ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.148.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
5 ta' Ġunju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 148/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 134, 22.5.2010

1

2010/C 148/02

Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

1

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 148/03

Kawża C-433/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handens Tingsrätt — l-Isveżja) — proċedura kriminali kontra Lars Sandström (Direttivi 94/25/KE u 2003/44/KE — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni — Projbizzjoni tal-użu ta’ dgħajjes personali bil-mutur barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi — Artikoli 28 KE u 30 KE — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Aċċess għas-suq — Ostakolu — Protezzjoni tal-ambjent — Proporzjonalità — Direttiva 98/34/KE — Artikolu 8 — Emenda ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali — Obbligu ta’ notifika — Kundizzjonijiet)

2

2010/C 148/04

Kawża C-73/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle — Il-Belġju) — Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion vs Gouvernement de la Communauté française (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(1) — Libertà ta’ residenza — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Aċċess għall-edukazzjoni terzjarja — Studenti ċittadini ta’ Stat Membru li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex isegwu edukazzjoni — Limitazzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ studenti mhux residenti għal korsijiet universitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità — Riskju għall-kwalità tal-edukazzjoni tas-suġġetti mediċi u paramediċi — Riskju ta’ nuqqas ta’ studenti li jiksbu diploma fis-setturi professjonisti tas-saħħa pubblika)

3

2010/C 148/05

Kawża C-91/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Wall AG vs Stadt Frankfurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES) (Konċessjonijiet ta’ servizzi — Proċedura għall-għoti — Obbligu ta’ trasparenza — Bidla sussegwenti ta’ subappaltatur)

4

2010/C 148/06

Kawża C-96/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — CIBA Speciality Chemicals Central u Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály (Libertà ta’ stabbiliment — Tassazzjoni diretta — Imposta fuq it-taħriġ professjonali — Bażi ta’ kalkolu tal-imposta dovuta mill-impriżi stabbiliti fit-territorju nazzjonali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż tas-salarji tal-ħaddiema impjegati f’fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor — Taxxa doppja — Possibbiltà li jitnaqqas l-ammont gross tal-imposta)

5

2010/C 148/07

Kawża C-215/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — E. Friz GmbH vs Carsten von der Heyden (Ħarsien tal-konsumaturi — Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577/KEE — Sħubija f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà — Tħassir)

5

2010/C 148/08

Kawża C-485/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Espert nazzjonali sekondat — Allowance ta’ residenza ta’ kuljum — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

6

2010/C 148/09

Kawża C-511/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH (Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Dritt ta’ rtirar mill-kuntratt — Allokazzjoni tal-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti lill-konsumatur)

6

2010/C 148/10

Kawża C 518/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris - Franza) – Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur l-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali — Direttiva 2001/84/KE — Benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol tal-arti — Kunċett ta’ dawk intitolati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, għal perijodu ta’ 70 sena, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur il-werrieta tal-awtur biss, bl-esklużjoni ta’ legatarji u aventi kawża oħrajn — Kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/84)

7

2010/C 148/11

Kawża C-538/08 u C-33/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Gerechtshof te Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V.vs Staatssecretaris van Financiën (C-538/08), Oracle Nederland BVvs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi (C-33/09), (Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti u servizzi — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu regoli li jeskludu d-dritt għat-tnaqqis eżistenti meta s-Sitt Direttiva tal-VAT daħlet fis-seħħ — Emenda wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva)

7

2010/C 148/12

Kawża C 542/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l Awstrija) — Friedrich G. Barth vs Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung (Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Trattament ugwali — Allowance speċjali ta’ anzjanità tal-professuri universitarji prevista f’leġiżlazzjoni nazzjonali li l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Terminu ta’ preskrizzjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

8

2010/C 148/13

Kawża C-38/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Ralf Schräder vs L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (Appell — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja — Regolamenti (KE) Nru 2100/94 u Nru 1239/95 — Agrikoltura — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha — Popolarità tal-varjetà — Prova — Varjetà tal-pjanta SUMCOL 01)

9

2010/C 148/14

Kawża C-64/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/53/KE — L-Artikoli 5(3) u (4), 6(3) u 7(1) — Traspożizzjoni mhux konformi)

9

2010/C 148/15

Kawża C-294/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/43/KE — Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst — Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni)

10

2010/C 148/16

Kawża C-80/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2010 — Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill, Andreas Herden vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(ċ) — Reġistrazzjoni rrifjutata — Trade mark verbali Patentconsult — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

10

2010/C 148/17

Kawża C-282/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) — Reġistrazzjoni rrifjutata — Evalwazzjoni globali rigward prodotti u servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni — Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

11

2010/C 148/18

Kawża C-550/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2009 — Der Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof vs E u F

11

2010/C 148/19

Kawża C-81/10 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2010 minn France Télécom SA mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) fil-Kawżi magħquda T-427/04 u T-17/05, Ir-Repubblika Franċiża u France Télécom vs Il-Kummissjoni

12

2010/C 148/20

Kawża C-120/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-5 ta’ Marzu 2010 — European Air Transport SA vs Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles-Capitale, Région de Bruxelles-Capitale

13

2010/C 148/21

Kawża C-123/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Marzu 2010 — Waltraud Brachner vs Pensionsversicherungsanstalt

14

2010/C 148/22

Kawża C-131/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-12 ta’ Marzu 2010 — Corman SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

14

2010/C 148/23

Kawża C-133/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

15

2010/C 148/24

Kawża C-137/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale

15

2010/C 148/25

Kawża C-138/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2010 — DP grup EOOD vs Direktor na Agentsia Mitnitsi

16

2010/C 148/26

Kawża C-144/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2010 — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

17

2010/C 148/27

Kawża C-145/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgerichts Wien (l-Awstrija) fit-22 ta’ Marzu 2010 — Eva-Maria Painer vs Standard VerlagsGmbH et

17

2010/C 148/28

Kawża C-146/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

18

2010/C 148/29

Kawża C-147/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division, fid-29 ta’ Marzu 2010 — British Sugar plc vs Rural Payments Agency, Aġenzija Eżekuttiva tad-Department for Environment, Food and Rural Affairs

19

2010/C 148/30

Kawża C-149/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (il-Greċja) fid-29 ta’ Marzu 2010 — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon

20

2010/C 148/31

Kawża C-152/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Marzu 2010 — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

20

2010/C 148/32

Kawża C-156/10 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 minn Karen Goncharov kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 fil-Kawża T-34/07 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSB

21

2010/C 148/33

Kawża C-161/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-6 ta’ April 2010 — Olivier Martinez, Robert Martinez vs Société MGN Ltd.

21

2010/C 148/34

Kawża C-307/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewoprea vs Ir-Renju tal-Belġju

22

2010/C 148/35

Kawża C-450/08: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Tübingen — il-Ġermanja) — FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH vs Notar Gerhard Schwenkel, fil-preżenza ta’: Präsidentin des Landgericht Tübingen

22

2010/C 148/36

Kawża C-26/09: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal — ir-Renju Unit) — The Motor Insurers’ Bureau vs Helphire (UK) Limited, Angel Assistance Limited

22

2010/C 148/37

Kawża C-172/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

23

2010/C 148/38

Kawża C-223/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

23

2010/C 148/39

Kawża C-370/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

23

2010/C 148/40

Kawżi maqgħuda C-411/09 sa C-420/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Tereos, Vermandoise Industries SA, Sucreries de Toury et Usines annexes SA, Roquette Frères SA, Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils SA, Cristal Union, Lesaffre Frères SA, Sucrerie Bourdon, SAFBA, Sucreries du Marquenterre SA vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 148/41

Kawża T-446/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Amann & Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħajt industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Kunċett ta’ ksur uniku — Definizzjoni tas-suq — Multi — Limitu tal-multa — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Drittijiet tad-difiża — Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi)

24

2010/C 148/42

Kawża T-448/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Oxley Threads vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħajt għall-industrija tal-karozzi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi)

24

2010/C 148/43

Kawża T-452/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — BST vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħajt industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Żvelar ta’ informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali — Dannu — Rabta kawżali)

25

2010/C 148/44

Kawża T-456/05 u T-457/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħajt industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE — Multi — Gravità tal-ksur — Impatt reali fuq is-suq — Tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

25

2010/C 148/45

Kawża T-103/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2010 — Esotrade vs UASI — Segura Sánchez (YoKaNa) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva YoKaNa — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti YOKONO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

26

2010/C 148/46

Kawża T-488/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2010 — Cabel Hall Citrus vs UASI — Casur (EGLÉFRUIT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali EGLÉFRUIT — Trade mark Kommunitarja verbali preċedenti UGLI u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UGLI Fruit — but the affliction is only skin deep — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009))

26

2010/C 148/47

Kawża T-187/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2010 — Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb) (Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta kelb — Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi — Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark — Talba għal restitutio in integrum — Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

27

2010/C 148/48

Kawża T-249/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin — Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti coin — Raġuni relattiva għal rifjut — Pubbliku rilevanti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

27

2010/C 148/49

Kawża T-274/08 u T-275/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEG — Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEG — Ammonti li għandhom jitħallsu lura mingħand ir-Repubblika Taljan fin-nuqqas ta’ rkupru fit-termini previsti — Kunċett ta’ konsegwenzi finanzjarji — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi — Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005)

28

2010/C 148/50

Kawża T-361/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — Queen Sirikit Institute of Sericulture (Thai Silk) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Thai Silk — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrapreżenta għasfur — Ammissibbiltà tar-rikors — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

28

2010/C 148/51

Kawża T-514/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2010 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY’S Products) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BILLY’S Products — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti BYLY u byly — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

29

2010/C 148/52

Kawża T-7/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Schunk vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ ċokk ta’ torn) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

29

2010/C 148/53

Kawża T-225/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Claro vs UASI — Telefónica (Claro) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO — Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell — Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95))

30

2010/C 148/54

Kawża magħquda T-529/08 sa T-531/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2010 — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Vantaġġi fiskali — Irkupru ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali — Applikazzjoni tas-sistema tal-interessi komposti — Att konfermattiv — Inammissibbiltà)

30

2010/C 148/55

Kawża T-16/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni — Dewmien — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

31

2010/C 148/56

Kawża T-527/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Ayadi vs Il-Kummissjoni

31

2010/C 148/57

Kawża T-117/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

32

2010/C 148/58

Kawża T-122/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — USFSPEI et vs Il-Kunsill

33

2010/C 148/59

Kawża T-125/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Amecke Fruchsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up)

34

2010/C 148/60

Kawża T-131/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2010 — Saupiquet vs Il-Kummissjoni

34

2010/C 148/61

Kawża T-132/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2010 — Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni

35

2010/C 148/62

Kawża T-134/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2010 — FESI vs Il-Kunsill

36

2010/C 148/63

Kawża T-136/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2010 — M vs EMEA

37

2010/C 148/64

Kawża T-137/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — CBI vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 148/65

Kawża T-139/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Milux vs OHIM (REFLUXCONTROL)

39

2010/C 148/66

Kawża T-140/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Hans Günter Söns vs UASI — Settimio (GREAT CHINA WALL)

39

2010/C 148/67

Kawża T-145/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2010 — Solae vs UASI — Délitaste (alpha taste)

40

2010/C 148/68

Kawża T-147/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

40

2010/C 148/69

Kawża T-148/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2010 — Hynix Semiconductor vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 148/70

Kawża T-149/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2010 — Hynix Semiconductor vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 148/71

Kawża T-150/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Telefónica O2 Germany vs UASI — Loopia (LOOPIA)

43

2010/C 148/72

Kawża T-151/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2010 — Bank Nederlandse Gemeenten NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

43

2010/C 148/73

Kawża T-152/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — El Corte Inglés vs UASI — Azzedine Alaïa (ALIA)

44

2010/C 148/74

Kawża T-153/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni

45

2010/C 148/75

Kawża T-156/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il-Kummissjoni

46

2010/C 148/76

Kawża T-157/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2010 — Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser

47

2010/C 148/77

Kawża T-161/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Tecnifar (E-PLEX)

47

2010/C 148/78

Kawża T-165/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2010 — Grupo Osborne vs UASI — Confecciones Sanfertús (TORO)

48

2010/C 148/79

Kawża T-169/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2010 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

49

2010/C 148/80

Kawża T-171/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2010 — Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 148/81

Kawża T-279/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 148/82

Kawża T-289/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Caisse Nationale des Caisses d'Epargne et de Prévoyance vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 148/83

Kawża T-345/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2010 — Banque Postale vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 148/84

Kawża T-431/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2010 — Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi vs UASI — Denim (VIGOSS)

51

2010/C 148/85

Kawża T-527/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni vs TMT Pragma

51

2010/C 148/86

Kawża T-533/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Telekomunikacja Polska vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 148/87

Kawża T-45/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2010 — Al Barakaat International Foundation vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 148/88

Kawża T-256/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2010 — Aecops vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 148/89

Kawża T-257/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' April 2010 — Aecops vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 148/90

Kawża T-26/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2010 — Alibaba Group vs UASI — allpay.net (ALIPAY)

51

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 148/91

Kawża F-2/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Matos Martins vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Sejħa għal turija ta’ interess — Proċess ta’ selezzjoni — Testijiet ta’ pre-selezzjoni — Aċċess għal dokumenti)

52

2010/C 148/92

Kawża F-104/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ April 2010 — Angelidis vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pożizzjoni vakanti — Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tannunulla d-deċiżjoni ta’ ħatra — Avviż ġdid ta’ pożizzjoni vakanti — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ prospetti għall-karriera — Trattament ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Abbuż ta’ poter)

52

2010/C 148/93

Kawża F-4/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — de Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Assenjazzjoni mill-ġdid — tas-servizz — Qbil bejn il-grad u l-pożizzjoni — Drittijiet tad-difiża — Drittijiet tad-difiża)

53

2010/C 148/94

Kawża F-102/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjal — Ġarr ta’ beni personali tar-rikorrent — Rikors għad-danni — Rikors manifestament inammissibbli — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

53

2010/C 148/95

Kawża F-96/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 148/96

Kawża F-22/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2010 — Bombin Bombin vs Il-Kummissjoni

54

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/1


2010/C 148/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 134, 22.5.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 113, 1.5.2010

ĠU C 100, 17.4.2010

ĠU C 80, 27.3.2010

ĠU C 63, 13.3.2010

ĠU C 51, 27.2.2010

ĠU C 37, 13.2.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/1


Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2010/C 148/02

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 106 tar-Regoli tal Proċedura, li tinnomina lill-Imħallef Papasavvas biex jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali fil-każ ta’ assenza jew ta’ impediment bħala mħallef għal miżuri provviżorji għall perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2010.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handens Tingsrätt — l-Isveżja) — proċedura kriminali kontra Lars Sandström

(Kawża C-433/05) (1)

(“Direttivi 94/25/KE u 2003/44/KE - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni - Projbizzjoni tal-użu ta’ dgħajjes personali bil-mutur barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi - Artikoli 28 KE u 30 KE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Aċċess għas-suq - Ostakolu - Protezzjoni tal-ambjent - Proporzjonalità - Direttiva 98/34/KE - Artikolu 8 - Emenda ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali - Obbligu ta’ notifika - Kundizzjonijiet”)

2010/C 148/03

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Handens Tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lars Sandström

Suġġett

Talba għal deċizjoni preliminari — Handens tingsratt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 sa 30 KE u tad-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Ġunju 2003, li temenda d-Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 31, p. 409) — Projbizzjoni tal-użu ta’ dgħajjes personali bil-mutur barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi.

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Ġunju 1994, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Ġunju 2003, ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, tipprojbixxi l-użu ta’ dgħajjes personali bil-mutur barra mill-passaġġi speċifiċi.

(2)

L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE ma jipprekludux din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li:

l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu marbuta li jieħdu l-miżuri ta’ implementazzjoni previsti sabiex jiddeżinjaw żoni barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi li fihom id-dgħajjes personali bil-mutur ikunu jistgħu jintużaw;

dawn l-awtoritajiet ikunu effettivament eżerċitaw il-kompetenza mogħtija lilhom f’dan ir-rigward u jkunu ddeżinjaw iż-żoni b’osservanza tar-rekwiżiti previsti mil leġiżlazzjoni nazzjonali, u

li dawn il-miżuri jkunu ġew adottati f’terminu raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti.

(3)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li emenda mwettqa fuq abbozz ta’ regolament tekniku diġà nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li jirrigwarda biss, fil-konfront tal-abbozz innotifikat, li tipprovdi għall flessibbiltà tal-kundizzjonijiet ta’ użu tal-prodott ikkonċernat u li għaldaqstant, tnaqqas l-impatt sussegwenti tar-regolament tekniku fuq l-iskambji kummerċjali, ma tikkostitwixxix bidla sinjifikattiva tal-abbozz fis-sens tat-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni u ma għandhiex tkun is-suġġett ta’ notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni. Fin nuqqas ta’ tali obbligu ta’ notifikazzjoni minn qabel, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta’ emenda mhux sinjifikattiva ta’ regolament tekniku, qabel l-adozzjoni tiegħu, ma jaffettwax l-applikabbiltà ta’ din ir-regola.


(1)  ĠU C 36, 11.02.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle — Il-Belġju) — Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion vs Gouvernement de la Communauté française

(Kawża C-73/08) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(1) - Libertà ta’ residenza - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Aċċess għall-edukazzjoni terzjarja - Studenti ċittadini ta’ Stat Membru li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex isegwu edukazzjoni - Limitazzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ studenti mhux residenti għal korsijiet universitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Riskju għall-kwalità tal-edukazzjoni tas-suġġetti mediċi u paramediċi - Riskju ta’ nuqqas ta’ studenti li jiksbu diploma fis-setturi professjonisti tas-saħħa pubblika)

2010/C 148/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion

Konvenuta: Gouvernement de la Communauté française

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (li qabel kienet Cour d’arbitrage) il-Belġju — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE, u tal-Artikolu 18(1) KE, moqrija flimkien mal-Artikoli 49 u 150 KE — Kwoti tar-reġistrazzjonijiet ta’ istudenti mhux residenti għall-korsijiet mogħtija mill-universitajiet u minn istituzzjonijiet terzjarji fil-qasam tas-saħħa pubblika — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ġustifikazzjoni u proporzjonalità tal-miżuri restrittivi — Żamma ta’ aċċess wiesa’ u demokratiku għall-edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità għall-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat — Riskju ta’ nuqqas ta’ gradwati Universitarji fis-settur professjonali kkonċernat, li jippreġudika s-saħħa pubblika

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 18 u 21 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tillimita n-numru ta’ studenti mhux residenti li jistgħu jirreġistraw rwieħhom għall-ewwel darba fil-korsijiet mediċi u paramediċi ta’ stabbilimenti ta’ edukazzjoni terzjarja, sakemm il-qorti tar-rinviju, wara li tkun evalwat l-elementi kollha rilevanti ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti, ma tikkonstatax li din il-leġiżlazzjoni tirriżulta li hija ġustifikata fir-rigward tal-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 13(2)(ċ) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-16 ta’ Diċembru 1966, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li d-Digriet tas-16 ta’ Ġunju 2006 ma jkunx kompatibbli mal-Artikoli 18 u 21 TFUE.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Wall AG vs Stadt Frankfurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES)

(Kawża C-91/08) (1)

(Konċessjonijiet ta’ servizzi - Proċedura għall-għoti - Obbligu ta’ trasparenza - Bidla sussegwenti ta’ subappaltatur)

2010/C 148/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wall AG

Konvenuti: Stadt Frankurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES)

Fil-preżenza ta’: Deutsche Städte Medien (DSM) GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Frankfurt am Main — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 49 u 86(1) tat-Trattat KE, tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 2(1)(b) u (2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE, tal-25 ta’ Ġunju 1980, fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 20), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KEE, tas-26 ta’ Lulju 2000, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u impriżi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 11), u tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, provvisti u servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi — Kunċett ta’ impriża pubblika — Konsegwenzi għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ trasparenza waqt bidla ulterjuri tas-subappaltatur.

Dispożittiv

(1)

Meta emendi fid-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi jkollhom karatteristiċi sostanzjalment differenti minn dawk li kienu ġġustifikaw l-għoti tal-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali u jkunu, għaldaqstant, ta’ natura li juru r-rieda tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini essenzjali ta’ dan il-kuntratt, ikun hemm lok li jiġu adottati, skont is-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid it-trasparenza fil-proċedura, inkluż proċedura għall-għoti ġdida. Jekk ikun il-każ, il-proċedura għall-għoti ġdida għandha tiġi organizzata skont modalitajiet aġġustati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-konċessjoni ta’ servizzi inkwistjoni u għandha tippermetti li impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru jkun jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni adegwata dwar din il-konċessjoni qabel ma din tingħata.

(2)

Meta impriża li tkun ingħatat konċessjoni tikkonkludi kuntratt dwar servizzi li jaqgħu fil-portata tal-konċessjoni mogħtija lilha minn awtorità reġjonali jew lokali, l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, kif ukoll mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza ma japplikax jekk din l-impriża:

kienet ġiet inkorporata minn din l-awtorità reġjonali jew lokali għall-finijiet tar-rimi tal-iskart u tat-tindif tat-toroq iżda topera wkoll fis-suq;

hija miżmuma, sa livell ta’ 51 %, mill-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali iżda d-deċiżjonijiet amministrattivi ma jistgħux jiġu adottati mingħajr maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-laqgħa ġenerali ta’ din l-impriża;

ikollha biss kwart mill-membri tal-bord ta’ superviżjoni, inkluż il-president ta’ dan il-bord, maħtura minn din l-istess awtorità reġjonali jew lokali, u

takkwista iktar min-nofs id-dħul mill-bejgħ tagħha minn kuntratti sinallagmatiċi dwar ir-rimi tal-iskart u t-tindif tat-toroq fit-territorju tal-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali, kuntratti li din tal-aħħar tiffinanzja permezz tat-taxxi lokali mħallsa mir-residenti fit-territorju tagħha.

(3)

Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikolu 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, ma jobbligawx lill-awtoritajiet nazzjonali jxolju kuntratt u lanqas lill-qrati nazzjonali jagħtu ordni f’kull każ ta’ allegat ksur ta’ dan l-obbligu fl-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi. Hija s-sistema legali interna li għandha tirregola r-rimedji legali maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt dan l-obbligu, b’tali mod li dawn ir-rimedji ma jkunux inqas favorevoli mir-rimedji legali simili ta’ natura interna u lanqas ma jagħmlu l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli. L-obbligu ta’ trasparenza jirriżulta direttament mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, li għandhom effett dirett fis-sistemi legali interni tal-Istati Membri u għandhom preċedenza fuq kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — CIBA Speciality Chemicals Central u Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály

(Kawża C-96/08) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Imposta fuq it-taħriġ professjonali - Bażi ta’ kalkolu tal-imposta dovuta mill-impriżi stabbiliti fit-territorju nazzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż tas-salarji tal-ħaddiema impjegati f’fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor - Taxxa doppja - Possibbiltà li jitnaqqas l-ammont gross tal-imposta)

2010/C 148/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pest Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CIBA Speciality Chemicals Central u Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft.

Konvenut: Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Pest Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi ta’ taxxa għall-iżvilupp professjonali ta’ impriża stabbilita fit-territorju nazzjonali, tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema impjegati f’fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor, anke jekk l-impriża inkwistjoni hija obbligata tbati spejjeż ekwivalenti, minħabba x-xogħol ta’ dawn l-impjegati f’dan l-Istat Membru l-ieħor.

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprojbixxu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’dan l-Istat hija obbligata tħallas imposta bħall-imposta fuq it-taħriġ professjonali li l-ammont tagħha huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ispejjeż tas-salarji, inklużi dawk ta’ fergħa ta’ din l-impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor jekk, fil-prattika, tali impriża hija prekluża, fir-rigward ta’ tali fergħa, milli tibbenefika mill-possibbiltajiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni li tnaqqas l-imsemmija iposta jew li jkollha aċċess għalihom.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — E. Friz GmbH vs Carsten von der Heyden

(Kawża C-215/08) (1)

(Ħarsien tal-konsumaturi - Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577/KEE - Sħubija f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà - Tħassir)

2010/C 148/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. Friz GmbH

Konvenut: Carsten von der Heyden

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 5(2)tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kamp ta’ applikazzjoni — Sħubija ta’ konsumatur f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà, li essenzjalment għandu l-għan ta’ investiment ta’ kapital — Effetti legali tar-tħassir

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju, tapplika għal kuntratt, konkluż f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar is-sħubija ta’ konsumatur f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà meta l-iskop prinċipali ta’ tali sħubija mhuwiex li l-konsumatur isir soċju fl-imsemmija soċjetà, iżda li jagħmel investiment ta’ kapital.

(2)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 85/577 ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, regola nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ tħassir tas-sħubija f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà, li sseħħ wara tranżazzjoni ta’ bejgħ bieb b’bieb mhux mitlub, il-konsumatur jista’ jinvoka kontra din is-soċjetà, fuq l-attiv nett tal-likwidazzjoni, dritt ikkalkolat skont il-valur tas-sehem tiegħu fid-data tal-irtirar tiegħu minn dan il-fond, u b’hekk jista’ jikseb lura ammont li jkun inqas mill-valur tal-kontribuzzjoni tiegħu jew jiġi mġiegħel jipparteċipa fit-telf tal-imsemmi fond.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-485/08 P) (1)

(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Allowance ta’ residenza ta’ kuljum - Prinċipju ta’ trattament ugwali”)

2010/C 148/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Claudia Gualtieri (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (T-284/06), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex taġġusta, wara d-divorzju tagħha, l-ammont ta’ allowances dovuti skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559, tat-30 ta’ April 2002, dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali sekondati, kif emendati.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

C. Gualtieri hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH

(Kawża C-511/08) (1)

(Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Dritt ta’ rtirar mill-kuntratt - Allokazzjoni tal-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti lill-konsumatur)

2010/C 148/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV

Konvenuti: Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konsumatur għandu jbati l-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti f’każ ta’ rtirar

Dispożittiv

It-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-fornituri f’kuntratti konklużi mill-bogħod li jallokaw l-ispejjeż tal-kunsinna tal-prodotti lill-konsumatur fil-każ fejn dan il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris - Franza) – Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

(Kawża C 518/08) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur l-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali - Direttiva 2001/84/KE - Benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol tal-arti - Kunċett ta’ “dawk intitolati” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, għal perijodu ta’ 70 sena, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid favur il-werrieta tal-awtur biss, bl-esklużjoni ta’ legatarji u aventi kawża oħrajn - Kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/84)

2010/C 148/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundación Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos

Konvenuti: Société Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal de grande instance de Paris – Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240) – Benefiċjarji tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol – Kompatibbiltà, mad-Direttiva 2001/84/KE, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm, matul perijodu ta’ 70 sena, id dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-werrieta tal-awtur, bl-esklużjoni tal-legatarji u tal-aventi kawża kollha

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall benefiċċju tal awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji. Fid-dawl ta’ dan, hija l qorti tar-rinviju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmi Artikolu 6(1), li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha intiżi li jsolvu l-kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Gerechtshof te Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V.vs Staatssecretaris van Financiën (C-538/08), Oracle Nederland BVvs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi (C-33/09),

(Kawża C-538/08 u C-33/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti u servizzi - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu regoli li jeskludu d-dritt għat-tnaqqis eżistenti meta s-Sitt Direttiva tal-VAT daħlet fis-seħħ - Emenda wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva)

2010/C 148/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden, Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding B.V. (C-538/08), Oracle Nederland BV (C-33/09)

Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën (C-538/08), Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi (C-33/09)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU 71, p. 1303) u tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23) — Esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu l-esklużjonijiet eżistenti matul id-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva — Leġiżlazzjoni ta’ qabel is-Sitt Direttiva li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis għal kategoriji ta’ oġġetti u ta’ servizzi previsti sabiex jintużaw għat-trasport privat — Definizzjoni ta’ dawn il-kategoriji

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut mal-kategoriji tal-ispejjeż li jirrigwardaw, minn naħa, il-provvista ta’ “mezz ta’ trasport individwali”, ta’ “ikel”, ta’ “xorb”, ta’ “akkomodazzjoni”, kif ukoll “offerta ta’ attività ta’ rikreazzjoni” lill-membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, u min-naħa l-oħra, il-provista ta’ “rigali ta’ negozju” jew “rigali oħra”.

(2)

L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tistabbilixxi li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas, mhux kompletament imma proporzjonalment, il-VAT imħallsa meta oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji inkwistjoni jiġu akkwistati u użati parzjalment għal skopijiet privati u parzjalment għal skopijiet professjonali.

(3)

L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, milli jintroduċi emenda, fir-rigward tal-esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis, li hija intiża, bħala regola, li tirrestrinġilha l-portata, iżda li ma jistax jiġi eskluż, f’każ individwali u għal sena finanzjarja partikolari, li twessgħalha l-portata minħabba n-natura fissa tas-sistema emendata.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009

ĠU C 90, 18.04.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l Awstrija) — Friedrich G. Barth vs Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung

(Kawża C 542/08) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Ħaddiema - Trattament ugwali - Allowance speċjali ta’ anzjanità tal-professuri universitarji prevista f’leġiżlazzjoni nazzjonali li l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Terminu ta’ preskrizzjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

2010/C 148/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Friedrich G. Barth

Konvenut: Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Verwaltungsgerichtshof - Interpretazzjoni tal Artikolu 39 KE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal allowance speċjali ta’ anzjanità għall professuri tal-università u li l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, fil-verżjoni preċedenti tagħha, ġiet ikkonstatata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01) - Leġiżlazzjoni emendata li, billi pprovdiet għas-sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst sabiex jiġu invokati d-drittijiet għall-allowance inkwistjoni biss mid-data tas-sentenza tal Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq, tqiegħed fi żvantaġġ lill-professuri li ġew miċħuda minn din l-allowance minħabba liġi preċedenti li hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta, għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, it-talbiet għall-ħlas ta’ allowances speċjali ta’ anzjanità li ġie mċaħħad minnhom ħaddiem li jkun eżerċita d-drittjiet tiegħu għall-moviment liberu, qabel ma ġiet deċiża s sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C 224/01), iċċitata iktar ’il fuq, minħabba l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Ralf Schräder vs L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

(Kawża C-38/09 P) (1)

(Appell - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja - Regolamenti (KE) Nru 2100/94 u Nru 1239/95 - Agrikoltura - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha - Popolarità tal-varjetà - Prova - Varjetà tal-pjanta SUMCOL 01)

2010/C 148/13

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ralf Schräder (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: M. Ekvad, B. Kiewiet, aġenti, A. von Mühlendahl, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali fl-1.12.09) (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008, Schräder vs CVPO (T-187/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tat-2 ta’ Mejju 2006, li ċaħdet l-appell kontra d-deċiżjoni tas-CVPO li ċaħdet it-talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għal varjetà ta’ pjanta “SUMCOL 01” — Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha — Elementi li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi stabbilita l-popolarità ta’ varjetà — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

R. Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-64/09) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - L-Artikoli 5(3) u (4), 6(3) u 7(1) - Traspożizzjoni mhux konformi”)

2010/C 148/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta l-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex jittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4), 6(3), 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “informazzjoni taż-żarmar [informazzjoni dwar iż-żarmar]” ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u ta’ “żarmar [strippjar]”waqt it-trattament tagħhom — Obbligu għall-manifatturi tal-vetturi u għall-produtturi tal-komponenti li jipprovdu, għal kull tip ta’ vettura ġdida mqiegħda fis-suq, informazzjoni dwar iż-żarmar tagħha, fil-forma ta’ manwali jew b’mezzi elettroniċi tal-medja

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex tittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4) sa fejn, għal dan l-aħħar paragrafu, dawk li jiddemolixxu li jkunu aċċettaw li jieħdu lura għal distruzzjoni vetturi li ma għadhomx jintużaw huma esklużi mis-sistema ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ trattament, l-Artikoli 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-294/09) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/43/KE - Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”)

2010/C 148/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx fit-terminu previst il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern intiżi sabiex tiżgura din il-konformità, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2010 — Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill, Andreas Herden vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-80/09) (1)

(“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Reġistrazzjoni rrifjutata - Trade mark verbali Patentconsult - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

2010/C 148/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill, Andreas Herden (rappreżentant: G. P. Friderichs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008, Mergel et vs UASI (T-335/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja “Patentconsult” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark li tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

V. Mergel, K. Kampfenkel, B. Bill u A. Herden huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18/04/2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-282/09 P) (1)

(“Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) - Reġistrazzjoni rrifjutata - Evalwazzjoni globali rigward prodotti u servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli”)

2010/C 148/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanta: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) (rappreżentanti: P. Greffe u L. Paudrat, avukati)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2009, CFCMCEE vs UASI (Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikorsi tal-appellanti kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju u tat-12 ta’ Settembru 2007, li jiċħdu l-appelli tagħha mir-rifjut tal-eżaminatur li jirreġistra, bħala trade marks, is sinjali verbali PAYWEB CARD u P@YWEB CARD għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 36 u 38 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, tal-15 ta’ Ġunju 1957, dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks — Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) — Ħtieġa li jsir eżami separat ta’ kull waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament — Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti u s-servizzi kkonċernati bl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2009 — Der Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof vs E u F

(Kawża C-550/09)

2010/C 148/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Der Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Konvenuti: E u F

Domandi preliminari

(1)

L-inklużjoni f’lista, abbażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (1), tas-27 ta’ Diċembru 2001, ta’ organizzazzjoni li ma ppreżentatx rikors kontra d-deċiżjonijiet li jikkonċernawha, għandha tiġi kkunsidrata, b’kunsiderazzjoni, skont il-każ, tal-proċedura emendata li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2007/445/KE (2) li hija effikaċji (“wirksam”) mill-bidu nett anki fil-każ fejn l-inklużjoni fil-lista ssir bi ksur tal-garanziji proċedurali bażiċi?

(2)

L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jkun hemm disponibbiltà, jew involviment fid-disponibbiltà ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi lill-persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet inklużi fil-lista li tinsab fl-Artikolu 2(3) ta’ dan l-istess regolament, jew parteċipazzjoni fl-attivitajiet li għandhom bħala għan il-ksur tal-Artikolu 2 tal-istess regolament, anki fil-każ fejn il-fornitur stess huwa membru tal-persuna ġuridika, tal-grupp jew tal-entità inkwistjoni?

(3)

L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jkun hemm disponibbiltà, jew involviment fid-disponibbiltà ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi lill-persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet inklużi fil-lista li tinsab fl-Artikolu 2(3) ta’ dan l-istess regolament, jew parteċipazzjoni fl-attivitajiet li għandhom bħala għan il-ksur tal-Artikolu 2 tal-istess regolament, anki fil-każ fejn l-assi finanzjarji intiżi għall-persuna ġuridika, għall-grupp jew għall-entità inkwistjoni, huma diġà aċċessibbli (anki indirettament) minnu jew minnha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2010 minn France Télécom SA mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) fil-Kawżi magħquda T-427/04 u T-17/05, Ir-Repubblika Franċiża u France Télécom vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-81/10 P)

2010/C 148/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: France Télécom SA (rappreżentanti: S. Hautbourg, L. Olza Moreno, L. Godfroid u M. van der Woude, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tagħti deċiżjoni finali fuq il-mertu skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tilqa’ t-talbiet imressqa minn France Télécom fl-ewwel istanza;

sussidjarjament tirreferi l-kawża lill-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka ħames aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, France Télécom tinvoka l-ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat mill-Qorti tal-Prim’Istanza, peress li din tal-aħħar aċċettat tali kwalifika meta rrikonoxxiet li l-eżistenza (jew le) ta’ vantaġġ eventwali ma jiddependix f’dan il-każ mill-karatteristiċi tal-iskema inkwistjoni, iżda minn fatturi li ma għandhomx x’jaqsmu mal-iskema nfisha u li l-effetti tagħhom setgħu biss jiġu osservati ex post. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet kisret in-natura stess tas-sistema ta’ stħarriġ minn qabel tal-għajnuna tal-Istat previst mill-Artikoli 107 u 108 TFUE, sistema ex ante bbażata fuq analiżi oġġettiva tal-karatteristiċi partikolari tas-sistemi fuq il-bażi ta’ notifika minn qabel tal-awtoritajiet nazzjonali.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret il-kunċett ta’ vantaġġ peress illi hija rrifjutat li tagħmel analiżi globali tad-dispożizzjonijiet kollha previsti mis-sistema fiskali ta’ deroga. Stabbilita bil-Liġi Nru 90-568, din is-sistema fil-fatt tipprovdi żewġ metodi speċifiċi ta’ ntaxxar, wieħed tal-“ġbir ta’ ammont globali” matul is-snin 1991 sa 1993, li rriżulta f’intaxxar ogħla tal-appellanti meta mqabbel mad-dritt komuni, u l-ieħor ta’ dritt komuni matul il-perjodu 1994-2002, li kellu effett favorevoli fuq it-taxxa għal din tal-aħħar. Billi l-Qorti tal-Prim’Istanza rrifjutat li tqabbel l-effetti tas-sistema fiskali derogatorja kollha kemm hi, għaż-żewġ perijodi inkwistjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet numru ta’ żbalji ta’ liġi.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tallega ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi peress illi l-Qorti tal-Prim’Istanza rrifjutat li tikkunsidra li s-silenzju tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema ta’ taxxa stabbilita, fid-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Frar 2005 dwar La Poste, seta’ jnissel fl-appellanti aspettativi dwar il-konformità tal-miżuri inkwistjoni fir-rigward tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali, speċifiċi għal din il-kawża, li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, France Télécom tinvoka nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza peress illi l-Qorti tal-Prim’Istanza ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha b’dik tal-Kummissjoni bi tweġiba għall-argumenti tagħha bbażati fuq ksur tal-prinċipju tal-preskrizzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. Għalhekk, skont l-appellanti, it-terminu ta’ preksrizzjoni ta’ għaxar snin previst mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) kellu jiġi kkalkolat mid-data tat-2 ta’ Lulju 1990, data li fiha l-Liġi Nru 90-568 stabbilixxiet is-sistema ta’ taxxa inkwistjoni, u mhux mill-jum li fih l-għajnuna kienet effettivament ingħatat lill-benefiċjarju.

Permezz tal-ħames u l-aħħar aggravju tagħha, l-appellanti fl-aħħar nett issostni illi l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma tikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali, tikkwantifika l-għajnuna fuq il-bażi ta’ “limitu massimu u minimu” u tordna l-irkupru tiegħu, meta kien impossibbli li jiġi ddeterminat il-vantaġġ attwali li hija setgħet tibbenefika minnu. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tirrispondi għall-argumenti kollha ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-5 ta’ Marzu 2010 — European Air Transport SA vs Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles-Capitale, Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-120/10)

2010/C 148/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: European Air Transport SA

Konvenuti: Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles-Capitale, Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “restrizzjoni fuq l-operat” imsemmi fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi regoli li jistabbilixxu limiti fil-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni, bil-premessa li l-ajruplani huma marbuta li josservaw ir-rotot u li jikkonformaw ruħhom mal-proċeduri ta’ nżul u ta’ tlugħ stabbiliti minn awtoritajiet amministrattivi oħrajn mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-limiti tal-ħoss?

(2)

L-Artikoli 2(e) u 4(4) tal-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li “kull restrizzjoni fuq l-operat” għandha tkun “ibbażata fuq il-prestazzjoni”, jew dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li dispożizzjonijiet oħra, dwar il-protezzjoni tal-ambjent, jillimitaw l-aċċess għall-ajruport skont il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni?

(3)

L-Artikolu 4(4) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li minbarra r-restrizzjonijiet fuq l-operat ibbażati fuq il-prestazzjonijiet li huma stabbiliti skont il-ħoss magħmul mill-ajruplan, regoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent jistabbilixxu limiti fuq il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport?

(4)

L-Artikolu 6(2) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li regoli jistabbilixxu limiti fil-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni, liema regoli jkunu jistgħu jinkisru minn ajruplani li jissodisfaw ir-regoli tal-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Marzu 2010 — Waltraud Brachner vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-123/10)

2010/C 148/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Waltraud Brachner

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema ta’ aġġustament annwali tal-pensjoni (valorizazzjoni) prevista mil-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-irtirar obbligatorja hija wkoll suġġetta għall-projbizzjoni mid-diskriminazzjoni msemmija fil-paragarafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali ta’ sistema ta’ aġġustament annwali tal-pensjoni li tipprovdi, għal grupp speċifiku ta’ persuni intitolati għall-pensjoni li jirċievu pensjoni minima, żieda potenzjalment inqas miż-żieda applikabbli għal persuni oħra intitolati għal pensjoni sa fejn din il-leġiżlazzjoni għandha effetti sfavorevoli għal 25 % tal-pensjonanti rġiel iżda effett sfavorevoli għal 57 % tal-pensjonanti nisa, u dan fin-nuqqas ta’ kwalunkwe motiv oġġettiv ta’ ġustifikazzjoni?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: trattament sfavorevoli tan-nisa fiż-żieda annwali tal-pensjoni tagħhom jista’ jiġi ġġustifikat permezz tal-fatt li huma jirċievu iktar kmieni l-pensjoni, permezz tal-fatt li huma jirċievu l-pensjoni tagħhom għal żmien itwal jew permezz tal-fatt li l-ammont standard għal qligħ minimu previst mid-dritt soċjali (ammont standard tal-benefiċċji ta’ kumpens) ġie miżjud b’mod proporzjonalment ogħla jew inkella permezz tat-tliet motivi flimkien meta d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti tal-qligħ minimu tad-dritt soċjali (benefiċċju ta’ kumpens) jipprovdu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-qligħ l-ieħor tal-persuna intitolata għall-pensjoni kif ukoll il-qligħ tal-konjuġi tagħha li joqgħod magħha filwaqt li l-pensjonijiet tal-pensjonanti l-oħra huma miżjuda mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-qligħ tal-persuna intitolata għall-pensjoni jew il-qligħ tal-konjuġi tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-12 ta’ Marzu 2010 — Corman SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

(Kawża C-131/10)

2010/C 148/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corman SA

Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [tal-Kummissjoni] (KE) Nru 2571/97, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (1), u tar-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999 ], dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu leġiżlazzjoni settorjali Komunitarja li tidderoga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, (3) u li tostakola l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-preskrizzjoni?

(2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, għandu jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli biss għall-każijiet fejn l-irregolarità titwettaq mill-benefiċjarju ta’ sussidju, filwaqt li r-regola ġenerali tal-preskrizzjoni ta’ 4 snin tapplika fil-każijiet kollha ta’ irregolaritajiet imwettqa minn partijiet kontraenti mal-benefiċjarju u dan fid-dawl tat-terminu massimu ta’ 4 snin applikabbli għal-leġiżlazzjoni [Komunitarja] tal-partijiet kontraenti fil-kuntest tal-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 22, p. 147.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 366.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/15


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-133/10)

2010/C 148/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u K. Walkerová, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (1), u fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/81/KE skada fid-19 ta’ Diċembru 2006. Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 312, p. 47


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-137/10)

2010/C 148/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il-Komunitajiet Ewropej

Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 282 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-kliem “[g]ħal dan il-għan, il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni” li jinsabu fit-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li istituzzjoni hija validament awtorizzata li tirrappreżenta lill-Komunità bis-saħħa tas-sempliċi fatt li jeżisti mandat li bih il-Kummissjoni ddelegat lil din l-istituzzjoni s-setgħat ta’ rappreżentazzjoni legali tal-Komunità, irrispettivament mill-fatt jekk il-mandat jaħtarx jew le, b’mod partikolari, persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni ddelegata?

(2)

Jekk le, tista’, qorti nazzjonali bħall-Conseil d’État, tivverifika l-ammissibbiltà ta’ rikors ta’ istituzzjoni Ewropea debitament awtorizzata biex taġixxi mill-Kummissjoni, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 282 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, billi teżamina jekk din l-istituzzjoni hijiex rappreżentata mill-persuna fiżika adegwata li hija awtorizzata li tippreżenta rikors quddiem il-qorti nazzjonali?

(3)

Sussidjarjament, u f’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-kliem “assistit minn Deputat Segretarju Ġenerali li jkun responsabbli mit-tmexxija tas-Segretarjat Ġenerali”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-Deputat Segretarju Ġenerali jista’ validament jirrapreżenta l-Kunsill għall-finijiet ta’ preżentata ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali?


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2010 — DP grup EOOD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

(Kawża C-138/10)

2010/C 148/25

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad Sofia-grad.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DP grup EOOD

Konvenut: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtorità doganali l-obbligu li tillimita ruħha għall-verifika tal-konformità tad-dikjarazzjoni doganali mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62 ta’ dan ir-regolament, billi tivverifika biss id-dokumenti kif stipulat fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-regolament, u li tibbaża ruħha biss fuq id-dokumenti ppreżentati sabiex tiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, meta jkun hemm xi dubju dwar ir-rilevanza tal-kodiċi tariffarju tal-merkanzija u meta evalwazzjoni speċjalizzata hija neċessarja sabiex jiġi ddeterminat dan il-kodiċi?

(2)

Id-deċiżjoni tal-awtorità doganali dwar l-aċċettazzjoni immedjata tad-dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandha, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tiġi kkunsidrata bħala deċiżjoni ta’ awtorità doganali fis-sens tal-Artikolu 4(5) flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u dan b’mod partikolari safejn tirrigwarda il-kontenut kollu tad-dikjarazzjoni doganali, fejn ikun hemm preżenti, fl-istess ħin, iż-żewġ ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni tal-awtorità doganali, relatata mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, ittieħdet biss abbażi tad-dokumenti ppreżentati flimkien mad-dikjarazzjoni;

(b)

fit-twettiq tal-verifiki meħtieġa qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, kien hemm suspett dwar l-ineżatezza tal-kodiċi tariffarju ddikjarata għall-merkanzija;

(c)

fit-twettiq tal-verifiki meħtieġa qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, l-elementi dwar il-kontenut tal-merkanzija ddikjarata u li huma rilevanti għad-determinazzjoni korretta tal-kodiċi tariffarja kienu inkompleti;

(d)

fil-verifika qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, ittieħed kampjun sabiex jiġi eżaminat fid-dawl tad-determinazzjoni korretta tal-kodiċi tariffarja tal-merkanzija?

(3)

L-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu, fiċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li:

(a)

huwa permess li tiġi kkontestata ġudizzjarjament il-legalità tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, wara li l-merkanzija titqiegħed fil-libera ċirkulazzjoni, jew

(b)

l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ma tistax tkun suġġetta għal rikors, minħabba li din tirreġistra biss id-dikjarazzjoni tal-merkanzija lill-awtoritajiet doganali u tiddetermina l-mument meta jibda d-dejn doganali għall-importazzjoni u li ma tikkostitwixxix deċiżjoni ta’ awtorità doganali dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tariffarja korretta u l-ammont tad-dazji doganali dovuti skont din id-dikjarazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2010 — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

(Kawża C-144/10)

2010/C 148/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts

Konvenut: JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch

Domandi preliminari

(1)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), jestendi wkoll għall-kawżi li fihom kumpannija jew persuna ġuridika tikkontesta, fir-rigward ta’ kawża mressqa kontriha abbażi ta’ att legali, l-invalidità, minħabba ksur tal-istatut tal-assoċjazzjoni, tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħha li wasslu għall-konklużjoni ta’ dan l-att?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll għall-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku sa fejn il-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħhom għandha tiġi mistħarrġa mill-qrati ċivili?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: il-qorti tal-Istat Membru, li tkun l-aħħar istanza fil-proċeduri legali skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001, għandha tissospendi l-proċeduri meta jiġi sostnut, fir-rigward ta’ konvenzjoni li tattribwixxi ġurisdizzjoni, il-fatt li din il-konvenzjoni hija wkoll mingħajr effett minħabba l-invalidità, skont l-istatuti tal-assoċjazzjoni, tad-deċiżjoni tal-korpi tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgerichts Wien (l-Awstrija) fit-22 ta’ Marzu 2010 — Eva-Maria Painer vs Standard VerlagsGmbH et

(Kawża C-145/10)

2010/C 148/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgerichts Wien (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva-Maria Painer

Konvenuti: Standard VerlagsGmbH, Axel Springer AG, Süddeutsche Zeitung GmbH, SPIEGEL-Verlag Rudolf AUGSTEIN GmbH & Co KG, Verlag M. DuMont Schauberg Expedition der Kölnischen Zeitung GmbH & Co KG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li t-talbiet imressqa kontra diversi konvenuti minħabba ksur tad-dritt tal-awtur sostanzjalment identiċi bbażati fuq bażijiet legali li huma differenti skont il-pajjiż, iżda li l-kontenut tagħhom huwa essenzjalment identiku — kif inhu l-każ għall-Istati Ewropej kollha fir-rigward tad-dritt li jinkiseb mandat ta’ inibizzjoni tal-aġir inkwistjoni indipendentament minn kull nuqqas tal-konvenut, id-dritt għal kumpens adegwat għal atti li jiksru d-dritt tal-awtur u d-dritt għad-danni minħabba l-użu illegali tax-xogħol — ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu u għaldaqstant li dawn it-talbiet jkunu investigati u deċiżi fl-istess żmien?

(2)

(a)

Fid-dawl tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2), l-Artikolu 5(3)(d) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li artikolu tal-istampa jiċċita xogħol jew oġġett ieħor protett ma jkunx xogħol litterarju protett mid-dritt tal-awtur ma jostakolax l-applikazzjoni tiegħu?

(b)

Fid-dawl tal-Artikolu 5(5) tad-direttiva 2001/29, l-Artikolu 5(3)(d) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li l-isem tal-awtur jew l-artist li jinterpreta x-xogħol jew oġġett ieħor protett ma jkunx indikat ma jostakolax l-applikazzjoni tiegħu?

(3)

(a)

Fid-dawl tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, l-Artikolu 5(3)(e) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu fl-interess tal-ġustizzja kriminali fil-kuntest tas-sigurtà pubblika jirrikjedi sejħa konkreta, attwali u espressa tal-awtoritajiet ta’ sigurtà li jippublikaw ir-ritratt, jiġifieri li r-ritratt għandu jiġi ppubblikat għall-finijiet ta’ investigazzjoni fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet, u li hemm ksur tad-dritt tal-awtur jekk dan ma jsirx?

(b)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 3(a) iktar ’il fuq: jistgħu l-medja jibbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 5(3)(e) tad-Direttiva 2001/29 anki fil-każ fejn dawn jiddeċiedu minn rajhom, mingħajr avviż ta’ tfittixija mill-awtoritajiet, li dawn ir-ritratti jkunu ppubblikati “fl-interess tas-sigurtà pubblika”?

(ċ)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(b) iktar ’il fuq: f’dan il-każ, huwa biżżejjed l-medja tiddikjara a posteriori li ritratti jkunu ġew ippubblikati għall-finijiet ta’ investigazzjoni, jew, fi kwalunkwe każ, huwa meħtieġ li ssir sejħa konkreta lill-qarrejja, sabiex jintalbu jikkontribwixxu jagħtu dawl fuq ksur ta’ liġi kriminali u li din is-sejħa tkun direttament assoċjata mal-pubblikazzjoni tar-ritratt?

(4)

Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali (KEDB), tal-20 Marzu 1952, u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3), l-Artikoli 1(1) u 5(5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, u l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (irriveduta f’Pariġi fl-24 ta’ Lulju 1971 u emendata fit-28 Settembru 1979), għandhom jiġu interpretat fis-sens li d-dritt tal-awtur jagħti lil xogħlijiet fotografiċi u/jew lil ritratti, b’mod partikolari lil ritratti ta’ persuni, protezzjoni “inqas” jew saħansitra l-ebda protezzjoni, minħabba l-fatt li, fir-rigward tar-“ritratt realista”, dawn tal-aħħar għandhom potenzjal artistiku żgħir wisq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.

(3)  ĠU 2000, C 364, p. 1


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-146/10)

2010/C 148/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u M. Adam, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1). u, f’kull każ, billi ma kkomunikatx b’mod sħiħ lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet adottati b’dan il-mod, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-1 ta’ Mejju 2008.


(1)  ĠU L 102, p. 15.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division, fid-29 ta’ Marzu 2010 — British Sugar plc vs Rural Payments Agency, Aġenzija Eżekuttiva tad-Department for Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-147/10)

2010/C 148/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: British Sugar plc

Konvenuti: Rural Payments Agency, Aġenzija Eżekuttiva tad-Department for Environment, Food and Rural Affairs.

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tas-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2008, Zuckerfabrik Jülich, (C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra. p. I-3231) u tad-Digriet tas-6 ta’ Ottubru 2008 SAFBA, (C-175/07 sa C-184/07, Ġabra. p. I-142*) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 (1) huwa invalidu?

(2)

Fid-dawl tal-bażi legali li fuqha ġie adottat, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 huwa invalidu?

(3)

Għall-kalkolu tal-kumpens dovut minħabba ħlas żejjed tal-imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor għas-snin 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, ir-rata tal-kambju applikabbli u d-data ta’ konverżjoni huma kwistjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jitlob li l-kumpens jingħata skont ir-rata tal-kambju li kienet tapplika fiż-żmien meta ġie inizjalment ġie kkalkolat il-ħlas żejjed tal-imposti? Jekk iva, l-Artikolu 6 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 huwa validu?

(4)

Fir-rigward tal-interessi:

(i)

Il-liġi tal-UE tipprekludi li persuna li tinsab f’pożizzjoni bħal dik tar-rikorrenti tirkupra, l-interessi fuq l-ammonti mħallsa żejda mingħand l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġbir tal-imposti fuq il-produzzjoni, minħabba regolament tal-Kummissjoni li jkun ġie ddikjarat invalidu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tiġi prekluża milli tirkupra l-interessi fuq l-ammonti korrispondenti dovuti lilha mill-Kummissjoni?

(ii)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda i) iktar ’il fuq, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji (Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom (3) u r-regolament li jimplementaha (KE) Nru 1150/2000 (4)) tipprekludi l-awtorità nazzjonali kompetenti mill-ġbir tal-imposti fuq il-produzzjoni milli tkun tista’ tirkupra l-interessi fuq l-ammonti dovuti lilha mill-Kummissjoni fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża?

(iii)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda i) iktar ’il fuq, il-liġi tal-UE tipprekludi lil qorti nazzjonali jew lil awtorità nazzjonali milli jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali eventwali tagħhom billi jiddeċiedu li ma jagħtux interessi fiċ-ċirkustanzi li fihom huma jagħtu rimbors lil persuna li tinsab f’pożizzjoni bħal dik tar-rikorrenti?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, ĠU L 321, p. 1

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (il-Greċja) fid-29 ta’ Marzu 2010 — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon

(Kawża C-149/10)

2010/C 148/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zoi Chatzi.

Konvenuta: Ypourgos Oikonomikon.

Domandi preliminari

(1)

Huwa possibbli li jiġi dedott mill-Klawżola 2.1 tad-Direttiva 96/34/KE — tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC — interpretat flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-drittijet tat-tfal, kif ukoll mit-titjib fil-livell tal-ħarsien tal-imsemmija drittijiet miġjub mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tistabbilixxi wkoll dritt għal leave parentali, b’mod li l-għoti ta’ leave parentali wieħed f’każ ta’ twelid ta’ tewmin jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq it-twelid u minħabba restrizzjoni tad-drittijiet tat-tfal tewmin li mhijiex permessa bil-prinċipju ta’ proporzjonalità?

(2)

Fil-każ ta’ tweġiba negattiva għad-domanda preċedenti: il-kelma “twelid” fil-Klawżola 2.1 tad-Direttiva 96/34/KE timplika li l-għoti ta’ dritt doppju għall-ġeneturi li jaħdmu u li jingħatalhom l-leave parentali minħabba t-tqala tat-tewmin huwa r-riżultat tat-twelid suċċessiv taż-żewġt itfal (tewmin)? Jew timplika li l-leave parentali jingħata għal twelid, irrispettivament min-numru ta’ tfal imwielda mit-tqala, mingħajr ma’ dan il-fatt jikser l-ugwaljanza legali tal-Artikolu 20 tal-Karta?


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Marzu 2010 — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-152/10)

2010/C 148/31

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unomedical A/S

Konvenut: Skatteministeriet (il-Ministeru Daniż tat-Taxxa)

Domandi preliminari

(1)

Borża tad-dijalisi, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal apparat ta’ dijalisi u tista’ tintuża biss permezz tiegħu, għandha tiġi klassifikata taħt

il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9010 90 30, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal apparat ta’ dijalisi,

jew

il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?

(2)

Borża li titbattal fiha l-awrina, mmanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal kateter u konsegwentement tista’ tintuża biss — u fil-fatt hija użata biss — permezz ta’ katerer, għandha tiġi klassifikata taħt

il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9018399030, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal kateter,

jew

il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/21


Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 minn Karen Goncharov kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 fil-Kawża T-34/07 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSB

(Kawża C-156/10 P)

2010/C 148/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Karen Goncharov (rappreżentanti A. Späth u G. N. Hasselblatt, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

(1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 (Kawża T-34/07),

(2)

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1330/2005-2) u

(3)

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 (T-34/07) għandha tiġi annullata peress li tikser id-dispożizzjoni dwar l-esklużjoni ta’ reġistrazzjoni minħabba raġunijiet relattivi għal rifjut tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (issostitwit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja).

Il-Qorti Ġenerali applikat, b’mod żbaljat fil-liġi, il-prinċipji ġenerali għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx iċ-ċirkustanzi tal-każ b’mod komprensiv billi ma kkunsidratx li t-trade marks inkwistjoni huma fformati minn akronimi.

Il-Qorti Ġenerali fl-aħħar mill-aħħar ibbażat id-deċiżjoni tagħha biss fuq l-osservanza li l-konsumatur ġeneralment jattribwixxi l-iktar piż lill-ewwel parti tal-kliem. F’dan ir-rigward, id-differenza fil-forma tal-ittra “W” fit-trade mark ikkontestata mhijiex biżżejjed sabiex telimina x-xebh viżiv u fonetiku.

Il-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li t-trade marks kunfliġġenti mhumiex kliem imma akronimi. Ir-raġunijiet li wasslu għas-sentenza juru li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni komprensiva tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, iżda ddependiet biss fuq osservazzjonijiet, li barra minn dan ma jistgħux jitqiesu bħala applikabbli fil-każ preżenti sabiex fuqhom tittieħed deċiżjoni.

Fil-fatt, is-soltu l-konsumaturi janalizzaw l-ittri fl-akronimi separatament. Għalhekk għal trade marks komposti minn akronimi ma jistgħux jiġu applikati l-osservazzjonijiet li jirriżultaw mit-trades marks verbali.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-6 ta’ April 2010 — Olivier Martinez, Robert Martinez vs Société MGN Ltd.

(Kawża C-161/10)

2010/C 148/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olivier Martinez, Robert Martinez

Konvenuta: Société MGN Ltd

Domandi preliminari

L-Artikoli 2 u 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu ġurisdizzjoni lil qorti ta’ Stat Membru sabiex tiddeċiedi dwar rikors li jirrigwarda ksur tad-drittijiet relatati mal-personalità li jista’ jitwettaq minħabba li informazzjoni u/jew ritratti jitqiegħdu online fuq sit tal-internet ippubblikat fi Stat Membru ieħor minn kumpannija rreġistrata f’dan it-tieni Stat — jew inkella fi Stat Membru ieħor, li fi kwalunwke każ huwa differenti mill-ewwel wieħed–:

jew abbażi tal-kundizzjoni li dan is-sit tal-internet ikun jista’ jiġi kkonsultat minn ġewwa dan l-ewwel Stat,

jew unikament meta bejn il-fatt li jikkawża ħsara u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat teżisti rabta suffiċjenti, sostanzjali jew sinjifikattiva u, f’dan it-tieni każ, jekk din ir-rabta tistax tirriżulta:

min-numru ta’ konnessjonijiet għall-paġna inkwistjoni minn ġewwa dan l-ewwel Stat Membru, f’valur assolut jew relattiv għall-konnessjonijiet kollha għall-imsemmija paġna,

mir-residenza, jew anki min-nazzjonalità, tal-persuna li tilmenta minn ksur tad-drittijiet tagħha relatati mal-personalità jew, b’mod iktar ġenerali, tal-persuni kkonċernati,

mil-lingwa li fiha tkun imxandra l-informazzjoni inkwistjoni jew minn kull element ieħor li jista’ juri r-rieda tal-editur tas-sit li jindirizza speċifikament lill-pubbliku ta’ dan l-ewwel Stat,

mill-post fejn iseħħu l-fatti msemmija u/jew fejn ittieħdu r-ritratti li eventwalment tqiegħdu online,

minn kriterji oħrajn?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 4, p. 42).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewoprea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-307/08) (1)

2010/C 148/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/22


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Tübingen — il-Ġermanja) — FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH vs Notar Gerhard Schwenkel, fil-preżenza ta’: Präsidentin des Landgericht Tübingen

(Kawża C-450/08) (1)

2010/C 148/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/22


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal — ir-Renju Unit) — The Motor Insurers’ Bureau vs Helphire (UK) Limited, Angel Assistance Limited

(Kawża C-26/09) (1)

2010/C 148/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-172/09) (1)

2010/C 148/37

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-223/09) (1)

2010/C 148/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-370/09) (1)

2010/C 148/39

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Tereos, Vermandoise Industries SA, Sucreries de Toury et Usines annexes SA, Roquette Frères SA, Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré Fils SA, Cristal Union, Lesaffre Frères SA, Sucrerie Bourdon, SAFBA, Sucreries du Marquenterre SA vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

(Kawżi maqgħuda C-411/09 sa C-420/09) (1)

2010/C 148/40

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


Il-Qorti Ġenerali

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Amann & Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Kunċett ta’ ksur uniku - Definizzjoni tas-suq - Multi - Limitu tal-multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Drittijiet tad-difiża - Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi”)

2010/C 148/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amann & Söhne GmbH & Co KG (Bönnigheim, il-Ġermanja), u Cousin Filterie SAS (Wervicq-Sud, Franza) (rappreżentanti: A. Röhling, M. Dietrich u C. Horstkotte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti, assistiti minn G. Eickstädt, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 PO/Ħajt), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Amann & Söhne GmbH & Co. KG u Cousin Filterie SAS huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Oxley Threads vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt għall-industrija tal-karozzi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi”)

2010/C 148/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oxley Threads Ltd (Ashton-under-Lyne, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Peretz, barrister, M. Rees u K. Vernon, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 — PO/Thread [Ħajt]), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Oxley Threads Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 48, 25.2.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — BST vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Żvelar ta’ informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali - Dannu - Rabta kawżali”)

2010/C 148/43

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Belgian Sewing Thread (BST) NV (Deerlijk, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, relatata ma’ proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 — PO/Thread [Ħajt]), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-kumpens, skont ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Belgian Sewing Thread (BST) NV fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, relatata ma’ proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 — PO/Thread [Ħajt]), huwa ffissat għal EUR 856 800.

(2)

Il-kumplament tat-talba għal annullament huwa miċħud.

(3)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(4)

BST għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn BST.


(1)  ĠU C 60, 11.03.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/05 u T-457/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Impatt reali fuq is-suq - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

2010/C 148/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gütermann AG (Gutach-Breisgau, il-Ġermanja) (Kawża T-456/05); u Zwicky & Co. AG (Wallisellen, L-Iżvezja) (Kawża T-457/05) (rappreżentanti: J. Burrichter, B. Kasten u S. Orlikowski-Wolf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, M. Schneider u K. Mojzesowicz, sussegwentement F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 PO/Ħajt), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Gütermann AG u Zwicky & Co. AG huma kkundannati għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.03.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2010 — Esotrade vs UASI — Segura Sánchez (YoKaNa)

(Kawża T-103/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva YoKaNa - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti YOKONO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Esotrade, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Rivera Lamo de Espinosa u J. E. Astiz Suárez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Antonio Segura Sánchez (Alicante, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2006 (Każ R 217/2004-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Antonio Segura Sánchez u Esotrade, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 20.05.2006.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2010 — Cabel Hall Citrus vs UASI — Casur (EGLÉFRUIT)

(Kawża T-488/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali EGLÉFRUIT - Trade mark Kommunitarja verbali preċedenti UGLI u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UGLI Fruit - but the affliction is only skin deep - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cabel Hall Citrus Ltd (George Town, Grand Cayman, il-Gżejjer Kajman) (rappreżentant: C. Rogers, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Casur S. Coop. Andaluza (Viator, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Settembru 2007 (Każ R 293/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cabel Hall Citrus Ltd u Casur S. Coop. Andaluza.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cabel Hall Citrus Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2010 — Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)

(Kawża T-187/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta kelb - Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi - Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark - Talba għal restitutio in integrum - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rodd & Gunn Australia Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u N. Jenkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1245/2007-4), dwar talba għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Rodd & Gunn Australia Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T-249/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin - Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti coin - Raġuni relattiva għal rifjut - Pubbliku rilevanti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coin SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Ġreċja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1) hija annullata.

(2)

L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/08 u T-275/08) (1)

(“FAEG - Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEG - Ammonti li għandhom jitħallsu lura mingħand ir-Repubblika Taljan fin-nuqqas ta’ rkupru fit-termini previsti - Kunċett ta’ konsegwenzi finanzjarji - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi - Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005”)

2010/C 148/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Fil-kawża T-274/08, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/396/KE, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet [clearance tal-kontijiet] ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007 (ĠU L 139, p. 33), sa fejn tinkludi interessi fuq is-somom attribwiti lill-baġit tal-Istat Taljan skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), fil-Kawża T-275/08, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/394, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet [clearance tal-kontijiet] ta’ ċerti aġenziji ta’ ħlas fil-Ġermanja, fl-Italja u fis-Slovakkja dwar l-infiq iffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) għas-sena finanzjarja 2006 (ĠU L 139, p. 22), sa fejn tinkludi interessi fuq is-somom attribwiti lill-baġit tal-Istat Taljan skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-274/08 u T-275/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — Queen Sirikit Institute of Sericulture (Thai Silk)

(Kawża T-361/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Thai Silk - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrapreżenta għasfur - Ammissibbiltà tar-rikors - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja); u van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Queen Sirikit Institute of Sericulture, Office of the Permanent Secretary, Ministry of Agriculture and Cooperatives, Thailand (it-Tajlandja) (Bangkok, it-Tajlandja), ammessi jissostitwixxu l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister’s Office, Thailand (it-Tajlandja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1677/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister’s Office, Thailand.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Peek & Cloppenburg kif ukoll van Graaf GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2010 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY’S Products)

(Kawża T-514/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BILLY’S Products - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti BYLY u byly - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Byly, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: L. Plaza Fernández-Villa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vasileios Ginis (Ateni, il-Greċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 469/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Byly, SA u Vasileios Ginis.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 469/2008-2) hija annullata.

(2)

L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19 24.1.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Schunk vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ ċokk ta’ torn)

(Kawża T-7/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/52

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik (Lauffen am Neckar, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koppe-Zagouras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Claro vs UASI — Telefónica (Claro)

(Kawża T-225/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO - Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)”)

2010/C 148/53

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Claro, SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Telefónica SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica SA u BCP S/A.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Claro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2010 — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-529/08 sa T-531/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali - Irkupru ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali - Applikazzjoni tas-sistema tal-interessi komposti - Att konfermattiv - Inammissibbiltà”)

2010/C 148/54

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (Spanja) (Kawża T-529/08); Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (Spanja) (Kawża T-530/08); u Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (Spanja) (Kawża T-531/08) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Urraca Caviedes, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Ottubru 2008, li tindika lir-rikorrenti li għandhom jiġu applikati l-interessi komposti fil-kuntest tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/820/KE, 2002/894/KE u 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implemementata minn Spanja favur impriżi fil-provinċji ta’ Álava, ta’ Guipúzcoa u ta’ Vizcaya rispettivament fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1, ĠU 2002, L 314, p. 26, u ĠU 2003, L 17, p. 1 rispettivament) u mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/892/KE, 2002/540/KE u 2002/806/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda li nħolqu fil-provinċji ta’ Álava, ta’ Guipúzcoa u ta’ Vizcaya rispettivament (ĠU 2002, L 314, p. 1, ĠU 2002, L 174, p. 31, u ĠU 2002, L 279, p. 35 rispettivament), deċiżjonijiet ikkonfermati mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (T-230/01 sa T-232/01 u T-267/01 sa T-269/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava; Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa u Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/09 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat”)

2010/C 148/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-87/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż li jannulla dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Ayadi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-527/09)

2010/C 148/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chafiq Ayadi (rappreżentanti: H. Miller Solicitor, B. Emmerson u S. Cox, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 954/2008, sa fejn tapplika għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (1), sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi insostenn tat-talbiet tiegħu.

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha billi inkludiet lir-rikorrent fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 mingħajr ma eżaminat b’attenzjoni u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti tal-każ tar-rikorrent.

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv peress li r-regolament ma kellux bażi ta’ prova u, bħala konsegwenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax lanqas tibda teżerċita d-dmir tagħha li tikkunsidra l-provi.

It-tielet nett, ir-rikorrent issostni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tad-dritt ta’ difiża tar-rikorrent. Huwa jsostni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni ta’ provi iżda għamlet biss allegazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Mingħajr il-provi, ir-rikorrent ma setax jindirizza l-Kummissjoni dwar difetti f’dawn il-provi jew dwar interpretazzjonijiet żbaljati.

Ir-raba’ nett, huwa jsostni li r-regolament ikkontestat, li jiffriża l-assi tar-rikorrent kemm retroattivament u, għal perijodu indeterminat, għall-futur, jikkostitwixxi restrizzjoni mhux iġġustifikata għad-dritt fundamentali tiegħu ta’ proprjetà.


(1)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 20.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/32


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-117/10)

2010/C 148/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 10350 finali, tat- 22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija ta’ parti mill-parteċipazzjoni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-programm operattiv POR Puglia Objettiv 1 2000-2006.

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Taljana kkontestat, quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 10350 finali, tat-22 ta’ Diċembru 2009, innotifikata fit-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija ta’ parti mill-parteċipazzjoni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-programm operattiv POR Puglia Objettiv 1 2000-2006.

Insostenn tar-rikors tagħha r-Repubblika Taljana ressqet dawn il-motivi.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 39(2)(ċ) u (3) tar-Regolament Nru 1260/99 (1) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001 (2). F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li l-awdituri Komunitarji kkonstataw nuqqasijiet sistematiċi fil-verifiki ta’ livell primarju ta’ ċertu ksur li ma ġiex identifikat mit-tali verifiki fl-għoti u l-implementazzjoni ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi. Filwaqt li d-deċiżjoni kkontestata fil-fatt ma kkonfutatx b’mod fattwali l-kontroargumenti analitiċi magħmula mir-Regione li kienu jeskludu l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistematiċi, hija xorta waħda applikat rettifika ta’ 10 % skont l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1260/99, daqs li kieku s-sistemi ta’ verifika reġjonali ta’ livell primarju ma kinux konformi ma’ dak li hu previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001. B’hekk il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ sħubija.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 39(2)(ċ) u (3) tar-Regolament Nru 1260/99 u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 438/2001. Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti tippreċiża li t-tieni motiv huwa analogu għall-ewwel wieħed, iżda jirrigwarda il-verifiki ta’ livell sekondarju, previsti mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 438/2001, li anki l-awdituri Komunitarji kkunsidraw li kienu sistematikament neqsin minħabba l-ksur mhux identifikat li ġie kkonstatat f’ċerti kampjuni, minkejja li dan il-ksur kollu kien ġie analitikament ikkontestat mir-Regione permezz ta’ argumenti ta’ fatt u ta’ liġi li ma ġewx ikkonfutati mid-deċiżjoni kkontestata.

It-tielet motiv: kuqqas ta’ motivazzjoni u ksur ulterjuri tal-Artikolu 39(2) u (3) tar-Regolament Nru 1260/99. Id-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni billi meta tikkonkludi li jeżistu nuqqasijiet sistematiċi li jiġġustifikaw rettifika ta’ 10 % hija tibbaża ruħha fuq sitwazzjoni li dehret quddiem l-awdituri fl-2007 u fl-2008, filwaqt li teskludi għal kollox il-progress kwantitattiv u kwalitattiv iddokumentat mir-Regione sa tmiem is-sena 2009 u l-kontroargumenti għall-osservazzjonijiet tal-awdituri msemmija fil-motivi preċedenti. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li kienet teżisti theddida serja għall-Fond hija għaldaqstant nieqsa minn motivazzjoni.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1260/99, tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 438/2001 u tal-Artikolu 258 TFUE, kif ukoll nuqqas ta’ kompetenza min-naħa tal-konvenuta. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tat importanza determinanti lin-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-allegat ksur tar-regoli tal-kuntratti pubbliċi. Madankollu, mill-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1260/99 u l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001 jirriżulta li, il-ksur sistematiku ta’ din il-leġiżlazzjoni ma jistax iwassal direttament għal rettifika, iżda għandu jwassal għall-ftuħ ta’ proċeduri minħabba ksur, bis-sospensjoni sussegwenti tal-ħlasijiet skont l-Artikolu 32(3)(f) tar-Regolament Nru 1260/99, fir-rigward tal-miżuri li għalihom jirreferi l-ksur.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/33


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — USFSPEI et vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/10)

2010/C 148/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) (Brussell, il-Belġju), Giuseppe Calo (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Jean-Pierre Tytgat (Mamer, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-N. Louis, A. Coolen, B. Cambier, L. Renders, S. Pappas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom, filwaqt li jibqa’ jipproduċi l-effetti tiegħu sal-adozzjoni mill-Kunsill ta’ regolament ġdid, b’mod konformi mal-proposta tal-Kummissjoni, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrenti G. Calo u J. Tytgat, kif ukoll lill-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea, l-arretrati ta’ remunerazzjoni u pensjonijiet li għandhom dritt għalihom mill-1 ta’ Lulju 2009 flimkien mal-intessi moratorji kkalkulati, sa mid-data minn meta ġew dovuti l-arretrati, bir-rata stabbilita mill-BĊE għat-transazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid biż-żieda ta’ żewġ punti;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lill-USF Ewro simboliku bħala kumpens tad-danni morali subiti minħabba l-iżball fis-servizz imwettaq bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 1296/2009 illegali, tat-23 ta’ Diċembru 2009;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom. (1)

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-illegalità tar-Regolament Nru 1296/2009, żvijar ta’ proċedura kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ koerenza li tirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE.

Huma jinvokaw ukoll il-ksur tal-Artikoli 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tiegħu kif ukoll tal-prinċipju tal-paralleliżmu, tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju “patere legem quam ipse fecisti”.

Fl-aħħar nett huma jsostnu l-ksur tal-obbligu tal-motivazzjoni u tal-prinċipju tal-proporzjonalità.


(1)  ĠU 2009 L 348, p. 10


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Amecke Fruchsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up)

(Kawża T-125/10)

2010/C 148/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beate Uhse Einzelhandels GmbH (Flensburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara ammissibbli r-rikors, flimkien mal-annessi sottomessi, ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 612/2009-1; u

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija inkompatibbli mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Beate Uhse Einzelhandels GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “69 Sex up” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 9, 29, 30, 32, 33, 38 u 41 (Applikazzjoni Nru 5 418 108)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “sex:h:up” Nru 305 31 669.9 għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tal-prodotti invokati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda tal-oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/34


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2010 — Saupiquet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/10)

2010/C 148/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Saupiquet (Courbevoie Cedex, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru REM 07/08, tas-16 ta’ Diċembru 2009, fl-intier tagħha

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10005 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2009, li tinforma lill-awtoritajiet Franċiżi li r-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq il-kunserva tat-ton li joriġina mit-Tajlandja mhuwiex iġġustifikat [Fajl REM 07/08].

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha li tiggarantixxi li l-importaturi, stabbiliti fi Franza jew fi Stat Membru ieħor fejn l-uffiċċji doganali huma legalment magħluqa l-Ħadd, li ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom it-Tnejn 2 ta’ Lulju 2007 ikollhom aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-kwota Nru 09.2005 għall-perijodu 2007/2008,

billi ma adottatx, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża fejn din il-kwota nfetħet il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2007, il-miżuri leġiżlattivi li kienu jippermettu li l-imsemmija importaturi jiġu ttrattati b’mod ugwali u nondiskriminatorju, u

peress li ma ddifferietx id-data tal-ftuħ tal-imsemmija kwota, għat-Tnejn 2 ta’ Lulju 2007, minkejja li l-kwota inkwistjoni kienet ferm kruċjali.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2010 — Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/10)

2010/C 148/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Communauté de communes de Lacq (Mourenx, Franza) (rappreżentant: J. Daniel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Tordna lill-Kummissjoni tħallas s-somma ta’ EUR 10 000 000 minħabba illegalitajiet u nuqqasijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ksur tal-obbligi tal-kumpannija ACETEX;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallasha s-somma ta’ EUR 25 000 bħala spejjeż rekuperabbli;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Communauté de communes de Lacq titlob kumpens għal dannu allegatament subit wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni intiża għall-ksib tal-kontroll ta’ Acetex Corporation minn Celanese Corporation, mingħajr ma tagħti ebda valur legali lil allegat inkarigu ta’ Celanese, b’mod partikolari l-inkarigu li tkompli bl-operat tal-fabbrika Acetex f’Pardies għal ħames snin (Każ COMP/M.3625 — Blackstone vs Acetex).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi peress li, bl-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet (1), hija ċaħħdet lit-terzi kollha tal-konċentrazzjonijiet (impjegati u uffiċjali lokali) mill-protezzjoni, minkejja li, fid-dawl tal-inkarigi ta’ Celanese Corporation, l-impjegati kienu ċertament protetti minn kwalunkwe waqfien ta’ attività għal perijodu ta’ ħames snin.

Għaldaqstant, ir-rikorrenti kienet ġiet suġġetta għal dannu kunsiderevoli. Fil-fatt, l-awtoritajiet lokali f’dik iż-żona huma mċaħħda minn riżorsi finanzjarji importanti u għandhom iħallsu numru ta’ spejjeż soċjali dovuti għall-għeluq tas-sit. Hemm possibbiltà kbira li jkun hemm numru ta’ tkeċċijiet, kemm fost l-impjegati ta’ Acetex kif ukoll fost l-impjegati ta’ impriżi li l-attivitajiet tagħhom kienu strettament marbuta ma’ dawk tal-impriża Celanese Corporation.

Sussidjarjament, jekk ma jiġix stabbilit li l-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mingħajr tort, ir-rikorrenti titlob li tiġi kkonstatata r-responsabbiltà stretta tal-Kummissjoni. Ma hemm ebda dubju fir-rigward tad-dannu subit mir-rikorrenti u n-natura inabitwali u speċjali tiegħu u dan id-dannu ġie direttament ikkawżat mir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tissanzjona lill-impriża Celanese Corporation.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2010 — FESI vs Il-Kunsill

(Kawża T-134/10)

2010/C 148/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération européenne de l’industrie du sport (FESI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Vermulst u Y. Van Gerven, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2009 tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1) fl-intier tiegħu jew sa fejn jirrigwarda r-rikorrenti u l-membri tagħha, b’mod partikolari l-erba’ membri eżaminati (Adidas AG, Nike European Operations BV, Puma AG and Timberland Europe BV);

tordna lill-Kunsill jiżvela d-data ta’ produzzjoni ta’ kull produttur tal-Unjoni Ewropea magħżul li serviet ta’ bażi għall-għażla tal-kampjun fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni kif ukoll id-data ta’ xogħol ta’ kull produttur tal-Unjoni Ewropea magħżul;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq seba’ motivi.

L-ewwel nett, hija ssostni li peress li l-Kunsill ma talabx lill-produtturi tal-Unjoni Ewropea li qed jilmentaw sabiex jimlew il-forom tal-kampjun, il-Kunsill wettaq żball ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Bażiku (2), wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kiser id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma talbux lill-produtturi tal-Unjoni Ewropea li qed jilmentaw sabiex jimlew il-forom tal-kampjun u għalhekk, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni Ewropea ntagħżel fin-nuqqas tad-data meħtieġa, fuq il-bażi ta’ data limitata — li ma tistax tiġi vverifikata — u pprovduta mil-lanjanti. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li hija ma tħallitx tivverifika jekk il-kampjun magħżul kienx adattat. Barra minn hekk, hija ssostni li l-istituzzjonijiet tal-UE ttrattaw lill-partijiet interessati li kienu f’pożizzjoni komparabbli b’mod differenti mingħajr ebda raġuni oġġettiva u bi ksur tal-prinċipju fundamentali tan-nondiskriminazzjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li matul l-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-UE l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kiser l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Bażiku. Hija ssostni li l-kampjun tal-produtturi tal-UE ma kkostitwixxix il-volum l-iktar rappreżentattiv ta’ produzzjoni jew tal-bejgħ li seta’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien possibbli fis-sens tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Bażiku u li l-kampjun ntgħażel fil-parti il-kbira abbażi ta’ kriterji li mhumiex imsemmija f’din id-dispożizzjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill kiser l-Artikolu 6.10 tal-Ftehim Anti-Dumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ peress li ma applikax l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Bażiku b’mod konformi mal-imsemmi Ftehim. Il-Kunsill ma stabbilixxix kampjun tal-produtturi tal-UE li jirrapreżenta l-ikbar perċentwali tal-volum ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ kif mitlub mill-Artikolu 6.10 tal-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrentti ssostni li fl-iffissar tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu, il-Kunsill kiser l-Artikoli 3(1), 3(2), 3(5) u 11(2) tar-Regolament Bażiku u wettaq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kunsill wettaq żball meta, fin-nuqqas ta’ miżuri li jistabbilixxu d-dannu kontinwu għall-industrija tal-UE matul il-perijodu ta’ reviżjoni investigattiva (“PRI”) ibbażati fuq data makroekonomika li inkludiet produtturi li mhumiex parti mill-industrija tal-UE u fuq data mhux verifikata, huwa stabbilixxa l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu. Barra minn hekk, l-indikaturi mikroekonomiċi ġew evalwati fuq il-bażi ta’ data ta’ kampjun tal-produtturi tal-UE li mhuwiex rappreżentattiv.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti ssostni li peress li adotta t-trattament tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-produtturi tal-UE li qed jilmentaw, il-Kunsill kiser l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Bażiku u kiser id-drittijiet tad-difiża għaliex adotta t-trattament tal-kunfidenzjalità b’mod inġustifikat u mingħajr ma eżamina bir-reqqa t-talbiet ta’ kunfidenzjalità.

Is-sitt nett, hija ssostni li meta stabbilixxa s-sistema li tikkontrolla n-numru ta’ prodotti (“TNP”) għall-klassifikazzjoni tal-prodott inkwistjoni, il-Kunsill kiser l-Artikolu 2(10) u 3(2) tar-Regolament Bażiku, u l-prinċipju ta’ diliġenza u amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti ssosnti li s-sistema TNP li ntużat u l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ żraben f’nofs l-investigazzjoni jipprekludu li jsir paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz esportat. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, dan jipprekludi wkoll li jsir eżami oġġettiv tal-volum tal-prodotti importati li huma l-oġġett ta’ dumping u tal-effett tal-prodotti imporatati li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tas-suq domestiku għal prodotti simili u għalhekk, l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq il-produtturi domestiċi ta’ dawn il-prodotti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kunsill ma eżaminax bir-reqqa u b’mod imparzjali l-elementi kollha rilevanti u r-raġunijiet, debitament sostanzjati, meħtieġa għal bidla fis-sistema TNP, kif suġġeriet mir-rikorrenti.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li fl-għażla tal-pajjiż mudell, il-Kunsill kiser il-prinċipju tad-diliġenza u tal-amministrazzjoni tajba, wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti u kiser l-Artikolu 2(7)a tar-Regolament Bażiku. Ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill wettaq irregolaritajiet proċedurali serji meta għażel lill-Brażil bħala l-pajjiż mudell għaliex l-għażla f’din il-kawża ma saritx b’mod xieraq u raġonevoli.


(1)  ĠU 2009 L 352, p. 1

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11,Vol. 10, p. 45)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/37


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2010 — M vs EMEA

(Kawża T-136/10)

2010/C 148/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M (rappreżentanti: C. Thomann, barrister u I. Khawaja, solicitor)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

Talbiet tar-rikorrent

tħallas, skont l-Artikolu 340 TFUE, kumpens għad-dannu subit minħabba ksur, li għandu jiġi kkalkolat, jew tħallas somom oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq;

tħallas interessi fuq is-somom dovuti abbażi ta’ rata ekwivalenti għal dik applikata skont l-Artikolu 35A tas-Supreme Court Act 1981 jew kull somma oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq;

tikkundanna lill-EMEA għall-spejjeż; u

tordna, barra minn hekk, miżuri addizzjonali li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti Ġenerali li tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni skont l-Artikolu 340 TFUE għad-dannu subit minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol. Huwa jsostni li sofra dannu minħabba li l-konvenuta kisret l-obbligi li hija għandha fir-rigward tiegħu bħala impjegat.

Ir-rikorrent jinvoka, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KE (1), l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KE (2) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/655/KE (3) dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol.

In-nuqqas min-naħa tal-konvenuta li tissodisfa l-obbligi tagħha fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ saħħa fir-rigward tal-evalwazzjoni u tat-tnaqqis ta’ riskju, tas-suffiċjenza tat-tagħmir ipprovdut u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ superfiċji ħielsa fuq il-post tax-xogħol kiser l-obbligi tal-konvenuta taħt il-Health and Safety Law tar-Renju Unit, u d-dmir ta’ diliġenza tagħha. Ir-rikorrent isostni li sofra dannu ta’ natura fiżika, dannu finanzjarju u dannu morali minħabba l-ksur deskritt iktar ’il fuq u huwa jsostni li fid-dawl ta’ dan għandu dritt għal kumpens għal dannu.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE, tat-30 ta’ Novembru 1989, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1. p. 358).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 89/655/KE, tat-30 ta’ Novembru 1989, li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 370).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/38


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — CBI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/10)

2010/C 148/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination bruxelloise d’Institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-28 ta’ Ottubru 2009, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni abbażi tal-Artikolu 86(2) KE, l-għajnuna mill-Istat illegali mogħtija mill-Belġju lil ċerti sptarijiet pubbliċi tar-Région de Bruxelles-Capitale u li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8120 finali COR, tat-28 ta’ Ottubru 2009, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-finanzjamenti kollha mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani favur l-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Région Bruxelles-Capitale bħala għajnuna għall-missjonijiet ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) relatati mal-isptarijiet u mhux relatati mal-isptarijiet [Għajnuna mill-Istat NN 54/2009 (ex-CP 244/2005)].

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jew, mill-inqas, ta’ nuqqas serju ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma hemm l-ebda bżonn li tiġi eżaminata l-effiċjenza tal-benefiċjarja tal-għajnuna, pereżempju billi tiġi pparagunata ma’ “impriża medja, immexxija sew u adegwatament mgħammra”, fl-analiżi ta’ għajnuna mill-Istat mill-perspettiva tal-Artikolu 86(2) KE, tippermetti li l-Istati Membri jkopru l-ispejjeż kollha, daqstant kbar u sproporzjonati, tal-impriża inkarigata mill-missjoni ta’ servizz pubbliku, u għandha għalhekk tiġi miċħuda.

Ir-rikorrenti ssostni li, sabiex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, l-għajnuna għall-implementazzjoni tal-missjoni ta’ servizz pubbliku għandha tiġi limitata għal dak li hu strettament neċessarju meta mqabbla mal-ispejjeż li kieku kien jiġġenera operatur effiċjenti, li ma kienx il-każ hawnhekk.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/39


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Milux vs OHIM (REFLUXCONTROL)

(Kawża T-139/10)

2010/C 148/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 1134/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “REFLUXCONTROL” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda għal trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/39


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Hans Günter Söns vs UASI — Settimio (GREAT CHINA WALL)

(Kawża T-140/10)

2010/C 148/66

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hans Günter Söns (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schwabe, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfredo Settimio (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 281/2009-1;

tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “GREAT CHINA WALL” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(ċ) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet legali inkwistjoni; ksur tal-ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2010 — Solae vs UASI — Délitaste (alpha taste)

(Kawża T-145/10)

2010/C 148/67

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solae Holdings LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Délitaste S.A. Industrielle et Commerciale d’Aliments (Thessaloniki, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li dan ir-rikors u l-informazzjoni addizzjonali ġew ippreżentati debitament;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Diċembru 2009, fil-Każ R 92/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “alpha taste” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 39 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja “ALPHA” għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li kien hemm biss probabbiltà parzjali ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

(Kawża T-147/10)

2010/C 148/68

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meda Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 697/2007-4 dwar l-oppożizzjoni mressqa abbażi tat-trade mark Ġermaniża Nru 1 042 583, “ALLERGODIL”, kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 066 452, “ALLERNIL”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Nycomed GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALLERNIL” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 066 452)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża Nru 1 042 583“ALLERGODIL” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-prinċipji tad-dritt dwar it-trade marks ma ġewx applikati b’mod korrett;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2010 — Hynix Semiconductor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/10)

2010/C 148/69

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hynix Semiconductor, Inc. (Icheon-si, il-Korea) (rappreżentanti: A. Woodgate u O. Heinisch, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/38.636 — Rambus, tad-9 ta’ Diċembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tieħu kwalunkwe miżura oħra skont kif il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fil-kuntest tal-Każ COMP/38.636 — Rambus, dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE, dwar it-talba għal drittijiet potenzjalment abbużivi għall-użu ta’ ċerti privattivi għal “Dynamic Random Access Memory” (DRAM). Permezz tad-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni imponiet fuq Rambus ċerti impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) u ddeċidiet li ma kienx għad hemm motivi għal azzjoni. Ir-rikorrenti hija kompetitur ta’ Rambus u ressqet ilment għall-bidu ta’ proċeduri kontriha.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq tliet motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 billi għażlet il-proċedura stabbilita f’dan l-artikolu meta l-biżgħat tagħha kienu jirrigwardaw ksur serju tal-Artikolu 102 TFUE sal-punt li kellha l-intenzjoni li timponi multa. Barra minn hekk, hija ssostni li peress li ġie applikat l-Artikolu 9 ma kienx hemm ekonomija proċedurali. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, l-impenji vinkolanti imposti milll-Kummissjoni kienu manifestament mhux xierqa fid-dawl tal-fatti tal-ksur inkwistjoni u għalhekk hija ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, l-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (imparzjali) billi aċċettat l-impenji ta’ Rambus. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li billi applikat test ta’ proporzjonalità żbaljat mingħajr ma ġew applikati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 innifsu u billi esponiet b’mod żbaljat ċerti biżgħat u billi siltet konklużjonijiet żbaljati dwar jekk l-impenji jindirizzawx dawn il-biżgħat, il-Kummissjoni żbaljat meta waslet għall-konklużjoni li ma kienx għad hemm raġunijiet għal azzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet fir-rigward tan-natura xierqa u adegwata tal-impenji u għalhekk wettqet żball ta’ evalwazzjoni serju.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003.

It-tielet nett, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji proċedurali meta adottat id-deċiżjoni kkontestata billi ma użatx is-setgħa tagħha taħt ir-Regolament Nru 1/2003 u billi ma investigatx b’mod xieraq il-kwistjoni tar-rimedju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/42


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2010 — Hynix Semiconductor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-149/10)

2010/C 148/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hynix Semiconductor, Inc. (Icheon-si, il-Korea) (rappreżentanti: A. Woodgate u O. Heinisch, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 150 tal-15 ta’ Jannar 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tieħu kwalunkwe miżura oħra skont kif il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 150 li tiċħad, minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju, l-ilment tar-rikorrenti fir-rigward ta’ allegat ksur minn Rambus tal-Artikoli 102 TFUE dwar it-talba għal drittijiet allegatament abbużivi għall-użu ta’ ċerti privattivi għal “Dynamic Random Access Memory” (DRAM) (Każ COMP/38.636 — Rambus) wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha hija imponiet fuq Rambus ċerti impenji vinkolanti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) u ddeċidiet li ma kienx għad hemm raġunijiet għal azzjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq ħames motivi.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali billi hija naqset milli tagħti lir-rikorrenti aċċess xieraq għad-dokumenti kkonċernati.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li jibqa’ interess Komunitarju qawwi sabiex jinstema’ l-ilment tagħha. Hija ssostni li l-Kummissjoni bbażat iċ-ċaħda tagħha esklużivament fuq il-fatt li ma għadx hemm interess Komunitarju fid-dawl tal-fatt li hija adottat id-deċiżjoni skont l-Artikolu 9. Skont ir-rikorrenti, f’dan il-każ il-pożizzjoni u r-raġunament adottati mill-Kummissjoni jagħmlu l-kwistjoni tal-interess tal-Komunità u l-validità tad-deċiżjoni ta’ ċaħda intrinsikament marbuta mal-validità tad-deċiżjoni tal-Artikolu 9 li hija kkontestata mir-rikorrenti fil-Kawża T-148/10.

It-tielet, ir-raba’ u l-ħames motivi mqajjma mir-rikorrenti huma identiċi għall-ewwel, it-tieni u t-tielet motivi mressqa fil-Każ T-148/10 u jirrigwardaw l-allegat ksur imwettaq mill-Kummissjoni meta adottat id-deċiżjoni skont l-Artikolu 9 billi imponiet ċerti impenji vinkolanti fuq Rambus.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/43


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Telefónica O2 Germany vs UASI — Loopia (LOOPIA)

(Kawża T-150/10)

2010/C 148/71

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loopia AB (Västeras, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 1812/2008 1; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “LOOPIA”, għall-servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet tat-trade mark Ġermaniża tat-trade mark verbali “LOOP”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “LOOP”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “LOOPY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullat id-deċiżjoni kkontestata, ċaħdet l-oppożizzjoni u aċċettat l-applikazzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kkonċernati


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/43


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2010 — Bank Nederlandse Gemeenten NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-151/10)

2010/C 148/72

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Nederlandse Gemeenten NV (Den Haag, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (mandatarju ad litem: B. Drijber, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali tal-15 ta’ Diċembru 2009, inkwantu l-Kummissjoni tqis li l-possibbiltà li l-kumpanniji għall-akkomodazzjoni soċjali jisilfu mingħand il-Bank Nederlandse Gemeenten NV tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa intiż li jannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat E-2/2005 u N 642/2009 (Il-Pajjiżi l-Baxxi) — għajnuna eżistenti għal kumpanniji għall-akkomodazzjoni soċjali u għajnuna partikolari għal kull proġett.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li d-deċiżjoni kkontestata hija inkompatibbli mal-Artikolu 107(1) TFUE inkwantu l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ta’ imputabbiltà sabiex tikkonkludi li s-self tar-rikorrenti jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat,.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija inkompatibbli mal-Artikolu 107(1) TFUE inkwantu l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti sabiex tikkonkludi li s-self tar-rikorrenti mhuwiex konformi mal-kundizzjonijet tas-suq u għalhekk għandu natura preferenzjali.

It-tielet nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkwantu l-Kummissjoni kkonkludiet favur l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat billi aċċettat l-argumenti tal-awtoritajiet pubbliċi Olandiżi dwar is-self tar-rikorrenti.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — El Corte Inglés vs UASI — Azzedine Alaïa (ALIA)

(Kawża T-152/10)

2010/C 148/73

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo, avukat, u M. López Camba u E. Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Azzedine Alaïa (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI,

tikkundanna lill-parti jew partijiet li jikkontestaw dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “ALIA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 788 999), għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-kumpannija Franċiża Azzedine Alaïa.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali internazzjonali “ALAÏA” (Nru 773 126), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25; trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “ALAÏA” (Nru 3 485 166), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20 u 25; trade mark preċedenti mhux irreġistrata “ALAÏA”, għall-produzzjoni u bejgħ ta’ prodotti għall-ilbies u prodotti għan-nisa u aċċessorji tal-moda.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-153/10)

2010/C 148/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schneider España de Informática (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul a posteriori fil-kontijiet ta’ dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li r-remissjoni ta’ dawk id-dazji mhijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REM 02/08)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Jannar 2010, li permezz tagħha l-konvenuta kkonkludiet li d-dazji fuq l-importazzjoni kkonċernati għal televiżjonijiet bil-kulur għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) ma kinux sodisfatti. Id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet ukoll li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni kkonċernati ma kinitx iġġustifikata skont l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi:

 

L-ewwel, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha peress li hija ħadet deċiżjoni li kienet ibbażata biss fuq id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti.

 

It-tieni, il-konvenuta kisret l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, flimkien mal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, peress li:

il-konvenuta b’mod żbaljat ikkunsidrat li regolamenti antidumping adottati kontra importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma awtomatikament applikabbli għal merkanzija f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Doganali EU-Turkija;

il-konvenuta naqset milli tinforma lill-kummerċjanti li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98 (2) kien ukoll applikabbli għal merkanzija f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Doganali EU-Turkija;

sussidjarjament, il-konvenuta kkunsidrat b’mod żbaljat li l-awtoritajiet kompetenti ma kienu wettqu ebda żball peress li l-awtoritajiet Torok kienu żbaljatament ikkonfermaw li d-dazji antidumping imposti fuq merkanzija minn pajjiżi terzi ma kinux applikabbli għal merkanzija f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Doganali EU-Turkija;

il-konvenuta kkunsidrat b’mod żbaljat li ma kien twettaq ebda żball mill-awtoritajiet kompetenti peress li l-awtoritajiet doganali Spanjoli żbaljatament assumew li l-merkanzija akkumpanjata minn ċertifikat ta’ oriġini ma setgħetx tkun suġġetta għal dazji addizzjonali jew għal miżuri ta’ protezzjoni tal-kummerċ, u għaldaqstant naqsu milli jinformaw lill-operaturi ekonomiċi li l-importazzjonijiet tagħhom mit-Turkija setgħu jkunu suġġetti għal miżuri dwar il-kummerċ, anki jekk din il-merkanzija kienet f’ċirkolazzjoni libera.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-iżball imwettaq mill-awtoritajiet doganali kompetenti ma setax ikun raġonevolment skopert mill-persuna responsabbli għall-ħlas, li tkun aġixxiet in bona fede u tkun issodisfat ir-rekwiżiti kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali.

 

Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li hija tinsab f’sitwazzjoni speċjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u li ma jista’ jiġi attribwit fir-rigward tagħha ebda ingann jew traskuraġni ovvja skont din id-dispożizzjoni legali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 710/95 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni bil-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost. (ĠU L 324, p. 1)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/10)

2010/C 148/75

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confederación de Cooperativas Agrarias de España (Madrid, Spanja), Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, avukat u M. Muñoz de Juan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ l-motivi għal annullament imqajma f’dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Diċembru 2009 (għajnuna C 22/2001), dwar il-miżuri ta’ għajnuna li Spanja implementat fis-settur agrikolu wara li għolew il-prezzijiet tal-karburanti. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonstata li wħud mill-miżuri favur is-settur agrikolu, previsti mir-Real Decreto-Ley 10/2000, tas-6 ta’ Ottubru, dwar miżuri urġenti ta’ għajnuna għas-setturi tal-agrikultura, tas-sajd u tat-trasport (1), jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħhom.

Il-miżuri ċċitati iktar ’il fuq kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Novembru 2001 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni inizjali”), li tikkonstata li “il-miżuri ta’ għajnuna lill-kooperattivi agrikoli previsti mir-Real Decreto-Ley 10/2000 […] ma jikkostitwixxux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE”. Id-deċiżjoni inizjali ġiet annullata permezz tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006 (2), minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni peress li l-Kummissjoni ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni inizjali, l-impatt li taxxi oħra, apparti t-taxxa fuq il-kumpanniji, seta jkollhom fuq is-sistema fiskali tal-kooperattivi. Sussegwentement, mingħajr ma adottat deċiżjoni ġdida ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni, fil-15 ta’ Diċembru 2009, adottat id-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti jinvokaw il-ħames motivi għal annulament li ġejjin:

l-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-dritt għal smigħ tal-partijiet ikkonċernati mill-proċedura, dan peress li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li tesponi konklużjonijiet li huma kompletament differenti minn dawk li jinsabu fid-deċiżjoni inizjali, mingħajr ma reġgħet fetħet il-proċedura formali u mingħajr ma tat lill-partijiet interessati l-possibbiltà li jissottomettu l-kummenti tagħhom;

it-tieni motiv jikkritika lill-Kummissjoni talli marret lil hinn mill-mandat tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-146/03 li tissanzjona biss il-fatt li d-deċiżjoni inizjali mhijiex suffiċjentement motivata fir-rigward ta’ ċerti punti. Il-Kummissjoni, minflok ma kkorreġiet dawn il-punti, eżaminat mill-ġdid uħud mill-elementi tad-deċiżjoni inizjali li ma ġewx ikkontestati mill-qorti. B’dan il-mod il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati;

permezz tat-tielet motiv ir-rikorrenti jikkontestaw il-klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat, dan peress li jqisu li mhuwiex biżżejjed li jiġi ddikjarat li l-kooperattivi agrikoli li ma jwettqux 100 % tat-tranzazzjonijiet tagħhom mas-soċji tagħhom (mudell kooperattiv reċiproku pur) jibbenefikaw minn “vantaġġ” minħabba li għandhom fiskalità differenti minn dik tal-kumpanniji, filwaqt li jiġi injorat il-fatt li l-kooperattivi u l-kumpanniji b’kapital azzjonarju ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u legali simili. Barra minn hekk, anki li kieku dan il-paragun jiġi aċċettat — li mhuwiex il-każ —, is-sistema fiskali tal-kooperattivi ma tinvolvix vantaġġi iżda differenzi li huma ġġustifikati minħabba l-istruttura u n-natura tas-sistema fiskali Spanjola, hekk kif ammettiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni inizjali, punt li ma ġiex ikkonfutat mis-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006;

Permezz tar-raba’ motiv, imqajjem sussidjarjament, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni tagħha, żbaljat fir-rigward tal-analiżi tal-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq komuni, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u li l-imsemmija miżura kellha tiġi ddikjarata kompatibbli;

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jikkontestaw l-ordni ta’ rkupru li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Boletín Oficial del Estado Nru 241/2000, tas-7 ta’ Ottubru, p. 34614.

(2)  Kawża T-146/03, Ġabra p. II-98.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2010 — Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser

(Kawża T-157/10)

2010/C 148/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Barilla G. u R. Fratelli SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Colmano, G. Sironi u A. Vanzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brauerei Schlösser GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-25 ta’ Jannar 2010 fil-proċedimenti ta’ appell R 820/2009-2;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

sussidjarjament, tirreferi l-kawża lill-konvenut sabiex ikun jista’ jiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALIXIR” għall-prodotti li jaqgħu taħt, fost oħrajn, il-klassi 32.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali “Elixeer” għal prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Tecnifar (E-PLEX)

(Kawża T-161/10)

2010/C 148/77

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tecnifar — Industria Tecnica Farmaceutica, SA (Lisbona, il-Portugal)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Frar 2010 fil-Każ R 662/2009-4 u tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi u veterinarji, bl-eċċezzjoni tal-prodotti mediċi kontra mard marbut mas-sistema ċentrali nervuża; u

tikkundanna lill-konvent għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “E-PLEX” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Portugiża “EPILEX” għall-prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell inġustament ikkonkluda li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/48


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2010 — Grupo Osborne vs UASI — Confecciones Sanfertús (TORO)

(Kawża T-165/10)

2010/C 148/78

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa Maria, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Confecciones Sanfertús, SL (Graus, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) fil-Każ R 638/2009-2;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 844 264 fil-klassi 25; u

tikkundanna għall-ispejjeż lil kull parti li topponi dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “TORO” (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 844 264), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 39.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Confecciones Sanfertús, SL.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Spanjola “LETORO” (Nru 465 635), għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25, u t-trade marks figurattivi Spanjoli li jinkludu l-element verbali “TORO” (Nru 802 043), għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja; eżistenza ta’ deċiżjoni preċedenti tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tikkonkludi li t-trade marks “TORO” u “LETORO” huma kompatibbli; kif ukoll il-fatt li mill-provi tal-użu prodotti ma jirriżultax użu tat-trade marks Spanjoli “LETORO” (verbali) u “TORO” (figurattiva).


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/49


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2010 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

(Kawża T-169/10)

2010/C 148/79

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industria Licorera Quezalteca, SA

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 223/2009-2, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 769 279 TORO XL fil-klassi 33;

tilqa’, konsegwentement, l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 769 279 TORO XL fil-klassi 33; u

tikkundanna għall-ispejjeż lil kull parti li topponi dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “TORO XL” (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4 769 279), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: INDUSTRIA LICORERA QUEZALTECA S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Kommunitarja figurattiva (Nru 4 027 124) li tinkludi l-ittri “XL”, għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/49


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2010 — Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/10)

2010/C 148/80

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovak Telekom a.s. (Bratislava, Ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentanti: D. Geradin, L. Kjølbye u M. Maier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 902, tat-8 ta’ Frar 2010, dwar proċedura skont l-Artikoli 18(3) u 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1) (Każ COMP/39523 — Slovak Telekom); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 902, tat-8 ta’ Frar 2010, li tordnalha, abbażi tal-Artikoli 18(3) u 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tipprovdi ċerta informazzjoni fil-kuntest tal-Każ COMP/39523 — Slovak Telekom, dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE, u li timponilha pagamenti ta’ penalità perijodiċi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-deċiżjoni.

Insostenn tal-argumenti tagħha, ir-rikorrenti tressaq it-tlett motivi segwenti.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tinvoka żball ta’ liġi fir-rigward tal-kompetenza tal-Kummissjoni li titlob, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, informazzjoni dwar perijodu preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea. Qabel l-1 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza li tapplika d-dritt tal-Unjoni Ewropea sabiex twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tar-Repubblika Slovakka. Għaldaqstant, hija ma tistax tuża s-setgħat investigattivi mogħtija lilha mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex tikseb informazzjoni dwar dan l-istess perijodu.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li tikser il-prinċipju tal-ekwità proċedurali stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (2). L-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġir ta’ Slovak Telekom matul perijodu li fih id-dritt tal-Unjoni Ewropea ma kienx applikabbli u ma kellux jiġi osservat mir-rikorrenti hija tali li tippreġudika lir-rikorrenti. Il-Kummissjoni tista’ tieħu din l-informazzjoni inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata tindika b’mod ċar li din hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif previst mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, li jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriżi sabiex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha. Madankollu, fil-każ ta’ Slovak Telekom, il-Kummissjoni ma stabbilixxitx ir-rabta meħtieġa bejn l-informazzjoni mitluba għall-perijodu li jippreċedi l-adeżjoni u l-aġir allegatament illegali wara l-1 ta’ Mejju 2004. Għalhekk, jirriżulta li l-Kummissjoni ma għandhiex bżonn l-informazzjoni jew id-dokumenti relatati mal-perijodu li jippreċedi l-adeżjoni sabiex tevalwa jekk l-aġir ta’ Slovak Telekom wara l-adeżjoni huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

(2)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 389)


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/07) (1)

2010/C 148/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Caisse Nationale des Caisses d'Epargne et de Prévoyance vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/07) (1)

2010/C 148/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 06.10.2007.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2010 — Banque Postale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/07) (1)

2010/C 148/83

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2010 — Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi vs UASI — Denim (VIGOSS)

(Kawża T-431/08) (1)

2010/C 148/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni vs TMT Pragma

(Kawża T-527/08) (1)

2010/C 148/85

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C32, 7.2.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Telekomunikacja Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/08) (1)

2010/C 148/86

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2010 — Al Barakaat International Foundation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/09) (1)

2010/C 148/87

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2010 — Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/09) (1)

2010/C 148/88

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' April 2010 — Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/09) (1)

2010/C 148/89

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2010 — Alibaba Group vs UASI — allpay.net (ALIPAY)

(Kawża T-26/10) (1)

2010/C 148/90

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Matos Martins vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Sejħa għal turija ta’ interess - Proċess ta’ selezzjoni - Testijiet ta’ pre-selezzjoni - Aċċess għal dokumenti)

2010/C 148/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Carlos Matos Martins (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO, tas-27 ta’ Frar 2006, li tagħti r-riżultati tat-testijiet ta’ pre-selezzjoni għall-membri tal-persunal bil-kuntratt (UE 25), fit-tieni lok, tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fid-database tal-kandidati li għaddew minn dawn it-testijiet u, fit-tielet lok, tal-kumplament tal-proċess ta’ selezzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J. Matos Martins għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ residenza u trasport li saru sabiex l-avukat tiegħu seta’ jikkonsulta d-dokumenti fil-bini tar-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fit-30 ta’ Marzu, fl-1 ta’ April u fil-21 ta’ Lulju 2009.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk ta’ J. Matos Martins, previsti fil-punt 2 iktar ’il fuq.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007, p. 43.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ April 2010 — Angelidis vs Il-Parlament

(Kawża F-104/08) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pożizzjoni vakanti - Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tannunulla d-deċiżjoni ta’ ħatra - Avviż ġdid ta’ pożizzjoni vakanti - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ prospetti għall-karriera - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Abbuż ta’ poter”)

2010/C 148/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Angelidis (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat]

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Seyr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, annulament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti Nru 12564 dwar il-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna tal-Unjoni — Direttorat D, Affarijiet Baġitarji tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-proċedura ta’ reklutaġġ mibdija b’dan l-avviż. Min-naħa l-oħra, deċiżjoni li tiġi miċħuda l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur tal-Affarijiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna u li jinħatar għal din l-istess pożizzjoni kandidat ieħor. Fl-aħħar nett, talba għall-kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent u għall-ħatra tiegħu fil-grad ta’ Direttur “ad personam”.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 lil A. Angelidis.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u terz tal-ispejjeż ta’ A. Angelidis.

(4)

A. Angelidis għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 44, 21.02.1009, p. 77.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — de Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid - tas-servizz - Qbil bejn il-grad u l-pożizzjoni - Drittijiet tad-difiża - Drittijiet tad-difiża)

2010/C 148/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jorge de Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J. de Britto Patricio-Dias huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009, p. 54.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/08) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjal - Ġarr ta’ beni personali tar-rikorrent - Rikors għad-danni - Rikors manifestament inammissibbli - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

2010/C 148/94

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża, minn naħa, għal kumpens tad-danni allegatament subiti meta sar il-ġarr tal-beni personali li kienu jinsabu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda u min-naħa l-oħra, sabiex jintbagħtulu l-kopji tar-ritratti meħuda matul dan il-ġarr u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relattiva għal dawn il-beni.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 1 500.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009, p.52.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/09)

2010/C 148/95

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Díez Lorenzo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li biha r-rikorrenti ma titħalliex tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08, tar-rifjut ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti, kif ukoll l-annullament, b’effett retroattiv, tal-lista ta’ riżerva ppubblikata għar-reklutaġġ ta’ ġuristi lingwisti ta’ lingwa Spanjola.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni, tal-14 ta’ Settembru 2009, li permezz tagħha l-EPSO rrifjuta li jibgħat lir-rikorrenti kopja tal-eżamijiet bil-miktub tagħha u nota ta’ evalwazzjoni individwali li tindika r-raġunijiet li wasslu sabiex, fl-aħħar prova bil-miktub c), il-bord tal-għażla jagħtiha marka eliminatorja ta’ 18/40 u injora l-applikazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08.

jannulla d-deċiżjoni, tat-23 ta’ Lulju 2009, li permezz tagħha l-EPSO informa lir-rikorrenti li kien ser jikkonferma l-marka eliminatorja ta’ 18/40 mogħtija fl-aħħar eżami bil-miktub c) u ċaħħadha milli tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ ġuristi lingwisti ta’ lingwa Spanjola.

jannulla l-lista ta’ riżerva ppubblikata wara l-kompetizzjoni b’effett retroattiv mid-data tal-publikazzjoni tal-imsemmija lista.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/54


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2010 — Bombin Bombin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/10)

2010/C 148/96

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent Luis Maria Bombin Bombin (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament, fuq talba tar-rikorrenti, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħtih kumpens finanzjarju biss għal 12 u mhux għad-29 il-ġurnata leave li għalihom huwa kellu dritt u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Jannar 2010, li tirrikonoxxi u tħallas lir-rikorrent kumpens finanzjarju għal 12-il ġurnata biss.

jirrikonoxxi lir-rikorrent (għal-finijiet ta’ kalkolu u fir-rigward tal-kumpens finanzjarju) il-ġranet kollha ta’ leave (29 b’kollox) li huwa kellu dritt għalihom u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali

ir-rikorrenti ma jagħmel l-ebda talba fir-rigward tal-ispejjeż peress li jqis li deċiżjoni tat-Tribunal f’din il-kawża hija importanti għall-partijiet, li t-tnejn huma in bona fide, u li l-każ ma jiġġustifikax talbiet f’dan ir-rigward.