ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.087.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
1 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2010/C 087/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (CON/2010/23)

1

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 087/02

Applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (Klassifikazzjoni tal-prodotti)

9

2010/C 087/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5761 – E.ON/MASDAR/JV) ( 1 )

10

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 087/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2010 li taħtar il-membri Pollakki u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

11

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 087/05

Rata tal-kambju tal-euro

12

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 087/06

Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward tal-Commercial Value Insurance A.Α.Ε. (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

13

2010/C 087/07

Deċiżjoni dwar id-dispożizzjoni ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Progress Assicurazioni S.p.A. (Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

14

2010/C 087/08

Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17; ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15)

15

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 087/09

Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Għotjiet lir-Riċerkaturi fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew konġunt ta' Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)

16

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 087/10

Avviż ta’ Tnedija ta' proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw fl-Indja

17

 

Rettifika

2010/C 087/11

Corrigendum għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-lifts (ĠU C 52 2.3.2010)

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Marzu 2010

dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq

(CON/2010/23)

2010/C 87/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-25 ta’ Novembru 2009 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (1) (minn hawn ‘il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha disposizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-sorveljanza prudenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat.

L-osservazzjonijiet f’din l-opinjoni għandhom jinqraw flimkien mal-Opinjonijiet tal-BĊE CON/2009/88 (2) u CON/2010/5 (3), li ġew adottati fil-kuntest tar-riforma li hemm għaddejja fis-sorveljanza finanzjarja Ewropea (4).

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.   Il-BĊE jappoġġja l-għan tad-direttiva proposta, li tintroduċi fi 11-il direttiva tas-settur finanzjarju emendi li huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza (AES) u tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (BERS).

1.2.   L-osservazzjonijiet li jinsabu f’din l-opinjoni u l-proposti għall-abbozzar jiffokaw prinċipalment fuq kwistjonijiet li huma ta’ rilevanza diretta għall-BĊE/SEBĊ u għall-BERS u għall-kooperazzjoni tagħhom mal-AES u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. F’dan ir-rigward, huwa ta’ importanza partikolari għat-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom li jitneħħa kull xkiel legali għall-qsim tal-informazzjoni li jista' jeżisti bejn il-BĊE/is-SEBĊ, il-BERS, it-tliet AES u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

1.3.   Adozzjoni ta’ standards tekniċi

1.3.1.   Ir-regolamenti proposti li jistabbilixxu l-AES (minn hawn ‘il quddiem ir-“regolamenti proposti dwar l-AES”) jistabbilixxu proċedura uniformi għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi (5). L-abbozzi tal-istandards tekniċi ser jiġu żviluppati minn kull waħda mill-AES bħala regolamenti jew deċiżjonijiet (6), u jiġu approvati mill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, id-direttiva proposta tipprovdi għal bosta emendi lil-leġislazzjoni settorjali, u tidentifika l-oqsma li fihom għandhom jiġu żviluppati standards tekniċi (7). Kif emfasizzat fl-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/5, il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta’ ktieb wieħed għar-regoli Ewropej applikabbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq waħdieni u għalhekk il-ħtieġa għal strument effettiv biex jistabbilixxi standards tekniċi li jorbtu fis-servizzi finanzjarji (8).

1.3.2.   F’dak li jirrigwarda s-setgħat tal-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, it-Trattat jistabbilixxi distinzjoni bejn l-atti delegati (Artikolu 290 tat-Trattat) u atti ta' implimentazzjoni (Artikolu 291 tat-Trattat). Bħala riżultat, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet adottati mil-Kummissjoni sabiex tapprova abbozzi ta’ standards tekniċi ser jaqgħu taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji. Fil-kuntest ta’ leġislazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, għandha tintlaħaq fehma komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess leġislattiv dwar metodoloġija adatta li għandha tiġi adottata sabiex tinkorpora l-atti legali tal-Komunità li japprovaw dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi fi ħdan il-qafas aktar ġenerali li fih joperaw is-setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni taħt it-Trattat.

1.3.3.   Sakemm l-abbozzi ta’ standards tekniċi jikkwalifikaw bħala “proposti ta’ atti tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 282(5) tat-Trattat u jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat dwar l-atti proposti delegati jew ta’ implimentazzjoni li japprovaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi. Fis-sentenza OLAF (9), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat illi l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar proposti ta' atti tal-Unjoni huwa intiż “essenzjalment sabiex jiġi żgurat illi l-leġislatura tadotta l-att biss meta tkun instemgħet l-istituzzjoni, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li teżerċita fil-qafas Komunitarju tal-qasam konċernat u permezz tal-livell għoli ta’ esperjenza li tgawdi, hija f’pożizzjoni partikolarment tajba sabiex ikollha rwol utli fil-proċess leġislattiv li hemm maħsub”. Wara li jikkunsidra l-importanza tal-funzjoni li għandhom ikollhom l-istandards tekniċi bħala komponent importanti tal-leġislazzjoni tas-servizzi finanzjari tal-Unjoni fil-futur, il-BĊE ser jeżerċita ir-rwol konsultattiv tiegħu skont il-prinċipji fuq imsemmija.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Direttiva 2003/71/KE  (10)

Il-pubblikazzjoni tal-prospetti kollha f’forma elettronika u d-disponibbiltà tagħhom jew direttament fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (AETS) jew permezz ta’ hyperlink għas-siti elettroniċi rilevanti għandha żżid it-trasparenza (11). F’dan ir-rigward, il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-idea li jittejbu d-disponibbiltà u l-paragunabbiltà ta’ certu informazzjoni importanti fil-prospetti, billi jinħoloq standard ghal dejta ta' referenza dwar it-titoli u min joħroġhom, bil-għan illi din id-dejta tkun disponsibbli għal min jifformula l-politika, għar-regolaturi u għas-swieq finanzjarji permezz ta’ infrastruttura pubblika internazzjonali (12). Il-prospetti jkun fihom informazzjoni importanti li tista’ tkun ta’ rilevanza għall-finijiet ta’ analiżi ta’ riskju sistemiku, il-ġestjoni tar-riskju tal-kumpaniji u l-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar it-titoli; għalhekk għandu jkun żgurat illi informazzjoni bħal din tkun faċilment disponibbli. F’dan il-kuntest, il-BĊE huwa lest li jikkoopera mal-AETS fil-kontribuzzjoni għad-disinn u t-twaqqif ta’ arkivju elettroniku u proċessi relatati.

2.2.   Direttiva 2006/48/KE  (13)

2.2.1.   Numru ta’ emendi għal direttivi settorjali taħt id-direttiva proposta għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-mezzi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-livell ta’ Unjoni u dak nazzjonali (14). Il-BĊE jilqa’ dawn l-emendi proposti u partikolarment dawk li ġew introdotti sabiex jittieħed in konsiderazzjoni t-twaqqif tal-BERS (15). Barra minn dan, il-BĊE jissuġġerixxi ż-żewġ emendi li ġejjin.

2.2.2.   L-ewwel, id-direttiva proposta tiċċara illi l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati li jaqsmu l-informazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Il-BĊE jirrikkmanda li tiddaħħal emenda għal disposizzjoni waħda tad-Direttiva 2006/48/KE bil-għan li jitneħħa kull xkiel legali possibbli għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ABE u l-BERS. L-introduzzjoni ta’ emenda bħal din għandha tiċċara illi l-ABE, bi qbil mad-Direttiva 2006/48/KE u d-disposizzjonijiet relevanti tar-regolament propost dwar l-ABE, hija intitolata illi tgħaddi lill-BERS l-informazzjoni kollha li tkun irċevit mingħand l-awtoritajiet nazzjonali u li hija meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-BERS mingħajr preġudizzju għar-regoli Ewropej l-oħra li huma applikabbli, speċjalment l-Artikolu 15(4) tar-regolament propost dwar il-BERS.

2.2.3.   It-tieni, id-Direttiva 2006/48/KE tafda lill-kulleġġi tas-sorveljanti bil-qadi ta’ certi dmirijiet (16) (inkluż fis-sens tal-iskambju tal-informazzjoni (17) u, f’dan il-kuntest, ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli (18) m’għandhomx iżommu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fi ħdan ill-kulleġġi tas-sorveljanti (19). In vista tal-importanza potenzjali tal-informazzjoni aċċessibbli fi ħdan il-kulleġġi ta’ sorveljanza, il-BĊE jirrikkmanda li jiġi speċifikat espliċitament illi l-AES jistgħu jaqsmu l-informazzjoni kunfidenzjali marbuta mal-attivitajiet tal-kulleġġi ta' sorveljanti mal-BERS (20), meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijietu (21) u bbażata fuq talbiet raġunati mingħand il-BERS. Din il-kjarifika tista’ tiddaħħal jew fl-Artikolu 12 tar-regolamenti proposti dwar l-AESi dwar il-kulleġġi tas-sorveljanti jew fil-kuntest tad-disposizzjonijiet relevanti dwar l-iskambju tal-informazzjoni fid-direttivi settorjali li jittrattaw il-kulleġġi tas-sorveljanti.

3.   Proposti għall-abbozzar

Fejn il-BĊE jirrikkmanda emendi għad-direttiva proposta, għal dan il-għan fl-Anness qed jiġu elenkati proposti għall-abbozzar speċifiċi flimkien ma’ test ta’ spjega.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Marzu 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2009) 576 finali.

(2)  Opinjoni tal-BĊE CON/2009/88 tas-26 ta’ Ottubru 2009 dwar proposta għal regolament tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sorveljanza makro-prudenti Komunitajra tas-sistema finanzjarja u li tistabbilixxi Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew bi dmirijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-funzjonament tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (ĠU C 270, 11.11.2009, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE jiġu ppubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu

(3)  Opinjoni tal-BĊE CON/2010/5 tat-8 ta’ Jannar 2010 dwar tliet proposti għal regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Awtorità Bankarja Ewropea, Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1).

(4)  Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta' proposti leġislattivi li jikkonsistu minn (1) proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sorveljanza makro-prudenti Komunitajra tas-sistema finanzjarja u li tistabbilixxi Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (COM(2009) 499 finali) (minn hawn ‘il quddiem ir-“regolament propost dwar il-BERS”); (2) proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew bi dmirijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-funzjonament tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (COM(2009) 500 finali); (3) proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009) 501 finali) (minn hawn ‘il quddiem ir-“regolament proposta dwar l-ABE”); (4) proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009) 502 finali); u (5) proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (COM(2009) 503 finali). Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-bażi legali l-ġdida għad-deċiżjoni proposta dwar il-BERS hija l-Artikolu 127(6) tat-Trattat (ex Artikolu 105(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li twassal sabiex id-deċiżjoni proposta dwar il-BERS issa tinbidel fi proposta għal regolament.

(5)  Ara l-Artikolu 7 tar-regolamenti proposti dwar l-ASE.

(6)  Artikolu 7(2) tar-regolamenti proposti dwar l-ASE.

(7)  Premessa 9 tad-direttiva proposta.

(8)  Ara, per eżempju, premessa 14 tar-regolament propost dwar l-ABE.

(9)  Każ Ċ-11/00 Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew v Il-Bank Ċentrali Ewropew, [2003] ECR I-7147, partikolarment il-paragrafi 110 u 111.

(10)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(11)  Taħt id-direttiva proposta, l-AETS għandha tippubblika l-lista ta’ prospetti approvati fis-sit elettroniku tagħha, inkluż, jekk applikabbli, hyperlink għall-prospetti ppubblikati fis-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini, ta’ min joħroġhom jew tas-suq regolat (Artikolu 5(3) tad-direttiva proposta li jdaħħal Artikolu 14(4a) ġdid fid-Direttiva 2003/71/KE). L-approċċ ġenerali maqbul fil-Kunsill dwar emendi oħra lid-Direttiva 2003/71/KE jesiġi l-pubblikazzjoni ta’ prospetti f’forma elettronika (ara l-Artikolu 1(13)(b) tal-approċċ ġenerali dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2004/109/KE (2009/0132 (COD), 17451/09)). It-tieni sotto-paragrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/71/KE preżentement tħalli d-deċiżjoni sabiex min joħroġ il-prospetti jippubblikahom b’mod elettroniku f’idejn l-Istati Membri.

(12)  Opinjoni tal-BĊE CON/2010/6 tal-11 ta’ Jannar 2010 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewroepw u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE, paragrafu 1.2.

(13)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (imfassla mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(14)  Ara, fir-rigward tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikoli 9(10), 9(11), 9(25) u 9(27) tad-direttiva proposta.

(15)  Ara, per eżempju, l-Artikolu 9(12) tad-direttiva proposta li temenda l-Atrikolu 49 ta’ Direttiva 2006/48/KE.

(16)  Imsemmijin fl-Artikolu 129, l-Artikolu 130(1) u l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE.

(17)  L-Artikolu 131a(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(18)  Taħt Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(19)  It-tielet sotto-paragrafu tal-Artikolu 131a(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(20)  Inklużi l-kulleġġi mwaqqfin taħt l-Artikolu 42a(3) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(21)  L-aċċess tal-BERS għall-informazzjoni li tinqasam fi ħdan il-kulleġġi tas-sorveljanti ikun skont l-opinjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-Unjoni ppresedut minn Jacques de Larosière fir-rapport tiegħu tal-25 ta’ Frar 2009, paragrafi 180 u 186, paġni 45 u 47, il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 dwar is-sorveljanza finanzjarja Ewropea (COM(2009) 252 finali, p. 15) u l-Kunsill ECOFIN fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2009, p. 13 li jappoġġjaw l-aċċess tal-BERS għal din l-informazzjoni.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar  (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (2)

Emenda 1

Premessa 15 tad-direttiva proposta

“(15)

L-arkitettura l-ġdida għas-sorveljanza stabbilita mis-SESF ser titlob illi l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza jikkooperaw fil-qrib mal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza. L-emendi għal-leġiżlazzjoni relevanti għandhom jiżguraw illi ma hemm ebda xkiel legali għall-obbligi tal-qsim tal-informazzjoni inklużi fir-Regolamenti proposti mill-Kummissjoni u li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza.”

“(15)

L-arkitettura l-ġdida għas-sorveljanza stabbilita bit-twaqqif tas-SESF u tal-BERS ser titlob illi l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u l-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza jikkooperaw fil-qrib ma’ xulxin u mal-BERS. Emendi għal-leġiżlazzjoni relevanti għandhom jiżguraw illi ma hemm ebda xkiel legali għall-obbligi tal-qsim tal-informazzjoni inkluż fir-Regolamenti proposti mill-Kummissjoni u li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza u l-BERS.”

Spjegazzjoni:

Il-leġiżlazzjoni settorjali tinħtieġ li tiġi emendata sabiex tirrifletti it-twaqqif tal-AES u tal-BERS. Fil-premessa 5 tad-direttiva proposta tista’ ukoll issir referenza għaż-żewġ proposti adottati mill-Kummissjoni dwar il-BERS bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv dwar is-sorveljanza finanzjarja Ewropea.

Emenda 2

Artikolu 1(1) tad-direttiva proposta

(Emenda għad-Direttiva 98/26/KE (3) – Artikolu 6(3))

“3.   L-Istat Membru msemmi f'paragrafu 2 għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq stabbilita minn Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandu jikkomunika lil dan tal-aħħar l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu.”

“3.   L-Istat Membru msemmi f'paragrafu 2 għandu jinnotifika immedjatament bid-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-banek ċentrali tal-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq stabbilita minn Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha, malli tiċievi din l-informazzjoni, tinnotifika immedjatament lis-sistemi u lill-operaturi tas-sistema indikati bid-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafu 1.

Spjegazzjoni:

L-emenda proposta għall-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/26/KE hija titjib sinifikanti ħafna fis-sens tal-konsegwenzi li jirriżultaw mit-tnedija ta’ proċeduri għall-falliment fir-rigward tal-irrevokabbiltà u l-finalità tal-eżekuzzjoni għall-ordnijiet għat-trasferiment. Madanakollu, dawn il-konsegwenzi huma importanti għas-sorveljanti ta’ sistemi ta’ pagament, ikklerjar u saldu u infrastruttura kruċjali oħra. Għalhekk, il-lista tad-distribuzzjoni għan-notifiki ta’ proċeduri bħal dawn għandha titkabbar sabiex tkun tinkludi mhux biss lill-Kummissjoni u lill-AETS iżda wkoll lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u lill-BĊE, flimkien mas-SEBĊ, peress illi għandhom dmirjiet statutorji esklussivi fil-qasam tas-sorveljanza ta’ sistemi ta’ pagament, ikklerjar u saldu.

Barra minn hekk, huwa importanti illi l-Kummissjoni, b’effett immedjat, tgħaddi n-notifiki dwar it-tnedija ta’ proċeduri għall-falliment lill-entitajiet relevanti koperti mill-iskop tad-Direttiva 98/26/KE, u b’hekk tiżgura illi l-ebda ordni għat-trasferiment ma jiġi eżegwit minn entitajiet bħal dawn fejn ikunu jew misshom ikunu jafu dwar it-tnedija ta’ proċeduri għall-falliment.

Finalment, ir-referenza fid-direttiva proposta għall-obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi kull informazzjoni neċessarja lill-AETS għandha titħassar peress illi qed jiġi suġġerit illi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bid-dmirijiet tan-notifika. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biss informazzjoni marbuta mad-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/26/KE u mhux l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dmirijiet tal-AETS. Hemm ukoll emenda editorjali minuri għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) li tiċċara l-iskop eżatt tal-obbligu tan-notifika.

Emenda 3

Artikolu 1(2) tad-direttiva proposta

(Emenda għad-Direttiva 98/26/KE – l-ewwel sotto-paragrafu tal-Artikolu 10(1))

“L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw bihom lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq u jinfurmawha dwar l-awtoritajiet magħżulin skont l-Artikolu 6(2). L-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq għandha tippubblika dik l-informazzjoni fis-sit elettroniku tagħha.”

“L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw bihom lill-Kummissjoni u jinfurmawha dwar l-awtoritajiet magħżulin skont l-Artikolu 6(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fis-sit elettroniku tagħha.”

Spjegazzjoni:

Il-Kummissjoni stabbiliet il-lista tas-sistemi notifikati wara l-adozzjoni tad-Direttiva 98/26/KE u din il-prattika hija stabbilita tajjeb. Għalhekk, jekk jittieħed kont tad-dmir bażiku tal-BĊE li jippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament u l-funzjonijiet ta’ sorveljanza tal-BĊE/BĊNi li jikkonċernaw is-sistemi ta’ pagament, ikklerjar u saldu, il-BĊE jikkunsidra illi l-Kummissjoni għandha tkompli taqdi din il-funzjoni.

Emenda 4

(Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE (4) – l-ewwel sotto-paragrafu tal-Artikolu 12(1) (ġdid))

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll jiskambjaw mal-awtoritajiet segwenti informazzjoni bħal din li tista' tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, skont id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew.”

(L-ebda emenda fid-direttiva proposta)

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll jiskambjaw ma’ banek ċentrali (inkluż il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali), l-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza u l-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku informazzjoni bħal din li tista' tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, skont id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-regoli settorjali.”

Spjegazzjoni:

Xkiel għall-qsim tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali, l-AES u l-BERS fil-kuntest tad-Direttiva 2002/87/KE għandu jitneħħa.

Emenda 5

(Emenda għad-Direttiva 2003/41/KE (5) – Artikolu 20a (ġdid))

L-ebda test

“Artiklu 20a

Segretezza professjonali u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għal awtorità kompetenti. L-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tinkixef lil xi persuna jew awtorità oħra ħlief skont id-disposizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom u jużaw is-setgħat tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-assistenza lil awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra.

3.   Paragrafu 1 m’għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali jew milli jittrasmettu informazzjoni kunfidenzjali lill-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) jew lill-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (BERS). Informazzjoni li tiġiskambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AEAPX jew il-BERS għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.”

Spjegazzjoni:

Id-dispożizzjoni dwar is-segretezza professjonali u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti normalment tinsab fid-direttivi dwar is-settur finanzjarju u għandha ukoll tiġi inkluża fid-Direttiva 2003/41/KE. Il-qsim ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-awtoritajiet kompetenti mal-EAPX u l-BERS tista’ tkun meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom u kull xkiel legali għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni bħal din għandu jitneħħa.

Emenda 6

Artikolu 6(11)(b) tad-direttiva proposta

(Emenda għad-Direttiva 2004/39/KE (6) – Artikolu 58(5))

“5.   L-Artikoli 54, 58 u 63 m’għandhomx iżommu lil awtorità kompetenti milli titrasmetti lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq, lill-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku imwaqqaf minn Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, u, fejn xieraq, lil awtoritajiet publiċi oħra responsabbli għas-sorveljanza ta’ sistemi ta’ pagament u saldu, informazzjoni kunfidenzjali intiża għall-qadi ta’ dmirijiethom; bl-istess mod dawn l-awtoritajiet jew korpi m’għandhomx jinżammu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni bħal din li jistgħu jkollhom bżonnha biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom li huma msemmijin f'din id-Direttiva.”

“5.   L-Artikoli 54, 58 u 63 m’għandhomx iżommu lil awtorità kompetenti milli titrażmetti lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq, lill-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku imwaqqaf minn Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u lill-banek ċentrali, inklużi l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, , informazzjoni kunfidenzjali fejn din l-informazzjoni hija ntiża għall-qadi ta’ dmirijiethom, inklużi l-ġestjoni tal-politika monetarja u l-forniment tal-likwidità relatata, is-sorveljanza ta’ sistemi ta’ pagament, ikklerjar u saldu, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; bl-istess mod dawn l-awtoritajiet jew korpi m’għandhomx jinżammu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni bħal din li jistgħu jkollhom bżonnha biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom li huma msemmijin f'din id-Direttiva.”

Spjegazzjoni:

L-emenda proposta għandha l-għan li tiżgura l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet korrispondenti li huma diġa preżenti fid-direttivi settorjali l-oħra u, partikolarment, fid-Direttiva 2006/48/KE.

Emenda 7

Artikolu 9(10) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE – Artikolu 44(2)

“2.   Il-Paragrafu 1 m’għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji milli jiskambjaw informazzjoni jew jittrasmettu informazzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont din id-Direttiva u Direttivi oħrajn li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali elenkati fil-paragrafu 1.”

“2.   Il-Paragrafu 1 m’għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji milli jiskambjaw informazzjoni jew jitrażmettu informazzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont din id-Direttiva, Direttivi oħrajn li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Artikoli [12], 20 u 21 tar-Regolament …/… [ABE]. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali elenkati fil-paragrafu 1.”

Spjegazzjoni:

L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/48/KE kif emendata mid-direttiva proposta diġa tiċċara illi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqsmu l-informazzjoni mal-ABE. Din il-kjarifika tikkorrelata mal-emenda proposta tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2006/48/KE li tawtorizza lil awtoritajiet kompetenti biex jitrażmettu informazzjoni lill-BERS, partikolarment f’każijiet imsemmijin fl-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

L-emenda proposta tintroduċi fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/48/KE referenza espressa għall-Artikoli 20 u 21 tar-regolament propost dwar l-ABE. L-Artikolu 20 tar-Regolament …/… [EBA] jittratta l-ġbir ta’ informazzjoni mill-ABE mingħand awtoritajiet kompetenti. Taħt l-Artikolu 21 tal-istess regolament, l-ABE għandha tikkoopera mal-BERS u tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata għall-qadi ta’ dmirijietha, kif speċifikat fl-Artikolu 15 ta’ Regolament …/… [BERS].

Meta jinqraw flimkien l-Artikolu 44(2) emendat tad-Direttiva 2006/48/KE, dawn iż-żewġ artikoli tar-regolament propost dwar l-ABE u r-regolament propost dwar il-BERS, huwa ċċarat illi l-ABE hija intitolata li tkompli tgħaddi lill-BERS l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mingħand l-awtoritajiet kompetenti u li hija meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-BERS.

Kieku l-Artikolu 12 tar-Regolament …/… [ABE] dwar il-kulleġġ tas-sorveljanti jiġi emendat kif propost f’paragrafu 2.2.3 ta’ din l-opinjoni, dan l-artikolu għandu jiġi ukoll imsemmi espliċitament fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/48/KE sabiex jiġi ċċarat illi l-ABE tista’ taqsam l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand il-kulleġġi tas-sorveljanti mal-BERS.


(1)  Id-direttiva proposta ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat. Ċitazzjonijiet tat-Trattat fit-testi proposti mill-Kummissjoni jridu jiġu adattati.

(2)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi it-tħassir ta’ test.

(3)  Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità tal-ħlas f’sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u s-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, pġ. 45).

(4)  Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(5)  Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-sorveljanza tal-istituzzjonijiet li jipprovdu għall-irtirar mix-xogħol (ĠU L 235, 23.9.2003, pġ. 10).

(6)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, pġ. 1).


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/9


APPLIKAZZJONI UNIFORMI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA (NM)

(Klassifikazzjoni tal-prodotti)

2010/C 87/02

Pubblikazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni adottati skont L-Artikolu 9(1) a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, (1)

In-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) għandhom jiġu emendati kif ġej:

Paġni 256-258

Kapitolu 64 Ġenerali

It-tieni paragrafu ta’ Ġenerali, punt 1(c), huwa sostitwit bit-test li ġej:

“L-aċċessorji ġeneralment għandhom funzjoni ornamentali u l-elementi ta’ rinfurzar għandhom funzjoni ta' protezzjoni u ta' tisħiħ. Peress li l-elementi ta’ rinfurzar huma mqabbdin ma’ ta’ fuq bl-għan li jagħtu saħħa addizzjonali, dawn jitwaħħlu mal-wiċċ ta' barra ta' fuq and mhux sempliċiment mal-kisi minn ġewwa. Madanakollu, parti mill-kisi tista’ tkun tidher taħt ir-rinfurzar, basta l-funzjoni ta’ rinfurzar tagħha ma tonqosx minħabba f’hekk. Minbarra li r-rinfurzar huwa magħqud ma’ ta' fuq ir-rinfurzar jew aċċessjorju jista’ ukoll jingħaqad mal-qiegħ jew jidħol fih. Materjal ma jitqiesx bħala aċċessorju jew element ta’ rinfurzar , iżda bħala parti mill-parti ta' fuq basta l-metodu ta' assemblaġġ tal-materjali minn taħt mhuwiex permanenti (il-ħjata bejn id-drapp hija eżempju ta’ metodu permanenti ta’ assemblaġġ).”

It-tielet kunsiderazzjoni tat-test hawn taħt id-dijagrammi ta’ Ġenerali, punt 1 (c), hu sostitwit bit-test li ġej:

“3.

It-tneħħija tat-taqsima (3) tal-ġilda żvelat żona tat-tessut (immarkat A fuq id-dijagramma) u żona ta’ materjal ta’ kisja li qiegħed taħt taqsima 3. Peress li t-tessut ma jestendix it-tul kollu skont it-taqsima 3 , u, peress li l-kisja ma titqiesx li hija ta’ fuq, u peress li prinċipalment hemm materjal ta’ kisja taħt il-ġilda, il-parti tal-ġilda ma tirrafforzax xi materjal ta’ fuq, u għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata bħala parti minn ta’ fuq.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.


1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5761 – E.ON/MASDAR/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 87/03

Fl-24 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5761. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Marzu 2010

li taħtar il-membri Pollakki u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2010/C 87/04

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri,

Billi:

(1)

fid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2010 sat-28 ta' Frar 2013, ħlief għal ċerti membri u membri supplenti, inklużi l-membri Pollakki u membri supplenti għat-trade union u l-kategoriji tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

(2)

il-Gvern Pollakk ippropona l-kandidati għall-positijiet li għandhom jimtlew;

IDDEĊIEDA:

Artikolu uniku

Dawn li ġejjin huma maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jiskadi fit-28 ta' Frar 2013:

I.

Rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

Membru

Membri Supplenti

IS-Sinjura Iwona PAWLACZYK

Is-Sur Mariusz ŁUSZCZYK

Is-Sur Andrzej SZCZEPANIAK

II.

Rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta' min iħaddem

Membru

Membri Supplenti

Is-Sur Zbigniew ŻUREK

Is-Sur Jacek MĘCINA

Is-Sur Marek KOŁODZIEJSKI

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-ĠU.


Kummissjoni Ewropea

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Marzu 2010

2010/C 87/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3479

JPY

Yen Ġappuniż

125,93

DKK

Krona Daniża

7,4447

GBP

Lira Sterlina

0,88980

SEK

Krona Żvediża

9,7135

CHF

Frank Żvizzeru

1,4276

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0135

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,440

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,75

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7085

PLN

Zloty Pollakk

3,8673

RON

Leu Rumen

4,0970

TRY

Lira Turka

2,0512

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4741

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3687

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4653

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9024

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8862

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 525,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8922

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2006

HRK

Kuna Kroata

7,2638

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 227,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,3968

PHP

Peso Filippin

60,920

RUB

Rouble Russu

39,6950

THB

Baht Tajlandiż

43,598

BRL

Real Brażiljan

2,4043

MXN

Peso Messikan

16,6573

INR

Rupi Indjan

60,5140


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/13


Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward tal-Commercial Value Insurance A.Α.Ε.

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2010/C 87/06

Impriża tal-assigurazzjoni

Commercial Value Α.Α.Ε.

Vasilissis Sofias 60 and Papadiamandopoulou

115 28 Athens

GREECE

Data, dħul fis-seħħ u t-tip ta' deċiżjoni

Deċiżjoni 174/2 tal-Bord tal-Kumitat Superviżorju tal-Assigurazzjoni Privata (EPEIA) tal-4 ta' Frar 2010 dwar is-sospensjoni immedjata tal-attivitajiet kollha tal-assigurazzjoni Commercial Value A.A.E., kemm fil-Greċja kif ukoll lil hinn minnha.

Dħul fis-seħħ: 4.2.2010

Awtoritajiet kompetenti

Il-Kumitat Superviżorju tal-Assigurazzjoni Privata (EPEIA)

Ipatias 5

105 57 Athens

GREECE

Awtorità superviżorja

Il-Kumitat Superviżorju tal-Assigurazzjoni Privata (EPEIA)

Ipatias 5

105 57 Athens

GREECE

Amministratur maħtur

(isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt; f'każ ta' persuna legali, il-persuna fiżika li tirrappreżentha)

Liġi applikabbli

Il-liġi Griega skont l-Artikolu 9 tad-Digriet Leġislattiv 400/1970


1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/14


Deċiżjoni dwar id-dispożizzjoni ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Progress Assicurazioni S.p.A.

(Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2010/C 87/07

Kumpanija tal-assigurazzjoni

Progress Assicurazioni S.p.A.

Piazza Alberico Gentili 3

90143 Palermo PA

ITALIA

Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni

Provvedimento ISVAP n. 2773 del 9 febbraio 2010 – Nomina del Commissario per la gestione provvisoria ai sensi dell’articolo 230 del D.Lgs. n. 209/2005.

Awtorità kompetenti

ISVAP

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Awtorità superviżorja

ISVAP

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Kummissarju maħtur

Prof. avv. Andrea GEMMA

Piazza Alberico Gentili 3

90143 Palermo PA

ITALIA

Liġi applikabbli

Italia

Art. 230 del D.Lgs. n. 209/2005

Permezz tad-Dispożizzjoni ISVAP Nru 2773 tad-9 ta' Frar 2010 u skont l-Artikolu 230 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209 tas-7 ta' Settembru 2005, il-prof. avv. Andrea GEMMA nħatar Kummissarju għall-ġestjoni proviżorja ta' Progress Assicurazioni S.p.A. li għandha s-sede tagħha f'Palermo, Piazza Alberico Gentili 3, għal tul massimu ta' xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Dispożizzjoni. Għaldaqstant qegħdin jiġu sospiżi l-funzjonijiet tal-korpi tal-amministrazzjoni u tal-kontroll tal-kumpanija.


1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/15


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17; ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15)

2010/C 87/08

Il-pubblikazzjoni tal-Lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

L-ESTONJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikta fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera: Politsei- ja Piirivalveamet (il-Puluzija u l-Bord tal-Gwardja tal-Fruntieri)

L-UNGERIJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikta fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Is-servizz nazzjonali responsabbli għall-kontroll fuq il-fruntiera: Rendőrség (il-Pulizija Nazzjonali) u Vám-és Pénzügyőrség (il-Gwardja Doganali u tal-Finanzi). Dawn tal-aħħar huma preżenti fil-fruntieri esterni mal-Ukrajna, is-Serbja u l-Kroazja;


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni Ewropea

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/16


Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Għotjiet lir-Riċerkaturi fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew konġunt ta' Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)

2010/C 87/09

Qed jingħata avviż tat-tnedija tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Għotjiet lir-Riċerkaturi fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew konġunt ta' Riċerka dwar il-Metroloġija

Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għal din is-sejħa:

Fażi 3 tas-Sejħa EMRP 2009 – Enerġija:

Għotjiet ta' Eċċellenza lir-Riċerkaturi (REG)

Għotjiet ta' Mobilità lir-Riċerkaturi (RMG)

Sejħa Miftuħa – l-ewwel data ta' limitu:

Għotjiet għall-Mobilità tar-Riċerkaturi fi Stadju Bikri tal-Karriera tagħhom (ESRMG)

Id-data tal-għeluq u l-ewwel data ta' limitu hija s-7 ta' Mejju 2010.

Tagħrif dwar is-sejħa u d-dokumentazzjoni dwarha huma ppubblikati fuq dan is-sit elettroniku:

http://www.emrponline.eu/energycall/adverts


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni Ewropea

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/17


Avviż ta’ Tnedija ta' proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw fl-Indja

2010/C 87/10

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti vireg tal-azzar li ma jsaddadx, li joriġinaw mill-Indja, qegħdin ikunu ssussidjati u b'hekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fil-15 ta' Frar 2010 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti vireg tal-azzar li ma jsaddadx.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa vireg u staneg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħdumin aktar ħlief iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ, għajr vireg u staneg tondi b’dijametru ta' 80 mm jew aktar (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   L-allegazzjoni ta’ sussidju

Il-prodott li allegatament qed jiġi sussidjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa' fil-kodoċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89. Dawn il-Kodiċi NM qegħdin jingħataw biss bħala informazzjoni.

Qed jiġi allegat li l-manifatturi tal-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mill-Indja gawdew minn għadd ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tal-Indja u minn sussidji reġjonali. Is-sussidji jikkonsistu minn, inter alia, skemi li jagħtu benefiċċji lill-industriji allokati f'żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni, l-iskema tal-ktejjeb li jintitola għad-dazju, l-iskema ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem, l-iskema għall-promozzjoni ta' esportazzjoni ta' oġġetti kapitali, il-finanzjament tal-esportazzjoni qabel u wara t-trasport bil-baħar, garanziji ta' self mill-Gvern tal-Indja, l-eżenzjoni ta' kreditu ta' esportazzjoni mit-taxxi fuq l-interessi, skema ta' ċertifikat għar-riforniment bla dazju/skema ta' awtorizzazzjoni għal-importazzjoni bla dazju, skema ta' ħlas lura ta' dazju, inċentiv ta' taxxa fuq id-dħul għar-riċerka u l-iżvilupp, skemi mira u aktar (target plus) u sussidji reġjonali mill-Istat ta' Maharashtra (inter alia inċentiv ta' taxxa fuq il-bejgħ/taxxa fuq il-kummerċ, eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku, ir-rimborż tal-iskema octroi, inċentiv speċjali fuq il-kapital) u mill-Istat ta' Gujarat (skemi ta' inċentivi industrijali).

Huwa allegat li dawn l-iskemi ta' hawn fuq huma sussidji billi dawn jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja jew Gvernijiet reġjonali oħra u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarji, jiġifieri lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Huwa allegat li dawn huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u/jew limitati għal xi kumpaniji u/jew prodotti u/jew reġjuni speċifiċi, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara

Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovda l-kwerelant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li hu li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat ta’ effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta’ proċediment, il-Kummissjoni b'dan qed tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qed jiġi ssussidjat u jekk dan is-sussidju kkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu pożittivi, l-investigazzjoni għandha teżamina huwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi l-miżuri.

5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidju

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’din il-proċedura u biex titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal numru raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzoni (“PI”) bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (3) separatament u f'totali,

il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ fis-suq lokali matul il-PI mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 ,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat,

kull ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Il-produtturi esportaturi għandhom jindikaw ukoll jekk, f’każ li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, jixtiqux jirċievu kwestjonarju sabiex jimlewh u b’hekk jasserixxu marġini individwali ta’ sussidju skont it-Taqsima (b) hawn taħt.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex tiġi vverifikata r-risposta tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal produtturi esportaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi jkunu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kumpaniji li jkunu aċċettaw li possibbilment jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jkunux intgħażlu biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw”). Bla ħsara għat-Taqsima (b) hawn taħt, id-dazju kompensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw ma għandux jaqbeż il-marġini medju b'piż differenzjat ta’ sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(b)   Marġini individwali ta’ sussidju għall-kumpaniji li mhumiex inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li ma jintgħażlux għall-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini individwali ta’ sussidju (“marġini individwali ta’ sussidju”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali ta’ sussidju għandhom jitolbu kwestjonarju skont it-Taqsima (a) ta’ hawn fuq u jibagħtuh lura mimli kif meħtieġ fl-iskadenzi stipulati hawn taħt. Il-kwestjonarju mwieġeb u komplut għandu jitressaq fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġini individwali ta’ sussidju għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġini individwali ta’ sussidju tagħhom jekk, pereżempju, in-numru ta’ produtturi esportaturi jkun tant kbir li tali determinazzjoni tkun diffiċli bla meħtieġ u ma tippermettix li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

(c)   Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

Għandhom jintbagħtu kwestjonarji wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Fid-dawl ta' numru potenzjalment kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal numru raġonevoli n-numru ta’ importaturi li mhumiex relatati li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat,

il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 tal-prodott importat li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (7) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex tiġi vverifikata r-risposta tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal importaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi kollha mhux relatati li huma magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li qegħdin fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara

Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew ritardjar materjali tat-twaqqif ta’ din l-industrija. Id-determinazzjoni tal-ħsara hija msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi determinazzjoni oġġettiva tal-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fil-pajjiż li jimporta u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Biex ikun stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’din il-proċedura u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal numru raġonevoli l-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi tal-Unjoni kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat,

il-valur tal-bejgħ f'EUR tal-prodott li qed jiġi investigat u li sar fis-suq tal-UE matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 ,

il-volum f'tunnellati tal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat u li sar fis-suq tal-UE matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 ,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 ,

il-volum f’tunnellati importati fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat prodott fil-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2009 u l-31 ta’ Marzu 2010, jekk applikabbli,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (8) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat (kemm jekk prodott fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiż ikkonċernat),

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex tiġi vverifikata r-risposta tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx huma msejsa fuq fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja lil kwalunwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif imniżżel hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni jkunu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidju u ta' dannu kkawżat minħabba f’hekk, għandha tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kompensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-iskadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw rwieħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'tagħrif dwar jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri hijiex fl-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata kemm f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif imressaq skont l-Artikolu 31 jiġi kkunsidrat biss jekk ikun appoġġjat minn evidenza fattwali fil-ħin li jitressaq.

5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha b'dan huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif flimkien mal-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għas-smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għas-smigħ għandha titressaq fil-limiti ta’ żmien stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Il-proċedura għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif imressaq għall-għażla tal-kampjuni, il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe aġġornament tagħhom, li jsiru mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku għal raġunijiet tekniċi, din għandha tinforma lill-Kummissjoni minnufih.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (9).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u fil-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 22956505

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fl-iskadenzi stipulati, jew b’mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jiġi injorat u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu msejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. L-uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għas-smigħ minn terzi persuni. L-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet interessati jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

Talba għal seduta mal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ għandhom isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw għal liema raġunijiet qegħdin isiru. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba tista’ titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għas-smigħ għandha titressaq fil-limiti ta’ żmien stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost oħrajn, is-sussidju, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Smigħ bħal dan, bħala regola, isir mhux aktar tard mill-aħħar tar-raba’ ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_en.htm).

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi pproċessata b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (10).


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott taħt investigazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluż kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ intern jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-esportaturi li mhumiex produtturi normalment ma jkunux intitolati għal rata ta’ dazju individwali.

(3)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u l-Ungerija.

(4)  Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu impjegat u l-persuna li timpjegah; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew tal-kwoti ta' ishma li jivvutaw jew it-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien ikunu direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (Il-Ġurnal Uffiċjali L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li jkunu relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 mal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna.

(6)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ wkoll tintuża fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni ta' sussidju.

(7)  Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna.

(8)  Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna.

(9)  Dan id-dokument huwa wieħed kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Rettifika

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/23


Corrigendum għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-lifts

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 52 tat-2 ta’ Marzu 2010 )

2010/C 87/11

Fil-paġna 5:

minflok:

“CEN

EN 81-1:1998+A3:2009

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta’ lifts – Parti 1 Lifts elettriċi

Din hija l-ewwel pubblikazzjoni

EN 81-1:1998

Nota 2.1

30.6.2011

CEN

EN 81-2:1998+A3:2009

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta’ lifts – Parti 2 Lifts idrawliċi

Din hija l-ewwel pubblikazzjoni

EN 81-2:1998

Nota 2.1

30.6.2011

CEN

EN 81-28:2003

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta’ lifts – Lifts għat-trasport ta’ persuni u merkanzija – Parti 28: Avviż ta’ allarm mill-bogħod f‘lifts għall-passiġġieri u merkanzija

10.2.2004”

 

 

għandu jinqara:

“CEN

EN 81-1:1998+A3:2009

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u l-istallazzjoni ta’ lifts – Parti 1 Lifts elettriċi

Din hija l-ewwel pubblikazzjoni

EN 81-1:1998

Nota 2.1

Nota 4

30.6.2011

CEN

EN 81-2:1998+A3:2009

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u l-istallazzjoni ta’ lifts – Parti 2 Lifts idrawliċi

Din hija l-ewwel pubblikazzjoni

EN 81-2:1998

Nota 2.1

Nota 4

30.6.2011

CEN

EN 81-28:2003

Regoli ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u l-istallazzjoni ta’ lifts – Lifts għat-trasport ta’ persuni u merkanzija – Parti 28: Avviż ta’ allarm mill-bogħod f‘lifts għall-passiġġieri u merkanzija

10.2.2004

Nota 4”