ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.037.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 37

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
13 ta' Frar 2010

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 037/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 24, 30.1.2010

1

V   Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 037/02

Kawża C-438/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2009 — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

2

2010/C 037/03

Kawża C-440/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-11 ta' Novembru 2009 — Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu vs Stanisława Tomaszewska

2

2010/C 037/04

Kawża C-450/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsischen Finanzgerichts (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Novembru 2009 — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln

3

2010/C 037/05

Kawża C-457/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-23 ta’ Novembru 2009 — Claude Chartry vs L-Istat tal-Belġju

3

2010/C 037/06

Kawża C-461/09 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2009 minn The Wellcome Foundation Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-493/07: The Wellcome Foundation Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

4

2010/C 037/07

Kawża C-465/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

4

2010/C 037/08

Kawża C-466/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

5

2010/C 037/09

Kawża C-467/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

6

2010/C 037/10

Kawża C-468/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

7

2010/C 037/11

Kawża C-469/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

8

2010/C 037/12

Kawża C-470/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kaw żi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

10

2010/C 037/13

Kawża C-471/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

11

2010/C 037/14

Kawża C-472/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

12

2010/C 037/15

Kawża C-473/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

14

2010/C 037/16

Kawża C-474/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

15

2010/C 037/17

Kawża C-475/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

16

2010/C 037/18

Kawża C-476/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

17

2010/C 037/19

Kawża C-477/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2009 — Charles Defossez vs Christian Wiart, stralċjatur ta’ Sotimon SARL, Office national de l’emploi, CGEA ta’ Lille

18

2010/C 037/20

Kawża C-483/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Tarragona (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Proċeduri kriminali kontra Maguette Gueye

19

2010/C 037/21

Kawża C-484/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (Il-Portugall) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Manuel Carvalho Ferreira Santos vs Companhia Europeia de Seguros, S.A

20

2010/C 037/22

Kawża C-485/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Viamex Agrar handels GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

20

2010/C 037/23

Kawża C-489/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Gent (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Vandoorne NV vs Belgische Staat

21

2010/C 037/24

Kawża C-490/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

21

2010/C 037/25

Kawża C-493/09: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

21

2010/C 037/26

Kawża C-495/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

22

2010/C 037/27

Kawża C-500/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

22

2010/C 037/28

Kawża C-503/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Diċembru 2009 — Lucy Stewart vs Secretary of State for Work and Pensions

23

2010/C 037/29

Kawża C-510/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

24

2010/C 037/30

Kawża C-511/09 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 minn Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-296/06: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2010/C 037/31

Kawża C-512/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

25

2010/C 037/32

Kawża C-513/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

25

2010/C 037/33

Kawża C-518/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

26

2010/C 037/34

Kawża C-520/09 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 minn Arkema France SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-168/05, Arkema vs Il-Kummissjoni

27

2010/C 037/35

Kawża C-521/09 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

28

2010/C 037/36

Kawża C-524/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fit-12 ta’ Novembru 2009 — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations

29

2010/C 037/37

Kawża C-534/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

30

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 037/38

Kawża T-57/01: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Solvay vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tas-sodju fil-Komunità (bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda) — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE — Ftehim ta’ akkwisti għal perijodu eċċessivament twil — Skont ta’ lealtà — Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet — Terminu raġonevoli — Forom proċedurali sostanzjali — Suq ġeografiku rilevanti — Eżistenza tal-pożizzjoni dominanti — Użu abbużiv tal-pożizzjoni dominanti — Dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Multa — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiv — Ċirkustanzi attenwanti)

31

2010/C 037/39

Kawża T-58/01: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Solvay vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tas-sodju fil-Komunità — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE — Ftehim li jiggarantixxi lil impriża ammont minimu ta’ bejgħ fi Stat Membru u x-xiri ta’ kwantitajiet neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-ammont minimu — Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet — Terminu raġonevoli — Forom proċedurali sostanzjali — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Multa — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti)

31

2010/C 037/40

Kawżi magħquda T-440/03, T-121/04, T-171/04, T-208/04, T-365/04 u T-484/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta' Diċembru 2009 — Arizmendi et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Unjoni doganali — Proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Opinjoni motivata — Tħassir mil-leġiżlazzjoni Franċiża tal-monopolju tal-korp tal-aġenti marittimi interpreti u sewwieqa tal-bastimenti — Ksur suffiċjentement serju — Rabta kawżali)

32

2010/C 037/41

Kawża T-156/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Diċembru 2009 — EDF vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Drittijiet proċedurali tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Kriterju tal-investitur privat)

32

2010/C 037/42

Kawża T-158/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Cofac vs Il-Kummissjoni (FSE — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Skemi ta’ taħriġ — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ)

33

2010/C 037/43

Kawża T-159/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Cofac vs Il-Kummissjoni (FSE — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Skemi ta’ taħriġ — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ)

33

2010/C 037/44

Kawża T-436/07 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2009 — Giannopoulos vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Klassifikazzjoni fi grad — Talba għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni — Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

34

2010/C 037/45

Kawża T-490/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Notartel vs UASI — SAT.1 (R.U.N.) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R.U.N. — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti ran — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

34

2010/C 037/46

Kawża T-412/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Trubion Pharmaceuticals vs UASI — Merck (TRUBION) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRUBION — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TriBion Harmonis — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

35

2010/C 037/47

Kawża T-476/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

35

2010/C 037/48

Kawża T-483/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Giordano Enterprises vs UASI — Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORDANO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORDANO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

36

2010/C 037/49

Kawża T-107/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta' Diċembru 2009 — Inet Hellas vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annulament — Implimentazzjoni tad-dominju tal-ogħla livell .eu — Reġistrazzjoni tad-dominju .co bħala dominju tat-tieni livell — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

36

2010/C 037/50

Kawża T-481/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Deltalinqs u SVZ vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament ippreżentat minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ impriżi stabbiliti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà manifesta)

37

2010/C 037/51

Kawża T-194/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Cattin vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — EDF — Lista ta’ esportaturi eliġibbli li jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand ir-Repubblika Ċentru-Afrikana — Nuqqas ta’ reġistrazzjoni — Preskrizzjoni — Inammissibbiltà)

37

2010/C 037/52

Kawża T-567/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-proċedura 2005 — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

38

2010/C 037/53

Kawża T-396/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-arja — Deroga mogħtija lil Stat Membru — Rifjut ta’ reviżjoni mill-Kummissjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà)

38

2010/C 037/54

Kawża T-446/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 — Escola Superior Agrária de Coimbra vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 037/55

Kawża T-454/09 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 minn Rinse van Arum mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-139/07, van Arum vs Parlament

39

2010/C 037/56

Kawża T-484/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2009 — McLoughney vs UASI — Kern (Powerball)

40

2010/C 037/57

Kawża T-485/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 037/58

Kawża T-487/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)

41

2010/C 037/59

Kawża T-488/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 — Jager & Polacek vs UASI — RT Mediasolutions (REDTUBE)

42

2010/C 037/60

Kawża T-489/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Leali vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 037/61

Kawża T-490/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 037/62

Kawża T-491/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

44

2010/C 037/63

Kawża T-492/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — MEDA Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

44

2010/C 037/64

Kawża T-497/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

45

2010/C 037/65

Kawża T-499/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2009 — Evonik Industries vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu bil-kulur porpra bin-naħa tal-lemin tonda)

45

2010/C 037/66

Kawża T-500/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea

46

2010/C 037/67

Kawża T-501/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

46

2010/C 037/68

Kawża T-504/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2009 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL)

47

2010/C 037/69

Kawża T-422/03: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2009 — Enviro Tech Europe u Enviro Tech International vs Il-Kummissjoni

48

2010/C 037/70

Kawża T-76/04: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bactria vs Il-Kummissjoni

48

2010/C 037/71

Kawża T-401/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bactria vs Il-Kummissjoni

48

2010/C 037/72

Kawża T-199/06: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

48

2010/C 037/73

Kawża T-143/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Diċembru 2009 — UMG Recordings vs UASI — Osman (MOTOWN)

48

2010/C 037/74

Kawża T-333/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bull et vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 037/75

Kawża T-555/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2009 — IPublish Ganske Interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ apparat għall-ipproċessar ta’ data)

49

2010/C 037/76

Kawża T-174/09: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Diċembru 2009 — Complejo Agrícola vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 037/77

Kawża T-208/09: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Diċembru 2009 — Mars vs L-UASI — Marc (MARC Marlon Abela Restaurant Corporation)

49

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 037/78

Kawża F-8/09: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Diċembru 2009 — Apostolov vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors inammissibbli — Dewmien)

50

2010/C 037/79

Kawża F-102/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Bennett et vs UASI

50

2010/C 037/80

Kawża F-103/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Allen et vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 037/81

Kawża F-104/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Diego Canga Fano vs Il-Kunsill

51

2010/C 037/82

Kawża F-105/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Scheefer vs Il-Parlament

52

2010/C 037/83

Kawża F-106/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2009 — Pascual García vs Il-Kummissjoni

52

MT

IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/1

2010/C 37/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 24, 30.1.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 11, 16.1.2010

ĠU C 312, 19.12.2009

ĠU C 297, 5.12.2009

ĠU C 282, 21.11.2009

ĠU C 267, 7.11.2009

ĠU C 256, 24.10.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/2

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2009 — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-438/09)

2010/C 37/02

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bogusław Juliusz Dankowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva VAT (Direttiva 77/388/KEE) (1), jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha persuna taxxabbli ma tibbenefikax mid-dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa li tirriżulta minn fattura tal-VAT maħruġa minn operatur li mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-persuni suġġetti għat-taxxa fuq prodotti u servizzi?

(2)

Huwa ta’ rilevanza sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda li:

(a)

ma jkun hemm ebda dubju li l-operazzjonijiet indikati fuq il-fattura tal-VAT huma suġġetti għall-VAT u li effettivament twettqu;

(b)

il-fattura tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba mid-dritt Komunitarju;

(c)

ir-restrizzjoni li għaliha huwa suġġett id-dritt tal-persuna taxxabbli li tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa li tirriżulta minn fattura maħruġa minn operatur li mhuwiex irreġistrat kienet applikabbli fis-sistema legali nazzjonali qabel id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fil-Komunità?

(3)

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija suġġetta għall-fatt li jiġu sodisfatti kundizzjonijiet addizzjonali (pereżempju, il-prova li l-persuna taxxabbli aġixxiet in bona fide)?

(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/2

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-11 ta' Novembru 2009 — Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu vs Stanisława Tomaszewska

(Kawża C-440/09)

2010/C 37/03

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu.

Konvenuta: Stanisława Tomaszewska.

Domanda preliminari

L-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU 1971, L 149, p. 2), flimkien mal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU 1972, L 74, p. 1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru għandha — meta tikkonstata li ħaddiem naqas milli jissodisfa l-kundizzjoni li huwa għandu jkollu perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat f’dak l-Istat Membru suffiċjenti sabiex ikun intitolat għal pensjoni tal-irtirar — tinkludi perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat fi Stat Membru ieħor b’tali mod li hija għandha tikkalkola mill-ġdid il-perijodu ta’ assigurazzjoni li fuqu jiddependi l-akkwist tad-dritt għall-pensjoni, billi tapplika r-regoli li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali u titratta l-perijodu kkompletat fl-Istat Membru l-ieħor bħala perijodu kkompletat f’dan l-Istat, jew żżid il-perijodu kkompletat fl-Istat Membru l-ieħor mal-perijodu nazzjonali kkalkolat qabel fuq il-bażi tar-regoli inkwistjoni?

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/3

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsischen Finanzgerichts (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Novembru 2009 — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln

(Kawża C-450/09)

2010/C 37/04

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsischen Finanzgerichts.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ulrich Schröder.

Konvenut: Finanzamt Hameln.

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 234(3) KE, id-domanda li ġejja hija sottomessa għal deċiżjoni preliminari:

Huwa kuntrarju għall-Artikoli 56 u 12 KE li qarib parzjalment suġġett għat-taxxa fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma jistax inaqqas mid-dħul tiegħu l-kirjiet imħallsa fuq proprjetà immobbli, bħala spejjeż straordinarji, filwaqt li persuna suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul kollu tagħha tista’?

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/3

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-23 ta’ Novembru 2009 — Claude Chartry vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-457/09)

2010/C 37/05

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Claude Chartry

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993, kif ukoll l-Artikolu 234 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprekludu liġi nazzjonali, bħalma hija dik tat-12 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 26 tal-liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti ta’ Arbitraġġ, li timponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li b’mod preliminari tadixxi lill-Qorti Kostituzzjonali meta tikkonstata li ċittadin taxxabbli jkun mċaħħad mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, integrati fid-dritt Komunitarju, permezz ta’ liġi nazzjonali oħra, jiġifieri l-Artikolu 49 tal-liġi qafas tad-9 ta’ Lulju 2004, mingħajr ma din il-qorti tkun tista’ tiżgura immedjatament l-applikabbiltà diretta tad-dritt Komunitarju fil-kawża li jkollha quddiemha u mingħajr ma din tkun tista’ tistħarreġ il-kompatibbiltà meta l-Qorti Kostituzzjonali tkun irrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-liġi nazzjonali mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Titolu II tal-Kostituzzjoni?

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/4

Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2009 minn The Wellcome Foundation Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-493/07: The Wellcome Foundation Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-461/09 P)

2010/C 37/06

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Wellcome Foundation Ltd (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tikkonstata li, billi kkonfermat id-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 52(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1);

tannulla s-sentenza kkontestata li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn din irrifjutat li tannulla d-deċiżjonijiet kollha tal-UASI u tal-Qorti tal-Prim’Istanza dwar l-ispejjeż, u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tal-fatti hekk kif jirriżultaw mir-reġistri tat-trade marks u hekk kif ippreżentati quddiem l-UASI, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat mingħajr ebda bażi legali li l-pubbliku rilevanti kellu livell għoli ta’ attenzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza rrifjutat li tikkunsidra l-provi li hija ppreżentat, minkejja li dawn il-provi kellhom ikunu ammissibbli, peress li dawn kienu biss sempliċi amplifikazzjoni tal-argumenti u tal-provi diġà ppreżentati quddiem l-UASI.

Ir-rikorrenti ssostni li, sabiex tiddeskrivi x-xebh tal-prodotti, il-Qorti tal-Prim’Istanza użat vokabularju vag u mhux koerenti, u b’hekk naqset milli timmotiva b’mod preċiż, eżatt u koerenti s-sentenza kkontestata.

Ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-fatti li ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Qorti applikat kriterji ġuridikament ineżatti, mhux kompluti u difettużi sabiex tikkonkludi li l-Bord tal-Appell kien ġustament ikkunsidra li l-prodotti kellhom livell baxx ta’ xebh.

Ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tal-fatti li kienu ppreżentati lill-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Qorti kkonkludiet li s-sinjali kellhom livell baxx ta’ xebh peress li m’applikatx il-kriterju xieraq għall-paragun ġenerali tas-sinjali.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza bbażat il-konklużjoni tagħha dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq kriterji ġuridikament ineżatti, mhux kompluti u difettużi, peress li tali kriterji ġuridikament ineżatti, mhux kompluti u difettużi ġew applikati sabiex jiġi ddefinit il-pubbliku rilevanti, sabiex jiġi evalwat il-livell ta’ xebh tal-prodotti u sabiex jiġi evalwat il-livell ta’ xebh tas-sinjali.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/4

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-465/09 P)

2010/C 37/07

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tal-fatt li l-Kawża T-32/01 ma għadx għandha skop.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(3)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għall-għajnuna eżistenti.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-kawżi u li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għall-għajnuna eżistenti

(6)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/5

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-466/09 P)

2010/C 37/08

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tal-fatt li l-Kawża T-32/01 ma għadx għandha skop.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(3)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess u li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti

(6)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tagħha. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/6

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-467/09 P)

2010/C 37/09

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tal-fatt li l-Kawża T-32/01 ma għadx għandha skop.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(3)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għall-għajnuna eżistenti.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (dwar il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess u li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti

(6)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/7

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-468/09 P)

2010/C 37/10

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(2)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għall-għajnuna eżistenti.

(3)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess u li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għall-għajnuna eżistenti

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkonfermat l-evalwazzjoni li l-miżura fiskali inkwistjoni, adottata fl-1993 bl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ għajnuna għall-investiment skont il-Linji ta’ gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali tal-1998, kienet għajnuna għall-operat.. Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ nonretroattività.

(6)

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” għall-eżami preliminari ta’ sistema fiskali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li wassal lill-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax li t-tul tal-proċedura preliminari kien irraġonevoli.

(7)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(8)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(9)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tad-deċiżjoni.

(10)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, ksur li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna.

(11)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/8

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-469/09 P)

2010/C 37/11

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(2)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti.

(3)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkonfermat l-evalwazzjoni li l-miżura fiskali inkwistjoni, adottata fl-1993 bl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ għajnuna għall-investiment skont il-Linji ta’ gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali tal-1998, kienet għajnuna għall-operat. Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ nonretroattività.

(6)

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” għall-eżami preliminari ta’ sistema fiskali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li wassal lill-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax li t-tul tal-proċedura preliminari kien irraġonevoli.

(7)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(8)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(9)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tad-deċiżjoni.

(10)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, ksur li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna.

(11)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/10

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kaw żi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-470/09 P)

2010/C 37/12

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru).

(2)

Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti.

(3)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

(4)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti

(5)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkonfermat l-evalwazzjoni li l-miżura fiskali inkwistjoni, adottata fl-1993 bl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ għajnuna għall-investiment skont il-Linji ta’ gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali tal-1998, kienet għajnuna għall-operat. Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ nonretroattività.

(6)

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” għall-eżami preliminari ta’ sistema fiskali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li wassal lill-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax li t-tul tal-proċedura preliminari kien irraġonevoli.

(7)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(8)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(9)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tad-deċiżjoni.

(10)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, ksur li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna.

(11)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/11

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-471/09 P)

2010/C 37/13

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, it-talba sussidjarja għall-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tat-termini tad-dibattitu tas-seduta u ksur tal- prinċipju ta’ dritt għal smigħ. Ksur tal-ġurisprudenza li titratta l-motivazzjoni. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni tal-provi fin-nuqqas ta’ kontenut materjali tal-atti tal-proċess.

La d-differenza formali bejn il-miżura fiskali inkwistjoni u l-miżura li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni 93/337 (2), la l-fatt li l-Kummissjoni setgħet timmotiva l-kriterju ta’ selettività b’element ieħor differenti minn dak espliċitament ipprovdut fid-Deċiżjoni 93/337 u lanqas id-dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà ipprovduta fid-Deċiżjoni 93/337 ma jikkostitwixxu, suffiċjentement skont id-dritt, raġunijiet sabiex il-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax l-eżistenza ta’ ċirkustanza eċċezzjonali li, waħeda jew flimkien maċ-ċirkustanzi oħra ta’ dan il-każ, kienet tipprekludi lill-Kummissjoni milli tordna l-irkupru tal-għajnuna ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata.

Billi kkunsidrat li, għal raġunijiet ta’ natura teknika fiskali u fid-dawl tal-portata tat-tnaqqis fiskali, il-miżuri inkwistjoni fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02 mhumiex simili għall-miżura fiskali inkwistjoni hawnhekk, il-Qorti tal-Prim’ Istanza żnaturat it-termini tad-dibattitu bejn il-partijiet fil-kawża, injorat il-prinċipju ta’ dritt għal smigħ u, barra minn hekk, wettqet ksur manifest tal-ġurisprudenza stabbilita li titratta l-motivazzjoni.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-attitudni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżenzjoni fiskali u/jew tal-kreditu ta’ taxxa tal-1993 — skont kif jirriżulta mill-atti tal-proċess, li, bi ksur tar-regoli proċedurali, ma ġewx evalwati mill-Qorti tal-Prim’ Istanza — ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li setgħet tiġġustifika xi tip ta’ aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fiskali inkwistjoni, ħaġa li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kienet tipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna peress li dan ikun imur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità li jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru ta’ għajnuna għall-investiment li ma tkunx taqbeż il-limiti massimi għall-għajnuna reġjonali.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità meta ma kkunsidratx li l-Kummissjoni kisret dan il-prinċipju meta eżiġiet l-irkupru tal-ammonti kollha mogħtija abbażi tal-kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti, minflok ta’ dawk l-ammonti biss li jaqbżu l-limitu massimu ta’ għajnuna reġjonali fil-País Vasco.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza, billi ma pproduċietx il-prova mitluba, kisret id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq tal-appellant, peress li ċaħdet il-produzzjoni ta’ prova li tirriżulta li hija essenzjali għall-appellant, u b’dan il-mod kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ dan tal-aħħar peress li t-talba tiegħu nċaħdet abbażi tal-argument li ma pprovax, preċiżament, dak li huwa ried jipprova permezz tal-prova li ma ġietx prodotta: jiġifieri l-pożizzjoni definittiva espliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ilment tal-1994 kontra r-regoli fiskali tal-1993 (inkluż kreditu ta’ taxxa), li huma miżuri essenzjalment identiċi għal dik inkwistjoni hawnhekk, li hija ċaħdet, jew tal-inqas li l-attitudni tal-Kummissjoni kienet tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali inkwantu tali aġir kien ħoloq aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżuri fiskali tal-1993, ħaġa li wasslitu biex jadotta l-miżura fiskali inkwistjoni.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/337/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar sistema ta’ għajnuna fiskali għall-investiment fil-Pajjiż Bask (ĠU L 134, p. 25).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/12

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-472/09 P)

2010/C 37/14

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

C 37/14

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-473/09 P)

2010/C 37/15

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, it-talba sussidjarja tal-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

C 37/15

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-474/09 P)

2010/C 37/16

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, it-talba sussidjarja tal-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tat-termini tad-dibattitu tas-seduta u ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ. Ksur tal-ġurisprudenza li titratta l-motivazzjoni.

La d-differenza formali bejn il-miżura fiskali inkwistjoni u l-miżura li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni 93/337 (2), la l-fatt li l-Kummissjoni setgħet timmotiva l-kriterju ta’ selettività b’element ieħor differenti minn dak espliċitament ipprovdut fid-Deċiżjoni 93/337 u lanqas id-dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà ipprovduta fid-Deċiżjoni 93/337 ma jikkostitwixxu, raġunijiet suffiċjenti, skont id-dritt, sabiex il-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax ta’ ċirkustanza eċċezzjonali li, waħeda jew flimkien maċ-ċirkustanzi l-oħra ta’ dan il-każ, kienet tipprekludi lill-Kummissjoni milli tordna l-irkupru tal-għajnuna ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata.

Billi kkunsidrat li, għal raġunijiet ta’ natura teknika fiskali u fid-dawl tal-portata tat-tnaqqis fiskali, il-miżuri inkwistjoni fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02 mhumiex simili għall-miżura fiskali inkwistjoni hawnhekk, il-Qorti tal-Prim’ Istanza żnaturat it-termini tad-dibattitu bejn il-partijiet fil-kawża, injorat il-prinċipju ta’ dritt għal smigħ u, barra minn hekk, wettqet ksur manifest tal-ġurisprudenza stabbilita li titratta l-motivazzjoni.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-attitudni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali tal-1993, kif ukoll fir-rigward tat-tnaqqis fiskali tal-Liġi 22/1993, ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li setgħet tiġġustifika xi tip ta’ aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fiskali inkwistjoni, ħaġa li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kienet tipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna peress li dan ikun imur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tagħha. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza, billi ma pproduċietx il-prova mitluba, kisret id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq tal-appellant, peress li ċaħdet talba għal produzzjoni ta’ prova li hija essenzjali għall appellant, u b’dan il-mod kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ dan tal-aħħar peress li t-talba tiegħu nċaħdet abbażi tal-argument li ma pprovax, preċiżament, dak li huwa ried jipprova permezz tal-prova li ma ġietx prodotta: jiġifieri l-pożizzjoni definittiva espliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ilment tal-1994 kontra miżura sostanzjalment adottata fl-1993, li hija ċaħdet, jew tal-inqas li l-attitudni tal-Kummissjoni kienet tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali inkwantu tali aġir kien ħoloq aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżuri fiskali tal-1993, ħaġa li wasslitu biex jadotta l-miżura fiskali inkwistjoni fl-1996

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/337/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar sistema ta’ għajnuna fiskali għall-investiment fil-Pajjiż Bask (ĠU L 134, p. 25).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/16

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-475/09 P)

2010/C 37/17

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, it-talba sussidjarja tal-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tat-termini tad-dibattitu tas-seduta u ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ. Ksur tal-ġurisprudenza li titratta l-motivazzjoni.

La d-differenza formali bejn il-miżura fiskali inkwistjoni u l-miżura li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni 93/337 (2), la l-fatt li l-Kummissjoni setgħet timmotiva l-kriterju ta’ selettività b’element ieħor differenti minn dak espliċitament ipprovdut fid-Deċiżjoni 93/337 u lanqas id-dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà ipprovduta fid-Deċiżjoni 93/337 ma jikkostitwixxu, raġunijiet suffiċjenti, skont id-dritt, sabiex il-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax ta’ ċirkustanza eċċezzjonali li, waħeda jew flimkien maċ-ċirkustanzi l-oħra ta’ dan il-każ, kienet tipprekludi lill-Kummissjoni milli tordna l-irkupru tal-għajnuna ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata.

Billi kkunsidrat li, għal raġunijiet ta’ natura teknika fiskali u fid-dawl tal-portata tat-tnaqqis fiskali, il-miżuri inkwistjoni fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02 mhumiex simili għall-miżura fiskali inkwistjoni hawnhekk, il-Qorti tal-Prim’ Istanza żnaturat it-termini tad-dibattitu bejn il-partijiet fil-kawża, injorat il-prinċipju ta’ dritt għal smigħ u, barra minn hekk, wettqet ksur manifest tal-ġurisprudenza stabbilita li titratta l-motivazzjoni.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-attitudni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali tal-1993, kif ukoll fir-rigward tat-tnaqqis fiskali tal-Liġi 22/1993, ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li setgħet tiġġustifika xi tip ta’ aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fiskali inkwistjoni, ħaġa li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kienet tipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna peress li dan ikun imur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tagħha. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza, billi ma pproduċietx il-prova mitluba, kisret id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq tal-appellant, peress li ċaħdet talba għal produzzjoni ta’ prova li hija essenzjali għall appellant, u b’dan il-mod kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ dan tal-aħħar peress li t-talba tiegħu nċaħdet abbażi tal-argument li ma pprovax, preċiżament, dak li huwa ried jipprova permezz tal-prova li ma ġietx prodotta: jiġifieri l-pożizzjoni definittiva espliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ilment tal-1994 kontra miżura sostanzjalment adottata fl-1993, li hija ċaħdet, jew tal-inqas li l-attitudni tal-Kummissjoni kienet tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali inkwantu tali aġir kien ħoloq aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżuri fiskali tal-1993, ħaġa li wasslitu biex jadotta l-miżura fiskali inkwistjoni fl-1996

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/337/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar sistema ta’ għajnuna fiskali għall-investiment fil-Pajjiż Bask (ĠU L 134, p. 25).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/17

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava u Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-476/09 P)

2010/C 37/18

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja

Talbiet tal-appellant

Tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat.

Tannulla s-sentenza appellata.

Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, it-talba sussidjarja ta’ annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata.

Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tat-termini tad-dibattitu tas-seduta u ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ. Ksur tal-ġurisprudenza li titratta l-motivazzjoni.

La d-differenza formali bejn il-miżura fiskali inkwistjoni u l-miżura li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni 93/337 (2), la l-fatt li l-Kummissjoni setgħet timmotiva l-kriterju ta’ selettività b’element ieħor differenti minn dak espliċitament ipprovdut fid-Deċiżjoni 93/337, u lanqas id-dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà ipprovduta fid-Deċiżjoni 93/337 ma jikkostitwixxu, raġunijiet suffiċjenti skont id-dritt sabiex il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tikkunsidrax li kien hemm ċirkustanza eċċezzjonali li, waħeda jew flimkien maċ-ċirkustanzi l-oħra ta’ din il-kawża, kienet tipprekludi lill-Kummissjoni milli tordna l-irkupru tal-għajnuna ikkonċernata li għaliha tirreferi d-deċiżjoni kkontestata.

Billi kkunsidrat li, għal raġunijiet ta’ natura teknika fiskali u fid-dawl tal-portata tat-tnaqqis fiskali, il-miżuri inkwistjoni fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02 mhumiex simili għall-miżura inkwistjoni hawnhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat it-termini tad-dibattitu bejn il-partijiet fil-kawża, injorat il-prinċipju ta’ dritt għal smigh u, barra minn hekk, wettqet ksur manifest tal-ġurisprudenza stabbilita li titratta l-motivazzjoni.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-attitudni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali tal-1993 kif ukoll fir-rigward tat-tnaqqis fiskali tal-Liġi 22/1993 ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li setgħet tiġġustifika xi tip ta’ aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fiskali inkwistjoni, ħaġa li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kienet tipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna peress li dan ikun imur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(2)

Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tagħha. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża.

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza, billi ma pproduċietx il-prova mitluba, kisret id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq tal-appellant, peress li ċaħdet talba għal produzzjoni ta’ prova li hija essenzjali għall appellant, u b’dan il-mod kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ dan tal-aħħar peress li t-talba tiegħu nċaħdet abbażi tal-argument li ma pprovax, preċiżament, dak li huwa ried jipprova permezz tal-prova li ma ġietx prodotta: jiġifieri l-pożizzjoni definittiva espliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ilment tal-1994 kontra miżura sostanzjalment adottata fl-1993, li hija ċaħdet, jew tal-inqas li l-attitudni tal-Kummissjoni kienet tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali inkwantu tali aġir kien ħoloq aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżuri fiskali tal-1993, ħaġa li wasslitu biex jadotta l-miżura fiskali inkwistjoni fl-1996

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/337/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar sistema ta’ għajnuna fiskali għall-investiment fil-Pajjiż Bask (ĠU L 134, p. 25).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/18

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2009 — Charles Defossez vs Christian Wiart, stralċjatur ta’ Sotimon SARL, Office national de l’emploi, CGEA ta’ Lille

(Kawża C-477/09)

2010/C 37/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Charles Defossez

Konvenuti: Christian Wiart, fil-kwalità ta’ stralċjatur ta’ Sotimon SARL, Office national de l’emploi (fonds de fermeture d’entreprises), CGEA ta’ Lille

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002 (2), li fl-ewwel paragrafu tiegħu jipprovdi li, meta impriża b’ħidmiet fit-territorji f’mill-inqas żewġ Stati Membri tkun fi stat ta’ insolvenza, l-istituzzjoni responsabbli mill-ħlas tal-pretensonijiet pendenti tal-impjegati għandha tkun dik fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dawn jaħdmu jew jaħdmu normalment u, fit-tieni paragrafu tiegħu, jipprovdi li l-kobor tad-drittijiet tal-impjegati jiġi stabbilit mil-liġijiet li jirregolaw l-istituzzjoni kompetenti tal-garanzija, għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi l-istituzzjoni kompetenti bl-esklużjoni ta’ kull istituzzjoni oħra, jew, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva, li huwa dak li jiġu kkonsolidati d-drittijiet tal-ħaddiema li jgħamlu użu mil-libertà ta’ ċirkolazzjoni tagħhom u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 ta’ din l-istess direttiva, li jgħid li din ma taffettwax l-għażla tal-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jaqblu aktar lill-impjegati, għandu jiġi interpretat bħala li ma jiċħadx lill-impjegat mid-dritt li jgawdi, minflok mill-garanzija ta’ din l-istituzzjoni, minn dik l-iktar favorevoli tal-istituzzjoni li min jimpjeghom ikun assigurat magħha u jikkontribwixxi għaliha b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali?

(1)  ĠU L 283, p. 23.

(2)  ĠU L 270, p. 10.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/19

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Tarragona (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Proċeduri kriminali kontra Maguette Gueye

(Kawża C-483/09)

2010/C 37/20

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Tarragona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magatte Gueye

Konvenuti: Ministerio Fiscal u Eva Caldes

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-vittma li jkun mifhum, li jinsab fil-Premessa 8 tal-preambolu tad-Deċiżjoni Kwadru (1), għandu jiġi interpretat bħala obbligu pożittiv tal-awtoritajiet tal-Istat responsabbli mill-prosekuzzjoni u l-piena tal-aġir kriminali, li jippermetti li l-vittma tesprimi l-evalwazzjonijiet tagħha, ir-riflessjoni u l-fehma tagħha fuq l-effetti diretti fuq il-ħajja tagħha li jistgħu jirriżultaw mill-impożizzjoni ta’ pieni fuq il-ħati li miegħu l-vittma kellha relazzjoni familjari jew relazzjoni emozzjonali qawwija?

(2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tal-Istati li jirrikonoxxu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittma jfisser li l-Istati għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-fehma tal-vittma meta l-pieni li jirriżultaw mill-proċess kriminali jistgħu jippreġudikaw b’mod ċentrali u direttament l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-iżvilupp ħieles tal-personalità tagħha u tal-ħajja privata u tal-familja tagħha?

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tal-Istat ma jistgħux jonqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni r-rieda ħielsa tal-vittma meta topponi għall-impożizzjoni jew għaż-żamma fis-seħħ ta’ ordni li ma tavviċinax il-vittima meta l-ħati huwa membru tal-familja u ma tirriżulta ebda sitwazzjoni oġġettiva ta’ riskju ta’ ripetizzjoni tar-reat, u fejn jista’ jiġi evalwat li hemm livell ta’ kompetenza personali, soċjali, kulturali u emozzjonali li jeskludi kwalunkwe possibbiltà ta’ sottomissjoni għall-ħati, jew, għall-kuntrarju, li tali ordni għandha tiġi kkunsidrata xierqa f’kull każ fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati?

(4)

Meta l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI, jipprovdi li l-Istati għandhom jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni lill-vittma, dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-impożizzjoni ġenerali u vinkolanti ta’ miżuri ta’ projbizzjoni ta’ avviċinament jew ta’ projbizzjoni ta’ kull kuntatt taħt pieni aċċessorji fil-każijiet kollha fejn il-persuna hija l-vittma ta’ reati kommessi fil-familja, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati, jew, għall-kuntrarju, li l-imsemmi Artikolu 8 jirrikjedi li ssir evalwazzjoni b’mod individwali li biha jista’ jiġi identifikat, każ b’każ, il-livell xieraq ta’ protezzjoni fid-dawl tal-interessi kunfliġġenti inkwistjoni?

(5)

L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi eskluża b’mod ġenerali l-medjazzjoni fil-proċessi kriminali li jinvolvu reati kommessi fil-familja fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati jew, għall-kuntrarju, il-medjazzjoni għanda tiġi permessa wkoll f’dawn it-tip ta’ proċeduri, billi każ b’każ, jintiżnu l-interessi kunfliġġenti inkwistjoni?

(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/20

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (Il-Portugall) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Manuel Carvalho Ferreira Santos vs Companhia Europeia de Seguros, S.A

(Kawża C-484/09)

2010/C 37/21

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manuel Carvalho Ferreira Santos

Konvenuta: Companhia Europeia de Seguros, S.A.

Domanda preliminari

(1)

F’inċident tat-traffiku li ma jkun imputabbli għal nuqqas tal-ebda wieħed mis-sewwieqa, u li jikkawża danni personali u materjali lil wieħed mis-sewwieqa (il-parti inġurjata li qed titlob il-kumpens), il-fatt li r-responsabbiltà għar-riskju tista’ tinqasam (Artikolu 506(1) u (2) tal-Kodiċi Ċivili), b’effett dirett fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas lill-parti inġurjata għad-danni materjali u mhux materjali li jirriżultaw mid-danni personali (fil-fatt dan it-tqassim ta’ responsabbiltà għar-riskju jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-ammont tal-kumpens), huwa kuntrarju għad-dritt Komunitarju, jiġifieri għall-Artikoli 3(1) tal-Ewwel Direttiva (Direttiva 72/166/KEE) (1), 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2) u 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?

(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(2)  Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

(3)  Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/20

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Viamex Agrar handels GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-485/09)

2010/C 37/22

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viamex Agrar handels GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

Il-paragrafu 5 tal-punt 48 tal-Kapitolu VII tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (1), kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1995, li temenda d-Direttiva 91/628/KEE dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport (2), japplika għat-trasport bil-ferrovija?

(2)

F’każijiet fejn il-ksur tad-Direttiva 91/628/KEE ma jkunx wassal għall-mewt tal-annimali, il-qorti għandha l-obbligu ġenerali li teżamina jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta’ Marzu 1998, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (3), aġixxietx b’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p.133

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 466

(3)  ĠU L 82, p. 19

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Gent (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Vandoorne NV vs Belgische Staat

(Kawża C-489/09)

2010/C 37/23

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Gent (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vandoorne NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Belġjana, b’mod partikolari, l-Artikolu 58(1), flimkien mal-Artikolu 77(1)(7) tal-Kodiċi tat-VAT, hija leġiżlazzjojni konformi mal-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), li jippermetti lill-Istati Membri li jaddottaw miżuri ta’ simplifikazzjoni, u/jew mal-Artikolu 11C(1) ta’ din l-istess Direttiva, li jagħti d-dritt għal rifużjoni tal-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, sa fejn din (1) tintroduċi simplifikazzjoni tal-ġbir tal-VAT għall-kunsinna ta’ prodotti tat-tabakk billi timponi ġbir wieħed f’ras il-għajn, u (2) ma tagħti l-ebda dritt lill-persuni taxxabbli, li ħallsu l-VAT fuq dawn il-prodotti tat-tabakk fl-istadji intermedjarji, għar-rifużjoni tal-VAT minħabba t-telf totali jew parzjali tal-prezz?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23 - 62).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-490/09)

2010/C 37/24

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ, bit-test attwali tagħhom, l-Artikolu 24 tal-Kodiċi tal-assigurazzjonijiet socjali li jeskludi l-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stat Membru ieħor u li jipprovdi biss għall-ħlas ta’ dawn l-analiżi permezz ta’ persuna terza li tħallas u l-Artikolu 12 tal-Istatuti tal-Unjoni tal-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jissuġġetta l-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stat Membru ieħor għall-osservanza totali tal-kundizzjonijiet ta’ deroga previsti mill-konvenzjonijiet nazzjonali Lussemburgiżi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu [49] tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ssostni li, billi żamm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jeskludu l-ħlas lura tal-analiżi u l-eżamijiet tal-laboratorju ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stati Membri oħra, jew li jissuġettaw tali ħlas lura għall-osservanza totali tal-kundizzjonijiet ta’ deroga previsti mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, il-konvenut kiser il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, stabbilit mill-Artikolu 49 KE.

Ir-rikorrenti tirrileva, bħala eżempju, li l-awtoritajiet nazzjonali jħallsu lura l-ispejjeż ta’ analiżi u eżami biss fil-każijiet fejn dawn jitwettqu fi ħdan laboratorju ta’ analiżi separat, b’osservanza totali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża. Issa, f’ċerti Stati Membri, tali analiżi ma jitwettqux f’laboratorju, izda mit-tobba stess.

Skont il-Kummissjoni, ir-restrizzjonijiet inkwistjoni ma jistgħux jiġu ġġustifikati minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u barra minn hekk ma jirrapreżentawx miżura indispensabbli u proporzjonata sabiex jintlaħaq l-għan segwit ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-493/09)

2010/C 37/25

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ntaxxat id-dividendi riċevuti minn fondi tal-pensjoni mhux residenti b’rata ogħla mir-rata fuq id-dividendi riċevuti minn fondi tal-pensjoni residenti fil-Portugall, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Estatuto dos Benefícios Fiscais (Liġi tal-Benefiċċji tat-Taxxa) u tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas (Kodiċi tat-Taxxa tad-Dħul tal-Kumpanniji), id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ pensjoni kkostitwiti u li joperaw skont il-liġi Portugiża huma totalment eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji, filwaqt li d-dividendi mħallsa lil fondi ta’ pensjoni mhux residenti huma suġġetti għall-imsemmija taxxa li tista’ tvarja bejn 20 % u 10 %, skont l-eżistenza u d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eventwali bejn il-Portugall u l-Istat ta’ residenza. Din it-taxxa fuq il-kumpanniji tinġabar permezz ta’ tnaqqis f’ras il-għajn ta’ natura definittiva.

Id-differenza fit-trattament li ssir mil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Portugiża bi preġudizzju għall-fondi ta’ pensjoni mhux residenti twassal sabiex l-investiment ta’ dawn il-fondi f’kumpanniji Portugiżi jirriżulta inqas vantaġġuża u attraenti. Din is-sistema fiskali tikkostitwixxi restrizzjoni pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim taż-ŻEE.

It-trattament diskriminatorju tal-fondi ta’ pensjoni mhux residenti, li għandhom konsegwenzi negattivi fuq il-kompetittività tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni Ewropea u fuq id-dħul minn investimenti mill-fondi ta’ pensjoni ma jista’ jiġi ġġustifikat minn ebda wieħed mill-motivi mressqa mir-Repubblika Portugiża.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/22

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-495/09)

2010/C 37/26

Lingwa tal-preżentata tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nokia Corporation.

Konvenuta: Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs.

Domanda preliminari

Tista’ merkanzija mhux tal-Komunità li jkollha trade mark Komunitarja u li hija suġġetta għal sorveljanza doganali fi Stat Membru, u li tkun fi tranżitu minn Stat Membru terz għal Stat Membru terz ieħor tikkostitwixxi “merkanzija falza” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament 1383/2003 KE (1), jekk ma jkunx hemm evidenza li tindika li din il-merkanzija ser titqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea, jew skont proċedura doganali jew permezz ta’ devjazzjoni illegali?

(1)  Regolament tal-Kunsill 1383/2003/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet ĠU L 196, p. 7

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/22

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-500/09)

2010/C 37/27

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L.Lozano Palacios u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi kompliet tapplika d-Digriet Ministerjali A1/44351/3608 tat-12 ta’ Ottubru 2005, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 97/67/KE (1) (kif emendata), kif jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikolu 9(1) u (2).

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubbika Ellenika tostakola l-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali prevista mid-Direttiva 97/67, li tipprevedi, f’dan ir-rigward, l-għoti miftuħ u mingħajr diskriminazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta’ liċenzji individwali.

Il-leġiżlazzjoni Ellenika teħtieġ mit-trasportaturi awtorizzati, waqt l-għoti tal-liċenzji għal trakkijiet postali, li jkunu huma stess impriżi postali mniżżla fir-reġistru rilevanti bħala titolari ta’ awtorizzazzjoni ġenerali. Din timponi organizazzjoni mill-ġdid radikali tan-netwerks postali u tostakola lill-impriżi prinċipali milli jagħmlu użu minn konċessjonarji, sakemm dawn, evelwalment, ma jinbidlux f’impriżi ta’ kiri ta’ trakkijiet, bl-ispejjeż li jirriżultaw minn dan.

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tawtorrizza biss it-trasport ta’ piż kbir minn ċerti trakkijiet utilitarji li huma rriżervati għal professjoni regolata, li jostakola lill-impriżi l-oħra milli jipprovdu l-istess servizz.

Ir-Repubblika Ellenika ma ġġustifikatx suffiċjentement dawn ir-restrizzjonijiet.

(1)  ĠU L 15 tal- 21 ta’ Jannar 1998, p. 14.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/23

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Diċembru 2009 — Lucy Stewart vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-503/09)

2010/C 37/28

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lucy Stewart

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domandi preliminari

(1)

Benefiċċju bil-karatteristiċi ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti fiż-żgħożija għal żmien qasir huwa benefiċċju tal-mard jew benefiċċju tal-invalidità għall-finijiet tar-Regolament Nru 1408/71 (1)?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li tali benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju tal-mard:

(a)

Persuna, bħal omm ir-rikorrenti, li waqfet definittivament milli twettaq kwalunkwe attività bħala impjegata jew għal rasha peress li rtirat, hija “persuna impjegata” għall-finijiet tal-Artikolu 19 minħabba li qabel kienet twettaq attività bħala impjegata jew għal rasha, jew ir-regoli applikabbli huma dawk stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 34 (pensjonanti)?

(b)

Persuna, bħal missier ir-rikorrenti, li mill-2001 qatt ma wettaq attività bħala impjegat jew għal rasu, huwa, madankollu, “persuna impjegata” għall-finijiet tal-Artikolu 19 minħabba li qabel kien iwettaq attività bħala impjegat jew għal rasu?

(c)

Rikorrent għandu jitqies bħala “pensjonant” għall-finijiet tal-Artikolu 28 minħabba l-għoti ta’ benefiċċju miksub skont l-Artikolu 95b tar-Regolament Nru 1408/71, minkejja l-fatt li: (i) ir-rikorrent inkwistjoni qatt ma kien persuna impjegata skont l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1408/71; (ii) ir-rikorrent ma jkunx laħaq l-età ta’ rtirar stabbilita mill-Istat; u (iii) ir-rikorrent jaqa’ biss taħt l-applikazzjoni personali tar-Regolament Nru 1408/71 bħala membru tal-familja?

(d)

Jekk pensjonant jaqa’ taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1408/71, membru tal-familja ta’ dak il-pensjonant, li jkun dejjem għix ma’ u fl-istess Stat bħall-pensjonant, jista’, skont l-Artikolu 28(1), flimkien mal-Artikolu 29, jitlob li jingħata benefiċċju tal-mard fi flus kontanti mill-istituzzjoni kompetenti stabbilita mill-Artikolu 28(2), fejn tali benefiċċju (jekk dovut) ikun pagabbli lill-membru tal-familja (u mhux pagabbli lill-pensjonant)?

(e)

Jekk applikabbli (minħabba r-risposta għad-domandi (a) sa (d)), l-applikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ sigurtà soċjali nazzjonali li tillimita l-kisba inizjali ta’ dritt għal benefiċċju tal-mard għal dawk li jkunu ikkompletew perijodu meħtieġ ta’ preżenza passata fl-Istat Membru kompetenti fi żmien preċedenti definit hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 u/jew 28 tar-Regolament Nru 1408/71?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li tali benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju tal-invalidità, il-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 li jirreferi għal benefiċċji “miksuba skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar” ifisser li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom id-dritt, taħt ir-Regolament Nru 1408/71 li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kisba inizjali ta’ tali benefiċċji tal-invalidità li huma bbażati fuq ir-residenza fl-Istat Membru jew fuq prova tal-preżenza passata matul perijodi meħtieġa fl-Istat Membru, b’mod li rikorrent ma jistax l-ewwel isostni li għandu dritt għal tali benefiċċju minn Stat Membru ieħor?

(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/24

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-510/09)

2010/C 37/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Zavvos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

tikkonstata li, billi naqset milli tinnotifika l-abbozz tad-digriet tat-13 ta’ Marzu 2006 dwar l-użu ta’ taħlitiet meħuda immedjatament mill-prodotti msemmija fl-Artikolu L.253-1 tal-Kodiċi Rurali fil-kuntest tal-proċedura stabbilita mid-Direttiva 98/34/KE, tal-22 ta’ Ġunju 1998, emendata bid-Direttiva 98/48/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà Informatika (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tikkritika lill-konvenuta li ma nnotifikatilhiex, qabel ma adottat, id-digriet ministerjali inkwistjoni, dwar l-użu ta’ ċerti taħlitiet meħuda immedjatament mill-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom interess agronomiku, minkejja l-fatt li dan id-digriet jikkostitwixxi bla dubju regola teknika fis-sens tad-Direttiva 98/34 u li, skont din id-direttiva, hija kellha tinnotifika lill-Kummissjoni l-abbozz peress illi ma jaqax taħt id-derogi stabbiliti mill-Artikolu 10 tal-istess direttiva.

Skont il-Kummissjoni, il-konvenuta ammettiet l-materjalità ta’ dan il-ksur peress li, wara li rċeviet l-opinjoni motivata, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-abbozz tad-digriet li jħassar id-digriet ministerjali inkwistjoni u li jerġa’ jistabbilixxi l-kontenut tiegħu. Madankollu, meta dan ir-rikors ġie ppreżentat, dan l-abbozz tad-digriet kien għadu ma ġiex adottat mill-awtoritajiet Franċiżi jew, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kienet għadha ma ġietx informata dwaru.

(1)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/24

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 minn Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-296/06: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-511/09 P)

2010/C 37/30

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd (rappreżentant: P. Bentley QC)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, IML Industria Meccanica Lombarda Srl

It-talbiet tal-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-296/06, Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sa fejn tiċħad l-ewwel parti tal-ilment tal-appellanti fl-ewwel istanza;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006 (1) tal-24 ta’ Lulju 2006, sa fejn jimponi dazju antidumping fuq LAMs immanifatturati mill-appellanti li huwa ikbar mid-dazju li jkun dovut li kieku ma sarx aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni; u

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata ma tagħtix l-effett legali korrett lill-kunċett tal-valur normali kif definit fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 384/96 (2), kif emendat, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. Konsegwentement, is-sentenza appellata tikkonstata b’mod żbaljat li l-valur normali simili li huwa ddeterminat skont din id-dispożizzjoni neċessarjament jikkorrispondi mal-mument li fih il-prodotti rilevanti ma jibqgħux jagħmlu parti mil-linja tal-produzzjoni fiċ-Ċina, minkejja li s-sentenza appellata nfisha tikkonstata li s-SG&A kemm għall-bejgħ domestiku kif ukoll għall-bejgħ għall-esportazzjoni mhumiex sostnuti mill-kumpannija fiċ-Ċina, iżda minn kumpanniji relatati li jinsabu f’Ħong Kong, pajjiż li jadotta ekonomija tas-suq. Din il-konklużjoni żbaljata tirriżulta fil-fatt li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 384/96, kif emendat, billi taċċetta l-aġġustament tal-istituzzjonijiet dwar il-prezz tal-esportazzjoni li jikkonsisti fit-tnaqqis tal-SG&A u tal-profitti tal-kumpanniji relatati f’Ħong Kong.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 352M p. 451)

(2)  (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-512/09)

2010/C 37/31

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Iro Dimitriou u A. Margelis)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m’adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/66/KE (1) tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE fid-dritt nazzjonali skada fis-26 ta’ Settembru 2008.

(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-513/09)

2010/C 37/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1) u, f’kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE skada fis-26 ta’ Settembru 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 266, p. 1.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/26

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-518/09)

2010/C 37/33

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I.V. Rogalski u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Tiddikjara li:

billi fil-liġi tagħha stabbilixxiet li ma kienx hemm distinzjoni bejn l-istabbiliment u l-provvista ta’ servizzi, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobiljari tal-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà u tal-aġenti tal-proprjetà;

billi ssuġġettat lill-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà kif ukoll lill-aġenti tal-proprjetà ta’ Stati Membri oħra għall-obbligu li jirreġistraw ruħhom b’mod sħiħ mal-Instituto da Construção e do Imobiliário (iktar ’il quddiem l-“InCI, I.P.”), għall-finijiet tal-provvista temporanja ta’ servizzi;

billi ssuġġettat lill-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà kif ukoll lill-aġenti tal-proprjetà ta’ Stati Membri oħra għall-obbligu li jiggarantixxu r-responsabbiltà li tirriżulta mill-attività permezz ta’ assigurazzjoni skont il-liġi Portugiża;

billi ssuġġettat lill-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà ta’ Stati Membri oħra għall-obbligu li l-kapital tagħhom stess ikollu bilanċ pożittiv skont il-liġi Portugiża;

billi ssuġġettat lill-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà ta’ Stati Membri oħra għall-kontroll sħiħ ta’ dixxiplina tal-InCI, I.P.,

ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 TFUE;

kif ukoll li, billi, fir-rigward tal-impriżi li jipprovdu senserija fuq il-proprjetà, hija imponiet li huma għandhom jeżerċitaw esklużivament din l-attività, ħlief fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-proprjetà immobbli f’isem terzi, u, fir-rigward tal-aġenti tal-proprjetà, hija imponiet li huma għandhom jeżerċitaw esklużivament l-attività ta’ aġenti tal-proprjetà,

ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE.

Tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mis-sistema Portugiża ta’ senserija fuq il-proprjetà u ta’ aġenzija fuq il-proprjetà jirriżultaw numru ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Dejjem sakemm dawn jirrigwardaw proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugall, l-attivitajiet ta’ senserija fuq il-proprjetà u aġenzija fuq il-proprjetà ta’ entitajiet li jkollhom is-sede jew id-domiċilju tagħhom fi Stati Membri oħra huma suġġetti għal-liġi Portugiża.

Il-liġi Portugiża tiatabbilixxi seba’ rekwiżiti ta’ aċċess għall-attività ta’ senserija fuq il-proprjetà. Barra minn hekk hija tistabbilixxi erba’ rekwiżiti ta’ aċċess għall-attività ta’ aġenzija fuq il-proprjetà.

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-portata suġġettiva tal-liċenzja huma restrittivi.

Ir-rekwiżit li jikkonċerna l-kapaċità professjonali huwa wkoll restrittiv.

Ir-regoli Portugiżi fir-rigward tas-senserija u tal-aġenzija fuq il-proprjetà jbiddlu l-attività tradizzjonali ta’ senserija. Minflok ma jkun hemm senserija, tirriżulta li jkun hemm aġenzija.

L-obbligu li l-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali ssir skont il-liġi Portugiża jikkostitwixxi restrizzjoni inġustifikata.

Ir-rekwiżit li wieħed ikollu bilanċ pożittiv ta’ kapital tiegħu stess, skont kif inhu stabbilit mis-Sistema Nacional de Contabilidade Portugiża, jikkostitwixxi restrizzjoni diskriminatorja għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

L-issuġġettar tas-sensar u tal-aġent għal kontroll dixxiplinari mill-Amministrazzjoni Portugiża, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjponi s-superviżjoni ta’ min qiegħed jipprovdi s-servizz u li ssir fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tiegħu, jikkostitwixxi restrizzjoni skont l-Artikolu 56 TFUE.

Ir-regoli tal-liġi Portugiża li jistabbilixxu, rispettivament, l-esklużività u l-kważi esklużività tal-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ aġenzija u ta’ senserija fuq il-proprjetà, jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi b’mod temporanju.

Ir-rekwiżiti ta’ aċċess ma jagħmlux distinzjoni u lanqas ma jippermettu li ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet ta’ stabbiliment u sitwazzjonijiet ta’ provvista temporanja.

Ir-rekwiżiti ta’ aċċess għall-attività ta’ kostruzzjoni, hekk kif inhu previst fil-liġi Portugiża, huma rekwiżiti ta’ stabbiliment. Il-liġi Portugiża ma tagħmilx ditinzjoni bejn l-istabbiliment u l-provvista ta’ servizzi ta’ natura temporanja.

Ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u ta’ stabbiliment li jirriżultaw mis-sistema Portugiża ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ ordni pubblika.

Għalkemm il-protezzjoni tal-konsumaturi tista’ tiġġustifika restrizzjonijiet partikolari fuq il-libertajiet fundamentali ta’ provvista ta’ servizzi u ta’ stabbiliment, ir-restrizzjonijiet inkwistjoni mhumiex proporzjonati.

Il-ħtieġa ta’ stabbiliment sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi u l-ħtieġa ta’ liċenzja intiża li jiġi vverifikat jekk ġewx issodisfatti r-rekwiżiti ta’ stabbiliment mhumiex miżuri proporzjonati fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

B’mod partikolari, mhuwiex raġjonevoli li jkun meħtieġ li l-polza ta’ assigurazzjoni tiġi approvata mill-Istat ospitanti.

Mhuwiex minħabba raġunijiet relatati mas-solvenza li l-liġi Portugiża tistabbilixxi r-rekwiżit ta’ aċċess ta’ kapital proprju b’bilanċ pożittiv.

L-issuġġettar ta’ min qiegħed jipprovdi s-servizzi mhuwiex proporzjonat sabiex ikun hemm il-kontroll dixxiplinari applikabbli għall-aġenti tal-proprjetà u għall-impriżi ta’ senserija fuq il-proprjetà stabbiliti fil-Portugall.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/27

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 minn Arkema France SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-168/05, Arkema vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-520/09 P)

2010/C 37/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Arkema France SA (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Kawża T-168/05,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tallega ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ kumpannija parent għal prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja tagħha. F’dan ir-rigward hija tirrileva kontradizzjoni fit-termini stess tas-sentenza appellata, inkwantu f’din is-sentenza l-Qorti tal-Prim’Istanza tirreleva li l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha hija preżunzjoni konfutabbli li tista’ tiġi ribattuta jekk il-kumpannija parent u/jew is-sussidjarja tipprovdi provi li juru l-awtonomija tal-aġir tas-sussidjarja, filwaqt li fl-istess ħin tafferma li l-funzjoni stess ta’ kumpannija parent hija li tiżgura l-unità tat-tmexxija tas-sussidjarji tagħha fi ħdan il-grupp ta’ kumpanniji, b’mod partikolari, permezz ta’ kontroll tal-baġit. Minn dan jirriżulta, de iure, preżunzjoni inkonfutabbli ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarji tagħha u, fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, huwa impossibbli għal sussidjarja li tipprovdi prova tal-aġir awtonomu tagħha fis-suq.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Arkema tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta min-natura inkonfutabbli tal-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarja, peress li minħabba din il-preżunzjoni, il-parteċipanti ta’ akkordju huma ttrattati b’mod differenti skont jekk jagħmlux parti minn grupp ta’ kumpanniji jew le.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali u d-dritt għal smigħ xieraq inkwantu, b’risposta għall-motiv tagħha bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali li jirriżulta minn nuqqas ta’ motivazzjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat biss l-argumenti ta’ Elf Aquitaine, kumpannija parent ta’ Arkema, u mhux dawk li din tal-aħħar kienet invokat hija stess. Għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma għandhiex l-obbligu li tati dettalju eżawrjenti ta’ kull raġunament magħmul mill-partijiet fil-kawża, madankollu jibqa’ xorta waħda l-fatt li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata għandha, għall-anqas tippermetti lill-appellanti li tkun taf, bi preċiżjoni, ir-raġunament adottat fil-konfront tagħha mill-Qorti tal-Prim’Istanza.

Permezz tar-raba’ u l-aħħar aggravju tagħha, Arkema tallega ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu d-dħul mill-bejgħ tagħha ġie meqjus darbtejn mill-Kummissjoni meta ddeterminat il-bażi tal-multa, u l-iżball li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet meta sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex għażla oħra ladarba ma xtaqitx titbiegħed mill-metodu ta’ kalkolu tal-linji gwida. Permezz ta’ dan, il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-fatt tat effett vinkolanti assolut lil-linji gwida tal-Kummissjoni, li fil-fatt m’għandhomx. Skont l-appellanti, tali linji gwida huma iktar simili għal regoli ta’ kondotta li jindikaw il-prattika li għandha tiġi segwita milli dispożizzjonijiet legali li l-amministrazzjoni hija obbligata li tosserva f’kull ċirkustanza.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/28

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-521/09 P)

2010/C 37/35

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

It-talbiet tal-appellanti

Prinċipalment:

tannulla kompletament, abbażi tal-Artikolu 256 TFUE u l-Artikolu 56 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

konswegwentement, tannulla l-Artikoli 1(d), 2(ċ), 3 u 4(9), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — AMCA);

Sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, il-multa ta’ EUR 45 miljun imposta in solidum fuq Arkema SA u Elf Aquitaine mill-Artikolu 2(ċ) tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Kummissjoni skont il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha minħabba nuqqasijiet oġġettivi fil-motivazzjoni u r-raġunament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-174/05, kif imsemmija fis-sitt aggravju ta’ dan l-appell;

Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Elf Aquitaine quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem sitt aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ma siltitx il-konsegwenzi kollha tan-natura repressiva tas-sanzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE [81 KE]. Hija tilmenta b’mod iktar partikolari li l-Qorti tal-Prim’Istanza eskludietha abbużivament mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u tal-individwalità tal-pieni billi attribwiet lill-appellanti r-responsabbiltà għal ksur ta’ liġi mwettaq mis-sussidjarja tagħha, filwaqt li l-fatti mressqa mill-appellanti juru għall-kuntrarju li hi personalment ma wettqet ebda ksur ta’ liġi u li hija injorat l-istess eżistenza tal-ksur kontenzjuż meta dan fil-mument tat-twettiq tiegħu.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Elf Aquitaine tinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw minn interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-fatt kienet qieset li l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet kien ġie osservat f’dan il-każ peress li l-appellanti kienet f’pożizzjoni li tesprimi utilment il-fehma tagħha matul il-proċedura amministrattiva u li hija kienet ġiet infurmata għall-ewwel darba bl-oġġezzjonijiet imqajma kontriha fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Skont l-appellanti, din l-interpretazzjoni hija żbaljata minħabba li tkun qed ixxejjen il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fl-istadju tal-investigazzjoni prelminari skoperta u tikser ukoll il-ħtieġa, għall-Kummissjoni, li twettaq din l-investigazzjoni b’mod imparzjali, kemm kontra kif ukoll favur kull persuna suspettata bi ksur ta’ liġi.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet bosta żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Dawn l-iżbalji jirrigwardaw kemm l-evalwazzjoni tal-portata u tal-intensità tal-motivazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni kif ukoll il-kontenut stess tas-sentenza appellata, li tinkludi diversi dikjarazzjonijiet kontradittorji.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, Elf Aquitaine tgħid li hemm ksur tal-Artikolu 263 TFUE [230 KE] peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza qabżet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità billi ssostitwiet l-evalwazzjoni tagħha dwar il-possibbiltà ta’ attribuzzjoni ta’ ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha lill-kumpannija parent tagħha għall-evalwazzjoni insuffiċjenti u sommarja li hemm fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, li huwa magħmul minn erba’ partijiet, l-appellanti tgħid li hemm ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tar-regoli dwar l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-prattiċi antikompetittivi. Mhux talli ma kellhiex tivvalida l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-azzjonijiet tal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-att imissha vverifikat jekk il-Kummissjoni kinitx ressqet il-prova ta’ indħil konkret tal-appellanti fit-tmexxija tas-sussidjarja tagħha.

Permezz tas-sitt u l-aħħar aggravju tagħha, l-appellanti tosserva fl-aħħar nett, sussidjarjament, li jekk l-iżbalji u l-ksur imwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza ma jwasslux għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma għandhom, fi kwalunkwe każ, iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuqha in solidum.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/29

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fit-12 ta’ Novembru 2009 — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations

(Kawża C-524/09)

2010/C 37/36

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Lyon

Konvenuta: Caisse des dépôts et consignations.

Domandi preliminari

(1)

Il-komunikazzjoni jew rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 12 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004, tal-21 ta’ Diċembru 2004 (1), hija ta’ kompetenza biss tal-Amministratur Ċentrali jew ukoll tal-Amministratur tar-Reġistru Nazzjonali?

(2)

Fil-każ li l-Amministratur tar-Reġistru Nazzjonali jkun kompetenti, din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala “tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” fit-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tat-28 ta’ Jannar 2003 (2) li għalih “il-kunfidenzjalità tat-tagħrif kummerċjali jew industrijali” ma tistax tiġi kkontestata jew il-komunikazzjoni tiegħu huwa rregolat minn regoli speċifiċi ta’ kunfidenzjalità?

(3)

Fil-każijiet fejn japplikaw regoli speċifiċi ta’ kunfidenzjalità, din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata qabel l-iskadenza ta’ terminu ta’ ħames snin jew dan it-terminu jikkonċerna biss il-perijodu ta’ ħames snin ta’ allokazzjoni ta’ kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003 (3)?

(4)

Fil-każ li dan it-terminu ta’ ħames snin ikun japplika, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2216/2004 tal-21 ta’ Diċembru 2004 jippermetti deroga minn dan it-terminu u r-rifjut mill-possibbiltà ta’ deroga jista’ jiġi kkontestat, abbażi ta’ dan l-Artikolu, lil awtorità lokali li trid il-komunikazzjoni tal-informazzjoni sabiex tinnegozja konvenzjoni ta’ delega ta’ servizz pubbliku ta’ tisħin urban?

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal- 21 ta’ Diċembru 2004, għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319M, p. 1)

(2)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7, p. 375)

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7, p. 631).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/30

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-534/09)

2010/C 37/37

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Alcover San Pedro)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8, jew, kif xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont il-ħtiġiet previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, fl-Artikolu 14(a) u (b) u fl-Artikolu 15(2) mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet Komunitarji speċjali oħra, ir-Repubblika Ellenika kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2008/1/KE tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (iktar ’il quddiem id-“Direttiva IPPC”)

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-qari flimkien tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva IPPC jirriżulta li, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8, jew, kif xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont il-ħtiġiet previsti mid-Direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007.

Skont ir-risposta tal-awtoritajiet Elleniċi għall-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, madwar 47 % tal-installazzjonijiet eżistenti li qed joperaw fil-Greċja (148 fuq 317) m’għandhomx awtorizzazzjoni IPPC. Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika tammetti li kompliet tawtoriżża l-użu ta’ numru kbir ta’ installazzjonijiet IPPC mingħajr ma ħarġet l-awtorizzazzjonijiet adattati.

Għandu jiġi enfassizzat li r-Repubblika Ellenika ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni addizzjonali fir-rigward taż-żieda tal-installazzjonijiet inkwistjoni u l-ebda żvilupp sussegwenti ma ġie nnotifikat wara d-data li fiha ntbagħtet ir-risposta ċċitata iktar ’il fuq għall-opinjoni motivata.

Il-Qorti Ġenerali

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/31

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Solvay vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/01) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-sodju fil-Komunità (bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Ftehim ta’ akkwisti għal perijodu eċċessivament twil - Skont ta’ lealtà - Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Suq ġeografiku rilevanti - Eżistenza tal-pożizzjoni dominanti - Użu abbużiv tal-pożizzjoni dominanti - Dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiv - Ċirkustanzi attenwanti”)

2010/C 37/38

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Simont, P. A. Foriers, G. Block, F. Louis u A. Vallery, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J. Currall, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 — C: Karbonat tas-sodju — Solvay) (ĠU 2003, L 10, p. 10), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay SA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 — C: Karbonat tas-sodju — Solvay), hija stabbillita għal EUR 19 miljun.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-rikorrenti tbati l-ispejjeż tagħha u 95 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Il-Kummissjoni tbati 5 % tal-ispejjeż tagħha.

(1)  ĠU C 161, 2.6.2001.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/31

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Solvay vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/01) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-sodju fil-Komunità - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Ftehim li jiggarantixxi lil impriża ammont minimu ta’ bejgħ fi Stat Membru u x-xiri ta’ kwantitajiet neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-ammont minimu - Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti”)

2010/C 37/39

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L.Simont, P. A. Foriers, G. Block, F. Louis u A. Vallery, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J. Currall, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 — B: Karbonat tas-sodju — Solvay, CFK) (ĠU 2003, L 10, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 — B: Karbonat tas-sodju — Solvay, CFK), huwa annullat sa fejn jiddikjara li Solvay SA kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE fl-1990.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay hija stabbilita għal EUR 2.25 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Ir-rikorrenti tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni tbati kwart mill-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż tar-rikorrenti.

(1)  ĠU C 161, 2.6.2001.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/32

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta' Diċembru 2009 — Arizmendi et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-440/03, T-121/04, T-171/04, T-208/04, T-365/04 u T-484/04) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Unjoni doganali - Proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Opinjoni motivata - Tħassir mil-leġiżlazzjoni Franċiża tal-monopolju tal-korp tal-aġenti marittimi interpreti u sewwieqa tal-bastimenti - Ksur suffiċjentement serju - Rabta kawżali)

2010/C 37/40

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Arizmendi (Bayonne, Franza), u s-60 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: fil-Kawża T-440/03, J.-F. Péricaud, P. Péricaud u M. Tournois u, fil-Kawżi T-121/04, T-171/04, T-208/04, T-365/04 u T-484/04, J.-F. Péricaud u M. Tournois, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Jacqué u M. Giorgi Fort, imbagħad F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u, fil-Kawża T-121/04, X. Lewis u B. Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-440/03: Chambre nationale des courtiers maritimes de France (Paris, Franza) (rappreżentant: J.-F. Péricaud, avukat)

Suġġett

Talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 228 KE, intiża għall-kundanna tal-Komunità għall-ħlas lura tad-dannu li rriżulta mit-tħassir tal-monopolu tal-korp tal-aġenti marittimi interpreti u sewwieqa tal-bastimenti Franċiż.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huma miċħud.

(2)

Jean Arizmendi u s-60 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ix-Chambre nationale des courtiers maritimes de France hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

(4)

Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minħabba l-intervent tax-Chambre nationale des courtiers maritimes de France.

(1)  ĠU C 59, 6.3.2004.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/32

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Diċembru 2009 — EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/04) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Drittijiet proċedurali tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Kriterju tal-investitur privat”)

2010/C 37/41

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u C. Giolito, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta’ Diċembru 2003.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta’ Diċembru 2003, huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Électricité de France (EDF).

(3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(4)

Iberdrola, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(1)  ĠU C 179, 10.07.2004.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/33

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Cofac vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/07) (1)

(“FSE - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Skemi ta’ taħriġ - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ”)

2010/C 37/42

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Gomes, J. Ortigão u C. Peixoto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 13066, tat-3 ta’ Ġunju 2005, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C(88) 0831, tad-29 ta’ April 1988, għal skemi ta’ taħriġ (fajl 880707 P1)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/33

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Cofac vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-159/07) (1)

(“FSE - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Skemi ta’ taħriġ - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ”)

2010/C 37/43

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Gomes, J. Ortigão u C. Peixoto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004) 24253, tad-9 ta’ Novembru 2004, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C(87)0860, tat-30 ta’ April 1987, għal skemi ta’ taħriġ (fajl 870927 P1)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/34

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2009 — Giannopoulos vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/07 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Talba għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 37/44

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Nikos Giannopoulos (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-20 ta’ Settembru 2007, Giannopoulos vs Il-Kunsill, (F-111/06, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Nikos Giannopoulos u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kuntest ta’ din l-istanza.

(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/34

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Notartel vs UASI — SAT.1 (R.U.N.)

(Kawża T-490/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R.U.N. - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti ran - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”)

2010/C 37/45

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Notartel SpA — Società informatica del Notariato (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bosshard u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: SAT.1 SatellitenFernsehen GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1267/2006-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SAT.1 SatellitenFernsehen Gmbh u Notartel SpA — Società informatica del Notariato.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Notartel SpA — Società informatica del Notariato hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/35

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Trubion Pharmaceuticals vs UASI — Merck (TRUBION)

(Kawża T-412/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRUBION - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TriBion Harmonis - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 37/46

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trubion Pharmaceuticals, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Best u R. Freitag, sussegwentement M. Best u U. Pfeghar, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1605/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Trubion Pharmaceuticals, Inc. u Merck KGaA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Trubion Pharmaceuticals, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/35

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T-476/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 37/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Media-Saturn Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Lewinsky, sussegwentement minn C.-R. Haarmann u E. Warnke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 591/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BEST BUY bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Media-Saturn Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/36

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Giordano Enterprises vs UASI — Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)

(Kawża T-483/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORDANO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORDANO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 37/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giordano Enterprises Ltd (F.T. Labuan, il-Malasja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-App6ell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Dias Magalhães & Filhos Lda (Arrifana Vfr, il-Portugall) (rappreżentant: J. M. João, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1864/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Dias Dias Magalhães & Filhos Lda u Giordano Enterprises Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Giordano Enterprises Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

(1)  ĠU C 19, 24.1.2009.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/36

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta' Diċembru 2009 — Inet Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-107/06) (1)

(“Rikors għal annulament - Implimentazzjoni tad-dominju tal-ogħla livell “.eu” - Reġistrazzjoni tad-dominju “.co” bħala dominju tat-tieni livell - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

2010/C 37/49

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Inet Hellas Ilektroniki Ipiresia Pliroforion EPE (Inet Hellas) (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentant: V. Chatzopoulos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Montaguti, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2006, dwar iċ-ċaħda mill-entità responsabbli għall-organizzazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-ġestjoni tad-dominju tal-ogħla livell “.eu” tat-talba tar-rikorrenti intiża għar-reġistrazzjoni tad-dominju “.co” bħala dominju tat-tieni livell.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Inet Hellas Ilektroniki Ipiresia Pliroforion EPE (Inet Hellas) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(1)  ĠU C 190. 12.8.2006.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/37

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Deltalinqs u SVZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament ippreżentat minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ impriżi stabbiliti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà manifesta”)

2010/C 37/50

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Deltalinqs (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u SVZ, Havenondernemersvereniging Rotterdam (Rotterdam) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u S. Noë, aġenti)

Partijiet intervenenjenti insostenn tal-konvenuta: Vlaams Gewest (Brussell, il-Belġju); u Waterwegen en Zeekanaal NV (Willebroek, il-Belġju) (rappreżentant: Y. van Gerven, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1939 finali, tal-10 ta’ Mejju 2007, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, wara l-proċedura ta’ eżami preliminari skont l-Artikolu 88(3) KE, fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna proposta mill-Vlaams Gewest (ir-Reġjun Fjamming, il-Belġju) insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Għajnuna mill-Istat Nru 682/2006 — Belġju).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Deltalinqs u SVZ, Havenondernemersvereniging Rotterdam, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni.

(3)

Il-Vlaams Gewest u Waterwegen en Zeekanaal NV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/37

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Cattin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/08) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - EDF - Lista ta’ esportaturi eliġibbli li jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand ir-Repubblika Ċentru-Afrikana - Nuqqas ta’ reġistrazzjoni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà”)

2010/C 37/51

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: R. Cattin & Cie (Bimbo, Repubblika Ċentru-Afrikana); u Yves Cattin (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: B. Wägenbaur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ esportaturi eliġibbli sabiex jiksbu l-ħlas, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FED), tal-krediti dovuti lilhom minn korp tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

R. Cattin Cie u Yves Cattin għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/38

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-567/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-proċedura 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

2010/C 37/52

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-49/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-senternza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea f’din l-istanza.

(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/38

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-arja - Deroga mogħtija lil Stat Membru - Rifjut ta’ reviżjoni mill-Kummissjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”)

2010/C 37/53

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, W. Roels u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Suġġett

Talba, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiddikkjara inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża għal reviżjoni mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas-7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi tiegħu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u, min-naħa l-oħra, għal miżuri provviżorji li jġegħlu lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi josserva l-obbligi tiegħu mill-iktar fis.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/39

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 — Escola Superior Agrária de Coimbra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/09)

2010/C 37/54

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Escola Superior Agrária de Coimbra (Bencanta, il-Portugall) (rappreżentant: J. Pais do Amaral, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2009) 224268, tad-9 ta’ Settembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-ħtieġa li jiġi rrimborsat l-ammont previst fil-punt 8 tal-ittra tat-12 ta’ Awwissu 2009.

Ksur tal-punti 21.2 u 22 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi standard fir-rigward tal-ammonti l-oħra, ġaladarba kien jeżisti reġistru tal-ħin li d-diversi intervenjenti ddedikaw għall-proġett, flimkien mal-indikazzjoni tal-isem tal-persuna li ddedikat dan il-ħin u bir-riferiment speċifiku għat-tul ta’ ħin li ġie ddedikat, fejn il-ħin indikat huwa reali.

Żball ta’ natura fattwali, peress li l-amministrazzjoni tista’ tieħu azzjoni biss jekk tkun ċerta li l-fatti huma veri, billi mhuwiex biżżejjed li jkun hemm dubju ta’ natura amministrattiva dwar jekk ġiex effettivament iddedikat il-ħin imniżżel fit-timesheets, peress li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Kummissjoni.

Kunsiderazzjoni żbaljata peress li ma jeżisti ebda obbligu bil-miktub li tiġi adottata ċertu tip ta’ sistema ta’ reġistru tat-tul ta’ ħin tax-xogħol ipprovdut minbarra l-imsemmija reġistrazzjoni fit-timesheets, billi, meta jkun qed jiġi eżegwit il-kuntratt u meta ma jkunx iżjed possibbli li tinbidel il-proċedura li tikkonċerna l-ħin iddedikat għall-proġett permezz tal-għajnuna preċedenti u leġittima tat-timesheets, il-Kummissjoni ma tistax b’mod leġittimu teżiġi iktar milli ddeċidiet jew milli ġie stabbilit kuntrattwalment. Barra minn hekk, huwa inopportun li jkun hemm livell ta’ ħtieġa li jimplika li l-ħin iddedikat jiġi rreġistrat b’mod fotografiku.

L-att ikkontestat jikser il-prinċipji ta’ bona fide, tal-aspettattivi leġittimi, ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, tan-natura raġjonevoli u ta’ amministrazzjoni tajba, peress li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-ħin huma ġodda, liema fatt huwa ssostanzjat miċ-ċirkustanza li dawn l-istess regoli jinsabu espliċitament u kjarament f’verżjonijiet li saru wara l-programm inkwistjoni.

Żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, sa fejn il-portata u l-kontenut tar-rifużjoni li ġiet ordnata mhumiex proporzjonati fir-rigward tal-kontenut u tan-natura tal-atti illegali allegatament ikkonstatati, fid-dawl tal-fatt li ma kienx possibbli li jinkisbu r-riżultati, riflessi fil-klassifikazzjoni fl-għaxar post minn madwar 200 proġett, mingħajr ma jiġi ddedikat ħin kunsiderevolment ogħla mill-ammont li effettivament tħallas (wara li jitnaqqas l-ammont li għandu jiġi rrimborsat).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/39

Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 minn Rinse van Arum mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-139/07, van Arum vs Parlament

(Kawża T-454/09 P)

2010/C 37/55

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Appellant: Rin se van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell u l-aggravji u l-oġġezzjonijiet ippreżentati bħala ammissibbli; u

tannulla s-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-139/07; u

billi tiddeċidi hija stess, tannulla d-deċiżjoni li tinkludi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent; u

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellu jsostni fiż-żewġ kawżi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq l-aggravji segwenti:

ksur tal-Artikoli 1 u 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll l-Artikoli 15(2) u 87(1) tal-iskema applikabbli għall-uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (traduzzjoni mhux uffiċjali) u ksur tad-dispożizzjoni tal-Manwal tal-evalwazzjoni

ksur tal-Artikolu 19 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni u tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

ksur tal-prinċipju tal-proċedura kontradittorja, tal-ugwaljanza bejn il-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża;

ksur tad-drittijiet fir-rigward tal-koerenza bejn l-evalwazzjoni u l-punti mogħtija, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

ksur tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-użu ta’ dokumenti mhux inklużi fil-proċess tal-kawża u ksur tal-prinċipju tal-proċedura tal-kontradittorja, kif ukoll minħabba bidla fl-oneru tal-prova b’ħsara għar-rikorrent u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

ksur tad-dmir ta’ premura minħabba li l-evalwatur finali b’negliġenza semma provi zbaljati u ksur tal-prinċipji tad-dritt fir-rigward tal-oneru tal-prova

applikazzjoni żbaljata ta’ liġi, tal-ġurisprudenza u tal-prinċipji tad-dritt li jirrigwardaw l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-dmir ta’ premura, id-diliġenza u l-amministrazzjoni tajba u l-prinċipji tad-dritt li jirrigwarda l-prova;

ksur tad-dritt minħabba l-konstatazzjonijiet inintelliġibbli magħmula mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u minn kwalifikazzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tar-regoli ta’ amministrazzjoni tajba;

konstatazzjoni żbaljata tal-fatti.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/40

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2009 — McLoughney vs UASI — Kern (Powerball)

(Kawża T-484/09)

2010/C 37/56

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rory McLoughney (Thurles, l-Irlanda) (rappreżentant: J. M. Stratford-Lysandrides, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ernst Kern (Zahling, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1547/2006-4;

tilqa’ l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 164 779; u

sussidjarjament, tibgħat lura quddiem il-konvenut l-oppożizzjoni għal analiżi iktar fid-dettall skont id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Powerball” għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 10, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark mhux reġistrata “POWERBALL” użata fil-kummerċ fl-Irlanda u fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(3) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8(3) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 rispettivament) u tar-Regoli 50(2) u 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1), peress li l-Bord tal-Appell ma evalwax l-oppożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u kellu jirrikonoxxi li r-rikorrent kellu l-kapaċità li jopponi t-trade mark ikkonċernata; ksur tal-Artikoli 8(4) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8(4) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 rispettivament) u tar-Regoli 50(2) u 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell ma evalwax l-oppożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u kellu jirrikonoxxi li r-rikorrent kien il-proprjetarju ta’ drittijiet preċedenti u li hu kien uża fil-kummerċ it-trade mark iċċitata insostenn tal-oppożizzjoni.

(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 189).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/09)

2010/C 37/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, B. Cabouat, u R. Loosli-Surrans, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/726/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu, il-Gvern Franċiż jitlob lill-Qorti Ġenerali sabiex, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 tat-TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/726/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat (1).

Id-deċiżjoni kkontestata tordna lil Franza sabiex tissospendi l-miżuri kawtelatorji li hija adottat wara l-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi ġodda li jistabbilixxu r-riskju tal-epożizzjoni umana għal scrapie klassika minħabba konsum ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-merħliet ta’ ovini u kaprini infettatti sabiex tipprojbixxi l-introduzzjoni fuq it-territorju tagħha, għall-finijiet tal-konsum uman, ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn post fejn każ ta’ scrapie klassika ġie kkonfermat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba ksur tal-prinċipju ta’ kawtela, għal dak li jirrigwarda kemm l-evalwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni tar-riskju.

Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ kawtela fil-fażi tal-evalwazzjoni tar-riskju, billi injorat l-inċertezzi xjentifiċi li baqgħu jeżistu fir-rigward tar-riskju ta’ trażmissjoni lill-bniedem tal-EST barra mill-ESB.

Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ kawtela fil-fażi tal-ġestjoni tar-riskju billi m’addottat l-ebda miżura sabiex tillimita r-riskju ta’ espożizzjoni lill-bniedem tal-aġenti tas-scrapie klassika.

(1)  ĠU L 258, p. 27

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)

(Kawża T-487/09)

2010/C 37/58

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ReValue Immobilienberatung GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fischoeder u M. Schork, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta’ Ottubru 2009 fil-Każ R 531/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ReValue” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 42 u 45 (applikazzjoni Nru 6 784 292)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), inkwantu s-sinjal li tiegħu qed tintalab ir-reġistrazzjoni ma għandux karattru deskrittiv għas-servizzi msemmija fl-applikazzjoni u barra minn hekk ma għandux karattru distintiv. Id-deċiżjoni tikser ukoll l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/20098, inkwantu d-deċiżjoni meħuda ma hijiex motivata jew ma hijiex motivata biżżejjed fuq punti essenzjali.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/42

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 — Jager & Polacek vs UASI — RT Mediasolutions (REDTUBE)

(Kawża T-488/09)

2010/C 37/59

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jager & Polacek GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard, T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: RT Mediasolutions s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 442/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: RT Mediasolutions s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REDTUBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 (Applikazzjoni Nru 6 096 309)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark mhux irreġistrata “Redtube”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni meqjusa li ma saritx

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/96 (1) flimkien mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2), għaliex ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha;

Ksur tal-Artikolu 80(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, għaliex id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni ma ġietx irrevokata kif xieraq;

Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, flimkien mal-Artikolu 41(3) tal-istess regolament, tar-Regola 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (3) u tal-Artikolu 8(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 (4), għaliex ir-rikorrenti seta’ jkollha aspettattivi leġittimi li l-fatt li d-dritt tal-oppożizzjoni tħallas tard ġie rrimedjat permezz tal-ħlas fiż-żmien tat-taxxa addizzjonali.

(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 01, p. 221).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189-220).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 291-296).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/43

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Leali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/09)

2010/C 37/60

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leali SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 7492, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.

tnaqqas l-ammont tal-multa.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/43

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-490/09)

2010/C 37/61

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.

tannulla l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 6,093 miljuni in solidum mal-kumpannija Leali S.p.A.

tnaqqas il-multa imposta.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/44

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/09)

2010/C 37/62

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni 2009/721/KE tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2009 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), fil-parti tagħha li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, u

tikkundanna l-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni l-motivi segwenti:

(1)

ksur, għal dak li jikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għall-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 (1) u tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament Nru 1290/2005 (2), peress li d-deċiżjoni kkontestata tapplika dawn id-dispożizzjonijiet għal sitwazzjoni li fiha m’hemmx lok li dan isir, fid-dawl tal-insuffiċjenza tal-irregolaritajiet allegati invokati mill-Kummissjoni sabiex jiġġustifikaw il-korrezzjoni finanzjarja deċiża;

(2)

ineżistenza, għal dak li jikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja dwar l-għajnuna għall-primjums għan-nagħaġ u mogħoż, tal-irregolaritajiet invokati mill-Kummissjoni, li timplika li d-deċiżjoni kkontestata kisret l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 u l-Artikolu 31(1) tar-Regolament Nru 1290/2005, billi applikathom għal sitwazzjoni li fiha ma kienx hemm lok li dan isir. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-verifiki fil-post twettqu matul il-perijodu ta’ żamma, skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 2419/2001 (3), u li l-problemi allegati mill-Kummissjoni fir-rigward tar-reġistri tal-irziezet u tan-nuqqas ta’ osservazzjonijiet ta’ spetturi fuq ir-reġistri mhux aġġornati ma jaffettwawx id-determinazzjoni tan-numru ta’ annimali eliġibbli għal sussidji tar-razzett matul il-perijodu ta’ żamma kollu.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, p. 103).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 209, p.1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru tal-2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, p.11).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/44

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — MEDA Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

(Kawża T-492/09)

2010/C 37/63

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MEDA Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1386/2007-4, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bbażati fuq it-trade mark Ġermaniża Nru 1 042 583“ALLERGODIL” kontra l-parti Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali 845 934“ALLERNIL”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Parti li qiegħda titlob estensjoni tal-applikazzjoni tal-protezzjoni: Nycomed GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALLERNIL” għal prodotti fil-klassi 5 (reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea Nru 845 934)

Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali Ġermaniż Nru 1 042 583“ALLERGODIL” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma ġewx applikati b’mod korrett il-prinċipji dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 peress li hemm nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/45

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

(Kawża T-497/09)

2010/C 37/64

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: J. Blanchard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli.

tannulla parzjalment id-deċiżjoni mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI inkwantu ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat mill-kumpannija LG ELECTRONICS kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2009 li tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 282 924 sa fejn din tindika l-“ħuvers”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “KOMPRESSOR PLUS” għall-prodotti fil-klassi 7 (Applikazzjoni Nru 7 282 924)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/45

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2009 — Evonik Industries vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu bil-kulur porpra bin-naħa tal-lemin tonda)

(Kawża T-499/09)

2010/C 37/65

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut (Ir-Raba’ Bord tal-Appell), tat-2 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ R 491/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma rettangolari tal-kulur Porpra Pantone 513 C għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45 (Applikazzjoni Nru 7 235 179)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li t-trade mark ikkonċernata għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/46

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-500/09)

2010/C 37/66

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: L. Ventrella, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7044 finali, tal-24 ta’ Settembru 2009, innotifikata fil-25 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “garanzija” fil-parti, fejn din teskludi nefqa li saret mill-Italja għas-snin finanzjarji 2005 u 2006:

rettifiki finanzjarji f’daqqa (5 %) għal numru ta’ allegati nuqqasijiet fil-kontrolli tas-setturi tal-frott u ħaxix — proċessar taċ-ċitru għal totali ta’ EUR 3 539 679,81.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 253 KE), jiġifieri n-nuqqas ta’ motivazzjoni kif ukoll il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-Kummissjoni rrettifikat xi għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru u li fit-twettiq ta’ din ir-rettifika ma twettqux kontrolli adegwati dwar jekk il-prodott mogħti lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkorrispondix ma’ dak mogħti lill-proċessuri, u jekk il-prodott ikkonsenjat għall-ipproċessar jikkorispondix mal-prodott komplut. Skont il-Gvern Taljan, fil-proċedura rriżulta li l-kontrolli seħħew b’mod sodisfaċenti, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-kontrolli kemm amministrattivi u ta’ kontabbiltà kif ukoll fiżiċi kemm fir-rigward tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi, kif ukoll, fir-rigward tal-proċessuri; u li l-attività ta’ kontroll seħħet b’mod mhux mistenni (mingħajr ebda avviż minn qabel għall-industriji fir-rigward tad-data tal-kontroll) u b’proporzjon għola mill-minimu previst mir-regolament. Il-punt essenzjali li fuqu l-Kummissjoni kellha timmotiva d-deċiżjoni tagħha kienet b’hekk l-eżistenza ta’ “riskju sinjifikanti” tad-dannu finanzjarju għall-Fond, b’mod li jiġġustifika rettifika f’daqqa ta’ 5 %, li tidher, f’kull każ, sproporzjonata.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/46

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

(Kawża T-501/09)

2010/C 37/67

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PhysioNova GmbH (Erlangen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flex Equipos de Descanso, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1;

temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1, sa fejn tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament, tas-27 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ 2237 C;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja “FLEX” Nru 2 275 220 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 10, 17 u 20

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Flex Equipos de Descanso, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark Ġermaniża Nru 39 903 314“PhysioFlex” u t-trade mark Ġermaniża Nru 39 644 431“Rotoflex”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur kontra l-Artikolu 8(1)(b) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/47

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2009 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL)

(Kawża T-504/09)

2010/C 37/68

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Raßmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marker Völkl International GmbH (Baar, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1387/2008-1;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, tal-31 ta’ Lulju 2008, dwar l-Oppożizzjoni Nru B 1 003 153, sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni;

tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VÖLKL” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 403 705)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Marker Völkl International GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “VÖLKL” (Trade mark internazzjonali Nru 571 440) għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u l-każ irrinvijat quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sabiex terġa’ tiddeċiedi dwaru; appell miċħud sa fejn jikkonċerna d-deċiżjoni dwar il-prova tal-użu ġenwin

Motivi invokati:

ksur tal-prinċipju tad-dispożizzjoni (it-tieni sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1)) sa fejn il-Bord tal-Appell irrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal deċiżjoni fir-rigward ta’ prodotti li ma kinux is-suġġett tal-oppożizzjoni;

ksur tal-projbizzjoni tar-reformatio in pejus, sa fejn il-Bord tal-Appell ma setax jirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fir-rigward ta’ prodotti li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet diġà aċċettat ir-reġistrazzjoni tagħhom;

ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ (Artikolu 38(3) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94);

ksur tal-Artikoli 15(2)(a) u 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, kif ukoll tar-Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata, b’mod żbaljat, li jeżisti użu ġenwin mit-trade mark invokata fl-oppożizzjoni.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1003, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2009 — Enviro Tech Europe u Enviro Tech International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/03) (1)

2010/C 37/69

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 47, 21.02.2004

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bactria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/04) (1)

2010/C 37/70

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża mir-Reġistru.

(1)  ĠU C 106 30.4.2004.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bactria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/04) (1)

2010/C 37/71

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 19, 22.1.2005.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/06) (1)

2010/C 37/72

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Diċembru 2009 — UMG Recordings vs UASI — Osman (MOTOWN)

(Kawża T-143/07) (1)

2010/C 37/73

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2009 — Bull et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/08) (1)

2010/C 37/74

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 285, 8.11.2008.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2009 — IPublish Ganske Interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ apparat għall-ipproċessar ta’ data)

(Kawża T-555/08) (1)

2010/C 37/75

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 55, 7.3.2009

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Diċembru 2009 — Complejo Agrícola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/09) (1)

2010/C 37/76

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49

Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Diċembru 2009 — Mars vs L-UASI — Marc (MARC Marlon Abela Restaurant Corporation)

(Kawża T-208/09) (1)

2010/C 37/77

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/50

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Diċembru 2009 — Apostolov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-8/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors inammissibbli - Dewmien)

2010/C 37/78

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apostolov (Saarwelligen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva fir-rigward tal-proċedura ta’ selezzjoni EPSO/CAST27/4/07.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

S. Apostolov huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 244, 10.10.2009, p. 16

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/50

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Bennett et vs UASI

(Kawża F-102/09)

2010/C 37/79

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kelly-Marie Bennett (Mutxamel, Spanja) et (rappreżentanti: L. Levi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annulament tad-deċiżjonijiet ta’ xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti permezz ta’ klawżola ta’ xoljiment marbuta mas-suċċess tagħhom f’kompetizzjoni ġenerali bi speċalizzazzjoni fil-proprjetà industrijali. Min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tal-partijiet

Tannulla d-deċiżjonijiet ta’ xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti, tat-12 ta’ Marzu 2009;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009, innotifikata fl-istess jum, li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fit-12 ta’ Ġunju 2009;

konsegwentement, tikkundanna lill-konvenut (i) għal kumpens lir-rikorrenti, bħala ħlas għad-danni, għal perijodu bejn id-dħul fis-seħħ tax-xoljiment tal-kuntratti tagħhom u d-data tal-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid minħabba l-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda, u (ii) għal rikostituzzjoni tal-karriera ta’ kull wieħed mir-rikorrenti indebitament imwaqqfa minn xogħlhom permezz tad-deċiżjonijiet ta’ xoljiment tal-kuntratti tagħhom; fil-każ li l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti tinvolvi diffikultajiet prattiċi kbar jew tidher eċċessiva fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ terzi, il-konvenut għandhu jiġi kkundannat għal ħlas ta’ kumpens fi flus ekwu għax-xoljiment illegali tal-kuntratti tar-rikorrenti. Tali kumpens għandu jqis, b’mod partikolari, mhux biss it-telf ta’ remunerazzjoni tal-passat iżda wkoll il-possibbilità serja, li kellhom ir-rikorrenti, li jibqgħu jaħdmu għall-UASI saż-żmien tal-irtirar tagħhom, f’kuntest ta’ kuntratt għal perijodu kompletament indeterminat u li javvanzaw fil-karriera tagħhom;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjonijiet ta’ xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti sa fejn it-terminu tan-notifika ma kienx ġie ffissat b’kunsiderazzjoni għas-snin kollha ta’ servizz, ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, fi ħdan l-UASI;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni materjali u morali subiti, valutati ex aequo et bono għal EUR 85 000 għal kull wieħed mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Allen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-103/09)

2010/C 37/80

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Allen (Oxford, ir-Renju Unit) et (rappreżentanti: P. Lasok, I. Hutton, B. Lask, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għal kumpens u għall-annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad il-ħlas ta’ kumpens għad-dannu sostnut minn kull wieħed mir-rikorrenti bħala riżultat tal-fatt li ħadd minnhom ma ġie impjegat bħala membru tal-persunal temporanju tal-Komunitajiet waqt iż-żmien li fih kienu jaħdmu għall-impriża konġunta JET.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti jitolbu lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2009;

jiddikjara li r-rikorrenti kellhom d-dritt jiġu ttrattati, u kellhom jiġu ttrattati bħala “personal ieħor” u/jew impjegati bħala tali, skont l-Artikolu 8 tal-istatuti oriġinali ta’ JET;

jiddikjara li l-Kummissjoni ddiskriminat kontrihom mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva waqt l-impjieg tagħhom fil-proġett JET, fir-rigward tar-renumerazzjoni, id-drittijiet ta’ pensjoni u benefiċċji relatati u s-sigurtà ta’ impjieg futur tagħhom;

jordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għat-telf ta’ dħul, pensjonijiet u benefiċċji u privileġġi relatati kkawżati mill-imsemmi ksur tal-liġi Komunitarja, inklużi, jekk ikun il-każ, l-interessi fuq dawn is-sommom;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; u

jieħu kull miżura addizzjonali u jagħti kull kumpens addizjonali, abbażi tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u/jew ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li huwa jqis neċessarji, ġusti jew ekwi.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Diego Canga Fano vs Il-Kunsill

(Kawża F-104/09)

2010/C 37/81

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra tħallas lir-rikorrent somma ffissata ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 150 000 bħala kumpens għad-danni morali subit minnu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha din issir dovuta, kif ukoll somma ffissata ex aequo et bono fl-ammont ta’ Eur 50 000 bħala kumpens għad-dannu professjonali li sofra, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha din issir dovuta;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/52

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Scheefer vs Il-Parlament

(Kawża F-105/09)

2010/C 37/82

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħad ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal impjieg għal perijodu indeterminat skont l-Artikolu 8(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Barra minn hekk, il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Frar 2009;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Ottubru 2009;

jannulla l-klassifikazzjoni legali tal-kuntratt inizjali kif ukoll id-data tal-iskadenza tiegħu, stabbilita għall-31 ta’ Marzu 2009;

għaldaqstant jirriklassifika l-impjieg tar-rikorrenti bħala impjieg għal perijodu indeterminat;

jikkumpensa d-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Parlament;

sussidjarjament, u fiċ-ċans remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li minkejja li sar kuntratt għal impjieg għal perijodu indeterminat, ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet spiċċat, jagħti danni għal xoljiment abbużiv tar-rabta kuntrattwali;

b’mod iktar sussidjarju, u fiċ-ċans remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li l-ebda riklassifikazzjoni ma hija possibbli, jagħti danni għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir żbaljat tal-Parlament Ewropew;

jirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, ir-rimedji, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha, u b’mod partikolari l-kundanna mill-Parlament għad-danni konnessi mad-dannu mġarrab;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/52

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2009 — Pascual García vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-106/09)

2010/C 37/83

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: César Pascual García (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta’ April 2006 u l-1 ta’ Marzu 2009, kif ukoll il-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta’ April 2006 u l-1 ta’ Marzu 2009, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.