ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.035.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
12 ta' Frar 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 035/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5599 – AMCOR/ALCAN) ( 1 )

1

2010/C 035/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5584 – Belgacom/BICS/MTN) ( 1 )

1

2010/C 035/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5764 – BNP Paribas/Dexia Epargne Pension) ( 1 )

2

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 035/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2010/C 035/05

L-Opinjoni Nru 1/2010 It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi

4

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 035/06

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20)

5

2010/C 035/07

Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8)

7

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 035/08

Sejħa għal proposti fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija (EMRP)

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 035/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9

2010/C 035/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5599 – AMCOR/ALCAN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 35/01

Fl-14 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5599. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5584 – Belgacom/BICS/MTN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 35/02

Fis-26 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5584. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5764 – BNP Paribas/Dexia Epargne Pension)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 35/03

Fit-8 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5764. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Frar 2010

2010/C 35/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3718

JPY

Yen Ġappuniż

123,03

DKK

Krona Daniża

7,4452

GBP

Lira Sterlina

0,87750

SEK

Krona Żvediża

9,9598

CHF

Frank Żvizzeru

1,4663

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,008

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

270,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7094

PLN

Zloty Pollakk

4,0285

RON

Leu Rumen

4,1045

TRY

Lira Turka

2,0758

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5446

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4502

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6590

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9633

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9377

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 585,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5509

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3757

HRK

Kuna Kroata

7,3163

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 850,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,7018

PHP

Peso Filippin

63,404

RUB

Rouble Russu

41,3730

THB

Baht Tajlandiż

45,496

BRL

Real Brażiljan

2,5342

MXN

Peso Messikan

17,9363

INR

Rupi Indjan

63,7900


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/4


L-OPINJONI Nru 1/2010

“It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi”

2010/C 35/05

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li l-Opinjoni Nru 1/2010 “It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi” għadha kif ġiet ippubblikata fuq il-websajt tagħha: http://www.eca.europa.eu


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/5


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20)

2010/C 35/06

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 57 tal-1.3.2008

Permessi ta' residenza:

 

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002,

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker uniformi mwaħħla fuq id-dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorn permanenti jew twil (ir-raġuni rilevanti tar-residenza hija indikata fuq l-istiker)

 

Oħrajn:

Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea – maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE għal soġġorn temporanju – ktejjeb blu, maħruġ mis-27 ta’ April 2006)

Průkaz o povolení k trvalému pobytu

(Karta ta’ residenza permanenti, ktejjeb aħdar – maħruġa mis-27 ta’ April 2006 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera (sal-21 ta’ Diċembru 2007)

Potvrzení o přechodném pobytu na území

(Ċertifikat ta’ residenza temporanja, dokument li jintewa – maħruġ mis-27 ta’ April 2006 liċ-ċittadini tal-UE/ŻEE/l-Isvizzera)

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker imwaħħla fuq id-dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-15 ta’ Marzu 2003 sat-30 ta’ April 2004 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza permanenti)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, ktejjeb aħdar – maħruġ mill-1996 sal-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza permanenti, mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-27 ta’ April 2006 għal residenza temporanja jew permanenti għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u għaċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u l-membri tal-familja tagħhom)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, ktejjeb aħdar – maħruġ mid-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fiż-żona Schengen liċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u lill-membri tal-familja tagħhom)

Poznámka: V případě držitelů povolení k pobytu ve formě knížky je relevantní kategorie pobytu indikována v cestovním dokumentu formou otisku razítka:

(Nota: Fil-każ ta’ detenturi ta’ permessi tar-residenza fil-forma ta’ ktejjeb, indikazzjoni tal-kategorija relevanti tar-residenza titpoġġa fid-dokumenti tal-ivvjaġġar fil-forma ta’ timbru)

Přechodný pobyt od … do …/Residenza temporanja valida minn … sa …,

Trvalý pobyt v ČR od …/Residenza Permanenti valida ta’ …,

Rodinný příslušník občana Evropské unie/Membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE

Průkaz povolení k pobytu azylanta

(Permessi tar-residenza għall-persuni mogħtija ażil, ktejjeb griż – maħruġ lill-persuni li ngħataw ażil)

Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja, ktejjeb isfar – maħruġa għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja)

 

Dokumenti oħrajn:

Cestovní doklad Úmluva z 28. července 1951

(Dokument tal-ivjaġġar Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 – maħruġ mill-1 ta’ Jannar 1995 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Cizinecký pas

(Passaport ta’ barrani – jekk jinħareġ għal persuna bla Stat (immarkat fuq il-paġni ta’ ġewwa b’timbru uffiċjali bil-kliem “Úmluva z 28. září 1954/Konvenzjoni tat-28 ta’ Settembru 1954” – maħruġ fis-17 ta’ Ottubru 2004 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Seznam cestujících na školní výlet v rámci Evropské unie

(Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea, dokument f’forma ta’ karta maħruġ mill-1 ta’ April 2006)

L-ISVIZZERA

Emenda għal-lista ppubblikata fil-ĠU C 331, 31.12.2008

L-ewwel inċiż tat-Taqsima I, punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

viża nazzjonali tal-kategorija D li tiddikjara “Vaut comme titre de séjour” (valida bħala permess tar-residenza)


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/7


Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8)

2010/C 35/07

Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

SPANJA

Sostituzzjoni fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009

L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.

(a)

Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f'euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (63,30 EUR għall-2010) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija mmultiplikati bin-numru ta' ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta' persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (570,00 EUR għall-2010) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu.

(b)

Għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat tal-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f'isimhom, mhux trasferibbli u b'data fissa jew biljetti għall-mezzi ta' trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw.

Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar 'il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta' kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b'mod ċar l-ammont ta' kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni Ewropea

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/8


Sejħa għal proposti fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija (EMRP)

2010/C 35/08

B'dan qed jingħata avviż dwar it-tnedija ta' sejħa għal proposti għal oqsma speċifiċi segwita b'sejħa għal proposti għal proġetti relatati u għotjiet lil riċerkaturi assoċjati fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija.

Jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa: Sejħa 2010 tal-EMRP f'dawn l-oqsma tar-riċerka:

Metroloġija Industrijali

Metroloġija Ambjentali.

Il-baġit indikattiv tas-sejħa għal kull qasam tar-riċerka jammonta għal EUR 41,28 miljun.

L-iskadenzi huma, it-28 ta' Marzu 2010 għall-proposti dwar suġġetti ta' riċerka possibbli u l-11 ta' Ottubru 2010 għall-proposti dwar proġetti u għotjiet lil riċerkaturi assoċjati.

Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar is-Sejħa ġew ippubblikati fuq din il-websajt:

http://www.emrponline.eu


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni Ewropea

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 35/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT WAĦDIENI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“HALBERSTÄDTER WÜRSTCHEN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0615-02.07.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Halberstädter Würstchen”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Il-kategorija 1.2

Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, iffumigati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1:

Iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” huwa zalzett tawwali u rqiq tat-togħlija, miksi b’ġilda naturali tarija (b’kisja magħmula min-nagħaġ), li jinbiegħ biss bħala prodott ippriżervat.

Dan it-tip ta’ zalzett is-soltu jkollu lewn skur imdaħħan u togħma qawwija tad-duħħan, b’riħa tal-injam tal-fagu, li minnha jingħaraf mill-ewwel. Dawn il-karatteristiċi ġejjin mill-proċess tal-affumikar taz-zalzett f’impjant tal-affumikar biċ-ċmieni li jkollu forn inemnem taħt l-art. Dan il-proċess isir f’diversi stadji li fihom l-umdità u d-densità tad-duħħan fiċ-ċumnija tal-affumikar jinbidlu b’perjodi qosra ta’ temperaturi massimi li jlaħħqu l-110 °C. Minħabba li t-temperatura tat-tnemnim waqt l-affumikar hija kkontrollata, jiġu prodotti lwien u rwejjaħ li huma tipiċi għat-togħma u l-lewn skur taz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen”.

—   Ħxuna: bejn 20 u 24 millimetru

—   Tul: minn 12 sa 18-il ċentimetru

—   Piż: bejn 50 u 90 gramma

—   Il-kompożizzjoni taz-zalzett:

—   laħam tal-majjal: madwar 45 %

—   laħam taċ-ċanga: madwar 15 %

—   bejken: madwar 15 %

—   ġilda naturali (kisja magħmula min-nagħaġ): madwar 1,5 %

—   ilma tax-xorb: madwar 18 %

—   Melħ tan-nitritu għall-pikles: madwar 2 %

—   Ħwawar (b’mod speċjali l-bżar abjad u ż-żahar tan-noċemuskata): madwar 1,5 %

—   Addittivi: madwar 2 %

—   Il-kontenut tax-xaħam: 20 % (± 5 %)

—   Proteina tal-laħam mingħajr proteini fit-tessuti konnettivi: mill-inqas 7,5 %.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji kollha tal-manifattura, inklużi l-ikkundizzjonar minn qabel, it-tnixxif, l-affumikar, it-togħlija, il-maturazzjoni u l-ippriżervar, jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-belt ta’ Halberstadt.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” jiġi prodott fiż-żona ġeografika ristretta tal-belt ta’ Halberstadt. Dan il-prodott għandu tradizzjoni li tmur lura 100 sena, u l-isem tajjeb tiegħu nbena matul is-snin mill-kumpanija Friedrich Heine u mill-kumpaniji li ġew warajha, li kienu jipproduċu l-prodotti biss fiż-żona tal-belt ta’ Halberstadt.

Il-proċess speċjali tal-affumikar f’impjant tal-affumikar biċ-ċmieni li jkollu forn inemnem taħt l-art, li jintuża fiż-żona indikata, huwa meħtieġ sabiex iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen”, li ilu jiġi prodott b’mod tradizzjonali għal iktar minn 100 sena, jkollu l-karatteristiċi tipiċi tiegħu.

L-impjant tal-affumikar biċ-ċmieni huwa mibni b’ġebel taż-żnied li jiflaħ għan-nar. Dan huwa importanti ferm, l-iktar għall-ħtiġijiet tat-teknoloġija tat-tisħin tal-impjant. Barra minn hekk, l-iktar karatteristika importanti hija li dan il-ġebel jixrob l-elementi l-ħżiena tad-duħħan permezz tal-ħajt tan-naħa ta’ ġewwa tal-impjant tal-affumikar biċ-ċmieni. B’hekk, dawn l-elementi l-ħżiena ma jmorrux ġoz-zalzett li jkun qed jiġi affumikat, u minflok, f’dan iz-zalzett u fuq barra tiegħu jiżviluppaw biss dawk is-sustanzi li jagħtu t-togħma.

L-affumikar fis-sħana jdum minn 40 sa 50 minuta f’temperatura medja tal-affumikar ta’ bejn is-60 u l-75 °C. Permezz tat-tqabbid dirett taċ-ċumnija, it-temperatura fil-kamra tal-affumikar tal-impjant tal-affumikar biċ-ċmieni hija kkontrollata b’tali mod li jkun hemm perjodi qosra li jinbidlu ta’ temperaturi massimi li jaqbżu l-110 °C u b’hekk ikun hemm tnaqqis kontinwu fl-umdità skont it-tibdil fit-temperatura. Il-produzzjoni u t-trażmissjoni tad-duħħan isseħħ f’post wieħed, u jseħħ proċess ta’ kkarbonizzar.

Sabiex jiġi prodott id-duħħan tintuża taħlita ta’ biċċiet tal-injam tal-fagu u serratura fi proporzjon ta’ 70 għal 30 fil-mija tal-piż, b’umdità ta’ 52 %. Din hija meħtieġa sabiex il-proċess tal-affumikar jitwettaq f’temperatura li tiżgura li biżżejjed kwantitajiet tal-elementi tad-duħħan mixtieqa jiġu prodotti u jaqgħu fuq wiċċ il-ġilda taz-zalzett. Minħabba li t-temperatura tat-tnemnim waqt l-affumikar hija kkontrollata, jiġu prodotti lwien u rwejjaħ li huma tipiċi għat-togħma u l-lewn skur taz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen”.

Il-proċess ta’ affumikar dirett iseħħ f’diversi stadji, li jieħdu perjodi differenti ta’ ħin għall-affumikar u li għandhom temperaturi differenti tad-duħħan taċ-ċumnija, u matulhom jintlaħqu firxiet tat-temperaturi u temperaturi massimi ta’ 75 sa 80 °C, 85 sa 90 °C, 95 sa 100 °C u ta’ ’l fuq minn 110 °C.

Is-sengħa tal-espert tal-proċess tal-affumikar tiżgura li matul dan il-proċess jiġu prodotti diversi temperaturi u li dawn il-firxiet tat-temperaturi jinżammu għal perjodi speċifiċi ta’ ħin. It-temperaturi u d-diversi firxiet tat-temperaturi jinkisbu permezz tal-ħolqien ta’ bejtiet ta’ ħruq bati fil-qiegħa tal-fuklar tal-impjant tal-affumikar biċ-ċmieni. Huwa f’dan il-punt li wieħed jara verament is-sengħa tal-espert tal-proċess tal-affumikar, li jrid juża din is-sengħa sabiex jikkontrolla kemm il-proċess tat-tqabbid tan-nar u b’hekk ukoll il-proċess li bih jinkisbu t-temperaturi tal-affumikar permezz tal-ħolqien ta’ bejtiet ta’ ħruq bati jew permezz tal-ftuħ taghħom sabiex jinkisbu l-firxiet mixtieqa tat-temperatura. Dawn l-azzjonijiet jeħtieġu forn inemnem taħt l-art, li huwa rekwiżit essenzjali għall-proċess ikkumplikat tal-affumikar tal-prodott li jrid jiġi prodott. Dan il-proċess tal-affumikar ġej ukoll mill-kontroll bl-idejn tat-temperaturi matul il-proċess tal-affumikar, minħabba li matul dan il-proċess ikun hemm tibdil u tnaqqis kontinwu fl-umdità u fid-densità tad-duħħan fiċ-ċumnija, li hija ħaġa importanti għall-ħolqien tal-prodott li jrid jiġi prodott.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” jingħaraf mill-ewwel b’mod partikulari mit-togħma qawwija tad-duħħan u mil-lewn skur tiegħu, li jiddistingwuh minn prodotti simili ta’ oriġini differenti.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott mogħtija fid-dettall fil-punt 5.2 ġejjin mill-proċess speċjali tradizzjonali tal-affumikar li jitwettaq fl-impjant tal-affumikar biċ-ċmieni li huwa spjegat fid-dettall fil-punt 5.1.

Dawn id-dħaħen taċ-ċmieni huma uniċi u l-proċessi tal-affumikar li jitwettqu f’dawn iċ-ċmieni jistgħu jingħarfu biċ-ċar mill-proċessi tal-affumikar li jintużaw fl-impjanti moderni tal-affumikar bis-sħana.

Flimkien mal-istabbiltà tal-laħam taz-zalzett li fih il-prodott, it-tnaqqis tal-umdità relattiva għal inqas minn 25 % hija r-raġuni għala z-zalzett li jrid jiġi pproċessat jiflaħ għat-temperaturi għoljin ferm u ma jitħassarx minħabba fihom.

Matul l-istadji umdi, l-elementi tad-duħħan bażikament jinxtorbu, filwaqt li matul l-istadji sħan u nexfin, id-diversi ingredjenti tad-duħħan jaġixxu b’mod partikulari flimkien u mal-elementi tal-ġilda naturali u tal-laħam taz-zalzett ta’ ġo fiha.

It-togħma taz-zalzett, li minnha jingħaraf mill-ewwel, u d-dehra partikulari tiegħu ġejjin mit-taħwir tradizzjonali u tipiku tiegħu, u mill-ipproċessar speċjali ta’ dawn il-prodotti. Minbarra r-riċetti u l-ħwawar tradizzjonali li jintużaw, il-proċess tradizzjonali tal-affumikar huwa dak li jagħti liz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” it-togħma partikulari tiegħu, li minnha jingħaraf mill-ewwel, u l-kontroll tat-temperatura waqt il-produzzjoni tad-duħħan fiċ-ċumnija, miksub permezz tas-sengħa tal-espert tal-proċess tal-affumikar, huwa r-rekwiżit ewlieni sabiex il-kisja taz-zalzett tieħu t-togħma tipika tagħha u l-lewn speċifiku tagħha minn barra.

Id-dehra partikulari taz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” tissejjes fuq tradizzjoni tal-produzzjoni taz-zalzett fil-belt ta’ Halberstadt li għandha iktar minn 100 sena.

Iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” ġie prodott għall-ewwel darba mill-biċċier espert ta’ Halberstadt, Friedrich Heine, nhar it-23 ta’ Novembru 1883. Sena wara, fetaħ fabbrika f’Halberstadt. Fl-1896 Friedrich Heine kiseb ir-rikonoxximent tal-pubbliku għall-prodotti tiegħu waqt wirja tat-tisjir, u dik is-sena stess dan iz-zalzett ġie ppriżervat għall-ewwel darba fil-bottijiet u ntwera waqt il-wirja tat-tisjir f’Wiesbaden bħala innovazzjoni dinjija. Fl-1913 Friedrich Heine waqqaf kumpanija ġdida f’Halberstadt li dak iż-żmien kienet l-ikbar fabbrika li tipproduċi z-zalzett fl-Ewropa u l-iktar waħda moderna.

Fil-bidu tas-seklu l-ieħor, kważi d-dvieren kollha tal-istazzjonijiet tal-ferrovija kienu jservu z-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen”. L-istess kien jiġri fil-vaguni tat-tip “Mitropa” fuq il-ferroviji tar-“Reichsbahn” li fihom kien jisserva l-ikel, li wkoll kienu jservu z-zalzett tal-bott tat-tip “Halberstädter Würstchen”. Illum il-ġurnata, iz-zalzett tat-tip “Halberstädter Würstchen” għadu jiġi prodott f’fabbriki tradizzjonali fil-belt ta’ Halberstadt, u fil-fatt kuljum jiġu prodotti diversi tunnellati minnu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-deċiżjoni dwar l-għotja tal-uffiċċju Ġermaniż tal-brevetti u tal-marki tal-fabbrika ġew ippubblikati fit-Taqsima 7b tal-Volum 25 tal-“Markenblatt” Ġermaniż tat-22 ta’ Awwissu 2007.


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 35/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT WAĦDIENI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SUSKA SECHLOŃSKA”

Nru KE: PL-PGI-005-600-23.04.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Suska sechlońska”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew proċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem ta’ (1):

L-isem “suska sechlońska” ġej mid-djalett lokali. “Suska” tfisser prodott niexef mill-frott, i.e. pruna mnixxfa jew affumikata. L-aġġettiv “sechlońska” ġej mill-post bl-isem ta' Sechna, fil-muniċipalità ta' Laskowa, minn fejn oriġinat it-tradizzjoni tat-tnixxif.

Is-“Suska sechlońska” hija pruna bl-għadma jew bl-għadma maqlugħa li għaddiet mill-proċess ta' tnixxif jew ta' affumikar.

Id-daqs tagħha jiddependi mid-daqs tal-frotta tal-varjetà tal-pruna użata u tvarja minn 1,5 sa 4,5 ċm, b'piż ta' 44 sa 99 pruna għal kull (1) kg. L-għamla tagħha tiddependi mill-varjetà tal-frotta ddestinata għat-tnixxif u tista' tvarja minn oblata sa prolata. Is-“Suska sechlońska” hija kkaratterizzata minn laħam elastiku u polpuż kif ukoll minn ġilda mkemmxa u li twaħħal b'lewn blu skur jagħti fl-iswed. Għandha togħma kemmxejn ħelwa, u tħalli togħma u aroma ta' affumikar. Il-kontenut tal-ilma tal-prodott lest huwa bejn l-24 % u t-42 % fil-ħin tal-bejgħ.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

Għall-produzzjoni tas-“suska sechlońska” jintuża biss frott tal-Prunus domestica L. ssp. domestica u l-varjetajiet mnisslin minnha: Promis, Tolar, Nektawit, Valjevka u Stanley. Il-frott ta' dawn il-varjetajiet għandhom karatteristiċi idonei għall-ipproċessar permezz ta' tnixxif u affumikar, fosthom kontenut għoli ta' zokkor u kontenut relattivament baxx ta' ilma.

Il-frotta trid tkun friska, mingħajr sinjali ta' tħassir jew ta' ħsara mekkanika u għandha tkun ħielsa minn ħsara viżibbli kkawżata minn insetti, dud irqiq jew insetti oħra li jagħmlu l-ħsara. Il-frotta użata għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe ħsara, impuritajiet jew organiżmi oħra mhux speċifikati li jagħmluha mhux tajba għall-konsum.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-ifran użati għat-tnixxif għandhom ikunu f'post fiż-żona ġeografika identifikata, u l-proċess sħiħ tat-tnixxif u tal-affumikar għandu jseħħ hemm ukoll. L-injam u l-materja prima użati fil-produzzjoni jistgħu jinġiebu minn barra ż-żona identifikata. L-użu ta' njam reżinuż mhuwiex permess. Il-proċess sħiħ tat-tnixxif u tal-affumikar iseħħ fi fran tal-frott speċjali tipiċi taż-żona.

3.6.   Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika li fiha tiġi prodotta is-“suska sechlońska” tkopri 239,55 km2 u tinsab fil-konfini amministrattivi ta' erba' muniċipalitajiet ta' Małopolskie voivodship: Laskowa, Iwkowa, Łososina Dolna u Żegocina. L-isem “sechlońska” ġej mill-villaġġ ta' Sechna, lokalità fil-muniċipalità ta' Laskowa, u jintuża b'mod tradizzjonali fiż-żona ġeografika kollha fejn tiġi prodotta s-“suska sechlońska”.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ddefinita f'punt (4) tinsab f'altitudni ta' aktar minn 300 m 'l fuq mil-livell tal-baħar u t-topografija tagħha tvarja ħafna, u l-parti l-kbira tal-għoljiet għandhom pendil ta' bejn 5 ° u 25 °.

Il-fran karatteristiċi tal-frott, iddisinjati u mibnija min-nies tal-lokal fi stil adattat għat-terren lokali, jiffurmaw parti integrali tal-pajżaġġ. Iż-żona koperta mill-erba' muniċipalitajiet konċernati għandha 677 forn bħal dawn. Dan jagħti prova ċara tar-rabta mill-qrib ħafna li l-prodott għandu maż-żona ġeografika. L-għadd ta' fran huwa wieħed mill-aspetti li jiddistingwi ż-żona kkonċernata minn żoni fil-qrib.

Il-fran jikkonsistu minn sisien tal-briks madwar il-qiegħa tal-fuklar u kompartiment mgħotti bi gradilja tal-injam. Id-daqs medju tal-kompartiment huwa minn madwar 2 metri mill-wisà u minn madwar 3,5 metri mit-tul Lqugħ tal-injam jaqsam il-kompartiment miċ-ċentru tiegħu f'żewġ partijiet. Il-gradilja, li tikkonsisti fi bsaten tal-injam maġenb xulxin, mingħajr ingroppi, b'daqs ta' 4 ċm wisa', 3 ċm għoli u madwar 1 metru tul, tifforma l-parti ta' isfel tal-kompartiment. Il-bsaten jitqiegħdu fuq wiċċ invell. Jitranġaw b'tali mod biex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni ta' duħħan u arja sħuna f'għoli ta' madwar 180 ċm 'l fuq mill-qiegħa tal-fuklar. Il-kompartiment jingħalaq permezz ta' bieb tal-injam li minnu l-forn tal-frott jista' jimtela b'għanbaqar u li jgħin ukoll iżomm is-sħana u jipproteġi kontra kundizzjonijiet atmosferiċi avversi. Hemm forn taħt kull kompartiment. L-istruttura hija protetta permezz ta' saqaf immejjel. Normalment il-fran tal-frott ikollhom żewġ jew tliet kompartimenti; Madankollu huwa dejjem possibbli li ssib fran b'kompartiment wieħed jew fran li jkollhom saħansitra ħames kompartimenti.

Waqt il-produzzjoni tas-“suska sechlońska”, it-temperatura tal-forn tvarja minn 45 °C sa 60 °C.

L-għanbaqar li jgħaddu mill-proċess ta' tnixxif u ta' affumikar jitqiegħdu f'saff bi ħxuna bejn 30 u 50 ċm. Il-produtturi jaqilbu l-massa tal-għanbaqar li jkunu qed jinxfu darba kuljum permezz ta' pala speċjali. Il-proċess idum minn 4 sa 6 ijiem, skont il-ħxuna tas-saff tal-għanbaqar. Dan il-metodu ta' tnixxif u affumikar ġie żviluppat permezz tas-snajja indiġeni ta' produtturi lokali u jintuża biss għall-produzzjoni tas-“suska sechlońska” fiż-żona ġeografika definita.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

“Suska sechlońska” tgħaddi kemm minn proċess ta' tnixxif kif ta' affumikar. Il-proċess ta' tnixxif u ta' affumikar f'faċilitajiet ta' tnixxif jitwettaq b'duħħan sħun, li jiddistingwi is-“suska sechlońska” minn pruna tradizzjonali mnixxfa b'arja sħuna. Matul il-proċess l-għanbaqra titlef ftit mill-ilma mit-tessuti u tassorbi d-duħħan, li għandu wkoll proprjetajiet antisettiċi. It-tnaqqis fil-kontenut tal-ilma tat-tessut matul l-affumikar u l-effett antisettiku tad-duħħan ixekklu l-iżvilupp ta' batterji li jwasslu għal putrefazzjoni, u b'hekk tittawwal il-ħajja tal-prodott. Id-duħħan jagħti lill-frotta kulur, aroma u togħma uniċi.

Kif l-għanbaqar ikunu nixfu f'saff bi ħxuna minn 30 sa 50 ċm u jitqallbu darba kuljum, il-meraq li joħroġ mill-għanbaqar matul il-proċess ta' tnixxif jiksi lill-frotta niexfa, u jagħtiha togħma fil-ħelu. “Suska sechlońska” prodotta b'dan il-mod hija kkaratterizzata b'togħma ħelwa distintiva li tħalli togħma u aroma ta' affumikat notevoli u b'ġilda li twaħħal b'lewn blu skur jagħti fl-iswed.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP).:

Ir-rabta bejn is-“suska sechlońska” u r-reġjun hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħha, imsejsa fuq tradizzjoni antika fil-produzzjoni tal-prodott u fuq is-snajja uniċi tal-produtturi lokali.

Il-kwalità għolja tas-“Suska sechlońska” ġejja mill-ħiliet uniċi tal-produtturi lokali u l-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni li jużaw. Id-disinn tal-ifran tat-tnixxif u l-metodu tat-tnixxif jirrifletti l-għarfien tal-produtturi lokali li huma konsiderevolment differenti mill-metodi ta' produzzjoni użati f'partijiet oħra tal-Polonja kif ukoll fir-reġjuni ġirien. Il-mod li bih jinħadmu l-fran tat-tnixxif jiżgura li l-arja u d-duħħan sħan jiċċirkolaw fl-istess ħin, u permezz ta' hekk l-għanbaqar jitnixxfu u jiġu affumikati.

Ir-rabta bejn is-“suska sechlońska” u ż-żona ġeografika hi fil-fatt riflessa fl-isem tal-villaġġ “Sechna”, li ġej mill-kelma Pollakka Antika “sechnie”, li tfisser tnixxif. Dan juri l-uniċità tal-prodott u t-tradizzjoni bl-għeruq fondi ħafna tal-metodu tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (4).

Skont il-leġġenda, it-tradizzjoni tat-tnixxif tal-għanbaqar imbdiet minn qassis lokali, li xerred l-użanza tal-affumikar tal-għanbaqar fost il-parruċċani tiegħu. It-tradizzjoni antika tas-“suska sechlońska” tidher f'xogħol ta' Jan Ligęza bit-titolu Ujanowice - wieś powiatu limanowskiego, ippubblikat fl-1905 (Xogħol Nru 9 tal-Kummissjoni Etnografika tal-Akkademja Pollakka tal-Arti u x-Xjenzi). L-użanza baqgħet ħajja fiż-żminijiet moderni u l-metodu ta' produzzjoni baqa' prattikament l-istess.L-eqdem faċilità tat-tnixxif, li ma għadhiex topera, għandha aktar minn mitt sena. Il-faċilitajiet speċjali tat-tnixxif iddisinjati mill-produtturi lokali u li għadhom jintużaw sal-lum jagħtu prova li l-metodu l-antik għadu jintuża. Dawn il-faċilitajiet ta' tnixxif jixirqu perfettament mal-pajżaġġ taż-żona.

It-tnixxif u l-affumikar huma tant popolari li dwarhom inkitbu kanzunetti u poeżiji li jiċċelebraw it-tradizzjoni. Din il-kanzunetta antika hija eżempju:

“… Oj Sechna, Sechna ty skopciała wiosko, gdyby nie suszarnie byłabyś stolicą …”

(Oh Sechna, Sechna sewda bid-duħħan, kieku mhux għal fran tal-frott inti tkun il-kapitali …)

Ir-reputazzjoni tas-“suska sechlońska” hija riflessa wkoll fil-premijiet u l-unuri li ngħatawlha f'kompetizzjonijiet varji: unur fil-kompetizzjoni “Nasze Kulinarne Dziedzictwo” fis-sena 2000; premju fil-kompetizzjoni “Perła 2004” għall-aħjar prodott reġjonali tal-ikel fil-Polonja fl-2004; l-ewwel premju fl-istħarriġ fl-2006 “Małopolski Smak”.

Il-Festival tal-Pruna (Święto Suszonej Śliwki), li ilu jsir f'Dobrociesz mill-2001 u jippreżenta l-pruna f'bosta suriet, jagħti prova tar-reputazzjoni tal-prodott, tar-rabta tiegħu maż-żona u tat-tradizzjoni ta' tnixxif tal-għanbaqar. Konferma ulterjuri tar-reputazzjoni tas-“suska sechlońska” hija l-'mogħdija tal-pruna għat-turisti' imfassla mill-awtoritajiet lokali li tindika l-irziezet bil-ġonna tas-siġar tal-għanbaqar u bil-faċilitajiet tat-tnixxif.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minrol.gov.pl/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId=0