)u se jżid ukoll ir-responsabilizzazzjoni demokratika tagħha; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament u l-Kunsill se jistabbilixxu, taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ir-regoli neċessarji għall-kisba tal-objettivi tas-PKS (Art. 43(2) tat-TFUE); f'dan ir-rigward, jikkunsidra li kwalunkwe suġġett formalment inkluż fir-regolament annwali minbarra l-iffissar tal-possibilitajiet ta' qbid u d-distribuzzjoni ta' kwoti, bħal miżuri tekniċi jew il-kapaċità ta' sajd, jew l-inkorporazzjoni ta' ftehimiet adottati fi ħdan l-organizzazzjonijiet tal-industrija tas-sajd reġjonali, li għandhom il-bażi legali tagħhom stess, għandu jkun suġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali (Art. 121(6) tat-TFUE), li għandha ssaħħaħ il-koordinazzjoni ekonomika;

34.

Jemmen li r-responsabilità tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala entità tal-Unjoni Ewropea li jagħti rapport dwar il-politika monetarja issa hija ikbar, minħabba li l-BĊE huwa rikonoxxut bħala istituzzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li diversi dispożizzjonijiet tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ ) u tal-BĊE jistgħu jiġu mmodifikati wara li jiġi kkonsultat il-Parlament skond l-Artikolu 40.2 ta' dak l-Istatut; jafferma li dan ma jikkostitwixxix limitazzjoni fl-indipendenza tal-BĊE fil-qasam tal-politika monetarja jew il-prijoritajiet stipulati fit-Trattat;

35.

Jikkunsidra l-Artikolu 182 tat-TFUE bħala titjib minħabba li l-programm qafas multiannwali u l-implimentazzjoni ta' żona Ewropea ta' riċerka, imsemmija fih, se jkunu koperti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja; madankollu, jinnota li l-programmi speċifiċi msemmija f'dan l-artikolu se jiġu adottati permezz ta' proċedura leġiżlattiva speċjali, u dan ifisser sempliċement konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 182(4) tat-TFUE);

36.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, it-Trattat ta' Liżbona jpoġġi lill-Parlament fuq l-istess livell mal-Kunsill billi jissostitwixxi l-proċedura ta' kunsens attwali bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jikkunsidra li dan huwa sinifikanti speċjalment fir-rigward tal-Fondi Strutturali fil-perjodu ta' wara l-2013, minħabba li jkabbar it-trasparenza u jżid ir-responsabilità fir-rigward ta' dawk il-fondi vis-a-vis iċ-ċittadini;

37.

Jinnota li l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali se ssir suġġetta għal proċedura leġiżlattiva speċjali u se tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament (Artikolu 19 tat-TFUE);

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tkopri miżuri kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari n-nisa u t-tfal, u l-isfruttament sesswali (Artikoli 79(2) u 83(1) tat-TFUE);

39.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tat-teħid ta' deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kkwalifikata għall-qasam tal-kultura, inkluż l-isport (Artikolu 165(4) tat-TFUE);

40.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, minn issa 'l quddiem, il-proċedura ta' kodeċiżjoni se tapplika għar-Regolamenti tal-Istatut tal-Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Artikolu 336 tat-TFUE), billi dan se jippermetti li l-Parlament jieħu sehem, fuq l-istess livell tal-Kunsill, fl-aġġustamenti ta' dawn ir-regolamenti;

Setgħat baġitarji ġodda

41.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jagħmel bidliet radikali fil-qasam tal-finanzi tal-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni;

42.

Jinnota li l-Kunsill u l-Parlament iridu jaqblu, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi proprji, dwar l-ipprogrammar tal-infiq li jsir legalment jorbot (Artikolu 312 tat-TFUE); jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-baġit irid jiġi adottat bħala ħaġa waħda b'mod konġunt mill-Parlament u mill-Kunsill, b'konformità mal-qafas finanzjarju multiannwali; jilqa' b'sodisfazzjoni it-tneħħija tad-distinzjoni bejn in-nefqa obbligatorja u dik mhux obbligatorja (Artikolu 314 tat-TFUE); jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-adozzjoni tar-regolament finanzjarju se tkun suġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 322 tat-TFUE);

43.

Jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona (4);

Proċedura ta' kunsens ġdida

44.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata fir-rigward tal-introduzzjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kkwalifikata u l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'qasam partikulari taħt it-Titolu V tat-TUE jew tat-TFUE tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament;

45.

Jinnota l-introduzzjoni ta' “klawsola ta' ħruġ” għall-Istati Membri (Artikolu 50 tat-TUE); jenfasizza li l-ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni ma jistax jiġi konkluż qabel ma l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu;

46.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kunsens tal-Parlament se jkun meħtieġ għal firxa wiesgħa ta' ftehim internazzjonali ffirmat mill-Unjoni; jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jitlob lill-Kunsill, fejn ikun xieraq, biex ma jiftaħx negozjati dwar ftehim internazzjonali sakemm il-Parlament ma jkunx iddikjara l-pożizzjoni tiegħu, u biex jippermetti lill-Parlament, fuq bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, biex jadotta fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati qabel il-konklużjoni tan-negozjati;

47.

Iħeġġeġ sabiex kwalunkwe ftehim futur 'mħallta' li jgħaqqad elementi mhux PESK ma' elementi PESK normalment għandu jiġi ttrattat skond bażi legali waħda, li għandha tkun dik relatata direttament mas-suġġett ewlieni tal-ftehim; jinnota li l-Parlament se jkollu d-dritt li jiġi kkonsultat, ħlief meta l-ftehim ikun jirrelata b'mod esklussiv mal-PESK;

Setgħat ġodda ta' skrutinju

48.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-President tal-Kummissjoni se jiġi elett mill-Parlament Ewropew, fuq proposta tal-Kunsill Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; jirreferi għar-riżoluzzjoni tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta' Liżbona dwar l-iżvilupp tal-bilanċ istitużżjonali tal-Unjoni Ewropea (5);

49.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Politika tas-Sigurtà se jkun suġġett għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala korp, kif ukoll għal vot ta' ċensura, u għalhekk se jkun responsabbli lejn il-Parlament;

50.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proċedura l-ġdida għall-ħatra tal-Imħallfin u l-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali kif ipprovdut fl-Artikolu 255 tat-TFUE, li jistipula li d-deċiżjoni tal-gvernijiet nazzjonali għandha tiġi ppreċeduta minn opinjoni dwar kemm il-kandidati jkunu adatti sabiex iwettqu d-doveri tagħhom, mogħtija minn panil ta' seba' esperti, li wieħed minnhom irid ikun propost mill-Parlament Ewropew;

51.

Jenfasizza l-bżonn ta' trasparenza u skrutinju demokratiku fir-rigward tat-twaqqif ta' Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna (EEAS) b'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, u jfakkar id-dritt tiegħu li jiġi kkonsultat dwar it-twaqqif tiegħu; huwa tal-fehma li l-EEAS għandu jkun marbut b'mod amministrattiv mal-Kummissjoni;

52.

Jistenna kjarifiki fir-rigward tal-kriterji għar-Rappreżentattivi Speċjali tal-UE u għall-ħatra u l-evalwazzjoni tagħhom, inklużi d-definizzjoni u l-iskop tal-ħidmiet tagħhom, it-tul tal-mandat tagħhom, u l-kordinazzjoni u l-komplementarjetà mad-delegazzjonijiet futuri tal-Unjoni;

53.

Jenfasizza l-bżonn ta' trasparenza u skrutinju demokratiku fir-rigward ta' Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-attivitajiet li twettaq, jiġifieri permezz ta' skambju regolari ta' informazzjoni bejn il-Kap Eżekuttiv tal-EDA u l-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew;

54.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol ġdid ta' konsultazzjoni li se jkollu taħt l-Artikolu 40.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE fir-rigward tal-bidliet tal-kompożizzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE;

55.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-aġenziji, speċjalment il-Europol u l-Eurojust, se jkunu suġġetti għal skrutinju parlamentari ikbar (Artikoli 85 u 88 tat TFUE): jemmen, għalhekk, li ż-żamma tal-proċedura ta' konsultazzjoni għat-twaqqif ta' operazzjonijiet konġunti fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku (l-Artikoli 187 u 188 tat-TFUE) taf ma tikkonformax mal-ispirtu tal-atti legali tal-Unjoni fit-twaqqif ta' aġenziji;

Drittijiet ġodda li jkun infurmat

56.

Jistieden lill-President tal-Kunsill biex iżomm lill-Parlament infurmat b'mod sħiħ dwar il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u biex jgħaddi rapport dwar ir-riżultati tal-laqgħat, meta jkun possibbli fi żmien jumejn ta' ħidma (jekk ikun meħtieġ lil seduta speċjali tal-Parlament);

57.

Jistieden lill-President tal-Presidenza fuq bażi ta' rotazzjoni tal-Kunsill biex jinforma lill-Parlament dwar il-programmi tal-Presidenza u dwar ir-riżultati miksuba;

58.

Iħeġġeġ lill-Viċi President futur tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli futur tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà biex jiftiehem mal-Parlament dwar metodi xierqa biex il-Parlament jinżamm infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jkunu involuti kif xieraq il-kumitati kollha tal-Parlament responsabbli għall-oqsma li jaqgħu taħt il-mandat tar-Rappreżentant Għoli;

59.

Jenfasizza li, fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali, il-Kummissjoni se tkun taħt obbligu legali li tinforma lill-Parlament dwar il-progress tan-negozjati fuq l-istess livell tal-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 218 tat-TFUE; jitlob li din l-informazzjoni tingħata sa l-istess punt, u fl-istess ħin, li tingħata lill-Kumitat rilevanti tal-Kunsill skond dak l-Artikolu;

Drittijiet ġodda ta' inizjattiva

60.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol il-ġdid tal-Parlament fit-tnedija ta' emendi għat-Trattati; se jagħmel użu minn dan id-dritt u se jippreżenta ideat ġodda għall-futur tal-Ewropa, meta sfidi ġodda jagħmlu dan neċessarju;

61.

Jilqa b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament se jkollu d-dritt ta' inizjattiva fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tiegħu stess, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji stipulati fit-Trattati (Artikolu 14 tat-TUE);

62.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi proċedura leġiżlattiva speċjali għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jistipulaw il-modalitajiet u s-setgħat tal-kumitati ta' inkjesta mhux permanenti (Artikolu 226 tat-TFUE);

Proċeduri ġodda

Skrutinju mill-parlamenti nazzjonali

63.

Jilqa' b'sodisfażżjon id-drittijiet ġodda mogħtija lill-parlamenti nazzjonali fir-rigward ta' skrutinju minn qabel tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà fil-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Ewropa; huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-politiki Ewropej mill-parlamenti nazzjonali se jqajjem ukoll kuxjenza pubblika dwar l-attivitajiet tal-Unjoni;

64.

Jenfasizza li l-prerogattivi l-ġodda tal-parlamenti nazzjonali għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;

65.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali lejn ir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jinnota d-dritt tal-Kumitat għar-Reġjuni li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jikkunsidra li l-prinċipju ta' sussidjarjetà jkun inkiser (it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 2);

Atti ddelegati

66.

Japprezza t-titjib li qed joriġina mid-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar atti legali u l-ġerarkija tan-normi, b'mod partikulari l-ħolqien tal-att iddelegat (Artikolu 290 tat-TFUE), li jagħmilha possibbli li tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali jew biex temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv; jinnota li l-objettivi, il-kontenut, l-iskop u t-tul ta' kwalunkwe delega bħal din għandhom ikunu definiti b'mod ċar mill-Parlament u mill-Kunsill fl-att leġiżlattiv;

67.

Jilqa' b'sodisfazzjon b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 290(2) tat-TFUE, li jipprevedi li l-Parlament (u l-Kunsill) ikollu/ikollhom id-dritt kemm li jirrevoka(w) (i)d-delegazzjoni tal-poteri kif ukoll li joġġezzjona(w) għal atti delegati individwali;

68.

Jinnota li t-TFUE ma jipprovdix bażi legali għal miżura qafas għal atti ddelegati, iżda jipproponi li l-istituzzjonijiet jaqblu dwar formula standard għal dawn id-delegazzjonijiet li jiddaħħlu regolarment mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-att leġiżlattiv innifsu; jenfasizza li dan iżomm il-libertà tal-leġiżlatur;

69.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kif bi ħsiebha tinterpreta d-Dikjarazzjoni 39 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Liżbona, rigward il-konsultazzjoni ta' esperti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u kif bi ħsiebha tapplika din l-interpretazzjoni, lilhinn mid-dispozizzjonijiet dwar l-atti ddelegati li hemm fit-TFUE;

Atti ta' implimentazzjoni

70.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jirrevoka l-Artikolu 202 attwali tat-Trattat KE dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni u jintroduċi proċedura ġdida fl-Artikolu 291 tat-TFUE - “atti ta' implimentazzjoni” - li tipprovdi għall-possibilità ta' trasferiment ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni f'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' “kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti legali li jorbtu tal-Unjoni”;

71.

Jinnota li l-Artikolu 291(3) tat-TFUE jirrikjedi li l-Parlament u l-Kunsill jadottaw, minn qabel, regolamenti dwar mekkaniżmi għall-“kontroll mill-Istati Membri” ta' eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi;

72.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona m'għadux jipprovdi bażi għall-proċedura komitoloġika attwali, u li l-proposti leġiżlattivi pendenti li ma jiġux adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat għandhom jiġu mmodifikati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE;

73.

Huwa tal-fehma li tista' tiġi nnegozjata soluzzjoni interna mal-Kunsill għall-perjodu inizjali, sabiex ma jinqalgħux ostakli minħabba l-possibilità ta' lakuni legali u r-regolament il-ġdid ikun jista' jiġi adottat mil-leġiżlatur wara l-konsiderazzjoni dovuta tal-proposti tal-Kummissjoni;

Prijoritajiet għall-perjodu ta' tranżizzjoni

74.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tittrażmetti lil-leġiżlaturi komuni l-proposti pendenti kollha li fir-rigward tagħhom japplikaw il-bażijiet legali ġodda u l-proċeduri leġiżlattivi;

75.

Jinnota li l-Parlament se jiddeċiedi liema pożizzjoni se jieħu rigward opinjonijiet li diġà ġew adottati fi proċeduri ta' konsultazzjoni dwar kwistjonijiet li jinqelbu għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, indipendentement minn jekk dan jinvolvix konferma tal-pożizzjoni preċedenti tiegħu jew l-adozzjoni ta' waħda ġdida; jenfasizza li kwalunkwe konferma ta' opinjonijiet bħala l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tista' tiġi vvutata mill-Parlament wara li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ biss;

76.

Jinsisti dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali li jipprekludi l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi tat-“tielet pilastru” li għandhom dimensjoni ta' drittijiet fundamentali sa ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, sabiex ikun possibbli skrutinju politiku sħiħ fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li l-miżuri li m'għandhom l-ebda impatt, jew li għandhom biss impatt limitat, fuq id-drittijiet fundamentali jistgħu jiġu adottati wkoll qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat;

Proposti

77.

Jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jidħlu f'negozjati għal ftehim interistituzzjonali li jkopri:

(a)

l-objettivi li għandhom jinkisbu mill-Unjoni Ewropea wara l-2009, pereżempju fil-forma ta' ftehim qafas bejn it-tliet istituzzjonijiet politiċi għat-terminu Parlamentari u tal-Kummissjoni li jibda fl-2009;

(b)

il-miżuri ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati sabiex it-Trattat il-ġdid ikun suċċess għall-istituzzjonijiet u għaċ-ċittadini Ewropej;

78.

Jitlob għal aġġornament tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill li jiddefinixxi r-relazzjonijiet ta' ħidma tagħhom dwar il-politika barranija, inkluż il-qsim ta' informazzjoni kunfidenzjali fuq il-bażi tal-Artikoli 14 u 36 tat-TUE u l-Artikolu 295 tat-TFUE;

79.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw in-negozjati mal-Parlament għal ftehim interistituzzjonal ġdid mal-Parlament li tagħti lill-Parlament definizzjoni sostanzjali tal-involviment tiegħu f'kull stadju li jwassal għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali;

80.

Konsegwentement għad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (Artikolu 312 tat-TFUE) u dwar ir-regolament finanzjarju (Artikolu 322 tat-TFUE), jitlob ir-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod;

81.

Jikkunsidra li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji kollha għall-ħolqien ta' politika Ewropea dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u fir-rigward tad-dikjarazzjoni konġunta politika li saret mit-tliet istituzzjonijiet dwar il-komunikazzjoni bħala l-ewwel pass utli lejn il-kisba ta' dan l-objettiv;

82.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr inizjattiva għall-implimentazzjoni tal-“inizjattiva taċ-ċittadini”, li tistipula kondizzjonijiet ċari, sempliċi u faċli għall-użu għall-eżerċiżżju ta' dan id-dritt taċ-ċittadini; jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 li titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal-regolament tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (6);

83.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta regolamenti li jimplimentaw l-Artikolu 298 tat-TFUE dwar amministrazzjoni tajba, li tkun risposta għal talba li ilha pendenti min-naħa tal-Parlament u tal-Ombudsman Ewropew għal sistema komuni ta' liġi amministrattiva li tirregola l-amministrazzjoni Ewropea;

84.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jipprevedi l-inklużjoni ta' Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni, ħaġa li se ssaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' parti importanti mill-politika tal-UE dwar l-iżvilupp; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-passi neċessarji għall-baġit tal-Unjoni Ewropea waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu 2008/2009;

85.

Jirrakkomanda li b'mod urġenti jkun eżaminat u msaħħaħ mill-ġdid l-istatus tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali ladarba jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona u l-Unjoni tieħu l-post tal-Komunitajiet Ewropej;

86.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaqblu mal-Parlament dwar strateġija mmirata biex tiġi żgurata koerenza bejn il-leġiżlazzjoni adottata u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u kif ukoll ir-regoli li hemm fit-Trattati dwar politiki bħal pereżempju dwar il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, il-protezzjoni ta' dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-kenn, it-titjib tat-trasparenza, il-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-minoritajiet u d-drittijiet tal-vittmi u ta' dawk li jkunu taħt suspett;

87.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkontribwixxu għat-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali, speċjalment fl-oqsma leġiżlattivi u ġudizzjarji;

88.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipprevedu t-twaqqif ta' politika komuni tal-enerġija effettiva bl-objettiv li s-swieq tal-enerġija tal-Istati Membri tal-UE jiġu kkoordinati b'mod effiċjenti u kif ukoll jiġu żviluppati waqt li jiġu integrati l-aspetti esterni li jiffukaw fuq is-sorsi u r-rotot tal-provvista ta' enerġija;

89.

Jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra, flimkien mal-Parlament, x'użu għandu jsir mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127(6) tat-TFUE, li jippermettulu lil-Kunsill jikkonferixxi ħidmiet speċifiċi fuq il-Bank Ċentrali Ewropew “li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta' impriżi ta' assigurazzjoni”;

90.

Iwiegħed li jadatta l-organizzazzjoni interna tiegħu bil-għan li jottimizza u jirrazzjonalizza l-eżerċitar tal-poteri l-ġodda mogħtija lilu mit-Trattat;

*

* *

91.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 215.

(2)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p.347.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0055.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0374.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0387.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0389.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/46


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona

P6_TA(2009)0374

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona (2008/2054(INI))

2010/C 212 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 (“Trattat ta' Liżbona”),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif emendati mill-Att Uniku Ewropew u t-Trattati ta' Maastricht, Amsterdam u Nizza,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2003 dwar ir-riforma tal-proċedura baġitarja: għażliet possibbli fil-perspettiva tar-reviżjoni tat-trattati (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-ġejjieni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar L-isfidi politiċi u l-mezzi tal-baġit ta' Unjoni mkabbra 2007-2013 (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 dwar l-approċċ biex jerġa' jinbeda x-xogħol fuq t-Trattat ta' Liżbona,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp (A6-0183/2009),

A.

billi t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi emendi sostanzjali fil-qasam tal-finanzi tal-Unjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-proċeduri tad-deċiżjonijiet,

B.

billi dan jistabbilixxi b'mod parallel ġerarkija preċiża bejn l-atti fundamentali tal-qasam finanzjarju u tal-baġit tal-Unjoni, li jwasslu wkoll għal ħtieġa li tiġi ċċarata s-sistema tat-teħid ta' deċizjonijiet,

C.

billi l-MFF (MFF), li jagħti programmazzjoni tul bosta snin tal-ispejjeż li tesprimi l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni f'termini finanzjarji u li tistabbilixxi limitu massimu għall-ispejjeż tal-Unjoni matul perjodu partikolari, fit-Trattat ta' Liżbona jsir att li jorbot legalment, ibbażat fuq bażi legali ġdida speċifika għall-adozzjoni tar-regolament li fih dan l-MFF,

D.

billi n-nuqqas ta' kontemporanjetà bejn l-MFFs minn banda, u l-mandati tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni mill-banda l-oħra, s'issa kkontribwixxa sabiex il-Parlament jitlef parti mis-setgħat tiegħu fil-qasam baġitarju, għaliex huwa spiss marbut ma' qafas finanzjarju nnegozjat u adottat matul il-leġiżlatura preċedenti,

E.

billi jekk ma jsir l-ebda tibdil fil-kalendarju, ċerti leġiżlaturi tal-Parlament qatt mhu se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet baġitarji li jimpenjawhom, għaliex il-qafas finanzjarju adottat mill-predeċessuri tagħhom ikopri d-dewmien kollu tal-mandat,

F.

billi l-fatt li hemm ftit marġni attwali disponibbli taħt kull titolu, kif ukoll id-dotazzjoni mnaqqsa tal-mekkaniżmi ta' flessibilità disponibbli jagħmlu li jkun diffiċli ħafna li l-Unjoni tirreaġixxi b'mod adegwat għal elementi politiċi imprevisti u toħloq ir-riskju li b'hekk il-proċedura baġitarja annwali titlef is-sustanza tagħha,

G.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jesiġi li l-istituzzjonijiet responsabbli mid-deċiżjonijiet finanzjarji u baġitarji tal-Unjoni jilħqu ftehim dwar tranżizzjoni ottimali lejn l-atti ġuridiċi l-ġodda u l-proċeduri ġodda għat-teħid ta' deċiżjonijiet,

H.

billi għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-baġit tal-Unjoni jrid jiġi kkunsidrat fil-koordinazzjoni ta' strateġiji baġitarji tal-Istati Membri,

I.

billi l-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 reġa' kkonferma li t-Trattat ta' Liżbona huwa neċessarju biex jgħin lill-Unjoni mkabbra taħdem b'mod aktar effikaċi, aktar demokratiku u aktar effiċjenti, inkluż fix-xena internazzjonali, u stabbilixxa approċċ kif ukoll garanziji legali li jwieġbu għat-tħassib li wrew il-votanti Irlandiżi sabiex it-Trattat ikun jista' jidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-2009, filwaqt li jiġu rispettati l-miri u l-għanijiet tat-Trattati,

Kuntest ġenerali

1.

Jilqa' l-progress magħmul mit-Trattat ta' Liżbona fil-qasam tal-kontroll demokratiku u tat-trasparenza għall-finanzi tal-Unjoni; jindika l-bżonn li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kollaborazzjoni interistituzzjonali u metodi ta' kollaborazzjoni interna sabiex il-Parlament ikun jista' jagħmel użu sħiħ mis-setgħat ġodda tiegħu;

Riżorsi proprji

2.

Jiddispjaċih li, f'dak li jikkonċerna r-riżorsi proprji tal-Unjoni, l-Istati Membri ma ħadux l-opportunità li jistabbilixxu sistema ta' riżorsi proprji reali tal-Unjoni, iktar ġusta, iktar trasparenti, li tinftiehem iktar faċilment miċ-ċittadini u li tkun soġġetta għal proċedura ta' teħid ta' deċiżjoni iktar demokratika;

3.

Jiddispjaċih b'mod partikolari li ma sar l-ebda progress sabiex il-Parlament jiġi assoċjat mad-definizzjoni tal-limiti u tat-tip tar-riżorsi proprji li għandha l-Unjoni; ifakkar li nżammet is-separazzjoni bejn id-deċiżjoni dwar id-dħul u d-deċiżjoni dwar l-infiq;

4.

Jilqa' mill-banda l-oħra l-isforzi magħmula dwar il-possibilità ta' adozzjoni tal-miżuri ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji permezz ta' proċedura leġiżlattiva speċjali li skont din il-Kunsill ikun jista' jiddeċiedi biss, b'maġġoranza kwalifikata, wara li jkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kunsill biex juża bis-sħiħ din il-modalità sabiex il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjoni tkun iktar flessibbli;

Qafas finanzjarju pluriennali

6.

Jilqa' l-formalizzazzjoni tas-MFF fit-Trattat ta' Liżbona, li jsir att li jorbot legalment; ifakkar li l-MFF jistabbilixxi l-programmazzjoni tal-ispejjeż tal-Unjoni u jistabbilixxi limiti massimi għall-ispejjeż tal-Unjoni matul perjodu partikolari, biex b'hekk jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dixxiplina baġitarja;

7.

Jilqa' l-fatt li r-regolament li jiffissa l-MFF għandu jkun approvat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill, permezz ta' proċedura speċjali;

8.

Jiddispjaċih madankollu li t-Trattat ta' Liżbona żamm l-esiġenza li tittieħed deċiżjoni unanima mill-Kunsill għall-adozzjoni tal-MFF-, biex b'hekk il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjoni ssir ferm diffiċli u jiġi favoreġġjat negozjar tad-“denominatur komuni minimu”; iħeġġeġ għalhekk lill-Kunsill Ewropew sabiex juża mill-aktar fis il-klawsola li tippermettilu, permezz ta' deċiżjoni unanima, li jgħaddi għall-maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni tal-MFF;

9.

Jiddispjaċih ukoll li, fil-proċedura l-ġdida, il-Parlament għandu biss dritt ta' approvazzjoni u mhux setgħa reali ta' kodeċiżjoni; jinsisti madankollu fuq il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jipprevedi li l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sa mill-bidu tal-proċedura sabiex jiggarantixxu s-suċċess finali tagħha; jistieden għalhekk lill-Kunsill sabiex mill-bidu tal-proċedura jkun disponibbli biex jinbena djalogu politiku strutturat mal-Parlament bil-għan li jitqiesu kompletament il-prijoritajiet ta' dan tal-aħħar;

10.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jindika li l-MFF mhux biss se jkun ikopri l-“ammonti” tal-“limiti annwali tal-krediti għall-impenji skont il-kategorija tal-ispejjeż u l-limiti annwali tal-krediti għall-ħlas”, iżda wkoll “kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tkun utli għall-andament tajjeb tal-proċedura baġitarja annwali” (5);

Dewmien tal-MFF

11.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jippermetti programazzjoni finanzjarja għal perjodu minimu ta' ħames snin, b'mod illi din tkun tikkoinċidi mal-mandati tal-Parlament u tal-Kummissjoni (bil-kundizzjoni li jsiru l-adattamenti neċessarji), hekk kif tesiġi l-loġika demokratika; jirrimarka li jista' jkun hemm bżonn ta' arranġamenti partikolari biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet ta' politiki speċifiċi għall-perjodi finanzjarji fuq żmien itwal;

12.

Jappoġġja għalhekk il-bidla għall-MFF ta' ħames snin, iżda huwa konxju li jista' jkun diffiċli li jkun hemm koinċidenza sħiħa bejn l-MFF u l-mandat tal-Kummissjoni billi jqis li jista' jkun hemm dewmien fin-negozjati ta' tal-anqas sena sabiex kull leġiżlatura tal-Parlament u kull mandat tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u finanzjarji fundamentali matul il-perjodu tal-mandat tagħhom;

13.

Iqis li hija ferm pożittiva l-integrazzjoni tal-MFF f'loġika globali ta' programmazzjoni strateġika interistituzzjonali - kunċett li ġie wkoll imsaħħaħ fit-Trattat ta' Liżbona - kif issuġġerit fir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar il-bilanċ istituzzjonali (6);

14.

Jappoġġja l-proposta fformulata f'dan ir-rapport, li tgħid li, matul il-preżentazzjoni tal-“programm għal-leġiżlatura” tiegħu, il-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid għandu jressaq proposti dwar l-orjentamenti tal-qafas finanzjarju li huwa jqis bħala neċessarji sabiex jiġu sodisfatti l-prijoritajiet politiċi tal-mandat tiegħu, prijoritajiet li, ladarba l-programm tal-leġiżlatura jiġi miftiehem bejn l-istituzzjonijiet, ikunu żviluppati permezz tal-proposti tiegħu fil-MFF;

15.

Iqis ukoll li, matul id-dibattiti fis-seduta plenarja u s-seduti ta' smigħ quddiem il-kumitati parlamentari, il-kandidat għall-presidenza tal-Kummissjoni għandu jkun diġà kapaċi jagħti indikazzjonijiet dwar il-konsegwenzi finanzjarji previżibbli tal-objettivi politiċi li l-Kummissjoni ġdida beħsiebha ssegwi;

16.

Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn sistema ta' programmazzjoni finanzjarja ta' ħames snin, hekk kif imsemmija hawn fuq, tesiġi li jiġi mġedded il-MFF attwali sal-2016 sabiex il-MFF li jmiss għal ħames snin jidħol fis-seħħ fl-2017 (7); ; jirrakkomanda li n-negozjati għall-qafas pluriennali li jmiss għandhom madankollu jintemmu sa' tmiem l-ewwel trimestru tal-2016 sabiex il-proċedura baġitarja għall-2017 diġà tkun tista' ssir fil-parametri tal-qafas li jkun fis-seħħ fl-2017;

17.

Jenfasizza li n-negozjati għandhom isiru b'tali mod li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu iqisu l-MFF jkun diġà fis-seħħ sal-2016;

18.

Iqis li tiġdid u aġġustament tal-qafas finanzjarju plurinennali attwali għandhom jiġu kkunsidrati meta r-reviżjoni ya' ħames snin li jmiss ssir fl-2010;

Flessibilità

19.

Jenfasizza li n-natura li torbot legalment tal-MFF teħtieġ l-introduzzjoni aktar minn qatt qabel ta' aktar flessibilità sabiex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi għall-isfidi imprevisti b'mod flessibbli u effikaċi biżżejjed, kemm fl-Unjoni kemm barra minnha;

20.

Jiġbed l-attenzjoni għal-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jipprevedi t-tiġdid tal-ammonti massimi tal-aħħar sena u tad-dispożizzjonijiet oħrajn tal-MFF attwali jekk il-MFF il-ġdid ma jkunx jista' jiġi adottat qabel ma jiskadi l-MFF preċedenti; huwa tal-fehma li dan jikkostitwixxi argument ieħor favur aktar flessibilità;

21.

Jinsisti, fid-dawl ta' dan, fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' flessibilità ġewwa kull Kapitolu u bejn il-Kapitoli differenti min-naħa, u permezz ta' strumenti ta' flessibilità speċjalizzati u mobilizzabbli lil hinn mill-marġni min-naħa l-oħra;

22.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Baġits għandu jippronunċja ruħu dwar dawn il-kwistjonijiet matul l-adozzjoni tar-rapport tiegħu dwar ir-reviżjoni intermedja tal-MFF 2007-2013;

Passaġġ mill-ftehima interistituzzjonali għall-MFF

23.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li, fi żmien utli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, jintlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet sabiex jgħaddu mill-ftehima interistituzzjonali attwali għall-MFF li jkun f'att leġiżlattiv hekk kif previst mit-Trattat ta' Liżbona; ifakkar li jeħtieġ perjodu ta' tmien ġimgħat sabiex il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jeżwaminaw l-abbozzi ta' atti leġiżlattivi;

24.

Iqis f'dan ir-rigward li jaqbel li jintlaħaq ftehim dwar it-tqassim tad-dispożizzjonijiet li attwalment jinsabu fil-ftehima interistituzzjonali u li għandhom “jitressqu” lejn il-MFF, dwar id-dispożizzjonijiet li se jinsabu fir-regolament finanzjarju futur jew inkella dwar dawk li, jekk ikun il-każ, jiġġustifikaw iż-żamma ta' ftehima interistituzzjonali dwar il-koperazzjoni baġitarja, li eventwalment jiżdidulha dispożizzjonijiet ġodda; ifakkar li dan it-tqassim tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali attwali għandu jsir filwaqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fit-Trattat ta' Liżbona nnifsu;

Proċedura baġitarja annwali

25.

Jilqa' l-eliminazzjoni tad-distinzjoni bejn l-ispejjeż obbligatorji u l-ispejjeż mhux obbligatorji li ġġib magħha d-dritt tal-Parlament li jiddeċiedi bl-istess kompetenza mal-Kunsill dwar it-totalità tal-ispejjeż tal-Unjoni;

26.

Jenfasizza li l-eliminazzjoni tad-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' spejjeż ma tmurx kontra l-obbligu li l-Unjoni tirrispetta l-impenji finanzjarji tagħha, u jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jirrikonoxxi li huma l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li għandhom jaraw li jkun hemm id-disponibilità tal-mezzi finanzjarji li jippermettu lill-Unjoni li twettaq l-obbligi ġuridiċi tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi (8);

27.

Jinnota li t-tibdil fil-proċedura annwali għandu jwassal għas-simplifikazzjoni tal-istess proċedura billi joħloq qari uniku għal kull istituzzjoni u jistabbilixxi bosta mezzi sabiex jiffaċilitaw li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; jenfasizza li dawn il-bidliet iridu jippermettu li tonqos il-burokrazija;

L-irwol tal-Kummissjoni

28.

Jenfasizza t-tisħiħ tal-irwol mogħti lill-Kummissjoni, li tikseb id-dritt ta' inizjattiva fi kwistjonijiet baġitarji u tista' tibdel l-abbozz tal-baġit tagħha sa meta jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

29.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat jirrikonoxxi wkoll li hija l-Kummissjoni li għandha tieħu l-inizjattivi kollha neċessarji sabiex tqarreb il-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill matul ix-xogħol fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, billi b'hekk jistedinha sabiex tieħu l-irwol sħiħ ta' medjatur bejn il-Parlament u l-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim;

Loġika kompletament ġdida

30.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proċedura l-ġdida ma fiha l-ebda qari uniku minn kull waħda mill-istituzzjonijiet dwar l-abbozz tal-baġit; jenfasizza li l-proċedura l-ġdida u l-qari uniku tagħha ma jippermettux de facto lill-istituzzjonijiet li jikkoreġu l-pożizzjoni tagħhom fit-tieni qari, hekk kif setgħu jagħmlu qabel; huwa għalhekk konvint li din il-proċedura se teħtieġ li l-Parlament jistabbilixxi l-prijoritajiet politiċi tiegħu fi stadju bikri u jadatta għalhekk l-approċċ u l-organizzazzjoni operazzjonali tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi kollha stabbiliti;

31.

Ifakkar li dan il-qari għandu jafferma l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament, iżda għandu wkoll jippermettilu li jilħaq ftehim mal-Kunsill fi tmiem il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (jew jippermetti lill-Parlament li jivvota mill-ġdid l-emendi tiegħu b'maġġoranza kbira, f'każ ta' approvazzjoni mill-Parlament u ta' rifjut mill-Kunsill tat-test maħruġ mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni);

32.

Jinsisti f'dak il-kuntest fuq l-importanza li jinżamm kalendarju pragmatiku simili għal dak attwali, filwaqt li jitlob li jkun hemm implimentazzjoni f'waqtha tal-mekkaniżmi ta' kollaborazzjoni; ifakkar barra minn hekk li l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi informali ta' djalogu bejn l-istituzzjonijiet hija kruċjali sabiex tiffaċilita li jintlaħaq ftehim qabel il-bidu tal-proċedura, u mbagħad tul il-proċedura kollha;

33.

Huwa konvint li t-Trattat ta' Liżbona jsaħħaħ is-setgħat tal-Parlament sakemm dan ikunu kapaċi jsib il-mezzi biex iġestixxi b'mod effikaċi l-kalendarju mqassar u l-bżonn akbar ta' antiċipazzjoni dovut għall-proċedura l-ġdida;

34.

Huwa tal-fehma li fil-ġejjieni, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament qabel l-ewwel laqgħa ta' konċiljazzjoni se jkollha importanza akbar, għaliex hija se tippermetti lill-Parlament li jesprimi b'mod formali l-prijoritajiet baġitarji tiegħu għas-sena finanzjarja li jkun imiss, mingħajr ma jkun ikkundizzjonat mill-kunsiderazzjonijiet tattiċi dovuti għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit; iqis li din ir-riżoluzzjoni se tippermetti b'hekk lill-istituzzjonijiet l-oħra li jagħrfu b'mod ċar il-prijoritajiet tal-Parlament qabel ma jinbdew in-negozjati interparlamentari; iżid ukoll li dan se jippermetti li l-Parlament Ewropew ikun jista' jippreżenta linji gwida inizjali dwar l-abbozzi pilota u l-attivitajiet preparatorji;

35.

Ifakkar li dawn il-prijoritajiet se jkunu wkoll ta' utilità kbira għall-Parlament bħala linji gwida għall-qari tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit, iżda wkoll bħala mandat għad-delegazzjoni tiegħu matul in-negozjati fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

36.

Jinsisti fuq l-importanza li jiġi organizzat trilogu fix-xahar ta' Lulju sabiex jippermetti li kull istituzzjoni jkollha indikazzjoni ċara rigward il-prijoritajiet tal-partijiet l-oħra, u tippermetti lill-Parlament li jgħarraf lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-kontenut tar-riżoluzzjoni li għandha tkun adottata f'Lulju dwar l-abbozz tal-baġit;

37.

Jenfasizza l-utilità politika tal-implimentazzjoni - fir-rispett tal-kompetenzi ta' kull parti - ta' djalogu fil-fond mal-kumitati omologi tal-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz tal-baġit u l-prijoritajiet tal-Parlament għall-proċedura baġitarja annwali;

Kumitat ta' Konċiljazzjoni

38.

Jenfasizza l-importanza li se jkollu l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-futur bħala l-korp li jsolvi n-nuqqas ta' ftehim bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; jinnota li dan il-kumitat se jkollu l-ħidma li jilħaq, fi żmien 21 ġurnata, ftehim dwar test ta' kompromess li, jekk ma jiġix rifjutat mill-awtorità baġitarja, jidħol fis-seħħ; huwa tal-opinjoni li l-membri ta' dan il-kumitat iridu jiġu mill-ogħla livell politiku possibbli;

39.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jagħti rwol deċiżiv lill-Parlament fl-aħħar tal-proċedura: jinnota li:

it-test tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (“test konġunt”) mhux se jitqies bħala adottat jekk il-Parlament jirrifjutah (b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu);

jekk il-Kunsill jirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-Parlament japprovah, jew jidħol fis-seħħ mingħajr tibdil, jew inkella l-Parlament jista' jikkonferma l-emendi li jkun adotta fil-qari tiegħu tal-abbozz tal-baġit, b'maġġoranza kwalifikata (maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa);

40.

Jenfasizza li jkun tajjeb li d-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tkun ippreseduta miċ-Chairman tal-Kumitat tal-Baġits u li fiha jkun hemm, jekk ikun meħtieġ u mingħajr preġudizzju għan-natura politika tal-proċedura għall-ħatra tal-membri tagħha mill-gruppi politiċi, membri oħra ta' din il-Kummissjoni, tal-kumitati parlamentari speċjalisti jekk in-negozjati jikkonċernaw kwistjoni speċifika relatata mal-kompetenzi tagħhom;

41.

Jitlob lill-Kunsill biex jilħaq ftehim malajr mal-Parlament dwar l-arranġamenti tax-xogħol tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

42.

Huwa tal-opinjoni, min-naħa tiegħu, li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jipprova jiltaqa' darbtejn fl-ogħla livell politiku, jekk dan ikun neċessarju biex jintlaħaq ftehim, il-laqgħat tiegħu jridu jkunu ppreċeduti minn trijalogu politiku preparatorju skont l-arranġament tradizzjonali; ifakkar fil-bżonn għar-rappreżentanti tal-Kunsill waqt dawn il-laqgħat li jkunu ppreżentati b'mandat ta' negozjar politiku;

43.

Jipproponi li dawn il-laqgħat għandhom ikunu ppreparati minn grupp ta' ħidma interistituzzjonali preparatorju li jkun magħmul minn rapporteur ġenerali flimkien ma' rappreżentanti tal-gruppi politiċi, għall-Parlament, u tar-Rappreżentant Permanenti tal-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni, li jħalli l-possibilità li dan ikun jista' jiġi akkumpanjat minn żewġ presidenzi oħra f'livell ta' troika;

44.

Jinnota wkoll li l-istituzzjonijiet iridu jilħqu ftehim dwar il-kompożizzjoni tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li probabilment għandu jikkonsisti minn uffiċjali miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u megħjuna mill-Kummissjoni;

Kwistjonijiet agrikoli

45.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regola li tistipula li l-Kummissjoni ma tistax tibqa' temenda l-abbozz tal-baġit tagħha ladarba jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, ma jippermettix aktar l-użu tal-ittra tradizzjonali ta' emenda tal-ħarifa biex jitqiesu l-previżjonijiet aġġornati għall-politika agrikola u l-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom; huwa tal-opinjoni li, li f'dan il-każ, l-iktar proċedura xierqa tkun il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni – jekk hemm bżonn – ta' abbozz ta' baġit li jemenda speċifiku (“BA agrikolu”) wara li d-dejta agrikola kollha tkun ġiet stabbilita definittivament;

Relazzjonijiet mal-awtorità leġiżlattiva

46.

Jenfasizza li l-paralleliżmu bejn l-estensjoni tas-setgħat baġitarji tal-Parlament biex ikopru l-ispiża kollha tal-Unjoni u t-twessigħ tal-proċedura ta' kodeċiżjoni biex tiġbor fiha kważi t-talbiet kollha biex il-leġiżlazzjoni tqis aktar id-dimensjoni baġitarja għall-attività leġiżlattiva; għal dan il-għan, huwa jqis li jkun essenzjali li l-koperazzjoni bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-kumitati settorjali għandha tiżdied sabiex jitqies kif suppost l-impatt finanzjarju tal-attività leġiżlattiva tal-Parlament, b'mod partikolari l-impatt tiegħu fuq l-MFF u l-baġit annwali; jipproponi, kif meħtieġ, li l-kumitati ta' konċiljazzjoni leġiżlattivi dwar kwistjonijiet b'implikazzjonijiet finanzjarji għandhom jinkludu membru mill-Kumitat għall-Baġits; ifakkar f'dan il-kuntest fix-xogħol tal-gruppi ta' ħidma fuq ir-riforma parlamentari, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-forom speċifiċi ta' koperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari kif indikat fit-tielet rapport interim;

47.

Barra minn hekk jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jestendi l-obbligu biex tiġi infurzata d-dixxiplina baġitarja għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jinnota li r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament diġà stipulaw proċedura speċifika magħmula biex tiżgura li dak il-prinċipju jiġi osservat; huwa tal-opinjoni li din il-proċedura hemm bżonn issir iżjed effettiva u b'mod li taħdem aħjar;

Regolament Finanzjarju

48.

Jilqa' l-fatt li r-Regolament Finanzjarju jsir regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni) mill-Parlament u l-Kunsill wara l-opinjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri;

49.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jagħti d-dispożizzjoni prinċipali sabiex jiġu identifikati dawk id-dispożizzjonijiet tal-ftehima interistituzzjonali attwali li jridu jinżammu fil-ftehima interistituzzjonali futura u dawk li jridu pjuttost jiġu inkorporati fl-MFF;

50.

Jinnota, madankollu, li r-Regolament Finanzjarju għandu jinkorpora d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi definita l-proċedura baġitarja, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat (9); huwa tal-opinjoni li l-formulazzjoni tal-kliem tkopri l-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-mekkaniżmu li jibda l-konċiljazzjoni, u naturalment, l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju direttament affettwat mit-tibdiliet introdotti mit-Trattat ta' Liżbona (jiġifieri t-tneħħija tad-distinzjoni l-infiq obligatorju u l-infiq mhux obbligatorju, proċedura ta' kodeċiżjoni ġdida għat-trasferimenti, eċċ.);

51.

Iqis li huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet jilħqu fi żmien utli ftehim politiku dwar dawn il-kwistjonijiet sabiex, wara li t-Trattat ta' Liżbona ikun daħal fis-seħħ, il-modifiki meħtieġa għar-regolament finanzjajrju jkunu jistgħu jiġu introdotti malajr skont il-proċedura ġdida u jiġu previsti, jekk ikun meħtieġ, dispożizzjonijiet proviżorji li jippermettu li l-proċedura baġitarja titkompla faċilment;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq fi żmien utli l-proposta li tippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill li jilħqu ftehim dwar l-applikazzjoni ta' din id-distinzjoni stipulata fil-paragrafu 49 għas-sustanza tal-ftehima interistituzzjonali attwali;

53.

Isostni li dawn it-tibdiliet għar-Regolament Finanzjarju b'ebda mod m'għandhom jiġu konfużi mar-reviżjoni ta' kull tliet snin ta' dan id-dokument li hija ippjanata għall-2010;

L-impatt baġitarju tat-tibdiliet interistituzzjonali u l-kompetenzi ġodda tal-Unjoni

54.

Jinnota li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona se jkollu wkoll impatt fuq il-baġit tal-Unjoni permezz tal-innovazzjonijiet istituzzjonali li jintroduċi, b'mod partikolari, iż-żieda fl-istejtus tal-Kunsill Ewropew għal istituzzjoni, akkumpanjat mill-istabbiliment ta' Presidenza fissa, kif ukoll il-ħolqien tal-post ta' Rappreżentant Għoli u tas-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropew, li xogħlu jkun li jappoġġja l-ħidma tiegħu;

55.

Itenni minn issa l-intenzjoni tiegħu li jeżerċita sal-massimu s-setgħat baġitarji tiegħu fir-rigward ta' dawn l-innovazzjonijiet istituzzjonali u jenfasizza l-importanza li jintlaħaq ftehim politiku mal-Kunsill fi żmien utli dwar l-arranġamenti tal-finanzjament tal-Kunsill Ewropew u, b'mod partikolari, tal-Presidenza fissa tiegħu, kif ukoll dwar il-finanzjament tas-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropew futur; jenfasizza li l-finanzjament lta' dan is-servizz iridu jibqgħu taħt il-kontroll tal-awtorità baġitarja;

56.

Ifakkar li fil-qafas tal-PESK u l-politika ta' sigurtà u difiża komuni, it-Trattat ta' Liżbona jipprovdi għat-twaqqif ta' proċeduri ġodda li jippermettu aċċess rapidu għall-baġit tal-Unjoni u l-ħolqien ta' fondi tal-bidu mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; jenfasizza, madankollu, li l-azzjonijiet esterni kollha tal-Unjoni għandhom bħala regola jkunu finanzjati mill-approprjazzjonijiet komunitarji, u biss u bħala eċċezzjoni - f'każ ta' emerġenza - abbażi ta' kontribuzzjonijiet li ma jkunux parti mill-baġit tal-Unjoni,

57.

Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona se jkollu wkoll impatt finanzjarju, għalkemm limitat, minħabba s-setgħat speċifiċi ġodda attribwiti lill-Unjoni; jistqarr li hu lest li janalizza, fl-istadju xieraq, l-implikazzjonijiet konkreti tal-eżerċizzju ta' dawn is-setgħat il-ġodda; huwa tal-opinjoni li dawn is-setgħat ċertament mhumiex se jkunu implimentati fis-sħuħija tagħhom immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, imma pjuttost gradwalment hekk kif jitfasslu l-proposti leġiżlattivi; huwa tal-opinjoni, madankollu, li ma jridux jiġu ffinanzjati għad-detriment tal-attivitajiet attwali tal-Unjoni;

Koordinazzjoni mal-baġits nazzjonali

58.

Jixtieq jistieden lill-parlamenti nazzjonali sabiex kull sena jipparteċipaw f'dibattitu komuni u pubbliku dwar l-orjentazzjonijiet tal-politiki baġitarji nazzjonali u komunitarji qabel l-eżami ta' abozzi ta' baġits rispettivi sabiex jiġi introdott mill-bidu qafas komuni ta' riflessjoni għall-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li jitqies il-kontribut komintarju;

59.

Josserva li d-deċiżjoni dwar kif jitqassmu l-ispejjez tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward tal-objettivi l-kbar tal-Unjoni jiġu ċċarati b'mod utli bil-pubblikazzjoni annwali, minn kull Stat Membru, tal-approprjazzjonijiet baġitarji nazzjonali, u eventwalment reġjunali, li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' dawn l-objettivi;

*

* *

60.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 143.

(3)  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214.

(4)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 373.

(5)  Artikolu 312 (3) tat-Trattat dwar it-tħaddim tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Rapport tat-18 ta' Marzu 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta' Liżbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, (A6-0142/2009).

(7)  Skond il-mudell deskritt minn din it-tabella tar-rapport tal-Kumitat għall-Baġits tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-revizjoni ta' nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju 20072013 (A6-0110/2009):

Sena

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

prep.baġit

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020


Leġiżlatura

2004 / 2009

2009 / 2014

2014 / 2019

MFF

Reviżjoni 2007 / 2013

2013 / 2016

2017 / 2021

(8)  Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Skont l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa jrid jinkludi “ir-regoli finanzjarji li b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura li trid tiġi adottata biex isir u jiġi implimentat il-baġit”.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/54


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova

P6_TA(2009)0384

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova

2010/C 212 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova, b'mod partikolari dik tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Moldova (1), kif ukoll dawk dwar il-Politika tal-Viċinat Ewropew (ENP) u l-Kooperazzjoni Reġjonali fil-Baħar l-Iswed,

wara li kkunsidra r-Rapport Finali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Koperazzjoni Parlamentari UE-Repubblika tal-Moldova tat-22-23 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-Karta ta' Strateġija tal-Kummissjoni tal-2004, li tinkludi r-rapport dwar ir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat nhar it-28 ta' Novembru 1994 bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal- dwar is-Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823) tat-3 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-assistenza mogħtija mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Moldova fil-qafas tal-Istrument ta' Viċinat u Sħubija Ewropew (ENPI), inkluż għall-proġett bit-titolu “Appoġġ Elettorali għar-Repubblika tal-Moldova”, li ta assistenza finanzjarja b'appoġġ għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni ENP UE-Repubblika tal-Moldova adottat fis-seba' Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Moldova li sar nhar it-22 ta' Frar 2005, kif ukoll ir-rapporti annwali ta' progress dwar ir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra l-Ftehima UE-Repubblika tal-Moldova dwar il-Faċilitizzazzjoni tal-Viżi, iffirmata fl-2007,

wara li kkunsidra l-istqarrija tas-sejbiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni fl-Elezzjoni (IEOM), tar-Repubblika tal-Moldova għall-elezzjonijiet parlamentari tal-5 t'April 2009 u tar-rapport ta' wara l-elezzjoni mħejji mill-Uffiċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u Drittijiet tal-Bniedem (OSCE/ODIHR)għall-perjodu mis-6-17 t'April 2009,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin Franċiż, Ċek u Żvediz dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, tad-9 ta' April 2009,

wara li kkunsdira d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova tas-7 u t-8 ta' April 2009,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-27-28 ta' April 2009, kif ukoll l-iskambju ta' veduti dwar din il-kwestjoni mal-Presidenza tal-UE li sar fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin nhar it-28 ta' April 2009,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Javier Solana, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għas-CFSP, tas-7 u l-11 ta' April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Benita Ferrero-Waldner, Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni, tas-6, is-7 u l-11 ta' April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Equippe għal Pajjiż tan-NU fir-Repubblika tal-Moldova tat-12 ta' April 2009,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1280 tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' April 2002,

wara li kkunsidra l-Memorandum tal-Moldova tal-Amnesty International tas-17 t'April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova waqt u wara l-avvenimenti tas-7 t'April 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni ad hoc tal-Parlament għar-Repubblika tal-Moldova, li ż-żjara tagħha saret mis-26 sad-29 t'April 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant li se jkunu ppreżentati dalwaqt jirrikonoxxu l-aspirazzjonijiet Ewropej tar-Repubblika tal-Moldova u l-importanza tal-Moldova bħala pajjiż b'rabtiet fondi storiċi, kulturali u ekonomiċi mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-Pjan ta' Azzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jimmira għall-inkoraġġiment tar-riformi politiċi u istituzzjonali fir-Repubblika tal-Moldova, inkluż fl-oqsma tad-demokrazija u l-jeddijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudizzjarju u l-libertà tal-mezzi tax-xandir, kif ukoll ir-relazzjonijiet ta' bwon viċinat,

C.

billi ġiet stipulata mira għal Ġunju 2009 li jkunu mnidija negozjati dwar il-Ftehima l-ġdida bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE waqt il-Kunsill ta' Koperazzjoni UE-Moldova,

D.

billi r-Repubblika tal-Moldova hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OSCE u b'hekk ikkomettiet ruħha għall-promozzjoni ġenwina tad-demokrazija u tar-rispett tal-jeddijiet tal-bniedem, inkluż fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tortura, tal-maltrattament u ta' trattamenti oħrajn inumani u degradanti, u t-taqbida kontriehom,

E.

billi l-elezzjonijiet parlamentari fir-Repubblika tal-Moldova saru fil-5 t'April 2009, li kienu mmonitorjati minn IEOM komposta minn rappreżentanti tal-OSCE / ODIHR u rappreżentanti mill-Parlament Ewropew, mill-Assemblea Parlamentari tal-OSCE u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

F.

billi ġie espress tħassib serju matul il-perijodu pre-elettorali dwar il-kontroll li l-gvern kellu fuq il-mezzi pubbliċi tax-xandir, l-intimidazzjoni u l-assillar tal-mexxejja tal-oppożizzjoni, tal-mezzi privat tax-xandir, u l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi għall-benefiċċju tal-partit fil-gvern,

G.

billi bejn 500 000 u miljun Moldovu jgħixu barra mill-pajjiż u peress li ġew iffirmati bosta appelli minn għadd kbir ta' NGOs u assoċjazzjonijiet tad-diaspora Moldova inkluż wieħed indirizzat lill-President tar-Repubblika tal-Moldova, il-President tal-Parlament u l-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Moldova fi Frar 2009 dwar il-miżuri li jċaħħdu lill-Moldovi li jgħixu barra l-pajjiż mill-jedd għall-vot, intbagħtu lill-awtoritajiet Moldovi qabel l-elezzjonijiet tal-5 ta' April 2009 u sfaw injorati; wara li kkunsidra l-għadd limitat ħafna (22 000) ta' votanti Moldovi barra r-Repubblika tal-Moldova,

H.

billi l-awtoritajiet de facto tar-reġjun separatist tat-Transnistrija ma ħallewx għadd kbir ta' ċittadini Moldovani jieħdu sehem fl-elezzjonijiet,

I.

billi l-IEOM kkonkludiet, fis-sejbiet preliminari tagħha li l-elezzjonijiet issodisfaw ħafna standards u obbligi internazzjonali, imma jeħtieġ aktar titjib biex jiġi żgurat proċess elettorali ħieles minn indħil żejjed amministrattiv u biex tiżdied il-kunfidenza pubblika,

J.

billi l-partiti tal-oppożizzjoni u l-grupp magħruf bħala Koalizzajoni 2009 ilmentaw dwar irregolaritajiet kbar matul l-elezzjoni tal-5 ta' April 2009 fit-tħejjija tal-listi tal-votanti u l-listi supplementari u fil-għadd u t-tabulazzjoni,

K.

billi, wara li kien hemm għad mill-ġdid, ir-riżultati finali tal-elezzjonijiet ġew ippubblikati mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali fil-21 t'April 2009 u vvalidati mill-Qorti Kostituzzjonali fit-22 t'April 2009,

L.

billi l-ġrajjiet li ġew wara l-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati mill-vjolenza u mill-kampanja massiċċa tal-Gvern Moldovu ta' intimidazzjoni u vjolenza, u b'hekk intefa' d-dubju fuq l-impenn tal-awtoritajiet Moldovi favur il-valuri demokratiċi u l-jeddijiet tal-bniedem u l-eżistenza ta' fiduċja pubblika f'dawk l-awtoritajiet,

M.

billi l-protesti paċifiċi tqanqlu mid-dubji dwar il-ġustizzja tal-elezzjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi dawk li jamministraw il-proċess elettorali, u billi l-atti spjaċevoli ta' vjolenza u vandaliżmu sfaw sfruttati mill-awtoritajiet biex jintimidaw is-soċjetà ċivili billi jirrispondu b'mod vjolenti u sproporzjonat u billi rrestrinġew aktar il-jeddijiet u l-libertajiet fundamentali ġa fraġli taċ-ċittadini Moldovi,

N.

billi huwa aċċettat li mill-anqas 310 ruħ ġew arrestati u detenuti, filwaqt li ċertu numru ta' dawk arrestati għadhom miżmumin il-ħabs u filwaqt li, meta arrestati, xi detenuti soffrew maltrattament sistematiku fil-għases tal-pulizija tant li jista' jitqies tortura,

O.

billi s-swat u l-arresti mhux ġustifikati minn unitajiet mhux identifikati tal-pulizija jidher li ma kinux intiżi biex jippaċifikaw is-sitwazzjoni, imma biex iwasslu għal att magħmulin apposta biex jirreprimu,

P.

billi ġew kommessi abbużi serji tal-jeddijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Moldovi, filwaqt li l-immolestar inġustifikat tas-soċjetà ċivili u l-protestanti u disprezz għall-istat tad-dritt u l-konvenzjonijiet Ewropej relevanti li r-Repubblika tal-Moldova hija firmatarja tagħhom għadhom għaddejjin f'dak il-pajjiż,

Q.

billi l-Gvern Moldovu akkuża lir-Rumanija b'involviment fid-dimostrazzjoni post-elettorali u keċċa lill-ambaxxatur Rumen; billi l-Gvern Moldovu ġab lura l-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru tal-UE,

R.

billi għandu jiġi enfasizzat li l-ebda indikazzjoni jew evidenza serja ma fiġġet dwar il-bażi li fuqha xi Stat Membru tal-UE jista' jiġi mixli li huwa responsabbli għall-ġrajjiet vjolenti ta' dawn l-aħħar ġimgħat,

S.

billi sħubija ġenwina u bbilanċjata tista' tiġi żviluppata biss fuq il-bażi ta' valuri komuni fir-rigward, b'mod partikolari, tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili,

T.

billi l-Unjoni Ewropea tipprova tistabilixxi, permezz tal-programm tagħha għal Sħubija fil-Lvant, stabilità akbar, governanza aħjar u żvilupp ekonomiku fir-Repubblika tal-Moldova u fil-pajjiżi l-oħrajn fil-fruntieri tagħha tal-lvant,

1.

Jisħaq dwar l-importanza ta' relazzjoni eqreb bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova u jikkonferma l-ħtieġa li jaħdmu flimkien biex jikkontribwixxu għal aktar stabilità, sigurtà u prosperità fil-kontinent Ewropew u biex ikun hemm il-prevenzjoni li jfiġġu linji ġodda ta' diviżjoni;

2.

Jirrafferma l-impenn tiegħu għalbiex jissokta djalogu sinikanti u orjentat lejn il-kisba tal-għanijiet mar-Repubblika tal-Moldova, imma jorbot importanza kbira mal-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet f'saħħithom dwar l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jenfasizza li aktar konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet, inkluż permezz tal-konklużjoni ta' ftehima ġdida u mtejba, tajjeb li tkun kontinġenti għal impenn reali u evidenti tal-awtoritajiet Moldovi għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jenfasizza li konformità sħiħa ma' standards internazzjonali demokratiċi hija tal-akbar importanza qabel, matul u wara l-proċess elettorali għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea;

4.

Jikkundanna bil-qawwa l-kampanja massiċċa ta' molestar, vjolazzjonijiet serji tal-jeddijiet tal-bniedem u l-azzjonijiet illegali l-oħrajn kollha magħmulin mill-Gvern Moldovu wara l-elezzjonijiet parlamentari;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovi jieqfu minnufih minn kull arrest illegali u jikkonduċi l-azzjoni governattiva skont l-impenji internazzjonali tal-pajjiż u l-obbligi għar-rigward tad-demokrazija, l-istat ta' dritt u d-drittijiet umani;

6.

Huwa partikolarment imħasseb dwar l-arresti illegali u arbitrarji u l-vjolazzjonijiet fuq firxa wiesa' tal-jeddijiet tal-bniedem ta' persuni arrestati, l-aktar il-jedd għall-ħajja, il-jedd għal-libertà mill-abbuż fiżiku, u mit-trattament degradanti, it-tortura u l-kastig, il-jedd għal-libertà u s-sigurtà, il-jedd għas-smigħ xieraq u l-jeddijiet għal-libertà tal-għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, kif ukoll il-fatt li dawn l-abbużi għandhom għaddejjin;

7.

Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm djalogu nazzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-partiti tal-gvern u tal-oppożizzjoni, li għandhom jagħmlu sforz serju biex jtejbu b'mod fundamentali l-proċeduri demokratiċi u l-iffunzjonar tal-istituzzjonijiet demokratiċi fir-Repubblika tal-Moldova u li għandhom jindirizzaw immedjatament id-defiċjenzi nnotati fis-sejbien tal-IEOM;

8.

Jenfasizza, madankollu, li t-tensjonijiet interni fir-Repubblika tal-Moldova huma kbar ħafna u għalhekk jemmen bis-sħiħ li hemm ħtieġa urġenti li tinħoloq kummissjoni indipendenti ta' investigazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-UE, tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' esperti indipendenti bil-mira li jiġi żgurat proċess imparzjali u trasparenti ta' investigazzjoni;

9.

Jinsisti li dawk kollha misjuba responsabbli għall-vjolenza brutali mwettqa kontra d-detenuti jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinsisti, barra minn hekk, li s-sejbiet tal-kumitat ta' investigazzjoni għandhom iwasslu għal riforma ġenwina tas-sistema legali u l-forzi tal-pulizija fir-Repubblika tal-Moldova;

10.

Jitlob li tiġi żgurata investigazzjoni speċjali dwar il-każijiet ta' persuni li mietu waqt l-avvenimenti wara l-elezzjonijiet kif ukoll dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' stupru u trattament ħażin waqt detenzjoni u l-arresti politikament motivati bħal dawk ta' Anatol Mătăasaru u ta' Gabriel Stati;

11.

Jikkundanna l-kampanja ta' fastidju mill-awtoritajiet Moldovani kontra ġurnalisti, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u partiti tal-oppożizzjoni, b'mod partikolari l-arresti u t-tkeċċijiet ta' ġurnalisti, l-interruzzjoni tal-aċċess għall-websajts u l-istazzjonijiet tat-TV, il-propaganda ta' informazzjoni mnedija fuq stazzjonijiet pubbliċi u ċ-ċaħda għall-aċċess għall-midja pubblika lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni; jikkunsidra li dawn l-azzjonijiet għandhom il-mira li jiżolaw lir-Repubblika tal-Moldova mill-midja domestika u internazzjonali u mill-iskrutinju pubbliku; jiddeplora u jikkundanna l-kontinwazzjoni ta' din iċ-ċensura permezz ta' ittri mibgħuta mill-Ministri tal-Affarijiet Domestiċi u l-Ministru tal-Ġustizzja lill-NGOs, lill-partiti politiċi u lill-midja;

12.

Jiddeplora bil-qawwa d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Moldovi li jkeċċu lill-ambaxxatur Rumen u li jdaħħlu l-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea; jinsisti li d-diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini tal-UE fuq il-bażi tal-oriġini nazzjonali tagħhom ma hijiex aċċettabbli u jistieden lill-awtoritajiet Moldovi jreġġgħu lura r-reġim ta' ħelsien mill-viża għaċ-ċittadini Rumeni;

13.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fl-istess waqt, ħalli jirrevedu s-sistema tal-viża tal-UE għar-Repubblika tal-Moldova biex jiġu mtaffija l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-viżi għaċ-ċittadini Moldovi, l-aktar il-kundizzjonijiet finanzjarji, u biex irendi possibbli arranġamenti tal-ivvjaġġar irregolati aħjar; jittama, madankollu, li ċittadini tal-Moldova mhux se jużaw sistema aħjar ta' viża u vjaġġar biex jibdew eżodu in massa minn pajjiżhom, iżda li jkunu mħeġġa jagħtu kontribut attiv għall-iżvilupp ulterjuri ta' pajjiżhom;

14.

Jieħu nota tal-fatt li l-allegazzjonijiet li pajjiż tal-UE kien involut fl-avvenimenti jidhru infondati u ma ġewx diskussi u lanqas ripetuti matul il-laqgħat tad-Delegazzjoni Ad Hoc fir-Repubblika tal-Moldova;

15.

Jitlob għal provi immedjati u sostanzjali għal kwalunkwe allegazzjoni tal-Gvern tal-Moldova dwar l-azzjonijiet ta' dawk li pprotestaw u dwar l-involviment ta' gvernijiet barranin;

16.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Moldova fir-rigward tal-ftuħ ta' fajl kriminali dwar l-'tentattiv ta' użurpazzjoni tal-poter tal-istat fis-7 ta' April 2009 u jittama li l-investigazzjoni titmexxa b'mod trasparenti u li tiċċara l-allegazzjonijiet kollha li saru mill-awtoritajiet Moldovi kontra wieħed jew bosta pajjiżi terzi li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni possibbli tagħhom waqt dawn l-avvenimenti wieħed jew aktar f'dawn il-ġrajjiet;

17.

Jikkunsidra li hu inaċċettabbli, filwaqt li jikkundanna l-atti kollha ta' vjolenza u vandaliżmu, li l-protesti kollha jiġu ppreżentati bħala atti kriminali u l-“kumplott antikostituzzjonali” allegat; jemmen li l-protesti paċifiċi ħraxu kunsiderevolment minħabba dubji dwar kemm kienu ġusti l-elezzjonijiet, nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u skuntentizza dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fir-Repubblika tal-Moldova;

18.

Jemmen li d-djalogu kostruttiv mal-partiti tal-oppożizzjoni, mas-soċjetà ċivili u mar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali huwa l-uniku mod biex tispiċċa s-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Moldova;

19.

Jenfasizza li kull elezzjoni ġdida teħtieġ kunsens bejn l-oppożizzjoni u l-gvern dwar titjib konkret għall-proċess elettorali;

20.

Itenni l-importanza tal-indipendenza tal-ġudikatura, u jitlob li jkun jittieħdu passi ulterjuri biex tiġi żgurata l-indipendenza editorjali tal-midja kollha, inkluż ir-Radju u Televiżjoni Moldovi u l-waqfien ta' kull intimidazzjoni kontra l-Istazzjon ProTV u kull theddid marbut mal-estensjoni tal-liċenzja tiegħu, kif ukoll titjib kunsiderevoli fil-liġi elettorali tal-Moldova bħala elementi kruċjali ta' kwalunkwe proċess elettorali futur u konsolidament demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova;

21.

Jiddeplora l-fatt li l-Gvern tal-Moldova m'għamel l-ebda sforz sabiex jiffaċilita l-votazzjoni ta' ċittadini tal-Moldova li jgħixu barra l-pajjiż, f'konformità mas-suġġerimenti tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova biex jadottaw il-miżuri neċessarji biex dan iseħħ fiż-żmien dovut;

22.

Jenfasizza d-diskrepanzi konsiderevoli bejn ir-rapport preliminari tal-OSCE/ODIHR dwar kif tmexxew l-elezzjonijiet u l-allegazzjonijiet tal-irregolaritajiet mifruxin minn għadd kunsiderevoli ta' NGOs Moldovi; jindika li tali diskrepanza għandhom jitqiesu f'kull reviżjoni futura tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-elezzjonijiet tal-OSCE/ODIHR u l-kontribuzzjonijiet tal-UE għall-IEOMs;

23.

Jemmen li, sabiex tippreserva l-kredibilità tagħha mal-poplu tar-Repubblika tal-Moldova, l-UE għandha tinvolvi ruħha fil-ġestjoni tal-qagħda kurrenti b'mod proattiv, profond u komprensiv; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkunsidra l-possibilità li tintbagħat Missjoni tal-Istat tad-Dritt għar-Repubblika tal-Moldova, biex tassisti lill-awtoritajiet taż-żamma tal-ordni fil-proċess tagħhom ta' riforma, partikolarment fl-oqsma l-pulizija u tal-ġustizzja;

24.

Jenfasizza li l- Kunsill, il- Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Programm Ewropew għall-Viċinat u, b'mod partikolari, il-programm il-ġdid għas-Sħubija tal-Lvant biex jistabbilixxu aktar stabbiltà, tmexxija aħjar, u żvilupp ekonomiku bilanċjat fil-Moldova u fil-pajjiżi l-oħra mal-fruntieri tal-lvant tal-Unjoni;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-UE disponibbli għar-Repubblika tal-Moldova fil-qasam tal-jeddijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-bniedem jilħqu aktar destinatarji, b'mod partikolari billi jsir użu sħiħ tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u l-Jeddijiet Umani u d-dispożizzjonijiet tal-istrument ENPI; jistieden lill-Kummissjoni tippreżentalu rapport dettaljat dwar l-użu tal-fondi tal-UE kollha fir-Repubblika tal-Moldova, b'attenzjoni speċjali għall-fondi allokati għall-governanza t-tajba u l-iżvilupp demokratiku;

26.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jsaħħu l-missjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għar-Repubblika tal-Moldova, kemm f'termini ta' ambitu kif ukoll ta' mezzi;

27.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u jirrimarka li huwa meħtieġ rwol aktar b'saħħtu tal-UE biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tat-Transnistrija;

28.

Jenfasizza għal darb'oħra li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex toffri l-poplu tar-Repubblika tal-Moldova futur tassew Ewropew; iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha fir-Repubblika tal-Moldova u s-sieħba tal-Moldova biex ma jabbużawx mis-sitwazzjoni attwali ta' instabilità biex ibiegħdu l-Moldova mill-mixja tagħha lejn l-Ewropa;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, l-Assembei Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OSCE, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.


(1)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p.398.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/60


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni

P6_TA(2009)0385

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2008/2336(INI))

2010/C 212 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-għaxar Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2008) (Dokument tal-Kunsill 14146/1/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11, 13 u 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 177 u 300 tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali rilevanti kollha tad-drittijiet tal-bniedem (1),

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti tad-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

wara li kkunsidra l-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b'mod partikolari l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Protokoll Fakultattiv dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża (2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni tas-27 ta' Jannar 2009 dwar il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002 tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament relatati mal-QKI (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Bnedmin tal-Kunsill tal-Ewropa u l-pjan 2005 tal-Unjoni Ewropea dwar l-aħjar prassi, standards u proċeduri għall-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (4),

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB), rigward it-tneħħija tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkustanzi kollha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (il-Konvenzjoni kontra t-Tortura),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u l-protokoll fakultattiv tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn l-AKP u l-KE u r-reviżjoni tiegħu (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (7) (l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem jew l-EIDHR),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-ħames u s-seba' sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), adottati fis-7 ta' Ġunju 2007 (8) u l-21 ta' Frar 2008 rispettivament (9), u dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-UNHRC,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 (11) u tas-26 ta' April 2007 (12) dwar l-inizjattiva għal moratorju universali dwar il-piena tal-mewt u r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili (13), li tafferma li kull forma ta' mutilazzjoni bħal din, ta' kwalunkwe grad, hija att ta' vjolenza kontra n-nisa u tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-funzjonament tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi (14), inklużi d-drittijiet tan-nisa li għandhom jiġu indirizzati espliċitament id-djalogi kollha tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-linji politiċi tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar “Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-libertà tal-espressjoni fuq l-Internet (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha adottati minnu dwar każijiet urġenti ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem, demokrazija u r-regola tal-liġi,

wara li kkunsidra l-Forum tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-OMG tal-Unjoni Ewropea, li sar f'Liżbona f'Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, li kien iffirmat mill-Komunità Ewropea u l-maġġoranza tal-Istati Membri tagħha fit-30 ta' Marzu 2007 u li tistabbilixxi obbligu biex jiġu inkorporati l-interessi u t-tħassib ta' persuni b'diżabiltajiet f'azzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem lejn pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-attivitajiet tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha minn Għejbien Infurzat, adottata f'Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali (IHL) (18), dwar it-tfal u l-konflitt armat u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll dwar il-piena tal-mewt, it-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra, id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-ġlieda kontra kull xorta ta' diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-missjonijiet tal-UE ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet: l-objettivi, il-prattiki u l-isfidi tal-ġejjieni (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-iżvilupp tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), inkluż ir-rwol tal-UE (20),

wara li kkunsidra r-Regoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0264/2009),

A.

billi d-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet jistrieħu fuq ir-rikonoxximent tad-dinjità tal-persuna umana; billi wieħed għandu jiftakar f'dan ir-rigward li l-kliem tal-ftuħ tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittjiet tal-Bniedem tgħid: “billi r-rikonoxximent tad-dinjità inerenti u tad-drittijiet indaqs u inaljenabbli tal-membri kollha tal-familja umana hu l-pedament tal-libertà, tal-ġustizzja u tal-paċi fid-dinja”,

B.

billi l-ġustizzja, il-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jirriżultaw minn rikonoxximent awtentiku tad-dinjità tal-persuna umana, u billi tali rikonxximent huwa l-pedament tad-drittijiet kollha tal-bniedem,

C.

billi l-għaxar Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2008) ippreżentat mill-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea,

D.

billi din ir-riżoluzzjoni tipproponi li teżamina, tevalwa u, f'każijiet speċifiċi, toffri kritika kostruttiva tal-attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament,

E.

billi r-rekord intern tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea għandu impatt dirett fuq il-kredibiltà u l-abiltà li tiġi implimentata politika esterna effettiva tad-drittijiet tal-bniedem,

F.

billi jridu jsiru sforzi biex tingħata attenzjoni akbar lir-rispett ta' drittijiet bażiċi tal-bniedem, b'mod partikolari drittijiet politiċi, fin-negozjazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali jew reġjonali, anke dawk milħuqa ma' msieħba kummerċjali importanti,

G.

billi l-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet appoġġjati mill-Unjoni Ewropea u l-membri tagħha ta' pajjiżi terzi trid tiġi mħarsa,

H.

billi l-linji politiċi li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem jibqgħu mhedda f'reġjuni varji tad-dinja, billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem inevitabbilment imur id f'id ma' sforz mill-vjolaturi tagħhom biex inaqqsu l-impatt ta' kwalunkwe politika li tippromovihom, b'mod partikolari f'pajjiżi fejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa kruċjali għaż-żamma ta' gvern mhux demokratiku fil-poter,

1.

Jikkunsidra li l-UE jeħtieġ tavvanza lejn politika koerenti u konsistenti li tiddefendi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, u jenfasizza l-ħtieġa li politika bħal din titmexxa b'mod aktar effettiv;

2.

Jisħaq fuq il-konvinzjoni tiegħu li, sabiex ikun hemm titjib fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) tal-UE jeħtieġ li tissaħħaħ, u huwa meħtieġ li, fid-djalogi u fir-relazzjonijiet istituzzjonali tal-UE mal-pajjiżi kollha tad-dinja, jiġi żgurat li tkun implimentata strettament il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala l-għan ewlieni tal-PESK, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

3.

Jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħmlu sforzi akbar biex itejbu l-ħila tal-Unjoni Ewropea biex tirreaġixxi malajr għal ksur ta' drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi; jenfasizza l-irwol importanti tal-UE fil-qasam tad-drittijiet umani fid-dinja attwali u ż-żieda fl-aspettattivi f'dan ir-rigward; jitlob li tinżamm linja komuni tal-UE rigward id-drittijiet tal-bniedem kemm fil-politika esterna kif ukoll ġewwa l-fruntieri tagħha;

4.

Jitlob li tinżamm l-ikbar sorveljanza fir-rigward tal-klawsola dwar id-drittijiet umani fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi, kif ukoll li klawsoli ta' dan it-tip jiġu inklużi b'mod sistematiku fi ftehimiet sussegwenti ; ifakkar li l-klawsola li tikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem, peress li titqies bħala element essenzjali, għandha tkun applikata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehima; jisħaq li din il-klawsola għandha tkun sistematikament akkumpanjata minn mekkaniżmu ġenwin ta' infurzar;

Ir-Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2008

5.

Jenfasizza r-rilevanza tar-Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-analiżi u fl-evalwazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea, u jirrikonoxxi li l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam għandhom rwol pożittiv;

6.

Jisħaq li t-talba tiegħu li informazzjoni addizzjonali aħjar għandha tkun provduta għall-evalwazzjoni ta' linji politiċi u li għandhom ikunu proposti elementi u linji gwida biex itejbu l-approċċ ġenerali, inaqqsu l-kontradizzjonijiet eventwali tagħhom u jaġġustaw il-prijoritajiet tal-politika fuq bażi ta' kunsiderazzjoni għal kull pajjiż individwali, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Strateġija tal-Pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew għall-inqas, kapitlu tad-drittijiet tal-bniedem fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż; itenni s-sejħa tiegħu għal evalwazzjoni perjodika tal-użu u tar-riżultati tal-politiki, l-istrumenti u l-inizjattivi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw indiċijiet u punti ta' referenza speċifiċi u li jistgħu jiġu kwantifikati sabiex titkejjel l-effettività ta' dawk il-linji politiċi;

7.

Jilqa' l-preżentazzjoni pubblika tar-Rapport tal-2008 mill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-laqgħa tas-Sottokumitat tal-Parlament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fl-4 ta' Novembru 2008, li taħbat mas-sittin anniversarju tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-10 ta' Diċembru 1948, u l-preżentazzjoni tiegħu f'sessjoni plenarja fl-istess ġurnata tal-għoti tal-Premju Sakharov annwali tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb lil Hu Jia miċ-Ċina;

8.

Jerġa' jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw il-“pajjiżi ta' tħassib partikolari” fejn il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija partikolarment diffiċli, kif ukoll il-pajjiżi fejn qed jinkisru d-drittijiet tal-bniedem, u, għal dak il-għan, jiżviluppaw kriterji li bihom jitkejlu l-pajjiżi b'referenza għall-punteġġ tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet speċifiċi tal-politika;

9.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu sforzi akbar sabiex jifirxu u jwasslu r-rapport annwali tiegħu dwar id-drittijiet umani lill-ikbar pubbliku possibbli; jitlob ukoll li jitwettqu kampanji informattivi pubbliċi li jagħtu aktar viżibiltà lir-rwol tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam;

10.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jwettqu stħarriġ regolari sabiex janalizzaw l-impatt u l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet umani min-naħa tas-soċjetà;

11.

Jikkunsidra li r-rapport juri li l-Unjoni Ewropea, minkejja li jeżisti stħarriġ f'bosta Stati Membri, ma mxietx għall-evalwazzjoni tal-prattiki tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika tal-Gvern tal-Istati Uniti taħt il-Presidenza ta' George Bush fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

12.

B'konformità mar-riżoluzzjoni adottata unanimament mill-Kungress Peruvjan f'April 2008, jistieden lill-Kunsill biex iqis l-inklużjoni tal-Movimiento Revolucionario Túpac Amaru (MRTA) fuq il-lista Ewropea ta' organizzazzjonijiet terroristiċi;

13.

Jenfasizza li, f'setturi kbar tal-opinjoni pubblika madwar id-dinja, il-politika tal-immigrazzjoni hija sfida għall-kredibiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

L-attivitajiet tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-fora internazzjonali

14.

Jikkunsidra li titjib kwantitattiv u kwalitattiv tas-segretarjat tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill jgħin lill-Unjoni Ewropea biex tgħolli aktar il-profil tagħha biex tippromwovi u tiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politika esterna tagħha; jistenna li l-ħatra futura ta' Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, li jkun ukoll Viċi-President tal-Kummissjoni, ittejjeb b'mod konsiderevoli l-koerenza u l-effettività tal-UE jekk it-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ;

15.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li, minħabba l-importanza ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara l-konflitt, ir-rappreżentanti speċjali kollha tal-Unjoni Ewropea fil-ġejjieni għandu jkollhom mandat li jsemmi speċifikament il-promozzjoni u l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

16.

Jisħaq fuq il-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u lil pajjiżi terzi li magħhom ikunu għaddejjin negozjati għal adeżjoni futura jew għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet biex jiffirmaw, u jirratifikaw, il-konvenzjonijiet ewlenin kollha tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem, u l-protokolli fakultattivi tagħhom u biex jikkoperaw mal-proċeduri u mal-mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob speċifikament biex tiġi konkluża ftehima ta' qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-UNHCR sabiex jiġu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti mill-Istati Membri kollha;

17.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi vigorużi tagħhom biex jippromwovu r-ratifika universali tal-Istatut ta' Ruma u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni nazzjonali, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (21) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-2004 biex ikun hemm azzjoni ta' segwitu għall-Pożizzjoni Komuni; jitlob li sforzi bħal dawn ikunu estiżi biex jinkludu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-QKI, li huwa għodda operazzjonali importanti għall-QKI; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-ratifiki tal-Istatut ta' Ruma mill-Madagaskar, il-Gżejjer ta' Cook u s-Suriname fl-2008 tellgħu n-numru totali ta' Stati Kontraenti għal 108 f'Lulju 2008; jitlob li r-Repubblika Ċeka, billi huwa l-uniku Stat Membru tal-UE li għadu ma rratifikax l-Istatut ta' Ruma, fl-aħħar jagħmel dan mingħajr aktar dewmien (22); iħeġġeġ lir-Rumanija biex tirrexxindi l-Ftehim Bilaterali ta' Immunità tagħha mal-Istati Uniti;

18.

Jitlob lill-Presidenzi kollha tal-UE biex iqajmu l-importanza tal-koperazzjoni mal-QKI fis-samits u fid-djalogi kollha tal-UE ma' pajjiżi terzi, inkluż fis-samit bejn l-UE u r-Russja u d-djalogi bejn l-UE u ċ-Ċina, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE kollha biex iżidu l-koperazzjoni mal-Qorti u jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-infurzar tas-sentenzi, kif ukoll dwar il-protezzjoni tax-xhieda u l-vittmi; jirrikonoxxi wkoll il-Ftehima ta' Koperazzjoni u Assistenza bejn l-UE u l-QKI u, fuq din il-bażi, jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu lill-Qorti bl-assistenza kollha meħtieġa, inkluż appoġġ fuq il-post, fil-każijiet tagħha li għadhom għaddejjin; f'dan il-qafas, jilqa' b'sodisfazzjon l-assistenza tal-Belġju u tal-Portugall meta f'Mejju 2008 Jean-Pierre Bemba ġie arrestat u kkunsinnat lill-QKI;

19.

Jitlob għar-ratifika immedjata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltajiet; jinsisti li l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni għandu jitqies bħala parti integrali tagħha, u jitlob għall-adeżjoni simultanja għall-Konvenzjoni u l-Protokoll (23);

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ aktar l-involviment attiv tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fir-rispett ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f'għadd ta' fora internazzjonali fl-2009, inkluż fil-ħidma tal-UNHRC, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kunsill tal-Ewropa;

21.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Konferenza tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem iffinanzjata mill-EIDHR, li saret fil-Parlament Ewropew fi Brussell fis-7-8 ta' Ottubru 2008, bħala inizjattiva interistituzzjonali ewlenija mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u n-Nazzjonijiet Uniti, biex jitfakkar is-60 Anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

22.

Jilqa' l-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa li qed isseħħ fil-qafas ta' Memorandum ta' Fehim iffirmat f'Mejju 2007;jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa li qed isseħħ fi ħdan il-qafas ta' Memorandum ta' Ftehim iffirmat f'Mejju 2007; Jilqa' b'sodisfazjon il-fatt li saru l-laqgħat bejn erba' partijiet fit-23 ta' Ottubru 2007 u l-10 ta' Marzu 2008 bejn il-Presidenza tal-UE, il-Kummissjoni, is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa u l-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa; jafferma mill-ġdid l-importanza li tkun promossa aktar il-koperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija pluralista, li huma l-valuri kondiviżi ta' dawk iż-żewġ organizzazzjonijiet u tal-Istati Membri kollha tal-UE;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim iffirmat fit-18 ta' Ġunju 2008 bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa dwar il-koperazzjoni fl-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali; jirrimarka li l-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni ta' laqgħat regolari, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kordinazzjoni ta' attivitajiet;

24.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Konvenzjoni dwar Munizzjon tat-tip “Cluster” ġiet adottata mill-Konferenza Diplomatika ta' Dublin, li saret bejn id-19 u t-30 ta' Mejju 2008; huwa mħasseb li mhux l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ffirmaw it-trattat fil-Konferenza tal-Iffirmar f'Oslo fit-3 ta' Diċembru 2008, u jitlobhom jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli (24); jinnota li l-Konvenzjoni timponi projbizzjoni immedjata u bla kundizzjonijiet fuq il-munizzjoni kollha tat-tip “cluster” li jikkawżaw dannu mhux aċċettabbli lin-nies ċivili;

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni tas-Serbja fl-arrest u t-trasferiment ta' Radovan Karadžić għat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal ex-Jugoslavja (TKIJ); jinnota bi tħassib li Ratko Mladić u Goran Hadžić għadhom maħrubin u għadhom ma tressqux quddiem it-TKIJ; f'dan ir-rigward, jitlob lill-awtoritajiet Serbi biex jiżguraw koperazzjoni sħiħa mat-TKIJ, li għandha twassal għall-arrest u t-trasferiment tal-bqija tal-akkużati kollha, sabiex tinfetaħ it-triq għar-ratifika ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;

26.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jikkollaboraw bis-sħiħ fil-mekkaniżmi internazzjonali tal-Ġustizzja kriminali, u speċjalment biex dawk maħruba jiġu arrestati u jittellgħu l-qorti; jinnota bi tħassib kbir in-nuqqas persistenti tas-Sudan li jarresta u jittrasferixxi għall-QKI lil Ahmad Muhammad Harun (“Ahmad Harun”) u lil Ali Muhammad Ali Abd-Al-Rahman (“Ali Kushayb”), u b'dan il-mod ma tax kas l-obbligi tiegħu skont ir-Riżoluzzjoni 1593 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jikkundanna bil-qawwa kollha r-ritaljazzjoni tas-Sudan wara li l-QKI ħarġet mandat għall-arrest tal-President al-Bashir u jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-azzjonijiet ripressivi reċenti li saru fil-konfront tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li wasslu għall-arrest ta' Mohammed el-Sari f'Ġunju 2008, li ġie kkundannat għal 17-il sena ħabs talli kkollabora mal-QKI; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rilaxx ta' Hassan al-Turabi, il-mexxej tal-grupp ewlieni tal-oppożizzjoni, il-Popular Congress Party (PCP), wara xahrejn ta' kustodja, minħabba l-istqarrija tiegħu li fiha talab lill-President al-Bashir jassumi r-responsabilità politika għad-delitti mwettqa fid-Darfur; fl-aħħar nett, ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (25) u jitlob għal darb'oħra lill-Presidenzi tal-UE u lill-Istati Membri biex iwettqu u jaġixxu skont dak li qalu kif ġie espress fid-dikjarazzjoni tal-UE ta' Marzu 2008 u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sudan ta' Ġunju 2008, fejn ġie ddikjarat li l-UE “hija lesta biex tikkunsidra miżuri kontra l-individwi responsabbli għal nuqqas ta' koperazzjoni mal-QKI, jekk l-obbligu skont ir-Riżoluzzjoni 1593 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-koperazzjoni mal-QKI ikompli jitwarrab fil-ġenb”;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ, fis-26 ta' Jannar 2009, tal-ewwel proċess li qatt sar fil-QKI kontra Thomas Lubanga tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), u jinnota li dan jirrappreżenta l-ewwel proċess fl-istorja tal-liġi kriminali internazzjonali bil-parteċipazzjoni attiva tal-vittmi fil-proċeduri; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-QKI biex tintensifika l-isforzi fl-attivitajiet esterni tagħha sabiex il-komunitajiet fil-pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jiġu involuti fi proċess ta' interazzjoni kostruttiva mal-QKI, imfassal biex ikunu promossi l-fehim u l-appoġġ għall-mandat tagħha, biex ikunu ġestiti l-aspettativi u biex dawk il-komunitajiet ikunu jistgħu jsegwu u jifhmu l-proċess tal-ġustizzja kriminali internazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fit-trasferiment ta' Thomas Lubanga, Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo f'idejn il-QKI; madankollu, jiddeplora l-fatt li l-mandat tal-QKI għall-arrest ta' Bosco Ntaganda għadu ma ġiex eżegwit, u jitlob biex fil-laqgħat futuri tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni jintalab li Bosco Ntaganda jiġi immedjatament arrest u kkunsinnat lill-QKI; jinnota bi tħassib li s-sitwazzjoni diġà instabbli fir-RDK dan l-aħħar ġiet destabbilizzata iktar bl-attakki l-ġodda tal-Lord's Resistance Army (LRA), li mmassakraw brutalment mill-inqas 620 pesuna ċivili u ħatfu aktar minn 160 tifel u tifla bejn l-24 ta' Diċembru 2008 u t-13 ta' Jannar 2009 fit-Tramuntana tar-RDK; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-kmandanti tal-LRA jiġu arrestati, kif intalab fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-att ta' akkuża u t-tressiq ta' Joseph Kony quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (26); jinnota bi tħassib li l-mandati tal-QKI għall-arrest ta' erba' membri tal-Lord's Resistance Army fl-Uganda għandhom ma ġewx eżegwiti;

28.

Jinnota b'sodisfazzjon l-ewwel dikjarazzjonijiet promettenti dwar il-QKI mill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti, fejn ġie rikonoxxut li l-QKI “tixtieq issir strument importanti u kredibbli biex il-mexxejja ewlenin responsabbli għall-atroċitajiet li twettqu fil-Kongo, l-Uganda u d-Darfur (27) jirrispondu għal għemilhom”, u jappella lill-Istati Uniti tal-Amerika biex terġa' tagħti l-firma tagħha u tinvolvu aktar ruħha fil-QKI, speċjalment billi tikkoperaw f'sitwazzjonijiet li huma s-suġġett ta' investigazzjoni jew ta' analiżi preliminari min-naħa tal-QKI;

29.

Jinnota għal darba'oħra b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni, li toħloq qafas li fih l-Istati jistgħu jħarsu u jippromwovu d-drittijiet ta' poplu indiġenu mingħajr esklużjoni jew diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex issegwi fuq l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-EIDHR, filwaqt li b'mod partikolari tordna lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw bħala kwistjoni ta' urġenza l-Konvenzjoni 169 dwar Popli Indiġeni u Tribali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li tappoġġja l-prinċipji stabbiliti fid-dikjarazzjoni inkwistjoni bi strument li jorbot legalment; madankollu, jilqa' l-attivitajiet tal-Kummissjoni li huma immirati lejn il-popli indiġeni u jilqa' l-proġett bl-isem “Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Popli Indiġeni u Tribali permezz ta' Pariri Legali, Bini ta' Ħiliet u Djalogu”, li nbeda bħala proġett bi tmexxija konġunta bejn il-Kummissjoni u l-ILO; jinnota li, kważi għoxrin sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha, huma biss tliet Stati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO, jiġifieri d-Danimarka, l-Olanda u Spanja; għalhekk, jinkoraġġixxi inizjattivi biex jiżdied l-għarfien dwar dan l-istrument leġiżlattiv importanti u biex titkabbar l-effikaċja tiegħu fid-dinja kollha billi jkun żgurat li jiġi rratifikat mill-Istati Membri kollha;

30.

Jisħaq fuq is-sejħa tiegħu għall-iżvilupp ta' strateġija ta' qafas Ewropew fuq ir-Roma, minħabba s-sitwazzjoni soċjali speċjali tal-komunitajiet tar-Roma fl-Unjoni Ewropea, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi involuti fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jinnota b'sodisfazzjoni l-ewwel “Samit bejn l-UE u r-Roma” tal-Kummissjoni, li sar f'Settembru 2008 taħt il-patroċinju konġunt tal-President tal-Kummissjoni u l-Presidenza Franċiża, li kellu l-għan li jippromwovi impenn sod biex jiġu solvuti problemi konkreti u biex jinħolqu mekkaniżmi li permezz tagħhom ikun żgurat fehim aħjar tas-sitwazzjoni tar-Roma mal-Ewropa kollha;

31.

Jilqa' l-kunens li ntlaħaq fil-Konferenza ta' Reviżjoni ta' Durban dwar dokument tal-eżitu tal-21 ta' April 2009 bħala segwitu għall-Konferenza Dinjija Kontra r-Razziżmu; li fost l-oħrajn jipproteġi b'mod sħiħ id-dritt tal-libertà tal-espressjoni kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali, jafferma u jsaħħaħ is-sejħa għall-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti, u jirrikonoxxi forom multipli u aggravati ta' diskriminazzjoni. jikkundanna d-diskors tal-President Mahmoud Ahmadinejad, li jikkontradixxi l-ispirtu u l-għan tal-konferenza, jiġifieri li tingħeleb il-pjaga tar-razziżmu; jilqa' s-sessjonijiet sostantivi tal-UNHRC, li qed taġixxi bħala l-kumitat ta' tħejjija għall-Konferenza ta' Reviżjoni ta' Durban, li saru mill-21 ta' April sat-2 ta' Mejju 2008 u mis-6 sas-17 ta' Ottubru 2008;

32.

Jinsab diżappuntat għan-nuqqas ta' tmexxija min-naħa tal-Kunsill u għan-nuqqas ta' abilità tal-Istati Membri biex jaqblu dwar strateġija komuni waqt il-Konferenza ta' Reviżjoni ta' Durban kontra r-Razziżmu, d-Diskriminazzjoni Razzjali, il-Ksenofobija u Nuqqas ta' Tolleranza Relatata li saret f'Ġinevra mill-20 sal-24 ta' April 2009 (Durban II); Jikkundanna bil-qawwa n-nuqqas ta' unità u koperazzjoni, b'mod partikolari kontra l-isfond ta' intensifikazzjoni mistennija tal-politika barranija tal-UE skont it-Trattat il-ġdid tal-UE; Jistieden lill-Kummissjoni u speċjalment lill-Kunsill biex jispjegaw lill-Parlament jekk l-Istrateġija tal-UE kinetx pjanata u xi sforzi saru biex tinstab linja komuni u biex isir rapport dwar x'kien ġara u dwar l-implikazzjonijiet tal-eżitu ta' Durban II;

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-tieni Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal organizzat mill-Kummissjoni f'Marzu 2008, li ffoka fuq il-kwistjoni ta' mekkaniżmi ta' allarm tat-tfal għal tfal neqsin u fuq il-kwistjonijiet tal-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali, b'attenzjoni speċjali għat-tfal tar-Roma;

34.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-Sena Ewropea ta' Djalogu Interkulturali 2008, li nbdiet mill-Kummissjoni u ġiet stabbilita b'deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jisħaq li d-djalogu interkulturali għandu rwol dejjem aktar importanti fit-trawwim ta' identità u ċittadinanza Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iressqu strateġiji sabiex jitrawwem id-djalogu interkulturali, jippromwovu, fl-ambitu ta' kompetenza tagħhom, l-objettivi tal-Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet, u jkomplu l-appoġġ politiku tagħhom għal din l-Alleanza;

Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

35.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-UNHRC u jagħmel enfasi fuq l-irwol kruċjali tiegħu fi ħdan l-arkitettura ġenerali tan-NU u l-potenzjal tiegħu li jiżviluppa qafas siewi għall-isforzi multilaterali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea; jinnota li dan il-korp il-ġdid irid ikompli jaħdem biex jikseb aktar kredibiltà;

36.

Jenfasizza li l-irwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa indispensabbli għall-effikaċja tal-UNHRC;

37.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-bidu tar-Reviżjoni Perjodika Universali u l-ewwel rawnd tar-reviżjoni, li sar f'April u Mejju 2008 u ntemm bl-adozzjoni tar-rapporti tar-riżultati mis-sessjoni plenarja tal-Kunsill f'Ġunju 2008; jinnota li l-implimentazzjoni tal-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu l-ġdid ikkonfermat il-potenzjal tar-Reviżjoni Perjodika Universali u jemmen li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tar-Reviżjoni Perjodika Universali se tikseb aktar riżultati konkreti u titjib; jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex isegwu mill-qrib u jimmonitorjaw l-impenji tar-Reviżjoni Perjodika Universali, u jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta l-Parlament dwar din il-kwistjoni;

38.

Jinnota li, kif jirrimarka r-Rapport Annwali, l-Istati Membri tal-UE huma minoranza fil-UNHCR, jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu azzjoni konġunta biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni, filwaqt li jiżviluppaw alleanzi adegwati ma' dawk il-pajjiżi u l-atturi mhux statali li qed ikomplu jiddefendu l-universalità u l-indiviżibiltà tad-drittijiet umani;

39.

F'dan ir-rigward, jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex isaħħu l-impenn tagħhom mal-gvernijiet demokratiċi minn gruppi reġjonali oħrajn fi ħdan l-UNHRC, bil-ħsieb li jtejbu ċ-ċans tas-suċċess ta' inizjattivi mmirati lejn ir-rispett għall-prinċipji li jinsabu fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport annwali dwar ix-xejriet tal-votazzjonijiet fin-Nazzjonijiet Uniti rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, fejn jiġi analizzat kif dawn ġew affettwati mill-politiki tal-UE u l-Istati Membri tagħha u dawk ta' blokki oħrajn;

40.

Jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-ħarsien ta' lingwi reġjonali u tal-minoranzi, billi jintużaw l-għodod legali tan-nondiskriminazzjoni biex ikunu appoġġjati d-diversità u t-tolleranza;

41.

Jafferma mill-ġdid l-importanza vitali tal-proċeduri speċjali u l-mandati tal-pajjiżi fi ħdan l-UNHRC; jikkunsidra li l-proċess għat-tiġdid ta' mandati għandu jkun trasparenti; jilqa' b'sodisfazzjon il-manwal il-ġdid tal-proċeduri speċjali tan-NU u jinsisti li għandhom ikomplu l-isforzi biex jinħatru kandidati indipendenti u tal-esperjenza li jkunu rappreżentanti xierqa, kemm ġeografikament kif ukoll f'termini ta' sessi; jinnota l-iżviluppi reċenti fil-mandati tematiċi u tal-pajjiżi; jilqa' b'sodisfazzjon il-mandati tematiċi stabbiliti reċentement, li għandhom x'jaqsmu mal-forom kontemporanji tal-iskjavitù u l-aċċess għal ilma tax-xorb sigur u s-sanità; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan ġie estiż sa Ġunju 2009;

42.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE tat bidu għall-organizzazzjoni ta' sessjoni speċjali tal-UNHRC f'Burma f'Ottubru 2007, li kellha l-qofol tagħha fl-adozzjoni ta' riżoluzzjoni f'Ġunju 2008 li tikkundanna l-ksur sistematiku li qed isir tad-drittijiet tal-bniedem u r-reklutaġġ ta' suldati tfal f'Burma u tħeġġeġ lill-Gvern ta' Burma biex jeħles mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha immedjatament;

Prestazzjoni fir-rigward tal-linji gwida tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea

43.

Jikkunsidra li, minkejja d-dewmien fir-ratifika finali tat-Trattat ta' Liżbona, it-tħejjijiet għall-ħolqien tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna l-ġdid għandhom jintużaw b'mod proattiv biex ikunu armonizzati l-approċċi tal-missjonijiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni barra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, billi jinqasmu strutturi u staff sabiex jinħolqu “ambaxxati tal-Unjoni Ewropea” ġenwini;

44.

Jieħu nota tal-ispinta tal-Presidenzi tas-Slovenja u ta' Franza biex jiffinalizzaw il-linji gwida tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal; qed jistenna bil-ħerqa li jirċievi matul is-sena d-dieħla l-miżuri speċifiċi ta' implimentazzjoni li ser jikkonċentraw fuq l-implimentazzjoni ta' approċċ olistiku u komprensiv li l-linji gwida ewlenin jiżviluppaw;

45.

Jikkunsidra li għandhom jittieħdu l-miżuri sabiex ikun żgurat li l-kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem ikunu segwiti b'mod akar sistematiku mill-missjonijiet tal-UE, pereżempju billi jintgħażlu punti fokali għad-drittijiet tal-bniedem u jiġu inklużi linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni tagħhom fil-programmi ta' taħriġ tal-istaff tal-missjonijiet tal-UE;

Is-sitwazzjoni tan-nisa, il-vjolenza kontra n-nisa u l-femiċidji

46.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Presidenza Franċiża, fit-tieni nofs tal-2008, tat lill-problema tas-sitwazzjoni tal-mara prijorità ġdida fl-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jagħmel enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li jiġu ffaċċjati l-fenomeni traġiċi tal-vjolenza kontra n-nisa (inkluża l-prattika taċ-ċirkonċiżjoni femminili) u l-femiċidju (inkluża l-prattika tal-abort abbażi tas-sess tat-tarbija);

47.

Meta jitqies in-nuqqas tal-komunità internazzjonali li ġġib bidla għall-aħjar fiż-Żimbabwe – katastrofi għad-drittijiet tal-bniedem – huwa jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jeżaminaw ir-raġunijiet għal dan, jistabbilixxu politiki aktar effettivi u jinformaw lill-Parlament x'azzjoni biħsiebhom jieħdu, minħabba l-grad ta' relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u ħafna pajjiżi Afrikani, speċjalment fin-Nofsinhar tal-Afrika;

48.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-linji gwida ġodda fit-8 ta' Diċembru 2008, li stabbilixxew strateġija komprensiva għat-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE biex tittejjeb is-sigurtà tan-nisa, speċjalment f'pajjiżi milquta minn konflitti, kif ukoll f'pajjiżi oħra; jiddeplora, madankollu l-fatt li l-Parlament ma ġiex involut aktar mill-qrib fl-abbozzar tal-linji gwida l-ġodda u jitlob, f'dan ir-rigward, biex fil-ġejjieni jiġi stabbilit mekkaniżmu għal konsultazzjoni mal-Parlament kemm meta jkunu qed jitfasslu l-linji gwida l-ġodda u kemm meta jkunu qed jiġu evalwati u riveduti;

49.

Juri, madanakollu, in-nuqqasijiet li jeżistu fl-iżvilupp ta' politiki u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mmirati lejn id-drittijiet umani tan-nisa; dawn in-nuqqasijiet jidhru fir-Rapport tal-Kunsill li fl-evalwzzjoni ta' bosta kwistjonijiet tematiċi ma jipprovdix dettall;

Il-piena tal-mewt

50.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni dwar moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt (ir-Riżoluzzjoni 62/149) adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 2007, li ssejjaħ għal moratorju globali dwar l-użu tal-piena tal-mewt; jenfasizza li r-riżoluzzjoni tintemm billi ssejjaħ lill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti biex jistabbilixxu moratorju dwar l-eżekuzzjonijiet bil-ħsieb li tkun abolita l-piena tal-mewt;

51.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni Konġunta kontra l-piena tal-mewt, iffirmata fl-10 ta' Ottubru 2008 mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'isem l-UE, u mill-President tal-Assemblea Parlamentari, il-President tal-Kumitat tal-Ministri u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, fil-“Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt”, li jiġi ċċelebrat fl-10 ta' Ottubru ta' kull sena; jisħaq li l-projbizzjoni tal-piena tal-mewt hija waħda mid-dispożizzjonijiet ewlenin tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fejn l-Artikolu 2 jiddikjara b'mod espliċitu: “Ħadd m'għandu jiġi kkundannat għall-piena tal-mewt, jew titneħħielu ħajtu”;

52.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-verżjoni riveduta u aġġornata tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt; jisħaq li l-UE hija kontra l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, u jerġa' jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-titjib tad-dinjità tal-bniedem u l-iżvilupp progressiv tad-drittijiet tal-bniedem;

53.

Jitlob lill-Presidenza biex tinkoraġġixxi lill-Italja, il-Latvja, il-Polonja u Spanja, li ffirmaw iżda għadhom ma rratifikawx il-Protokoll Nru 13 għall-ECHR dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, biex huma jagħmlu dan; jirrikonoxxi f'dak ir-rigward li l-Linji Gwida dwar il-Piena tal-Mewt jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar koerenti jekk l-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw protokolli u konvenzjonijiet bħal dawn;

54.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-piena tal-mewt qed tonqos, wara li ġiet abolita għad-delitti kollha fl-2008 mir-Rwanda u l-Użbekistan; jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozz tal-kodiċi penali fl-Iran, li jipprojbixxi sentenzi ta' tħaġġir, u jħeġġeġ lill-parlament Iranjan biex jikkonkludi l-kodiċi penali sabiex ikun hemm provvediment għall-projbizzjoni assoluta tat-tħaġġir; jikkundanna l-fatt li r-reġim Iranjan għadu jikkundanna għall-mewt, u jiġġustizzja, akkużati taħt it-18-il sena (partikolarment dawk li l-uniku “reat” tagħhom skont il-liġi tax-xarija huwa t-twettiq ta' atti omosesswali); jenfasizza li l-Iran huwa l-uniku pajjiż li ġġustizzja delinkwenti minorenni fl-2008; huwa ferm imħasseb li fl-Iran mill-inqas 130 delinkwent minorenni oħra qed jistennew il-piena tal-mewt; għal darb'oħra jikkundanna l-użu dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt mir-reġim Iranjan, li jqiegħed lill-Iran fit-tieni pożizzjoni, wara ċ-Ċina, fil-klassifika tal-pajjiżi li għandhom l-ogħla għadd ta' eżekuzzjonijiet; jinnota li ma ngħatat l-ebda sentenza għall-mewt fil-Gwatemala; madankollu, jesprimi l-inkwiet tiegħu għall-possibiltà li l-piena tal-mewt tista' terġa' tibda tiġi infurzata; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala, għall-kuntrarju, biex jimpenja ruħu b'mod ġenwin għall-moratorju universali dwar il-piena tal-mewt; madankollu, jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet meħuda mill-President Colom f'Marzu 2008 li jistgħu jwasslu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-Gwatemala; jesprimi t-tħassib tiegħu għaż-żamma tal-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjoni domestika fil-Perù; jinnota li mill-2007 l-każijiet kollha tal-piena tal-mewt fiċ-Ċina ġew riveduti mill-Qorti Suprema; madankollu, jibqa' mħasseb li ċ-Ċina xorta twettaq l-akbar numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja kollha; jikkundanna l-prattika tal-piena tal-mewt fil-Belarus li huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt u għalhekk imur kontra l-valuri Ewropej;

It-tortura u trattament krudili, inumani jew degradanti ieħor

55 .

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea li s'issa għadhom ma ffirmawx u/jew irratifikawx il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (OPCAT) biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

56.

Jibqa' mħasseb dwar l-impenn veru għad-drittijiet tal-bniedem tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jirrifjutaw li jiffirmaw l-Konvenzjoni Internazzjoni għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha minn Għejbien Infurzat imsemmi aktar qabel; jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika ta' din il-Konvenzjoni min-naħa tal-Arġentina f'Mejju tal-2008 u jitlob lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea li m'għamlux dan biex jiffirmawha u jirratifikawha immedjatament (28);

57.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-verżjoni riveduta tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tortura, adottati mill-Kunsill f'April 2001 u aġġornati fl-2008, li l-mira tagħhom hija li jipprovdu lill-UE b'għodda operazzjonali li għandha tintuża f'kuntatti ma' pajjiżi terzi fil-livelli kollha kif ukoll f'fora multilaterali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jappoġġaw u jsaħħu l-isforzi dejjem għaddejjin għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin fil-partijiet kollha tad-dinja; jisħaq li l-UE hija impenjata bis-sħiħ biex tappoġġa l-projbizzjoni assoluta tat-tortura u t-trattamenti krudili, inumani u degradanti;

58.

Jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni jtejbu l-koperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa sabiex tinħoloq zona mal-Ewropa kollha li tkun ħielsa mit-tortura u minn forom oħra ta' trattament ħażin, bħala sinjal ċar li l-pajjiżi Ewropej huma impenjati sew li jeradikaw dawn il-prattiki l-ewwel nett ġewwa l-fruntieri tagħhom, biex b'hekk jagħtu eżempju lill-pajjiżi l-oħra tad-dinja fejn b'xorti ħażina għadhom jeżistu prattiki bħal dawn;

59.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-evalwazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani u Degradanti oħra, li tinkludi rakkomandazzjonijiet ġodda u miżuri ta' implimentazzjoni mfassla biex isaħħu aktar l-azzjoni f'dan il-qasam; jinnota b'sodisfazzjoni l-inkorporazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-istudju bl-isem “L-Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra”, ippreżentat lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament fit-28 ta' Ġunju 2007 u lill-COHOM f'Diċembru 2007; jinnota b'sodisfazzjoni il-konklużjonijiet li ħarġu mill-istudju tal-implimentazzjoni tal-linji gwida; jilqa' l-miżuri ta' implimentazzjoni, li huma mfassla biex jipprovdu gwida f'dak ir-rigward lill-missjonijiet tal-UE u d-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni; f'dan il-kuntest, jilqa' l-kriterji speċifiċi għall-azzjoni dwar każijiet individwali, u jiddispjaċih bin-nuqqas ta' miżuri biex jipprevjenu t-trasferiment ta' persuni lejn pajjiż fejn jistgħu jkunu f'riskju ta' tortura jew pieni inumani jew degradanti oħrajn' f'dan il-kuntest, għal darb'oħra jħeġġeġ lill-UE biex tikkonforma man-normi u l-istandards stabbiliti mill-istrumenti internazzjonali u reġjonali li għandhom x'jaqsmu mat-tortura u t-trattament ħażin;

60.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni 62/148 dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, kosponsorizzata mill-UE u adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-4 ta' Marzu 2008, li tfakkar li l-libertà mit-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra hija dritt bażiku li għandu jitħares fiċ-ċirkostanzi kollha; jinnota li n-Netwerk tal-Kumitati Parlamentari għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea kellu t-tieni laqgħa tiegħu fil-Parlament Ewropew fil-25 ta' Ġunju 2008, b'iffukar speċjali fuq il-ġlieda kontra t-tortura, fil-preżenza tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, Manfred Nowak;

61.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex ikomplu bil-prassi ta' proċeduri politiċi fir-rigward tal-imsieħba internazzjonali kollha tal-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali li jipprojbixxu l-użu tat-tortura u t-trattament ħażin, kif ukoll id-dispożizzjoni ta' assistenza ta' rijabilitazzjoni lill-vittmi ta' tortura; jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jikkunsidraw l-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin bħala prijorità għolja tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni mtejba tal-linji gwida tal-Unjoni Ewropea u l-istrumenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea bħall-EIDHR, u billi jiżguraw li l-Istati Membri joqgħodu lura milli jaċċettaw assigurazzjonijiet diplomatiċi minn pajjiżi terzi fejn hemm riskju reali li persuni jkunu suġġetti għal tortura jew trattament ħażin;

62.

Jinnota l-importanza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, inumani jew degradanti (29), li jipprojbixxi l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti li m'għandhom ebda użu prattiku għajr għall-iskopijiet ta' piena kapitali, tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Lulju 2006; iħeġġeġ lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħmlu evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament mill-Istati Membri, u biex jesploraw il-possibiltajiet biex jitwessa' l-ambitu tar-Regolament;

63.

Jiddeplora l-fatt li hemm 1 350 000 persuni spustjati fid-DRK, li jinkludu 850 000 spustjati fil-Kivu tat-Tramuntana; jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni urġenti fil-forma ta' investigazzjoni sħiħa li jkollha l-għan li tarresta u ttella' l-qorti dawk il-persuni responsabbli għall-qtil ta' madwar 150 persuna mill-ġellieda tas-CNDP (National Congress for the Defence of the People) u Mai Mai f'Kiwanja f'Novembru 2008; jitlob lill-gvernijiet tar-RDK u tar-Rwanda biex iwiegħdu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-MONUC (il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK) fir-reġjun, biex twettaq il-mandat tagħha ta' żamma tal-paċi, u biex issir ħidma ħalli l-persuni ċivili fir-reġjun jiġu protetti mill-vjolenza u mill-atroċitajiet kbar li kien hemm s'issa; jitlob ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw investigazzjoni dwar il-ksur serju tal-liġi umanitarja internazzjonali li qed ikun hemm kuljum, inklużi l-istupri, il-qtil u t-tortura ekstraġudizzjarji, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi implimentata strateġija b'saħħitha tal-UE li tgħin biex tiġi iffaċilitata bidla fir-reġjun;

64.

Jibqa' ferm imħasseb dwar il-kriżi umanitarja devastanti fiż-Żimbabwe, l-epidemija tal-kolera, u r-rifjut kontinwu tar-reġim ta' Mugabe biex jirreaġixxi b'mod effettiv għall-kriżi; jitlob ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkundannaw bil-qawwa l-azzjonijiet tar-reġim ta' Mugabe, u jaffermaw mill-ġdid l-impenn li ħadu mal-poplu taż-Żimbabwe li jieħu l-forma ta' programm għal terminu twil ta' għajnuna umanitarja; jiddenunzja wkoll l-intimidazzjoni u d-detenzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ta' membri tas-soċjetà ċivili, bħal Jestina Mukoko, mir-reġim ta' Mugabe, u jitlob biex dawk ħatja ta' dawn l-atti jiġu arrestati u jittellgħu l-qorti;

Id-drittijiet tat-tfal

65.

Jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa kruċjali biex ikunu implimentati l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati; iħeġġeġ lill-Istati kollha biex jadottaw l-Impenji ta' Pariġi tal-2007 biex it-tfal jitħarsu mir-reklutaġġ illegali jew minn użu minn forzi armati jew gruppi armati;

66.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-verżjoni aġġornata ta' dawk il-linji gwida, adottata fis-16 ta' Ġunju 2008, u jinnota b'sodisfazzjoni li l-UE tat struzzjonijiet lill-ambaxxaturi biex ifasslu strateġiji individwali dwar it-13-il pajjiż prijoritarju għall-implimentazzjoni tas-sitt kwistjonijiet tematiċi ġodda identifikati fil-linji gwida: reklutaġġ, qtil u mmankar, attakki fuq skejjel u sptarijiet, imblokkar ta' aċċess umanitarju, vjolenza sesswali u bbażata fuq is-sessi u vjolazzjonijiet u abbużi;

67.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni f'Ġunju 2008 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar id-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari tfal affettwat minn konflitti armati; jinnota li l-Kunsill talab lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex ikomplu jiżguraw il-koerenza, il-komplementarjetà u l-koordinazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-linji politiċi tas-sigurtà u l-iżvilupp u l-programmi intiżi biex jindirizzaw l-impatti fuq żmien qasir, medju, u twil ta' konflitti armati fuq it-tfal b'mod effettiv, sostenibbli, u komprensiv;

68.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-UE f'Ġunju 2008 tal-lista ta' kontroll riveduta, litimmira biex tintegra l-protezzjoni tat-tfal affettwati minn konflitti armati fil-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża; jinnota li din tinkludi titjib sostanzjali, partikolarment dwar l-elaborazzjoni tad-definizzjoni tal-protezzjoni tat-tfal, taħriġ speċifiku fir-rigward ta' tfal affettwati minn konflitti armati, monitoraġġ u rapportar, titjib tal-viżibiltà u kuxjenza, il-possibiltà li jkun hemm nies esperti speċifiċi fuq il-kamp, u titjib tal-komunikazzjoni esperta bejn il-missjonijiet/operazzjonijiet u Brussell;

69.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi tal-Presidenza dwar tfal affettwati minn konflitti armati; jinnota l-konferenza bl-isem “Inżidu l-Impatt fil-Post - Kollaborazzjoni bejn l-NGOs u l-UE fil-Qasam Tematiku tat-Tfal Affettwati minn Konflitti Armati”, organizzat mill-Presidenza Slovena f'April 2008;

70.

Jinnota r-riżoluzzjoni dwar it-tfal u l-konflitti armati adottata fit-22 ta' Frar 2008 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU u r-Rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU; jikkundanna bil-qawwa r-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'konflitti armati fiċ-Ċad u l-Iraq;

71.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Annwali u l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati; jikkundanna bil-qawwa l-ksur serju tad-drittijiet tat-tfal u l-użu kontinwu ta' tfal fil-konflitti armati fis-Sri Lanka, Burma, il-Filippini, is-Somalja, il-Kongo u l-Burundi;

72.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li 16-il Stat Membru (30) tal-Unjoni Ewropea ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra dwar il-Vjolenza Armata u l-Iżvilupp, biex b'hekk l-għadd totali ta' Stati Kontraenti tela' għal 97; iħeġġeġ lill-11-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li baqa' li għadhom ma ffirmawx id-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra biex jagħmlu dan mingħajr dewmien u mill-aktar fis possibbli;

73.

Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jiffirmaw u jirratifikaw mingħajr dewmien il-protokolli fakultattivi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (31);

74.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-2008 tnediet mill-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tal-programm tematiku bl-isem “Investiment fin-Nies”, sejħa għal proposti għal proġetti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (OMG) għal tfal affettwati minn konflitti armati u t-traffikar tat-tfal; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tiddedika attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni tat-tfal affettwati minn konflitti armati;

Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

75.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Konferenza tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem li saret fis-7-8 ta' Ottubru 2008; jisħaq fuq l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tħares aħjar lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda tagħhom biex iwettqu l-viżjoni mgħarrfa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

76.

Jiġbed l-attenzjoni għall-abbuż u l-isfruttament sesswali ta' miljuni ta' tfal mad-dinja kollha; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jipprevjenu u jiġġieldu l-isfruttament sesswali u l-abbuż sesswali tat-tfal, jipproteġu d-drittijiet tal-vittmi tfal ta' dan it-tip ta' sfruttament u abbuż, u jippromwovu l-koperazzjoni nazzjonali u internazzjonali fil-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali u l-abbuż sesswali tat-tfal;

77.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni dwar l-azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex ittejjeb l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tippromwovi l-attivitajiet tagħhom, adottata mill-Kumitat tal-Ministri fis-6 ta' Frar 2008;

78.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif fl-2006 mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSCE ta' punt fokali għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sabiex tkun immonitorjata s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi kollha tal-OSCE; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex isaħħu l-appoġġ tagħhom lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi joħolqu punt fokali fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill u fil-Kummissjoni biex jitjieb is-segwitu li jingħata lil każijiet individwali u l-koordinazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej oħrajn;

79.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-verżjoni riveduta tal-2008 tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-appoġġ u l-protezzjoni li jingħataw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-missjonijiet tal-UE, bħall-istrateġiji lokali għall-implimentazzjoni tal-linji gwida, il-gruppi ta' ħidma lokali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjoni ta' laqgħat mill-inqas darba fis-sena bejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-diplomatiċi; fl-istess ħin jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tal-possibiltà li jinħarġu viżi ta' emerġenza u jiġi ffaċilitat il-kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE bħala miżuri biex tingħata assistenza u protezzjoni fil-pront lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi;

80.

Għal darb'oħra jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jikkunsidraw f'termini konkreti l-kwistjoni ta' viżi ta' emerġenza għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi tiġi inkluża referenza ċara għas-sitwazzjoni speċifika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi l-ġdid, biex b'hekk tinħoloq proċedura speċifika u aċċellerata għall-viżi li tista' tkun ibbażata fuq l-esperjenza tal-gvernijiet tal-Irlanda u ta' Spanja f'din il-kwistjoni; jinnota d-diskussjoni dwar il-ħruġ ta' viżi għaċ-ċaqliq temporanju ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma f'riskju immedjat jew li jeħtieġu protezzjoni, u jitlob lill-COHOM biex tieħu passi ulterjuri dwar din il-kwistjoni; jikkunsidra li l-kunfidenzjalità tal-proċeduri politiċi tal-Unjoni Ewropea favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kultant hija utli iżda jitlob li, minkejja dik il-kunfidenzjalità, l-istaff lokali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi b'mod sistematiku u kunfidenzjali l-informazzjoni utli kollha dwar dawk il-proċeduri politiċi lill-NGOs fil-kamp, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll lill-familji tagħhom;

81.

Jirreferi għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarus fit-13 ta' Ottubru 2008 u d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Presidenza fit-30 ta' Settembru 2008 dwar l-elezzjonijiet parlamentari li sar f'dak ix-xahar f'Belarus; jiddispjaċih li l-elezzjonijiet ma kinux ta' standard internazzjonali u naqsu li jissodisfaw il-kriterji demokratiċi tal-OSKE; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien tal-aħħar priġunier politiku magħruf internazzjonalment, Alyaksandr Kazulin, qabel l-elezzjonijiet; madankollu, jibqa' mħasseb li mill-inqas 10 attivisti għadhom jiskontaw sentenzi ta' “libertà ristretta” li jippermettulhom joqogħdu d-dar jew imorru x-xogħol biss; jibqa' ferm imħasseb dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus;

82.

Jikkundanna t-tisħiħ tar-restrizzjonijiet imposti mill-gvern Ċiniż fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qabel il-Logħob Olimpiku li pprojbixxielhom jikkomunikaw bit-telefon jew bl-Internet, rrintraċċa l-movimenti tagħhom u ssottoponihom għal gradi differenti ta' arrest domiċiljari u għal sorveljanza u monitoraġġ li qatt ma kien hemm bħalhom qabel, u minħabba f'hekk bosta attivisti għażlu li jipposponu jew jissospendu xogħolhom sakemm għadda l-Logħob;

83.

Jiġbed attenzjoni speċifika għall-impatt sinifikanti li d-dritt għal-libertà tal-espressjoni fuq l-Internet jista' jkollu fuq komunitajiet magħluqa, u jitlob lill-UE biex tappoġġja lid-dissidenti ċibernetiċi fid-dinja kollha; għaldaqstant, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jittrattaw ir-restrizzjonijiet kollha għall-provvista ta' servizzi tal-Internet u s-soċjetà tal-informazzjoni minn kumpaniji Ewropej fil-pajjiżi terzi bħala parti mill-politika kummerċjali esterna tal-UE u biex jikkunsidraw l-ostakli għall-kummerċ bħala limitazzjonijiet mhux meħtieġa għall-provvista ta' dawn is-servizzi;

84.

Jinsab ferm imħasseb li fl-2008 l-Iran kompla jissopprimi difensuri indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u membri tas-soċjetà ċivili, u li għadu għaddej ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna l-arrest arbitrarju, it-tortura u l-priġunerija ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minħabba xogħolhom, bl-akkuża ta' “attivitajiet li jmorru kontra s-sigurtà nazzjonali”; jiddispjaċih dwar il-politika kurrenti tal-gvern diretta kontra l-għalliema u l-akkademiċi, li tipprojbixxi studenti milli jkollhom aċċess għal edukazzjoni ogħla, u jikkundanna l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta' attivisti studenti;

85.

Juri t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa u fil-Venezwela u għall-attakki u għall-fastidju li bosta organizzazzjonijiet huma suġġetti għalihom fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem f'dawk il-pajjiżi; f'dan is-sens, jitlob lill-gvernijiet tan-Nikaragwa u l-Venezwela u lill-awtoritajiet tagħhom biex jaġixxu ħalli jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet demokratiċi u l-istat tad-dritt;

86.

Jisħaq dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward ir-rebbieħa Kubani tal-Premju Sakharov Oswaldo Payá Sardiñas u l-grupp magħruf bħala d-“Damas de Blanco” (“In-nisa lebsin l-abjad”); iqis li hija ħaġa intollerabbli li pajjiż li miegħu l-UE reġgħet daħlet fi djalogu politiku dwar kull tip ta' kwistjoni, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, għandu jirrifjuta li jippermetti kemm lil Oswaldo Payá u lil Damas de Blanco milli jipparteċipaw fiċ-ċerimonja li tfakkar l-20 anniversarju tal-Premju ; jopponi bil-qawwa kollha l-vjolenza sistematika u l-atti rikorrenti ta' fastidju fil-konfront tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Gvern Kuban biex jeħles immedjatament lill-priġunieri politiċi kollha u l-priġunieri tal-kuxjenza u biex jirrikonoxxi d-dritt li l-Kubani kollha jidħlu u jħallu l-pajjiż b'mod ħieles;

Linji gwida dwar djalogi tad-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet rikonoxxuti ma' pajjiżi terzi

87.

Jinnota l-verżjoni riveduta tal-linji gwida, adottata tul il-Presidenza Franċiża, relatati mad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi terzi; għal darb'oħra jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu bidu għal evalwazzjoni komprensiva ta' dawk il-linji gwida, ibbażata fuq evalwazzjoni dettaljata ta' kull djalogu u r-riżultati miksuba u, għal dan il-għan, biex jiżviluppaw indikaturi ċari għall-impatt ta' kull djalogu u l-kriterji għall-bidu, it-tmiem u t-tkomplija ta' djalogi; jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew il-laqgħat interistituzzjonali informali qabel u wara kull djalogu sabiex jiżdied l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u, jekk meħtieġ, tittejjeb il-koordinazzjoni; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li l-adozzjoni ta' strateġiji għad-drittijiet tal-bniedem pajjiż b'pajjiż se tgħin biex tittejjeb il-koerenza tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

88.

Jenfasizza għal darb'oħra f'dan il-kuntest il-proposti stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-funzjonament tad-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma'pajjiżi terzi;

89.

Jiddispjaċih li ċ-Ċina pposponiet il-ħdax-il laqgħa għolja bejn l-UE u ċ-Ċina minħabba ż-żjara tad-Dalai Lama fl-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa għall-intensifikazzjoni radikali u l-impostazzjoni ġdida tad-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem; jesprimi l-inkwiet tiegħu għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jenfasizza li, minkejja l-wegħdiet magħmula mir-reġim qabel il-Logħob Olimpiku f'Awwissu 2008, is-sitwazzjoni ta' hemmhekk dwar id-drittijiet tal-bniedem ma marritx għall-aħjar; barra minn hekk, josserva li r-restrizzjonijiet għal-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-espressjoni u tar-reliġjon saru aktar iebsa; jikkundanna bil-qawwa kollha l-azzjonijiet ripressivi kontra t-Tibetani wara l-mewġa ta' protesti li kien hemm fit-Tibet kollu mill-10 ta' Marzu 2008 u r-ripressjoni mill-gvern Ċiniż li żdiedet fit-Tibet minn dak iż-żmien “l hawn, u jitlob biex jerga” jibda djalogu sinċier u orjentat lejn ir-riżultati bejn iż-żewġ partijiet ibbażat fuq il-“Memorandum dwar l-Awtonomija Ġenwina għall-Poplu Tibetan”; jinnota li, minkejja assigurazzjonijiet ripetuti mill-gvern Ċiniż tal-intenzjoni tiegħu li jirratifika l-Wegħda Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, ir-ratifika għadha pendenti; jirreferi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Jannar 2008 dwar l-arrest tad-dissident Ċiniż Hu Jia (32), li ġie ppremjat bil-Premju Sakharov 2008 għal-Libertà tal-Ħsieb; jitlob lill-gvern Ċiniż biex jeħles lil Hu Jia immedjatament u biex martu Zeng Jinyan u bintu ma jibqgħux arrestati f'darhom; jikkundanna l-mewġa ta' ripressjoni kontra l-firmatarji tal-“Karta 08”, dokument li jitlob għal riformi demokratiċi fiċ-Ċina u l-ħelsien ta' Liu Xiaobo, dissident li ilu arrestat sa mid-9 ta' Diċembru 2008; jesprimi tħassib li s-sistema legali tibqa' vulnerabbli għal interferenza arbitrarja u ta' spiss politikament motivata, inkluża s-sistema ta' Sigrieti tal-Istat, li tipprevjeni t-trasparenza meħtieġa għall-iżvilupp ta' governanza tajba u sistema li fiha jipprevali l-istat tad-dritt; f'dan il-kuntest, jiddeplora l-ikkastigar sistematiku ta' avukati li jagħmlu ħilithom biex is-sistema legali Ċiniża tiffunzjona bi qbil mal-liġijiet taċ-Ċina stess u d-drittijiet taċ-ċittadini tagħha; jinnota l-fraġilità persistenti tal-libertà tal-Internet fiċ-Ċina u f'dan ir-rigward jitlob lin-negozji Ewropej li jipprovdu servizz ta' ħħostjar għall-kontenut tal-Internet biex ma jiżvelaw lill-ebda uffiċjal barrani informazzjoni li tidentifika personalment utent partikolari tas-servizz inkwistjoni għajr għal skopijiet leġittimi ta' infurzar ta' liġijiet barranin f'konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

90.

Jibqa' mħasseb li d-djalogu tad-drittijiet tal-bniedem mal-Iran ilu interrott mill-2004 minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe progress pożittiv fit-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u nuqqas ta' koperazzjoni mill-Iran; jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex ikomplu dan id-djalogu bil-għan li jiġu appoġġati l-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili li huma impenjati għad-demokrazija, u biex isaħħu – permezz ta' mezzi paċifiċi u mhux vjolenti – proċessi eżistenti li jistgħu jrawmu riformi demokratiċi, istituzzjonali u kostituzzjonali, jiżguraw is-sostenibiltà ta' dawk ir-riformi u jikkonsolidaw l-involviment tad-difensuri Iranjani kollha tad-drittijiet tal-bniedem u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-tfassil ta' politika, it-tisħiħ tar-rwol tagħhom fid-diskors politiku ġenerali; huwa mħasseb sew li, fl-2008, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran marret għall-agħar u r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u l-ġabra għadhom jeżistu; f'dan il-kuntest, huwa mħasseb sew mis-soppressjoni tal-ġurnalisti, il-kittieba, l-istudjużi, l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem; jibqa' mħasseb dwar ir-repressjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fl-Iran; jikkundanna l-użu dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt fl-Iran, inkluż fir-rigward ta' minorenni;

91.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' riżultati mill-konsultazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-awtoritajiet Russi rrifjutaw li jipparteċipaw fil-laqgħat ta' diskussjoni li saru bi tħejjija għall-konsultazzjonijiet li kienu jinvolvu OMG domestiċi u internazzjonali; jinnota li matul il-konsultazzjonijiet l-Unjoni Ewropea qajmet tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u b'iffukar partikolari fuq il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, il-funzjonament tas-soċjetà ċivili, id-drittijiet tal-minoranzi, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u d-drittijiet tat-tfal u n-nisa, kif ukoll l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem kemm tal-UE u kemm tar-Russja; jiddispjaċih li minkejja dan l-Unjoni Ewropea ma rnexxielha tikkawża l-ebda bidla ta' politika fir-Russja, b'mod partikolari fir-rigward tal-impunità u tal-indipendenza tal-ġudikatura, it-trattament ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri politiċi inkluż Mikhail Khodorkovsky, l-indipendenza tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni, it-trattament tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fil-forzi armati, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali kif ukoll kwistjonijiet oħrajn; jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar is-Samit tal-UE-Russja tas-26-27 ta' Ġunju 2008 fi Khanty-Mansiysk (33); jesprimi għal darb'oħra t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni li sejra għall-agħar ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-diffikultajiet li jsibu quddiemhom l-OMG fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħhom u fil-qadi tal-attivitajiet tagħhom; jisħaq dwar it-tħassib tiegħu dwar il-Liġi Kontra l-Estremiżmu, li tista' taffettwa l-fluss liberu ta' informazzjoni u li jista' jwassal biex l-awtoritajiet Russi jirrestrinġu aktar id-dritt għall-espressjoni libera ta' ġurnalisti indipendenti u opponenti politiċi; esprimi aktar tħassib, fuq l-istess linji tar-Rapport tal-Amnesty International tal-2008, dwar in-nuqqas kontinwu tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li jirrispetta d-dritt ta' Mikhail Khodorkovsky u s-sieħeb tiegħu Platon Lebedev għal proċess ġust bi qbil mal-istandards internazzjonali, u jiddispjaċih ħafna għat-trattament li ngħata l-eks-Viċi President ta' Yukos Vasily Aleksanian, li r-rifjut tiegħu li jixhed il-falz kontra Mikhail Khodorkovsky wassal lill-awtoritajiet Russi biex iħallu li l-kundizzjoni medika tiegħu tiddeterjorja sa stat terminali; jingħaqad mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-talba lill-awtoritajiet Russi biex “jużaw il-mezzi legali kollha disponibbli” biex jassiguraw il-ħelsien ta' Igor Sutiagin u Valentin Danilov; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien ta' Mikhail Trepashkin; jiddispjaċih ħafna li missjoni ta' monitoraġġ elettorali tal-ODIHR li segwiet l-elezzjoni presidenzjali Russa ta' Marzu 2008 kellha tkun ikkanċellata minħabba restrizzjonijiet u limitazzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Russi fuq dik il-missjoni;

92.

Jinnota l-eżistenza ta' sottokumitati tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu lill-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran (il-Marokk, it-Tuneżija, il-Libanu, il-Ġordan, l-Eġittu, l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana) fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwaqqfu sottokumitati tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi ġirien kollha, Jerġa' jagħmel is-sejħa tiegħu għall-parlamentari biex ikunu assoċjati mat-tħejjijiet għal-laqgħat ta' sottokumitati bħal dawn u biex ikunu informati dwar il-konklużjonijiet tagħhom; jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, kemm qabel kif ukoll wara, mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-pajjiż ikkonċernat u mid-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni fi Brussell; huwa dubjuż, madankollu, rigward l-effikaċja u l-koerenza tal-metodoloġija użata, u b'mod partikolari, rigward il-kriterji biex jiġu evalwati d-diskussjonijiet li saru f'dawn is-sottokumitati; jemmen li dawn is-sottokumitati għandhom jippermettu li l-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem inklużi fil-pjan ta' azzjoni jiġu segwiti b'mod speċifiku imma jenfasizza li d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ċertament m'għandhomx ikunu ristretti għal dawn is-sottokumitati, u jenfasizza l-importanza ta' koordinazzjoni mas-sottokumitati l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, bħall-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-kwistjonijiet ikunu inklużi fid-djalogu politiku sal-ogħla livell sabiex tiżdied il-koerenza tal-politika tal-UE f'dan il-qasam; huwa konvint li l-Politika Ewropea tal-Viċinat kif tfasslet u ġiet strutturata (pjan ta' azzjoni, rapport ta' segwitu u sottokumitati) jista' jkollha influwenza reali biex ikunu promossi d-drittijiet tal-bniedem jekk l-Unjoni Ewropea turi rieda politika ġenwina li tiżgura r-rispett għall-prevalenza tad-drittijiet tal-bniedem b'mod koerenti, sistematiku u mifrux; jemmen, għalhekk, li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-prinċipji demokratiċi jrid ikun prerekwiżit għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiż terz; fil-kuntest tal-ilħuq ta' ftehim ta' qafas mal-Libja, jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu l-attenzjoni xierqa għad-djalogu u l-koperazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem;

93.

Jikkundanna bil-qawwa kollha l-eskalazzjoni militari riċenti u d-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni umanitarja f'Gaża, filwaqt li fl-istess ħin jesprimi s-simpatija bla kundizzjonijiet tiegħu lill-popolazzjoni ċivili fin-Nofsinhar tal-Iżrael; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jimplimentaw b'mod sħiħ ir-Riżoluzzjoni 1860 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex ikun żgurat twaqqif permanenti tal-ġlied; jenfasizza l-bżonn urġenti għal responsabilità effettiva f'każijiet ta' ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-UNHRC biex tkun maħtura missjoni indipendenti għat-tfittxija tal-fatti biex tinvestiga reati tal-gwerra u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq iż-żewġ naħat matul il-kunflitt riċenti f'Gaża; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jikkoperaw mal-investigaturi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU; Jieħu nota tal-impenn tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni tas-27 ta' Jannar 2009 li jsegwi dawk l-investigazzjonijiet mill-qrib u jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed meta jkunu magħrufa r-riżultati;

94.

Jirrikonoxxi t-tieni sensiela ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE-Użbekistan, li saret fil-5 ta' Ġunju 2008; jinnota s-seminar dwar il-libertà tal-midja, li sar f'Tashkent fit-2 u t-3 ta' Ottubru 2008; madankollu, jikkunsidra li s-seminar naqas li jikseb il-mira tiegħu, jiġifieri li jipprovdi diskussjoni miftuħa dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-midja fl-Użbekistan, kif kien intiż oriġinarjament; jinnota n-nuqqas kontinwu ta' inkjesta internazzjonali indipendenti għall-massakru ta' Andijan u n-nuqqas ta' kwalunkwe titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien ta' żewġ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Dilmurod Mukhiddinov u Mamarajab Nazarov; jikkundanna l-fatt li difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti indipendenti qed jinżammu fil-ħabs fuq akkużi politikament immotivati u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki biex jilliberaw lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri politiċi l-oħra; Jerġa' jsemmi t-tħassib serju tiegħu għall-priġunerija ta' Salijon Abdurakhmnanov, ġurnalist indipendenti, u Agzam Turgunov, attivist tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2008 dwar l-Użbekistan; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki biex jaċċettaw l-akkreditazzjoni tad-Direttur tal-Pajjiż il-ġdid ta' Human Rights Watch u biex jippermettu li l-organizzazzjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali u OMG oħra joperaw mingħajr xkiel; jitlob lill-Użbekistan biex jikkopera bis-sħiħ u b'mod effettiv mar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar it-tortura u dwar il-libertà tal-espressjoni u biex jirrevoka restrizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u l-operazzjoni ta' OMG fl-Użbekistan; jinnota li l-Kunsill iddeċieda biex ma jġeddidx ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar applikabbli għal ċerti individwi li huma msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK (34), li ġew sospiżi bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15-16 ta' Ottubru 2007 u d-29 ta' April 2008; jilqa' l-fatt li l-Kunsill madankollu ddeċieda li jġedded, għal perjodu ta' 12-il xahar, l-embargo fuq l-armi impost minn dik il-Pożizzjoni Komuni; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrevedu s-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan; Jerġa' jagħmel is-sejħa tiegħu għal-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha; jinnota d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar każijiet indivwali;

95.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea u t-Turkmenistan kellhom l-ewwel sensiela ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem f'Lulju 2008; jilqa' b'sodisfazzjon it-tqajjim tat-tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkmenistan, b'mod partikolari fir-rigward tal-libertà tal-opinjoni u tal-assoċjazzjoni, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-funzjonament tas-soċjetà ċivili; jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (35) u jisħaq li t-Turkmenistan għandu jagħmel progress f'oqsma ewlenin sabiex l-UE tkun tista' tikkonkludi l-Ftehim Temporanju, fost oħrajn billi jippermetti l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar l-aċċess liberu u bla xkiel, billi jirriforma s-sistema edukattiva skont l-istandards internazzjonali, billi jeħles mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha u l-priġunieri ta' kuxjenza, billi jabolixxi l-impedimenti kollha tal-gvern għall-ivvjaġġar, u billi jippermetti lill-OMG u l-korpi kollha tad-drittijiet tal-bniedem biex joperaw liberament fil-pajjiż; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jartikolaw b'mod ċar, qabel l-iffirmar tal-Ftehima Interim, it-titjib speċifiku fil-jeddijiet tal-bniedem u għal dak il-għan, jadottaw roadmap b'termini ċari għall-ottemperanza;

96.

Jappoġġa r-rieda tal-Kunsill biex jistabbilixxi d-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma' kull wieħed mill-bqija tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali; jitlob li d-djalogi jkunu intiżi għal riżultati u f'konformità bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma' Pajjiżi Terzi, biex jiggarantixxu l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-Parlament Ewropew; jitlob għall-istabbiliment tad-djalogi biex jitqabblu ma' riżorsi xierqa fi ħdan is-segretarjati tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

97.

Jinnota l-importanza tal-impenn kemm tat-Turkija u tal-UE għall-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija għar-riformi li għaddejjin tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija; jikkunsidra d-deċiżjoni tal-gvern li jippermetti x-xandir ta' televiżjoni Kurda bħala pass pożittiv lejn il-libertà tal-kelma fit-Turkija; jiddispjaċih, madankollu, mill-fatt li l-użu tal-lingwa Kurda għadu pprojbit fil-Parlament u fil-kampanji politiċi; itenni li huma meħtieġa aktar riformi leġiżlattivi biex ikunu żgurati r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u l-libertà sħiħa tal-espressjoni, fil-liġi u fil-prattika, skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota bi tħassib li ma sar l-ebda progress rigward ir-ratifika tal-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari, l-OPCAT, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u l-Protokolli Addizzjonali Numri 4, 7 u 12 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

98.

Iħeġġeġ lill-Gvern Pakistani l-ġdid biex jieħu passi xierqa lejn it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan; jirreferi għat-talba tal-Amnesty International li tħeġġeġ lill-Gvern Pakistani biex Jerġa' jaħtar lill-imħallfin kollha li tneħħew mill-kariga illegalment mill-president preċedenti Pervez Musharraf fl-2007; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE bagħtet missjoni indipendenti ta' osservazzjoni tal-elezzjoni għall-elezzjonijiet parlamentari ġenerali fi Frar 2008; jinnota b'sodisfazzjon li l-elezzjonijiet kienu kompetittivi u rriżultaw f'kunfidenza akbar tal-pubbliku fil-proċess demokratiku; jinnota li l-UE hija impenjata biex tappoġġa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jappoġġaw il-moviment għad-demokrazija mibdi mill-ġudikatura u l-avukatura, b'mod partikolari billi jestendu stediniet lil uħud mir-rappreżentanti tagħhom, inkluż is-Sur Choudhry; jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tal-bniedem ikunu waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE fi ħdan il-qafas ta' djalogu kontinwu mal-Pakistan;

99.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kunsill li jitwettqu djalogi dwar id-drittijiet umani mal-pajjiżi differenti tal-Amerika Latina; jenfasizza li dawn id-djalogi għandhom imorru id f'id ma' talbiet sodi, konkreti u tanġibbli fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, li bl-istess mod se jimponu obbligi fuq l-istituzzjonijiet tal-UE fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi kkonċernati; jenfasizza li jkun jaqbel li jiġu inklużi l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali; jinnota l-iffirmar tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) mill-gvern Kuban fi Frar 2008; jitlob biex dawn il-Wegħdiet jiġu ratifikati mingħajr riservi; jitlob lill-gvern Kuban biex jeħles lill-priġunieri politiċi kollha u jonora d-drittijiet protetti fit-trattati ffirmati; jinnota d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2008 biex ineħħi s-sanzjonijiet informali fil-konfront ta'Kuba; jinnota li l-Kunsill se jiddeċiedi fl-2009 jekk ikomplix bid-djalogu politiku ma' Kuba, skont jekk kienx hemm titjib sinifikanti jew le fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

100.

Jitlob lir-Russja bħala poter okkupanti fil-Ġeorġja biex jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem fl-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar, inkluż id-dritt taċ-ċittadini biex jirritornaw lura lejn djarhom; jitlob lill-partijiet kollha biex ikomplu jimplimentaw l-impenji tagħhom skont il-ftehimiet tat-12 ta' Awwissu u t-8 ta' Settembru 2008; jitlob lill-gvernijiet kollha konċernati biex jipprovdu mapep dettaljati u informazzjoni dwar iz-zoni kollha affettwati mill-konflitt fejn ġew sparati bombi tat-tip “cluster”, sabiex tkun faċilitata t-tneħħija ta' munizzjonijiet ta' armi tat-tip “cluster” u biex dawk iz-zoni jsiru siguri għan-nies ċivili; jikkunsidra li ż-żewġ gvernijiet għandhom ukoll jiżguraw li l-pubbliku jkun mgħarraf bil-perikli ta' materjal mhux splodut permezz ta' kampanji pubbliċi ta' informazzjoni; jitlob lill-amministrazzjonijiet responsabbli biex jaqblu li jintbagħtu monituri internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja;

101.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Burma, speċjalment minħabba l-elezzjonijiet li ġejjin skedati għall-2010; jikkundanna l-arresti u l-kundanni reċenti wara l-proċessi taparsi ta' aktar minn mitt membru tal-Oppożizzjoni ta' Burma, u s-sentenzi ħorox li ngħataw; iħeġġeġ lill-gvern ta' Burma biex jeħles immedjatament lill-priġunieri politiċi kollha; jikkunsidra li l-Parlament għandu jibgħat missjoni ta' livell għoli f'Burma, ladarba s-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem għadha mhix qed titjieb minkejja s-sanzjonijiet kollha, u li l-pressjoni internazzjonali fuq ir-reġim ta' Burma trid tissaħħaħ;

Skrutinju ġenerali tal-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi l-prestazzjonijiet taż-żewġ Presidenzi

102.

Jitlob lill-Presidenza tal-Kunsill biex tiffoka fuq il-pajjiżi ta' tħassib partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

103.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-avvenimenti u d-diskussjonijiet li qegħdin isiru fi ħdan il-qafas tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008, jinnota b'sodisfazzjoni l-inizjattivi meħuda taħt iż-żewġ presidenzi;

104.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-għaxar Forum dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-OMG tal-Unjoni Ewropea organizzat mill-Presidenza Franċiża u l-Kummissjoni li sar fl-10 ta' Diċembru 2008 dwar it-tema tas-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u li ffoka b'mod partikolari fuq id-diskriminazzjoni kontra n-nisa;

105.

Jitlob sforzi ikbar u azzjoni iktar determinata tal-Unjoni Ewropea sabiex tgħin li titwaqqaf ftehima politika fil-kunflitt ta' Darfur u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' ftehima globali ta' paċi; jenfasizza l-ħtieġa li jtemm is-sitwazzjonijiet ta' impunità, billi timponi sistema ta' sanzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-mandati ta' arrest maħruġa mill-QKI fir-rigward tad-Darfur, li għandhom ikunu eżegwiti mill-aktar fis possibbli;

106.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni 1834 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-24 ta' Settembru 2008 li testendi l-mandat tal-Missjoni tan-NU fir-Repubblika Ċentro-Afrikana u ċ-Ċad sa Marzu 2009, flimkien mal-intenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biex tawtorizza li jintbagħat komponent militari tan-NU biex ikompli fuq l-EUFOR Ċad/CAR kemm fiċ-Ċad u r-Repubblika tal-Afrika Ċentrali;

107.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill jistabbilixxi u jaġġorna regolarment listi ta' pajjiżi li qegħdin fil-mira u li fir-rigward tagħhom isiru sforzi konċertati addizzjonali intiżi biex jiġu implimentati l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tfal u l-konflitti armati, dwar il-piena tal-mewt (hekk imsejħa “pajjiżi li waslu biex jadottaw bidliet f'dan ir-rigward”) u dwar difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

108.

Jerġa' jagħmel it-talba tiegħu sabiex id-diskussjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ma' pajjiżi terzi, l-istrumenti, id-dokumenti u r-rapporti, inklużi r-Rapporti Annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, jindirizzaw b'mod espliċitu kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni inklużi l-kwistjonijiet ta' minoranzi etniċi, nazzjonali u lingwistiċi, libertajiet reliġjużi inkluża l-intolleranza kontra kwalunkwe reliġjon u prattiċi diskriminatorji lejn reliġjonijiet ta' minoranzi, diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet ta' popli indiġeni, id-drittijiet umani tan-nisa, id-drittijiet tat-tfal, persuni b'diżabiltà inklużi persuni b'diżabiltajiet intellettwali, u persuni ta' kull orjentazzjoni sesswali, u ta' kull identità tal-ġeneru billi jinvolvu bis-sħiħ l-organizzazzjonijiet tagħhom, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi, fejn xieraq;

109.

Jinnota l-inizjattiva tal-Unjoni għall-Mediterran mnedija mill-Presidenza Franċiża bħala sfida ġdida sabiex tkun promossa d-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fiz-zona tal-Mediterran; juri li l-iżvilupp tal-inizjattivi l-ġodda tal-Unjoni għall-Mediterran ma tistax tinvolvi tnaqqis tal-attenzjoni u tal-prijorità li qed tingħata biex tippromwovi r-riformi adegwati rigward id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fiz-zona;

Il-programmi ta' għajnuna esterna tal-Kummissjoni u l-EIDHR

110.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-prijoritajiet tal-Parlament ġew meqjusa fid-dokumenti ta' pprogrammar tal-2007 u l-2008 tal-EIDHR;

111.

Jitlob għall-aġġornament tal-kompendji elettroniċi, li huma intiżi biex ikopru l-proġetti kollha tal-EIDHR organizzati ġeografikament u tematikament;

112.

Jinnota b'sodisfazzjoni l-interess muri fil-preżentazzjoni ta' proġetti taħt l-objettiv il-ġdid ta' appoġġ għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-possibiltà ta' azzjoni urġenti għall-protezzjoni tagħhom; jinnota li l-Kummissjoni għażlet 11-il benefiċjarju biex jimplimenta dawn il-proġetti u jistenna li l-attivitajiet attwali jibdew fil-bidu tal-2009;

113.

Għal darb'oħra jitlob lill-Kummissjoni biex taġġusta l-livell tal-istaff allokat għall-implimentazzjoni tal-EIDHR, kemm fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet, sabiex jitqiesu l-karatteristiċi u l-problemi ta' dan l-istrument il-ġdid;

114.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura koerenza bejn il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u l-proġetti u l-programmi li hija tappoġġa, b'mod partikolari f'konnessjoni mal-ipprogrammar bilaterali tagħha ma' pajjiżi terzi;

Assistenza elettorali u osservazzjoni ta' elezzjonijiet

115.

Jinnota b'sodisfazzjoni li l-UE qed tuża dejjem aktar l-assistenza elettorali u l-osservazzjoni ta' elezzjonijiet biex tippromwovi d-demokrazija f'pajjiżi terzi, biex b'hekk ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u li l-kwalità u l-indipendenza ta' dawn il-missjonijiet huma rikonoxxuti sew;

116.

Jenfasizza li l-metodoloġija komprensiva tal-UE, li tkopri ċ-ċiklu elettorali kollu u tinkludi kemm l-assistenza elettorali u l-osservazzjoni ta' elezzjonijiet, irnexxiet għall-UE, biex b'hekk saret organizzazzjoni ewlenija għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet internazzjonali;

117.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel Manwal għal osservazzjoni ta' elezzjoni tal-UE, maħruġ f'April 2008; jinnota b'sodisfazzjon it-taqsima speċifika dwar kwistjonijiet tas-sessi; jinnota li l-Manwal il-ġdid jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-metodoloġija tal-missjoni tal-UE ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet u deskrizzjoni ta' kif il-missjonijiet huma ppjanati, mibgħuta u implimentati kif ukoll kif jintużaw l-istandards internazzjonali għall-evalwazzjoni u r-rapportar;

118.

Jitlob għal aktar viġilanza fir-rigward tal-kriterji għall-għażla tal-pajjiżi li fihom għandu jkun hemm assistenza elettorali/osservazzjoni tal-elezzjonijiet, u għall-konformità mal-metodoloġija u r-regoli stabbiliti f'livell internazzjonali, partikolarment dwar in-natura indipendenti tal-missjoni;

119.

Jerġa' jagħmel is-sejħiet tiegħu sabiex il-proċess elettorali, inklużi l-istadji ta' qabel u ta' wara l-elezzjoni, ikun inkorporat fil-livelli differenti ta' djalogu politiku mal-pajjiżi terzi konċernati, sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-linji politiċi tal-UE u jkun affermat mill-ġdid ir-rwol kruċjali tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

120.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja mill-qrib l-għoti ta' benefiċċji ta' “Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi +” (GSP+) lil pajjiżi li wrew nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tat-tmien konvenzjonijiet tal-ILO relatati ma' standards ewlenin tax-xogħol, minħabba ksur ta' drittijiet ċivili u politiċi jew l-użu ta' xogħol sfurzat; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-kriterji li jiddeterminaw meta l-GSP għandha titneħħa għal raġunijiet ta' drittijiet tal-bniedem;

Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali (ESK)

121.

Jenfasizza li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali huma importanti daqs id-drittijiet ċivili u politiċi; jenfasizza l-impenn tal-UE biex tappoġġa l-kisbiet tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, kif stipulati fil-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej li saru f'Diċembru 2007 u Ġunju 2008;

122.

Jitlob lill-UE biex tintegra l-protezzjoni tad-drittijiet ESK fir-relazzjonijiet esterni tagħha ma' pajjiżi terzi, billi tqegħedhom regolarment fuq l-aġenda ta' djalogi u konsultazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u tippressa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Fakultattiv għall-Wegħda Internazzjonali dwar Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, speċjalment intiża għall-funzjonament effettiv tal-proċedura ta' lment individwali tiegħu;

123.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw il-koerenza tad-drittijiet ESK fil-linji politiċi tal-iżvilupp, il-kummerċ estern u d-drittijiet tal-bniedem tal-UE, u, għal dak il-għan, biex jistabbilixxu grupp ta' ħidma ta' interservizzi dwar drittijiet ESK;

124.

Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem jinkludu wkoll drittijiet għal ikel, għal akkomodazzjoni xierqa, għal edukazzjoni, għal ilma, għal art, għal xogħol deċenti, għal sigurtà soċjali u għall-iffurmar ta' trejdjunjin, u li huwa importanti speċjalment li jkun żgurat li dawk id-drittijiet jitgawdew minn gruppi estremament vulnerabbli bħal persuni f'pajjiżi li huma l-inqas żviluppati, li ħerġin minn konflitt jew li qegħdin jiżviluppaw, popli indiġeni, refuġjati tal-bidla fil-klima, migranti, eċċ.;

125.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel sforz speċjali sabiex tiżgura d-dritt għall-ikel fil-kriżi preżenti tal-ikel u dik ekonomika ġenerali;

126.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-promozzjoni tar-responsabiltà soċjali korporattiva u l-obbligu ta' kumpaniji transnazzjonali bi kwartieri ġenerali fl-Istati Membri tal-UE biex jirrispettaw, fl-operazzjonijiet tagħhom f'pajjiżi terzi, ir-regolamenti rilevanti tal-ILO;

127.

Jinnota bi pjaċir li r-reġim tal-GSP+, billi jgħaqqad id-drittijiet tal-bniedem mal-kummerċ internazzjonali, jinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll governanza tajba, u jsejjaħ għall-monitoraġġ effettiv ta' konformità mal-klawsola ta' element essenzjali;

128.

Għal darb'oħra jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu inizjattivi tal-UE f'livell internazzjonali sabiex jiġġieldu kontra l-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tas-sessi, pereżempju bil-promozzjoni ta' riżoluzzjoni dwar din il-kwistjoni fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti u l-għoti ta' appoġġ lil OMG u partijiet li jippromwovu l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

L-effettività tal-interventi tal-Parlament Ewropew f'każijiet tad-drittijiet tal-bniedem

129.

Jistenna li riżoluzzjonijiet u dokumenti ewlenin oħra relatati ma' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ikunu tradotti għal-lingwa mitkellma fiz-zoni mmirati;

130.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni rivoluzzjonarja, appoġġjata minn 66 nazzjon inklużi l-Istati Membri tal-UE kollha, preżentata fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2008, dikjarazzjoni li tikkonferma d-drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali inklużi l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u li terġa tafferma l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, li jitlob li d-drittijiet tal-bniedem għandhom japplikaw b'mod ugwali għal kull persuna irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità tal-ġeneru tagħha;

131.

Jitlob lill-Kunsill biex jirrispondi b'mod sostanzjali għax-xewqat u t-tħassib espressi f'komunikazzjonijiet formali tal-Parlament, partikolarment rigward ir-riżoluzzjonijiet ta' urġenza;

132.

Ifakkar lid-delegazzjonijiet tal-Parlament li jżuru pajjiżi terzi li huma b'mod sistematiku għandhom jinkludu fl-aġenda dibattitu interparlamentari dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll laqgħat ma' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex isiru jafu direttament dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ikkonċernat u biex jagħtuhom, fejn ikun xieraq, viżibiltà u protezzjoni internazzjonali;

133.

Huwa konvint li korp imsaħħaħ favur id-drittijiet tal-bniedem biss fil-Parlament Ewropew ikun jista' jippromwovi politika koerenti, effikaċi, sistematika u transversali tad-drittijiet tal-bniedem fl-istituzzjoni tagħna u vis-à-vis il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'mod partikulari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona fil-kwistjoni tal-affarijiet barranin;

134.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tan-Netwerk Sakharov, kif ġie mħabbar fl-20 anniversarju tal-Premju Sakharov; jemmen li għandu jiddeċiedi malajr dwar l-arranġamenti operattivi tiegħu u jistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa biex jilħaq l-objettivi tiegħu; itenni t-talba tiegħu sabiex ir-rebbieħa kollha tal-Premju Sakharov u, b'mod partikolari, Aung San Suu Kyi, Oswaldo José Payá Sardiñas, l-għaqda Kubana Damas de Blanco u Hu Jia jingħataw aċċess għall-istituzzjonijiet Ewropej; jiddeplora l-assenza ta' kwalunkwe rispons sinifikanti għas-sejħiet tal-UE lill-awtoritajiet taċ-Ċina, tal-Burma u ta' Kuba biex jirrispettaw il-libertajiet fundamentali, speċjalment il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni politika;

*

* *

135.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u l-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u lill-gvernijiet tal-pajjiżi u t-territorji msemmija f'din ir-riżoluzzjoni.


(1)  Għat-testi bażiċi rilevanti kollha, ikkonsulta t-tabella fl-Anness III tar-rapport A6-0128/2007 tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0025.

(3)  ĠU C 379, 7.12.1998, p. 265; ĠU C 262, 18.9.2001, p. 262; ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 88; ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 576; Testi adottati, 22 ta' Mejju 2008, P6_TA(2008)0238; Testi adottati, 21 ta' Ottubru 2008, P6_TA(2008)0496.

(4)  ĠU C 311, 9.12.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3; ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(7)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

(8)  ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 220.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2008)0065.

(10)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.

(11)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 91.

(12)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775.

(13)  ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 126.

(14)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 214.

(15)  Testi adottati, P6_TA(2008)0405.

(16)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 24.

(17)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 879.

(18)  ĠU C 327, 23.12.2005, p. 4.

(19)  Testi adottati, P6_TA(2008)0194.

(20)  Testi adottati, P6_TA(2009)0021.

(21)  ĠU L 150, 18.6.2003, p. 67.

(22)  Sat-18 ta' Lulju 2008, 85 stat kienu għadhom ma rratifikawx l-Istatut ta' Ruma: l-Alġerija, l-Angola, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Baħamas, il-Baħrejn, il-Bangladexx, il-Belarus, il-Butan, il-Brunej, il-Kamerun, il-Kap Verde, iċ-Ċili, iċ-Ċina, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, l-Eġittu, El Salvador, il-Ginea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Grenada, il-Gwatemala, il-Ginea-Bissaw, il-Ħaiti, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, l-Iraq, l-Iżrael, il-Ġamajka, il-Każakstan, il-Kiribati, il-Kuwajt, il-Kirgiżtan, il-Laos, il-Libanu, il-Libja, il-Malasja, il-Maldive, il-Mawritanja, l-Istati Federali tal-Mikroneżja, il-Moldova, Monako, il-Marokk, il-Możambik, il-Mijanmar/Burma, in-Nepal, in-Nikaragwa, l-Oman, il-Pakistan, il-Palau, il-Papwa-Ginea Ġdida, il-Filippini, il-Qatar, il-Federazzjoni Russa, ir-Rwanda, Santa Luċija, Sao Tome u Prinċipe, l-Għarabja Sawdita, is-Seychelles, Singapore, il-Gżejjer Solomon, is-Somalja, is-Sri Lanka, is-Sudan, is-Sważiland, is-Sirja, it-Tajlandja, Togo, Tonga, it-Tuneżija, it-Turkija, it-Turkmenistan, Tuvalu, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Użbekistan, il-Vanwutu, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żimbabwe.

(23)  Minn Novembru 2008, l-Awstrija, l-Ungerija, is-Slovenja u Spanja rratifikaw kemm il-Konvenzjoni u l-Protokoll Fakultattiv.

(24)  Fost l-Istati Membri tal-UE, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni.

(25)  Testi adottati, P6_TA(2008)0238.

(26)  Testi adottati, P6_TA(2008)0496.

(27)  Dikjarazzjoni mill-Ambaxxatriċi Susan E. Rice, Rappreżentanta Permanenti tal-Istati Uniti, dwar ir-rispett għal-Liġi Umanitarja Internazzjonali, fil-Kunsill tas-Sigurtà, fid-29 ta' Jannar 2009.

(28)  Firmatarji (sa Novembru 2008): il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Islovenja, il-Finlandja,, l-Iżvezja (huma biss ħames pajjiżi – l-Albanija, l-Arġentina, Franza, il-Ħonduras u l-Messiku – li rratifikaw il-Konvenzjoni, li teħtieġ 20 ratifika għad-dħul fis-seħħ.).

(29)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.

(30)  Il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza,, l-Italja, l-Ungerija, Ċipru, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Islovenja, l-Iżvezja il-Finlandja u r-Renju Unit.

(31)  Il-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ ta' tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (sa Novembru 2008): mhux ratifikat mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, , l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Finlandja jew ir-Renju Unit.Il-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-involviment tat-tfal f'konflitti armati (sa Novembru 2008): mhux ratifikat mill-Estonja, l-Olanda jew l-Ungerija.

(32)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 82.

(33)  Testi adottati, P6_TA(2008)0309.

(34)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tat-13 ta' Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Użbekistan (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34).

(35)  Testi adottati, P6_TA(2008)0059.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/82


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-impatt tat-Trattat ta’ Liżbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea

P6_TA(2009)0387

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Liżbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea (2008/2073(INI))

2010/C 212 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta’ Liżbona (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-11 u l-12 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0142/2009),

A.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ il-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni, minħabba li jirrinforza l-funzjonijiet ewlenin ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet politiċi, u għalhekk isaħħaħ l-irwoli rispettivi tagħhom fi ħdan qafas istituzzjonali li fih il-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet hija element ewlieni tas-suċċess tal-proċess ta’ integrazzjoni tal-Unjoni,

B.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jittrasforma l-“metodu Komunitarju” preċedenti, filwaqt li jadattah u jsaħħu, f'metodu tal-Unjoni’ li fih, essenzjalment:

il-Kunsill Ewropew jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali,

il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dak il-għan,

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien jeżerċitaw funzjoniiet leġiżlattivi u baġitarji fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni,

C.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jestendi dan il-metodu speċifiku ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet mill-Unjoni għal oqsma ġodda tal-attivitajiet leġiżlattivi u baġitarji tagħha,

D.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jistipula li l-Kunsill Ewropew, bl-unanimità u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, jista’ jestendi l-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, biex b'hekk jirrinforza l-metodu tal-Unjoni,

E.

billi, għalkemm l-għan tat-Trattat ta' Liżbona huwa li jħaffef u jtejjeb il-koerenza tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, il-koeżistenza ta' Presidenza separata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (u tal-Ewrogrupp), u it-tkomplija ta' sistema b'rotazzjoni għall-presidenzi tal-konfigurazzjonijiet l-oħra tal-Kunsill, probabilment jkollhom l-effett, tal-inqas fil-bidu, li jikkumplikaw il-funzjonament tal-Unjoni,

F.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jimplika li r-rappreżentazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-ħajja pubblika tkun osservata wkoll fil-proċedura tan-nomina għall-iktar karigi politiċi importanti fl-Unjoni Ewropea,

G.

billi l-proċedura l-ġdida għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni tirrikjedi li jitqiesu r-riżultati tal-elezzjonijiet kif ukoll li jsiru konsultazzjonijiet xierqa bejn rappreżentanti tal-Kunsill Ewropew u tal-Parlament Ewropew qabel ma l-Kunsill jipproponi l-kandidat tiegħu,

H.

billi l-organizzazzjoni tal-koperazzjoni interistituzzjonali fil-proċees tat-teħid ta’ deċiżjonijiet se tkun fattur importanti għas-suċċess tal-azzjoni tal-Unjoni,

I.

billi t-Trattat ta' Liżbona jirrikonoxxi l-importanza li qed tikber tal-programmazzjoni strateġika pluriennali u tal-programmazzjoni operattiva annwali sabiex tkun żgurata relazzjoni bla ostakli bejn l-istituzzjonijiet u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u billi jisħaq fuq l-irwol tal-Kummissjoni bħala l-inizjatriċi tal-eżerċizzji ewlenin tal-programmazzjoni,

J.

billi l-programmazzjoni finanzjarja attwali għal seba' snin tfisser li, minn żmien għal żmien, il-Parlament u l-Kummissjoni, matul leġiżlatura sħiħa, ma jkollhomx deċiżjonijiet fundamentali politiċi u finanzjarji x'jieħdu matul il-mandat tagħhom, filwaqt li jinqabdu f'qafas adottat mill-predeċessuri tagħhom li se jibqa' li hu sa ma jintemm il-mandat tagħhom, xi ħaġa li tista', madankollu, tiġi solvuta billi jsir użu mill-possibilità offruta mit-Trattat ta' Liżbona tal-programmazzjoni finanzjarja għal ħames snin, li tista' tikkoinċidi mal-mandat tal-Parlament u l-Kummissjoni,

K.

billi t-Trattat ta' Liżbona jdaħħal approċċ ġdid u komprensiv għall-azzjoni esterna tal-Unjoni – għalkemm b'mekkaniżmi speċifiċi għat-teħid ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet marbuta mal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP) – u joħloq ukoll il-kariga doppja ta' Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) appoġġat minn servizz estern speċjali bħala l-element ewlieni li jħaddem dan l-approċċ ġdid u integrat,

L.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jdaħħal sistema ġdida ta’ rappreżentanza esterna tal-Unjoni, li essenzjalment tingħata f'idejn, f'livelli differenti, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) u li se tirrikjedi artikulazzjoni attenta u koordinazzjoni b'saħħitha bejn il-partijiet differenti responsabbli għal din ir-rappreżentanza, sabiex ikunu evitati kunflitti tal-kompetenzi li huma ta’ ħsara kif ukoll xogħol doppju għal xejn,

M.

billi l-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 qabel li fil-każ tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona sa tmiem is-sena, se jieħu l-miżuri legali neċessarji biex tinżamm il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni fil-forma attwali tagħha ta' membru wieħed għal kull Stat Membru,

Evalwazzjoni ġenerali

1.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-innovazzjonijiet istituzzjonali mdaħħla fit-Trattat ta’ Liżbona, li joħolqu l-kundizzjonijiet għal bilanċ istituzzjonali mġedded u msaħħaħ fi ħdan l-Unjoni, li jippermetti lill-istituzzjonijiet tagħha jaħdmu b'mod aktar effiċjenti, miftuħ u demokratiku u li jippermetti lill-Unjoni tikseb riżultati aħjar li jaqblu aktar mal-aspettattivi taċ-ċittadini tagħha u taqdi dmirha għalkollox bħala parteċipant globali fil-kamp internazzjonali;

2.

Jisħaq fuq it-tisħiħ tal-qalba essenzjali tal-funzjonijiet ta’ kull istituzzjoni, sabiex kull waħda minnhom tkun tista’ tiżviluppa l-irwol tagħha b'mod aktar effettiv, iżda jwissi li l-qafas istituzzjonali l-ġdid jirrikjedi li kull istituzzjoni taqdi dmirha fir-rigward tal-koperazzjoni permanenti mal-istituzzjonijiet l-oħra sabiex jinkisbu riżultati pożittivi għall-Unjoni kollha;

It-tisħiħ tal-“metodu tal-Unjoni” speċifiku tat-teħid ta’ deċiżjonijiet bħala l-bażi tal-bilanċ interistituzzjonali

3.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-elementi essenzjali tal-“metodu Komunitarju” – id-dritt ta’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni u t-teħid konġunt ta' deċiżjonijiet mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill – inżammu u ġew rinfurzati mit-Trattat ta’ Liżbona, billi:

il-Kunsill Ewropew isir istituzzjoni li jissaħħaħ l-irwol tagħha fl-għoti ta' impetu u orjentament lill-Unjoni, filwaqt li jkunu definiti l-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu bla ndħil fl-eżerċizzju normali tas-setgħat leġiżlattivi u baġitarji tal-Unjoni;

l-irwol tal-Kummissjoni bħala l-“mutur” li jmexxi l-attività tal-Unjoni, huwa kkonfermat, biex b'hekk ikun żgurat li ma jintmissx il-monopolju tagħha tal-inizjattiva leġiżlattiva (u li saħansistra jissaħħaħ), partikolarment fil-proċedura baġitarja;

jiżdiedu s-setgħat tal-Parlament Ewropew bħala fergħa tas-setgħa leġiżlattiva, peress li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kif se tkun magħrufa l-proċedura attwali ta' kodeċiżjoni) issir ir-regola ġenerali (minbarra fejn it-Trattati ma jispeċifikawx li għandha tapplika proċedura leġiżlattiva speċjali) u hija estiża għal kważi l-oqsma kollha tal-leġiżlazzjoni Ewropea, inklużi l-ġustizzja u l-intern;

jkun ikkonfermat u preservat l-irwol tal-Kunsill bħala l-fergħa l-oħra tal-awtorità leġiżlattiva – għalkemm b'ċerta preponderenza fi ftit oqsma importanti – minħabba b'mod partikulari għall-kjarifika fit-Trattat ta' Liżbona li l-Kunsill Ewropew m'għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;

il-proċedura baġitarja l-ġdida se tkun ibbażata wkoll fuq proċess ta’ teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet, b'mod ugwali, mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkopri t-tipi kollha ta’ nfiq, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jiddeċiedu wkoll b'mod konġunt dwar il-qafas finanzjarju pluriennali, fiż-żewġ każi bl-inizjattiva tal-Kummissjoni;

id-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u delegati u r-rikonoxximent tal-irwol eżekuttiv speċifiku tal-Kummisjoni skont il-kontroll ugwali taż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva, itejbu l-kwalità tal-leġiżlazzjoni Ewropea; il-Parlament Ewropew għandu rwol ġdid fl-għoti ta’ poteri delegati lill-Kummissjoni u fis-superviżjoni ta’ atti delegati;

fir-rigward tas-setgħa tal-Unjoni li tfassal it-Trattati, l-irwol tal-Kummissjoni (b'assoċjazzjoni mill-qrib mal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli)) huwa rikonoxxut fir-rigward tal-kapaċità li tmexxi n-negozjati u jkun meħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jikkonkludi kważi l-ftehimiet internazzjonali kollha;

4.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat jistipula li l-Kunsill Ewropew bl-unanimità, u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, sakemm ma jkun hemm l-ebda oppożizzjoni mill-parlament nazzjonali, jista’ jestendi t-teħid tad-deċiżjonijiet bil-maġġoranza kwalifikata u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għal oqsma li fihom għadhom ma japplikawx;

5.

Jenfasizza li, kollox ma’ kollox, dawn il-klawsoli “li jagħmlu pont” juru tendenza vera lejn l-usa’ applikazzjoni possibbli tal-“metodu tal-Unjoni”, u konsegwentement jistieden lill-Kunsill Ewropew biex juża dawn l-opportunitajiet mogħtija mit-Trattat bl-aħjar mod possibbli;

6.

Isostni li l-utilizzazzjoni sħiħa tal-innovazzjonijiet kollha istituzzjonali u proċedurali mdaħħla mit-Trattat ta’ Liżbona tirrikjedi koperazzjoni kbira bejn l-istituzzjonijiet li jieħdu sehem fil-proċeduri differenti, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox il-mekkaniżmi l-ġodda stipulati fir-Trattat, partikolarment il-ftehimiet interistituzzjonali;

Il-Parlament Ewropew

7.

Jilqa’ b'sodisfazzjon kbir il-fatt li t-Trattat ta’ Liżbona jirrikonoxxi għalkollox lill-Parlament Ewropew bħala waħda miż-żewġ fergħat tas-setgħat leġiżlattivi u baġitarji tal-Unjoni, filwaqt li huwa rikonoxxut ukoll l-irwol tiegħu fl-adozzjoni ta' ħafna deċiżjonijiet politiċi importanti għall-ħajja tal-Unjoni, u l-funzjonijiet tiegħu ta’ kontroll politiku huma rrinforzati u saħansistra estiżi, għalkemm mhux daqshekk, fil-qasam tal-PESK;

8.

Jenfasizza li dan ir-rikonoxximent ta’ l-irwol tal-Parlament Ewropew jirrikjedi l-kollaborazzjoni sħiħa ta’ l-istituzzjonijiet l-oħra, partikolarment fir-rigward tal-fatt li l-Parlament jingħata d-dokumenti kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu fiż-żmien opportun, bl-istess mod li jingħataw lill-Kunsill, kif ukoll li jkollu aċċess għall-gruppi ta' ħidma u l-laqgħat li jsiru f'istituzzjonijiet oħra u li jieħu sehem fihom bl-istess kundizzjonijiet tal-parteċipanti l-oħra fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden lit-tliet istituzzjonijiet biex jikkunsidraw il-konklużjoni ta’ ftehimiet interistituzzjonali li jsawru l-aqwa prattiki f'dawn l-oqsma sabiex jagħmlu l-aħjar użu mill-koperazzjoni reċiproka tagħhom;

9.

Isostni li l-Parlament Ewropew stess irid iwettaq ir-riformi interni meħtieġa sabiex jadatta l-istrutturi, il-proċeduri u l-metodi ta’ ħidma tiegħu għall-kompetenzi l-ġodda u għall-ħtiġijiet irrinfurzati tal-ipprogrammar u tal-koperazzjoni interistituzzjonali li joriġinaw mit-Trattat ta’ Liżbona (2); ħa nota b'interess tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma dwar ir-riforma parlamentari u jfakkar li l-kumitat kompetenti tiegħu reċentement ħadem fuq ir-riforma tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jadattahom għat-Trattat ta’ Liżbona (3);

10.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat il-ġdid jestendi d-dritt ta’ inizjattiva lill-Parlament Ewropew fir-rigward tar-reviżjoni tat-Trattati, jirrikonoxxi li l-Parlament għandu d-dritt li jipparteċipa fil-Konvenzjoni u li l-kunsens tiegħu huwa meħtieġ fil-każ li l-Kunsill Ewropew jikkunsidra li m'hemmx raġuni biex ilaqqa' l-Konvenzjoni; jikkunsidra li dan ir-rikonoxximent jaħdem favur il-fatt li jiġi rikonoxxut li l-Parlament Ewropew għandu d-dritt ta' parteċipazzjoni sħiħa fil-Konferenza Intergovernattiva (KIG) b' kundizzjonijiet simili għal dawk tal-Kummissjoni; jikkunsidra li, wara l-esperjenza taż-żewġ KIGi preċedenti, fil-ġejjieni ftehima interistituzzjonali tista’ tiddefinixxi l-linji gwida għall-organizzazzjoni tal-KIGi, partikolarment fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew u ta’ kwistjonijiet dwar it-trasparenza;

11.

Jieħu nota tal-arranġamenti tranżizzjonali rigward il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew; jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti bħal dawn se jirrikjedu modifika fil-liġi primarja; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu d-dispożizzjonijiet legali nazzjonali neċessarji kollha li jippermettu l-elezzjoni minn qabel ta’ 18 –il Membru supplimentari tal-Parlament Ewropew, sabiex ikunu fil-Parlament bħala osservaturi mid-data meta jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona; Ifakkar madanakollu, li l-Membri supplimentari se jieħdu s-setgħat sħaħ tagħhom f'data miftiehma u simultanjament, la darba l-proċeduri għar-ratifika tal-bidla fil-liġi primarja jkunu tlestew kollha; ifakkar lill-Kunsill li l-Parlament Ewropew se jkun f'pożizzjoni li jikseb drittijiet sinifikanti ta' inizjattiva u kunsens skont l-Artikolu 14(2) tat-Trattat UE rigward il-kompożizzjoni tal-Parlament, li għandu kull intenzjoni li jasserixxi;

L-irwol tal-Kunsill Ewropew

12.

Jikkunsidra li rikonoxximent formali tal-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni awtonoma u separata, bil-kompetenzi speċifiċi tagħha definiti b'mod ċar fit-Trattati, jirrikjedi li l-Kunsill Ewropew jerġa’ jqiegħed l-enfasi fuq il-kompitu fundamentali li jipprovdi l-impetu politiku meħtieġ u li jiġu definiti l-orjentamenti u l-għanijiet ġenerali tal-attività tal-Unjoni Ewropea;

13.

Jilqa’ b'sodisfazzjon ukoll l-ispeċifikazzjoni fit-Trattat ta’ Liżbona tal-irwol essenzjali tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tar-reviżjoni tat-Trattati, kif ukoll fir-rigward ta’ ċerti deċiżjonijiet ta’ importanza fundamentali għall-ħajja politika tal-Unjoni – dwar kwistjonijiet bħan-nomini għall-karigi politiċi l-aktar importanti, is-soluzzjoni ta’ intoppi politiċi f'diversi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ flessibiltà li jkunu adottati mill-Kunsill Ewropew jew bil-parteċipazzjoni tiegħu;

14.

Iqis ukoll li, minħabba li l-Kunsill Ewropew issa huwa inkorporat fl-arkitettura istituzzjonali tal-UE, hi meħtieġa definizzjoni aktar ċara u speċifika tal-obbligi tiegħu, inkluża l-possibilità ta’ skrutinju legali tal-azzjonijiet tiegħu, b'mod partikulari fid-dawl tal-Artikolu 265 tat-TFUE.

15.

Jisħaq fuq l-irwol partikulari ta' tmexxija li għandu l-Kunsill Ewropew fil-qasam tal-azzjoni esterna, speċjalment fir-rigward tal-PESK, fejn il-kompiti tiegħu li jidentifika l-interessi strateġiċi, li jfassal l-objettivi u li jiddefinixxi l-linji gwida ġenerali ta’ dik il-politika huma ta’ importanza kruċjali; f'dak ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa għal involviment akbar tal-Kunsill, tal-President tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) fit-tħejjija tax-xogħol tal-Kunsill Ewropew f'dak il-qasam;

16.

Isostni li l-ħtieġa biex tittejjeb il-koperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew, taħdem favur il-fatt li jsir l-aħjar użu mill-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-President tal-Parlament Ewropew jieħu sehem f'diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew, fatt li x'aktarx li jista' jkun ittrattat fi ftehima politika dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; jikkunsidra li jkun utli li kieku l-Kunsill Ewropew jifformalizza dawk il-kundizzjonijiet bl-istess mod fir-regoli ta’ proċedura interni tiegħu;

Il-Presidenza fissa tal-Kunsill Ewropew

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Presidenza fissa tal-Kunsill Ewropew għal perjodu twil ta' żmien, peress li dan jgħin biex ikunu żgurati kontinwità, effettività u koerenza akbar tal-ħidma ta' dik l-istituzzjoni u għaldaqstant tal-azzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li n-nomina tal-President tal-Kunsill Ewropew għandha ssir malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona sabiex tinżamm rabta bejn it-tul tal-leġiżlatura tal-Parlament il-ġdid u l-perjodu tal-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida;

18.

Jisħaq fuq l-irwol essenzjali li se jkollu l-President tal-Kunsill Ewropew fil-ħajja istituzzjonali tal-Unjoni, mhux bħala President tal-Unjoni Ewropea – għaliex m'huwiex se jkun il-President tagħha – iżda bħala chairperson tal-Kunsill Ewropew inkarigat mit-tmexxija tal-ħidma tiegħu, li jiżgura t-tħejjija u l-kontinwità ta’ xogħlu, li jippromwovi l-konsensus fost il-membri tiegħu, li jirrapporta lill-Parlament Ewropew u li jirrappreżenta, fil-livell tiegħu u bla ħsara għall-funzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli), lill-Unjoni esternament fir-rigward tal-PESK;

19.

Ifakkar li t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-kontinwità ta’ ħidmietu għandhom jiġu żgurati mill-President tal-Kunsill Ewropew b'koperazzjoni mal-President tal-Kummissjoni u fuq il-bażi tal-ħidma tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, li tirrikjedi l-kuntatt reċiproku u koperazzjoni akbar bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u l-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali;

20.

Jikkunsidra, f'dan il-kuntest, li huwa essenzjali li jkun hemm relazzjoni bilanċjata u kollaborattiva bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni, il-Presidenza b'rotazzjoni u, fir-rigward tar-rappreżentanza esterna tal-Unjoni fi kwistjonijiet dwar il-PESK, il-Viċi President tal-Kummissjoni(Rappreżentant Għoli);

21.

Ifakkar li, għalkemm it-Trattat ta’ Liżbona jistipula li l-Kunsill Ewropew għandu jkun assistit mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, in-nefqa speċifika tal-Kunsill Ewropew trid titfassal f'parti separata tal-baġit u trid tinkludi allokazzjonijiet speċifiċi għall-President tal-Kunsill Ewropew, li jkun irid jiġi megħjun mill-kabinett tiegħu, li għandu jkun stabbilit b'kundizzjonijiet raġonevoli;

Il-Kunsill

22.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-passi li ttieħdu fit-Trattat ta’ Liżbona lejn il-kunsiderazzjoni tal-irwol tal-Kunsill bħala t-tieni fergħa tal-awtorità leġiżlattiva u baġitarja tal-Unjoni li taqsam – għalkemm xorta b'ċerta preponderanza f'xi oqsma – il-biċċa l-kbira tat-teħid ta' deċiżjonijiet mal-Parlament Ewropew, fi ħdan sistema istituzzjonali li evolviet gradwalment skont loġika parlamentari bikamerali;

23.

Jisħaq fuq l-irwol importanti mogħti mit-Trattat ta’ Liżbona lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali – u għaldaqstant lill-President tiegħu – bil-għan li jkunu żgurati l-koeżjoni u l-kontinwità tal-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill, kif ukoll fuq it-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew (b'koperazzjoni mal-President tal-Kunsill Ewropew u mal-President tal-Kummissjoni);

24.

Jenfasizza li l-irwol partikulari tal-Kunsill fit-tħejjija, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK jirrikjedi koordinazzjoni rrinfurzata bejn il-President tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u l-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) bħala chairperson tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll bejniethom u l-President tal-Kunsill Ewropew;

25.

Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li s-separazzjoni stipulata mit-Trattat ta’ Liżbona bejn l-irwol tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u l-irwol tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tirrikjedi kompożizzjoni differenti ta' dawk iż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, speċjalment għaliex minħabba l-kunċett usa' tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni kif stipulat fit-Trattati kif emendati bit-Trattat ta’ Liżbona, se jkun dejjem iktar diffiċli li jkun hemm mandati kumulattivi fiż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill; għalhekk huwa tal-fehma li jkun tajjeb li l-Ministri tal-Affarijiet Barranin jikkonċentra qabel kollox fuq l-attivitajiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin;

26.

F'dan il-kuntest, jikkunsidra li jista' jkun meħtieġ li l-Prim Ministru/Kap ta' Stat tal-Istat Membru li jieħu l-Presidenza tal-Kunsill jippresiedi personalment u jiżgura t-tħaddim tajjeb tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali bħala l-korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill u għall-arbitraġġ fir-rigward tal-prijoritajiet u tas-soluzzjoni ta' kunflitti li attwalment jitressqu quddiem il-Kunsill Ewropew wisq faċilment;

27.

Jirrikonoxxi d-diffikultajiet kbar rigward il-koordinazzjoni bejn il-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill minħabba s-sistema ġdida ta' Presidenzi, u jenfasizza, bil-għan li jkunu evitati dawk ir-riskji, l-importanza tat-“trojki” (gruppi ta' tliet Presidenzi) il-“ġodda” li jkunu fissi għal perjodu ta' tmintax-il xahar, li se jaqsmu l-Presidenzi tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill (minbarra l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u l-Ewrogrupp), u tal-COREPER sabiex ikunu żgurati l-koerenza, il-konsistenza u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill u sabiex tkun żgurata l-koperazzjoni interistituzzjonali meħtieġa għat-tħaddim bla ostakli tal-proċeduri leġiżlattivi u baġitarji b'deċiżjoni konġunta mal-Parlament Ewropew;

28.

Jikkunsidra li huwa kruċjali li t-trojki jiżviluppaw koperazzjoni intensa u permanenti matul il-mandat konġunt tagħhom; jisħaq fuq l-importanza tal-programm operazzjonali konġunt ta’ kull trojka ta’ 18-il xahar għat-tħaddim tal-Unjoni, kif imfisser aħjar fil-paragrafu 51 ta’ din ir-riżoluzzjoni; jistieden lit-trojki biex jippreżentaw il-programm operazzjonali konġunt tagħhom - li jinkludi b'mod partikolari il-proposti tagħhom dwar l-iskedar tad-deliberazzjonijiet leġiżlattivi lill-Parlament fil-plenarja, fil-bidu tal-mandat konġunt tagħhom;

29.

Jikkunsidra li l-Prim Ministru/Kap ta’ Stat tal-Istat Membru li se jieħu l-Presidenza tal-Kunsill se jkollu rwol fundamentali fl-assigurazzjoni tal-koeżjoni tal-grupp kollu tal-Presidenzi u tal-koeżjoni tal-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill, kif ukoll biex jipprovdi l-koordinazzjoni meħtieġa mal-Kunsill Ewropew, speċjalment fir-rigward tat-tħejjija u l-kontinwità ta’ xogħlu;

30.

Jenfasizza wkoll li l-Prim Ministru/Kap ta' Stat li jieħu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill irid ikun l-interlokutur privileġġat tal-Parlament Ewropew rigward l-attivitajiet tal-Presidenza; jikkunsidra li għandu jkun mistieden biex jindirizza lill-Parlament fil-plenarja, filwaqt li jippreżentalu l-programm rispettiv ta’ attivitajiet tal-Presidenza u rendikont ta’ l-iżviluppi u tar-riżultati li nkisbu matul il-mandat tiegħu ta’ sitt xhur, u filwaqt li jressaq għad-dibattitu wkoll kull kwistjoni politika rilevanti oħra li tqum matul il-mandat tal-Presidenza tiegħu;

31.

Jenfasizza li, kif qedgħdin l-affarijiet bħalissa fir-rigward tal-iżvilupp tal-Unjoni, kwistjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża għadhom parti integrali mil-PESK, u jikkunsidra li, għaldaqstant, għandhom jibqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, ippresedut mRappreżentant Għoli jew mill-Viċi President, bil-parteċipazzjoni tal-Ministri tad-Difiża kull meta jkun meħtieġ;

Il-Kummissjoni

32.

Jilqa’ b'sodisfazzjon ir-riaffermazzjoni tal-irwol essenzjali tal-Kummissjoni bħala l-“mutur” li jmexxi l-attività tal-Unjoni, permezz ta’:

ir-rikonoxximent tal-quasi-monopolju tagħha tal-inizjattiva leġiżlattiva, li huwa estiż għall-oqsma kollha ta’ attività tal-Unjoni minbarra l-PESK, u li ssaħħaħ partikolarment fil-kwistjonijiet finanzjarji;

it-tisħiħ tal-irwol tagħha li tiffaċilita l-ftehim bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva u baġitarja;

it-tisħiħ tal-irwol tagħha bħala l-“eżekuttiv” tal-Unjoni kull meta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi approċċ komuni, filwaqt li l-Kunsill jieħu dan l-irwol biss fi kwistjonijiet rigward il-PESK u f'każijiet ġustifikati kif xieraq f'atti leġiżlattivi;

33.

Jilqa’ b'sodisfazzjon ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-President fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kummissarji, partikolarment fir-rigward tar-responsabiltà istituzzjonali lejh tal-Kummissarji kif ukoll tal-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, tisħiħ li joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tkun rinfurzata t-tmexxija tal-Kummissjoni u biex tissaħħaħ il-koeżjoni tagħha; jikkunsidra li dan it-tisħiħ jista' jissaħħaħ iktar permezz tal-ftehima bejn il-Kapijiet tal-Istat jew Gvern biex jinżamm membru wieħed tal-Kummissjoni għal kull Stat Membru;

L-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni

34.

Jenfasizza li l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew wara proposta mill-Kunsill Ewropew se tagħti natura deċiżament politika għan-nomina tiegħu/tagħha;

35.

Jenfasizza li elezzjoni bħal din ittejjeb il-leġittimità demokratika tal-President tal-Kummissjoni u ssaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu kemm internament fi ħdan il-Kummissjoni (fir-rigward tal-kapaċità tiegħu fir-relazzjonijiet ma’ Kummissarji oħra) kif ukoll b'mod ġenerali f'relazzjonijiet interistituzzjonali;

36.

Jikkunsidra li din il-leġittimità msaħħa tal-President tal-Kummissjoni tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-Kummissjoni kollha, billi ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi bħala promotur indipendenti tal-interess ġenerali Ewropew u bħala l-mutur tal-azzjoni Ewropea;

37.

Ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-fatt li kandidat għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni jista’ jkun propost mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, u li l-elezzjoni ta’ dak il-kandidat mill-Parlament Ewropew jeħtieġ il-voti ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, jikkostitwixxi inċentiv ieħor li jħeġġeġ lil kull min huwa involut fil-proċess li jiżviluppa d-djalogu meħtieġ bil-għan li jkun żgurat li l-proċess jintemm b'suċċess;

38.

Ifakkar li l-Kunsill Ewropew huwa obbligattaħt it-Trattat ta’ Liżbona li “jikkunsidra l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew” u li, qabel ma jinnomina lill-kandidat, ikollu “konsultazzjonijiet xierqa”, li ma jkunux kuntatti istituzzjonali formali bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; ifakkar ukoll li d-Dikjarazzjoni 11 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovermentali li adottat it-Trattat ta’ Liżbona (4), titlob f'dan il-kuntest li jsiru “konsultazzjonijiet fil-qafas li jitqies l-aktar xieraq” bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew;

39.

Jissuġġerixxi li l-President tal-Kunsill Ewropew jinħatar mill-Kunsill Ewropew (waħdu jew ma’ delegazzjoni) biex imexxi dawk il-konsultazzjonijiet, li għandu jikkonsulta mal-President tal-Parlament Ewropew bil-għan li jorganizza l-laqgħat meħtieġa ma’ kull wieħed mill-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, possibilment flimkien mal-mexxejja (jew delegazzjoni) tal-familji politiċi Ewropej u li wara dawn il-laqgħat il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jagħti rapport lill-Kunsill Ewropew;

Il-proċess tan-nomini

40.

Jikkunsidra li l-għażla tal-persuni magħżula biex jokkupaw l-uffiċċji ta’ President tal-Kunsill Ewropew, President tal-Kummissjoni u Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentatnt Għoli), għandha tikkunsidra l-kompetenzi relevanti tal-kandidati; jirrikonoxxi, barra minn hekk, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni 6 annessa mal-Att Finali msemmi hawn fuq (5), li l-għażla għandha tirrikonoxxi l-bżonn li tkun rispettata d-diversità ġeografika u demografika tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha;

41.

Jikkunsidra barra minn hekk li, fin-nomini għall-karigi politiċi l-aktar importanti fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-familji politiċi Ewropej għandhom jikkunsidraw mhux biss il-kriterji tal-bilanċ ġeografiku u demografiku iżda wkoll il-kriterji bbażati fuq bilanċ politiku u fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

42.

Jikkunsidra f'dak il-kuntest li l-proċess tan-nomini għandu jsir wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, sabiex jitqiesu r-riżultati elettorali, li se jkollhom irwol primordjali fl-għażla tal-President tal-Kummissjoni; jiġbed l-attenzjoni li l-bilanċ meħtieġ jista' jkun żgurat biss wara l-elezzjoni tal-President;

43.

Jipproponi f'dan il-kuntest, bħala mudell possibbli, il-proċedura u l-kalendarju li ġejjin għan-nomini, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew jistgħu jaqblu dwarhom:

l-ewwel u t-tieni ġimgħa wara l-elezzjonijiet Ewropej: l-istallazzjoni tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew;

it-tielet ġimgħa wara l-elezzjonijiet: konsultazzjonijiet bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Parlament Ewropew, segwiti minn laqgħat separati bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u l-Presidenti tal-gruppi politiċi (possibilment mal-Presidenti tal-familji politiċi Ewropej jew ma' delegazzjonijiet ristretti wkoll);

ir-raba’ ġimgħa wara l-elezzjonijiet: avviż mill-Kunsill Ewropew, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-inċiż preċedenti, tal-kandidat għal President tal-Kummissjoni;

il-ħames u s-sitt ġimgħa wara l-elezzjonijiet Ewropej: kuntatti bejn il-kandidat għal President tal-Kummissjoni u l-gruppi politiċi; dikjarazzjonijiet minn dak il-kandidat u preżentazzjoni tal-linji gwida politiċi tiegħu/tagħha fil-Parlament Ewropew; votazzjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-kandidat għal President tal-Kummissjoni;

Lulju/Awwissu/Settembru: il-President tal-Kummissjoni li ġie elett jaqbel mal-Kunsill Ewropew dwar in-nomina ta’ Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) u jipproponi l-lista tal-Kummissarji nominati (inkluż il-Viċi President tal-Kummissjoni) (Rappreżentant Għoli));

Settembru: il-Kunsill Ewropew jadotta l-lista ta’ Kummissarji nnominati (inkluż il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli));

September/October: seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati u tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) -nnominat mill-Parlament Ewropew;

Ottubru: preżentazzjoni tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u tal-programm tagħhom lill-Parlament Ewropew; votazzjoni dwar il-kulleġġ kollu (inkluż il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli)); il-Kunsill Ewropew japprova l-Kummissjoni l-ġdida; il-Kummissjoni l-ġdida tibda taqdi dmirha;

Novembru: il-Kunsill Ewropew jinnomina l-President tal-Kunsill Ewropew:

44.

Jenfasizza li x-xenarju propost f'kull każ għandu jkun applikat mill-2014 'il quddiem;

45.

Jikkunsidra li d-dħul fis-seħħ possibbli sa tmiem is-sena 2009 tat-Trattat ta' Liżbona jeħtieġ ftehima politika bejn il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-għażla tal-President tal-Kummissjoni li jmiss u għan-nomina tal-Kummissjoni futura tkun, f'kull każ, tirrispetta s-sustanza tas-setgħat il-ġodda li t-Trattat ta' Liżbona jirrikonoxxi lill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni;

46.

Jikkunsidra li jekk il-Kunsill Ewropew iniedi l-proċedura għan-nomina tal-President tal-Kummissjoni l-ġdida mingħajr dewmien wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' Ġunju 2009 (6), il-Kunsill għandu jikkunsidra iż-żmien meħtieġ biex il-proċedura ta' konsultazzjoni politika, mar-rappreżentanti li jkunu għadhom kif ġew eletti tal-gruppi politiċi, kif prevista fit-Trattat ta' Liżbona, tkun tista' tiġi mwettqa informalment; jikkunsidra li f'dawn il-kundizzjonijiet, is-sustanza tal-prerogattivi l-ġodda tiegħu tkun irrispettata bis-sħiħ u li l-Parlament Ewropew ikun jista' jipproċedi għall-approvazzjoni tan-nomina tal-President tal-Kummissjoni;

47.

Jenfasizza li, f'kull każ, rigward in-nomina tal-Kulleġġ il-ġdid, il-proċedura għandha titnieda biss wara li r-riżultati tar-referendum l-ġdid fl-Irlanda jkunu magħrufa; jinnota li l-istituzzjonijiet ikunu konxji sew mill-kuntest legali futur li fih il-Kummissjoni l-ġdida teżerċita l-mandat tagħha u jistgħu jikkunsidrau sew is-setgħat rispettivi fuq livell proċedurali, kif ukoll il-kompożizzjoni, l-istruttura u l-kompetenzi tal-Kummissjoni l-ġdida; fil-każ ta' riżultat pożittiv fir-referendum, l-approvazzjoni formali tal-kulleġġ il-ġdid, inklużi l-President u l-Viċi President/Rappreżentant Għoli, mill-Parlament Ewropew għandha ssir biss wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;

48.

Ifakkar li, jekk it-tieni referendum fl-Irlanda ma jkunx pożittiv, it-Trattat ta' Nizza f'kull każ ikun japplika bis-sħiħ u l-Kummissjoni li jmiss ikollha tkun iffurmata skont id-dispożizzjonijiet li taħthom l-għadd ta' membri tagħha se jkun inqas min-numru ta' Stati Membri; jenfasizza li, f'dak il-każ il-Kunsill Ewropew se jkollu jieħu deċiżjoni dwar l-għadd konkret ta' membri ta' din il-Kummissjoni mnaqqsa; jenfasizza r-rieda politika tal-Parlament Ewropew biex tkun żgurata l-osservazzjoni stretta ta' dawn id-dispożizzjonijiet;

Il-programmazzjoni

49.

Jikkunsidra li l-programmazzjoni, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll fil-livell operattiv, se tkun essenzjali sabiex ikunu żgurati l-effiċjenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

50.

Jilqa’ b'sodisfazzjon, għalhekk il-fatt li t-Trattat ta’ Liżbona jirrikjedi b'mod speċifiku l-programmazzjoni bħala mezz biex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi, u jipproponi li jiġu organizzati diversi eżerċizzji ta’ programmazzjoni fl-istess żmien bil-mod li ġej:

il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiftiehmu dwar “kuntratt” jew “programm” ta’ leġiżlatura, ibbażat fuq l-għanijiet u l-prijoritajiet strateġiċi wiesa’ li għandhom jitressqu mill-Kummissjoni fil-bidu tal-mandat tagħha, u li għandu jkun is-suġġett ta’ dibattitu konġunt mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, bil-għan li jkun stabbilit ftehim (possibilment bħala ftehim interistituzzjonali speċifiku, anke jekk dan ma jorbotx legalment) bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar għanijiet u prijoritajiet komuni għall-mandat leġiżlattiv ta’ ħames snin;

fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt jew programm, il-Kummissjoni mbagħad għandha tiżviluppa aktar l-ideat tagħha għall-programmazzjoni finanzjarja, u tippreżenta, sal-aħħar ta’ Ġunju fis-sena ta’ wara l-elezzjonijiet, il-proposti tagħha għal qafas finanzjarju pluriennali ta’ ħames snin – flimkien mal-lista tal-proposti leġiżlattivi meħtieġa sabiex il-programmi rispettivi jidħlu fis-seħħ – li mbagħad għandhom ikunu diskussi u adottati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, skont il-proċedura stipulata fit-Trattati, sa tmiem dik l-istess sena (jew għall-inqas sal-aħħar tal-ewwel trimestru tas-sena ta’ wara);

dan jippermetti lill-Unjoni biex ikollha qafas finanzjarju pluriennali ta’ ħames snin lest biex jidħol fis-seħħ fil-bidu tas-sena N+2 (jew N+3) (7), biex b'hekk kull Parlament Ewropew u kull Kummissjoni jingħataw il-possibiltà li jiddeċiedu dwar il-programmazzjoni “tagħhom stess”;

51.

Jikkunsidra li bidla għal din is-sistema ta’ programmazzjoni finanzjarja u politika kwinkwennjali tirrikjedi prolongazzjoni tal-qafas finanzjarju attwali inkluż fil-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġjar finanzjarju sod (8) sa tmiem l-2015/2016, filwaqt li l-qafas li jmiss jidħol fis-seħħ sal-bidu tal-2016/2017 (9);

52.

Jipproponi li, fuq il-bażi tal-kuntratt/programm tal-leġiżlatura, u filwaqt li jitqies il-qafas finanzjarju pluriennali:

il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-programm leġiżlattiv u ta’ ħidma annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-għan ta’ dibattitu konġunt li jippermetti lill-Kummissjoni ddaħħal l-adattamenti meħtieġa;

il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, fi djalogu mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-programmazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kull grupp ta’ tliet Presidenzi għall-mandat kollu tagħhom ta’ 18-il xahar, li sservi bħala qafas għall-programm ta’ attivitajiet rispettiv ta’ kull Presidenza għas-sitt xhur ta’ mandat tagħha;

Relazzjonijiet esterni

53.

Jisħaq fuq l-importanza tad-dimensjoni l-ġdida li t-Trattat ta' Liżbona jagħti lill-azzjoni esterna tal-Unjoni kollha, inkluża l-PESK li, flimkien mal-personalità legali tal-Unjoni u l-innovazzjonijiet istituzzjonali relevanti għal dan il-qasam (partikolarment il-ħolqien ta’ Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) b'żewġ inkarigi u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)), tista' tkun fattur deċiżiv fil-koerenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam u ttejjeb b'mod sinifikanti l-viżibilità tagħha bħala parteċipant globali;

54.

Ifakkar li d-deċiżjonijiet kollha rigward l-azzjoni esterna għandhom jispeċifikaw il-bażi legali li jiġu adottati fuqha, sabiex titħaffef l-identifikazzjoni tal-proċedura li ntużat għall-adozzjoni tagħhom u tal-proċedura li għandha tintuża għall-implimentazzjoni tagħhom;

Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli)

55.

Jikkunsidra il-ħolqien ta’ Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) b'żewġ inkarigi bħala pass fundamentali sabiex ikunu żgurati l-koerenza, l-effettività u l-viżibilità tal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni;

56.

Jenfasizza li l-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) għandu jkun nominat mill-Kunsill Ewropew b'maġġoranza kwalifikata, bil-kunsens tal-President tal-Kummissjoni, u għandu jirċievi wkoll l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew bħala Viċi President tal-Kummissjoni, flimkien mal-Kulleġġ tal-Kummissarji kollu; jistieden lill-President tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-Kummissjoni teżerċita għalkollox ir-responsabiltajiet tagħha f'dan il-kuntest, filwaqt li jżomm f'moħħu li, bħala Viċi President tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli se jkollu rwol fundamentali fl-iżgurar tal-koeżjoni u tar-rendiment tajjeb tal-Kulleġġ, u li l-President tal-Kummissjoni għandu d-dmir politiku u istituzzjonali biex jiżgura li għandu l-kapaċitajiet meħtieġa biex jintegra l-Kulleġġ; jenfasizza wkoll li l-Kunsill Ewropew għandu jkun jaf b'dan l-aspett tal-irwol tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) u għandu jipproċedi mill-bidu tal-proċedura għall-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-President tal-Kummissjoni, sabiex ikun żgurat li tintemm b'suċċess; ifakkar li se jeżerċita għalkollox il-ġudizzju tiegħu dwar il-kapaċitajiet politiċi u istituzzjonali tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) innominat fi ħdan il-qafas tas-setgħat tiegħu rigward in-nomina ta’ Kummissjoni ġdida;

57.

Jenfasizza li s-SEAE se jkollu rwol fundamentali fl-appoġġ li jagħti lill-attivitajiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) u se jkun element essenzjali tas-suċċess tal-approċċ integrat il-ġdid tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jenfasizza li l-istallazzjoni tas-servizz il-ġdid tirrikjedi proposta formali tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli), li tkun possibbli biss ladarba jkun beda jaqdi dmiru, u li tista' tkun adottata mill-Kunsill biss wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Parlament Ewropew; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jeżerċita għalkollox is-setgħat baġitarji tiegħu fir-rigward tat-twaqqif tas-SEAE;

58.

Jenfasizza li l-kompiti tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) huma iebsa ħafna u se jirrikjedu koordinazzjoni kbira mal-istituzzjonijiet l-oħra, speċjalment mal-President tal-Kummissjoni, li jkun irid jagħti rendikont politiku lilu fl-oqsma tar-relazzjonijiet esterni li huma parti mill-kompetenzi tal-Kummissjoni, mal-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew;

59.

Jenfasizza li l-kisba tal-objettivi tagħhom li wasslu għall-ħolqien tal-kariga ta’ Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) se tiddependi ħafna fuq relazzjoni ta’ fiduċja politika bejn il-President tal-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli), u mill-kapaċità tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) li jikkopera b'mod produttiv mal-President tal-Kunsill Ewropew, mal-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill u mal-Kummissarji l-oħra inkarigati, permezz tal-koordinazzjoni tiegħu, bl-eżerċizzju ta' kompetenzi speċifiċi marbuta mal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) biex jużaw kemm jistgħu l-possibiltà li jippreżentaw inizjattivi komuni fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni tal-oqsma differenti ta' azzjoni tal-Unjoni fil-kamp estern u sabiex tiżdied il-possibiltà li dawk l-inizjattivi jkunu adottati mill-Kunsill partikolarment b'rabta mal-PESK; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' sorveljanza parlamentari ta' miżuri ta' politika barranija u ta' sigurtà;

61.

Isostni li huwa essenzjali li jittieħdu ċerti miżuri prattiċi sabiex jitnaqqas il-piż tal-kompiti tar-tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli):

il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli)għandu jipproponi n-nomina ta’ rappreżentanti speċjali, b'mandat ċar definit skont it-Trattat ta' Liżbona (l-Artikolu 33 tat-Trattat UE), biex jgħinuh f'oqsma speċifiċi tal-kompetenzi tiegħu fi kwistjonijiet marbuta mal-PESK (dawk ir-rappreżentanti speċjali, innominati mill-Kunsill, għandhom jinstemgħu wkoll mill-Parlament Ewropew u għandhom jinfurmawh regolarment dwar l-attivitajiet tagħhom);

għandu jikkoordina l-attivitajiet tiegħu f'oqsma minbarra l-PESK mal-Kummissarji b'portafoll f'dawk l-oqsma, u għandu jiddelegalhom il-funzjonijiet tiegħu ta’ rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni Ewropea f'dawk l-oqsma kull meta jkun meħtieġ;

fil-każ ta’ assenza, il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) għandu jiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ każ b'każ, fl-isfond tal-kompiti li għandhom jitwettqu f'kull okkazzjoni, min għandu jirrappreżenta lilu/lilha;

Rappreżentazzjoni

62.

Jikkunsidra li t-Trattat ta’ Liżbona jwaqqaf sistema effettiva, għalkemm kumplessa, u operattiva għar-rappreżentanza esterna tal-Unjoni, u jipproponi li din għandha titfisser skont il-linji gwida li ġejjin:

il-President tal-Kunsill Ewropew jirrappreżenta lill-Unjoni fil-livell ta' Kapi ta' Stat jew ta' Gvern fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-PESK, iżda ma jkollux is-setgħa li jmexxi negozjati politiċi f'isem l-Unjoni, kompitu li huwa tal-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli); jista’/tista’ jintalab/tintalab ukoll li jkollu/jkollha rwol speċifiku ta' rappreżentanza tal-Kunsill Ewropew f'ċerti avvenimenti internazzjonali;

il-President tal-Kummissjoni għandu jirrappreżenta lill-Unjoni fl-ogħla livell fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni kollha tal-Unjoni, minbarra oqsma relatati mal-PESK, jew ta’ kull politika settorjali speċifika li taqa’ fl-ambitu tal-azzjoni esterna tal-Unjoni (kummerċ barrani eċċ.); il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) jew il-Kummissarju kompetenti/maħtur jista’ jkollu dan l-irwol ukoll taħt l-awtorità tal-Kummissjoni;

il-Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli) għandu jirrappreżenta lill-Unjoni fuq livell ministerjali jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni; huwa/hija għandu/għandha jwettaq/twettaq ukoll il-funzjonijiet ta’ rappreżentanza esterna bħala President tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin;

63.

Jikkunsidra li mhux se jibqa' jkun mixtieq li l-President tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali (partikolarment il-Prim Ministru tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza) jew il-President ta' konfigurazzjoni settorjali speċifika tal-Kunsill, jintalab jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta' rappreżentanza esterna tal-Unjoni;

64.

Jisħaq fuq l-importanza tal-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn il-partijiet differenti kollha responsabbli għaldawn il-kompiti differenti ta' rappreżentanza esterna tal-Unjoni, sabiex ikunu evitati kunflitti ta' kompetenza u jkunu żgurati l-koerenza u l-viżibilità tal-Unjoni fil-kamp estern;

*

* *

65.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni u dan ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0055.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona (Rapport Leinen), P6_TA-PROV(2009)0373.

(3)  Deċiżjoni tal-Parlament tas-6 ta' Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament P6_TA(2009)0359 u r- rapport dwar l-adattament tar- Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona (A6-0277/2009) (Rapporti Corbett).

(4)  Dikjarazzjoni 11 dwar l-Artikolu 17(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(5)  Dikjarazzjoni 6 dwar l-Artikolu 15(5) u (6), Artikolu 17(6) u (7) u l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(6)  Kif dikjarat fid-Dikjarazzjoni dwar il-ħatra ta’ Kummissjoni futura, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(7)  N tfisser “Is-sena tal-elezzjonijiet Ewropej”.

(8)  Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).

(9)  F' konformita' mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta’ Nofs il-Perjodu tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (rapport Böge), it-Testi adottati, P6_TA(2009)0174 u mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta’ Liżbona (rapport Guy-Quint) P6_TA(2009)0374.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/94


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta' Liżbona

P6_TA(2009)0388

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-iżvulupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta' Liżbona (2008/2120(INI))

2010/C 212 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' Amserdam,

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat ta' Amsterdam,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona, b'mod partikolari l-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' Liżbona, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat ta' Liżbona,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2002 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-integrazzjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida għar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet u l-Parlamenti dwar kwistjonijiet tal-Komunità (standards minimi istruttivi) tas-27 ta' Jannar 2003 (il-“Linji Gwida Parlamentari ta' Copenhagen”) (2), adottati fil-XXVIII Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Komunitarji u Ewropej tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Koperazzjoni Interparlamentari fl-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Ġunju 2008 (3),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-XL Seduta tal-COSAC fl-4 ta' Novembru 2008 f'Pariġi, b'mod partikolari Punt 1 tagħhom,

wara li kkunsidra r-Rapport tas-Sottokumitat tal-Parlament Irlandiż dwar il-Futur tal-Irlanda fl-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-paragrafi 29 sa 37 tat-taqsira eżekuttiva, fejn jintalab tisħiħ estensiv tal-iskrutinju Parlametari tal-gvernijiet nazzjonali bħala membri tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0133/2009),

A.

billi l-aħħar riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali saret fl-2002 u għalhekk wasal iż-żmien għal evalwazzjoni mill-ġdid,

B.

billi ċ-ċittadini huma rappreżentati fil-livell tal-UE direttament mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri huma rrappreżentati fil-Kunsill permezz tal-gvernijiet rispettivi tagħhom, li huma nfushom huma demokratikament responsabbli għall-parlamenti nazzjonali tagħhom (ara l-Artikolu 10(2) tat-Trattat tal-UE fil-verżjoni tat-Trattat ta' Liżbona); konsegwentament il-parlamentarizzazzjoni meħtieġa tal-Unjoni għandha sserraħ fuq żewġ approċċi fundamentali li jinvolvu t-twessigħ tas-setgħat tal-Parlament Ewropew fir-rigward tad-deċiżjonijiet kollha tal-Unjoni u t-tisħiħ tas-setgħat tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tal-gvernijiet attwali tagħhom,

C.

billi l-koperazzjoni fil-Konvenzjoni Ewropea bejn ir-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, kif ukoll bejn dawn tal-aħħar u r-rappreżentanti tal-parlamenti tal-pajjiżi kandidati għad-dħul fl-UE kienet eċċellenti,

D.

billi l-organizzazzjoni ta' Laqgħat Parlamentari Konġunti dwar temi partikolari fil-qafas tal-fażi ta' riflessjoni uriet l-utilità tagħha, u għalhekk din il-proċedura tista' tintuża meta ssir sejħa għal konferenza ġdida jew fil-każ ta' ċirkostanzi analogi,

E.

billi r-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tjiebu u saru aktar diversifikati f'dawn l-aħħar snin u qed isiru għadd dejjem jiżdied ta' attivitajiet fil-livell tal-parlamenti kollha kemm huma kif ukoll fil-livell ta' kumitati parlamentari,

F.

billi fl-iżvilupp futur tar-relazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati l-merti u n-nuqqas ta' merti tad-diversi prattiki eżistenti,

G.

billi l-parlamenti nazzjonali, fuq il-bażi tal-kompetenzi ġodda mogħtija lilhom skont it-Trattat ta' Liżbona, partikolarment fir-rigward tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, qed jiġu mħeġġa' jinvolvu ruħhom b'mod attiv mill-bidu fil-proċess tat-tfassil tal-politka fil-livell tal-EU,

H.

billi l-forom kollha ta' kooperazzjoni interparlamentari għandhom ikunu f'armonija ma' żewġ prinċipji bażiċi: aktar effiċjenza u demokratizzazzjoni parlamentari,

I.

billi l-kompitu u l-funzjoni primarji tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali huma li jieħdu sehem fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-liġijiet u sabiex iwettqu skrutinju tal-għażliet politiċi fil-livell nazzjonali u dak Ewropew rispettivament; billi dan ma jfissirx li kooperazzjoni mill-qrib għall-ġid komuni hija superfluwa, speċjalment fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-liġi tal-l-UE fil-liġi nazzjonali,

J.

billi jkun xieraq li jiġu żviluppati linji gwida poltiċi li abbażi tagħhom ir-rappreżentanti u l-istituzzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jiddeterminaw l-azzjoni tagħhom fil-futur fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u tall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali,

Il-kontribuzzjoni tat-Trattat ta' Liżbona għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-obbligi u d-drittijiet tal-parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta' Liżbona - li huwa “Trattat tal-Parlamenti” - li permezz tagħhom l-irwol ta' dawn stess fil-proċess politiku tal-Unjoni Ewropea jissaħħaħ; iqis li dawn id-drittijiet jistgħu jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji

 

Tagħrif dwar:

l-evalwazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

ix-xogħol tal-Kumitat Konġunt dwar is-Sigurtà Interna;

proposti sabiex ikunu emendati t-Trattati;

applikazzjonijiet għal adeżjoni mal-Unjoni;

reviżjonijiet simplifikati tat-Trattat (sitt xhur minn qabel);

proposti għal miżuri li jissupplimentaw it-Trattat;

 

Parteċipazzjoni attiva:

fil-funzjonament tajjeb tal-Unjoni (regolament ġenerali);

fil-kontroll tal-Europol u l-Eurojust flimkien mal-Parlament Ewropew;

f'konvenzjonijiet relatati ma' tibdil fit-Trattati;

 

Oġġezzjonijiet għal:

dispożizzjonijiet legali mhux konformi mal-priniċipju ta' sussidjarjetà, permezz tal-proċeduri tal-“karta s-safra” u “l-karta l-oranġjo”;

tibdil fit-Trattat bil-proċedura simplifikata;

miżuri ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet tal-liġi ċivili (liġi tal-familja);

ksur tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, billi titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (jekk tkun permessa bil-liġi nazzjonali);

Relazzjonijiet attwali

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li r-relazzjonijiet tiegħu mal-parlamenti nazzjonali u l-membri tagħhom fis-snin riċenti żviluppaw b'mod pjuttost pożittiv, għalkemm għadhom ma laħqux il-livell meħtieġ, partikolarment permezz ta' dawn il-forom ta' attivitajiet konġunti li ġejjin:

laqgħat parlamentari konġunti dwar suġġetti orizzontali lil hinn mir-responsabbiltà ta' kumitat wieħed;

Laqgħat regolari tal-Kumitati Konġunti (mill-anqas darbtejn kull sitt-xhur),

laqgħat interparlamentari ad hoc fil-livell tal-kumitat fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-parlament tal-Istat Membru li jkollu l-presidenza tal-Kunsill tal-Parlament Ewropew;

laqgħat interparlamentari fil-livell tal-presidenti tal-kumitati;

kooperazzjoni fil-livell tal-presidenti tal-parlament fi ħdan il-Konferenza tal-Kelliema tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea;

żjarat minn membri tal-parlamenti nazzjonali lill-Parlament Ewropew sabiex jieħdu sehem f'laqgħat ta' kumitati speċjalizzati korrospondenti;

laqgħat fi ħdan il-gruppi jew partiti politiċi fil-livell Ewropew fejn jitlaqgħu politiċi mill-Istati Membri kollha ma' Membri tal-Parlament Ewropew;

Relazzjonijiet fil-ġejjieni

3.

Huwa tal-opinjoni li għandhom ikunu żviluppati forom ġodda ta' djalogu pre- u post-leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

4.

Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex iżommu lill-gvernijiet nazzjonali responsabbli għall-mod kif imexxu l-infiq tal-fondi tal-UE; jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex iwettqu skrutinju tal-kwalità tal-istudji tal-impatt nazzjonali u tal-mod kif il-gvernijiet nazzjonali jittrasponu l-liġi tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jimplimentaw il-politiki u l-programmi ta' finanzjament tal-UE fil-livell tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; jitlob lill-parlamenti nazzjonali sabiex jimoniterjaw b'mod strett ir-rappurtarr tal-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni tal-aġenda ta' Liżbona;

5.

Iqis bħala xieraq li jiġi offrut appoġġ lill-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju tagħhom tal-abbozzi tal-leġiżlazzjoni qabel ma jiġu kkunsidrati mill-organu leġiżlattiv tal-Unjoni, kif ukoll fl-iskrutinju effettiv tal-gvernijiet tagħhom meta jkunu qed jaġixxu fil-Kunsill;

6.

Jinnota li permezz ta' Laqgħat bilaterali Konġunti regolari ta'Kumitati speċjalizzati korrispondenti u laqgħat interparlamentari ad hoc fil-livell tal-kumitat, li jsiru fuq stedina tal-Parlament Ewropew, jippermettu djalogu minn kmieni dwar atti leġiżlattivi jew inizjattivi politiċi attwali jew ippjanati, u għaldaqstant dawn għandhom jinżammu u għandu jinħoloq netwerk permanenti u sistematiku ta' kumitati korrispondenti; jemmen li qabel jew wara laqgħat bħal dawn jistgħu jsiru seduti bilaterali ad hoc tal-kumitati dwar kwistjonijiet speċifiċi nazzjonali; jemmen li l-konferenza tal-presidenti tal-kumitati tista' tiġi fdata bil-kompitu li tfassal u tikkordinata flimkien mal-parlamenti nazzjonali programm għall-attivitajiet tal-kumitati speċjalizzati;

7.

Jinnota li l-laqgħat taċ-chairpersons tal-kumitati speċjalizzati tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali, bħal pereżempju l-laqgħat taċ-chairpersons tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, minħabba l-għadd limitat ta' parteċipanti, huma wkoll għodda għall-iskambju tal-informazzjoni u tal-opinjonijiet;

8.

Huwa tal-opinjoni li forom ta' kooperazzjoni differenti minn dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu ta' kontribut effettiv għall-ħolqien ta' spazju politiku Ewropew u għalhekk għandhom jiġu żviluppati aktar u diversifikati;

9.

Lest li jilqa' f'dan il-kuntest innovazzjonijiet fil-livell tal-parlamenti nazzjonali, bħal pereżempju, l-għoti tad-dritt lill-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu mistiedna darba fis-sena sabiex jitkellmu f'seduti plenarji tal-parlamenti nazzjonali, li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitati tal-affarijiet Ewropej fuq bażi konsultattiva, li jipparteċipaw f'laqgħat ta' kumitati speċjalizzati kull meta huma jiddiskutu aspetti relevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li jieħdu sehem f'laqgħat tal-gruppi politiċi rispettivi fuq bażi konsultattiva;

10.

Jirrakkomanda li jiġi allokat baġit adegwat biex jiġu organizzati laqgħat tal-kumitati speċjalizzati mal-kumitati rispettivi tal-parlamenti nazzjonali u tar-rapporteurs tal-Parlament Ewropew mal-kontrapartijiet tagħhom fil-parlamenti nazzjonali, u jirrakkomanda li tiġi eżaminata l-possibilità li jiġu installati l-mezzi tekniċi li jippermettu l-organizzazzjoni ta' konferenzi bil-video bejn ir-rapporteurs tal-kumitati speċjalizzati tal-parlamenti nazzjonali u dawk tal-Parlament Ewropew;

11.

Huwa konvint li poteri akbar għall-parlamenti nazzjonali fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif hemm stipulat fit-Trattat ta' Liżbona, jippermettu li l-leġiżlazzjoni Ewropea tkun influwenzata u eżaminata minn kmieni u dan ikun ukoll ta' kontribut għat-tfassil tal-liġijiet kif ukoll għal koerenza mtejba tal-leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE;

12.

Jinnota li parlamenti nazzjonali għall-ewwel darba qed jingħataw irwol definit fl-affarijiet tal-UE li huwa distint minn dak tal-gvernijiet nazzjonali tagħhom, jikkontribwixxi għal kontroll demokratiku aktar b'saħħtu u li jressaq lill-Unjoni aktar qrib iċ-ċittadin;

13.

Ifakkar li kontroll fuq il-gvernijiet nazzjonali mill-parlamenti nazzjonali għandu jkun eżerċitat l-ewwel u qabel kollox skont ir-regoli kostituzzjonali u l-liġijiet relevanti;

14.

Jenfasizza l-fatt li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol importanti meta wieħed jiġi għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u li mekkaniżmu għall-iskambju tal-aħjar prattika f'dan il-qasam ikun ta' importanza kbira;

15.

Jinnota f'dan il-kuntest li l-ħolqien ta' pjattaforma elettronika għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-parlamenti, li-websajt IPEX (4), jirrappreżenta pass kbir 'l quddiem peress li dan jippermetti li l-eżami ta' dokumenti tal-EU fil-livell tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Parlament Ewropew, u jekk ikun il-każ, il-proċess ta' traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali mill-parlamenti nazzjonali isir f'ħin reali; iqis, għalhekk, li huwa neċessarju li din is-sistema teknikament żviluppata u mmexxija mill-Parlament Ewropew tkun appoġġjata b'baġit xieraq;

16.

Jipprevedi kontroll aktar sistematiku tad-djalogu pre-leġiżlattiv bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni (l-hekk imsejħa “inizjattiva Barroso”), sabiex ikun mgħarraf minn kmieni waqt il-proċess leġiżlattiv dwar il-pożizzjoni tal-parlamenti nazzjonali; jitlob lill-parlamenti nazzjonali biex fl-istess ħin jagħmlu aċċessibbli lill-Parlament Ewropew il-pożizzjonijiet tagħhom f'dan il-kuntest;

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-aħħar snin fl-iżvilupp ta' kooperazzjoni bejn il-Parlement Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-qasam tal-affarijiet barranin, is-sigurtà u d-difiża;

18.

Jirrikonoxxi li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol importanti fl-għoti ta' informazzjoni, waqt dibattiti nazzjonali, dwar il-Politika Komuni għall-Affarjiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP) u l-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP);

19.

Jinnota bi tħassib li r-responsabilità għall-prekawzjonijiet finanzjarji fir-rigward tas-CFSP u l-ESDP quddiem il-parlamenti hija insuffiċjenti u li għalhekk il-kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandha titjieb, biex wieħed jasal għal kontroll demokratiku tal-aspetti kollha ta' dawn il-politiki (5);

20.

Jitlob, fl-interess ta' koerenza u l-effiċjenza u biex jiġi evitat xogħol doppju, li tiġi xolta l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU), malli l-WEU tiġi integrata definitivament fl-Unjoni Ewropea bis-saħħa tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;

L-irwol tal-COSAC

21.

Huwa tal-opinjoni li l-irwol tal-COSAC fil-ġejjieni jkollu jkun definit b'kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, u li l-COSAC, b'konformità mal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea li huwa anness fit-Trattat ta' Amsterdam, għandu primarjament jibqa' forum għall-iskambju ta' informazzjoni u dibattitu dwar kwistjonijiet politiċi ġenerali u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kontroll tal-gvernijiet nazzjonali (6); jikkunsidra li l-informazzjoni u d-dibattitu għandhom ikunu ffokati fuq attivitajiet leġiżlattivi li jirrigwardaw il-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u fir-rigward tal-prinċipju ta' sussidjarjetà fil-livell tal-Unjoni Ewropea;

22.

Huwa determinat li jaqdi l-irwol tiegħu b'mod totali, sabiex iwettaq ir-responsabiltajiet tiegħu fir-rigward tal-funzjonament tal-COSAC u biex ikompli joffri appoġġ tekniku lis-segretarjat tal-COSAC u lir-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali;

23.

Ifakkar li l-attivitajiet tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-COSAC għandhom ikunu kumplimentari u m'għandhomx ikunu frammentati jew abbużati minn barra;

24.

Jemmen li l-kumitati speċjalizzati tiegħu għandhom ikunu involuti b'mod aktar qawwi fit-tħejjija u fir-rappreżentazzjoni tal-laqgħat tal-COSAC; huwa tal-opinjoni li d-delegazzjoni tiegħu għandha tkun immexxija mill-president tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Kostituzzjonali u għandha tinkludi l-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati speċjalizzati li jkunu qed jieħdu ħsieb l-affarijiet li huma fl-aġenda relattiva tal-laqgħa tal-COSAC; iqis bħala essenzjali li l-Konferenza tal-Presidenti u l-Membri jiġu infurmati dwar il-progress u r-riżultati tal-laqgħat tal-COSAC;

*

* *

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Adottat skont ir-rappport A5-0023/2002 tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali (ir-rapport ta' Napolitano) (ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 322.).

(2)  ĠU C 154, 2.7.2003, p. 1.

(3)  Verżjoni riveduta li sar qbil fuqha mill-Konferenza tal-Kelliema tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tal-20 u l-21 ta' Ġunju 2008 f'Liżbona.

(4)  IPEX: Interparliamentary EU Information Exchange, imniedi uffiċjalment f'Lulju 2006.

(5)  Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1) u l-Artikolu 28(3) Trattat UE.

(6)  Ara l-linji gwida għar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet u l-parlamenti dwar kwistjonijiet tal-Komunità (standards minimi istruttivi) li għalihom saret referenza hawn fuq.


5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/99


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini

P6_TA(2009)0389

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 b'talba lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (2008/2169(INI))

2010/C 212 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat ġo Liżbona, fit-13 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu fl-20 ta' Frar 2008 fit-Trattat ta' Liżbona (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu fid-19 ta' Jannar 2006 fuq il-perijodu ta' riflessjoni: l-istruttura, is-suġġetti u l-kuntest għal evalwazzjoni tad-dibattitu fuq l-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Petizzjonijiet (A6-0043/2009),

A.

billi t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi l-inizjattiva taċ-ċittadini, li permezz tagħha ċittadini ta' l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta' għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati – Artikolu 11(4) tat-Trattat KE fil-versjoni tat-Trattat ta' Liżbona (“TUE”),

B.

billi miljun ċittadin tal-Unjoni b'hekk ser jiksbu l-istess dritt, li bih jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva, li kellu l-Kunsill mit-twaqqif tal-Komunità Ewropea fl-1957 (oriġinarjament l-Artikolu 152 tat-Trattat dwar il-KEE, illum l-Artikolu 208 tat-Trattat KE, fil-ġejjieni l-Artikolu 241 tat-Trattat dwar li jistabbilixxi il-Funzjoni tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”)), u li kellu l-Parlament Ewropew mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht fl-1993 (illum l-Artikolu 192 tat-Trattat KE, fil-ġejjieni l-Artikolu 225 TFUE),

C.

billi b'hekk iċ-ċittadini ser jieħdu sehem fl-eżerċizzju tal-poter sovran tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba billi jiġu involuti b'mod dirett fil-bidu tat-tfassil ta' proposti leġiżlattivi Ewropej,

D.

billi l-Artikolu 11(4)4 tat-TUEtġ għandu l-għan li jistabbilixi dritt individwali għal parteċipazzjoni f'inizjattiva taċ-ċittadini, bħala konsegwenza speċjali tad-dritt tal-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni skont l-Artikolu 10(3) tat-TUEtġ,

E.

billi d-dritt tal-inizjattiva spiss jitħawwad mad-dritt tal-petizzjoni; billi jeħtieġ li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu konxji bis-sħiħ mid-distinzjoni bejn iż-żewġ drittijiet, speċjalment peress li petizzjoni tintbagħat lill-Parlament filwaqt li inizjattiva tal-Kummissjoni tirrigwarda lill-Kummissjoni,

F.

billi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri huma mistennija jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-eżerċizzju bla xkiel, trasparenti u effettiv tad-dritt tal-partiċipazzjoni taċ-ċittadini,

G.

billi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini, inkluż l-għadd minimu ta' Stati Membri minfejn għandhom ikunu ċ-ċittadini li jipparteċipaw f'din l-inizjattiva, ser jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva xierqa permezz ta' Regolament (l-Artikolu 24(1) TFUE),

H.

billi meta dak ir-regolament ikun adottat u implimentat, ser jiġu żgurati b'mod partikulari d-drittijiet bażiċi għal ugwaljanza, għal amministrazzjoni tajba u għal protezzjoni legali,

I.

billi għandu “l-għadd minimu ta' Stati Membri li minnhom għandhom jiġu ċ-ċittadini li jkunu jistgħu jipparteċipaw f'din l-inizjattiva” (l-Artikolu 24(1) TFUE) għandu jkun “għadd sinifikanti ta' Stati Membri” (l-Artikolu 11(4)TUE),

J.

billi l-għadd minimu ta' Stati Membri m'għandux isir b'mod arbitrarju, iżda għandu jkun orjentat skont l-għan ta' dan ir-regolament u għandu jiġi interpretat b'riferenza għal dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat, sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fl-interpretazzjoni,

K.

billi l-għan ta' dan ir-regolamet huwa li jiżgura li l-punt tat-tluq tal-proċess leġiżlattiv Ewropew ma jkunx influwenzat mill-interessi partikulari ta' stati individwali, iżda mill- interess komunni Ewropew,

L.

billi l-Artikolu 76 tal-TFUE jindika li proposta leġiżlattiva li jkollha l-appoġġ ta' Stat Membru minn kull erbgħa tista' titqies li tkun qiegħda tqis b'mod suffiċjenti l-interess komuni Ewropew; billi, għalhekk, għad minimu bħal dan jista' jitqies bħala wieħed li ma jistax jiġi kkontestat,

M.

billi l-għan ta' dan ir-regolament jintlaħaq biss jekk jintrabat ma' għadd minimu ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ minn kull wieħed minn dawn l-Istati Membri,

N.

billi mill-Artikolu 11(4) tat-TUE, li jispeċifika ċ-ċifra ta' miljun ċittadin tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li minn popolazzjoni ta' madwar 500 miljun ruħ, 1/500 tal-popolazzjoni għandu jitqies bħala rappreżentattiv,

O.

billi l-Artikolu 11(4) tat-TUEtġ japplika għaċ-ċittadini tal-Unjoni kollha,

P.

billi, madankollu, kull restrizzjoni fuq id-dritt għal parteċipazzjoni demokratika u kull trattament ugwali fuq bażi ta' età għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità,

Q.

billi, barra minn hekk, huwa mixtieq li jiġu evitati inkonsistenzi fl-interpretazzjonijiet, li jirriżultaw pereżempju, meta l-età minima għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej fi Stat Membru tkun iżjed baxxa mill-età minima għall-parteċipazzjoni fl-inizjattiva taċ-ċittadini,

R.

billi l-Kummissjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini li tkun ta' suċċess tkun obbligata, li tindirizza l-ilmenti tagħhom u li tiddeċiedi, jekk u sa liema estent għandha tissottometti proposta xierqa għal strument legali,

S.

billi jkun tajjeb li l-inizjattivi jirreferu għal bażi legali waħda jew aktar minn waħda għat-tressiq tal-proposta għal att legali mill-Kummissjoni,

T.

billi inizjattiva taċ-ċittadini tista' tkompli biss jekk tkun ammissibbli, sakemm:

tinkludi t-talba tal-Kummissjoni li titressaq proposta dwar strument legali tal-Unjoni,

l-Unjoni jkollha awtorità leġiżlattiva, u l-Kummissjoni jkollha d-dritt li tressaq proposta fil-każijiet inkwistjoni, u

l-istrument legali li ma jkunx jidher b'mod ċar li jmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif applikati fl-Unjoni,

U.

billi inizjattiva taċ-ċittadini tirnexxi jekk tkun ammissibbli fis-sens mogħti hawn fuq u jekk tkun rappreżentattiva, fis-sens li tkun appoġġjata minn mhux inqas minn miljun ċittadin minn għadd sinifikanti ta' Stati Membri,

V.

billi huwa x-xogħol tal-Kummissjoni li teżamina, jekk il-kundizzjonijiet għal inizjattiva taċ-ċittadini biex tkun suċċess jkunux preżenti jew le,

W.

billi għall-organizzazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini huwa mixtieq ħafna li qabel il-ġbir ta' dikjarazjonijiet ta' appoġġ, ikun hemm ċertezza legali dwar l-ammissibiltà tal-inizjattiva taċ-ċittadini,

X.

billi x-xogħol ta' eżaminazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ma jistax isir mill-Kummissjoni u għalhekk għandu jkun eżerċitat mill-Istati Membri; billi, madankollu, l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw f'dak ir-rigward jestendu biss għal inizjattivi fil-qafas tal-Artiklu 11(4) TUE u taħt l-ebda ċirkostanza għal inizjattivi li ma jkunux ammissibbli minħabba r-raġunijiet fuq imsemmija; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri, anke qabel ma jibdew jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, ikollhom ċertezza legali rigward l-ammissibilità tal-inizjattiva taċ-ċittadini,

Y.

billi l-verifika tal-ammissibilità tal-inizjattiva taċ-ċittadini mill-Kummissjoni hija madankollu ristretta esklussivament għar-raġunijiet legali fuq imsemmija u taħt l-ebda ċikustanza ma jistgħu jinkludu kunsidarezzjonijiet ta' espedjenti politiċi; billi dan se jiżgura li l-Kummissjoni ma tkunx libera li tiddeċiedi abbażi ta' konsiderazzjonijiet politiċi tagħha dwar jekk inizjattiva taċ-ċittadini għandhiex tiġi ddikjarata ammissibbli jew le,

Z.

billi jidher li jkun xieraq li l-proċess tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea jinqasam fil-ħames stadji li ġejjin:

ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva,

il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ,