ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.210.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
3 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 210/01

Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 210/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

2010/C 210/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-Forum ta' livell għoli dwar it-titjib tal-funzjonament tal-katina ta' provvista tal-ikel

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 210/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5941 – BDMI/DuMont Venture/Learnship) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

6

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/1


Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2010/C 210/01

Abbozz ta' Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli  (1) dwar ir-responsabbiltà politika

Fir-relazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli (RGħ) ser tibni fuq il-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-impenji ta' rappurtar meħuda matul l-aħħar leġiżlatura mill-Kummissarju preċedenti għar-relazzjonijiet esterni, mir-Rappreżentant Għoli preċedenti għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), kif ukoll mill-Presidenza tal-Kunsill b'rotazzjoni. Fejn meħtieġ, dawn l-impenji ser jiġu aġġustati fid-dawl tar-rwol tal-Parlament ta' kontroll politiku u d-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tar-Rappreżentant Għoli kif stabbilit mit-Trattati u f'konformità mal-Artikolu 36 TUE.

F’dan ir-rigward:

1.

Rigward il-PESK, ir-RGħ ser titlob il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi ta' din il-politika f'konformità mal-Artikolu 36 TUE. Kwalunkwe skambju ta' fehmiet qabel l-adozzjoni ta' mandati u strateġija fil-qasam tal-PESK ser isiru fil-format adatt, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. F'dan il-kuntest, ser tissaħħaħ ukoll il-prattika tal-Laqgħat ta' Konsultazzjoni Konġunta mal-Uffiċċji tal-AFET (Kumitat għall-Affarijiet Barranin) u tal-COBU (Kumitat dwar il-Baġits). L-informazzjoni mogħtija f'dawn il-laqgħat ser tirrigwarda b'mod partikolari l-missjonijiet tal-PESK iffinanzjati mill-baġit tal-UE, kemm dawk li qed jiġu implimentati kif ukoll dawk li qed jitħejjew. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati aktar Laqgħat ta' Konsultazzjoni Konġunta, flimkien mal-laqgħat regolari. Il-preżenza tas-SEAE (fil-laqgħat kollha) ser tinkludi, flimkien mal-President permanenti tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, uffiċjali għolja responsabbli għall-politika.

2.

Ir-riżultati tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar negozjati ta' ftehim internazzjonali ser jiġu applikati mutatis mutandis mir-RGħ għal ftehimiet li jaqgħu fil-qasam tagħha ta' responsabbiltà, fejn il-kunsens tal-Parlament hu meħtieġ. Il-Parlament Ewropew ser ikun, f'konformità mal-Artikolu 218 (10) TFUE, infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż għal ftehimiet konklużi fil-qasam tal-PESK.

3.

Ir-RGħ ser tkompli bil-prattika kemm ta' djalogu fil-fond dwar il-fażijiet strateġiċi ta' ppjanar tal-istrumenti finanzjarji (bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), kif ukoll li tkompli tikkomunika d-dokumenti kollha. L-istess ser japplika għad-dokumenti konsultattivi kollha ppreżentati lill-Istati Membri matul il-fażi preparatorja. Din il-prattika hi mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar l-ambitu u l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE dwar atti delegati.

4.

Is-sistema preżenti li tiġi pprovduta informazzjoni kunfidenzjali dwar missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK (permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP) ser tinżamm. Ir-RGħ tista' tipprovdi wkoll aċċess għal dokumenti oħra fil-qasam tal-PESK lil MPE oħra li jeħtieġu l-informazzjoni, li, fir-rigward ta' dokumenti klassifikati, jiġu debitament awtorizzati f'konformità mar-regoli applikabbli, fejn tali aċċess hu meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjoni istituzzjonali tagħhom fuq talba tal-President tal-AFET, u, jekk meħtieġ, il-President tal-PE. Ir-RGħ ser, f'dan il-kuntest, teżamina mill-ġdid u fejn meħtieġ tipproponi li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża (2002 IIA ESDP). Sakemm isir dan l-aġġustament, ir-RGħ ser tiddeċiedi dwar miżuri transitorji li hi tqis neċessarji biex MPE debitament indikati u notifikati li jeżerċitaw funzjoni istituzzjonali jingħataw aċċess aktar faċli għall-informazzjoni ta' hawn fuq.

5.

Ir-RGħ ser twieġeb pożittivament għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex Kapijiet ta' Delegazzjonijiet maħtura reċentement f'pajjiżi u organizzazzjonijiet li l-Parlament jikkunsidra bħala strateġikament importanti jidhru quddiem l-AFET għal skambju ta' fehmiet (li huma differenti minn seduti) qabel ma jibdew il-mandat tagħhom. L-istess ser japplika għar-RSUE (Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea). Dawn l-iskambji ta' fehmiet ser isiru f'format maqbul mar-RGħ, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi.

6.

F’każijiet fejn ir-RGħ ma tistax tipparteċipa f'dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, hi tiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni tagħha minn Membru ta' istituzzjoni tal-UE, jiġifieri jew Kummissarju għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prevalentament fil-kompetenza tal-Kummissjoni, jew Membru tal-Kunsill Affarijiet Barranin għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prinċipalment fil-qasam tal-PESK. Fil-każ tal-aħħar, is-sostituzzjoni ser issir jew minn ħdan il-Presidenza b'rotazzjoni jew minn ħdan it-trio tal-Presidenzi, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bid-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar is-sostituzzjoni.

7.

Ir-RGħ ser tiffaċilita l-preżenza tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, ir-RSUE, il-Kapijiet ta' missjonijiet tal-PSDK u uffiċjali għolja tal-SEAE f'kumitati u sottokumitati parlamentari rilevanti sabiex iseħħu laqgħat ta' informazzjoni regolari.

8.

Fir-rigward ta' operazzjonijiet militari tal-PSDK, iffinanzjati mill-Istati Membri, l-informazzjoni ser tkompli tiġi pprovduta permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP soġġett għal kwalunkwe reviżjoni tal-IIA, f'konformità mal-punt 4 ta' hawn fuq.

9.

Il-Parlament Ewropew ser jiġi kkonsultat dwar l-identifikazzjoni u l-ippjanar ta' Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali u s-segwitu tagħhom – f'konformità mad-drittijiet tal-Parlament ta' skrutinju baġitarju tal-istrument rilevanti ta' finanzjament, jiġifieri l-EIDHR. Il-ħatra ta' Osservaturi Għolja tal-UE ser issir f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni Elettorali, fi żmien debitu qabel il-bidu tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali.

10.

Ir-RGħ ser ikollha rwol attiv fid-deliberazzjonijiet li jmiss dwar l-aġġornament ta' arranġamenti eżistenti rigward il-finanzjament tal-PESK li jinsabu fi IIA 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda, abbażi tal-impenn fir-rigward tal-kwistjonijiet li jinsabu fil-punt 1. Il-proċedura baġitarja l-ġdida introdotta mit-Trattat ta' Liżbona ser tapplika bis-sħiħ għall-baġit tal-PESK. Ir-Rappreżentant Għoli ser ukoll taħdem għal aktar trasparenza dwar il-baġit tal-PESK, inkluż, inter alia, il-possibbiltà li jiġu identifikati missjonijiet ewlenin tal-PSDK fil-baġit (bħall-missjonijiet preżenti fl-Afganistan, il-Kosovo u l-Ġeorġja), filwaqt li jiġu ppreservati l-flessibbiltà fil-baġit kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità ta' azzjoni għall-missjonijiet diġà fis-seħħ.


(1)  It-terminu Rappreżentant Għoli f'din id-dikjarazzjoni jkopri l-funzjonijiet kollha tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li hija wkoll Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet speċifiċi skont il-funzjonijiet speċifiċi li hi teżerċita.


Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Awwissu 2010

2010/C 210/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3073

JPY

Yen Ġappuniż

113,27

DKK

Krona Daniża

7,4507

GBP

Lira Sterlina

0,82600

SEK

Krona Żvediża

9,3570

CHF

Frank Żvizzeru

1,3660

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8595

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,680

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

281,65

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7085

PLN

Zloty Pollakk

3,9890

RON

Leu Rumen

4,2448

TRY

Lira Turka

1,9600

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4348

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3372

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1499

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7840

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7704

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 532,80

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5021

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8559

HRK

Kuna Kroata

7,2367

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 687,40

MYR

Ringgit Malażjan

4,1330

PHP

Peso Filippin

59,214

RUB

Rouble Russu

39,4305

THB

Baht Tajlandiż

42,115

BRL

Real Brażiljan

2,2843

MXN

Peso Messikan

16,4432

INR

Rupi Indjan

60,4560


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Lulju 2010

li tistabbilixxi l-Forum ta' livell għoli dwar it-titjib tal-funzjonament tal-katina ta' provvista tal-ikel

2010/C 210/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 173(1) tat-Trattat jassenja lill-Unjoni u lill-Istati Membri l-kompitu li jiżguraw li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni jiġu żgurati, b'mod partikolari billi jitħeġġeġ ambjent favorevoli għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi. B'mod partikolari, l-Artikolu 173(2) iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin b'rabta mal-Kummissjoni u, fejn ikun meħtieġ, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe inizjattiva utli biex tħeġġeġ din il-koordinazzjoni.

(2)

Il-grupp ta' livell għoli dwar il-kompetittività tal-industrija agroalimentari mwaqqaf bid-Deċiżjoni 2008/359/KE tal-Kummissjoni (1) tat-28 ta' April 2008 stabbilixxa rapport li fih 30 rakkomandazzjoni u pjan direzzjonali ta' inizjattivi ewlenin bl-għan li titħeġġeġ il-kompetittività tal-industrija tal-ikel Ewropea.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar” (2), il-Kummissjoni ppreżentat 10 inizjattivi politiċi bl-għan li jirrimedjaw għan-nuqqasijiet osservati waqt l-analiżi mill-ġdid tas-suq uniku fis-settur tal-ikel u impenjat ruħha li tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tagħhom, fuq il-bażi ta' diskussjoni mal-partijiet interessati.

(4)

Issa jeħtieġ li jiġi żgurat il-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' livell għoli dwar il-kompetittività tal-industrija agroalimentari u l-monitoraġġ tal-inizjattivi tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġi mwaqqaf grupp ġdid ta' esperti b'kompetenzi ta' firxa wiesgħa, taħt il-forma ta' Forum ta' livell għoli dwar it-titjib tal-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel, li l-kompożizzjoni tagħha tirrifletti l-atturi kollha tal-katina tal-ikel. Dan il-Forum ser jippermetti li tiġi żgurata l-koerenza tal-inizjattivi diversi tal-Kummissjoni.

(5)

Il-Forum għandu jkun magħmul minn personalitajiet ta' livell għoli li jirrappreżentaw l-Istati membri u s-setturi tal-agrikoltura, tal-industrija tal-ipproċessar agroalimentari u tad-distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel, kif ukoll minn organizzazzjonijiet non-governattivi li huma esperti fil-qasam tal-katina tal-provvista tal-ikel.

(6)

Għandhom jiġu previsti regoli rigward it-tixrid ta' informazzjoni mill-membri tal-Forum, mingħajr ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sigurtà li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom tal-Kummissjoni (3).

(7)

Kwalunkwe dejta personali dwar il-membri tal-Forum għandha tiġi trattata b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (4).

(8)

Huwa meħtieġ li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni 2008/359/KE.

(9)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit iż-żmien ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Forum

Forum ta' livell għoli dwar it-titjib tal-funzjonament tal-katina ta' provvista tal-ikel, aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Forum”, għandu jiġi mwaqqaf.

Artikolu 2

Kompiti

Il-Forum għandu jgħin lill-Kummissjoni fit-tfassil tal-politika industrijali fis-settur agroalimentari. Għal dan il-għan, isegwi, minn naħa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-grupp ta' livell għoli dwar il-kompetittività tal-industrija agroalimentari mwaqqaf mid-Deċiżjoni 2008/359/KE tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tal-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar”.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-Forum rigward kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-kompetittività u l-funzjonament tal-katina ta' provvista tal-ikel fi ħdan is-suq intern u sabiex tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet ġodda skont l-iżviluppi tal-katina ta' provvista tal-ikel.

Artikolu 4

Kompożizzjoni – Nominazzjoni

1.   Il-Forum għandu jkun magħmul minn massimu ta' 45 membri.

2.   Il-Forum għandu jinkludi:

l-awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri li huma responsabbli għas-settur tal-ikel fuq livell ministerjali;

impriżi attivi fis-setturi tal-industrija agroalimentari, tal-kummerċ u tad-distribuzzjoni ta' prodotti agroalimentari fl-Unjoni;

assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi tal-agrikoltura, tal-industrija agroalimentari u tal-kummerċ u tad-distribuzzjoni ta' prodotti agroalimentari fl-Unjoni;

organizzazzjonijiet non-governattivi li huma esperti fil-kwistjonijiet relatati mal-katina ta' provvista tal-ikel.

3.   Kull membru tal-Forum għandu jaħtar rappreżentant permanenti għall-grupp ta' tħejjija msemmi fl-Artikolu 5(2).

4.   Il-membri għandhom jiġu nnominati għal żmien ta' kariga li jista' jiġġedded ta' sena u għandhom jeżerċitaw il-kariga tagħhom sakemm jiġu sostitwiti b'mod konformi mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew sat-tmiem taż-żmien tal-kariga tagħhom.

5.   Il-membri jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija taż-żmien ta' kariga tagħhom fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jirriżenjaw;

(b)

meta ma jkunux jistgħu aktar jikkontribwixxu b'mod effikaċi għax-xogħol tal-Forum;

(c)

meta ma jirrispettawx l-Artikolu 339 tat-Trattat.

6.   L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija u fir-reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni.

Il-ġbir, il-ġestjoni u l-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-membri għandhom isiru b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Funzjonament

1.   Il-Forum għandu jiġi ppresedut mill-Kummissjoni. Huwa għandu jistabbilixxi rapport annwali dwar l-attivitajiet għall-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

2.   Grupp ta' tħejjija, aktar 'il quddiem imsejjaħ il-“grupp tax-sherpas”, għandu jħejji d-dibattiti, id-dokumenti bl-informazzjoni tal-isfond u l-opinjonijiet sabiex jitfassal ir-rapport annwali tal-Forum. Huwa għandu jiġi ppresedut mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' gruppi ta' ħidma inkarigati li jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi ta' mandat stabbilit bi qbil mal-Forum jew mal-grupp tax-sherpas. Dawn il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu xolti malli jispiċċa ż-żmien ta' kariga tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni tista' tistieden esperti jew osservaturi li għandhom kompetenza partikolari f'suġġett imniżżel fl-aġenda biex jieħdu sehem fix-xogħol tal-forum jew fid-deliberazzjonijiet jew ix-xogħol tal-grupp tax-sherpas jew tal-gruppi ta' ħidma.

Fuq talba mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-Parlament Ewropew biex jaħtar rappreżentant wieħed jew aktar minn wieħed biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Forum.

5.   Il-Forum, il-grupp tax-sherpas u l-gruppi ta' ħidma normalment għandhom jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni, skont l-arranġamenti u l-kalendarju stabbiliti minnha. Is-segretarjat għandu jiġi żgurat mill-Kummissjoni. Uffiċjali tal-Kummissjoni li huma interessati fix-xogħol jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Forum, tal-grupp tax-sherpas u tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-membri tal-Forum, ir-rappreżentanti tagħhom u l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-sigriet professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli tagħhom ta' implimentazzjoni, kif ukoll mar-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom.

7.   Il-Kummissjoni tista' tippubblika jew tqiegħed fuq l-internet, fil-lingwa ta' oriġini tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, parti ta' konklużjoni jew dokument ta' ħidma tal-Forum, kif ukoll kwalunkwe minuti u rapport.

Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tittraduċi dawn id-dokumenti jew parti minnhom fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Artikolu 6

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/359/KE għandha tiġi revokata.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2012.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 120, 7.5.2008, p. 15.

(2)  COM(2009) 591, 28.10.2009.

(3)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5941 – BDMI/DuMont Venture/Learnship)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 210/04

1.

Fit-23 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bertelsmann AG (“Bertelsmann”, il-Ġermanja) pemezz tas-sussidjarja tagħha Bertelsmann Digital Media Investments, S.A. (“BDMI”, il-Ġermanja) u Mediengruppe M. DuMont Schauberg GmbH & Co. KG (“DuMont”, il-Ġermanja) pemezz tas-sussidjarja tagħha DuMont Venture Holding GmbH & Co. KG (“DuMont Venture”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Learnship Networks GmbH (“Learnship”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bertelsmann: kumpanija internazzjonali tal-midja attiva fil-qasam tat-televiżjoni u r-radju, il-pubblikazzjoni ta' kotba, rivisti, klabbs tal-kotba u servizzi oħrajn tal-midja u tal-komunikazzjoni,

għal BDMI: investitur f'kapital tar-riskju b'fokus ta' investiment dinji f'kumpaniji tat-teknoloġija innovattiva tal-midja diġitali, prodotti u kumpaniji ta' kummerċ,

għal DuMont: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' gazzetti ta' kuljum u ta' dokumenti promozzjonali,

għal DuMont Venture: investitur korporattiv f'kapital tar-riskju fil-qasam tal-midja diġitali u tal-IT,

għal Learnship: korsijiet tal-lingwa fuq l-internet.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5941 – BDMI/DuMont Venture/Learnship, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).