ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.318.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
23 ta' Diċembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-456 sessjoni plenarja fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009

2009/C 318/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Kif il-flessigurtà tista’ tintuża għar-ristrutturar fil-kuntest tal-iżvilupp dinji (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Svediża)

1

2009/C 318/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-kooperazzjoni makroreġjonali. L-applikazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa (opinjoni esploratorja)

6

2009/C 318/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar X’għandu jsir biex l-istrateġija tal-UE dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol tkun sostenibbli, fit-tul u multisettorjali (opinjoni esploratorja)

10

2009/C 318/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir ekonomiku u r-rata tal-impjieg (opinjoni esploratorja)

15

2009/C 318/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Forom differenti ta’ intrapriża (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

22

2009/C 318/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Prodotti tal-ikel tal-kummerċ ġust: awtoregolamentazzjoni jew leġiżlazzjoni? (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

29

2009/C 318/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-dimensjoni tat-Tramuntana taż-żoni żvantaġġati (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

35

2009/C 318/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Nippromovu l-politiki u l-programmi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-utenti finali (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

39

2009/C 318/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-impatt tal-kriżi dinjija fuq is-setturi ewlenin Ewropej tal-manifattura u tas-servizzi (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

43

2009/C 318/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ix-xogħol u l-faqar: lejn l-approċċ olistiku meħtieġ (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

52

2009/C 318/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rapport tal-Grupp de Larosière (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

57

2009/C 318/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 (opinjoni addizzjonali)

66

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-456 sessjoni plenarja fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009

2009/C 318/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja ElettronikaCOM(2008) 329 finali

69

2009/C 318/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Mediċini Sikuri, Innovattivi u Aċċessibbli: Viżjoni Mġedda għas-Settur FarmaċewtikuCOM(2008) 666 finali

74

2009/C 318/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta’ Progress)COM(2009) 333 finali - 2009/0096 (COD)

80

2009/C 318/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – ProgressCOM(2009) 340 finali - 2009/0091 (COD)

84

2009/C 318/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injamCOM(2008) 644 finali - 2008/0198 (COD)

88

2009/C 318/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Green Paper dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni EwropeaCOM(2008) 811 finali

92

2009/C 318/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedemCOM(2009) 82 finali

97

2009/C 318/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Green Paper – TEN-T: Eżami tal-politika – Lejn netwerk trans-Ewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasportCOM(2009) 44 finali

101

2009/C 318/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-UE, l-Afrika u ċ-Ċina: Lejn djalogu u kooperazzjoni trilateraliCOM(2008) 654 finali

106

2009/C 318/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħCOM(2009) 200 finali

113

2009/C 318/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-petsCOM(2009) 268 finali - 2009/0077 (COD)

121

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-456 sessjoni plenarja fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kif il-flessigurtà tista’ tintuża għar-ristrutturar fil-kuntest tal-iżvilupp dinji” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Svediża)

2009/C 318/01

Relatur: is-Sur SALVATORE

Korelatur: is-Sur CALVET CHAMBON

Fl-ittra tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2008, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, is-Sinjura Cecilia Malmström, id-Deputat Viċi Prim Ministru inkarigata mill-Affarijiet Ewropej, f’isem il-Presidenza Svediża futura, talbet lill-KESE jħejji opinjoni esploratorja dwar:

Kif il-flessigurtà tista’ tintuża għar-ristrutturar fil-kuntest tal-iżvilupp dinji.”

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur SALVATORE, filwaqt li l-korelatur kien is-Sur CALVET CHAMBON.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’111-il vot favur, 0 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kummissjoni Ewropea ddefinixxiet il-“flessigurtà” bħala “strateġija integrata biex ittejjeb, fl-istess waqt, il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol”. F’dan id-dokument ta’ pożizzjoni l-KESE jenfasizza ċerti aspetti tal-kunċett tal-flessigurtà li fil-fehma tiegħu, f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi, huma rilevanti b’mod speċjali biex jinżammu kemm jista’ jkun nies fix-xogħol u biex dawk li jinsabu barra s-suq x-xogħol ikollhom l-aktar opportunitajiet possibbli biex isibu xogħol ġdid malajr kemm jista’ jkun. Dawk li jħaddmu u l-ħaddiema għandhom jaħdmu flimkien fil-qafas tad-djalogu soċjali biex jiżguraw li l-ikbar numru ta’ ħaddiema possibbli jinżammu fis-suq tax-xogħol.

1.2

F’dan iż-żmien ta’ kriżi kbira u ta’ qgħad li qed jikber, hemm bżonn aktar minn qatt qabel li l-flessigurtà ma tinftihemx bħala mod kif il-ħaddiema li bħalissa għandhom xogħol ikunu jistgħu jitkeċċew aktar faċilment jew miżura li tpoġġi fil-periklu s-sigurtà soċjali in ġenerali u ta’ dawk li mhux qed jaħdmu speċifikament. Il-KESE jqis li l-miżuri maħsuba biex itejbu l-aspett tas-“sigurtà” (fl-usa’ sens tagħha) tal-flessigurtà, bħalissa huma ta’ prijorità assoluta.

1.3

Il-KESE diġà enfasizza l-importanza tal-flessigurtà interna f’opinjonijiet preċedenti. Il-kriżi enfasizzat l-importanza tal-miżuri ta’ flessigurtà interna li jippermettu lill-kumpaniji jadattaw ruħhom għat-tnaqqis drastiku fl-ordnijiet mingħajr ma jkollhom ikeċċu lill-impjegati. Il-kumpaniji li jużaw “kontijiet tal-ħinijiet tax-xogħol” (working times accounts) maqbula mal-imsieħba soċjali huma aktar kapaċi jirreaġixxu malajr għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq li ġabet magħha l-kriżi, mill-kumpaniji li m’għandhomx dawn it-tip ta’ miżuri. Waħda mil-lezzjonijiet li tgħallimna b’mod ċar mill-kriżi hija li l-kontijiet tal-ħinijiet tax-xogħol u l-arranġamenti għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli għandhom jiġu promossi mill-imsieħba soċjali. Il-KESE jqis li huwa neċessarju li dawn l-istrumenti jkunu attraenti kemm jista’ jkun kemm għall-kumpaniji u kif ukoll għall-impjegati.

1.4

Il-flessigurtà taħdem biss jekk l-impjegati jkunu mħarrġa tajjeb. Hemm rabta mill-qrib bejn kompetenzi ġodda u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Huwa kompletament fl-interess tal-kumpaniji li jinvestu fit-taħriġ kontinwu tal-persunal tagħhom, filwaqt li hija r-responsabbiltà tal-ħaddiema li jkomplu jieħdu t-taħriġ. Hemm it-tama li l-istrateġija ta’ Lisbona għal wara l-2010 se tipprovdi s-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.

1.5

Il-kriżi tenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali. Dawn l-aħħar xhur kienu prova tal-impenn qawwi tal-imsieħba soċjali biex isibu soluzzjonijiet konġunti għall-problemi urġenti. Il-KESE jipproponi li l-Presidenza Svediża tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea jwaqqfu pjattaforma bbażata fuq l-internet li tinkoraġġixxi l-iskambju ta’ esperjenzi fir-rigward ta’ dawn l-inizjattivi tal-imsieħba soċjali, billi tiġi rrispettata d-diversità tas-sitwazzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

1.6

Fil-livell Ewropew, l-imsieħba soċjali bħalissa qed jinnegozjaw ftehim qafas awtonomu dwar is-swieq tax-xogħol inklużivi. Il-KESE jemmen li dan il-ftehim futur jista’ jkollu valur miżjud ġenwin fl-għajnuna għall-aktar nies vulnerabbli li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-kriżi biex jerġgħu lura għax-xogħol. Il-KESE jinsab ukoll ħerqan għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni konġunti tal-implimentazzjoni tal-flessigurtà, li għaliha l-imsieħba soċjali Ewropej wiegħdu l-impenn tagħhom fil-programm ta’ ħidma tagħhom għall-2009-2010.

1.7

Il-ħeffa kbira u l-mod drastiku kif seħħet il-waqgħa ekonomika ġiegħlet lil bosta fost dawk li jħaddmu jaħsbu lura fis-snin ta’ ġid ekonomiku, meta kien diffiċli li jinstab għadd adegwat ta’ nies ikkwalifikati biżżejjed. Dawk li jimpjegaw issa qed iħarsu lejn il-ġejjieni bil-ħsieb li r-rilanċ ekonomiku ser iseħħ żgur, u għalhekk mhumiex qed jgħaġġlu biex jaqtgħu wisq postijiet tax-xogħlijiet – azzjoni li tista’ tiġi pprovokata jekk jaħsbu biss biex jiffrankaw il-flus f’perijodu qasir ta’ żmien. Minkejja dan, l-ebda kumpanija ma tista’ tinjora r-regoli bażiċi tal-ekonomija. Fl-aħħar mill-aħħar, l-interess ewlieni ta’ kull kumpanija huwa li tiżgura s-sopravivenza tagħha. Għall-ħaddiema affettwati, huwa importanti ħafna li jerġgħu lura għax-xogħol malajr kemm jista’ jkun. Il-KESE jenfasizza l-bżonn li tiġi pprovduta għajnuna malajr u ta’ kwalità għolja. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw serjament li jżidu l-kwantità u l-kwalità tal-ħaddiema fl-aġenziji tax-xogħol bil-għan li jiġu appoġġjati n-nies biex jerġgħu jsibu xogħol malajr kemm jista’ jkun.

1.8

Meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali, kif ukoll id-differenzi bejn is-setturi industrijali, il-KESE jħeġġeġ lill-Unjoni tkompli l-ħidma tagħha f’perspettiva Ewropea u fir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa b’hekk li ser jinħoloq il-qafas Ewropew meħtieġ biex jiggarantixxi t-tisħiħ ta’ mudell soċjali Ewropew li qiegħed jinbidel minn mudell teoriku għal realtà li ma tistax tiġi evitata (1). Huwa meħtieġ li jitfassal proċess post-Lisbona (Lisbona 2010 plus) maħsub biex jindirizza l-għanijiet li ma jkunux intlaħqu u dawk li għad iridu jitfaċċaw matul il-kriżi, li ż-żmien sakemm jgħaddu jista’ jkun twil u ta’ tbatija. Il-flessigurtà żgur li se jkollha rwol importanti. Il-Kumitat huwa tal-fehma li d-dimensjonijiet tal-flessigurtà fl-applikazzjoni tagħha għandhom ikunu ibbilanċjati.

1.9

Il-KESE jenfasizza li r-riformi tas-swieq tax-xogħol fl-Istati Membri għandhom jevitaw li jkompli jikber in-numru ta’ postijiet tax-xogħol prekarji kkaratterizzati minn flessibbiltà eċċessiva għad-detriment tas-sigurtà, li f’dawn l-aħħar snin baqa’ jiżdied. Il-KESE jaqsam it-tħassib li esprima l-Kumitat tar-Reġjuni fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar 2008 (2). Il-preferenza għall-flessibbiltà esterna tista’ tagħti lok “għad-deregolamentazzjoni ta’ kondizzjonijiet normali tax-xogħol sabiex jiġi estiż l-impjieg prekarju”.

2   Il-kuntest

2.1

Il-Presidenza Svediża tistieden lill-KESE jagħti l-opinjoni tiegħu dwar is-suġġett tal-“flessigurtà” li dwaru diġà kien ta l-fehma tiegħu (3), iżda li issa qed jiġi ppreżentat f’kuntest ġdid. L-urġenza li s-suġġett jerġa’ jiġi eżaminat fil-perspettiva tal-kriżi finanzjarja ġie kkonfermat matul seduta organizzata mill-Presidenza Svediża fis-7 ta’ Lulju 2009 fi Stokkolma.

2.2

Il-kunċett tal-flessigurtà jista’ jiġi interpretat b’modi differenti. Il-Kummissjoni Ewropea ddefinixxiet il-kunċett fil-komunikazzjoni tagħha (COM(2007) 359 finali) bħala “strateġija integrata biex ittejjeb, fl-istess ħin, il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol” (4). Peress li din id-definizzjoni ntużat ukoll fil-konklużjonijiet tas-summit speċjali li sar fi Praga fis-7 ta’ Mejju 2009, din l-opinjoni qed tiġi bbażata wkoll fuq din l-interpretazzjoni komuni.

2.3

Il-KESE jinsisti fuq il-fatt li l-politiki tas-suq tax-xogħol jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. It-tentattivi biex jiġu armonizzati l-liġijiet tax-xogħol imorru kontra dan il-prinċipju u ma jkunux adatti minħabba li huma ta’ ħsara għat-tradizzjonijiet u l-istrutturi ġeografiċi li taw prova li huma rilevanti u solidi. Barra minn hekk, irid jitqies ukoll il-fatt li l-ekonomiji tal-Istati Membri mhux kollha huma żviluppati fuq l-istess livell. Dan huwa rifless fis-sistemi soċjali rispettivi tagħhom. F’dan il-kuntest, skont il-KESE, l-isfidi tal-UE għandhom ikunu:

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi li ġiet integrata fil-mekkaniżmu ta’ gwida għall-Istrateġija ta’ Lisbona sa mill-2005. Fil-linja gwida 21 tal-Politika tal-Impjiegi tal-Istati Membri, dawn jaqblu li jippromovu s-sigurtà tax-xogħol u l-flessibbiltà b’mod ibbilanċjat. L-UE għandha sservi ta’ katalista biex l-Istati Membri jirrispettaw l-impenji tagħhom, u fl-istess waqt, jikkomunikaw u jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki tagħhom fil-qafas tal-politika Ewropea għall-Impjiegi.

3   Żviluppi ġodda

3.1   Il-kriżi

3.1.1

Fuq medda qasira ta’ żmien l-effetti tal-akbar kriżi ekonomika fl-istorja tal-Komunità huma evidenti: id-dejn pubbliku tal-Istati Membri tal-UE qed jikber b’veloċità li qatt ma rajna qabel. Minkejja li l-banek ċentrali tad-dinja mlew is-swieq bil-likwidità, is-sistema bankarja xorta waħda mhux qed taħdem b’mod normali. B’mod partikolari, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet kbar biex ikollhom aċċess għal krediti ġodda. Ma ndumux wisq biex nibdew inħossu l-effetti ħżiena tal-qgħad fuq is-soċjetajiet u fuq is-suq intern. Fl-istess ħin, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda sar rari u diffiċli ħafna.

3.1.2

Il-KESE jqis li huwa indispensabbli li fuq medda ta’ żmien qasir jiġi adattat il-mudell tal-flessigurtà fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjoekonomika ħażina attwali, anke jekk l-aħħar opinjoni tiegħu dwar is-suġġett tfasslet biss fir-rebbiegħa tal-2008. Il-Kumitat feraħ li l-Presidenza Svediża talbitu jeżamina kif l-Istati Membri jistgħu jużaw il-flessigurtà fil-qasam tar-ristrutturar fil-kuntest tal-iżvilupp globali. L-iżvilupp globali jagħmel referenza għall-kriżi finanzjarja u r-riperkussjonijiet traġiċi tagħha fuq l-ekonomija reali u fuq l-impjiegi. Din il-kriżi diġà ġiet kkonfermata bħala l-agħar kriżi ekonomika mis-snin 80 ’l hawn. X’aktarx li dawn l-effetti se jħallu marka fuq is-seklu 21 kollu. Il-kriżi hija aktar gravi minħabba li qed isseħħ fl-istess waqt ta’ żewġ kriżijiet oħra li qed jippreżentaw sfidi kbar fuq livell globali: il-kriżi tal-klima u l-kriżi demografika.

3.1.3

Il-kriżi qed tibdel l-ambjent soċjoekonomiku li fih jistgħu jsiru r-riformi futuri tas-suq tax-xogħol. Dan huwa minnu, irrispettivament minn x’wieħed jaħseb dwar l-opportunità, il-fattibbiltà, il-ħtieġa jew l-impossibbiltà li dawn ir-riformi strutturali jsiru fi żmien ta’ kriżi. Minkejja dan, il-KESE jixtieq jenfasizza li l-inklużjoni u l-introduzzjoni mill-ġdid tal-persuni qiegħda fis-suq tax-xogħol għandhom ikunu fost il-prijoritajiet assoluti.

3.1.4

Madanakollu, il-Kumitat jixtieq joħroġ xi konklużjonijiet mill-osservazzjonijiet tiegħu sabiex ikun jista’ jfassal proposti konkreti u pożittivi fir-rigward tal-elementi li jiffurmaw il-flessigurtà, jiġifieri l-flessibbiltà u s-sigurtà. Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li ġestjoni bbilanċjata tal-miżuri ta’ flessibbiltà u ta’ sigurtà hija indispensabbli sabiex jiġu evitati l-kunflitti soċjali li diġà ġraw madwar l-Ewropa.

3.2   Il-flessibbiltà interna u esterna

3.2.1

Il-flessibbiltà interna għandha tkun ir-riżultat ta’ djalogu soċjali bejn il-management u l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-imsieħba soċjali, fil-livell tal-intrapriża jew tas-settur ikkonċernat. Il-flessibbiltà tevita li jintilfu l-postijiet tax-xogħol u b’hekk, f’perijodi diffiċli, tista’ tkun element stabilizzanti importanti għall-koeżjoni soċjali fl-Ewropa. Hemm bżonn li l-intrapriżi u l-ħaddiema jkunu jiftiehmu biex jiġi żgurat li jkun hemm impenn mill-intrapriżi fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali u ż-żamma tal-ħaddiema fix-xogħol. Ir-rwol tal-gvernijiet huwa essenzjali għall-appoġġ ta’ dawn il-miżuri, iżda dan ma jistax jingħata għad-detriment tal-kapaċità tagħhom li jipprovdu s-servizzi soċjali bażiċi, bħalma huma s-sigurtà (kemm jekk hija tal-prodotti alimentari, tat-traffiku tal-ajru, tal-universalità tas-servizzi ta’ interess ġenerali jew dik li joffru l-pulizija) u l-edukazzjoni, li minn issa ’l quddiem qed titqies f’termini ta’ tagħlim tul il-ħajja.

3.2.2

Kull riforma soċjali għandha sseħħ fil-kuntest soċjoekonomiku u politiku tagħha. Il-flessigurtà f’perijodu ta’ kriżi bla dubju tqanqal mistoqsijiet diffiċli dwar jekk hemmx garanzija li s-sagrifiċċji mitluba għal dak li fit-teorija se tfisser żieda fl-impjiegi, humiex ser jagħtu r-riżultati. Għalhekk irridu nkunu konxji tal-fatt li l-flessigurtà tkun utli biss jekk tiġi tradotta f’fehim komuni tal-imsieħba soċjali u mhux biss ta’ wieħed minnhom. F’dan il-kuntest, dan bilfors iwassal biex naħsbu b’mod serju fuq is-sigurtà u fuq il-bilanċ bejn is-sigurtà u l-flessibbiltà. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonċentra l-analiżi tagħha l-aktar fuq il-possibbiltajiet ta’ flessibbiltà interna li jistgħu jservu ta’ għodda effikaċi fil-flessigurtà għall-ġlieda kontra l-qgħad (5).

3.2.3

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-aspetti tal-flessigurtà għandhom ikunu bbilanċjati, u m’għandhomx ikunu applikati għad-detriment tas-sigurtà. Iżda kif jistgħu l-Istati Membri jiżguraw dan il-bilanċ fi żmien ta’ kriżi? Il-Kumitat jipproponi li r-riformi bbażati fuq il-mudell tal-flessigurtà jiġu eżaminati bir-reqqa f’dan iż-żmien ta’ kriżi biex ma jkunx hemm riperskussjonijiet soċjali u politiċi mhux mixtieqa. Dawn il-prekawzjonijiet għandhom jiġu msaħħa fil-każ tal-flessigurtà msejħa “esterna”.

3.2.4

B’konformità ma’ dak li għadu kif ġie ppreżentat, il-miżuri tal-flessigurtà għandhom ikunu kredibbli minn kull lat, u b’mod partikolari fir-rigward tal-aspett baġitarju. X’aktarx dan se jwassal biex jinbidlu l-prijoritajiet tal-infiq baġitarju tal-Istati Membri, u jista’ jkun ukoll li tissaħħaħ l-għajnuna Komunitarja. Dan għaliex ma jistax ikun hemm flessigurtà mingħajr sigurtà.

3.2.5

Għall-kuntrarju tal-użu prudenti tad-diversi forom ta’ flessibbiltà interna, fis-sitwazzjoni attwali jkun riskjuż li jiġu imposti riformi tas-suq tax-xogħol bil-għan li tiġi promossa l-flessibbiltà esterna. L-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea s’issa insistew fuq dan l-aspett tal-flessigurtà. Ħafna mill-ftehimiet kollettivi fl-Ewropa jinkludu dispożizzjonijiet li jorganizzaw il-flessibbiltà fl-intrapriżi. Fost affarijiet oħra, din tista’ tieħu l-forma tal-ġestjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, li tinkludi perijodi ta’ taħriġ, speċjalment biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fl-attività.

3.3   Id-djalogu soċjali

3.3.1

Il-KESE jibqa’ tal-fehma li l-imsieħba soċjali għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ forum li fih tkun tista’ ssir diskussjoni permanenti tal-ideat dwar ir-riformi biex iż-żewġ naħat opposti – dawk li jħaddmu u l-ħaddiema – ikunu jistgħu jiżguraw iż-żamma ta’ bilanċ permanenti bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà. Dan l-approċċ huwa importanti u interessanti għall-ġejjieni tal-impjiegi fl-Ewropa. Huwa proprju għalhekk li s-soċjetà ċivili għandha tiġi inkluża wkoll fid-dibattitu. Kull politika dwar ix-xogħol u kull riforma tas-suq tax-xogħol għandha impatt qawwi fuq is-soċjetà. Dawn ir-riformi m’għandhomx ikunu maqtugħin mill-perspettivi ekonomiċi, soċjali u sostenibbli tas-soċjetà.

3.3.2

Il-flessigurtà hija għodda importanti biex jittaffew l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika reali fuq ix-xogħol u l-impjiegi. Madanakollu m’għandux isir abbuż billi, pereżempju, it-tkeċċija tan-nies mix-xogħol issir aktar faċli fil-pajjiżi li għandhom leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol li tiggarantixxi ċertu livell ta’ sigurtà kontra prattiki li bl-Ingliż jissejħu “hire and fire”. Il-Kumitat japprova ċ-ċarezza li biha l-Kummissjoni Ewropea sostniet li l-flessigurtà fl-ebda każ ma tista’ tagħti d-dritt għat-tkeċċija mix-xogħol.

3.3.3

Il-Kumitat jenfasizza li r-riformi kollha tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol għandhom isiru flimkien mal-imsieħba soċjali, għaliex jekk ma jsirx hekk dawn ir-riformi ma jirnexxux. Id-djalogu soċjali huwa garanzija ta’ demokrazija parteċipattiva, moderna u soċjali. Il-ġestjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol għandha tkun ir-riżultat ta’ negozjati mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Barra minn hekk, permezz tad-djalogu soċjali jkunu jistgħu jiġu adottati forom differenti ta’ flessibbiltà interna li joffru flessibbiltà sostanzjali lill-intrapriżi, indipendentement minn jekk l-attività ekonomika tagħhom tkunx qed tiżdied jew tonqos.

3.3.4

Il-KESE jilqa’ l-isforzi u l-ħidmiet konġunti li saru mal-imsieħba soċjali Ewropej fil-qasam tal-flessigurtà. Il-KESE japprezza li l-imsieħba soċjali Ewropej inkludew is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-flessigurtà fil-programm ta’ ħidma tagħhom 2009-2010. Il-KESE qed jistenna r-rapport ta’ din l-evalwazzjoni u jittama li l-evalwazzjoni konġunta jkollha impatt qawwi fuq l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet differenti tal-flessigurtà fid-diversi Stati Membri.

3.4   Għanijiet Ewropej għal medda ta’ żmien qasir jew medju

3.4.1

Għal medda ta’ żmien qasir, l-analiżi u l-possibbiltajiet ta’ kif tista’ tiġi applikata l-flessigurtà għandhom jiffukaw fuq l-għan li jinżammu l-akbar numru ta’ impjiegi bl-akbar valur miżjud possibbli, u li tissaħħaħ il-protezzjoni soċjali globali tal-ħaddiema kollha, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, filwaqt li dejjem jitqiesu minn qabel id-djalogu soċjali fil-livelli kollha, il-limitazzjonijiet finanzjarji u r-rwol tal-gvernijiet.

3.4.2

Il-KESE jfakkar fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kunsill tat-8 u d-9 ta’ Ġunju dwar il-flessigurtà fi żmien ta’ kriżi. Huwa importanti għall-qiegħda li jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol mill-aktar fis possibbli. Il-KESE jenfasizza l-bżonn li dawn jingħataw għajnuna, appoġġ u gwida effikaċi malajr kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu biex jagħmlu użu aħjar mill-fondi Ewropej eżistenti u għandhom jagħtu l-impenn sħiħ tagħhom biex itejbu l-kwalità tal-istrumenti kollha għall-promozzjoni tax-xogħol, pereżempju biex l-aġenziji tax-xogħol joffru impjiegi ta’ kwalità, biex isaħħu s-servizzi u l-effikaċja tagħhom.

3.4.3

Il-KESE huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li l-ftehimiet dwar l-allowances għal ħaddiema li jkunu tkeċċew jistgħu jirrappreżentaw għodda effikaċi fuq medda ta’ żmien qasir biex jinżammu l-impjiegi, jiġi evitat il-qgħad u tinżamm is-setgħa tax-xiri. Dawn il-miżuri jġibu magħhom tliet effetti: iż-żamma tan-know-how u l-kompetenzi tal-ħaddiem għall-intrapriża, il-fatt li l-ħaddiem ma jiġix eskluż mid-dinja tax-xogħol u l-istabbiltà tal-ekonomija nazzjonali billi jiġu evitati mewġiet ta’ nies qiegħda. Il-kriżi kkonfermat il-bżonn li jiġu promossi l-kontijiet tal-ħinijiet tax-xogħol u tal-ġestjoni flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol. L-intrapriżi li jużaw il-kontijiet tal-ħinijiet tax-xogħol huma aktar kapaċi jirreaġixxu malajr għal sitwazzjonijiet fis-suq ġodda u jadattaw ruħhom għal tnaqqis għal għarrieda fid-domanda. Il-KESE jitlob lill-Istati Membri u lill-UE jagħmlu dan l-istrument attraenti kemm jista’ jkun kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi.

3.4.4

Il-KESE jħeġġeġ lill-imsieħba soċjali fil-livelli kollha, inkluż f’dawk makroekonomiċi, biex jiffukaw id-djalogu soċjali u l-kompromessi li qed isiru mill-imsieħba kollha f’dan iż-żmien ta’ kriżi profonda, fuq iż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, billi jinżamm il-poter tax-xiri globali tal-ħaddiema. Il-gvernijiet għandhom isibu l-mezzi biex jaqdu r-rwol ta’ katalisti u biex jiffavorixxu, jew saħansitra jagħtu kumpens, għal dan it-tip ta’ ftehimiet. Il-KESE jipproponi li l-Presidenza Svediża tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea jwaqqfu pjattaforma bbażata fuq l-internet li tinkoraġġixxi l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi fir-rigward tal-inizjattivi tal-imsieħba soċjali fuq livell prattiku, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità tas-sitwazzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

3.4.5

Il-KESE jqis li l-erba’ dimensjonijiet tal-flessigurtà u l-prinċipji tagħha bħalma ġew definiti mill-Kummissjoni Ewropea, jistgħu tassew jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-qgħad fl-Ewropa. Minkejja dan, huwa indispensabbli li jiġi żgurat li l-impjiegi ta’ kwalità qed jinħolqu. Protezzjoni soċjali ġenwina għandha rwol importanti. Hija fundamentali għall-koeżjoni soċjali fl-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li r-riformi tas-swieq tax-xogħol fl-Istati Membri għandhom jevitaw li jkompli jikber in-numru ta’ postijiet tax-xogħol prekarji kkaratterizzati minn flessibbiltà eċċessiva għad-detriment tas-sigurtà, li f’dawn l-aħħar snin baqa’ jiżdied. Il-Kummissjoni għandha tagħmel bilanċ ta’ kull tant żmien dwar it-twettiq fil-prattika tal-prinċipji tal-flessigurtà fit-testi leġiżlattivi u regolatorji dwar is-suq tax-xogħol. Il-KESE huwa tal-fehma li l-prinċipji tal-flessigurtà għandhom qabel kollox jiddaħħlu fl-aġenda għall-perijodu ta’ wara Lisbona. Barra minn hekk, il-KESE jissuġġerixxi li l-ħidmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej ikunu kkoordinati ma’ din l-aġenda.

3.5   Dibattitu Ewropew ġdid

3.5.1

Il-KESE jqis li hu opportun li l-Presidenza Svediża qed tniedi dibattitu fuq l-aspetti tal-flessigurtà li, kif rajna f’diversi Stati Membri li introduċewha, jistgħu jkunu ta’ kontribut għall-Unjoni biex tegħleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali filwaqt li jinżamm l-ikbar numru ta’ impjiegi possibbli biex il-koeżjoni soċjali ma titqigħedx fil-periklu. Huwa fl-interess tal-UE li ma titlifx il-ħaddiema kkwalifikati tagħha, għax wara l-kriżi se terġa’ tiġi bżonnhom, aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li l-bidliet demografiċi se jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-potenzjal għal forza tax-xogħol ikkwalifikata fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej.

3.5.2

It-tkeċċija ta’ persunal ikkwalifikat fi żmien ta’ kriżi hija ta’ periklu fil-perspettiva tar-rilanċ li se jseħħ fil-ġejjieni. Hemm ir-riskju li n-nuqqas ta’ għarfien jikber. Agħar minn hekk, jidher li ħafna intrapriżi Ewropej qed inaqqsu n-numru ta’ apprentisti jew il-postijiet tax-xogħol maħsuba għaż-żgħażagħ li jkunu għadhom kif spiċċaw l-istudji tagħhom. Dan qed jipperikola l-ġejjieni tagħhom. Barra minn dan, il-flessigurtà tista’ taħdem biss jekk l-impjegati jkunu mħarrġa tajjeb. Għalhekk il-fatt li jitwaqqaf it-taħriġ imur kontra dan l-istrument ta’ riforma. Hemm rabta mill-qrib bejn kompetenzi ġodda u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. L-istrateġija “Lisbona 2010 plus” għandha toffri tweġibiet għal dawn il-problemi. L-intrapriżi huma mistennija jinvestu fit-taħriġ kontinwu tal-impjegati tagħhom. Fl-istess ħin huwa evidenti li hija r-responsabbiltà ta’ kull ħaddiem li jkompli jitħarreġ.

3.5.3

It-tagħlim tul il-ħajja fil-qafas tal-flessigurtà għandu jkun parti mill-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u b’hekk dan iservi ta’ eżempju għad-dinja kollha. It-taħriġ tal-ħaddiema għandu jiffoka fuq l-għanijiet Ewropej li jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità u biex isiru sforzi għall-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli.

3.5.4

Il-flessigurtà tistrieħ essenzjalment fuq impjegabilità ogħla. Din tiddependi mill-kwalità tas-sistemi edukattivi u mill-effikaċja tal-prattiki tat-taħriġ kontinwu. Jekk l-Istati Membri jiddikjaraw li huma favur it-tagħlim tul il-ħajja mingħajr ma jirriformaw is-sistema edukattiva tagħhom, mingħajr ma jagħtu aktar importanza għall-edukazzjoni ta’ qabel ma t-tfal jibdew imorru l-iskola, mingħajr ma jallokaw aktar riżorsi għat-tagħlim u jekk ma jħeġġux u ma jiffaċilitawx it-taħriġ vokazzjonali u kontinwu b’inċentivi fiskali fil-qafas tal-impjiegi, ma tkunx tista’ tintlaħaq kundizzjoni importanti tal-flessigurtà. Il-Kumitat jappella lill-gvernijiet nazzjonali biex jagħtu prijorità assoluta lil dawn il-kwistjonijiet marbuta mal-edukazzjoni. Il-Kumitat huwa favur azzjoni komuni tal-Istati Membri għall-promozzjoni tas-settur edukattiv u tat-taħriġ fl-Ewropa.

3.6   Il-flessigurtà fil-perspettiva tat-Trattat ta’ Lisbona

3.6.1

Fit-Trattat ta’ Lisbona, li l-Kumitat jappoġġja u jittama li jiġi adottat mis-27 Stat Membru tal-UE, is-suq intern jiġi definit bħala ekonomija soċjali. L-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jikkwota “ekonomija soċjali tas-suq” fost l-għanijiet tal-Komunità. Dan huwa żvilupp ġdid importanti. Din id-direzzjoni ġdida, li tagħti aktar spazju għal interpretazzjoni soċjali tal-liġijiet Komunitarji, żgur li se jkollha effett fuq il-leġiżlazzjoni Ewropea futura, u fuq kollox, fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

3.6.2

Huwa minnu li ċerti żviluppi politiċi f’numru żgħir ta’ pajjiżi Ewropej jqanqlu ċertu tħassib dwar il-probabbiltà li l-adozzjoni finali tat-Trattat tirnexxi. Minkejja dan, il-Kumitat jibqa’ pożittiv, għax m’hemmx alternattiva, m’hemm l-ebda “Pjan B”. F’Unjoni ta’ 27 pajjiż, b’mod speċjali fi żmien ta’ kriżi, hemm bżonn li l-istituzzjonijiet jkunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effettiv milli huwa possibbli bit-Trattat ta’ Nizza. Il-Kumitat iqis għalhekk li huwa neċessarju li l-istituzzjonijiet Ewropej jagħmlu t-tħejjijiet kollha dwar is-suġġett tal-flessigurtà fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona din is-sena jew l-aktar tard fl-2010 – iżda wkoll fid-dawl ta’ kif tiżviluppa l-kriżi. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat, fost affarijiet oħra, id-dimensjoni ġdida u aktar attwali ta’ “sigurtà” ser tiġi riflessa fil-liġi Komunitarja.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 119; opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar il-Koeżjoni soċjali: kontenut għal mudell soċjali Ewropew (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  ĠU C 105, 25.4.2008, p. 16 (ara punt 22).

(3)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 108.

ĠU C 211, 19.8.2008, p. 48; opinjoni tal-KESE dwar il-komunikazzjoni dwar “Lejn prinċipji komuni ta’ Flessigurtà: aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà”.

(4)  Tajjeb li nfakkru l-kliem eżatt tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal l-erba’ prinċipji tal-flessigurtà: “Il-flessibbiltà, fuq naħa, tfisser moviment minn post għall-ieħor b’suċċess (“tranżizzjonijiet”) matul il-kors tal-ħajja: mill-iskola għax-xogħol, minn impjieg għal ieħor, bejn li tkun bla xogħol jew mhux attiv lejn li taħdem, u mill-karriera għall-pensjoni. Mhix limitata għal aktar libertà għall-kumpaniji li jingaġġaw jew jagħtu s-sensja, u ma tfissirx li l-kuntratti bi skadenza miftuħa huma xi ħaġa tal-passat. Tfisser progress għall-ħaddiema lejn impjiegi aħjar, “mobilità ’l fuq” u żvilupp ottimali tat-talent. Il-flessibbiltà tfisser ukoll organizzazzjonijiet flessibbli tax-xogħol, li wieħed ikun kapaċi juri ċerta sengħa b’mod effettiv fil-ħtiġijiet u l-ħiliet ta’ produzzjoni, u tfisser ukoll l-iffaċilitar tar-rabta tar-responsabbiltajiet professjonali ma’ dawk privati. Is-sigurtà, min-naħa l-oħra, hija ħafna aktar mis-sigurtà biss li bniedem iżomm xogħlu: tfisser li lin-nies tagħtihom il-ħiliet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu progress fil-ħajja tax-xogħol, u tgħinhom isibu impjieg ġdid. Tfisser ukoll benefiċċji xierqa ta’ qgħad għall-iffaċilitar tat-tranżizzjonijiet. Fl-aħħar nett, tiġbor fiha l-opportunitajiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema kollha, speċjalment il-ħaddiema ta’ ftit sengħa jew il-ħaddiema aktar anzjani.”

(5)  ĠU C 105, 25.4.2008, p. 16. Il-Kumitat tar-Reġjuni, anke minn qabel il-kriżi finanzjarja, esprima d-dubji tiegħu dwar il-predominanza tal-flessibbiltà esterna fl-approċċ tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni “huwa tal-fehma li frażi bħal ‘arranġamenti għall-kuntratti li jkunu flessibbli u affidabbli’ jagħtu lok għat-tħassib, billi dan jippermetti wkoll għad-deregolamentazzjoni ta’ kondizzjonijiet normali tax-xogħol sabiex jiġi estiż l-impjieg prekarju”.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/6


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kooperazzjoni makroreġjonali. L-applikazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa” (opinjoni esploratorja)

2009/C 318/02

Relatur:is-Sur SMYTH

Nhar it-18 ta’ Diċembru 2008, is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM, il-Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f’isem il-Presidenza Svediża, sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar

Il-kooperazzjoni makroreġjonali – L-applikazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur SMYTH.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’unanimità.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja l-għanijiet miġbura fl-erba’ pilastri tal-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku: li r-reġjun isir post prosperu, mingħajr periklu u sigur, sostenibbli mil-lat ambjentali u attraenti u aċċessibbli.

1.2

Il-KESE jirrikonoxxi l-proċess komprensiv ta’ konsultazzjoni li sar qabel ma ġiet iffinalizzata l-istrateġija u r-rwol li kellhom fil-proċess l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati. Il-KESE jisħaq mill-ġdid fuq ir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u jikkonferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għat-twaqqif ta’ Forum tas-Soċjetà Ċivili għall-Baħar Baltiku li jista’ jgħin biex is-soċjetà ċivili ssir parti integrali mill-evoluzzjoni tal-istrateġija.

1.3

Il-KESE jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-istrateġija li jħaddan 15-il azzjoni ta’ prijorità li kull waħda minnhom ser tkun ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru Baltiku biex jimplimentaha.

1.4

L-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku għandha kemm punti tajbin kif ukoll punti dgħajfin. L-ikbar saħħa li għandha hija li hija komprensiva fil-firxa li beħsiebha tkopri kif ukoll li se tiġi evalwata regolarment mill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew. Id-dgħufijiet tagħha jinbtu mill-kumplessità tagħha u mill-kwistjonijiet ta’ governanza marbuta mal-implimentazzjoni tagħha. L-istrateġija tħaddan il-kompetenzi ta’ 21 Direttorat Ġenerali kif ukoll 8 Stati Membri u r-Russja. Flimkien mal-erba’ pilastri, il-ħmistax-il azzjoni ta’ prijorità u bosta azzjonijiet orizzontali, hemm “ġeometrija varjabbli” kumplessa fil-qalba tal-istrateġija li tista’ twassal biex din ma tkunx fattibbli. Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jsir kull sforz biex jiġu ssemplifikati l-arranġamenti tal-governanza tal-implimentazzjoni tal-istrateġija.

1.5

Il-KESE għandu rwol importanti x’jaqdi biex jiżgura spirtu ta’ kooperazzjoni matul l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-ħolqien ta’ Forum tas-Soċjetà Ċivili għall-Baħar Baltiku huwa pass pożittiv ’il quddiem biex is-soċjetà ċivili organizzata tingħata sehem fl-evoluzzjoni futura tal-istrateġija.

1.6

L-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tfisser sfida kbira għall-KESE b’mod ġenerali u b’mod partikolari għal dawk il-membri tal-Kumitat mir-reġjun Baltiku. Din tobbligahom jieħdu l-inizjattiva biex jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili organizzata fl-evoluzzjoni tal-istrateġija permezz tal-ħidma mwettqa fi ħdan il-Forum tas-Soċjetà Ċivili. Billi l-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku ser taħdem għal numru ta’ snin hemm każ sod biex jitwaqqaf grupp permanenti fil-KESE biex ikun żgurat li l-Kumitat ikun jista’ jipparteċipa b’mod effettiv f’dak li jista’ jsir il-mudell għall-kooperazzjoni makroreġjonali fl-Unjoni Ewropea.

2.   Daħla

2.1

Il-kwistjoni tal-kooperazzjoni makroreġjonali kibret fl-importanza tul dawn l-aħħar snin. Fl-UE, il-makroreġjuni issa qed jitqiesu li għandhom il-potenzjal li jagħmlu kontribut sinifikanti għall-politika tal-koeżjoni u biex jinkisbu livelli komparabbli ta’ żvilupp fl-Istati Membri. L-Ewropa diġà tħaddan xi forom ta’ kooperazzjoni makroreġjonali. Il-Grupp ta’ Visegrad, pereżempju, li jiġbor ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja, jirrappreżenta l-isforzi tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Ewropa Ċentrali biex jaħdmu flimkien f’bosta oqsma ta’ interess komuni fl-ispirtu tal-integrazzjoni Ewropea (1). Dan l-aħħar fl-2008, is-Sħubija Ewro-Mediterranja, li qabel kienet magħrufa bħala l-Proċess ta’ Barċellona, tnediet mill-ġdid fis-Summit ta’ Pariġi għall-Mediterran. Din is-Sħubija tħaddan is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ 16-il stat imsieħeb min-naħa t’Isfel tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani u għandha l-għan li tindirizza problemi komuni bħat-tniġġis marittimu u s-sigurtà marittima, il-kwistjonijiet marbuta mal-enerġija u l-iżvilupp kummerċjali (2).

2.2

F’Novembru 2006, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni biex titfassal Strateġija tal-Baħar Baltiku. Din l-istrateġija għall-makroreġjun magħżul tal-Baħar Baltiku ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ġunju 2009 u tressqet quddiem il-Kunsill Ewropew nhar id-19 ta’ Ġunju 2009. Il-Presidenza Svediża ser tiddiskutiha aktar fil-fond bi tħejjija għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill fl-aħħar ta’ Ottubru 2009. Din l-opinjoni esploratorja ntalbet mill-Presidenza Svediża peress li hija element importanti fil-programm ta’ ħidma tagħha. L-għan ta’ din l-opinjoni huwa li tiġi evalwata l-Istrateġija proposta tal-Baħar Baltiku, it-tħejjija tagħha, l-istruttura tagħha u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili organizzata. L-opinjoni tibni fuq l-analiżi li tressqet fl-opinjoni adottata dan l-aħħar mill-KESE “Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku: ir-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fit-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali u d-definizzjoni ta’ strateġija reġjonali” (3).

2.3

It-talba għal Strateġija tal-Baħar Baltiku għandha l-għeruq tagħha fl-idea li hemm bżonn iktar koordinazzjoni u koordinazzjoni iktar effettiva bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni, l-awtoritajiet lokali u partijiet interessati oħra sabiex isir użu iktar effettiv mill-programmi u l-politiki. Il-Baħar Baltiku huwa wieħed mill-iktar reġjuni marittimi traffikużi u kkonġestjonati fid-dinja kif nistgħu naraw mill-movimenti ta’ kuljum tal-vapuri (ara l-Appendiċi). Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku huwa magħmul minn tmien Stati Membri li jmissu mal-Baħar Baltiku (il-Finlandja, l-Isvezja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja) flimkien mar-Russja. Meta l-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-istrateġija, stipula li l-aspetti tar-relazzjonijiet esterni tal-istrateġija għandhom ikunu marbuta mal-qafas tad-Dimensjoni tat-Tramuntana (4). Il-KESE jappoġġja d-deċiżjoni li titfassal strateġija għall-iżvilupp makroreġjonali li tinkludi l-istati kollha tal-Baħar Baltiku.

2.4

Il-proċess li wassal għall-iżvilupp tal-istrateġija m’għandu l-ebda preċedent. Fil-fehma tal-Kummissjoni, jekk l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku hija valida u fattibbli fir-reġjun Baltiku, jista’ jiġi applikat approċċ simili għal makroreġjuni oħrajn bħar-Reġjun tad-Danubju (5), ir-Reġjun tal-Alpi u l-Mediterran.

Matul l-2008, il-Kummissjoni organizzat firxa wiesgħa ta’ konsultazzjonijiet. Dawn il-konferenzi konsultattivi saru fil-makroreġjun kollu u laħqu l-quċċata tagħhom fi Frar 2009 f’Rostock. Is-suġġetti indirizzati kienu msejsa fuq l-erba’ pilastri li fuqhom inbniet l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku biex dan ir-Reġjun isir:

post sostenibbli mil-lat ambjentali;

post prosperu;

post aċċessibbli u attraenti;

post mingħajr periklu u sigur.

2.5

L-istrateġija hija akkumpanjata minn Pjan ta’ Azzjoni li jħaddan 15-il qasam ta’ prijorità minn fost l-erba’ pilastri. Kull qasam ta’ prijorità għandu jkun ikkoordinat minn wieħed mill-Istati Membri Baltiċi u mbagħad mistennija jaħdmu fuq l-implimentazzjoni flimkien mal-partijiet interessati rilevanti (6).

2.6

L-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u l-azzjonijiet proposti għandhom jiġu ffinanzjati minn fondi eżistenti, jiġifieri l-Fondi Strutturali tal-UE (EUR 55 biljun bejn l-2007 u l-2013), fondi minn kull stat tal-Baħar Baltiku, mill-NGOs, minn sorsi privati kif ukoll fondi minn istituzzjonijiet finanzjarji bħall-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Nordiku tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

2.7

Minbarra l-erba’ pilastri, l-istrateġija tinkludi wkoll azzjonijiet orizzontali maħsuba għall-iżvilupp tal-koeżjoni territorjali. Dawn jinkludu:

miżuri biex il-fondi u l-politiki eżistenti jiġu allinjati mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku;

miżuri għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE u biex jiġu evitati ostakli burokratiċi inutli;

miżuri li jħeġġu l-użu tal-ippjanar marittimu spazjali fl-Istati Membri bħala approċċ komuni fil-kooperazzjoni transkonfinali;

l-iżvilupp tal-ippjanar spazjali tal-art fl-Istati Membri Baltiċi;

it-trasformazzjoni tal-proġetti pilota li rnexxew fi ħdan l-istrateġija f’azzjonijiet fuq skala wiesgħa;

l-espansjoni tar-riċerka bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta’ politika;

miżuri għat-titjib u l-koordinazzjoni tal-ġbir ta’ data marittima u soċjoekonomika fil-makroreġjun Baltiku;

it-tiswir ta’ identità reġjonali.

3.   Kummenti dwar l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku

3.1   Il-KESE jilqa’ l-approċċ li ħadu l-Kunsill u l-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku, u b’mod partikolari l-firxa wiesgħa ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati fil-makroreġjun. L-Istrateġija hija waħda innovattiva billi ser topera fi struttura ta’ governanza transnazzjonali u b’hekk tmur lil hinn mill-ambitu tal-politiki reġjonali tradizzjonali tal-UE. Din l-istruttura l-ġdida ta’ governanza qiegħda nofs triq bejn l-istat nazzjon u l-komunità sopranazzjonali.

3.2   L-erba’ plastri tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni sussegwenti jirrappreżentaw tentattiv serju għat-tfassil ta’ qafas ta’ żvilupp ikkoordinat aħjar għal żona daqstant diversa bħall-Baltiku u biex b’hekk tiġi promossa l-koeżjoni territorjali.

3.3   Fi kliem il-Kummissjoni, il-kunċett tal-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku huwa “ħidma li għadha għaddejja”. Id-definizzjoni tal-aspetti individwali tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku ma tistax tkun waħda preċiża billi l-ġeografija tinbidel skont il-kwistjoni li qed tiġi indirizzata. Pereżempju, il-kwistjoni tal-ambjent tirreferi għal ġeografija differenti mill-ġeografija ekonomika jew il-ġeografija tat-trasport. L-approċċ li ttieħed għat-tfassil tal-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku huwa li l-ewwel jiġu ddefiniti l-problemi u l-kwistjonijiet u mbagħad dawn jiddefinixxu l-ġeografija tal-makroreġjun. Il-KESE jemmen li minħabba l-kumplessità tal-isfidi li qed jiffaċċja r-Reġjun tal-Baħar Baltiku jeħtieġ li ssir enfasi ikbar fuq il-governanza effettiva tal-istrateġija.

3.4   Il-KESE jirrikonoxxi l-livell għoli ta’ aċċettazzjoni (“buy in”) politika tal-istrateġija li nkisbet matul il-fażi ta’ konsultazzjoni. BASTUN, in-netwerk tat-trejdjunjins tal-Baħar Baltiku, li jirrappreżenta lill-membri tat-trejdjunjins fl-Istati Membri Baltiċi u r-Russja, kellu rwol prominenti fil-proċess ta’ konsultazzjoni li sawwar l-għamla tal-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku s’issa. Il-momentum li nħoloq għandu jinżamm matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Għal dan il-għan, il-KESE jilqa’ l-impenn biex iressaq l-istrateġija quddiem il-Kunsill Ewropew kull sentejn matul il-Presidenzi tal-Polonja (2011), tal-Latvja (2013) u tal-Litwanja (2015).

3.5   Il-finalizzazzjoni tar-Rapporti Annwali tal-Progress fuq din l-istrateġija, flimkien ma’ evalwazzjoni darbtejn fis-sena huma mekkaniżmu importanti biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati jibqgħu impenjati. Matul il-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni ħareġ li għalkemm l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku ser titnieda formalment fid-19 ta’ Ġunju, essenzjalment tibqa’ ħidma li għadha għaddejja. Il-KESE dan jappoġġjah u bi pjaċir jinnota li ser issir konferenza ta’ livell għoli u laqgħa ministerjali dwar l-istrateġija f’Settembru u Ottubru 2009 matul il-Presidenza Svediża. Fil-kuntest tal-prominenza li ngħatat lill-konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar it-tħejjija tal-istrateġija, huwa importanti li l-KESE jieħu sehem attiv fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u d-disseminazzjoni tagħha.

3.6   Filwaqt li jidher li ntlaħaq kunsens fil-konsultazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija, kien hemm inqas qbil ġenerali dwar jekk l-oqfsa istituzzjonali eżistenti kinux adattati għal din l-implimentazzjoni. Mingħajr l-ebda dubju, dawn il-kwistjonijiet u oħrajn relatati ser ikunu s-suġġett ta’ diskussjonijiet addizzjonali bejn il-partijiet interessati u l-Kummissjoni (7).

3.6.1

Intant, madankollu, l-istrateġija għandha tuża l-opportunitajiet mogħtija mill-inizjattivi Ewropej li diġà jeżistu bħall-Programm Konġunt tar-Riċerka, li rċieva appoġġ qawwi mill-KESE. Din l-inizjattiva se tikkontribwixxi għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni mħaddna fl-Istrateġija tal-Baħar Baltiku, jiġifieri li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex isir żona prosperuża.

3.7   Rigward il-finanzjament tal-istrateġija, il-KESE jixtieq jenfasizza l-appoġġ tiegħu għal użu iktar effettiv tal-mezzi finanzjarji differenti eżistenti tal-UE. Dan jista’ jsir iktar trasparenti bil-ħolqien u l-preżentazzjoni tal-baġits għall-oqsma ta’ prijorità tal-istrateġija. Sakemm ma jiġux allokati riżorsi finanzjarji adegwati favur l-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, hemm il-periklu li l-istrateġija sħiħa ssir inkoerenti, imxerrda u li jintilef l-impenn tal-partijiet interessati fl-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-KESE jtenni l-fehma tiegħu li l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku teħtieġ it-twaqqif ta’ baġit proprju separat, sabiex jiġi evitat il-periklu li l-istrateġija tispiċċa ssir biss stqarrija politika u l-għanijiet tagħha ma jintlaħqux (8).

3.8   Hemm tensjonijiet ċari fil-Pjan ta’ Azzjoni, li jirrappreżenta tentattiv biex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni (“buy-in”) mill-partijiet interessati billi jipproponi firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet prominenti. Hemm ir-riskju li dan l-approċċ jipprova jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kulħadd mingħajr ma jissodisfa lil ħadd. Il-kumplessità tal-istrateġija hija wkoll waħda mid-dgħufijiet prinċipali tagħha.

3.9   Il-Kummissjoni tipprova tindirizza l-kumplessità tal-implimentazzjoni billi tagħmel kull Stat Membru responsabbli għal waħda jew iżjed minn waħda mill-azzjonijiet ta’ prijorità. Fit-teorija dan huwa approċċ intelliġenti; fil-prattika jista’ jkun diffiċli ħafna. Kull Stat Membru ser jinħtieġ jikkoordina azzjonijiet fil-makroreġjun u f’bosta Direttorati Ġenerali. L-istrateġija sħiħa tħaddan il-kompetenzi ta’ 21 Direttorat Ġenerali. L-esperjenza miksuba s’issa ma’ xi forom oħra ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-politika intergovernattiva ma kenitx għalkollox pożittiva. Il-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli, li adottat approċċ simili għall-implimentazzjoni kienet kemxejn diżappuntanti u s’issa ftit li xejn għamlet progress (9). L-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku hija probabbli iktar kumplessa mill-Karta ta’ Leipzig u hemm il-periklu li l-governanza tagħha taf ma tkunx maniġibbli.

4.   Rwol potenzjali għall-KESE fl-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

4.1

Il-KESE diġà ressaq proposta għat-twaqqif ta’ Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Baħar Baltiku u indika li lest jibda l-ħidma preliminarja għal Forum ta’ dan it-tip (10). Dan il-Forum għandu jaħdem b’mod parallel mal-istrateġija u għandu jagħti kontribut fl-evalwazzjoni tal-istrateġija li ssir darbtejn fis-sena. Is-suċċess tal-konferenzi ta’ konsultazzjoni li wasslu għat-tħejjija tal-istrateġija jagħtu iktar importanza lill-bżonn li jsiru diskussjonijiet pubbliċi kontinwi u li jkun hemm kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

4.2

Flimkien mal-Kumitati Ekonomiċi u Soċjali tal-Istati Membri Baltiċi, il-KESE għandu rwol importanti x’jaqdi biex jiżgura atmosfera ta’ kooperazzjoni u ħidma konġunta matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Sabiex il-bini tal-istituzzjonijiet u l-istrutturi tas-soċjetà ċivili parteċipattiva jissaħħu, speċjalment fl-Istati Membri l-ġodda u fl-istati ġirien bħar-Russja, jaf ikun utli li jiġu stabbiliti relazzjonijiet u kooperazzjoni transkonfinali bejn l-organizzazzjonijiet relatati bħat-trejdjunjins, il-korpi tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet komunitarji tas-settur tal-volontarjat. B’mod partikolari, il-membri tal-KESE mit-tmien Stati Membri Baltiċi għandhom jiżviluppaw ir-rwol tagħhom ta’ emissarju, interlokutur u relatur biex il-Kumitat ikun jista’ jibqa’ infurmat dwar il-progress, is-suċċessi u l-isfidi tal-istrateġija u b’hekk ikun jista’ jappoġġja l-ksib tal-objettivi tagħha.

4.3

Il-KESE jilqa’ t-tentattiv serju li qed isir mill-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku biex jiġi żviluppat approċċ integrat għall-kooperazzjoni makroreġjonali. Il-Kumitat, bħall-Parlament Ewropew, ilu jirrakkomanda approċċ bħal dan għal ċertu żmien.

4.4

Il-KESE jappoġġja l-approċċ wiesa’ rakkomandat fl-istrateġija fil-qasam tal-implimentazzjoni, li permezz tiegħu l-Istati Membri jmexxu l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-15-il qasam ta’ prijorità u l-aktar proġetti importanti marbuta miegħu.

4.5

Nistgħu ngħidu li l-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tirrappreżenta prova deċiżiva tar-rwol tal-KESE. Din titlob impenn sħiħ min-naħa tal-Kumitat fl-evoluzzjoni tal-istrateġija, minkejja l-kwistjonijiet diffiċli marbuta mal-governanza li ssemmew f’din l-opinjoni. Hija ta’ sfida partikolari għal dawk il-membri tal-KESE mit-tmien Stati Membri koperti mill-istrateġija. Din tobbligahom jieħdu l-inizjattiva biex jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni tal-istrateġija permezz tat-tħaddim tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku. Billi probabbilment l-istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku se titħaddem għal bosta snin, hemm każ sod biex jitwaqqaf osservatorju ad hoc tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku jew grupp ta’ studju sabiex il-KESE kollu kemm hu jkun jista’ jieħu sehem effettiv f’dak li żgur se jsir il-mudell għall-kooperazzjoni makroreġjonali fl-Unjoni Ewropea.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  http://www.visegradgroup.eu/

(2)  http://ec.europa.eu/external_relations/euromed/index_en.htm

(3)  Opinjoni CESE 888/2009, adottata fit-13 ta’ Mejju 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).

(4)  Id-Dimensjoni tat-Tramuntana hija strument li bih l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda jistgħu jimplimentaw politiki f’oqsma ta’ kooperazzjoni li ntlaħaq qbil dwarhom.

(5)  Punt imqajjem mill-Kummissarju Hübner fid-diskors tagħha “Lejn Strateġija għar-Reġjun tad-Danubju” http://ec.europa.eu/commission_barroso/hubner/speeches/pdf/2009/07052009_ulm.pdf

(6)  L-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u l-Pjan ta’ Azzjoni jistgħu jinstabu: http://ec.europa.eu/regional_policy/cooperation/baltic/documents_en.htm

(7)  Għal diskussjoni ġenerali tajba dwar dawn il-kwistjonijiet istituzzjonali u ta’ governanza ara C. Schymik u P. Krumrey “EU Strategy for the Baltic Sea Region: Core Europe in the Northern Periphery?”, Karta ta’ Ħidma FG1 2009, SWP Berlin.

(8)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku: ir-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fit-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali u d-definizzjoni tastrateġija reġjonali punti 2.6 and 2.7. Is-Sħubija Ewro-Mediterranja, pereżempju, għandha baġit li huwa kemm sostanzjali kif ukoll iddedikat għall-EuroMed. L-opinjoni ġiet adottata fit-13 ta’ Mejju 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).

(9)  Il-Karta ġiet iffirmata fl-24 ta’ Mejju 2007 taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill matul laqgħa informali tal-Ministri tal-UE inkarigati mill-Iżvilupp Urban u l-Koeżjoni Territorjali. Din il-karta intergovernattiva tagħmel żewġ rakkomandazzjonijiet: li jsir iktar użu minn politika integrata għall-iżvilupp urban u li tingħata attenzjoni speċjali lid-distretti żvantaġġati.

(10)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku: ir-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fit-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali u d-definizzjoni ta’ strateġija reġjonali”, punt 3.4. L-opinjoni ġiet adottata fit-13 ta’ Mejju 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/10


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “X’għandu jsir biex l-istrateġija tal-UE dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol tkun sostenibbli, fit-tul u multisettorjali” (opinjoni esploratorja)

2009/C 318/03

Relatur: is-Sinjura Van TURNHOUT

F’ittra tat-18 ta’ Diċembru 2008, fil-kuntest tal-Presidenza Svediża li jmiss tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru Svediż għall-Affarijiet Ewropej talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħejji opinjoni esploratorja dwar

Xgħandu jsir biex l-istrateġija tal-UE dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol tkun sostenibbli, fit-tul u multisettorjali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sinjura Van TURNHOUT.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru u fl-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’128 vot favur, 5 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1

Din l-opinjoni esploratorja tħejjiet fuq it-talba tal-Presidenza Svediża lill-KESE u tiffoka fuq x’għandu jsir biex l-istrateġija tal-UE dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol tkun sostenibbli, fit-tul u multisettorjali (1). L-għan tal-Presidenza Svediża huwa li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-istrateġija orizzontali tal-UE dwar l-alkoħol u l-istabbiliment ta’ ħidma preventiva fit-tul kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali.

1.2

Din l-opinjoni tkompli tibni fuq l-opinjoni preċedenti tal-KESE dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol, li ffokat fuq ħames temi prijoritarji: il-protezzjoni tat-tfal; it-tnaqqis tal-inċidenti tat-traffiku relatati mal-alkoħol; il-prevenzjoni tal-ħsara relatata mal-alkoħol fost l-adulti u fuq il-post tax-xogħol; l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni; u l-bażi ta’ evidenza komuni (2).

1.3

L-opinjoni tissottolinja dawn l-erba’ prijoritajiet tal-Presidenza:

l-impatt tar-reklamar u l-marketing fuq iż-żgħażagħ;

l-influwenza tal-prezz fuq l-iżvilupp tal-ħsara;

it-tfal fiċ-ċentru tal-attenzjoni – b’mod speċfiku, il-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu (Foetal Alcohol Spectrum Disorder – FASD) kif ukoll it-tfal fil-familji; u

l-effetti tal-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq it-tixjiħ b’saħħtu u dinjituż.

Sabiex jinkiseb approċċ komprensiv, dawn is-suġġetti kollha u l-kwistjonijiet rilevanti l-oħra għandhom jiġu ttrattati flimkien.

1.4

Il-modi ta’ konsum tal-alkoħol ivarjaw sinifikattivament minn pajjiż għal ieħor, iżda ħafna drabi l-biċċa l-kbira tal-konsumaturi jixorbu b’mod responsabbli (ara l-punt 3.2) (3). Fid-dawl ta’ dan, il-KESE jinsab imħasseb għaliex huwa stmat li 15 % tal-popolazzjoni adulta tal-UE tixrob l-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq bażi regolari, u għaliex it-tfal huma l-aktar vulnerabbli għall-ħsarat ikkawżati mill-alkoħol. Għandhom jitfasslu miżuri ta’ politika sabiex jintlaħqu dawk li diġà qed jixorbu b’mod li jagħmel il-ħsara.

1.5

Il-marketing tal-alkoħol huwa wieħed mill-fatturi li jżidu l-probabbiltà li t-tfal u l-adoloxxenti jibdew jixorbu l-alkoħol, u li jekk diġà jixorbu, jibdew jixorbu iktar. Fid-dawl ta’ dan, il-KESE jħeġġeġ li t-tfal jkunu esposti inqas għall-marketing tal-alkoħol.

1.6

Il-politiki tal-prezzijiet tal-alkoħol li jkunu mfasslin b’mod xieraq jistgħu jgħinu ħafna sabiex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol, b’mod partikolari fost il-persuni bi dħul baxx u ż-żgħażagħ. Il-KESE jemmen li jinħtieġ regolament dwar id-disponibbiltà, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-alkoħol; l-awtoregolazzjoni f’dan il-qasam mhix biżżejjed.

1.7

Għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu (FASD), il-KESE jappoġġja l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE.

1.8

Il-KESE jemmen li tinħtieġ aktar informazzjoni dwar l-effetti tal-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq it-tixjiħ b’saħħtu u dinjituż fil-livell tal-UE.

1.9

Il-KESE jagħraf li l-politiki tal-alkoħol għandhom ikunu komprensivi u jinkludu miżuri differenti li diġà taw prova li jnaqqsu l-ħsara.

2.   Sfond

2.1

L-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza u r-responsabbiltà li tindirizza l-problemi tas-saħħa pubblika marbuta mal-użu perikoluż u li jagħmel il-ħsara tal-alkoħol fuq il-bażi tal-Artikolu 152(1) tat-Trattat (4) li jgħid li l-azzjoni Komunitarja għandha tikkumplementa l-politiki nazzjonali.

2.2

B’konformità mar-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-2001 dwar il-konsum tal-alkoħol miż-żgħażagħ (5), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ssegwi u tevalwa l-iżviluppi u l-miżuri meħuda, u tħejji rapport dwar il-ħtieġa ta’ aktar azzjonijiet.

2.3

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2001 u ta’ Ġunju 2004, il-Kummissjoni ġiet mistiedna tressaq proposti għal strateġija Komunitarja komprensiva bil-għan li titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol li għandha tikkumplementa l-politiki nazzjonali (6).

2.4

Fl-2006 l-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni: Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol (7). L-għan tagħha huwa li tidentifka l-azzjonijiet implimentati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u tispjega kif il-Kummissjoni tista’ tappoġġja u tikkumplementa aktar il-politiki tas-saħħa nazzjonali. Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għadha ’l bogħod minn “strateġija komprensiva” (8) billi ma tipprovdix analiżi komprensiva u trasparenti tal-oqsma ta’ politika rilevanti kollha u tad-diffikultajiet li sabu xi Stati Membri biex iżommu politiki tas-saħħa pubblika ta’ kwalità fir-rigward tal-alkoħol minħabba r-regoli tas-suq tal-UE (9). Barra minn dan, l-istrateġija ma tirrikonoxxix ukoll li l-alkoħol huwa droga psikoattiva, sustanza tossika meta jintuża b’mod eċċessiv, u għal xi wħud, vizzju.

2.5

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonfermat ripetutament li t-tnaqqis fil-ħsara relatata mal-alkoħol hija mira importanti u valida tas-saħħa pubblika, u għandhom jintużaw miżuri meqjusa adatti u b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà (10).

2.6

Il-KESE jirrikonoxxi l-ħidma li wettqu l-partijiet interessati kkonċernati kollha fi ħdan il-Forum Ewropew għall-Alkoħol u s-Saħħa (European Alcohol and Health Forum) minn mindu tnieda fl-2007. Il-KESE jilqa’ l-iżviluppi simili fil-livelli lokali.

3.   Ġabra fil-qosor tal-effetti li jagħmlu l-ħsara

3.1

Globalment, l-Unjoni Ewropea hija r-reġjun fejn jiġi kkonsmat l-akbar ammont ta’ alkoħol, b’konsum ta’ 11-il litru ta’ alkoħol pur għal kull persuna fis-sena (11). Il-konsum globali naqas bejn is-snin sebgħin u nofs is-snin disgħin, u minn dak iż-żmien ’l hawn baqa’ relattivament stabbli; però għad hemm id-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-konsum tal-alkoħol kif ukoll rigward il-ħsara li dan jikkawża, u anke dwar il-forma tal-ħsara (12); madankollu, il-modi ta’ konsum tal-alkoħol li jagħmlu l-ħsara għadhom sinifikattivi (13).

3.2

Ħafna drabi l-biċċa l-kbira tal-konsumaturi jixorbu b’mod responsabbli. Madakollu, il-KESE jinsab imħasseb għaliex huwa stmat li 55 miljun adult fl-UE (15 % tal-popolazzjoni adulta) jixorbu l-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq bażi regolari (14). Huwa stmat li fl-UE l-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel ħsara jikkawża madwar 195 000 mewta fis-sena b’riżultat tal-inċidenti, mard tal-fwied, kanċer, eċċ. L-użu tal-alkoħol b’mod li jagħmel ħsara huwa t-tielet l-akbar kawża ta’ mwiet bikrija u mard fl-UE (15).

3.3

Il-KESE jemmen li l-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara mhux problema li tiżviluppa b’mod iżolat, iżda waħda li jista’ jkollha diversi kawżi, fosthom il-faqar, l-esklużjoni soċjali, l-ambjent familjari, u l-istress relatat max-xogħol.

3.4

Filwaqt li jeżistu drawwiet kulturali differenti marbuta mal-konsum tal-alkoħol fl-Ewropa, jista’ jiġi osservat li jeżistu wkoll drawwiet kulturali differenti marbuta mal-konsum tal-alkolħol b’mod perikoluż u li jagħmel il-ħsara, saħansitra anke fost it-tfal u l-adoloxxenti (16). Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw dawn il-mudelli nazzjonali u lokali huma u jfasslu l-politiki.

3.5

It-tfal huma partikolarment vulnerabbli għall-ħsarat ikkawżati mill-alkoħol. Huwa stmat li minn 5 sa 9 miljun tifel u tifla fil-familji jintlaqtu b’mod negattiv mill-alkoħol. L-alkoħol huwa fattur kawżali f’16 % tal-każijiet tal-abbuż u n-negliġenza tat-tfal, u madwar 60 000 twelid taħt il-piż fis-sena jiġu attribwiti lill-alkoħol (17).

3.6

Il-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara jista’ jikkawża l-ħsara mhux biss lill-individwu iżda wkoll lil terzi persuni. Il-ħsara relatata mal-alkoħol għandha tiġi indirizzata wkoll fuq il-post tax-xogħol, fil-qafas tar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà, u r-responsabbiltà primarja ta’ dan hija ta’ min iħaddem. Il-politiki dwar l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol jistgħu jgħinu fit-tnaqqis ta’ inċidenti relatati mal-alkoħol, l-assenteiżmu u ż-żieda fil-kapaċità tax-xogħol. Il-KESE jħeġġeġ lil min iħaddem, lit-trejdjunjins, lill-awtoritajiet lokali u lill-organizzazzjonijiet rilevanti l-oħra biex jikkooperaw mill-qrib u jwettqu azzjonijiet konġunti sabiex inaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol fuq il-postijiet tax-xogħol.

3.7

L-alkoħol huwa prodott importanti fl-Ewropa għaliex joħloq l-impjiegi, jiġġenera d-dħul permezz tat-taxxi u jikkontribwixxi għall-bilanċ tal-kummerċ. Madankollu, ix-xorb tal-alkoħol b’mod li jagħmel ħsara jaffettwa wkoll l-ekonomija, minħabba ż-żieda fil-kura tas-saħħa u l-ispejjeż soċjali, u t-telf tal-produttività. L-ispiża tal-ħsara relatata mal-alkoħol għall-ekonomija tal-UE kienet stmata li laħqet EUR 125 biljun fl-2003, ekwivalenti għal 1,3 % tal-PDG (18).

4.   L-impatt tar-reklamar u l-marketing fuq iż-żgħażagħ

4.1

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-Karta Ewropea tal-WHO dwar l-alkoħol (19) adottata mill-Istati Membri tal-UE kollha fl-1995 u, b’mod partikolari, il-prinċipju etiku li t-tfal u l-adoloxxenti kollha għandhom id-dritt li jikbru f’ambjent protett mill-konsegwenzi negattivi tal-konsum tal-alkoħol u, sa fejn hu possibbli, mill-promozzjoni ta’ xorb alkoħoliku.

4.2

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE ħeġġet lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi fil-qasam tal-promozzjoni, tal-marketing u tal-bejgħ bl-imnut, u jiżguraw li l-prodotti tal-alkoħol ma jiġux imfassla jew promossi sabiex jiġbdu lit-tfal u l-adoloxxenti.

4.3

Ix-xorb bla rażan (binge drinking) miż-żgħażagħ (15–24 sena) huwa preokkupazzjoni dejjem tikber kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; 24 % ta’ dawk li jixorbu f’dan il-grupp ta’ età qalu li xorbu bla rażan mill-anqas darba fil-ġimgħa fl-2006 (20). Il-birra (40 %) u l-ispirti (30 %) huma l-aktar xarbiet alkoħoliċi kkonsmati mill-adoloxxenti (21), u wara jiġu l-inbid (13 %), l-alcopops (11 %) (22) u s-sidru (6 %). Il-promozzjonijiet għall-bejgħ tal-alkoħol, bħall-“happy hours” u l-promozzjonijiet “tnejn għall-prezz ta’ wieħed”, ukoll iżidu l-konsum tal-alkoħol u l-probabbiltà ta’ xorb bla rażan fost iż-żgħażagħ (23). Bħala pass ’il quddiem jinħtieġ infurzar aktar strett tal-età legali tax-xorb mill-awtoritajiet.

4.4

Ir-reklamar u l-marketing tal-alkoħol jinfluwenzaw l-attitudni taż-żgħażagħ lejn l-alkoħol u l-perċezzjoni tagħhom tal-alkoħol, u joħolqu t-tama ta’ stennijiet pożittivi mill-użu tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ (24). F’analiżi ta’ studji lonġitudinali li saret mill-Grupp Xjentifiku fi ħdan il-Forum Ewropew għall-Alkoħol u s-Saħħa nstabet evidenza konsistenti li turi l-impatt tar-reklamar tal-alkoħol fuq il-konsum tax-xorb fost iż-żgħażagħ li ma jixorbux, u l-konsum akbar fost iż-żgħażagħ li jixorbu. Dawn ir-riżultati huma aktar u aktar impressjonanti fid-dawl tal-fatt li parti żgħira biss mill-istrateġija kollha tal-marketing ġiet studjata (25).

4.5

Il-KESE huwa inkwetat dwar il-fatt li l-marketing tal-alkoħol jattira lil dawk li għadhom taħt l-età biex jixorbu (26), u jiġbed l-attenzjoni għar-riżultati konsistenti li juru li l-fatt li jiġu esposti għal televiżjoni u reklami li jkun fihom l-alkoħol iħabbar il-bidu tax-xorb fost iż-żgħażagħ u ż-żieda fix-xorb (27).

4.6

Il-Kumitat tal-Esperti tal-WHO jikkunsidra li s-sistemi volontarji ma jwaqqfux it-tip ta’ marketing li għandu impatt fuq iż-żgħażagħ u milli jidher l-awtoregolazzjoni taħdem biss jekk ikun hemm theddida kurrenti u kredibbli li jsiru regolamenti min-naħa tal-gvern (28).

4.7

L-atturi fil-katina tax-xorb alkoħoliku ddikjaraw ir-rieda tagħhom li jkunu aktar proattivi fl-infurzar tal-miżuri regolatorji u awtoregolatorji (29). Għandhom rwol x’jaqdu fil-ħidma flimkien mal-Istati Membri biex jiżguraw li l-prodotti tagħhom jiġu manifatturati, mqassma u mqiegħda fis-suq b’mod responsabbli li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol.

4.8

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva tgħin biex jiġu stabbiliti standards minimi għar-reklamar dwar l-alkoħol. Tispeċifika li r-reklami tal-alkoħol m’għandhomx ikunu mmirati b’mod speċifiku għall-minuri, m’għandhomx jirrelataw il-konsum tal-alkoħol ma’ prestazzjoni fiżika mtejba, suċċess soċjali jew sesswali u m’għandhomx juruh bħala stimulant, sedattiv jew mezz li jsolvi l-kunflitti personali (30). Il-KESE jemmen li din id-Direttiva waħedha mhix biżżejjed biex tipproteġi bis-sħiħ lit-tfal mill-marketing tal-alkoħol.

4.9

Il-KESE jinsisti li t-tnaqqis fil-fatt li t-tfal jiġu esposti għall-prodotti alkoħoliċi u għar-reklamar u l-promozzjoni tal-alkoħol għandu jiġi stabbilit bħala għan speċifiku mill-Kummissjoni, u li f’dan il-qasam għandha tiġi introdotta regolazzjoni aktar stretta.

5.   L-influwenza tal-prezz fuq il-ħsarat relatati mal-alkoħol

5.1

L-interess pan-Ewropew fil-miżuri għall-ġlieda kontra l-ħsarat relatati mal-alkoħol qed jiżdied. L-alkoħol huwa prodott importanti fl-Ewropa għaliex joħloq l-impjiegi, jiġġenera d-dħul permezz tat-taxxi u jagħmel kontribut għall-ekonomija tal-UE permezz tan-negozju. Madankollu, huwa stmat li 15 % tax-xorb b’mod li jagħmel il-ħsara jikkawża l-ħsara għall-individwi u s-soċjetajiet. Fl-2003 ġie stmat li l-ispiża tal-użu ħażin tal-alkoħol fl-UE ammontat għal EUR 125 biljun, ekwivalenti għal 1,3 % tal-PDG (31).

5.2

Fuq il-bażi tal-istudju RAND, madwar l-UE hemm tendenza li jiġi kkonsmat aktar alkoħol li jinxtara minn ħwienet mingħajr liċenzja (off-trade) u dan l-alkoħol normalment ikun irħas mill-alkoħol li jinbiegħ għall-konsum fuq il-post (on-trade) (32). Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-istudju ffoka biss fuq il-prezzijiet tal-alkoħol fi ħwienet mingħajr liċenzja (off-trade) u ma jqabbilx il-prezzijiet off-trade mal-prezzijiet on-trade.

5.3

L-istudji juru li bejn l-1996 u l-2004 l-alkoħol sar aktar jintlaħaq minn but kulħadd fl-UE, f’xi pajjiżi b’aktar minn 50 % (33). L-evidenza turi li hemm relazzjoni pożittiva bejn li l-alkoħol jista’ jintlaħaq minn but kulħadd u l-konsum tal-alkoħol fl-UE (34).

5.4

Iż-żgħażagħ huma sensittivi għaż-żieda fil-prezz tal-alkoħol, li twassal biex iż-żgħażagħ jixorbu b’mod anqas frekwenti u biex jixorbu anqas kull darba li jixorbu (35). Madankollu, studji oħra juru li ż-żgħażagħ jistgħu jirrikorru għal modi ta’ xorb li jagħmlu l-ħsara b’risposta għaż-żieda fil-prezz, pereżempju billi jixorbu alkoħol irħas id-dar qabel ma joħorġu (jiġifieri “pre-drinking” (36). Dawn is-sejbiet għandhom implikazzjonijiet importanti għall-politika tal-alkoħol fl-UE, b’mod speċjali minħabba ż-żieda fix-xorb b’mod li jagħmel il-ħsara fost iż-żgħażagħ.

5.5

Huwa stmat li 3,8 % tal-imwiet globali u 4,6 % tas-snin ta’ ħajja aġġustati għad-diżabbiltà (disability-adjusted life years) madwar id-dinja huma attibwiti lill-alkoħol. Teżisti relazzjoni pożittiva bejn il-konsum tal-alkoħol u l-korrimenti u l-imwiet tat-traffiku (37). L-alkoħol huwa l-unika kawża ta’ xi mard bħall-mard tal-fwied marbut mal-alkoħol u l-pankreatite kkawżata mill-alkoħol, u jikkontribwixxi għal mard u korrimenti oħra (bħal ċerti tipi ta’ kanċer, mard tal-qalb, attakki tal-qalb u ċ-ċirrożi tal-fwied) (38). Il-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara huwa fattur kontributorju għall-kriminalità, il-vjolenza, il-privazzjoni tal-familja, l-imġiba sesswali riskjuża u l-mard trasmess sesswalment (39).

5.6

Huwa stmat li madwar l-UE x-xorb eċċessiv f’perijodu ta’ ftit sigħat jikkontribwixxi għal 2 000 omiċidju, 17 000 mewta tat-traffiku (jew waħda minn kull tliet fatalitajiet tat-traffiku), 27 000 mewta aċċidentali u 10 000 suwiċidju (40).

5.7

Il-politiki tal-prezzijiet tal-alkoħol jistgħu jgħinu ħafna sabiex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (41). Madankollu, il-KESE jemmen li l-politika tal-prezzijiet għandha tiġi kkunsidrata fl-iżvilupp ta’ strateġiji biex jindirizzaw il-ħsara relatata mal-alkoħol fit-tul, b’mod sostenibbli u multisettorjali.

5.8

Il-politiki tal-alkoħol għandhom ikunu komprensivi u jinkludu miżuri differenti li diġà taw prova li għamlu impatt fit-tnaqqis tal-ħsara, bħall-politiki relatati max-xorb u s-sewqan kif ukoll l-interventi bbażati fuq is-saħħa primarja. Il-KESE jirrikonoxxi li miżura waħda ma tistax issolvi l-ħsara relatata max-xorb.

5.9

Il-KESE jemmen li jinħtieġ li r-regolamentazzjoni dwar id-disponibbiltà, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-alkoħol tiġi infurzata b’mod effiċjenti. L-awtoregolazzjoni f’dan il-qasam hija parti mis-soluzzjoni, però fiha nnifisha mhix suffiċjenti. Għandu jkun possibbli li jsiru restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bi prezz imnaqqas u fuq il-promozzjonijiet tal-bejgħ mingħajr ma jkun qed jiġi ristrett in-negozju jew tinkiser il-liġi tal-UE.

6.   It-tfal fiċ-ċentru tal-attenzjoni – b’mod speċfiku, il-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu u t-tfal fil-familji

6.1

Id-destin tal-Ewropa jiddependi minn popolazzjoni b’saħħitha u produttiva. Għaldaqstant, l-evidenza li ż-żgħażagħ qed jesperjenzaw proporzjon ogħla ta’ mard li jirriżulta mill-konsum tal-alkoħol b’mod perikoluż u li jagħmel il-ħsara hija ta’ tħassib serju għall-KESE (42).

6.2

Il-Kummissjoni tagħraf li t-tfal għandhom id-dritt li jiġu mħarsa b’mod effettiv mill-isfruttament ekonomiku u kull forma ta’ abbuż (43). Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ din il-pożizzjoni.

6.3

Il-KESE jinnota li l-konsum tal-alkoħol b’mod perikoluż u li jagħmel il-ħsara għandu impatt negattiv mhux biss fuq min jixrob iżda wkoll fuq nies oħra, speċjalment b’rabta mal-inċidenti, il-korrimenti u l-vjolenza. Il-KESE jirrikonoxxi li fil-familji l-aktar grupp vulnerabbli u fir-riskju huma t-tfal.

6.4

Huwa stmat li minn 5 sa 9 miljun tifel u tifla fil-familji jintlaqtu b’mod negattiv mill-alkoħol, li l-alkoħol huwa fattur li jikkontribwixxi f’16 % tal-każijiet tal-abbuż u n-negliġenza tat-tfal, u li l-alkoħol jikkontribwixxi għal madwar 60 000 twelid taħt il-piż fis-sena (44). L-effetti negattivi l-oħra għat-tfal jinkludu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li jistgħu jaffettwawlhom saħħithom, l-edukazzjoni u l-benesseri tagħhom kemm issa kif ukoll fil-futur.

6.5

Il-vjolenza domestika, li hi problema serja f’bosta pajjiżi (45), hija marbuta mill-qrib mal-problemi tax-xorb eċċessiv minn min iwettaqha (46). Filwaqt li l-vjolenza domestika tista’ titwettaq fl-assenza tal-alkoħol, ix-xorb eċċessiv jista’ jikkontribwixxi għall-vjolenza fost xi nies. It-tnaqqis fix-xorb eċċessiv mhux biss huwa ta’ benefiċċju għall-vittmi u għal min iwettaq il-vjolenza, iżda wkoll għat-tfal li jgħixu f’familji bħal dawn.

6.6

L-alkoħol jista’ jaffettwa lit-tfal anke qabel jitwieldu. Il-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu jinkludu serje ta’ difetti permanenti tat-twelid (fiżiċi, ta’ komportament u konoxxitttivi) li jiġu kkawżati meta l-omm tikkonsma l-alkoħol matul it-tqala.

6.7

L-għarfien dwar il-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu u l-effetti tagħhom huwa baxx. It-tixrid ta’ eżempji bbażati fuq l-evidenza ta’ programmi preventivi biex inaqqsu l-ħsara tal-alkoħol matul it-tqala huwa kritiku. Il-KESE jappoġġja l-użu ta’ kampanji mmirati tal-UE u tal-gvernijiet nazzjonali bil-għan li jissensibilizzaw dwar ir-riskji marbuta mal-ġabra ta’ problemi kkawżati mill-alkoħolizzazzjoni tal-fetu.

7.   L-effetti tal-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq it-tixjiħ b’saħħtu u dinjituż

7.1

L-anzjani huma aktar sensittivi għall-effetti tal-alkoħol. Il-problemi speċifiċi jinkludu dawk relatati mal-bilanċ u r-riskju li jaqgħu, u l-bidu ta’ problemi tas-saħħa li jistgħu jagħmlu lill-anzjani aktar suxxettibbli għall-alkoħol. Madwar terz tal-anzjani jiżviluppaw il-problemi tax-xorb għall-ewwel darba aktar tard fil-ħajja, ħafna drabi minħabba l-mewt ta’ xi ħadd qrib tagħhom, il-kundizzjoni fiżika ħażina tagħhom, id-diffikultà biex imorru minn post għal ieħor u l-iżolazzjoni soċjali (47).

7.2

Il-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara jista’ jaffettwa s-saħħa mentali tal-anzjani fil-forma ta’ ansjetà, depressjoni u konfużjoni.

7.3

Il-problemi relatati mal-użu tal-alkoħol huma komuni fost l-anzjani, l-aktar fost l-irġiel li jkunu iżolati soċjalment u jgħixu waħedhom (48). L-użu problematiku tal-alkoħol huwa assoċjat mal-indeboliment wiesa’ tas-saħħa fiżika, psikoloġika, soċjali u konoxxittiva. Madwar 3 % tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 65 sena jsofru minn dawn il-problemi (49), però jista’ jkun li ħafna każijiet ma jiġux osservati billi l-kriterji tad-dijanjosi u l-monitoraġġ huma diretti lejn l-adulti żgħażagħ. Madankollu, ħafna drabi l-kura tal-anzjani mill-problemi tal-alkoħol hija aktar faċli mill-kura tal-adulti żgħażagħ.

7.4

L-alkoħol jista’ jżid l-effetti ta’ xi mediċini, u jnaqqas l-effetti ta’ oħrajn. Huwa importanti li wieħed jissensibilizza lill-professjonisti tal-kura, lil dawk li jieħdu ħsieb lill-anzjani b’mod informali u liċ-ċittadini anzjani dwar l-interazzjoni li jista’ jkun hemm bejn il-mediċina u l-alkoħol.

7.5

Il-KESE jemmen li għandu jsir aktar sabiex jiġi indirizzat il-benesseri tal-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ fl-UE, inkluża l-informazzjoni dwar l-effetti tal-konsum tal-alkoħol b’mod li jagħmel il-ħsara fuq it-tixjiħ b’saħħtu u dinjituż fil-livell tal-UE.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Il-kelma “multisettorjali” tfisser li tkopri diversi setturi, inklużi s-soċjetà ċivili, it-trejdjunjins u n-negozju.

(2)  Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar l-istrateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol, relatur: is-Sinjura van Turnhout, korelatur: is-Sur Janson, ĠU C 175, 27.7.2007.

(3)  Konnopka, A & König, H-H, “The Health and Economic Consequences of Moderate Alcohol Consumption in Germany 2002”, fi: Value in Health, 2009.

(4)  It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 (2001/458/KE).

(6)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju dwar strateġija Komunitarja biex tnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (ĠU C 175, 20.6.2001, p. 1) u Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta’ Ġunju 2004 dwar l-alkoħol u ż-żgħażagħ (ma ġewx ippubblikati fil-ĠU).

(7)  COM(2006) 625 finali.

(8)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

(9)  Ibid.

(10)  Il-kawża Franzen (C-89/95), il-kawża Heinonen (C-394/97), il-kawża Gourmet (C-405/98), Catalonia (kawżi konġunti C-1/90 u C 179/90), Loi Evin (C-262/02 u C-429/02).

(11)  “Alcohol in Europe, a public health perspective” – Rapport għall-Kummissjoni Ewropea li sar minn P. Anderson u B. Baumberg, L-Istitut tal-Istudji dwar l-Alkoħol, Ġunju 2006.

(12)  Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar l-istrateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol, relatur: is-Sinjura van Turnhout, korelatur: is-Sur Janson, ĠU C 175, 27.7.2007.

(13)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(14)  Aktar minn 40 g ta’ alkoħol, jiġifieri erba’ xarbiet kuljum, għall-irġiel u aktar minn 20 g, jiġifieri żewġ xarbiet kuljum, għan-nisa.

(15)  Alcohol-related harm in Europe – Key data October 2006, Brussell, MEMO/06/397, 24 ta’ Ottubru 2006.

(16)  Stħarriġ tal-ESPAD (Proġett Ewropew ta’ Sondaġġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn), 2007.

(17)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(18)  DĠ SANCO.

(19)  Il-Karta Ewropea dwar l-alkoħol tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (1995).

(20)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(21)  Ir-rapport ESPAD tal-2007 (2009).

(22)  “Alcopop” huwa terminu użat sabiex jiddeskrivi x-xarbiet alkoħoliċi fil-fliexken li jixbhu s-soft drinks u l-luminati.

(23)  Independent Review of the Effects of Alcohol Pricing and Promotion (2008).

(24)  Opinjoni xjentifika tal-Grupp Xjentifiku fi ħdan il-Forum Ewropew għall-Alkoħol u s-Saħħa (2009) u Impact of Alcohol Advertising and Media Exposure on Adolescent Alcohol Use: A Systematic Review of Longitudinal Studies (2009).

(25)  Ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna, l-ewwel parti.

(26)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(27)  Ibid.

(28)  Kumitat tal-Esperti tal-WHO dwar il-problemi relatati mal-konsum tal-alkoħol, it-tieni rapport, 2007.

(29)  COM(2006) 625 finali.

(30)  The affordability of alcoholic beverages in the European Union: Understanding the link between alcohol affordability, consumption and harms (2009).

(31)  DĠ SANCO 2006.

(32)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna. It-terminu “on-trade” jirreferi għall-pabbs, klabbs, ristoranti u bejjiegħa oħra li jbigħu l-alkoħol għall-konsum fuq il-post; it-terminu “off-trade” jirreferi għas-supermarkets u stabbilimenti mingħajr liċenzja li jbigħu l-alkoħol għall-konsum xi mkien ieħor.

(33)  Billi jitqies l-effett nett tal-prezz u d-dħul, jista’ jitkejjel mill-but ta’ min jista’ jintlaħaq prodott.

(34)  Ara n-nota 30 f’qiegħ il-paġna.

(35)  Modelling the Potential Impact of Pricing and Promotion Policies for Alcohol in England: Results from the Sheffield Alcohol Policy Model Version 2008(1–1).

(36)  Alcohol Price and Consumer Behaviour. Riċerka tas-suq, mill-IPSOS Belgium (2009).

(37)  Ara n-nota 30 f’qiegħ il-paġna.

(38)  “Global burden of disease and injury and economic cost attributable to alcohol use and alcohol use disorders”, The Lancet, (2009).

(39)  “Effectiveness and cost-effectiveness of policies and programmes to reduce the harm caused by alcohol”, The Lancet, (2009).

(40)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(41)  WHO Global Status Report: Alcohol Policy, (2004). Ara wkoll “Paying the tab. The costs and benefits of alcohol control (2007)”, u n-noti 35 u 37 f’qiegħ il-paġna.

(42)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(43)  COM(2006) 367 finali.

(44)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(45)  L-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE tas-16.3.2006 dwar il-vjolenza domestika kontra n-nisa, relatur: is-Sinjura Heinisch, ĠU C 110, 9.5.2006 (mhux disponibbli bil-Malti) u l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE tal-14.12.2006 dwar it-tfal bħala vittmi indiretti tal-vjolenza domestika, relatur: is-Sinjura Heinisch, ĠU C 325, 30.12.2009 (mhux disponibbli bil-Malti).

(46)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna.

(47)  Ara s-sit tar-Royal College of Psychiatrists, ir-Renju Unit:

http://www.rcpsych.ac.uk/mentalhealthinfoforall/problems/alcoholanddrugs/alcoholandolderpeople.aspx.

(48)  “Alcohol use disorders in elderly people: redefining an age old problem in old age”, British Medical Journal, (2003).

(49)  Prevalence of mental disorders in Europe: results from the European Study of the Epidemiology of Mental Disorders project, (2004).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/15


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “ir-Rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir ekonomiku u r-rata tal-impjieg” (opinjoni esploratorja)

2009/C 318/04

Relatur: is-Sinjura OUIN

Fl-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2008, is-Sinjura Cecilia Malmström, Ministru Svediż tal-Affarijiet Ewropej, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex, fil-kuntest tal-Presidenza Svediża li jmiss, iħejji opinjoni esploratorja dwar

Ir-rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir ekonomiku u r-rata tal-impjieg.”

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura OUIN.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’138 vot favur, 6 voti kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-kwistjoni li qajmet il-Presidenza Svediża dwar ir-rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir u l-impjieg hija biex tippermetti analiżi minn perspettiva ġdida. It-tema tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-fatt hija indirizzata f’għadd konsiderevoli ta’ rapporti, studji, direttivi, liġijiet, rakkomandazzjonijiet u ftehimiet. Minkejja dan, ir-realtà għadha dik li hi u l-inugwaljanzi għadhom jippersistu. Dawn intirtu mis-sekli li għaddew u ilna biss 50 sena li bdejna niġġilduhom. Għalkemm l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa issa hija stipulata fil-liġijiet, il-mentalitajiet, l-imġiba individwali u dik kollettiva għad iridu jinbidlu. Din l-opinjoni tipproponi bidla f’dan ir-rigward, b’mod partikolari fi tliet oqsma: l-organizzazzjoni tal-ħin, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-impjiegi li jipprovdu servizzi maħsuba għall-individwu kemm għan-nisa u għall-irġiel, kemm fis-setturi professjonali kif ukoll fil-karigi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

1.2

Għaldaqstant, il-KESE jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-imsieħba soċjali kif ukoll lill-atturi kollha tas-soċjetà.

Lill-Istati Membri:

1.3

It-tkabbir jitkejjel skont iż-żieda fil-Prodott Domestiku Gross (PDG). Iżda dan l-indikatur mhuwiex biżżejjed biex jirrifletti l-kontribut ekonomiku tan-nisa. Bil-għan li r-rabtiet bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-tkabbir jiġu eżaminati, l-istrument użat għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid.

1.4

Il-ħidma favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha titqies bħala mezz:

għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi, u mhux bħala spiża jew obbligu;

għat-tisħiħ tal-indipendenza ekonomika tan-nisa, li b’hekk isiru konsumaturi akbar tal-prodotti u s-servizzi;

għal investiment fir-riżorsi umani billi jiġi impost ir-rekwiżit ta’ aċċess ugwali għat-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja, filwaqt li jkun hemm aktar enfasi fuq l-esperjenza u d-diversità;

għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-ksib ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata, billi jiġu proposti ħinijiet tax-xogħol flessibbli magħżula fl-interess tal-intrapriżi u l-impjegati, billi jiżdiedu s-servizzi tal-kura, billi l-kura li tingħata lit-tfal żgħar ma titqisx bħala piż iżda bħala investiment u billi l-irġiel jitħeġġu jagħtu sehemhom fix-xogħol tad-dar;

biex jitħeġġeġ l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa, billi l-ħolqien u t-trażmissjoni ta’ negozji ġodda jiġi appoġġjat u billi jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament;

billi jiġi żgurat li l-perspettiva tal-ġeneru titqies fil-miżuri meħuda, kemm għal perijodu qasir, medju u twil ta’ żmien, fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali kif ukoll fil-livell ta’ kull Stat Membru,

biex jitnaqqas il-faqar attiv (l-impjegati li ma jitħallsux biżżejjed, li b’hekk jinsabu f’sitwazzjoni prekarja, kapijiet ta’ familji b’ġenitur wieħed, spiss huma nisa) permezz ta’ aċċess imtejjeb għal impjieg, impjieg sikur u salarju deċenti.

Lill-Kummissjoni:

1.5

Jitlob li l-ħidma tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi kkontrollata u evalwata, u li dan il-pjan iservi ta’ pjattaforma għall-iskambju tal-prattiki tajba u tal-esperjenza.

Lill-imsieħba soċjali:

1.6

jitlobhom jimplimentaw il-qafas komuni ta’ azzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, billi jiffokaw fuq ir-rwol taż-żewġ sessi, il-promozzjoni tal-mara fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-appoġġ lill-ksib ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u t-tnaqqis tad-diskrepanzi li jeżistu bejn il-pagi;

1.7

jitlobhom itejbu t-tagħrif u l-istrumenti għall-ġlieda kontra s-segregazzjoni tal-impjiegi u għall-promozzjoni ta’ bilanċ bejn is-sessi;

1.8

jitlob li l-impjiegi li jipprovdu servizzi maħsuba għall-individwu jsiru professjonijiet fil-veru sens tal-kelma permezz ta’ rikonoxximent aktar effikaċi tal-ħiliet meħtieġa biex jitwettqu;

Lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u l-mexxejja politiċi:

jitlobhom jikkunsidraw itaffu d-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-irtirar, bl-inklużjoni tal-possibbiltà li individwu jkun jista’ jieħu perijodu ta’ żmien qabel ma’ jirtira biex jerfa’ r-responsabbiltajiet familjari tiegħu;

jitlobhom itejbu s-servizzi ta’ appoġġ għall-familji billi jiġu żviluppati servizzi pubbliċi u jinħolqu negozji ġodda;

jitlobhom iżidu n-numru tan-nisa fil-karigi ta’ tmexxija fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi u fil-bords tad-diretturi u l-kumitati eżekuttivi fi ħdan intrapriżi privati u pubbliċi;

jitlobhom jikkunsidraw din il-kwistjoni minn perspettiva wiesgħa, li twassal kemm għal miżuri immedjati kif ukoll għal prospetti ta’ impjieg fuq perijodu twil.

2.   Daħla

2.1

Il-ħtieġa ta’ miżuri favur parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija parti integrali mill-Istrateġija ta’ Lisbona li għandha l-għan li tiżviluppa l-Ewropa favur soċjetà aktar kompetittiva bbażata fuq l-għarfien.

2.2

Ir-rapport tal-2008 tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Ewropa (1) jindika li “l-impjieg tan-nisa kien il-fattur prinċipali tat-tkabbir kontinwu tax-xogħol fl-UE tul dawn l-aħħar snin. Bejn l-2000 u l-2006, ix-xogħol fl-UE-27 żdied bi kważi 12-il miljun persuna, li aktar minn 7,5 miljun kienu nisa (…). Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa li għandhom it-tfal hi ta’ 62,4 % meta mqabbla mal-91,4 % għall-irġiel, jiġifieri differenza ta’ 29 punt. Aktar minn tliet kwarti mill-ħaddiema part time huma nisa (76,5 %), li jikkorrispondi għal mara fuq kull tlieta, għall-kuntrarju ta’ raġel fuq kull għaxra.”

2.3

Ir-rapport tal-2009 (2) jindika li r-rata tal-impjieg tan-nisa hija ta’ 58,3 % meta mqabbla mat-72,5 % għall-irġiel u li r-rata tal-impjieg part-time tan-nisa hija ta’ 31,2 % meta mqabbla mas-7,7 % għall-irġiel, u jiġbed l-attenzjoni għad-distribuzzjoni inugwali tal-poter fl-istituzzjonijiet u l-qasam tan-negozju.

2.4

Għalkemm għad m’hemmx ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-sitwazzjoni tan-nisa li jaħdmu fl-Ewropa hija waħda mill-aħjar fid-dinja; l-Unjoni Ewropea jistħoqqilha krettu talli indirizzat din il-kwistjoni mill-bidu nett u implimentat għodda statistika, studji, analiżi u leġiżlazzjoni.

2.5

Minkejja l-progress li sar u r-riżultati pożittivi miksuba, il-potenzjal ekonomiku tan-nisa għadu ma ġiex żviluppat biżżejjed. Barra minn hekk, il-livelli li laħqet il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali probabbilment ser ikollhom impatt differenti fuq in-nisa u l-irġiel, meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi differenti tagħhom fil-qasam ekonomiku u soċjali u ċ-ċirku familjari.

2.6

Peress li hemm għadd kbir ta’ studji disponibbli, u tressqu wkoll għadd kbir ta’ rakkomandazzjonijiet u ttieħdu bosta deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet u l-imsieħba soċjali Ewropej – biss biss f’9 snin il-Kumitat adotta 14-il opinjoni dwar temi b’rabta mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (3) – din l-opinjoni deliberatament ma tindirizzax il-kwistjoni kollha tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Minflok, l-għan ta’ din l-opinjoni huwa limitat għar-rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir u x-xogħol b’attenzjoni partikolari għall-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija ta’ Lisbona dwar iż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol (4).

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Is-sitwazzjoni fil-passat

3.1.1

Ir-rata tal-impjieg fost in-nisa żdiedet b’mod kostanti mis-sittinijiet ’il hawn. Il-fatt li, sa mis-sebgħinijiet, għadd kbir ta’ nisa għandhom aċċess għax-xogħol huwa pass importanti għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Ladarba n-nisa setgħu jagħżlu meta jkollhom it-tfal u kisbu aċċess għall-edukazzjoni ogħla, riedu, bħall-irġiel, jużaw il-ħiliet tagħhom fi ħdan is-soċjetà, mhux biss fi ħdan il-familja tagħhom, u riedu jiksbu awtonomija finanzjarja. Ix-xogħol bi ħlas ifisser dħul personali, garanziji aħjar fir-rigward tas-sigurtà soċjali u tal-irtiraru miżura kontra l-faqar f’każ ta’ separazzjoni, divorzju jew irmulija.

3.1.2

Id-dħul tan-nisa fix-xogħol ħoloq bżonnijiet ġodda li s-suq kellu jissodisfa. In-nisa kienu jaħdmu fi djarhom iżda dan ma kienx jitqies fil-prodott domestiku gross. Ladarba n-nisa ħarġu mill-isfera domestika, inħolqu impjiegi biex isir ix-xogħol li kienu jagħmlu fi djarhom. ta’ min isemmi, iżda mhux biss, il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal u s-sefturi.

3.1.3

L-impjieg tan-nisa ħoloq bżonnijiet li kkontribwixxew għall-iżvilupp ekonomiku. Meta n-nisa okkupaw impjiegi, il-koppji akkwistaw tagħmir elettriku għad-dar, karozza kull wieħed, bdew jixtru ikel diġà msajjar, il-ġenituri bdew joħorġu jieklu barra flimkien ma wliedhom, il-familji ġew bżonn ta’ servizzi u djar tal-kura għall-morda, il-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani li qabel kienu jieħdu ħsiebhom in-nisa tad-dar, u t-tfal kellhom bżonn min jieħu ħsiebhom wara l-ħin tal-iskola. B’żewġ pagi, il-koppji setgħu jixtru dar, jattendu attivitajiet kulturali, isiefru, eċċ. B’hekk inħolqu impjiegi fl-industriji tat-tagħmir domestiku, tal-karozzi u tal-ikel, fil-qasam tal-forniment tal-ikel għall-massa, fis-settur soċjali u dak tas-saħħa, fis-sistema ekstrakurrikulari, fil-qasam tal-edukazzjoni – kemm dik mogħtija qabel ma t-tfal jilħqu l-età tal-iskola kif ukoll dik obbligatorja – kif ukoll fl-oqsma tal-kostruzzjoni, it-turiżmu, id-divertiment, il-kultura, it-trasport tal-passiġġieri, eċċ.

3.1.4

Tul dawn l-aħħar erbgħin sena, din it-tendenza li biddlet ix-xogħol tad-dar f’impjieg serviet ta’ xprun għat-tkabbir. Iżda dan huwa tkabbir ġenwin jew jirrifletti biss il-mod kif qed jiġi kkalkulat? L-ekonomija ma tqisx ix-xogħol tad-dar u tal-familja li huwa meħtieġ għall-funzjonament tas-soċjetà, li jqajjem mistoqsijiet dwar il-mod kif jiġi kkalkulat it-tkabbir.

3.2   L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-tkabbir ekonomiku – fatti u osservazzjonijiet

3.2.1

Skont analiżi tal-UE (5), il-kontribut tal-ugwaljanza bejn is-sessi għall-ekonomija m’għandux jitkejjel biss mill-perspettiva ta’ kemm dan għandu impatt fuq il-profitti fil-qasam tan-negozju. Dan il-kontribut isarraf f’investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku globali, għat-tkabbir u għall-impjiegi. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp: 1) permezz ta’ parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li jwassal għal użu aktar effetiv tal-investiment tagħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ, 2) permezz ta’ indipendenza ekonomika akbar u 3) permezz ta’ integrazzjoni aktar effettiva tan-nisa fis-sistema fiskali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-ġid komuni.

3.2.2

Minkejja li l-kontribut ekonomiku huwa meqjus usa’ mill-approċċ intraprenditorjali u l-ġestjoni tad-diversità fil-livell tal-intrapriżi, ċerti elementi jippermettu li jkun stabbilit li xi riżultati ekonomiċi pożittivi huma assoċjati mal-approċċ intraprenditorjali. L-intrapriżi li għandhom aktar nisa fi ħdan il-bords tad-diretturi jagħmlu aktar qligħ.

3.2.3

Il-politiki favur l-ugwaljanza jistgħu jitqiesu bħala investiment effettiv fir-riżorsi umani. Anke jekk il-miri tal-iżvilupp ekonomiku huma limitati għat-tkabbir ekonomiku, mil-lat tal-investiment, il-politiki favur l-ugwaljanza għandhom il-potenzjal li jħallu impatt pożittiv fuq l-individwi, l-intrapriżi, ir-reġjuni u l-pajjiżi. L-użu aktar effettiv tan-nisa b’livelli ogħla ta’ edukazzjoni għandu wkoll il-potenzjal ta’ benefiċċji ekonomiċi.

3.2.4

L-indipendenza ekonomika akbar tan-nisa hija ta’ benefiċċji minħabba l-kontribut tagħhom bħala konsumaturi ta’ prodotti u servizzi fl-ekonomija, kif ukoll il-poter tal-akkwist tal-familji. Il-kontribut ekonomiku tan-nisa għandu jiġi rikonoxxut aktar fil-politiki ekonomiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

3.3   Is-sitwazzjoni attwali

3.3.1

Fi żmien meta l-kriżi ekonomika u dik ekoloġika qed iqajmu mistoqsijiet dwar it-tip ta’ żvilupp li huwa mixtieq, xi wħud qed jixħtu dubju fuq il-fatt li l-PDG jitqies bħala l-uniku indikatur tat-tkabbir. Għandhom jiġu kkunsidrati indikaturi oħra (6).

3.3.2

Ikun liema jkun l-indikatur li jintuża, is-sitwazzjoni tan-nisa xorta waħda mhix ugwali, u dan huwa ta’ spiża għas-soċjetà. L-Istati Membri jinvestu fl-edukazzjoni kemm tas-subien kif ukoll tal-bniet – iżda 60 % tal-gradwati mill-universitajiet Ewropej huma nisa – mhuwiex loġiku li l-Istati ma jappoġġjawx aktar lin-nisa fis-suq tax-xogħol. Infiq pubbliku fl-edukazzjoni b’mod ugwali għaż-żewġ sessi għandu jiżgura li n-nisa jiksbu l-istess responsabbiltajiet u pagi bħall-irġiel. In-nisa għandhom japprofittaw mit-tibdil attwali biex jiksbu l-ħiliet ġodda meħtieġa għall-impjiegi ġodda. Madankollu, il-kontribut tan-nisa, il-livell għoli ta’ edukazzjoni tagħhom u l-potenzjal li jirrappreżentaw għas-suq tax-xogħol fil-ġejjieni għadhom sottovalutati u mhux magħrufin biżżejjed.

3.3.3

Il-ġlieda kontra l-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel mhijiex biss kwistjoni ta’ etika: hija wkoll kwistjoni ta’ ġestjoni aħjar tar-riżorsi umani. Għadd akbar ta’ nisa b’impjieg joħloq aktar ġid peress li dawn jikkonsmaw aktar prodotti u jużaw aktar servizzi, u jikkontribwixxu għaż-żieda fid-dħul mit-taxxi. It-timijiet fil-post tax-xogħol magħmulin kemm minn nisa kif ukoll mill-irġiel għandhom aktar potenzjal għall-innovazzjoni. Jekk il-koppji jingħataw il-mezzi sabiex iwettqu x-xewqa tagħhom li jkollhom it-tfal, filwaqt li jkollhom il-possibbiltà li jżommu l-impjieg tagħhom, inkunu qed niġġieldu kontra d-defiċit demografiku. Jekk l-Ewropa trid tinvesti fil-bniedem, għandha l-ewwel u qabel kollox tindirizza l-iżvantaġġi li jiffaċċjaw in-nisa (7).

3.3.4

Il-potenzjal tan-nisa għall-iżvilupp jiddgħajjef b’mod partikolari minħabba l-fatturi li ġejjin:

l-inugwaljanza fil-qsim tar-responsabbiltajiet tal-familja (tfal, morda, ġenituri anzjani, xogħol tad-dar, eċċ.),

in-nuqqas, kemm fin-numru kif ukoll fil-kwalità, ta’ faċilitajiet pubbliċi għat-tfal qabel l-età tal-iskola u faċilitajiet alternattivi oħraa għall-kura tat-tfal żgħar, bi prezz aċċessibbli għal kulħadd,

l-isterjotipi,

is-segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol,

is-segregazzjoni fir-rigward tal-iskemi ta’ gwida fl-iskejjel u l-korsijiet ta’ studju,

il-fatt li la l-kwalifiki tagħhom ma jiġu rikonoxxuti u lanqas il-ħiliet li juru f’xogħlijiet differenti,

ix-xogħol part-time kontra r-rieda tagħhom,

ix-xogħol prekarju,

ix-xogħol informali,

il-pagi baxxi,

id-diskrepanzi bejn il-pagi tan-nisa u l-irġiel (8),

il-vjolenza u l-fastidju ta’ natura sesswali u/jew fuq il-bażi tas-sess,

l-għadd żgħir ħafna ta’ nisa b’responsabbiltajiet fl-oqsma ekonomiċi u politiċi,

kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-intraprendituri nisa, l-appoġġ dgħajjef wisq li jingħata għall-ħolqien u t-trażmissjoni ta’ negozju u l-aċċess limitat għall-finanzjament,

ir-rigressjoni promossa f’ċerti komunitajiet,

in-nuqqas ta’ mudelli eżemplari,

il-fatt li n-nisa ma jippromovux lilhom innifishom bħalma jagħmlu l-irġiel (iżommu lura milli japplikaw għal pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà, għandhom inqas kunfidenza, ma jagħmlux networking, ma jaħtfux l-opportunitajiet u ma jisfidawx id-diskriminazzjoni).

3.3.5

Jekk niffokaw l-isforzi fuq il-kundizzjonijiet li jippermetu lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu hemm, u neliminaw id-diskrepanzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għandu jkun hemm aktar tkabbir, impjiegi aħjar, prevenzjoni kontra l-faqar u tnaqqis fin-nefqa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-problemi soċjali. In-nisa waħedhom bit-tfal (9) huma milquta l-aktar mill-faqar fl-Ewropa.

3.3.6

Skont il-qsim tar-responsabbiltajiet fil-passat, ir-raġel kien idaħħal paga li kienet tiffinanzja x-xogħol marbut mal-familja, dak soċjali u dak tad-dar li kienet tagħmel martu. Meta koppja jkollha żewġ pagi ma tiddedikax paga minnhom biex tiffinanzja s-servizzi li l-mara kienet tagħmel qabel iżda minflok tagħti prijorità lill-konsum tal-prodotti.

3.3.7

Ix-xogħol bla ħlas li tagħmel il-mara fid-dar ma kellux prezz iżda billi sar xogħol imħallas għandu prezz li l-utenti mhumiex lesti jew ma jistgħux iħallsu. Il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, il-persuni li jgħinu fix-xogħol tad-dar u s-sefturi jitħallsu l-aktar pagi baxxi, jaħdmu part-time għal aktar minn ħaddiem wieħed (huma jiġu impjegati minn individwi separati għal ftit sigħat fil-ġimgħa) u sikwit jagħmlu parti mill-ekonomija informali. Ix-xogħol tad-dar huwa l-akbar settur ta’ xogħol mhux iddikjarat fl-Ewropa.

3.3.8

Il-ġenituri jħallu dak li huwa l-iktar prezzjuż għalihom, it-tfal tagħhom, f’idejn persuni li jitħallsu ħafna anqas mill-medja, allavolja jixtiequ li l-livell tal-ħiliet tagħhom ikun għoli. Bl-istess mod, is-sefturi huma fdati biċ-ċwievet tad-dar iżda ma jitħallsux paga li tirrifletti din il-fiduċja. Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki huwa diffiċli peress li l-familji jqisu biċċa xogħol li jistgħu jagħmlu huma stess bħala “faċli”. Minkejja dan, jekk li tieħu ħsieb uliedek stess mhuwiex ikkunsidrat bħala xogħol, li tieħu ħsieb ulied ħadd ieħor huwa (dan jeħtieġ għarfien tal-psikoloġija, tax-xjenza tad-dieta u tal-iġjene, konċentrazzjoni, attenzjoni u jeħtieġ ukoll li tkun taf tisma’ u li toqgħod b’seba’ għajnejn il-ħin kollu, eċċ.). Il-ħiliet meħtieġa, sikwit ikkunsidrati bħala “naturalment” femminili u għaldaqstant jingħataw il-ġenb fil-qasam “professjonali”, huma ħafna drabi mgħoddija b’mod informali fi ħdan il-familja u mhux mgħallma l-iskola.

4.   Kummenti partikolari

4.1   Il-mixja lejn l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tista’ tkompli toħloq tkabbir u impjiegi:

peress li r-rata tal-impjieg tan-nisa tista’ tiżdied, u dan joħloq aktar ħtiġijiet ta’ servizzi,

peress li l-pagi tan-nisa jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dan joħloq is-saħħa tax-xiri, aktar kapaċità għall-konsum u l-irċevuti tat-taxxa,

peress li n-nisa jista’ jkollhom iktar pożizzjonijiet politiċi jew ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, b’effett pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-intrapriżi u l-istituzzjonijiet,

peress li numru akbar ta’ intraprendituri nisa jwassal għal valur miżjud u kontribut finanzjarju addizzjonali lill-ekonomija permezz tal-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi.

4.2   Peress li inutli nirrepetu x’intqal diġà f’dokumenti Komunitarji oħra, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jillimita l-proposti tiegħu għal xi punti li ma ġewx analizzati daqs oħrajn.

4.2.1   Nindirizzaw is-segregazzjoni tal-impjiegi

4.2.1.1

L-ostaklu ewlieni li jeżisti bħalissa għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa s-segregazzjoni tal-impjiegi. Hemm professjonijiet tal-irġiel u tan-nisa. Il-pagi fil-professjonijiet tan-nisa sikwit ikunu aktar baxxi, u x-xogħol part-time – mhux b’għażla tagħhom – kif ukoll ix-xogħol prekarju huma aktar frekwenti.

4.2.1.2

Ladarba professjoni partikolari tkun ristretta għall-irġiel jew in-nisa biss, l-isterjotipi jkunu assoċjati magħha. Issa għandna l-provi li l-irġiel u n-nisa jistgħu jwettqu kull tip ta’ xogħol. Professjonijiet li ilhom żmien twil iddominati mill-irġiel (għalliema, imħallfin, tobba tal-familja...) illum il-ġurnata huma ddominati min-nisa. Għaliex huwa daqshekk diffiċli li nsibu bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fid-dinja tax-xogħol? It-tagħrif dwar dan is-suġġett għandu jiżdied biex niġġieldu kontra s-segregazzjoni tal-impjiegi u nippromovu dan il-bilanċ. Dan jippermetti wkoll li jittaffa l-effett tan-nuqqas ta’ ħaddiema f’ċerti setturi.

4.2.1.3

L-ostakli għall-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol mhumiex intenzjonati u huma marbuta mal-perċezzjonijiet. L-għeruq tagħhom qegħdin fis-sistema edukattiva, li fiha s-subien u l-bniet jagħżlu karrieri differenti. Il-ġenituri u l-għalliema għandhom isiru aktar konxji tal-konsegwenzi tal-għażliet tal-karrieri li jagħmlu ż-żgħażagħ. Ir-rappreżentanti tad-diriġenti u l-unjins li jinnegozjaw l-iskali tal-pagi u li jistabbilixxu l-ġerarkija tal-kwalifiki fin-negozjati dwar il-pagi jaqdu rwol essenzjali, li jfisser li jeħtieġ jifhmu l-valur tal-ħiliet miksuba fiċ-ċirku domestiku u familjari. Il-karigi ta’ tmexxija mhumiex imqassmin bejn in-nisa u l-irġiel. L-intrapriżi l-kbar u l-ogħla livelli tal-amministrazzjoni għandhom jieħdu miżuri biex kemm jista’ jkun jinkiseb dan it-tqassim.

4.2.2   Jeħtieġ li l-impjiegi marbuta mal-għoti ta’ servizzi maħsuba għall-individwu jkunu aktar professjonali u jkunu jirrikjedu aktar kwalifiki

4.2.2.1

L-impjiegi marbuta mal-għoti ta’ servizzi maħsuba għall-individwu għandhom ikunu professjonijiet ġenwini, b’ħiliet rikonoxxuti, taħriġ, kwalifiki u possibbiltà ta’ żvilupp tal-karriera. Bil-għan li nersqu lil hinn mir-relazzjoni individwali bejn il-familji u s-sefturi, jeħtieġ jinħolqu intrapriżi u servizzi pubbliċi li jipprovdu servizzi maħsuba għall-individwu. Il-familji m’għandhomx ikomplu jħaddmu, iżda jkunu klijenti jew utenti li jixtru jew jibbenefikaw minn numru ta’ sigħat ta’ faċendi tad-dar, minn kura lil persuna anzjana jew lit-tfal, minn għajnuna fix-xogħol tal-iskola, eċċ. Jeħtieġ li tiġi ġeneralizzata sistema li teżisti diġà f’xi pajjiżi Ewropej fejn in-negozju jew is-servizz pubbliku li jħaddem huwa responsabbli għas-sigurtà tal-proprjetà u tal-persuni, u għandu jivverifika l-kwalifiki tal-impjegati li jaħdmu fid-djar tan-nies. B’hekk ikunu impjegati minn mgħallem wieħed biss, jitħallsu għall-ħin li jieħu l-vjaġġ bejn iż-żewġ residenzi u jkollhom aċċess għat-taħriġ vokazzjonali u l-garanziji kollettivi kollha. Għandu jitfassal qafas ta’ referenza Ewropew għall-impjiegi fil-qasam tas-servizzi pprovduti fid-dar, li jinkludi l-aspetti psikoloġiċi ta’ dawn il-funzjonijiet (fiduċja, empatija, attenzjoni, il-kapaċità li tisma’ lill-oħrajn u li toqgħod b’seba’ għajnejn il-ħin kollu, eċċ.), il-ħiliet meħtieġa (ix-xjenza tad-dieta, l-impatt tal-prodotti użati fuq is-saħħa u l-ambjent, eċċ.) u mhux biss l-aspetti materjali u tekniċi tax-xogħol tad-dar.

4.2.2.2

Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki jwassal għal żieda fil-prezz tasservizzi, li diġà huma għaljin wisq għal bosta familji. Il-qasam tan-negozju u l-finanzjament pubbliku –fil-każ li jagħmlu parti mill-ftehimiet fil-livell tal-intrapriżi - jistgħu jagħmlu dawn is-servizzi aktar aċċessibbli għal kulħadd.

4.2.2.3

Il-fatt li l-impjiegi marbuta mas-servizzi maħsuba għall-individwu jsiru professjonijiet fil-veru sens tal-kelma, u t-titjib tal-pagi jagħmluha possibbli li jinkiseb bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fis-settur. Meta l-irġiel jibdew jaħdmu bħala sefturi, jieħdu ħsieb it-tfal jew jaħdmu bħala għajnuna fid-djar ikun sar pass kbir favur l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

4.2.3   Il-qsim aħjar tar-responsabbiltajiet tal-familja

4.2.3.1

Il-missirijiet iqattgħu inqas ħin mill-ommijiet fix-xogħol tad-dar u tal-familja. Waħda mill-kundizzjonijiet għall-ksib tal-ugwaljanza hija li l-missirijiet għandhom isiru aktar konxji tal-importanza tar-rwol tagħhom fir-rigward ta’ uliedhom u li għandhom jitħeġġu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-ġenituri anzjani tagħhom u tal-morda fil-familja.

4.2.4   Faċilitajiet għall-kura tat-tfal żgħar

4.2.4.1

L-iżvilupp ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal żgħar m’għandux jitqies bħala spiża iżda bħala investiment. Skont Gösta Esping-Andersen (10), fuq perijodu fit-tul, l-ommijiet li jaħdmu jħallsu lura s-sussidju “permezz taż-żieda fil-pagi tagħhom tul ħajjithom kollha u permezz tat-taxxi li jħallsu”. Dan id-dħul jirrimborża s-sussidju pubbliku inizjali u għandu effett pożittiv fuq it-tfal li jattendu l-crèche. Dan l-investiment jista’ jwasssal ukoll sabiex jittaffa t-tnaqqis demografiku fl-Ewropa.

4.2.5   Niżviluppaw l-għoti tas-servizzi

L-ugwaljanza tista’ tissaħħaħ bl-iżvilupp tal-għoti tas-servizzi li jista’ jeħles lin-nisa mix-xogħol tad-dar u tal-familja u b’hekk ikunu jistgħu jsibu xogħol stabbli, full time u kwalifikat. L-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi (faċilitajiet għall-kura tat-tfal żgħar, servizzi ekstrakurrikulari, kura għall-persuni anzjani u dawk b’diżabbiltà, il-faċendi tad-dar, il-mogħdija, eċċ.) isarraf f’impjiegi ġodda.

4.2.5.1

L-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi jfisser ukoll li għandhom jiġu ffinanzjati b’mod kollettiv (l-Istat, l-intrapriżi u l-klijenti) (11). Ċerti ftehimiet riċenti tal-intrapriżi jipproponu tali servizzi maħsuba għall-individwu bħala alternattiva għaż-żieda fil-pagi. L-offerta ta’ servizzi li jistgħu jtejbu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik professjonali hija parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva.

4.2.6   Naħsbu għal kreditu ta’ “ħin”

4.2.6.1

Is-servizzi waħedhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik professjonali. It-trobbija u l-edukazzjoni tat-tfal jieħdu ż-żmien tul parti minn ħajjet il-bniedem. Jekk ix-xogħol part-time, fuq għażla volontarja, jista’ jgħin lil dawk li għandhom familja sabiex jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja professjonali, tal-familja u privata tagħhom, m’għandux idgħajjef il-pożizzjoni tal-mara fil-post tax-xogħol u fil-ħajja, speċjalment meta dawn in-nisa jkunu l-kap tal-familja, u lanqas m’għandu jżomm lill-missirijiet milli jiddedikaw aktar ħin għall-familja. Iż-żewġ ġenituri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb uliedhom.

4.2.6.2

Membri oħra tal-familja għandhom bżonn il-ħin: dawk li waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom, il-morda u l-anzjani. Fi żmien meta s-sistemi tal-pensjoni qed jiġu rriformati fil-livelli kollha, jeħtieġ li nersqu lil hinn mill-kunċett li l-ħajja hija maqsuma fi tliet żminijiet: l-istudju, ix-xogħol, l-irtirar. Kull individwu għandu jkun jista’ jistudja tul ħajtu kollha u għandu jkollu ammont ta’ snin ta’ kreditu ta’ ħin biex jużah għall-attivitajiet tal-familja, soċjali, dawk marbuta mal-volontarjat u dawk politiċi jew ċiviċi. Għandu jkun possibbli li persuna tagħżel li tipposponi l-età tal-irtirar tagħha jekk tixtieq tqatta’ ftit ħin liberu (iffinanzjat bl-istess mod bħall-pensjoni) tul il-karriera professjonali tagħha.

4.2.7   Inżidu n-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija

4.2.7.1

In-nisa mhumiex irrappreżentati biżżejjed f’kull tip ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija: it-tmexxija politika, l-ogħla livelli tas-servizz ċiviku u fil-livelli maniġerjali tal-intrapriżi l-kbar. Fl-istess waqt, l-intrapriżi li għandhom proporzjon qawwi ta’ nisa fil-kumitati eżekuttivi tagħhom huma fost dawk li għandhom l-aqwa prestazzjoni finanzjarja. In-nisa jwaqqfu anqas negozji u huwa wisq anqas probabbli li jkunu kapijiet ta’ intrapriża. L-irġiel mhumiex irrappreżentanti biżżejjed fiċ-ċirku tal-familja u għandhom tendenza li ma jiħdux il-leave tal-ġenituri.

4.2.7.2

In-nisa li rnexxielhom jidħlu f’oqsma ddominati mill-irġiel jistgħu jiggwidaw lil nisa oħra li jixtiequ jidħlu għall-istess karriera. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ miżuri vinkolanti: l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-intrapriżi privati kbar għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw għadd sinifikanti ta’ nisa fost id-diriġenti tagħhom.

4.2.8   Appoġġ lin-nisa fil-kwalità tagħhom ta’ intraprendituri

In-nisa li jikkunsidraw l-intraprenditorija jew it-tmexxija ta’ intrapriża fl-UE jħabbtu wiċċhom ma’ ħafna diffikultajiet biex joħolqu u jmexxu negozju minħabba l-fatt li ftit li xejn jifhmu dwar il-qasam tan-negozju, it-tipi differenti tiegħu u tas-setturi involuti, u minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni, ta’ kuntatti u netwerks, l-isterjotipi, minħabba l-fatt li s-servizzi għat-tfal mhumiex adegwati u flessibbli biżżejjed, id-diffikultajiet li jiffaċċjaw biex isibu bilanċ bejn in-negozju u l-impenji tal-familja u l-mod differenti li bih in-nisa u l-irġiel iħarsu lejn l-intraprenditorija. Il-pjan ta’ direzzjoni tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel identifika l-miżuri li għandhom jittieħdu bħala appoġġ għall-intraprenditorija fost in-nisa, biex jiġu megħjuna jibdew negozju jew isiru s-sidien ta’ intrapriża li diġà teżisti, u biex jirċievu informazzjoni adattata għall-intraprendituri u biex ikollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament.

4.2.9   Ir-rwol tal-imsieħba soċjali

Fl-2005, fid-dawl tal-fatt li l-kawżi tal-inugwaljanza li għadha teżisti fis-suq tax-xogħol huma kumplessi u marbutin ma’ xulxin, l-imsieħba soċjali Ewropej – fil-kuntest tal-ewwel programm ta’ ħidma komuni tagħhom – adottaw qafas ta’ azzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li jiffoka fuq erba’ oqsma: ir-rwol tas-sessi, il-promozzjoni tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-appoġġ lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-pagi.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  COM(2008) 10 finali, p. 4.

(2)  COM(2009) 77 finali.

(3)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE li ġejjin:

24.03.2009 dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE”, relatur: is-Sinjura Sharma, (ĠU C 226, 22.09.2009);

13.05.2009 dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu”, relatur: is-Sinjura Herczog, CESE 882/2009 (ĠU C 277, 17.11.2009);

22.04.2008 dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel”, relatur: is-Sinjura Kössler (ĠU C 211, 19.08.2008);

11.07.2007 dwar “Il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali – ir-rwol tas-soċjetà ċivili, tal-imsieħba soċjali u tal-korpi lokali u reġjonali mill-perspettiva tal-ġeneru”, relatur: is-Sur Pariza Castaños (ĠU C 256, 27.10.2007);

11.07.2007 dwar “Ir-rwol tal-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata”, relatur: is-Sur Clever (ĠU C 256, 27.10.2007);

12.07.2007 dwar “L-impjieg tal-kategoriji ta’ prijorità (l-Istrateġija ta’ Lisbona)”, relatur: is-Sur Greif (ĠU C 256, 27.10.2007);

13.09.2006 dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010”, relatur: is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006 – mhux disponibbli bil-Malti);

14.02.2006 dwar “Ir-rappreżentanza tan-nisa fil-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali fl-Unjoni Ewropea”, relatur: is-Sur Etty (ĠU C 88, 11.04.2006 – mhux disponibbli bil-Malti);

14.12.2005 dwar “Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd (2007) – Lejn soċjetà ġusta”, relatur: is-Sinjura Herczog (ĠU C 65, 17.3.2006 – mhux disponibbli bil-Malti);

29.09.2005 dwar “Il-faqar fost in-nisa fl-Ewropa”, relatur: is-Sinjura King (ĠU C 28, 31.01.2006 – mhux disponibbli bil-Malti);

28.09.2005 dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew tal-Ġeneru”, relatur: is-Sinjura Štechová (ĠU C 24, 31.01.2006 – mhux disponibbli bil-Malti);

15.12.2004 dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol”, relatur: is-Sinjura Sharma (ĠU C 157, 28.06.2005 – mhux disponibbli bil-Malti);

03.06.2004 dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għal, u l-provvista tal-prodotti u s-servizzi”, relatur: is-Sinjura Carroll (ĠU C, 28.09.2004);

25.01.2001 dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 76/207/KEE tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol”, relatur: is-Sinjura Wahrolin (ĠU C 123, 25.04.2001 – mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  60 % fl-2010.

(5)  “Analysis note: The Economic Case for Gender Equality” (Nota ta’ analiżi: Il-vantaġġi ekonomiċi tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel), Mark Smith u Francesca Bettio, 2008 – analiżi ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea u mħejjija għall-użu tal-Kummissjoni, DĠ EMPL.

(6)  Pereżempju, l-indikaturi li jintużaw mill-UNDP (il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp): l-HDI (Human Development Index – l-indiċi tal-iżvilupp tal-bniedem), li jikklassifika l-pajjiżi skont il-medja ta’ tliet indikaturi: il-PDG per capita, l-għomor tal-ħajja sa mit-twelid u l-livell ta’ edukazzjoni; il-GDI (Gender-Related Development Index – l-indiċi ta’ żvilupp fuq il-bażi tas-sess) li jevalwa d-differenzi bejn is-sitwazzjoni tal-irġiel u tan-nisa, u l-GEM (Gender Empowerment Measure ), indikatur tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u ekonomika.

(7)  COM(2009) 77 finali: “L-Istati Membri bl-ogħla rati ta’ twelid huma bħalissa dawk li wkoll għamlu l-aħjar biex itejbu l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol għall-ġenituri, u li għandhom rata għolja ta’ nisa impjegati.”

(8)  Ara l-kampanja eċċellenti tal-Kummissjoni “Equal pay for work of equal value” (L-istess paga għal xogħol tal-istess valur) http://ec. europa.eu/equalpay.

(9)  COM(2009) 77 finali: “Dan għandu impatt ukoll fuq ir-riskju li wieħed jisfa fqir, b’mod speċjali għal ġenituri waħedhom, li f’ħafna każijiet huma nisa (ir-rata ta’ dawk f’riskju hi 32 %).”

(10)  “Trois leçons sur l’Etat-Providence” (Tliet lezzjonijiet dwar l-Istat Assistenzjali), 2008, Pariġi, Le Seuil.

(11)  L-eżempju ta’ “chèque-emploi-service”, skema fi Franza li permezz tagħha dawn is-servizzi huma parzjalment iffinanzjati minn tnaqqis fit-taxxa, huwa possibbiltà interessanti li kiseb effetti pożittivi fil-ġlieda kontra x-xogħol informali f’dan is-settur. Din is-sistema twaqqfet wara ftehim bejn il-banek, l-Istat u s-sistemi tas-sigurtà soċjali. Skont dan il-ftehim, il-banek joħorġu kotba taċ-ċekkijiet speċjali għall-ħlas tas-servizzi fid-djar bil-għan li jiġi eliminat ix-xogħol mhux iddikjarat u biex issir aktar faċli għall-individwi privati li jimpjegaw in-nies biex jimxu b’konformità mal-ħtiġijiet tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/22


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Forom differenti ta’ intrapriża” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/05

Relatur: is-Sur Miguel Ángel CABRA DE LUNA

Korelatur: is-Sinjura Marie ZVOLSKÁ

Nhar l-10 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

Forom differenti ta’ intrapriża

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Miguel Ángel CABRA DE LUNA; il-korelatur kienet is-Sinjura Marie ZVOLSKÁ.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru u fl-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’113-il vot favur u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   L-għan ta’ din l-opinjoni huwa li tiddeskrivi d-diversi forom ta’ intrapriża li jeżistu fl-Unjoni Ewropea. Il-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din id-diversità huma importanti ħafna biex is-suq uniku jirnexxi u jinżamm il-mudell soċjali Ewropew, kif ukoll sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona għall-impjieg, il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali.

1.2   L-opinjoni tiffoka fuq il-bżonn li kemm il-qafas legali li jirregola l-intrapriżi kif ukoll il-politika tal-kompetizzjoni jippromovu b’mod koerenti d-diversità u l-pluralità tal-forom ta’ intrapriża, li hija waħda mill-assi prinċipali tal-UE, sabiex il-kundizzjonijiet ikunu ugwali għall-forom kollha ta’ intrapriża, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta’ kull forma individwali.

1.3   Il-pluraliżmu u d-diversità tal-forom ta’ intrapriża huma rrikonoxxuti fit-Trattat u ppruvati mill-fatti, permezz tal-istatuti legali differeni li ġew approvati jew qegħdin jiġu kkunsidrati attwalment.

1.4   Din id-diversità tikkontribwixxi għar-rikkezza tal-UE u hija kruċjali għall-Ewropa, li l-motto tagħha huwa “Magħqudin fid-diversità”. Il-forom kollha ta’ intrapriża jirriflettu aspett tal-istorja Ewropea u kull waħda tirrappreżenta l-memorja u l-kultura kollettiva tagħna – “il-kulturi tagħna”. Din id-diversità għandha tiġi mħarsa.

1.5   Din id-diversità hija wkoll bażi essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi ta’ Lisbona għat-tkabbir, l-impjieg, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali permezz taż-żamma u l-iżvilupp tal-kompetittività tal-intrapriżi.

1.6   L-għan tal-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni m’għandux ikun l-uniformità iżda l-ħolqien ta’ qafas legali bbilanċjat li jkun jista’ jiġi applikat għad-diversi forom ta’ intrapriża, li għandhom ikunu jistgħu jiżviluppaw filwaqt li jżommu l-objettivi u l-metodi ta’ ħidma tagħhom.

1.7   Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni tibda taħdem fuq l-approvazzjoni ta’ statuti Ewropej separati għall-għaqdiet u l-mutwalitajiet. Huwa jilqa’ l-bidu tal-ħidma fuq Statut Ewropew għall-Fondazzjonijiet u jittama li din ser tintemm dalwaqt bl-approvazzjoni ta’ statut f’dan il-qasam. Jilqa’ s-semplifikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kooperattiva Ewropea (ECS) billi l-kumplessità tiegħu xxekkel l-iżvilupp ta’ dan it-tip ta’ intrapriża.

1.8   Is-servizzi u n-netwerks li jipprovdu l-appoġġ u l-informazzjoni, il-parir legali, l-assistenza fil-qasam tal-marketing u servizzi oħra għandhom ikopru d-diversità tal-forom ta’ intrapriża.

1.9   Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-identità tal-kooperattivi fil-qasam tal-kontabilità u tittratta lill-kapital ta’ ishma tal-membri tagħhom bħala l-ekwità tal-azzjonisti tal-kooperattivi u mhux bħala dejn, dejjem sakemm il-membru ma jsirx kreditur billi jitlaq mill-kooperattiva.

1.10   L-istatistika ekonomika fuq il-kooperattivi, il-mutwalitajiet, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u intrapriżi simili hija limitata ħafna u eteroġena, u dan ifisser li huwa diffiċli li wieħed janalizzaha u jivvaluta l-kontribut ta’ dawn il-kumpaniji għall-objettivi makroekonomiċi l-kbar.

1.10.1

Għal din ir-raġuni l-KESE jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw il-ħolqien ta’ reġistri statistiċi dwar l-intrapriżi msemmija hawn fuq. B’mod partikulari, it-tħejjija ta’ kontijiet satellitari, b’konformità mal-kriterji armonizzati tas-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (ESA) tal-1995 stipulati fil-Manwal għat-tfassil tal-kontijiet satellitari tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali: kooperattivi u mutwalitajiet (1) u fir-Rapport tal-KESE dwar l-Ekonomija Soċjali fl-Unjoni Ewropea (2).

1.11   Il-KESE jappella sabiex il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri janalizzaw il-possibbiltà li jinħolqu miżuri ta’ kumpens għall-intrapriżi li juru li jaqdu rwol soċjali jew li jikkontribwixxu b’mod ċar għall-iżvilupp reġjonali (3).

1.12   Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ osservatorju tad-diversità tal-forom ta’ intrapriża, bħala element essenzjali tal-kompetittività Ewropea, u li tiżviluppa l-korpi meħtieġa eżistenti li għandhom ir-rwol li jassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra l-intrapriżi fi kwalunkwe politika li taffettwahom u li jikkoordinaw il-ħidma f’dan il-qasam mad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

1.13   Fl-aħħar, fejn juru r-rappreżentattività tagħhom, il-KESE jappella sabiex l-organizzazzjonijiet li huma l-iktar rappreżentattivi tad-diversi forom ta’ intrapriża jkunu involuti fid-djalogu soċjali.

2.   Id-diversità tal-forom ta’ intrapriża u s-suq intern tal-Unjoni Ewropea

2.1   Id-diversi forom ta’ intrapriża li jeżistu fl-Unjoni Ewropea ġejjin mill-istorja kumplessa u mżewqa tagħna. Kull waħda tikkorrispondi għal kuntest storiku speċifiku u għal sitwazzjoni soċjali u ekonomika, ħafna drabi differenti f’kull pajjiż Ewropew. Barra minn hekk, l-intrapriżi jridu jiżviluppaw u jadattaw kontinwament għat-tibdil fis-soċjetà u t-tendenzi tas-suq, inkluż billi jimmodifikaw il-forom legali tagħhom. Għalhekk, il-pluraliżmu u d-diversità tal-intrapriżi huma aspetti importanti tal-wirt tal-Unjoni Ewropea u huma kruċjali għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir, l-impjiegi, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali fuq il-bażi taż-żamma u l-iżvilupp tal-kompetittività tal-intrapriżi. Il-protezzjoni u t-tħaris ta’ din id-diversità huma ferm importanti għall-iżvilupp ta’ swieq kompetittivi, l-effiċjenza ekonomika u l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi, filwaqt li tinżamm il-koeżjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.2   Dan huwa rikonoxxut mill-istituzzjonijiet Ewropej fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 48, 81 u 82 tat-Trattat u fit-Trattat ta’ Lisbona (4), li fl-Artikolu 3.3 tiegħu jipproponi, bħala wieħed mill-objettivi tal-Unjoni, ekonomija tas-suq soċjali bbażata fuq bilanċ bejn ir-regoli tas-suq u l-protezzjoni soċjali tal-individwi bħala ħaddiema u ċittadini.

2.3   Id-diversi forom ta’ intrapriża jistgħu jiġu ddefiniti skont kriterji differenti bħad-daqs, l-istruttura legali, il-forom ta’ aċċess għall-finanzjament, l-objettivi, id-drittijiet finanzjarji u politiċi allokati lill-kapital (distribuzzjoni tal-profitti u d-dividendi, drittijiet tal-vot) jew l-għamla tal-kapital, pubbliku jew privat, il-ħatra tal-maniġers, l-importanza għall-ekonomija (Ewropea, nazzjonali u lokali), l-impjiegi, ir-riskju ta’ falliment, eċċ. Flimkien dawn joħolqu matriċi ta’ diversità li qiegħda tiġi ppreżentata f’forma ssemplifikata f’din it-tabella:

VARJETÀ TAL-FOROM ta’ INTRAPRIŻA FL-UNJONI EWROPEA

TIP

Multinazzjonali

Kbar

Ta’ daqs medju u żgħar

Pubbliċi

X

X

X

Ikkwotati fil-Borża (Listed)

X

X

X

Mhux ikkwotati fil-Borża (Unlisted)

 

X

X

Tal-familja

 

X

X

Intrapriżi kollettivi, ċivili, b’responsabbiltà limitata (Partnership)

X

X

X

Kooperattivi

X

X (5)

X (5)

Mutwalitajiet

 

X (5)

X (5)

Fondazzjonijiet

 

X (5)

X (5)

Assoċjazzjonijiet

 

X (5)

X (5)

Forom oħra ta’ intrapriża mingħajr skop ta’ qligħ li jeżistu fl-Istati Membri

 

X (5)

X (5)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (6), il-fondazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u entitajiet oħra mingħajr skop ta’ qligħ jistgħu jkunu “operaturi ekonomiċi” sakemm iwettqu “attivitajiet ekonomiċi” skont is-sens tal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE, u għaldaqstant qed jiġu inklużi f’din il-klassifika.

2.4   Għalkemm l-għan komuni ta’ kull tip ta’ intrapriża huwa li toħloq valur ekonomiku u tikseb l-aqwa riżultati possibbli, il-parametri u l-kunċetti għall-kejl tal-valur u r-riżultati jistgħu jinbidlu skont it-tip ta’ intrapriża u l-objettivi ta’ dawk li jikkontrollawha jew jibbenefikaw mill-attività tagħha. F’ċerti każijiet, l-aqwa riżiltati jinkisbu meta jinkiseb l-aqwa ritorn fuq il-kapital investit mill-azzjonisti. F’każijiet oħra, il-ħolqien tal-valur u l-ksib tal-aqwa riżultati jfissru t-titjib tal-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-membri jew lill-pubbliku ġenerali (pereżempju, f’kooperattiva edukattiva fejn il-membri proprjetarji huma l-familji, jew f’mutwalità ta’ assigurazzjoni soċjali, jew fl-obbligi tas-servizzi pubbliċi).

2.4.1

Ċerti intrapriżi kbar jista’ ma jkollhomx membri azzjonisti u jistgħu jallokaw il-profitti finanzjarji tagħhom għar-riinvestiment jew għal objettivi soċjali ta’ benefiċċju pubbliku, kif inhu l-każ fil-banek tat-tfaddil f’ċerti pajjiżi Ewropej (7).

2.4.2

Barra minn hekk, f’ħafna mikrointrapriżi u SMEs lokali, il-ħolqien tal-valur mhuwiex espress f’termini ta’ profitt finanzjarju biss iżda wkoll fi skop soċjali bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-awtoġestjoni, eċċ.

2.5   Hawn isfel ser niddeskrivu f’iktar dettall id-diversi forom ta’ intrapriża skont id-daqs tagħhom, u wara skont it-tip, jiġifieri skont is-sjieda.

2.6   Il-kumpaniji multinazzjonali u l-intrapriżi l-kbar li ġeneralment huma kkwotati fil-Borża minħabba d-daqs tagħhom, imorru tajjeb fl-ambitu tal-produttività u tal-kompetittività tas-sistemi ekonomiċi u meta jiksbu riżultati pożittivi jistgħu wkoll iżommu il-livell ta’ impjieg għoli (8).

2.7   Il-vantaġġi kompetittivi tal-intrapriżi huma dejjem iktar ibbażati fuq strateġiji kompetittivi li fihom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika (R&D&I) jaqdu rwol ċentrali. Il-kumpaniji multinazzjonali u l-intrapriżi l-kbar jaqdu rwol mexxej fl-R&D&I tas-settur privat tal-eknomija fl-UE, għalkemm jista’ jkun li għad m’hemmx għadd kbir biżżejjed ta’ kumpaniji multinazzjonali jew intrapriżi kbar fis-setturi ewlenin tal-ekonomija globali. B’żieda ma’ dan, il-kumpaniji l-kbar u multinazzjonali mhumiex biss importanti għall-eknomija u l-impjieg, iżda ħafna drabi jinsabu fil-qalba ta’ netwerks ta’ produzzjoni dinjija magħmula minn SMEs b’rabtiet mill-qrib bejniethom (kumpanija kbira f’netwerk) jew minn intrapriżi indipendenti (netwerks ta’ produzzjoni modulari). Huma fuq kollox il-pajjiżi Ewropej bl-ikbar proporzjon ta’ kumpaniji multinazzjonali u intrapriżi kbar li qed jirkupraw ftit ftit mit-telf ta’ produzzjoni u impjiegi kkawżat mis-sitwazzjoni ekonomika attwali.

2.8   Minħabba l-fatt li dawn il-kumpaniji ttrasferew ħafna stadji tal-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom u servizzi infrastrutturali lill-SMEs f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, il-livelli ta’ produzzjoni u impjieg f’dawn tal-aħħar ħafna drabi jiddependu, fost bosta fatturi oħra, mid-domanda tal-multinazzjonali u l-intrapriżi l-kbar, li b’hekk jirrappreżentaw mod kif l-Ewropa tista’ ssib postha fis-suq globali. Għalkemm 30 % tal-ikbar 40 kumpanija industrijali fid-dinja jinsabu fl-UE (9), il-valur tagħhom fis-suq jirrappreżenta 24 % tat-total biss, u f’ċerti setturi teknoloġiċi ewlenin, bħal dawk ibbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, is-sehem tal-UE huwa limitat għal kumpanija kbira waħdanija.

2.9   L-SMEs, in-netwerks tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u dawk li jaħdmu għal rashom ikkontribwixxew għal tibdil teknoloġiku kbir fl-aħħar għexieren ta’ snin u huma l-bażi tal-ekonomija Ewropea: 99 % tal-intrapriżi tal-UE huma SMEs u jipprovdu 66 % tax-xogħol (10). Għalkemm ġeneralment mhumiex ikkwotati fil-Borża, jistgħu jużaw il-Borża biex iżidu l-fondi tagħhom jew ikabbru l-kapital riskjuż (venture capital).

2.9.1

B’mod ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-SMEs u mhux biss permezz tal-Att dwar in-negozji ż-żgħar (11). L-SMEs spiss joffru mod kif jinżammu l-impjiegi, billi l-gruppi ta’ interess li joħolqu u jikkontrollaw lil dawn l-intrapriżi huma nies b’rabtiet sodi maż-żona li fiha joperaw u li wrew li għandhom il-kapaċità li joħolqu u jżommu l-impjieg. L-SMEs “huma l-inkubaturi naturali tal-kultura intraprenditorjali” u jirrappreżentaw opportunità permanenti ta’ taħriġ ta’ diretturi u mexxejja tal-intrapriżi.

2.10   Skont is-sid li jkollhom, l-intrapriżi ta’ interess ġenerali jistgħu jkunu pubbliċi, ta’ kapital imħallat jew jistgħu saħansitra jkollhom il-forma legali ta’ intrapriża privata. Ġeografikament, jistgħu jkunu ta’ natura multinazzjonali, nazzjonali jew lokali, anke jekk il-biċċa l-kbira jaħdmu fl-ambitu lokali jew reġjonali. L-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, pereżempju t-trasport pubbliku, l-ilma, il-ġestjoni tal-iskart, il-komunikazzjoni, is-servizzi soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, eċċ. Minkejja dan, mhuwiex impossibbli li dawn l-intrapriżi jipparteċipaw ukoll f’attivitajiet kummerċjali, dejjem sakemm jirrispettaw id-Direttiva dwar it-trasparenza 93/84/KEE (12). Huma jaħdmu f’isem l-interess ġenerali u jinvestu l-benefiċċji f’attivitajiet reġjonali u lokali; b’hekk jikkontribwixxu b’mod wiesa’ għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u reġjonali. L-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ġenerali, bħala provvedituri ta’ servizzi essenzjali, huma atturi importanti ħafna li jagħtu spinta lill-ekonomija b’mod ġenerali billi jinvestu f’setturi importanti li jkollhom effett ta’ lieva fuq il-bqija tal-ekonomija (l-elettriku, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tagħha, it-trasport, eċċ.).

2.11   Is-sidien tal-intrapriżi kkwotati fil-Borża (listed enterprises) huma l-azzjonisti reġistrati tagħhom. L-azzjonisti jixtru u jbiegħu l-azzjonijiet tagħhom fuq is-swieq pubbliċi tal-Borża.

2.12   L-intrapriżi mhux ikkwotati jistgħu jkunu kbar jew żgħar iżda l-ishma tagħhom (jew l-ishma ta’ parteċipazzjoni jew azzjonijiet oħra), mhumiex ikkwotati fil-Borża. Madankollu, ħafna intrapriżi mhux ikkwotati qegħdin jimxu f’din id-direzzjoni, speċjalment f’każijiet fejn ikun hemm kapital riskjuż jew investuri privati. Anke l-SMEs privati jistgħu jużaw il-kwotazzjoni fil-Borża meta jiġu biex iżidu l-kapital biex jiffinanzjaw l-espansjoni tan-negozju tagħhom.

2.13   L-intrapriżi tal-familja huma strument tajjeb għat-tixrid tal-kultura intraprenditorjali u jibqgħu l-aqwa mezz kif miljuni ta’ persuni jistgħu jidħlu fin-negozju, mhux biss f’SMEs, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tagħhom effettivament, iżda wkoll f’intrapriżi kbar tal-familja, li f’pajjiżi importanti bħall-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Italja u Franza jirrappreżentaw bejn 12 % u 30 % tal-intrapriżi l-kbar kollha (13). L-intrapriżi tal-familja, kbar jew żgħar, huma kkaratterizzati mill-fatt li l-familja tal-grupp iżżomm kontroll permanenti fuq l-intrapriża, anke fil-każ ta’ intrapriżi pubbliċi limitati. F’dawn il-każijiet jista’ ma jkollhom l-ebda ambizzjoni li jkunu kkwotati fil-Borża.

2.14   L-intrapriżi kollettivi, ċivili jew b’responsabbiltà limitata (partnership) huma intrapriżi tipiċi tad-dinja Anglosassona iżda jeżistu wkoll f’pajjiżi oħra tal-UE. Sikwit jitwaqqfu minn professjonisti indipendenti. Is-sħubijiet bejn individwi huma strument effiċjenti għall-professjonisti (avukati, accountants u oħrajn) biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fid-dinja tas-servizzi professjonali tan-negozju. Intrapriżi ta’ dan it-tip huma l-proprjetà tal-imsieħba. Ir-rabta ewlenija bejniethom, minbarra l-kapital li jinvestu, tikkonsisti fix-xogħol li jwettqu. Meta l-imsieħba jirtiraw jew jitilqu mis-sħubija, jittrasferixxu l-ishma tagħhom lis-sħubija.

2.15   Fl-aħħar, biex nikkompletaw l-istampa tad-diversi forom ta’ intrapriża fl-UE, firxa wiesgħa ta’ inptrapriżi privati, b’karatteristiċi simili ta’ organizzazzjoni u funzjonament, imexxu l-attivitajiet tagħhom fuq il-bażi ta’ skop soċjali, bil-għan ewlieni li jissodisfaw lill-persuni iktar milli li jipprovdu ritorn għall-investituri tal-kapital (14). Dawn l-intrapriżi huma kooperattivi, mutwalitajiet, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet (15). Id-dokumenti tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-KESE normalment jiġbru dan il-grupp ta’ intrapriżi taħt it-titlu ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali (SEE) (16). Għalkemm dan it-terminu m’huwiex użat fil-pajjiżi kollha tal-UE u ċerti pajiżi jużaw “it-tielet settur”, “it-tielet sistema” (17), “l-ekonomija solidali” jew oħrajn, dawn it-termini kollha jiddeskrivu intrapriżi bl-istess karatteristiċi f’kull parti tal-Ewropa (18).

3.   Id-dimensjoni soċjali

3.1   Għalkemm l-intrapriżi multinazzjonali, il-kumpaniji l-kbar u l-SMEs m’għandhomx skop espliċitu ta’ benesseri soċjali, il-ħidma tagħhom fis-swieq tikkontribwixxi b’mod dirett għall-kompetittività u l-impjieg u għandha dimensjoni soċjali komprensiva. Din id-dimensjoni soċjali hija ferm ċara fil-każ ta’ SMEs u mikrointrapriżi lokali b’rabta qawwija mal-post li fih joperaw.

3.2   Il-kooperattivi, il-mutwalitajiet, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet huma atturi importanti ħafna wkoll fl-UE, b’attività ekonomika konsiderevoli fi tlieta mill-ħames setturi istituzzjonali li fihom is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (ESA, 1995) tiġbor iċ-ċentri kollha ta’ teħid ta’ deċiżjoni ekonomika f’kull ekonomija nazzjonali (19). L-ekonomija soċjali tkopri 10 % tal-intrapriżi Ewropej b’mod globali. Fi kliem ieħor, 2 miljun kumpanija (20), u 7 % (21)tal-impjegati totali b’salarju. Il-kooperattivi għandhom 143 miljun membru, il-mutwalitajiet 120 miljun u l-assoċjazzjonijiet jiġbru fihom 50 % tal-popolazzjoni tal-UE (22).

3.2.1

Ikunux kbar jew żgħar, dawn l-intrapriżi jinsabu f’żoni u/jew sferi soċjali bi problemi u sfidi li jheddu lis-suq intern u l-koeżjoni soċjali, fejn jinternalizzaw l-ispejjeż soċjali u joħolqu benefiċċji esterni.

3.2.2

Billi huma ankrati fil-komunitajiet lokali u billi l-objettiv ewlieni tagħhom huwa li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-persuni, dawn l-intrapriżi ma jittrasferux ruħhom post ieħor u b’hekk jiġġieldu b’mod effettiv kontra t-tnaqqis tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-reġjuni u l-komunitajiet inqas għonja (23).

3.3   L-intrapriżi li jipprovdu s-servizzi ta’ interess ġenerali jirrappreżentaw pilastru importanti tad-dimensjoni soċjali Ewropea. Għandhom rwol speċifiku x’jaqdu bħala parti integrali tal-mudell soċjali Ewropew, billi permezz tal-attivitajiet tagħhom ta’ provvista ta’ servizzi jissodisfaw u jippromovu l-prinċipji tal-kwalità tajba, is-sigurtà, il-prezz raġonevoli, it-trattament ugwali, l-aċċess universali u d-drittijiet tal-utenti. B’hekk għandhom effett dirett u indirett fuq l-impjieg, billi infrastruttura tajba tiġbed l-investiment privat. L-intrapriżi ta’ interess ġenerali huma parti essenzjali tal-ekonomija, li tirrappreżenta bejn 25 u 40 % tal-forza tax-xogħol u li tikkonbribwixxi b’iktar minn 30 % tal-PGD.

3.4   L-intrapriżi soċjali (kooperattivi soċjali u intrapriżi simili oħra ta’ forom legali ferm differenti) jaħdmu fil-qasam tal-provvista tas-servizzi f’setturi bħas-saħħa, l-ambjent, is-servizzi soċjali u l-edukazzjoni. Sikwit jintroduċu riżorsi ewlenin fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom fil-forma ta’ kontribut ta’ natura altruistika, u b’hekk jaqdu r-rwol ta’ strumenti effettivi tal-politiki pubbliċi tal-benesseri soċjali. Barra minn hekk, hemm għadd kbir ta’ intrapriżi soċjali WISE (“Work Integration Social Enterprises”) li l-objettivi tagħhom jikkonsistu fil-ħolqien ta’ impjiegi u l-integrazzjoni ta’ persuni żvantaġġati fis-suq tax-xogħol.

3.5   L-intrapriża soċjali mhux dejjem hija kategorija legali iżda tinkludi intrapriżi ta’ interess soċjali u ekonomiku f’firxa kbira ta’ setturi. Mhuwiex faċli li wieħed jikklassifkahom. Il-punt essenzjali għandu jkun kif wieħed jista’ jappoġġja lil dawn l-intraprendituri billi jipprovdi kundizzjonijiet li jippermettulhom li jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni, kapaċità li hija partikolarment siewja f’perijodi ta’ kriżi (24). Il-Kummissjoni tal-UE għandha tikkunsidra serjament li tfassal politika għall-intrapriżi soċjali (25).

3.6   F’każijiet fejn juru r-rappreżentattività tagħhom, l-organizzazzjonijiet li huma l-iktar rappreżentattivi tal-forom differenti ta’ intrapriża għandhom ikunu involuti fid-djalogu soċjali.

3.6.1

Uħud mis-setturi msemmija hawn fuq diġà pparteċipaw f’negozjati settorjali, pereżempju l-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjonijiet Kooperattivi u Mutwalistiċi (AMICE) fil-qasam tal-assigurazzjoni, u xi membri ta’ Cooperatives Europe (26), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Banek Kooperattivi (EACB) u l-Grupp tal-Banek tat-Tfaddil Ewropej (ESBG) fis-settur bankarju (27).

4.   Qafas legali u regolatorju tad-diversi forom ta’ intrapriża

4.1   Introduzzjoni: Varjetà tal-forom ta’ intrapriża fis-suq intern

4.1.1

Fil-ħolqien u l-iżvilupp tas-suq intern wieħed ma jistax jagħti prijorità lill-iskop fuq il-mezzi. Għandu jiġi stabbilit qafas legali u regolatorju li jirrifletti l-karatteristiċi tad-diversi operaturi ekonomiċi fis-suq sabiex jinħoloq kuntest ġust għall-intrapriżi kollha, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta’ kull intrapriża. Bħalissa dan il-qafas huwa maħsub għall-kumpaniji kkwotati l-kbar, u l-applikazzjoni tiegħu għal kull tip ta’ intrapriża joħloq ċerti ostakoli għall-kumpaniji ż-żgħar. Dan il-qafas għandu jħeġġeġ b’mod effettiv lill-operaturi jkunu iktar effiċjenti u dan għandu jikkontribwixxi biex is-sistema tkun iktar ġusta. Dan il-qafas ser jiġi applikat permezz tal-leġiżlazzjoni dwar il-kumpaniji, il-kontabilità, il-kompetizzjoni u t-taxxi, l-armonizzazzjoni statistika u l-politika intraprenditorjali.

4.2   Liġi tal-kumpaniji

4.2.1

Il-Kumpaniji Pubbliċi Limitati Ewropej u l-Kooperattivi Ewropej għandhom l-istatuti tagħhom, iżda forom oħra ta’ intrapriża jiffaċċjaw diversi ostakoli fis-suq intern minħabba n-nuqqas ta’ statuti Ewropej. L-SMEs Ewropej jeħtieġu leġiżlazzjoni Ewropea sabiex ikun iktar faċli għalihom li joperaw b’mod transkonfinali. Il-kooperattivi jeħtieġu li r-Regolament dwar il-Kooperattiva Ewropea (ECS) jiġi ssemplifikat, billi l-kumplessità tiegħu xxekkel l-iżvilupp ta’ dan it-tip ta’ intrapriża.

4.2.2

In-nuqqas ta’ kopertura leġiżlattiva ma tħallix lill-fondazzjonijiet li joperaw fil-livell Ewropew jaħdmu fuq l-istess livell bħal forom korporattivi legali oħra. Għalhekk il-KESE jilqa’ r-riżultati tal-istudju ta’ fattibbiltà dwar Statut għall-Fondazzjonijiet Ewropej u jappella sabiex il-Kummissjoni tlesti l-valutazzjoni ta’ impatt fil-bidu tal-2010 billi tippreżenta proposta għal regolament li jgħin lill-fondazzjonijiet li joperaw fil-livell Ewropew sabiex jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet bħall-kumpaniji l-oħra fis-suq intern (28).

4.2.3

Għal raġunijiet simili, il-KESE jitlob ukoll li l-Kummissjoni tibda taħdem fuq l-approvazzjoni ta’ statuti Ewropej għal assoċjazzjonijiet u mutwalitajiet Ewropej.

4.3   Liġi tal-kontabilità

4.3.1

L-istandards tal-kontabilità għandhom jiġu adattati għad-diversi forom ta’ intrapriża. L-ostakoli li l-introduzzjoni tas-Sistema Internazzjonali tal-Kontabilità l-ġdida (IAS) qiegħda toħloq għall-intrapriżi kkwotati huma eżempju ieħor tal-limiti tal-liġi tal-kontabilità. Il-kontijiet Ewropej ma jistgħux jiġu armonizzati bir-riskju li jitħassru l-karatteristiċi essenzjali ta’ wħud mit-tipi differenti ta’ intrapriża li jeżistu fl-Unjoni Ewropea.

4.3.2

Fil-każ speċifiku tal-kooperattivi ovvjament huwa diffiċli li wieħed jiddefinixxi kunċett ta’ ekwità tal-azzjonisti li jista’ jiġi applikat b’mod ġenerali u komprensiv. Dan jista’ jkollu effetti negattivi u distruttivi fuq id-diversità intraprenditorjali. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-identità tal-kooperattivi fil-qasam tal-kontabilità u tittratta lill-kapital ta’ ishma tal-membri tagħhom bħala l-ekwità tal-azzjonisti tal-kooperattivi u mhux bħala dejn, dejjem sakemm il-membru ma jsirx kreditur billi jitlaq mill-kooperattiva (29).

4.3.3

Il-Kumitat jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Grupp de Larosière (30) skont liema l-istandards tal-kontabilità m’għandhomx joħolqu preġudizzju fil-mudelli finanzjarji, jippromovu mġiba pro-ċiklika jew jiskoraġġixxu l-investiment fuq perijodu twil u l-istabbiltà tal-intrapriżi.

4.4   Liġi tal-kompetizzjoni

4.4.1

Kull forma ta’ intrapriża legali għandha tkun tista’ tmexxi l-attivitajiet tagħha filwaqt li żżomm il-modus operandi tagħha. Għaldaqstant il-liġi tal-kompetizzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq mudell uniku u uniformi ta’ intraprenditorija. Għandha tiġi evitata kull forma ta’ diskriminazzjoni, u l-prattika tajba fil-livell nazzjonali għandha tiġi apprezzata. L-għan mhuwiex li jinħolqu l-privileġġi iżda li tiġi promossa liġi tal-kompetizzjoni ġusta għal kulħadd. Għalhekk il-KESE, b’koerenza ma’ opinjonijiet preċedenti (31), jemmen li r-regoli dwar il-kompetizzjoni u t-taxxi għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż divrenzjati tal-intrapriżi li mhumiex marbutin ma’ proċessi ta’ produzzjoni ineffiċjenti iżda ma’ internalizazzjoni tal-ispejjeż soċjali li għandhom jiġu kkumpensati.

4.4.2

Ċerti għodda tal-politika tal-kompetizzjoni mhumiex newtrali fir-rigward tad-diversi tipi ta’ intrapriża, hekk kif il-KESE diġà enfasizza: is-settur tal-ekonomija soċjali jeħtieġ soluzzjonijiet speċifiċi għalih fl-ambitu tat-taxxi, l-appalti pubbliċi u r-regoli tal-kompetizzjoni (32). Pereżempju, l-appoġġ pubbliku għall-investiment privat fl-R&D&I biex tiżdied il-kompetittività tas-sistema ta’ produzzjoni, huwa ta’ benefiċċju fuq kollox għall-intrapriżi l-kbar, li huma dawk li l-iktar iwettqu attivitajiet bħal dawn. Barra minn hekk, billi l-kumpaniji l-kbar għandhom libertà ta’ għażla ikbar fir-rigward tal-post fejn jibbażaw l-istabbilimenti ta’ produzzjoni tagħhom, jistgħu jiksbu vantaġġ ikbar mill-investiment pubbliku fl-infrastruttura tas-settur tal-manifattura. Xi kultant dan joħloq żvantaġġ kompetittiv għall-intrapriżi ż-żgħar li ftit għandhom possibbiltajiet reali li jagħżlu bejn diversi postijiet fejn jistabbilixxu n-negozju tagħhom.

4.4.3

Ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċità tal-intrapriżi soċjali, li jipproduċu u jqassmu prodotti u servizzi non kummerċjali lil persuni emarġinati jew f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, u li jinkludu riżorsi altruisti fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom.

4.5   Liġi fiskali

4.5.1

ta’ spiss jiġri li f’ċerti Stati Membri, xi intrapriżi jiġu soġġetti għal sitwazzjonijiet ta’ kompetizzjoni inġusta għal raġunijiet li mhumiex marbutin mal-proċessi ta’ produzzjoni fihom innifishom iżda li jirriżultaw minn problemi ta’ allokazzjoni fis-suq (33), fi kliem ieħor minn sitwazzjonijiet fejn is-suq stess ikun ineffiċjenti u jallokaw ir-riżorsi b’mod li mhuwiex ideali. Il-KESE jappoġġja d-Direttiva għal rati tal-VAT iktar baxxi għas-servizzi pprovduti lokalment, li essenzjalment jinvolvu l-SMEs, u jerġa’ jtenni l-qbil tiegħu mal-prinċipju ddefinit mill-Kummissjoni skont liema l-vantaġġi fiskali allokati lil tip ta’ intrapriża għandhom ikunu proporzjonali għal-limitazzjonijiet legali jew il-valur miżjud soċjali li huma karatteristiċi ta’ dik il-forma ta’ intrapriża (34). Il-KESE jappella sabiex il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri janalizzaw il-possibbiltà li jinħolqu miżuri ta’ kumpens għall-intrapriżi li juru li jaqdu rwol soċjali jew li jikkontribwixxu b’mod ċar għall-iżvilupp reġjonali (35). B’mod speċjali, jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet għall-problema li tinħoloq għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ minħabba l-fatt li ma jistgħux iġibu lura l-VAT imħallas fuq ix-xiri ta’ prodotti u servizzi meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ interess ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati minn din il-problema. L-iskemi fiskali applikati għall-organizzazzjonijiet non governattivi b’attivitajiet ekonomiċi li m’għandhomx skop ta’ benefiċċju pubbliku għandhom jissemmew ukoll.

4.5.2

Bħalissa l-SMEs ftit għandhom opportunitajiet reali biex jinvestu fl-R&D&I, element importanti għall-effiċjenza tal-produzzjoni u għall-kompetittività tan-negozju. Dan joħloq żvantaġġ kompetittiv li għandu jiġi bbilanċjat permezz ta’ benefiċċji fiskali favur l-SMEs li jinvestu f’dan il-qasam. Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ kumpens. Skont il-pajjiż, dawn jinkludu tnaqqis fiskali speċjali għal investimenti ripetuti fl-R&D, ir-rimborż f’każ ta’ assenza ta’ benefiċċji, u t-tnaqqis tal-piżijiet soċjali. Fid-dawl tar-rwol strateġiku li jaqdu l-SMEs fl-ekonomija Komunitarja, il-KESE jirrakkomanda li kull Stat Membru juża t-taħlita ideali ta’ miżuri ta’ kumpens biex jiffaċilita l-funzjonament u t-tkabbir tal-SMEs fl-ekonomija tiegħu. L-iktar impatt importanti li jista’ jkollhom dawn il-programmi huwa l-mod kif jistgħu jappoġġjaw l-iżvilupp tal-SMEs speċjalizzati fl-R&D fl-ewwel snin tal-eżistenza tagħhom.

4.6   Armonizzazzjoni tal-istatistika

4.6.1

Fl-Istati Membri u fl-UE b’mod globali, iċ-ċifri aggregati għad-diversi tipi ta’ intrapriża jitħejjew skont kriterji approvati mis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (ESA 95). Madankollu, l-istatistika ekonomika dwar il-kooperattivi, il-mutwalitajiet, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u intrapriżi simili oħra hija limitata ħafna u titħejja fuq il-bażi ta’ kriterji eteroġeni, bir-riżultat li huwa diffiċli li wieħed janalizzaha u jivvaluta l-kontribut ta’ dawn l-intrapriżi għall-objettivi makroekonomiċi l-kbar. Għaldaqstant il-Kummissjoni ħejjiet Manwal (36) li permezz tiegħu għandha tkun tista’ titħejja l-istatistika nazzjonali għal dawn il-kumpaniji abbażi kriterji omoġeni f’termini ta’ kontabilità nazzjonali. Il-KESE jitlob li dawn l-istrumenti analitiċi l-ġodda jintużaw biex titfassal statistika armonizzata għat-tipi ta’ intrapriża msemmija hawn fuq fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, u li jiġu implimentati politiki iktar effettivi f’dan ir-rigward.

Huwa rrakkomandat li tiġi stabbilita metodoloġija biex tingħata spinta lill-Osservatorju Ewropew tal-Mikrointrapriżi.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  “Manual for drawing up the Satellite Accounts of Companies in the Social Economy: Co-operatives and Mutual Societies”. CIRIEC, f’isem il-Kummissjoni Ewropea, 2006.

(2)  CIRIEC, “L-ekonomija soċjali fl-Unjoni Ewropea”, KESE, Brussell, 2008: www.cese.europa.eu, ISBN number 928-92-830-08-59-0.

(3)  ĠU C 234, 22.09.2005.

(4)  Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea wara l-approvazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona. ĠU C 115, 09.05.2008.

(5)  F’ċerti Stati Membri, fil-Parlament Ewropew, fil-Kummissjoni Ewropea u fil-KESE, dawn l-intrapriżi huma magħrufin bħala intrapriżi tal-eknomija soċjali (SEEs). Din hija kategorija soċjoloġika mhux terminu legali.

(6)  Ara pereżempju l-każijiet C-180/98, C-184/98, Pavlov, C-352/85, Bond van Adverteerders.

(7)  For the past 50 years the economics literature has been emphasising the diversity of objective functions according to the type of enterprise – cf. B. Ward (1958), E.D. Domar (1967), J. Vanek (1970), J. Meade (1972) and J.L. Monzón (1989), authors cited in the Manual for drawing up the Satellite Accounts of Companies in the Social Economy (footnote 1).

(8)  In some cases large companies may not have shareholder members or distribute profits in any way, as in the savings banks of some European countries. There are also large companies, cooperative societies that issue shares, which are not listed on a stock exchange or mutual societies that operate with their own capital and reserves rather than with capital acquired by the members.

(9)  www.forbes.com, The Global 2000,04/02/2008.

(10)  ĠU C 120, 20.5.2005, p. 10 (punt 2.1); ĠU C 112, 30.4.2004, p. 105 (punt 1.7); Att dwar in-negozji ż-żgħar fil-ĠU C 182, 4.8.2009, p. 30.

(11)  COM(2008) 394 final – “Think Small First” A “Small Business Act” for Europe.

(12)  Direttiva 93/84/KEE tat-30 ta’ Settembru 1993, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi. (ĠU L 254, 10.12.1993, p. 16).

(13)  A. Colli, P. Fernández u M. Rose, (2003): “National Determinants of Family Firm Development? Family Firms in Britain, Spain and Italy in the Nineteenth and Twentieth Centuries”, Enterprise & Society, 4, 28–64.

(14)  “L-ekonomija soċjali ...” Ara nota 2 f’qiegħ il-paġna.

(15)  Rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Ekonomija Soċjali ((2008/2250 (INI)).

(16)  Il-Kummissjoni tirreferi għas-settur tal-“ekonomija soċjali” f’għadd kbir ta’ dokumenti, pereżempju COM(2004)18 finali dwar “Il-promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa” (punt 4.3) (mhux disponibbli bil-Malti).

(17)  Pereżempju, fir-Renju Unit hemm l-Uffiċċju tat-Tielet Settur (OTS) li jkopri “gruppi volontarji jew tal-komunità, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet tal-karità u mutwalitajiet”; dan is-sett ta’ intrapriżi qiegħed jissejjaħ “intrapriżi tal-ekonomija soċjali” f’dan id-dokument. L-OTS hija organizzazzjoni tal-gvern fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett (www.cabinetoffice.gov.uk).

(18)  Rapport (2008/2250) (INI). Ara nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(19)  L-ESA tal-1995 tiġbor fiha l-organizzazzjonijiet li għandhom imġiba ekonomika simili (ESA 95, 2.18) f’ħames gruppi kbar (ESA 95, tabella 2.2): a) Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11); b) Korporazzjonijiet finanzjarji (S.12); c) Amministrazzjonijiet pubbliċi (S.13); d) Familji (S.14) u e) Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jaqdu lill-familji (S.15). L-ESA tal-1995 tikklassifika wkoll id-diversi unitajiet ta’ produzzjoni f’industriji. Kull waħda tinkludi l-intrapriżi involuti fl-istess tip ta’ attività jew attività simili (ESA 95, 2.108), u taqsamhom f’5 sottolivelli differenti b’60, 31, 17, 6 u 3 industriji rispettivament. (ESA 95, Anness IV).

(20)  Rapport (2008/2250) (INI). Ara nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(21)  L-SEE jipprovdu xogħol full-time għal 11-il miljun Ewropew direttament u huma rrappreżentati f’kull tip ta’ attività ekonomika, kemm fis-setturi ferm kompetittivi bħall-finanzi u l-biedja, kif ukoll f’setturi innovattivi bħas-servizzi lill-individwi jew l-enerġiji rinnovabbli.

(22)  KESE (2008), “L-ekonomija soċjali ...” (nota 2 f’qiegħ il-paġna).

(23)  COM(2004) 18 finali, punt 4.3 (“Promozzjoni tal-kooperattivi fl-Ewropa”, mhux disponibbli bil-Malti).

(24)  “Wasal iż-żmien li l-intrapriża soċjali twettaq il-potenzjal tagħha.”: Trimble, Robert, The Bridge Magazine, p. 17, www.ipt.org.uk

(25)  Opinjoni tal-KESE, “L-ispirtu intraprenditorjali u l-Aġenda ta’ Lisbona”, ĠU C 44, 16.2.2008, p. 84.

(26)  Ta’ min jinnota li ċerti organizzazzjonijiet bħal Cooperatives Europe qegħdin iwettqu studji tar-rappreżentattività tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet dwar id-djalogu soċjali.

(27)  Opinjonijiet tal-KESE fil-ĠU C 182, 4.8.2009, p. 71 u fil-ĠU C 228, 22.9.2009, p. 149-154.

(28)  Fl-istudju ta’ fattibbiltà tal-Kummissjoni dwar Statut għall-Fondazzjonijiet Ewropej ġie kkalkolat li l-prezz ta’ dawn l-ostakoli għall-attivitajiet tal-fondazzjonijiet Ewropej huwa bejn 90 u 100 miljun EUR fis-sena.

(29)  Dan intalab fil-letteratura reċenti tal-kontabilità: CIRIEC-España, Revista de Economía Pública, Social y Cooperativa, nru. 58, Awwissu 2007 (www.ciriec.es), “Clasificación del capital social de la sociedad cooperativa: una visión crítica” (Klassifika tal-kapital soċjali tal-kooperattivi: analiżi kritika), B. Fernández-Feijóo u M. J. Cabaleiro.

(30)  Rapport ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE, Frar 2009: (http://ec.europa.eu/internal_market/finances/docs/de_larosiere_report_en.pdf Rakkomandazzjoni 4, p. 21).

(31)  ĠU C 234, 22.09.2005 u COM(2004)18 finali.

(32)  ĠU C 117, 26.4.2000, p. 52 (punt 8.3.1). Ara wkoll ĠU C 117, 26.04.2000, p. 57. (mhux disponibbli bil-Malti). Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel distinzjoni bejn “għajnuniet tal-Istat” u “miżuri ġenerali”. F’dawn tal-aħħar hija tinkludi l-inċentivi għall-investiment fi kwistjonijiet ambjentali, R&D jew taħriġ, li huma ta’ benefiċċju għall-kumpaniji li jwettqu tali investiment biss, mingħajr ma dan jikkonsisti neċessarjament f’għajnuna tal-Istat (Nota tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna statali għat-tassazzjoni tal-intrapriżi (ĠU C 384/5, 10.12.1998, punt 14, mhux disponibbli bil-Malti). Fl-Unjoni Ewropea, il-kumpaniji l-kbar huma dawk li huma l-iktar attivi fl-R&D. Fi Spanja, pereżempju, 27.6 % tal-kumpaniji l-kbar jinvestu fl-R&D, b’paragun ma’ 5.7 % biss tal-kumpaniji b’inqas minn 250 impjegat, skont iċ-ċifri tal-2007 www.ine.es.

(33)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 394 finali. Ara nota 8 f’qiegħ il-paġna.

(34)  COM(2004) 18 finali.

(35)  ĠU C 234, 22.09.2005, opinjoni tal-KESE dwar COM(2004)18 finali, punt 4.2.3.

(36)  “Manwal għat-tfassil ...” (nota 1 f’qiegħ il-paġna).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/29


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Prodotti tal-ikel tal-kummerċ ġust: awtoregolamentazzjoni jew leġiżlazzjoni?” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/06

Relatur: Is-Sur COUPEAU

Nhar l-10 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

“Il-Prodotti tal-ikel tal-kummerċ ġust: awtoregolamentazzjoni jew leġiżlazzjoni?”

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru. Ir-relatur kien is-Sur Hervé COUPEAU.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’164 voti favur, 1 vot kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-kummerċ ġust tal-prodotti agrikoli jimmira li jintroduċi fil-kummerċ internazzjonali l-prinċipju tad-distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul kummerċjali, sabiex il-produtturi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu:

iniedu proċess ta’ żvilupp ekonomiku (l-istrutturar tal-katini ta’ produzzjoni, l-organizzazzjoni ta’ diversi fergħat ta’ attività, eċċ.);

jistabbilixxu proċess ta’ żvilupp soċjali (it-twaqqif ta’ servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni, eċċ.);

jibdew jindirizzaw il-ġestjoni ambjentali (il-preservazzjoni tal-bijodiversità, l-immaniġġjar tal-emissjonijiet tas-CO2, eċċ.).

1.2   L-Ewropa hija l-akbar suq tal-kummerċ ġust b’madwar 65 % tas-suq dinji. Il-prodotti jinbiegħu permezz ta’ katalgi maħsuba għax-xiri bil-posta, minn fuq l-internet, minn caterers u fi ħwienet istituzzjonali, komunitarji u kummerċjali, b’total ta’ ’l fuq minn 79 000 post li jbigħu dawn il-prodotti f’25 pajjiż. It-total ta’ bejgħ fl-2008 kien ’il fuq minn EUR 1.5 biljun. Din iż-żieda fil-bejgħ – ta’ madwar 20 % fis-sena – kienet relattivament kostanti. Madankollu, din iċ-ċifra għadha modesta ħafna meta mqabbla mad-dħul ta’ EUR 913-il biljun li għamlet l-industrija tal-prodotti tal-ikel agrikoli fl-2007.

1.3   Hemm żewġ metodi ta’ ċertifikazzjoni li jikkomplementaw lil xulxin: dak ibbażat fuq il-prodott (l-FLO – Fairtrade Labelling Organisations), korp li stabbilixxa standards għal 18-il kategorija ta’ prodotti tal-ikel) u dak ibbażat fuq il-proċess (id-WFTO – World Fair Trade Organisation), organizzazzjoni li tiċċertifika l-katina tal-provvista u s-sistema tal-ġestjoni tal-organizzazzjonijiet tal-Kummerċ Ġust ewlenin, kemm f’pajjiżi żviluppati kif ukoll f’dawk li qed jiżviluppaw). It-tnejn li huma saħħew il-fiduċja tal-konsumatur u naqqsu l-abbuż minn kumpaniji li ppruvaw japprofittaw ruħhom minn din il-forma ta’ kummerċ etiku mingħajr ma josservaw il-kriterji approvati mill-aġenziji internazzjonali ewlenin għall-iżvilupp.

1.4   Iċ-ċertifikazzjoni tippromovi b’mod effettiv dan it-tip ta’ kummerċ u tipproteġi lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li jixtiequ jinvolvu ruħhom f’dan it-tip ta’ kummerċ.

1.4.1

L-għan ta’ dawn iċ-ċertifikazzjonijiet huwa li tiġi rrispettata n-natura multidimensjonali tal-kummerċ ġust:

Il-kummerċ: li titħeġġeġ relazzjoni bbilanċjata li minnha jgawdu l-produtturi u l-ħaddiema żvantaġġjati tan-Nofsinhar,

L-iżvilupp: it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi mil-lat finanzjarju, teknoloġiku u operattiv,

L-edukazzjoni: l-infurmar u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tal-imsieħba tal-pajjiżi tan-Nofsinhar,

Il-politika: impenn għal regoli aktar ġusti dwar il-kummerċ internazzjonali konvenzjonali.

1.4.2

Minkejja l-progress li sar fl-awtoregolazzjoni, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-mudell jiġi bbażat fuq is-sistema taċ-ċertifikazzjoni Ewropea li, fost affarijiet oħra, tirrikjedi li l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi tkun soġġetta għal monitoraġġ estern minn korp indipendenti akkreditat – mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit tal-konformità mad-dispożizzjonijiet legali ġenerali li jirregolaw is-suq tal-prodotti tal-ikel.

2.   Daħla

2.1

Din l-opinjoni tindirizza speċifikament il-kummerċ ġust fih innifsu, jiġifieri s-sħubija kummerċjali alternattiva li torbot lill-produttur mal-konsumatur f’relazzjoni li nbniet matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin mill-moviment ewlieni għall-kummerċ ġust. Jeżistu skemi oħra għall-assigurazzjoni tas-sostenibbiltà marbuta mal-kummerċ iżda dawn mhumiex qed jiġu ttrattati hawnhekk, għax dawn l-iskemi ma jikkorrispondux għall-kriterji kollha tal-kummerċ ġust imsemmija fil-punt 1.4.1.

2.2

Il-kummerċ ġust ġie żviluppat bil-għan li jinbnew relazzjonijiet ekonomiċi mal-produtturi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġew marġinalizzati fil-kummerċ internazzjonali. Il-kummerċ ġust għandu l-għan li jintlaħaq żvilupp sostenibbli u jġib miegħu sfidi soċjali importanti għall-pajjiżi tan-Nofsinhar. Huwa jimmira li jgħin biex jitnaqqas il-faqar, speċjalment permezz tal-appoġġ tiegħu għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Fil-pajjiżi tat-Tramuntana, jimmira li jrawwem mudell ta’ konsum aktar sostenibbli.

2.3

Dan il-qasam, li għadu żgħir u li qed jevolvi, qed jikber b’pass mgħaġġel u qed jiġbed interess dejjem akbar fost il-konsumaturi Ewropej.

2.4

Madanakollu, il-fiduċja tal-konsumaturi għad trid tiġi kkonsolidata għax anke jekk dawn jemmnu fil-kunċett tal-kummerċ ġust, ħafna minnhom jgħidu li hemm nuqqas ta’ tagħrif u li jħossu li jistgħu jsiru xi abbużi mill-intrapriżi l-kbar jew mill-bejjiegħa bl-imnut.

2.5

Iżda ċ-ċirkoli speċjalizzati xorta waħda jibqgħu punti importanti għall-prodotti tal-kummerċ ġust. Dawn l-istrutturi huma ħafna, ta’ daqs żgħir u apprezzati mill-konsumaturi.

3.   Sfond

3.1

L-Artikolu 23 tal-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem tal-1948 jgħid li: “Kull min jaħdem għandu l-jedd għal ħlas ġust u favorevoli li jiżgura lilu u lill-familja tiegħu għajxien li jixraq lid-dinjità umana”.

3.2

L-attivitajiet tal-kummerċ ġust bdew fis-snin ħamsin fl-Istati Uniti, imbagħad fir-Renju Unit u wara fil-bqija tal-Ewropa, bħala reazzjoni għall-fatt li n-nies bdew jirrealizzaw x’kienu d-danni soċjali u ambjentali kkawżati mill-katini tal-importazzjoni tal-pajjiżi industrijalizzati.

3.3

Fl-1964, il-UNCTAD (United Nations Conference in Trade and Development) ikkundannat l-inugwaljanzi fit-termini tal-kummerċ u wissiet lill-komunità internazzjonali dwar in-natura mhux sostenibbli, mil-lat uman u soċjali, tar-regoli li fuqhom huwa msejjes il-kummerċ internazzjonali. Il-pajjiżi tan-Nofsinhar jinsistu fuq il-ħtieġa għall-kummerċ ġust (“Trade, not aid”).

3.4

Dati importanti fil-kummerċ ġust:

1860 – Il-pubblikazzjoni tar-rumanz “Max Havelaar” ta’ Eduard Douwes Dekker

Tmiem is-snin erbgħin – Ten Thousand Villages u SERRV fl-Istati Uniti bdew jagħmlu l-kummerċ mal-komunitajiet foqra tal-pajjiżi tan-Nofsinhar

Tmiem is-snin ħamsin – OXFAM UK bdiet tbiegħ oġġetti artiġjanali magħmulin minn refuġjati Ċiniżi fil-ħwienet tagħha fir-Renju Unit.

1957 – Żgħażagħ Kattoliċi Olandiżi ħolqu assoċjazzjoni bil-għan li timporta prodotti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw

1964 – OXFAM UK tistabbilixxi l-ewwel organizzazzjoni tal-kummerċ alternattiv (ATO)

1967 – Il-ħolqien tal-ewwel oraganizzazzjoni tal-kummerċ ġust fl-Olanda

1969 – Jiftħu l-ewwel ħwienet tal-kummerċ ġust fl-Olanda

1971 – Il-ħolqien tal-ewwel koperattiva tal-kummerċ ġust fil-Bangladesh (“jute work”)

1973 – Il-bejgħ tal-ewwel kafè tal-kummerċ ġust fl-Olanda

1988 – Jitqiegħed għall-bejgħ l-ewwel kafè bit-tikketta “fair trade” ta’ Max Havelaar

1989 – Il-ħolqien tal-federazzjoni internazzjonali tal-kummerċ alternattiv (IFAT- International Federation for Alternative Trade) li wara nbidlet għall-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ ġust (WFTO)

1990 – Il-ħolqien tal-organizzazzjoni Ewropea tal-kummerċ ġust (EFTA – European Fair Trade Organisation)

1993 – Il-ħolqien tal-korp għat-tikkettar Transfair fil-Ġermanja

1994 – It-te jiddaħħal fis-sistema tal-kummerċ ġust

Il-ħolqien tan-netwerk tal-ħwienet dinjija Ewropej (NEWS – Network of European Worldshops)

1996 – Il-banana tiddaħħal fis-sistema tal-kummerċ ġust fl-Olanda

1997 – Il-korpi tat-tikkettar (Max Havelaar, Transfair, Rattvisemarkt, Faire Trade, eċċ.) jingħaqdu biex jiffurmaw l-organizzazzjoni tat-tikkettar tal-kummerċ ġust (FLO) Monoprix u Auchan jiftiehmu li jibdew ibigħu kafè tal-kummerċ ġust

1998 – L-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ġust (FLO, IFAT, NEWS u EFTA) jingħaqdu biex jiffurmaw il-FINE

2004 – Id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-kummerċ ġust f’xi kantini fi Franza.

3.5

Ir-regoli tal-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ (WTO – World Trade Organisation) ma jqisux l-aspetti umani, soċjali u ambjentali. Il-bżonn li din is-sitwazzjoni titranġa jġiegħel lin-nies jagħmlu skambji kummerċjali li jirrispettaw il-valuri umani. Għal dawn in-nies il-kummerċ ġust huwa prova li d-dinja tista’ tinbidel. Il-kummerċ ġust jippromovi t-trasparenza, il-gvernanza tajba u r-responsabbiltà u għaldaqstant jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.

4.   Deskrizzjoni

4.1

L-għan tal-kummerċ ġust, u b’mod aktar ġenerali, tal-konsum etiku, responsabbli u ċivili, huwa li jiġu ddefiniti l-mezzi kif dan is-suċċess miksub fost il-pubbliku ġenerali jinżamm b’mod permanenti, billi:

jiġi żgurat li l-kummerċ ġust ikun trasparenti, viżibbli u li jinftiehem il-mod kif jaħdem;

jiġi ggarantit li x-xiri se jagħmel tajjeb għall-iżvilupp tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

4.2

Il-KESE jinnota li fit-tfassil tal-istandards għall-Kummerċ Ġust tqiesu d-drittijiet fundamentali tax-xogħol (ILO), ir-rispett għall-istandards ambjentali u tal-bijodiversità u l-ħlas aħjar lill-produtturi fir-relazzjonijiet tal-kummerċ internazzjonali.

4.3

Għal xi wħud l-espressjoni “kummerċ ġust” tista’ tidher bħala waħda li tikkontradixxi lilha nnifisha, peress li l-liġijiet tas-suq m’għandhom l-ebda valur uman. Iżda l-fatt li jingħaqdu l-kummerċ u d-djalogu soċjali bil-għan li tissaħħaħ il-ġustizzja fil-kummerċ dinji se tkun sfida għas-seklu 21 li għaliha l-KESE jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu. Dan għaliex b’hekk ikun jista’ jintlaħaq żvilupp sostenibbli billi jiġu offruti kundizzjonijiet aħjar għall-kummerċ u jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-produtturi u tal-ħaddiema li ma ntlaħqux miċ-ċiklu ta’ Doha.

4.4

L-introduzzjoni ta’ tikketti u kodiċi ġodda mnedija minn atturi ġodda fis-settur li jistqarru li jipprattikaw il-kummerċ ġust, toħloq ukoll konfużjoni fost il-konsumaturi. Bir-riskju li jiddgħajjef il-kunċett, il-prinċipji tiegħu u l-kriterji li jiddefinixxuh, l-għadd kbir ta’ sistemi ta’ referenza u ta’ garanziji joħloq iċ-ċans li jsiru arranġamenti kummerċjali opportunistiċi bbażati fuq sistemi ta’ garanzija li jiswew inqas għal dawk li jħallsu l-ispejjeż li ħafna drabi jkunu fil-livelli aktar baxxi tal-katini tal-industrija, iżda li jinvolvu wkoll inqas appoġġ għall-iżvilupp tal-pajjiżi emerġenti. Il-Kumitat jixtieq jara sistema ta’ ċertifikazzjoni internazzjonali mmexxija minn organizzazzjonijiet tal-kummerċ ġust (ara l-proposti preċedenti dwar it-terminoloġija), soġġetta għat-twaqqif ta’ korp ta’ monitoraġġ indipendenti akkreditat u, naturalment, għall-konformità mal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ikel.

4.5

Il-KESE jitlob li l-prodotti kollha tal-kummerċ ġust ikunu ggarantiti bl-istess kriterji fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Sal-lum għadha ma teżistix definizzjoni uffiċjali Ewropea tal-kummerċ ġust li għandha saħħa legali. Il-KESE jaqbel mad-definizzjoni konġunta adottata minn FINE (in-netwerk tal-FLO, IFAT, NEWS! u EFTA) u użata mill-Kummissjoni Ewropea f’komunikazzjoni reċenti dwar il-Kummerċ Ġust (1):

“Il-kummerċ ġust huwa sħubija ta’ kummerċ, imsejjes fuq id-djalogu, it-trasparenza u r-rispett, li l-għan tiegħu huwa li tinkiseb ġustizzja akbar fil-kummerċ dinji. Dan jagħti kontribut lill-iżvilupp sostenibbli billi joffri kundizzjonijiet aħjar għall-kummerċ, billi jiżgura d-drittijiet tal-produtturi u tal-ħaddiema marġinalizzati, speċjalment dawk tan-Nofsinhar tad-dinja.

L-organizzazzjonijiet tal-Kummerċ Ġust (appoġġjati mill-konsumaturi) jimpenjaw ruħhom attivament fl-appoġġ lill-produtturi, li jqajmu kuxjenza fost il-pubbliku u li jagħmlu kampanja favur it-tibdil fir-regoli u l-prattiki tal-kummerċ internazzjonali konvenzjonali.

5.   Il-produtturi (prinċipji)

5.1

Il-kummerċ ġust jiżgura li l-produtturi jitħallsu tajjeb kemm jista’ jkun, b’mod stabbli u li jkollhom dħul biżżejjed biex jgħixu sew, kif stipulat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u t-trade unions f’kull reġjun u pajjiż ikkonċernat.

5.2

Il-prezz għandu jiġi ddeterminat skont il-medja tal-ispejjeż tal-produzzjoni, skont:

il-ħin imqatta’ mill-forza tax-xogħol lokali, b’rata ta’ ħlas aġġustata biex tiżgura livell ta’ għajxien deċenti;

l-investimenti għal terminu ta’ żmien medju jew twil meħtieġa sabiex jiġu rrispettati l-istandards ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-kummerċ ġust;

analiżi tas-suq;

l-għażliet ta’ politika tal-maġġoranza ta’ dawk involuti fil-kummerċ ġust: 60 % ta’ finanzjament minn qabel għall-produtturi qabel il-ħsad, relazzjoni stabbli bejn il-produtturi u d-distributuri biex jiġu żgurati l-postijiet fejn jinbiegħu l-prodotti għall-produtturi u l-provvisti għad-distributuri.

5.3

Il-kummerċ ġust għandu jkollu ċerti rekwiżiti, bħall-projbizzjoni tal-isfruttament fix-xogħol, speċjalment dak li jinvolvi t-tfal, kif ukoll ir-rispett tal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO), anke meta dan ma jkunx mitlub mil-liġijiet soċjali tal-pajjiż.

5.4

Il-kummerċ ġust jiżgura l-ħlas parzjali minn qabel għall-prodotti tal-ikel sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jiffinanzjaw il-materja prima.

5.5

Bla dubju l-proċess tal-manifattura tal-prodotti tal-ikel għandu jirrispetta l-ambjent, ir-riżorsi naturali u l-liġijiet fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.

5.6

Minħabba l-kummerċ ġust, jinħolqu impjiegi li huma soċjalment utli kemm ’il fuq kif ukoll ’l isfel fil-katina (u jwassal ukoll sabiex dawk l-aktar dgħajfa fis-soċjetà jerġgħu jsibu d-dinjità permezz tax-xogħol).

5.7

Il-kummerċ ġust jiżgura li ġenwinament ikun hemm traċċabbiltà u trasparenza totali, permanenti u pubblika tal-attivitajiet fl-istadji kollha tal-katina tal-proċess (kuntest, prezz, marġni, eċċ.).

5.8

Permezz tal-kummerċ ġust għandha tinbet ekonomija bbażata fuq is-solidarjetà f’perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli.

5.9

Il-kummerċ ġust għandu jiġi ġġudikat biss fuq azzjonijiet u impenji preċiżi u mhux sempliċement fuq intenzjonijiet tajba.

5.10

Il-kummerċ ġust huwa mod stabbilit sew kif titnieda politika dinjija ġdida għall-ikel li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem.

6.   Il-prodotti

6.1

Il-prodotti tal-ikel jiffurmaw il-biċċa l-kbira tad-dħul tal-kummerċ ġust. Fost dawn il-prodotti, il-kafè jiġi l-ewwel: prodotti oħra huma t-te, iċ-ċikkulata, il-frott imqadded, il-ħwawar, ir-ross, iċ-ċereali, iz-zokkor, l-għasel u l-ġamm. Dan l-aħħar dehru wkoll xi prodotti friski fis-suq iżda għadhom mhux mifruxa fin-netwerks tal-kummerċ ġust, minħabba li ma jmexxux daqshekk. Madankollu, qed naraw żieda qawwija fil-bejgħ tal-prodotti friski minn mindu l-koperattivi tal-konsumaturi u bejjiegħa bl-imnut privati oħra bdew ibigħu l-prodotti tal-kummerċ ġust.

6.2

Il-kummerċ ġust immirat biex jgħin itejjeb is-sitwazzjoni tal-produtturi ż-żgħar tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jippermetti t-twaqqif ta’ katini kumplessi tal-produzzjoni tal-ikel sabiex jinħolqu impjiegi li huma soċjalment sostenibbli.

6.3

Il-kummerċ ġust għandu jkun jista’ jitfa’ l-enfasi fuq il-ħtieġa li jiġu influwenzati parti ikbar mill-katini tal-produzzjoni biex dan il-proċess jingħata aktar importanza politika, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi tal-produtturi.

7.   Pajjiżi ewlenin

7.1

Il-pajjiżi kollha involuti fil-produzzjoni agrikola tal-kummerċ ġust huma pajjiżi tan-Nofsinhar. Il-kummerċ ġust, permezz tat-trasparenza relattiva tal-proċess ta’ negozjar tiegħu, xeħet id-dawl fuq kemm parti żgħira biss mill-prezz li jħallas il-konsumatur tibbenefika lill-produttur (għal kull EUR 100 li jintefqu, EUR 20 biss jerġgħu jidħlu fl-ekonomija lokali) u liema ammont mill-valur miżjud (pereżempju fl-ipproċessar u l-bejgħ fil-ħwienet) jibqa’ fid-dinja żviluppata. Il-kwistjoni vera hawnhekk hija jekk il-kummerċ ġust huwiex kapaċi jwassal għal tibdil dejjiemi fir-regoli tal-kummerċ internazzjonali.

8.   Leġiżlazzjoni jew ċertifikazzjoni

8.1

Il-Kumitat iħoss li ċ-ċertifikazzjoni toffri l-aħjar garanzija għall-konsumaturi. Iċ-ċertifikazzjoni hija proċess ta’ verifika minn korp indipendenti imparzjali akkreditat (wara proċess ta’ akkreditazzjoni) li jiċċekkja jekk servizz, prodott jew proċess huwiex konformi mar-rekwiżiti mniżżla fil-ħtiġijiet (dawn il-ħtiġijiet jistgħu jorbtu legalment jew le). B’hekk, għalkemm iċ-ċertifikazzjoni u l-akkreditazzjoni t-tnejn huma proċeduri ta’ verifika, l-akkreditazzjoni tiċċekkja l-ħiliet filwaqt li ċ-ċertifikazzjoni tiċċekkja li jkunu qed jikkonformaw ma’ sett ta’ rekwiżiti. L-isfida tal-kummerċ ġust, u b’mod aktar globali, dik tal-konsum etiku, responsabbli u ċiviku, hija li jiġu ddefiniti l-mezzi kif dan is-suċċess jista’ jiġi stabbilit sabiex:

1)

jiġu ggarantiti t-trasparenza, il-viżibbiltà u l-fehim tal-mod kif jaħdmu l-katini tal-kummerċ ġust. F’dan ir-rigward għandhom isiru kampanji ta’ informazzjoni biex jiġi spjegat il-mod kif jaħdem is-settur u l-isfidi tiegħu.

2)

jiġi ggarantit li mix-xiri ta’ prodott tal-ikel igawdu l-irħula u dawk li jgħixu fihom, kif ukoll l-iżvilupp tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

8.2

Għalhekk il-kummerċ ġust waqqaf sistemi ta’ garanziji, iżda l-leġittimità tagħhom ġejja mill-fatt li dawn ġew innegozjati u saru bl-involviment tad-diversi partijiet ikkonċernati.

Is-sistema ta’ garanzija mwaqqfa mill-FLO tiddefinixxi l-ħtiġijiet li l-prodotti jridu jirrispettaw;

Dawn il-ħtiġijiet u l-qafas ta’ referenza mwaqqaf mid-WFTO jindirizzaw il-prattiki tal-istrutturi involuti fil-kummerċ ġust.

8.3

L-FLO u d-WFTO qed jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi ta’ garanzija tagħhom ikunu komplementari. Biex dan iseħħ iridu jsibu l-punti ta’ konverġenza u ta’ koerenza bejn iż-żewġ approċċi. Sal-lum, kulma sar f’dan l-istadju kien inventarju.

8.4

Dawn is-sistemi ta’ verifika huma indispensabbli. Il-livell għoli tal-garanzija huwa essenzjali sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ sistemi ta’ leġiżlazzjonijiet differenti fil-pajjiżi tat-Tramuntana u fl-interess tal-konsumaturi. Il-korpi tal-kummerċ ġust diġà waqqfu sett ta’ rekwiżiti internazzjonali u qablu fuq Karta tal-Prinċipji tal-Kummerċ Ġust; huma jridu jkomplu jikkoperaw flimkien dwar sistema konġunta ta’ ċertifikazzjoni għall-produtturi.

9.   Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna għall-iżvilupp

9.1

Il-kummerċ ġust jgħin biex jitnaqqas il-faqar filwaqt li jinżammu s-sisien tal-iżvilupp sostenibbli.

9.2

Il-politika barranija tal-Unjoni Ewropea tista’ tippromovi l-iżvilupp tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-appoġġ biex il-produtturi agrikoli żgħar jitħeġġu biex jibdew jagħmlu kummerċ ġust jista’ jkun wieħed mill-kriterji għall-għoti tas-sussidji, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp sostenibbli f’dawn il-pajjiżi.

10.   L-isfidi tal-kummerċ ġust

10.1

Il-kummerċ ġust huwa bla dubju frott id-dinamiżmu kummerċjali, soċjali, edukattiv u politiku tal-atturi lokali u internazzjonali.

10.2

Il-kummerċ ġust huwa innovazzjoni soċjo-ekonomika, appoġġjata mis-soċjetà ċivili biex jinbidlu l-prattiki kummerċjali internazzjonali sabiex jikkunsidraw aktar l-aspett uman. Huwa għandu:

iżomm l-influwenza li għandu fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u ambjentali;

jikkonsolida il-bażi soċjali tiegħu mat-trejdjunjins, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-ambjentalisti u l-koperattivi tal-produtturi lokali;

ikabbar u jiddiversifika s-suq tiegħu, peress li n-negozjanti għandhom bżonn iwessgħu l-għażla ta’ prodotti u n-netwerks tagħhom;

jiżgura li l-produtturi jieħdu proporzjon ikbar tal-valur miżjud;

jgħin lill-produtturi tan-Nofsinhar jorganizzaw lilhom infushom biex b’hekk ikollhom aktar indipendenza;

jippromovi l-iżvilupp lokali u t-titjib tad-drittijiet fundamentali ekonomiċi, soċjali u kulturali;

ikun jista’ jtejjeb b’mod globali r-regoli u l-prattiki tal-kummerċ konvenzjonali.

11.   “Ġust” għall-produtturi Ewropej ukoll?

11.1

Il-prodotti agrikoli kollha tal-kummerċ ġust joriġinaw minn pajjiżi li qed jiżviluppaw. Minkejja dan, xi prodotti bħaz-zokkor, l-inbid u l-banana jiġu prodotti wkoll mill-pajjiżi Ewropej bi standards soċjali ħafna ogħla, u dan ifisser li dawn jistgħu jkunu iktar għoljin minn prodott ċertifikat bit-tikketta tal-kummerċ ġust.

11.2

Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni delikata, jeħtieġ li tinħoloq organizzazzjoni internazzjonali tal-produtturi minn dawn is-setturi biex jiġu identifikati kompromessi li jaqblu lil kulħadd.

12.   Il-kummerċ ġust, bażi ġdida għall-ekonomija

12.1

Ħafna organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem jikkundannaw l-effetti tal-kummerċ internazzjonali (id-WTO).

12.2

Id-diversi atturi u partijiet involuti fil-kummerċ ġust jiddistingwu ruħhom fil-livell dinji permezz ta’ differenzi kemm kwalitattivi kif ukoll kwantittativi. Wara kollox, hija l-ħila tagħhom li jkopru l-firxa wiesgħa tal-kummerċ ġust li tagħti valur lil dan l-approċċ u li tiftaħ il-possibbiltà li dan ikollu impatt sinifikanti.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  COM(2009) 215 finali.


Appendiċi I

Il-marġni tar-ritorn lill-produtturi meta mqabbel mal-kummerċ konvenzjonali

Kummerċ

Kafè

Te darjeeling

Zokkor

Quinoa

Ross Basmati

Konvenzjonali

5 %

7 %

2,5 %

6,7 %

6,5 %

Ġust

17 %

9,5 %

3,8 %

8,5 %

9,5 %


Appendiċi II

Eżempju tal-mod kif jinqasam il-prezz tar-ross Tajlandiż tad-ditta Max Havelaar:

15 % l-produttur

26 % spejjeż tal-ipproċessar

2 % dazji

57 % spejjeż tal-ippakkjar u d-distribuzzjoni.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/35


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dimensjoni tat-Tramuntana taż-żoni żvantaġġati” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/07

Relatur: is-Sur Kaul NURM

Nhar is-26 ta’ Frar 2009, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

Id-dimensjoni tat-Tramuntana taż-żoni żvantaġġati

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Kaul NURM.

Matul il-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’175 vot favur, vot kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni, li jinkludu s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, għadhom importanti daqs kemm kienu fil-passat u jitolbu li l-biedja tibqa’ titħares fl-Ewropa kollha inkluż fir-reġjuni tat-Tramuntana.

1.2

Din l-opinjoni tiffoka fuq il-karatteristiċi naturali, klimatiċi u ġeografiċi u l-problemi tar-reġjuni tat-Tramuntana tal-UE fejn il-biedja hija soġġetta għal ċerti limiti li timponi l-klima ħarxa u li jitolbu sforz u spejjeż ikbar min-naħa tal-bdiewa minn dak tal-kollegi tagħhom f’kundizzjonijiet agroklimatiċi iktar favorevoli.

1.3

L-ispejjeż tal-biedja fiż-żoni tat-Tramuntana huma ogħla u l-produzzjoni hija konsiderevolment iktar baxxa minn tar-reġjuni li jinsabu f’żoni iktar vantaġġati. Il-futur tal-biedja f’dawn ir-reġjuni huwa inċert kemm minħabba l-profitt li dejjem jonqos kif ukoll minħabba l-motivazzjoni tal-bdiewa li qed tkompli tiddgħajjef. Dan il-periklu jista’ jiġi evitat permezz ta’ strumenti adegwati tal-politika tal-agrikoltura.

1.4

Fir-reġjuni bi żvantaġġi naturali, l-art għandha tkompli titħaddem sabiex jitħares il-pajsaġġ rurali tradizzjonali u jitħarsu ż-żoni b’valur għoli ta’ protezzjoni naturali. Dan jista’ jsir permezz ta’ ħlas ta’ kumpens għaż-żoni żvantaġġati bil-kundizzjoni li jingħata appoġġ iktar rigoruż u effiċjenti minn qabel lir-reġjuni fl-ikbar periklu li l-art agrikola tagħhom ma tibqax titħaddem.

1.5

Barra milli jiġu stabbiliti kriterji ġodda li jiddefinixxu r-reġjuni bi żvantaġġi naturali, jeħtieġ li neżaminaw mill-ġdid il-prinċipji tal-finanzjament ta’ din l-inizjattiva sabiex inkunu nistgħu niksbu effetti konkreti u pożittivi. Possibbiltà li tista’ tiġi kkunsidrata hija li l-ħlas ta’ kumpens għaż-żoni żvantaġġati jiġi integrat fl-ewwel pilastru tal-PAK. Is-sistema attwali fejn il-ħlas dirett huwa bbażat fuq il-livelli storiċi tal-ħsad tiffavorixxi lill-bdiewa taż-żoni iktar vantaġġati. Il-ħlas ta’ kumpens ma jikkumpensax biżżejjed il-kundizzjonijiet li jiżvantaġġaw il-produzzjoni fiż-żoni bi żvantaġġi naturali.

1.6

Fil-futur, huwa u jiġi kkalkulat il-ħlas ta’ appoġġ għaż-żoni żvantaġġati, għandhom jitqiesu l-ispejjeż involuti kollha li kien hemm bżonn f’kull reġjun individwali sabiex jingħelbu l-iżvantaġġi naturali u l-kundizzjonijiet li jiżvantaġġaw il-produzzjoni kollha. Iktar ma jkunu ħżiena l-kundizzjonijiet naturali, iktar għandu jkun ogħla l-ħlas ta’ kumpens. Madanakollu jeħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll il-limiti massimi u minimi.

1.7

Huma u jiġu stabbiliti l-iżvantaġġi naturali m’għandhiex titqies biss it-temperatura globali pożittiva matul il-perijodi tal-veġetazzjoni, iżda għandha titqies ukoll it-temperatura globali negattiva tal-perijodi tax-xitwa tar-reġjun partikolari.

1.8

Iż-żoni tat-Tramuntana jinsabu ‘l bogħod mis-swieq il-kbar tal-Ewropa. Ir-reġjuni rurali tat-Tramuntana għandhom densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u l-art agrikola tagħhom hija frammentata. Dawn l-elementi jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-biedja. Sabiex ma tkomplix tonqos il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni u sabiex il-biedja tinżamm ħajja hemm bżonn ta’ ħlas ta’ kumpens mill-fondi għaż-żoni żvantaġġati. Għalhekk il-KESE jirrakkomanda li d-densità baxxa tal-popolazzjoni titqies ukoll huma u jiġu stabbiliti l-kriterji li jiddefinixxu r-reġjuni żvantaġġati u għandhom jiġi stabbiliti kriterji addizzjonali li jappoġġjaw il-biedja fiż-żoni mimlija foresti.

1.9

Il-KESE jirrakkomanda li huma u jitfasslu u jiġu stabbiliti l-kriterji tad-definizzjoni l-ġdida tar-reġjuni żvantaġġati (iż-żoni bi żvantaġġi naturali), għandhom jitqiesu l-karatteristiċi naturali, klimatiċi u soċjoekonomiċi taż-żoni tat-Tramuntana li jissemmew f’din l-opinjoni. Possibbiltà tista’ tkun li dawn iż-żoni jiġu definiti bħala żoni speċjali bħar-reġjuni muntanjużi.

2.   L-isfond

2.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew diġà indirizza l-kwistjoni taż-żoni żvantaġġati f’opinjonijiet preċedenti tiegħu (1).

2.2

Fil-21 ta’ April 2009, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha COM(2009) 161 finali fejn tipproponi li tbiddel il-prinċipji li jiddefinixxu ż-żoni żvantaġġati u li tistabbilixxi kriterji ġodda. Fost affarijiet oħra, il-Kummissjoni tipproponi li dawn iż-żoni jibdew jissejjħu “żoni bi żvantaġġi naturali”. Il-KESE jilqa’ dan l-approċċ ġdid.

2.3

Is-suq uniku tal-UE jiggarantixxi l-moviment ħieles tal-oġġetti u s-servizzi, għalhekk, fil-perijodu fit-tul, il-produzzjoni agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana, fejn l-ispejjeż għal kull unità huma ogħla, ma tistax tkompli għaddejja mingħajr appoġġ speċjali. Dan jolqot is-sostenibbiltà soċjali u ekoloġika u l-bijodiversità ta’ dawn iż-żoni b’mod negattiv.

2.4

Ir-regoli li japplikaw għar-reġjuni żvantaġġati u l-effetti tagħhom ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Peress li tintuża firxa sħiħa ta’ kriterji, ir-regoli attwali dwar is-sussidji għar-reġjuni żvantaġġati ma jqisux biżżejjed il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jirriżultaw mill-karatteristiċi naturali u klimatiċi u b’riżultat ta’ dan, dawn il-kundizzjonijiet jiġu kkumpensati b’mod inadegwat u sproporzjonat.

2.5

Fuq perijodu fit-tul, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel tal-Ewropa u tad-dinja tirrikjedi tradizzjoni tal-biedja ħajja fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Unjoni Ewropa fejn, b’riżultat tat-tisħin globali, il-klima mistennija titjieb matul il-ħamsin u l-mitt sena li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, ir-reġjuni tan-Nofsinhar ser jinxfu u l-produzzjoni agrikola fl-Ewropa x’aktarx ser ikollha timxi lejn it-Tramuntana.

3.   Il-karatteristiċi naturali u klimatiċi partikolari tar-reġjuni tat-Tramuntana, ħarsa ġenerali lejn il-problemi u ġustifikazzjoni tat-trattament speċjali ta’ dawn ir-reġjuni

3.1

Il-biedja fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Unjoni Ewropea tvarja minn dik taċ-ċentru u n-Nofsinhar tal-kontinent. Il-perijodu tal-veġetazzjoni huwa ħafna iqsar bħalma huma l-perijodi ta’ temperaturi li jippermettu t-tkabbir tal-uċuħ tar-raba’, filwaqt li l-umdità hija eċċessiva matul il-biċċa l-kbira tas-sena. L-ammont ta’ xita ta’ matul is-sena jvarja minn perijodu għal ieħor: fir-rebbiegħa u s-sajf, meta jinbtu u jikbru l-pjanti ma tagħmilx biżżejjed xita, filwaqt li fil-ħarifa tagħmel ħafna xita u jkun diffiċli li l-ħsad isir fil-ħin, u dan jolqot ukoll il-kwalità tiegħu.

3.2

Ix-xtiewi twal u b’riżultat ta’ dan il-ġlata tal-ħamrija għandhom effett konsiderevoli fuq il-biedja fir-reġjuni tat-Tramuntana. It-temperaturi jistgħu jinżlu għal saħansitra -40 °C. Il-penetrazzjoni tal-ġlata fil-ħamrija sseħħ f’temperaturi taħt iż-żero u l-fond tas-silġ pereżempju fil-Latvja u fl-Estonja jista’ jammonta għal madwar metru, u fit-Tramuntana tal-Finlandja u l-Isvezja anki madwar żewġ metri. Il-proċessi li jwasslu biex jinħall is-silġ u l-ġlata ta’ fuq il-ħamrija huma twal u iebsin u jittardjaw iż-żrigħ tar-rebbiegħa u l-bidu tal-perijodu tal-veġetazzjoni. Dejjem skont il-latitudni u d-distazna mill-baħar, iż-żrigħ tar-rebbiegħa fiż-żoni tat-Tramuntana jseħħ bejn l-aħħar ta’ April u nofs Ġunju. Għalhekk huma u jitfasslu l-kriterji tad-definizzjoni taż-żoni żvantaġġati għandha tiġi kkunsidrata t-temperatura globali negattiva tar-reġjun partikolari.

3.3

Il-kostruzzjoni tal-bini f’dawn ir-reġjuni titlob spejjeż ogħla għax il-pedamenti jridu jkunu iktar fondi mill-ġlata, il-pajpijiet tal-ilma u l-kanali jridu jgħaddu minn taħtha u l-ħitan ta’ barra tal-bini jridu jiġu iżolati wkoll. Barra minn hekk, it-tisħin tal-bini fix-xitwa u t-tneħħija tas-silġ jirrikjedu spejjeż sostanzjali oħra.

3.4

B’riżultat tal-fatt li s-saff tal-ħamrija fiż-żoni tat-Tramuntana ifforma f’perijodu qasir li beda wara tmiem l-era glaċjali, huwa iktar irqiq u l-ħamrija għandha kwalità u tessitura differenti: normalment il-ħamrija ta’ dawn iż-żoni tkun imxarrba, f’ċertu partijiet magħmula minn ġebel, taflija u ramlija ħafna u mimlija pit. Sabiex din it-tip ta’ ħamrija tkun tista’ jittejjeb, iridu jiġu investiti somom kbar b’mod partikolari biex jiġu installati u miżmuma sistemi tad-dranaġġ tal-ilma kif ukoll biex jintefa’ fih il-ġir.

3.5

Ir-reġjuni tat-Tramuntana huma kkaratterizzati minn strutturi tal-wiċċ magħmula minn għoljiet u fframmentati b’riżultat tal-fenomeni glaċjali u hawn jiddominaw foresti fqar, art mistgħadra u ambjent naturali ieħor. Għalhekk l-għelieqi tajbin għall-biedja huma fframmentati, żgħar u mxerrda. F’ħafna żoni id-daqs medju ta’ għalqa ta’ intrapriża agrikola huwa inqas minn ettaru u l-għelieqi l-oħra huma mxerrda fil-foresti, ’il bogħod ħafna mid-dar tar-razzett. Għalhekk l-użu ta’ magni ikbar u iktar effiċjenti mhuwiex possibbli u fl-istess waqt jiżdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-biedja u t-trasport (fil-farm stess). Żvantaġġi naturali bħal dawn ma jistgħux jiġu kkumpensati permezz ta’ rikors għal uċuh tar-raba’ oħra jew mezzi oħra li jżidu l-effiċjenza tagħha. Għalhekk jeħtieġ li japplikaw il-kriterji addizzjonali li jqisu l-iżvantaġġi naturali taż-żoni mimlija foresti. Wieħed mill-kriterji jista’ jkun l-ammont ta’ art agrikola għal kull ettaru. Waħda mill-miżuri favur iż-żoni żvantaġġati għandha tkun ukoll il-kumpens tal-miżuri addizzjonali tat-trasport li ġġarrab l-intrapriża agrikola f’dawn iż-żoni.

3.6

Id-densità tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali tar-reġjuni tat-Tramuntana hija baxxa ħafna. Bl-eċċezzjoni tal-irħula l-kbar, id-densità tal-popolazzjoni hija ta’ 10 abitanti għal kull kilometru kwadru. Dan l-ammont jinżel għal inqas minn tliet abitanti fż-żoni remoti. Dan joħloq spejjeż tat-trasport għolja kemm fil-produzzjoni tal-biedja kif ukoll sabiex jiġi żgurat aċċess għall-faċilitajiet pubbliċi u privati. Fis-seklu 20, il-mekkanizzazzjoni ġabet magħha żieda kbira fil-produzzjoni tax-xogħol fit-Tramuntana tal-Ewropa u ntilef ħafna xogħol fiż-żoni rurali. Id-densità baxxa tal-popolazzjoni u s-servizzi li rriżultat minn dan bdiet issir raġuni għalfejn jitilqu n-nies miż-żoni rurali fejn ħafna abbandunaw il-biedja u ma kienx hemm ġenerazzjoni żagħżugħa biex tieħu l-irziezet taħt idejha hi. Madanakollu, flimkien mal-foresterija u t-turiżmu, il-biedja hija l-pedament ekonomiku u soċjali tal-ħajja rurali fil-pajjiżi tat-Tramuntana. Il-komunitajiet rurali huma ħafna iżgħar u għalhekk l-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi għal kull ras pereżempju għall-iskejjel u l-edukazzjoni informali huma ħafna ogħla. Fiż-żoni rurali b’densità tal-popolazzjoni baxxa l-ħajja hija iktar għolja għax il-ftit abitanti jiffurmaw klijentela żgħira ta’ nies li jikkunsmaw l-oġġetti u s-servizzi. Iż-żoni remoti tar-reġjuni tat-Tramuntana huma wisq ’il bogħod miċ-ċentri l-kbar biex in-nies ikunu jistgħu jivvjaġġaw biex imorru jaħdmu fiċ-ċentru ta’ kuljum jew għas-servizzi li jiġu bżonn. Waħda mill-miżuri favur iż-żoni żvantaġġati għandha tkun il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali tat-trasport miċ-ċentri (is-suq) għall-intrapriżi agrikoli remoti.

3.7

Iktar ma joqogħdu ftit nies fiż-żoni rurali iktar issir għolja ħajjithom għax ikunu jridu jkopru iktar distanzi biex ikollhom aċċess għall-oġġetti, is-servizzi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni eċċ. Għalhekk iż-żamma u l-ħolqien tax-xogħol fil-biedja u setturi oħra fiż-żoni b’densità tal-popolazzjoni baxxa huma importanti ħafna. Irid isir sforz kemm min-naħa tal-Politika Agrikola Komuni kif ukoll min-naħa tal-politika reġjonali sabiex dan iseħħ. L-implimentazzjoni ta’ din il-politika b’suċċess ser tiddetermina jekk jistax jinstab bilanċ bejn il-migrazzjoni rurali-urbana, jekk it-tluq tan-nies miż-żoni rurali jistax jieqaf u jekk in-nixfa ekonomika u soċjali fir-reġjuni periferali tistax tispiċċa. Għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea kollha importanti li ma tkomplix tonqos il-popolazzjoni ta’ dawn iż-żoni li jiffurmaw il-fruntieri tal-UE.

3.8

Il-foresti u l-art mistgħadra tar-reġjuni tat-Tramuntana flimkien ma’ firxa estensiva ta’ art agrikola u l-ekosistemi seminaturali huma sorsi ta’ diversità naturali u tal-ispeċi. Apparti dan, ir-reġjuni tat-Tramuntana jservu ta’ post fejn ibejtu miljuni ta’ għasafar tal-passa li jfittxu l-ikel tagħom fl-għelieqi u l-megħrat naturali ta’ dawn l-inħawi.

3.9

B’riżultat tal-iżvantaġġi nautrali u l-ispejjeż tat-trasport marbuta mal-frammentazzjoni tal-art agrikola u d-densità tal-popolazzjoni baxxa, il-qligħ mill-intrapriżi agrikoli fiż-żoni tat-Tramuntana huwa iktar baxx u d-dħul iġġenerat jerġa’ iktar baxx. Dan jispjega l-ħlasijiet diretti baxxi li għadhom japplikaw s’issa taħt l-ewwel pilastru tal-PAK. Fir-reġjuni tat-Tramuntana bi żvantaġġi naturali, it-tħaddim tal-art agrikola, il-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-ħarsien tal-pajsaġġ naturali jistgħu jinkisbu biss jekk il-bdiewa jkollhom garanzija ta’ qligħ komparabbli ma’ dak tal-kollegi tagħhom f’żoni iktar favorevoli. Jekk dan ma jkunx il-każ, in-nies se jitilqu mill-irħula, l-art agrikola ma tibqax titħaddem, l-art li kienet tintuża għall-mergħa u għall-biedja titwarrab u ma tibqax produttiva. Il-KESE jissuġġerrixxi lill-Kummissjoni Ewropea li tistudja l-karatteristiċi tar-reġjuni tat-Tramuntana biex fejn ikun hemm bżonn dawn iż-żoni jiġu definiti bħala żoni speċjali bħar-reġjuni muntanjużi.

3.10

L-iżvantaġġi naturali jvarjaw minn reġjun għal ieħor kemm fit-tip kif ukoll fil-firxa tagħhom. Għalhekk fil-futur, huwa u jiġi kkalkulat il-ħlas ta’ appoġġ għaż-żoni żvantaġġati, għandhom jitqiesu l-ispejjeż involuti kollha li kien hemm bżonn f’kull reġjun individwali sabiex jingħelbu l-iżvantaġġi naturali u l-kundizzjonijiet li jiżvantaġġaw il-produzzjoni kollha. Iktar ma jkunu ħżiena l-kundizzjonijiet naturali, iktar għandu jkun ogħla l-ħlas ta’ kumpens. Madanakollu jeħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll il-limiti massimi u minimi.

4.   Il-limiti naturali għall-biedja tal-ħrit, ħarsa lejn il-problemi prinċipali u ġustifikazzjoni tat-trattament speċjali ta’ dawn iż-żoni

4.1

Ix-xtiewi kiesħa, il-perijodi tal-veġetazzjoni qosra, it-temperatura globali effettiva baxxa u x-xita, li titlob investiment kbir fis-sistemi tad-dranaġġ tal-ilma, kollha jolqtu l-biedja tal-ħrit. Dejjem skont il-materjal li jintuża, is-sistemi tad-dranaġġ għandhom ħajja ta’ madwar ħamsin sena u wara jkunu jridu jinbidlu. Barra minn hekk, kull sena dawn jirrikjedu spejjeż addizzjonali għall-kura u l-manutenzjoni. Sabiex il-ħamrija mxarbba tkun tista’ tiġi kkultivata hemm bżonn tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dranaġġ.

4.2

Il-ħamrija taż-żoni tat-Tramuntana ħafna drabi tkun aċiduża minħabba l-blat tal-qiegħ kristallin jew ramli. Sabiex jiġu kkultivati, dawn l-għelieqi jirrikjedu l-ġir kull sitta jew tmien snin. Dan jinvolvi spejjeż li ma jeżistux fiż-żoni fejn il-pH tal-ħamrija huwa newtrali. Dan il-proċess ma jsirx biex titejjeb il-fertilità tal-ħamrija. Il-ġir huwa sempliċiment indispensabbli għall-kultivazzjoni tal-ħamrija aċiduża u sabiex din titħares minn żvantaġġi naturali permanenti. Fil-fehma tal-KESE, il-problema tal-ħamrija aċiduża għandha titqies iktar minn qabel hija u tiġi stabbilita d-definizzjoni taż-żoni żvantaġġati u huma u jitfasslu l-kriterji l-ġodda.

4.3

Fir-reġjuni tat-Tramuntana, iċ-ċereali li jinħasdu jridu jitnixxfu f’magni speċjali għax ħafna drabi l-kontenut tal-ilma li jżommu fihom jammonta għal madwar 30 %. Sabiex ikunu jistgħu jinħażnu, dan l-ammont irid jinżel għal bejn 12 % u 14 %. Il-kostruzzjoni tal-magni biex inixxfu ċ-ċereali titlob investimenti kbar u l-enerġija li tintuża għat-tnixxif hija sors ta’ spejjeż addizzjonali oħra. L-ispejjeż involuti għall-magni u l-faċilitajiet tat-tnixxif jistgħu jitilgħu għal madwar EUR 300 000 u kull installazzjoni għandha ħajja ta’ bejn għaxar u ħmistax-il sena, skont kemm tintuża. Skont id-data li taw l-intrapriżi agrikoli, l-ispiża medja għat-tnixxif tammonta għal bejn EUR 20 u EUR 25 għal kull tunnellata minkejja li l-ammont ta’ ilma fiċ-ċereali u l-enerġija li tintuża għat-tnixxif tinbidel minn sena għall-oħra. B’rendiment medju ta’ madwar tlieta jew erba’ tunnellati għal kull ettaru fir-reġjuni tat-Tramuntana, dan iżid l-ispejjeż tal-produzzjoni b’bejn EUR 60 u EUR 100 għal kull ettaru.

4.4

L-uċuħ tar-raba’ li jiġu kkultivati jridu jkunu reżistenti għall-kesħa u għall-ġlata ta’ mal-lejl, kundizzjoni li tkompli sa Ġunju. B’riżultat ta’ dan il-ħsad ikun iżgħar. Il-perijodi iqsar ta’ veġetazzjoni ma jippermettux il-kultivazzjoni ta’ varjazzjonijiet li jitolbu iktar żmien, li jikbru iktar f’temperaturi ogħla, kemm ta’ matul il-ġurnata kif ukoll ta’ matul il-lejl u li jistgħu jgħinu sabiex inaqqsu l-ispejjeż tat-trobbija tal-bhejjem tal-fart. Għalhekk f’dawn ir-reġjuni l-bhejjem jieklu l-ħaxix tal-ħażna li huwa iktar ogħli mill-qamħirrun.

4.5

Il-ġlata ta’ mal-lejl thedded b’mod partikolari il-kultivazzjoni tas-siġar tal-frott, tal-frott żgħir u l-ħaxix. Mill-inqas darba kull għaxar snin, il-perijodi tat-tinwir jesperjenzaw ġlata ta’ mal-lejl tant kiefra li teqred il-ħsad kollu. Minkejja li jeżistu diversi modi ta’ kif tista’ tiġi evitata ħsara bħal din, bħal pereżempju permezz tat-tisqija bil-friefet, smokescreens u “kutri” għal kontra l-ġlata, dawn il-metodi jinvolvu iktar spejjeż u xogħol.

4.6

Minħabba l-perijodi ta’ veġetazzjoni qosra, il-ħidma fl-għelieqi trid issir f’qasir żmien. Dan jirrikjedi ammont ikbar ta’ magni li jżid l-investiment medju għal kull ettaru.

5.   Il-limiti naturali għat-trobbija tal-bhejjem, ħarsa lejn il-problemi prinċipali u ġustifikazzjoni tat-trattament speċjali ta’ dawn iż-żoni

5.1

Fit-Tramuntana, il-bhejjem jirgħu għal perijodu iqsar (minn nofs Mejju sal-aħħar ta’ Settembru) għalhekk irid jinħażen ħafna għalf għax-xitwa u dan iżid l-ispejjeż tal-produzzjoni. Barra minn hekk ikunu jridu jinbnew imħażen speċjali għall-għalf. Ħafna drabi, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-ħaxix ma jkunx jista’ jibda jinħasad fil-ħin u b’hekk jonqos il-valur sustanzjuż tiegħu. Xita frekwenti matul il-ħsad tas-silla jew il-ħaxix tista’ twassal għal deterjorament tal-kwalità tal-għalf.

5.2

L-ispejjeż tal-bini u l-faċilitajiet għat-trobbija tal-annimali huma ogħla f’dawn ir-reġjuni minn ta’ dawk fejn il-klima hija iktar sħuna għax il-pedamenti tagħhom iridu jkunu iktar fondi mis-saff tal-ġlata u l-pajpijiet tal-ilma u l-kanali jridu jgħaddu minn taħt il-ġlata (pereżempju fl-Estonja fond ta’ mill-inqas 1,2 metri).

5.3

Barra minn hekk sabiex il-btieħi tal-irziezet u t-toroq li jużaw jitnaddfu mis-silġ hemm bżonn li jsiru iktar spejjeż. L-uċuh tat-toroq iridu jinbidlu kull 5 jew 10 snin minħabba l-ħsara tal-ġlata. Id-densità baxxa tal-popolazzjoni tfisser li l-pajjiżi tat-Tramuntana jkollhom toroq fejn il-wiċċ ma jkunx maħdum, jiġifieri jkun tat-trab jew żrar. Sabiex jinżammu u jittejbu dawn ir-rotot hemm bżonn ta’ finanzi addizzjonali, b’mod partikolari sabiex jitħarsu mill-ħsara fir-rebbiegħa u għall-prevenzjoni tat-trab fis-sajf.

5.4

L-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull kilo ħalib huma iktar għolja fiż-żoni b’densità tal-popolazzjoni baxxa minn taż-żoni fejn jgħixu iktar nies u l-biedja hija intensiva għax id-distanzi involuti fit-trapsortazzjoni tal-ħalib huma itwal. F’uħud mill-gżejjer tal-baħar u l-gżejjer interni pereżempju, il-produzzjoni tal-ħalib m’għadhiex isseħħ għax minħabba l-ispejjeż tat-trasport ma baqgħitx iġġib qligħ. Fattur ieħor li jżid l-ispejjeż f’dawn iż-żoni huwa t-trasport ta’ oġġetti bżonjużi għall-biedja lejn l-intrapriżi agrikoli.

6.   Il-preservazzjoni tal-irziezet u tal-ħajja rurali fir-reġjuni tat-Tramuntana għandha sinifikat għall-Ewropa kollha

Il-preservazzjoni tal-biedja u l-isforzi sabiex ma tkomplix tonqos il-popolazzjoni fiż-żoni rurali tar-reġjuni tat-Tramuntana huma fatturi importanti għall-Ewropa kollha għaliex ser jikkontribwixxu sabiex:

il-popolazzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni jkollhom il-prodotti tal-ikel lokali tagħhom u sabiex fil-każ tat-tisħin globali l-UE jkollha provvista tal-ikel sigura;

jinżammu x-xogħlijiet u b’hekk ma tkomplix tonqos il-popolazzjoni fiż-żoni rurali;

titħares u f’ħafna każijiet anki tiżdied id-diversità bijoloġika;

il-pajsaġġ jibqa’ aċċessibbli u attraenti għat-turisti u l-industrija tad-divertiment u

tiġi żgurata s-sigurtà taż-żoni fil-fruntieri tal-UE.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 86; ĠU C 44, 16.2.2008, p. 56 u ĠU C 120, 16.5.2008, p. 47.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/39


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Nippromovu l-politiki u l-programmi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-utenti finali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/08

Relatur: is-Sur CAPPELLINI

Nhar l-10 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

Nippromovu l-politiki u l-programmi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-utenti finali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur CAPPELLINI.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’126 vot favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) kien involut fl-aħħar konsultazzjoni dwar id-diversi temi tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-varji dimensjonijiet tagħhom (id-dimensjoni esterna, l-isfidi relatati mal-enerġija fuq perijodu qasir u fit-tul, il-politiki dwar il-provvista u s-sigurtà tal-enerġija), fil-kuntest ta’ politika tal-enerġija ekonomikament vijabbli u sostenibbli. Jenfasizza l-importanza li jiġu promossi u msaħħa r-riżultati miksuba waqt il-ġranet iddedikati għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija organizzati mill-KESE b’kollaborazzjoni mal-atturi kkonċernati kollha, l-utenti finali u l-Istati Membri. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament il-ġdid jaġixxu bis-sħih fuq ir-rakkomandazzjonijiet li diġà ħareġ fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu (1).

1.2

Barra minn hekk, il-Kumitat iqis li l-implimentazzjoni ta’ politika tal-enerġija li tippromovi l-effiċjenza u t-teknoloġiji “nodfa” l-ġodda tista’ tkun soluzzjoni mhux biss għall-kwistjoni ambjentali iżda wkoll għat-tnaqqis tad-dipendenza fil-provvista tal-enerġija u saħansitra sabiex jiġu ffaċċjati l-ispejjeż għoljin tal-materja prima u l-konsegwenzi tagħhom fuq l-utenti finali.

Il-KESE jirrakkomanda li jissaħħu l-isforzi favur il-parteċipazzjoni sistematika tal-utenti finali (u b’mod speċjali tal-konsumaturi u l-intrapriżi ż-żgħar) fil-kuntest tar-ristrezzjonijiet il-ġodda stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f’ Marzu 2007 u tal-miżuri li għandhom l-għan li jtaffu l-kriżi ekonomika attwali.

1.3

Il-KESE huwa tal-fehma li s-sħubija soċjali Ewropea u nazzjonali tista’ twitti t-triq għal involviment akbar tal-konsumaturi finali tal-enerġija, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar, l-organizzazzjonijiet tagħhom, is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-livell lokali u l-kooperattivi. Dan iwassal għal kontribut aktar b’saħħtu għall-ksib tal-objettivi Ewropej fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-ekonomija ekoloġika. Dan l-impenn, jekk jiġi inidirizzat fl-ambitu l-aktar adattat bħal pereżempju l-aġenda tad-djalogu soċjali Ewropew inkluż fil-livell settorjali, jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għal żieda fl-impjiegi u għall-ħolqien ta’ professjonijiet ikkwalifikati ġodda marbuta mas-settur tal-enerġija u mat-tixrid ta’ servizzi ġodda.

1.4

Il-KESE jemmen li l-għażla li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-politiki tal-enerġija għandha tħeġġeġ ukoll, kemm fis-suq intern kif ukoll fis-swieq nazzjonali, it-tisħiħ ta’ strateġija ta’ żvilupp sostenibbli kif ukoll kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika usa’ li tagħti ħajja ġdida lill-investiment pubbliku u privat u tinkludi forom ta’ “kooperazzjoni msaħħa” bejn l-Istati Membri tal-UE.

1.5

Il-Kumitat jesprimi d-dispjaċir u t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ data omoġenji u dettaljati dwar l-effiċjenza tal-enerġija fl-użu finali. Minħabba dan in-nuqqas huwa diffiċli li jiġu stabbiliti indikaturi li jkunu statistikament “sodi” u armonizzati, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ data storika fil-livell Ewropew aċċessibbli għall-utenti finali.

Il-KESE jtenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jfasslu fiż-żmien mixtieq il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (NEEAP), skont ma kien mitlub fid-Direttiva kkonċernata.

1.6

Barra minn hekk, il-KESE jqis li, biex fil-livell nazzjonali titħeġġeġ implimentazzjoni kompleta, omoġenja u aktar rigoruża tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jeħtieġ minnufih li, b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri u wara konsultazzjoni sistematika mal-korpi li jirrappreżentaw lill-utenti finali, tinħoloq sistema Ewropea ta’ monitoraġġ aċċettata li tkun ġusta u li tippermetti li l-kontijiet tal-enerġija jkunu jistgħu jinqraw u jitqabblu faċilment.

1.7

Barra minn hekk, il-KESE jqis li biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jeħtieġ li jissaħħaħ l-aspett settorjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu aktar attivitajiet ta’ segwitu u jtejbu l-analiżi tal-impatt tagħhom. Fil-fatt, il-politiki tal-enerġija għandhom impatt differenti skont it-tip ta’ attività ekonomika, kemm fil-każ ta’ intrapriżi li jikkunsmaw l-enerġija (l-isfidi li jiffaċċjaw dawn l-intrapriżi jvarjaw skont il-livelli ta’ konsum, it-tip ta’ proċessi, eċċ.) kif ukoll fil-każ ta’ intrapriżi li joperaw fid-diversi setturi tal-qasam tal-enerġija (pereżempju manifatturi u installaturi ta’ impjanti, fornituri tas-servizzi tal-enerġija, kumpaniji li joperaw fis-settur tal-bini, eċċ.), li għandhom potenzjal qawwi għall-iffrankar tal-enerġija li għadu ma ġiex sfruttat.

1.8

Barra minn hekk, il-KESE jemmen li l-programmi Ewropej, bħall-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa (IEE), fost oħrajn, għandhom jiġi ssemplifikati minnufih. L-utenti finali għandhom jiġu involuti aktar f’dawn il-programmi u l-miżuri tagħhom għandhom ikunu aktar koerenti u integrati, bħal fil-każ tal-programm ECAP. Għaldaqstant, ġie propost li jitnieda programm integrat ġdid bil-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet għall-benefiċċju tal-utenti finali.

Il-KESE jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-intrapriżi jinvestu biżżejjed riżorsi fir-riċerka applikata u fit-trasferiment tagħha lejn l-utenti finali, fil-ksib ta’ ffrankar permezz tal-użu tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fil-professjonijiet tekniċi u dawk li jiddependu mit-teknoloġija avvanzata, kif ukoll fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija u jirrakkomanda kooperazzjoni internazzjonali usa’ f’dan is-settur.

1.9

Il-KESE jemmen li l-UE għandha tadotta minnufih politiki u strumenti fiskali u ta’ aċċess għall-kreditu maħsuba biex jagħtu appoġġ lill-iffrankar tal-enerġija, li jgħinu lill-utenti finali kollha, b’mod partikolari lill-SMEs u s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, li, individwalment jew kollettivament, jużaw mudelli ta’ produzzjoni aktar effiċjenti u sostenibbli.

Il-KESE huwa konxju tal-fatt li l-edukazzjoni u t-taħriġ jaqdu rwol kruċjali biex titrawwem kultura tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell Ewropew u b’hekk jipproponi li titnieda konsultazzjoni speċjali fil-livell Ewropew u nazzjonali bejn l-imsieħba soċjali u l-partijiet kollha interessati sabiex il-fondi Ewropej eżistenti jiġu allokati mill-ġdid, billi jissaħħu l-kwalifiki u l-aspetti professjonali relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u billi jitħeġġu l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku inġenerali kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tiegħu.

2.   Objettivi tad-Direttiva Ewropea 2006/32/KE

2.1

Id-Direttiva Ewropea 2006/32/KE kellha l-għan li:

ittejjeb “l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija”, sabiex tikkontribwixxi għat-titjib fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija,

tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ gassijiet oħra b’effett ta’ serra fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tisfrutta b’mod ekonomikament effiċjenti l-possibbiltajiet ta’ ffrankar tal-enerġija mil-lat tal-infiq, billi tagħti spinta wkoll lill-innovazzjoni u lill-kompetittività.

Għal dan il-għan, id-Direttiva tistabbilixxi għadd ta’ objettivi ġenerali, fosthom:

li tipprovdi l-objettivi indikattivi ta’ ffrankar lill-Istati Membri kif ukoll il-mekkaniżmi adegwati biex jilħqu dawn l-objettivi;

li tiddefinixxi l-oqfsa istituzzjonali, finanzjarji u legali neċessarji biex jitneħħew l-ostakoli u l-imperfezzjonijiet eżistenti tas-suq li jxekklu l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija;

li toħloq il-kundizzjonijiet għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ suq għas-servizzi tal-enerġija u b’mod partikolari għall-SMEs.

li tikseb objettiv indikattiv nazzjonali totali ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ 9 % għad-disa’ sena tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li għandha tinkiseb permezz ta’ servizzi tal-enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-fażi ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/32/KE kienet inadegwata fir-rigward tal-objettivi ambizzjużi tal-bidu stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

uħud mill-miżuri kienu ineffettivi wisq u setgħu jiġu evitati faċilment waqt il-proċessi ta’ traspożizzjoni fil-livell nazzjonali;

il-Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali u d-dispożizzjonijiet għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri ma kinux koerenti u effettivi biżżejjed meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva;

il-programmi u l-miżuri relatati ma kinux ikkoordinati biżżejjed u kienu frammentati wisq;

fin-nuqqas ta’ data u informazzjoni omoġenja, indispensabbli biex isiru monitoraġġ u valutazzjoni tal-impatt tad-Direttiva fuq l-utenti finali, l-inizjattiva ma kenitx adegwata u ma setgħetx tipprovdi elementi utli għal żvilupp koerenti u sostenibbli tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-UE.

L-esperjenza attwali qiegħda turi li huma biss uħud mis-27 Stat Membru li implimentaw politiki tal-enerġija b’saħħithom u strutturati sew biex iħeġġu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, billi jniedu proċess ta’ żvilupp ta’ setturi ġodda relatati mat-teknoloġiji hawn fuq imsemmija. Fl-istess waqt, dan ikkontribwixxa għat-tnaqqis fl-infiq marbut mal-enerġija għall-intrapriżi ż-żgħar u għall-familji.

Fil-Green Paper “Lejn netwerk Ewropew ta’ enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva” (2), il-Kummissjoni hija favur operatur Ewropew tan-netwerks tal-enerġija.

Fi tliet opinjonijiet reċenti (3), il-KESE sostna li għandhom isiru studji dwar kemm hu possibbli li jitwaqqaf SIĠ Ewropew għall-enerġija li jkun jista’ jintuża għas-servizz tal-politika komuni tal-enerġija. Essenzjalment, dawn l-opinjonijiet jisħqu fuq il-ħtieġa li dan id-dibattitu jsir minn qabel peress li servizzi ta’ dan it-tip ser ikunu t-turija tas-solidarjetà Ewropea u risposta għall-isfidi li ser ikollha tiffaċċja l-Unjoni f’oqsma essenzjali u multinazzjonali jew transnazzjonali bħalma huma s-sigurtà fil-provvista tal-enerġija, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, il-preservazzjoni tal-bijodiversità, iż-żamma tal-kwalità tal-arja, is-sigurtà interna u esterna, eċċ. L-eżistenza ta’ tali servizzi Komunitarji tista’ twassal sabiex l-utenti finali kollha jsiru konxji tar-responsabbiltà tagħhom.

3.2   L-utenti finali u l-viżjoni Ewropea tal-politiki tal-enerġija

Il-fatt li wħud mill-Istati Membri baqgħu lura ħafna fil-ksib tal-objettivi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li l-kriżi ekonomika għadha għaddejja jikkonfermaw il-ħtieġa urġenti li jittieħdu miżuri kkoordinati aħjar, ippjanati u ċari sabiex ikunu jistgħu jintużaw ir-riżorsi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri u biex l-investiment pubbliku u privat jingħata spinta ’l quddiem. Strateġija u viżjoni ta’ żvilupp sostenibbli bbażati fuq il-prinċipji tal-effikaċja, il-produzzjoni mifruxa u sorsi ġodda ta’ enerġija “nadifa” (inkluża l-enerġija li ġejja mill-bijomassa) u l-qsim tar-riżultati miksuba permezz tagħhom fil-livell Ewropew bejn l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-utenti finali jistgħu jippermettu li tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka li jeħtieġ li jsiru b’koordinazzjoni mal-isforzi fil-livell internazzjonali.

Sabiex tiġi miġġielda l-kriżi ekonomika u tingħata spinta ’l quddiem lill-politiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-politiki relatati ta’ investiment, il-politiki tat-taxxa u tal-kreditu Ewropej għandhom jiġu maħsuba mill-ġdid skont il-ħtiġijiet tal-utenti finali, tas-settur tal-kreditu u tal-operaturi tas-settur tal-enerġija, kif ukoll tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati fil-livell lokali billi jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-istruttura tal-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija fil-livell Ewropew.

3.3   Il-kultura u l-għarfien ġdid fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mil-lat tal-utenti finali

Ta’ min jinnota li hemm nuqqas ta’ informazzjoni ġenerali u settorjali u ta’ valutazzjoni tal-impatt li l-politiki tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija qed ikollhom fuq l-utenti finali, b’mod partikolari fuq l-SMEs u atturi oħra, nuqqas ta’ metodoloġija li hija kapaċi tivverifika l-konsistenza bejn l-objettivi internazzjonali u dawk Ewropej kif ukoll nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-utenti finali.

Verifika preliminari mwettqa f’uħud mill-Istati Membri wriet li d-disponibbiltà ta’ data dwar il-produzzjoni industrijali u dwar il-konsum tal-enerġija hija tassew limitata minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dettaljata.

Għaldaqstant, jeħtieġ li jitnieda stħarriġ fuq il-bażi ta’ kampjuni sabiex jinġabru u jiġu pproċessati d-data u l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-effiċjenza fl-użu finali u fis-servizzi tal-enerġija, ħalli b’hekk ikun jista’ jitkejjel l-impatt tad-Direttiva fuq l-istrateġiji u l-miżuri implimentati minn kull Stat Membru.

3.4   L-indikaturi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ħtiġijiet tal-utenti finali

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, billi jwaqqfu grupp ta’ esperti indipendenti fejn ikun meħtieġ, jistgħu jappoġġjaw u jħeġġu l-ħolqien ta’ indikaturi armonizzati u affidabbli li jkunu kapaċi jikkwantifikaw u jivvalutaw l-iffrankar ta’ enerġija relatat mal-użu tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. It-tħejjija ta’ dawn l-indikaturi, li għandhom ikunu jistgħu jinfiehmu faċilment, tista’ toffri garanzija lill-utenti finali, li min-naħa tagħhom ikunu wkoll f’pożizzjoni li jibbenefikaw minn dan b’mod adegwat. Dan l-approċċ jikkontribwixxi wkoll sabiex jonqos l-użu frodulenti jew qarrieqi, li qed isir dejjem aktar ta’ spiss, ta’ kunċetti bħall-enerġija “li tirrispetta l-ambjent” jew “nadifa”, bħala strateġija purament kummerċjali, bl-ebda ġustifikazzjoni ġenwina li tista’ tintwera u tiġi kkwantifikata f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan jevita wkoll prattiki kummerċjali mhux ġusti.

3.5   Bis-saħħa ta’ sistema ta’ monitoraġġ u osservazzjoni integrata u komuni għall-Istati Membri kollha, l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, u l-Istati Membri jkunu jistgħu:

jiżviluppaw netwerk Ewropew ta’ esperti u ta’ korpi independenti li jaħdmu favur l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u jħarsu l-bżonnijiet tal-utenti finali u b’mod partikolari tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs u l-artiġjanat;

iħejju, fuq bażi regolari, rapporti dwar il-politiki tal-UE u l-impatt tagħhom fuq l-utenti finali, b’mod partikolari fuq l-SMEs;

jużaw pjattaforma ta’ informazzjoni multilingwi li tkun tista’ tintuża u tintlaħaq faċilment; u jsaħħu u jtejbu r-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell Ewropew u nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati ewlenin.

3.6   Negħlbu d-dewmien u n-nuqqasijiet fit-tħejjija tal-NEEAP

Il-Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (NEEAP) juru li l-Istati Membri ma impenjawx ruħhom biżżejjed u bis-serjetà biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fid-Direttiva (sikwit ta’ natura wisq ġenerali, dawn l-objettivi ma jinkludux data u indikaturi xjentifiċi li huma meħtieġa biex jiġi evalwat bir-reqqa l-potenzjal tal-miżuri proposti u mhumiex adegwati għall-ksib tal-objettivi tad-Direttiva) b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum fis-setturi l-aktar importanti, jiġifieri t-trasport u l-bini. Għaldaqstant, jeħtieġ li jittieħdu inizjattivi aktar konkreti u vijabbli fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dawn il-miżuri, jew tal-anqas uħud minnhom, għandhom isiru aktar vinkolanti, b’verifiki biex tiġi ddeterminata d-diskrepanza bejn il-pjani nazzjonali u r-riżultati prattiċi, skont il-proċedura li ġiet adottata fil-każ tal-emissjonijiet tal-vetturi, it-tnaqqis ġenerali tas-CO2, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Il-konsultazzjoni online reċenti “Public Consultation on the Evaluation and Revision of the Action Plan for Energy Efficiency (COM(2006) 545)” li nediet il-Kummissjoni Ewropea turi liema huma n-nuqqasijiet tad-Direttiva fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-utetnti finali. It-tfassil ta’ rapport annwali, li jista’ jinkludi wkoll il-kontribut tal-KESE, jista’ jikkostitwixxi mezz biex jingħelbu n-nuqqasijiet li ħarġu fid-dieher tul it-tħejjija tal-NEEAP, dejjem jekk jintuża metodu ta’ konsultazzjoni adegwat mal-utenti finali.

3.7   “Ġenerazzjoni ġdida” ta’ programmi Ewropej aktar adattati għall-utenti finali

Jeħtieġ li l-proċeduri għall-aċċess għall-programmi (is-CIP u b’mod partikolari l-IEE) jiġu ssemplifikati bil-għan li jkunu aċċessibbli wkoll għall-intrapriżi ż-żgħar u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, kif ukoll għall-amministrazzjonijiet taż-żoni żvantaġġjati (żoni muntanjużi u reġjuni periferiċi). Barra minn hekk, jeħtieġ li jitħeġġu s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija (ESCOs), b’mod partikolari fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali, billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-implimentazzjoni effettiva tal-politika Ewropea dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku. Fl-aħħar, fil-qafas tal-proċess ta’ semplifikazzjoni u ta’ regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba teżamina, flimkien mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-utenti finali, liema huma l-proċeduri u l-prattiki l-aktar effiċjenti sabiex l-utenti finali u l-partijiet ikkonċernati mid-Direttiva jiġu appoġġjati fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

4.   Kummenti partikolari

4.1   Id-Direttiva tirrikonoxxi li l-operaturi fis-settur tal-enerġija għandhom rwol x’jaqdu fil-qasam tas-servizzi tal-enerġija (Artikolu 6). Din id-dispożizzjoni hija partikolarment problematika, minħabba l-fatt li f’bosta swieq nazzjonali l-operaturi l-kbar fis-settur tal-enerġija kellhom attivitajiet f’niches downstream fil-katina tal-enerġija, bħalma huma s-servizzi tal-enerġija u l-attivitajiet imsejħa “post-metering”, f’kundizzjonijiet li kienu vantaġġużi għalihom minħabba l-pożizzjoni dominanti tagħhom f’fażijiet oħra tal-katina (produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ) u dan ħoloq diffikultajiet kbar għall-iżvilupp tas-settur tas-servizzi tal-enerġija għall-intrapriżi ż-żgħar.

4.1.1

Għad hemm problemi u nuqqasijiet sinifikanti li jikkonċernaw lill-utenti finali fil-fażi ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva, fosthom:

id-disponibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-servizzi tal-enerġija (dawn huma sikwit riżervati esklużivament għall-operaturi tas-settur tal-enerġija u għall-awtoritajiet kompetenti) – Artikolu 7;

il-kejl korrett u l-kontijiet informattivi tal-konsum tal-enerġija.

Għaldaqstant, għandhom jissaħħu l-miżuri ta’ sorveljanza, ta’ kontroll u ta’ sanzjoni min-naħa tal-korpi responsabbli tal-Istati Membri u tal-UE u għandu jsir monitoraġġ aktar effiċjenti u rigoruż tal-operaturi fis-settur tal-enerġija (ara l-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva).

4.1.2

L-aċċess għall-“istrumenti finanzjarji għall-iffrankar tal-enerġija” u t-tħaddim tal-“mekkaniżmi” korrispondenti għandhom jissaħħu u jiġu żviluppati aktar mil-lat tekniku kif ukoll politiku, għall-benefiċċju tal-utenti finali, b’attenzjoni partikolari għat-taxxa fuq l-enerġija. Għandu jsir monitoraġġ speċifiku ta’ dawn l-istrumenti u tar-riżultati tagħhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi Ewropej u nazzjonali tal-utenti finali u b’attenzjoni partikolari għall-mod kif jista’ jittaffa l-“effett rebound”. L-“effett rebound”, li ħareġ fid-dieher waqt is-seduta tad-9 ta’ Lulju 2009 organizzata mill-KESE fis-sede tal-Kunsill Nazzjonali Taljan għall-Ekonomija u x-Xogħol (CNEL) dwar it-tema “It-titjib tal-politiki u l-programmi marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija mill-utenti aħħarin”, jirreferi għall-fatt li l-miżuri li jittieħdu bil-għan li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija xi drabi jwasslu għal żieda u mhux tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.

4.1.3

Il-verifiki tal-enerġija u ċ-“ċertifikati bojod” (Artikolu 12) huma partikolarment importanti għall-iżvilupp tas-servizzi tal-enerġija u għaldaqstant jeħtieġ li jissaħħu aktar mill-Istati Membri.

Id-djalogu soċjali Ewropew, anke fil-livell settorjali, għandu jagħti wkoll kontribut utli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija bil-għan li jinħolqu l-impjiegi u li s-sistema tal-produzzjoni ssir aktar kompetittiva.

4.1.4

Ġew stabbiliti metodi ta’ kalkolu għall-iffrankar tal-enerġija. Għalissa, dawn il-miżuri mhumiex żviluppati ħafna u lanqas ma huma armonizzati. Għalhekk, għandhom jiġu definiti u identifikati aħjar il-metodi ta’ kalkolu li għandhom jintużaw mill-utenti finali u b’mod armonizzat fl-Istati Membri kollha.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea nediet bosta proċeduri dwar ksur minħabba nuqqas ta’ traspożizzjoni jew traspożizzjoni parzjali tad-Direttiva; il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minn dan f’termini ta’ spejjeż u piżijiet burokratiċi jaqgħu fuq l-utenti finali.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 54; ĠU C 175, 28.7.2009, p. 87; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 84; ĠU C 182, 4.8.2009, p. 8.

(2)  COM(2008) 782 finali/2.

(3)  ĠU C 175,28.07.2009, p.43; l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Green Paper – Lejn netwerk Ewropew ta’ enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva”, CESE 1029/2009 (għadha mhux ippubblikata) u l-opinjoni tal-KESE li qed titħejja bħalissa: “Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali: kif għandhom jinqasmu l-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri?”, CESE 966/2009 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/43


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-impatt tal-kriżi dinjija fuq is-setturi ewlenin Ewropej tal-manifattura u tas-servizzi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/09

Relatur: Is-Sur PEZZINI

Korelatur: Is-Sur GIBELLIERI

Nhar it-26 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

“L-impatt tal-kriżi dinjija fuq is-setturi ewlenin Ewropej tal-manifattura u tas-servizzi.0148”

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur PEZZINI u l-korelatur kien is-Sur GIBELLIERI.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’156 voti favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE huwa konvint li l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja attwali fuq is-setturi l-prinċipali tal-manifattura u tas-servizzi tal-UE huma tali li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jkollhom jikkunsidraw mill-ġdid is-sitwazzjoni, kif ukoll sabiex ikun hemm koordinament aħjar tal-politiki u tal-mekkaniżmi komunitarji. Dan sabiex tinbena mill-ġdid il-klassifika tal-valuri li fl-ewwel post tpoġġi l-ekonomija reali, l-esiġenzi tal-intrapriżi u dawk tal-ħaddiema u taċ-ċittadini.

1.2   Il-KESE qed jitlob bil-qawwa li t-Trattat ta’ Lisbona jkun ratifikat, sabiex ikun żgurat li l-istrutturi tal-UE jkunu f’pożizzjoni li jirrispondu għall-ħtieġa li l-kontinent tagħna jkun żviluppat mill-ġdid b’mod kompetittiv, sostenibbli u miftuħ permezz ta’:

miżuri sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-ażjendi u l-ħaddiema;

politiki komuni u aktar koordinati;

proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet li huma aktar effiċjenti;

liġijiet aktar sempliċi u trasparenti.

1.3   Il-KESE huwa konvint li jekk ikun hemm it-tiġdid tal-proġett Europew fl-ispirtu li nissel Jean Monnet waqt it-tnedija u l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Pariġi u li wassal għall-KEFA, ser ikun possibbli li jinbnew mill-ġdid il-pedamenti għar-rilanċ tal-ekonomija Europea. Fil-fatt, it-Trattati fis-seħħ urew li għandhom limitazzjonijiet kbar sabiex jiffaċċjaw il-kriżi u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li ġabet magħha.

1.4   Il-prinċipju tas-sussidjarjetà irid ikun definit mill-ġdid fl-istess dimensjoni oriġinali. Id-deċiżjonijiet u r-responsabilitajiet għandhom jittieħdu fuq il-livelli li huma l-aktar effettivi għaċ-ċittadini Ewropej. Quddiem dawn il-problemi dinjija, il-politiki u l-mekkaniżmi ma jistgħux ma jkunux stabbiliti jekk mhux fuq livell Ewropew u dinji.

1.5   Il-KESE huwa konvint li l-gvernijiet tal-Istati Membri u l-Kunsill tal-UE, iridu jagħmlu dak kollu meħtieġ sabiex terġa’ titrawwem mill-ġdid il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett ta’ Ewropa aktar b’saħħitha, li jkollha l-mekkaniżmi meħtieġa u li jkunu aċċettati minn kulħadd, kif ukoll sabiex tiffaċċja l-kriżi globali attwali u dawk tal-futur.

1.5.1

Il-KESE huwa konxju li f’dan il-mument ta’ kriżi, numru ta’ pajjiżi li kienu l-pijunieri tal-Komunità Ewropea qed juru nuqqas ta’ paċenzja rigward ir-regoli tas-suq uniku: il-kompetizzjoni u l-għajnuniet tal-Istat. Iżda dan hu żball! (1)

1.5.2

F’sitwazzjoni bħal dik tal-lum, il-Kunsill mgħejjun mill-PE u mill-Kummissjoni, għandu jniedi għal “Patt Strateġiku” li jaħseb għal:

impenn qawwi fir-rigward tas-Suq Uniku, b’mekkaniżmi msaħħa, l-aktar f’dawk is-setturi fejn għad hemm in-nuqqasijiet (2);

impenn sabiex ikun introdott koordinament fir-rigward tat-tassazzjoni, li jirrispetta s-sovranità tal-Istati, iżda li żżid il-kooperazzjoni dwar xi punti;

Għal dawk l-Istati “li qed ibatu”, tkun maqbula l-possibilità tal-aċċess lejn iż-żona Euro f’perijodu qasir u fir-rispett ta’ kundizzjonijiet stabbiliti;

interventi pubbliċi koordinati, meqjusa, trasparenti u digressivi fiż-żmien, sabiex inaqqsu r-riskji sistematiċi u jgħinu sabiex dawk l-intrapriżi li kapaċi jikkompetu fis-suq liberu jirritornaw malajr għall-ħidma tagħhom.

1.6   Il-messaġġ tal-KESE huwa li ċ-ċittadini, il-forzi soċjali u s-soċjetà ċivili b’mod ġenerali, huma konvinti li l-kriżi qed titlob li jkun hemm Ewropa aktar b’saħħitha, li tkun kapaċi tmur lil hinn mir-rwol limitat tal-Istati b’mod individwali.

1.7   Jeħtieġ li kull Stat ikun mitlub jagħmel sagrifiċċji konkreti, fir-rigward tar-rappreżentanza u tal-viżibilità, sabiex jissaħħaħ ir-rwol globali tal-Ewropa f’dawk l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

1.8   Il-KESE huwa konvint li l-ewwel mekkaniżmu li jrid ikun stabbilit hija politika industrijali ta’ sustanza li ma tkunx influwenzata mill-għażliet tal-ispekulaturi finanzjarji, u li l-miri tagħha huma l-iżvilupp sostenibbli. L-esperjenza konkreta miksuba fil-qasam tal-politika industrijali, li tmexxiet għal ħamsin sena fuq il-pedamenti tat-Trattat KEFA f’żewġ setturi importanti tal-produzzjoni Ewropea, jeħtieġ li tkun irkuprata, aġġornata skont il-ħtieġa, u emendata sabiex trawwen l-iżvilupp sostenibbli u terġa’ tintuża bħala referenza għal dawk l-azzjonijiet futuri (3).

1.9   L-Ewropa tista’ tissupera l-kriżi u tirkupra l-ekonomija permezz tal-iżvilupp tal-intrapriżi u l-kapaċitajiet tagħhom li jagħtu risposti innovattivi.

1.10   Sabiex ikun hemm strateġija ta’ żvilupp, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata b’mod ġenerali, iridu jiżguraw li jkun hemm “Responsabilità Soċjali Territorjali” (SRR) fejn ikunu jistgħu jitwettqu strategiji differenti li jkunu koordinati flimkien.

strateġija ta‘ reżistenza u ta‘ sopravivenza, li tagħti ċ-ċans li wieħed jaħdem fis-swieq maturi, permezz ta’ speċjalizzazzjoni aħjar fl-istess suq, b’anqas spejjeż, u diversifikazzjoni qawwija fis-setturi li huma kważi l-istess jew permezz ta’ soluzzjonijiet ġodda;

strateġija tal-innovazzjoni tal-proċess, tal-prodott u tas-servizzi, permezz ta’ swieq u teknoloġiji ġodda, kif ukoll permezz ta’ materjal ġdid li jwassal għal prodotti ġodda;

inizjattivi ġodda, billi jkunu stabbiliti forom ġodda ta’ intrapriżi, setturi ġodda jew inizjattivi ġodda; huwa meħtieġ li jkunu previsti, permezz ta’ eżerċizzju ta’ ppjanar bil-quddiem, prodotti ġodda li qed jiżviluppaw (bħalma huma s-swieq ewlenin jew “lead markets”) fejn iridu jersqu l-investimenti l-ġodda;

kummerċjalizzazzjoni territorjali, li timmira lejn l-eċċellenza permezz ta’ konvenzjonijiet maċ-ċentri tar-riċerka bil-ħsieb li jitrawwem aktar l-użu tat-teknoloġija;

sostenn finanzjarju, permezz ta’ finanzjament għall-iżvilupp u l-użu ta’ garanziji għas-self mill-Fond Ewropew għall-Investimenti (FEI) (4);

il-kapitalizzazzjoni tal-kapital ta‘ riskju tal-konsorzji tal-kreditu, permezz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjonijiet u s-sistema bankarja, sabiex jagħtu perijodu itwal għall-ħlas lill-intrapriżi żgħar u mikro, l-aktar sabiex ikunu mħarsa l-livelli tal-impjieg;

il-konsolidament tad-dejn fuq perijodu qasir, li jagħti ċans lill-intrapriżi żgħar u mikro sabiex jikkonċentraw fuq il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll fuq is-servizzi ta’ wara l-bejgħ tal-prodotti tagħhom stess;

is-sostenn tas-settur terzjarju innovattiv (green economy), billi jkunu utilizzati l-opportunitajiet dwar it-taħriġ innovattiv li joffri l-Fond Soċjali Ewropew;

l-iżvilupp ta‘ livell għoli ta‘ servizzi għall-persuni, permezz tat-tisħiħ u l-promozzjoni tal-polarità soċjali u medika (5);

it-twettiq ta‘ politiki infrastrutturali li jippermettu għażliet aktar innovattivi lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, jekk mhux ta’ kundizzjonijiet li jagħmluha aktar vantaġġjuża li wieħed joqgħod fir-reġjun;

it-tisħiħ tal-kriterji tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ambjentali fil-kuntratti pubbliċi;

il-promozzjoni, permezz ta’ finanzjament, ta’ prodotti ġodda u aktar effiċjenti minflok dawk qodma;

aċċess aħjar għall-informazzjoni;

użu aħjar tal-materja prima.

1.11   It-tqabbil tal-pakketti nazzjonali dwar l-istimulu tal-ekonomiji industrijalizzati, juru l-ħtieġa ta’ viżjoni komuni li tħares lejn il-futur min-naħa tal-gvernijiet Ewropej, l-aktar fir-rigward tal-appoġġ lejn l-iżvilupp sostenibbli u lejn ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji, jekk mhux għal koordinament aħjar mal-Kummissjoni Europea. Aktar min hekk, ma nistgħux nibqgħu biss fuq id-diskors. L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-pjani tagħhom b’mod effikaċi minħabba li l-kriżi qed tolqot bil-qawwa lill-intrapriżi u lill-ħaddiema.

1.12   Il-KESE jaqbel mal-isforzi li saru fi Praga, nhar is-7 ta’Mejju 2009 fis-summit dwar l-impjiegi, sabiex jinstabu alternattivi li jistgħu jiġu implimentati fuq livell nazzjonali u Ewropew flimkien mal-partijiet socjali, permezz ta’ djalogu socjali msaħħaħ (6), li jagħti aktar każ lejn il-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol u lejn il-miżuri meħtieġa sabiex tkun stimulata d-domanda.

1.13   L-Istrateġija ta’ Lisbona trid iżżomm il-kredibilità tagħha u tagħti prova tal-kapaċitajiet tagħha li tadatta ruħha għal din is-sitwazzjoni. Dan billi żżid il-proċess tar-riformi u tistabbilixxi dawk il-prijoritajiet ċari u metodi ġodda, kif ukoll is-semplifikazzjoni mal-miri tal-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-UE, li fix-xhur li ġejjin ikunu jistgħu jistabbilixxu l-istrateġija ta’ wara Lisbona.

1.14   Il-gvernijiet Ewropej iridu jimpenjaw ruħhom aktar sabiex iwettqu l-ftehimiet fil-perijodi stabbiliti fil-livell komunitarju.

1.15   L-għajnuniet tal-Istat maħsuba sabiex isostnu l-impjiegi f’dawk l-intrapriżi li ntlaqtu mill-problemi marbuta mal-globalizzazzjoni u l-kreditu jridu jkunu msawra fuq kundizzjonijiet li jiżguraw li:

dawn l-għajnuniet ma jintużawx sabiex isaħħu il-protezzjoniżmu u ma joħolqux ostakli għall-kompetizzjoni ħielsa;

l-intrapriżi li jirċievu dawn il-fondi jimpenjaw ruħhom l-aktar sabiex isostnu l-livell tal-impjiegi;

ikunu rispettati l-ftehimiet kollettivi filwaqt li jinżamm il-poter tal-akkwist tal-ħaddiema;

matul il-perijodu ridott tal-produzzjoni, il-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ għal kwalifiki ġodda, u għandhom jingħataw is-sostenn meħtieġ għal dan il-għan;

is-sostenn finanzjarju pubbliku ma jispiċċax bħala forma ta’ self lill-azzjonisti, permezz ta’ dividendi jew forom oħra ta’ xiri lura ta’ azzjonijiet;

sakemm ikun possibbli, l-għajnuna għandha tippromovi l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u ta’ servizzi ġodda, li jħarsu l-ambjent;

l-għajnuniet ma jservux ta’ ostakli għall-kompetizzjoni u jkunu temporanji u digressivi;

ikun hemm mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll li jħarsu lil dawk li jikkontribwixxu.

1.16   Bħala risposta soċjali għall-kriżi, il-proposti li ġew adottati s’issa ma kinux biżżejjed. Hemm nuqqas kbir fir-rigward tal-importanza li jinħolqu postijiet tax-xogħol jew miżuri meħtieġa sabiex tiżdied id-domanda (bħalma huma l-pakketti tal-istimulu tat-tassazzjoni aktar koordinati fuq livell Ewropew u politiki konsistenti dwar il-pagi) (7).

1.17   Fil-livell tar-regoli, f’dak li huma miżuri temporanji tas-suq tax-xogħol, huwa meħtieġ li jkun żgurat li x-xogħol għal perijodu qasir ikun marbut flimkien ma’ taħriġ speċjalizzat, l-aktar fejn tidħol l-indafa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u b’garanziji dwar il-livell l-pagi.

1.18   Il-Kumitat jidhirlu li huwa urġenti u fundamentali għall-futur tal-istess struttura produttiva tal-UE, li jkunu implimentati politiki li jaħsbu sabiex jiggwidaw liż-żgħażagħ lejn id-dixxiplini xjentifiċi u tekniċi, fil-livelli kollha tas-sistema skolastika u ta’ formazzjoni, sabiex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis mogħti lill-valur tal-attivitajiet tal-produzzjoni favur dawk finanzjarji u spekulattivi (8).

1.19   Sabiex jiffavorixxi ir-rilanċ tal-produttività u s-sostenibbilità tas-setturi industrijali u tas-servizzi Ewropej, il-KESE jidhirlu li huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-impenn lejn l-attivitajiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp billi jkunu utilizzati mekkaniżmi li diġà għandna, bħalma huma l-FP7 tal-RTŻ u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), filwaqt li jkun introdott orjentament ċar settorjali mibni fuq il-prijoritajiet identifikati mill-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija.

1.20   Il-KESE qed jitlob bil-qawwa azzjoni komunitarja li ssostni s-servizzi tal-intrapriżi, billi jkunu żviluppati servizzi u kontenut innovattivi li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema u l-intrapriżi, l-aktar fejn tidħol l-internalizzazzjoni u l-esportazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji.

1.21   Il-Kumitat jidhirlu li huwa meħtieġ, kif mitlub mill-Presidenza (9), li jkunu kkunsidrati mill-ġdid il-kriterji li fuqhom ikunu applikati l-fondi strutturali – l-aktar il-FSE – bil-ħsieb li jkun permess l-aċċess dirett, fuq livell Ewropew, kif ukoll fuq bażi settorjali, b’tali mod li titkompla l-esperjenza tal-KEFA, li wriet li kienet effettiva u li faċilment tapplikaha.

1.22   Fir-rigward tal-kummerċ internazzjonali, il-KESE jidhirlu li l-konklużjoni, mill-aktar fis possibbli, tan-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ (ta’ Doha) hija prijorità u tkun qed tagħti sinjal pożittiv lis-swieq internazzjonali, li jkollha effetti importanti fuq il-kriżi li għaddejja bħalissa (10): l-UE tista’ u hemm bżonn li jkollha kapaċitajiet akbar ta’ tmexxija fin-negozjati billi tiżgura li jkollha vuċi waħda sabiex tikseb riżultati ambizzjużi li jkunu jirrispettaw ir-regoli fundamentali tal-ILO f’dak li huma kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ xogħol dinjituż, li huma essenzjali għall-futur tat-tkabbir tas-setturi tal-manifattura u tas-servizzi Ewropej.

1.23   Il-prospettiva li tiżdied il-konkorrenza għall-protezzjoniżmu fil-kuntest attwali hija possibilità konkreta u perikoluża. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-Kummissjoni tapplika b’konvinzjoni r-regoli dwar id-difiża kummerċjali billi tintervjeni bil-qawwa kontra l-iddampjar u s-sussidji, tikkontesta u tikkuntrasta l-miżuri ta’ protezzjoni mhux ġustifikati, u tintensifika d-djalogu mal-imsieħba kummerċjali prinċipali tal-UE sabiex issib soluzzjoni tal-kontroversji kummerċjali.

2.   Sfond

2.1

Is-setturi tal-manifattura u tas-servizzi huma s-sinsla tal-ekonomija tal-kontinent tagħna. Is-suq uniku ippermettielhom żvilupp qawwi skont regoli u standard komuni.

2.2

Dawn is-setturi għandhom sfidi kbar quddiemhom.

il-kollass finanzjarju li laqat bil-kbir u b’sinkroniċità liema bħalha, l-ekonomija globali kollha, immina l-kredibilità u l-fiduċja fis-swieq;

id-dimensjoni internazzjonali ġdida tax-xogħol, bil-ħtieġa li jkun hemm kontrolli u ristrutturar industrijali imposti mis-suq globali ġdid, u li minnu saru jiffurmaw parti, b’mod sħiħ iżda b’anqas restrizzjonijiet, il-kontinenti l-ġodda industrijalizzati;

it-tibdil fil-klima u l-ambjent, bil-ħsieb li jkun hemm titjib fl-użu aktar effiċjenti tal-enerġija u l-immodernizzar taċ-ċikli tal-produzzjoni permezz ta’ prodotti ġodda u proċessi li huma mibnija fuq teknoloġiji ġodda, huma meħtieġa għas-saħħa taċ-ċittadini, il-protezzjoni tal-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli;

il-kapital tar-riżorsi umana, bil-popolazzjoni li qiegħda dejjem tixjieħ, kif ukoll iċ-ċaqliq kbir migratorju, jitlob aktar flessibilità u mobilità professjonali kif ukoll proċessi ta’ formazzjoni permanenti permezz ta’ profili ta’ kwalifikazzjoni ogħla, sabiex jiżguraw kwalità aħjar tal-għajxien u tax-xogħol;

in-nuqqasijiet tal-governanza, fuq livell dinji u Ewropew, l-inkompetenza tal-istituzzjonijiet, kif ukoll ta’ kapaċitajiet li jittieħdu d-deċiżjonijiet u ta’ regoli, kif turi s-sistema monetarja internazzjonali attwali u l-kriżi fir-rigward tal-proġett Ewropew;

id-disparitajiet reġjonali li qed ikomplu jikbru bejn ir-reġjuni fl-Unjoni Ewropea;

it-tnaqqis tar-riżorsi disponibbli, kemm fuq livell ta’ bilanċ pubbliku kif ukoll fil-livell tal-bilanċi tal-intrapriża, li qed jirriskjaw li ma jkunux kapaċi jsostnu b’mod adegwat ir-riformi meħtieġa sabiex ikun hemm ir-rilanċ tal-ekonomija u tal-impjiegi.

2.3

Ir-riċessjoni dinjija attwali tista’ tikkomprometti l-isforzi li qed jagħmlu s-setturi sabiex:

jadegwaw ruħhom għad-dimensjoni internazzjonali ġdida tax-xogħol;

jipproteġu l-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli;

jorjentaw ruħhom lejn proċessi u prodotti b’teknoloġija ġdida;

iżidu u jtejbu l-impjiegi, permezz ta’ profili u professjonalità ogħla.

2.4

Għall-intrapriżi, il-kriżijiet attwali mhumiex biss sfida sabiex jibqgħu jeżistu, iżda wkoll opportunità kbira ta’ żvilupp u innovazzjoni. Madankollu, l-intrapriża ma tridx titħalla weħidha: jeħtieġ li tkunu inkoraġġita l-intaprenditorija u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol permezz tal-implimentazzjoni mill-aktar fis tar-riformi meħtieġa sabiex jitjieb l-ambjent li fih joperaw l-intrapriżi, jitnaqqsu l-piżijiet amministrativi bla bżonn, iż-żamma u t-titjib tas-suq intern, ikun inkoraġġit il-kapital ta’ riskju, ikunu stimulati l-innovazzjoni u l-miżuri tal-flessigurtà, anqas leġiżlazzjoni u ta’ kwalità aħjar, filwaqt li jkun hemm investiment fir-relazzjonijiet bejn id-dinja akkademika, tax-xjenza u dik tal-intrapenditorija, fl-edukazzjoni u fil-formazzjoni tar-riżorsi umani, l-aktar fid-dixxiplini tekniċi u tax-xjenza u fl-iżvilupp tas-swieq ewlenin.

2.5

Il-KESE jrid jisħaq fuq l-importanza li toħroġ fid-deher is-sitwazzjoni attwali kif ukoll il-prospettivi tal-futur fis-setturi prinċipali tal-manifattura, tas-servizzi u b’mod partikulari tat-turiżmu, filwaqt li jingħata każ tal-aspetti fundamentali li huma marbuta mal-materja.

Id-dimensjoni internazzjonali: Il-kriżi żviluppat fuq binarji internazzjonali li huma marbutin flimkien, u li setgħu jagħmlu użu minn mekkaniżmi innovattivi li jmorru lil hinn mill-poter tar-regolamentazzjoni u tal-kontroll tas-swieq b’mod individwali u tas-swieq internazzjonali fit-totalità tagħhom. Hija marret lil hinn mill-proċess ta’ aġġustament min-naħa tal-Ewropa lejn xenarju bażi dinji fejn il-pajjiżi tal-BRICS (11) ser jilħqu u x’aktarx jaqbżu l-kwota ta’ 30 % tal-PDG dinji sas-sena 2020.

Id-dimensjoni istituzzjonali: il-mekkaniżmi istituzzjonali nazzjonali, reġjonali u internazzjonali tal-governanza wrew li ma kinux kapaċi jindikaw, b’mod preventiv, il-problemi; sabiex jidentifikaw minn qabel il-mezzi u l-mekkaniżmi li setgħu jrażżnu l-effett ta’ domino li kien hemm fuq l-ekonomiji reġjonali u nazzjonali b’mod individuali. kif ukoll sabiex jiżviluppaw rimedji li setgħu jillimitaw id-danni.

Id-dimensjoni soċjali: f’Marzu tal-2009, ir-rata tal-qgħad laħqet it-8.9 % (7.2 % f’Marzu tal-2008) fiż-żona Euro u 8.3 % (6.7 % f’Marzu tal-2008) fl-UE-27 filwaqt li r-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ li għandhom anqas minn 25 sena kienet ta’ 18.1 % fiż-żona Euro u 18.3 % fl-UE-27 (12).

Id-dimensjoni tal-ekonomija reali: fl-UE-27 it-tnaqqis tal-produzzjoni tal-manifattura, f’Diċembru tal-2008, kien ta’ 12.8 % meta mqabbel mal-istess xahar fl-2007, filwaqt li dak tal-bini kien ta’ 6.7 %. L-iskambju fi ħdan il-komunità naqas bi 13.7 % u l-esportazzjoni komunitarja fis-settur tal-manifattura naqas b’5.8 % (13). It-tnaqqis fil-produzzjoni laqat b’mod partikulari, is-setturi tal-kimika u tat-tessuti, tal-vetturi bil-mutur, tal-metall (bi tnaqqis kbir fl-esportazzjoni f’settur bħal dak tal-karozzi), il-prodotti kimiċi, it-telekomunikazzjoni, il-qasam tar-radju u t-televixin u – f’dak li huma servizzi – fit-turiżmu (14).

Id-dimensjoni ambjentali: l-użu effiċjenti tal-enerġija, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-użu sostenibbli tar-riżorsi huma sfidi li ma jistgħux ikunu differiti minħabba s-salvagwardja u l-iżvilupp tal-pjaneta. B’mod partikulari għall-Ewropa, is-saħħa taċ-ċittadini tagħha, il-protezzjoni tal-ekosistema u l-ekonomija b’mod ħolistiku, jista’ jkollhom effetti importanti fuq il-kompettività tagħha, l-aktar f’qafas ta’ regoli trasparenti, stabbli u armonizzati.

3.   Id-dimensjoni internazzjonali

3.1

Fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-PGD naqas b’1 % fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008, wara tnaqqis ta’ 0.1 % fit-tliet xhur ta’ qabel. Il-PGD tal-Ġappun naqas bi 3.3 % wara tnaqqis ta’ 0.6 % fit-tliet xhur ta’ qabel. Il-PGD taż-żona Euro naqas b’1.5 % wara tnaqqis ta’ 0.2 % fit-tliet xhur ta’ qabel (15).

3.2

Ir-rata tal-qgħad qed tiżdied b’mod mgħaġġel u skont l-OECD, ser tilħaq ir-rata ta’ madwar 12 % sal-aħħar tal-2010. Fl-istess ħin, is-salarji mhux qed jiżdiedu bl-istess rata jew qed jibqgħu l-istess.

3.3

Kif enfasizzat mill-Kummissjoni (16): “sakemm dan is-self jibqa’ skars, l-isforzi biex jiżdiedu d-domanda u l-fiduċja tal-konsumatur mhux se jagħtu frott. (…) Din hija kriżi globali, u r-rilanċ mhux ser iseħħ għal kollox qabel ma l-atturi prinċipali tal-ekonomija dinjija ma jerġgħux lura fit-triq tat-tkabbir u tal-kummerċ bejniethom”.

3.4

Tal-istess fehma hija l-Konfederazzjoni Ewropea tat-trade unions (KETU): “Is-sitwazzjoni ekonomika x’aktarx ser tkompli tmur lura, u titjieb biss jekk il-mod tal-ħsieb jinbidel b’mod radikali: lil hinn mill-ħsieb li jagħti s-serħan tal-moħħ, li iżda mhuwiex realistiku, tal-“inkomplu bħas-soltu”, għandna bżonn ta’ realtà ġdida ekonomika, mibnija fuq il-persuni, fuq l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli. Għandna bżonn ukoll ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tar-rwol tal-gvern:

fir-rigward tar-rwol regolatorju tas-swieq;

fir-rigward tas-servizz pubbliku;

fil-ġlieda kontra d-diżugwaljanzi tas-salarji” (17).

3.5

Fl-okkażjoni tal-G-20 ġewwa Londra fit-18 ta’Marzu 2009, il-konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE) enfasizzat kif “il-kriżi finanzjarja qed tħalli impatt kbir fuq l-intrapriżi, fil-mument li l-muturi prinċipali tat-tkabbir intlaqtu minn restrizzjonijiet ta’ aċċess għall-finanzi. (...) Hemm bżonn ta’ stimulu ekonomiku sabiex ikun evitat il-kollass globali” (18).

4.   Id-dimensjoni istituzzjonali

4.1

Qed jiżviluppa kunsens aktar wiesgħa u konverġenza aktar varjata ta’ forzi, sabiex jiġu mnedija miżuri eċċezzjonali u risposti politiki li jilqgħu għal din l-emerġenza, bil-ħsieb li dawn jipproteġu l-intrapriżi, is-setturi tal-manifattura, l-attivitajiet produttivi u tas-servizzi, l-impjiegi, id-dħul u l-konsum tal-familji, ikun xi jkun il-każ u lil hinn mir-regoli attwali.

4.2

Il-politika maħsuba sabiex tillimita l-konsegwenzi ekonomiki, tal-impjiegi u dawk soċjali tal-kriżi, u titfa’ fuq il-ġirien il-kunflitti interni, mhux biss mhijiex is-soluzzjoni tal-problema, iżda hemm iċ-ċans li twassal l-ekonomiji lejn sentimenti ta’ nazzjonaliżmu u protezzjoniżmu li jġibu fix-xejn il-qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali u tal-integrazzjoni reġjonali li nbena b’ħafna sagrifiċċji fl-Ewropa u fid-dinja f’dawn l-aħħar snin.

4.3

Il-KESE jidhirlu li l-azzjonijiet li ġejjin huma fundamentali u indispensabbli għal kull intervent li jkun maħsub sabiex jilqa’ għall-kriżi attwali:

jitnieda qafas ġdid ta’ kooperazzjoni internazzjonali u dinjija, mibni fuq regoli trasparenti, li jkunu kapaċi jeliminaw il-problema, anke dawk li ma jidhrux fis-sistema ekonomika, monetarja u finanzjarja internazzjonali, filwaqt li tinżamm il-libertà sħiħa fl-iskambju tal-kummerċ internazzjonali;

jiġu studjati mingħajr dewmien il-possibilitajiet ta’ kuntratt soċjali ġdid mas-settur finanzjarju, riregolazzjoni qawwija u sorveljanza aħjar tas-suq finanzjarju internazzjonali, kif ukoll kontroll pubbliku aħjar fuq il-pakketti tal-inċentivi, sabiex ikun żgurat li s-sostenn finanzjarju jasal għand il-ħaddiema, il-konsumaturi u l-intrapriżi filwaqt li jkun salvagwardat il-kummerċ internazzjonali ħieles;

iż-żamma tal-prinċipji tal-UE, fir-rigward ta’:

l-uniċità tas-suq Ewropew;

il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi;

l-iżvilupp u l-applikazzjoni sħiħa tal-politiki komuni, b’mod partikulari tal-politika tal-kompetizzjoni;

l-intrapriża ħielsa u l-ħarsien tal-mudell soċjali Ewropew;

ikunu implimentati interventi pubbliċi koordinati, meqjusa, trasparenti u digressivi fiż-żmien, sabiex jonqsu r-riskji sistematiċi;

tkun imħarsa u mtejba il-kompettività u l-konsistenza tas-setturi tal-manifattura u tas-servizzi Ewropej;

tissaħħaħ l-ekonomija tal-għarfien;

titjieb il-kompetenza tar-riżorsi umani u dawk tal-ġestjoni;

ikunu kkwalifikati l-prodotti u l-proċessi li jirrispettaw l-ambjent, l-użu effiċjenti tal-enerġija kif ukoll l-użu ta’ materjal u jkunu stabbiliti kundizzjonijiet li jirregolaw iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq;

is-sostenn tal-iżvilupp tar-Reġjun Soċjalment Responsabbli (SRR);

ma jiżdidux il-piżijiet amministrattivi u regolatorji għall-intrapriżi Ewropej;

l-iżvilupp ta’approċċ koordinat skont l-IPR (19);

ikun faċilitat l-aċċess għall-kreditu, l-aktar għall-intrapriżi żgħar u medji.

4.4

Il-KESE huwa konvint li l-kriżi attwali għandha twassal sabiex ikun hemm qabża istituzzjonali lejn integrazzjoni ekonomika akbar, li tħares lejn l-iżvilupp ta’ ‘ ekonomija ta’ kwalità, jekk mhux lejn aktar impjiegi u ta’ kwalità aħjar.

4.5

Madankollu, il-KESE jidhirlu li huwa aktar meħtieġ li jkun hemm qabża fil-kwalità lejn integrazzjoni politika akbar tal-kontinent, minħabba li din hija meqjusa bħala l-uniku soluzzjoni li kapaċi toħloq kompromess bejn li jingħata l-ġenb l-egoiżmu u l-prijoritajiet nazzjonali, lejn futur komuni.

4.6

Il-KESE huwa konvint li jekk ikun hemm it-tiġdid tal-proġett Ewropew fl-ispirtu li nissel Jean Monnet waqt it-tnedija u l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Pariġi li wassal għall-KEFA, ikun possibbli li jinbnew mill-ġdid il-pedamenti għar-rilanċ tal-ekonomija Europea.

4.7

Jeħtieġ li mill-aktar fis ngħaddu għall-perfezzjonament tar-ratifiki tat-Trattat ta’ Lisbona, sabiex niżguraw li l-istruttura Europea tkun kapaċi tirrispondi permezz ta’ politiki aktar koordinati.

5.   Id-dimensjoni soċjali tal-kriżi: l-impatt fuq il-ħaddiema, l-intrapriżi u l-familji

5.1

F’dawn l-aħħar xhur assistejna għal żieda qawwija ta’ ristrutturar tal-ażjendi. Ħafna intrapriżi bdew jimplimentaw skemi ta’ sensji, li ġabu magħhom konsegwenzi soċjali kbar, għall-futur taż-żgħażagħ ukoll (20). Oħrajn iddikjaraw falliment.

5.2

Il-KESE huwa konvint li r-riżorsi umani ser ikunu ċ-ċavetta lejn ir-rilanċ tal-kompettività tal-UE, kemm f’dawk li huma kapaċitajiet u kwalifiki tal-ħaddiema kif ukoll fir-rigward tal-mudell ġdid ta’ governanza maniġerjali.

5.3

Għall-KESE, l-investiment fil-ħaddiema u l-protezzjoni tal-impjiegi huma essenzjali sabiex tkun promossa l-kompettività industrijali Ewropea, kemm f’dawk li huma kompetenzi tan-nies tax-xogħol, kif ukoll tal-mudell il-ġdid dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji (21).

5.4

Meta jkun ikkunsidrat il-kobor tal-kriżi, l-iskemi ta’ formazzjoni / impjieg fir-rigward tas-setturi li qegħdin jiżviluppaw, bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jitpoġġew kemm jista’ jkun malajr għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema li spiċċaw vittmi tar-riċessjoni.

5.5

Għandhom ikunu kkunsidrati miżuri ta’ ‘sostenn lejn il-konsum tal-familji sabiex tkun xprunata d-domanda (22).

6.   Id-dimensjoni tal-ekonomija reali: ir-rilanċtas-setturi tal-manifattur u tas-servizzi

6.1

Id-deindustrijalizzazzjoni. Forsi f’dawn l-aħħar snin, l-aktar fil-bidu ta’ dan is-seklu, il-Kummissjoni u ħafna Stati Membri taw anqas importanza għall-iżvilupp tal-politika industrijali u tal-manifattura, sabiex jagħtu aktar importanza lill-ġid li kien ġej mill-ħolqien ta’ sistemi finanzjarji kumplessi, li kienu sostnuti l-aktar minn mudelli li kellhom provenjenza mill-Amerika ta’ Fuq.

6.2

Fl-2005 bħala direzzjoni ġdida fil-politika integrata industrijali Ewropea, l-UE adottat taħlita ta’ inizjattivi settorjali u orizzontali, li kienet segwita minn reviżjoni f’nofs it-terminu fl-2007, bħala kontribut lejn l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi tal-UE (23). Fl-2008, l-UE nediet pjan ta’ azzjoni dwar il-politika industrijali sostenibbli (24), li dwaru l-KESE diġà kellu ċ-ċans jesprimi ruħu (25).

6.3

Iċ-ċentralità tal-intrapriżi responsabbli soċjalment u kompetittivi, tal-intrapriżi bl-ekonomija soċjali u tax-xogħol dejjem aktar kwalifikati u parteċipattivi għandhom ikunu l-punt ta’ riferiment għall-politiki tar-rilanċ fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi.

6.4

L-Istrateġija ta’ Lisbona għandha żżomm il-kredibilità tagħha. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru li huma kapaċi jadattaw il-politiki tagħhom f’dan ix-xenarju l-ġdid, billi jindikaw prijoritajiet ċari u metodi ġodda li jippermettu li tkun definita l-istrateġija ta’ wara Lisbona fix-xhur li ġejjin. Jeħtieġ li jiżdied ir-ritmu tar-riformi, billi jinstabu prijoritajiet ċari, puntwali, u li jistgħu jkunu implimentati u verifikati.

6.5

Skont il-KESE, l-iżvilupp tas-setturi tal-manifattura Ewropea u tas-servizzi irid isir permezz ta’ titjib fil-proċess u tal-prodott. Il-KESE jitlob mill-UE azzjoni qawwija f’dan ir-rigward.

6.6

Għall-KESE, din l-istrateġija industrijali tridtinkludi:

investimenti kbar fbinjiet ġodda u biex binjiet li jeżistu jkunu konvertiti sabiex isiru sostenibbli, bħalma huma l-binjiet pubbliċi u l-binjiet industrijali (26), bl-użu ta’ materjal b’livell baxx ta’ trasmittanza (transmission) bħall-ħġieġ u ċ-ċeramika, sabiex jonqos il-konsum;

investimenti kbar sabiex ikun sostnut l-użu effiċjenti tal-enerġija, iż-żieda fil-kapaċitajiet li jiġġeneraw enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-ġabra u l-ħażna tas-CO2;

investimenti fi skemi tatrasport li għandhom impatt baxx, bħalma hija l-European Green Car Initiative kif proposta mill-Kummissjoni (27), permess ta’ aktar produzzjoni fil-livell lokali kif ukoll ġestjoni aħjar tal-iskart;

aċċess akbar tas-setturi tal-manifattura lejn il-fondi għall-investiment, sostnuti mill-gvern sabiex jassistu l-innovazzjoni u l-proġettazzjoni ta’ teknoloġiji u proċessi nodfa fis-setturi tal-karozzi u dak tal-metall, sabiex terġa’ tinkiseb u tissaħħaħ l-inizjattiva tal-fabbriki tal-futur kif proposta mill-Kummissjoni (28);

l-ixprunament tal-infrastrutturi materjali u immaterjali tan-netwerk fuq livell Ewropew, b’mod partikulari it-tixrid tat-teknoloġiji tal-informazzjoni broadband, bit-tisħiħ tal-inizjattiva EU i2010, jiġifieri l-investiment fit-tagħmir u l-infrastrutturi intelliġenti sabiex jiffavorixxu l-integrazzjoni tal-UE wara t-tkabbir.

6.7

Jeħtieġ li tkun affrontata s-sitwazzjoni partikulari tal-intrapriżi żgħar u medji fir-rigward tan-nuqqas ta’ aċċess għall-kreditu u s-self. Bħalissa, l-fondi li huma ddedikati għall-intrapriżi żgħar u medji mhux qed jilħqu l-għanijiet tagħhom.

6.8

L-Att dwar in-negozji ż-żgħar, li dwaru l-Kumitat kellu ċ-ċans jesprimi ruħu (29), “ma jindirizzax biżżejjed din il-kwistjoni, speċjalment fil-kuntest tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji attwali”, minħabba li m’għandux ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa. Madankollu huwa importanti li fl-Istati Membri huwa jiġi implimentat b’mod sħiħ, puntwali u sistematiku.

6.9

Ta’ importanza akbar mis-sitwazzjoni attwali, lil hinn mill-aċċess għall-kreditu, kif diġà ripetut diversi drabi mill-Kumitat, huma:

l-adozzjoni tal-Istatut tal-Kumpanija Privata Europea, li huwa l-aktar importanti għall-intrapriżi żgħar u medji (30), fir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema;

ir-reviżjoni tad-direttiva komunitarja dwar id-dewmien fil-pagamenti;

il-promozzjoni tar-rwol tad-distretti bħala mutur tal-iżvilupp fit-territorju, permezz tal-istituzzjoni “tad-distretti produttivi funzjonali” fuq livell Ewropew, li huma l-aktar utli għas-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

jitnedew inizjattivi komunitarji ta’ konsulenza (mentoring) għall-intrapriżi żgħar u medji ġodda u tan-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, sabiex tiżdied il-possibilità li huma jirnexxu kif ukoll l-aċċess tagħhom lejn is-swieq internazzjonali;

Il-livelli tar-riskju fis-setturi jkunu sorveljati kontinwament sabiex jevitaw li jkun hemm falliment tas-suq u jkunu żviluppati metodi pożittivi li jantiċipaw l-iżvilupp.

6.10

Fir-rigward tas-setturi partikulari, il-Kummissjoni kienet diġà identifikat, wara konsultazzjoni pubblika wiesgħa, numru ta’ setturi tal-manifattura fejn kellu jkun hemm intervent sabiex jistimula u jagħti l-ħajja mill-ġdid. Kienu identifikati sitt swieq għall-fażi tal-bidu tal-inizjattiva “swieq ewlenin” (31):

is-saħħa elettronika;

it-tessuti protettivi;

il-kostruzzjoni sostenibbli;

ir-riċiklaġġ;

il-bijoprodotti;

l-enerġiji rinnovabbli.

6.11

Il-metodu użat mill-Kummissjoni, għandu jkun imġedded għal setturi oħra. Għaldaqstant, għandhom ikunu individwati s-setturi fejn azzjoni koordinata permezz ta’ mekkaniżmi ta’ politika u kundizzjonijiet ta’ qafas ewlenin, kif ukoll kooperazzjoni msaħħa fost il-partijiet l-aktar interessati, ikunu f’pożizzjoni li jżidu l-iżvilupp tas-suq mingħajr ma jostakolaw id-dinamika kompetittiva (32). L-istess għandu jingħad għall-iżvilupp tal-industrija tad-difiża Europea, li għandha tifforma parti minn politika Ewropea aktar koordinata, wara l-ħolqien tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-progress li sar fir-rigward tas-sigurtà komuni (33).

6.12

Sabiex il-politika industrijali Ewropea ssir aktar effettiva, jeħtieġ li nikkunsidraw il-kuntest speċifiku ta’ kull settur b’mod individwali: minn dak tal-vetturi bil-mutur (karozzi, trakkijiet u muturi (34) għal dak tas-settur tal-kimika, is-settur navali, is-settur tal-faħam u l-azzar, il-kostruzzjoni, it-tessuti u l-ilbies, is-settur agroalimentari, tal-metall u l-elettromekkanika, is-settur ajruspazjali, tal-informatika u t-telekomunikazzjoni, is-settur tal-enerġija, tas-saħħa eċċ.

6.13

Sabiex tkun sostnuta wkoll l-introduzzjoni tal-innovazzjoni, il-KESE jidhirlu li huwa essenzjali li jiżviluppa aktar il-mekkaniżmi l-ġodda tal-politika industrijali, bħalma huma l-inizjattivi konġunti fit-teknoloġija, il-kuntratti pubbliċi innovativi u l-pjan ta’ azzjoni għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli.

6.14

Il-KESE jidhirlu li fis-setturi tas-servizzi wkoll jeħtieġ li tkun mgħaġġla l-liberalizzazzjoni, l-aktar fir-rigward tas-servizzi tal-professjonijiet liberi u tar-restrizzjonijiet li għad hemm fir-rigward tat-tariffi u n-numerus clausus.

6.15

Il-KESE qed jitlob bil-qawwa li jkun hemm azzjoni Komunitarja sabiex tagħti sostenn lis-settur tas-servizzi għall-intrapriżi, li jiżviluppaw servizzi u materjal innovattiv li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadin, il-konsumaturi u l-intrapriżi, billi jkun hemm tranżizzjoni aktar mgħaġġla lejn is-sistema diġitali u t-tixrid tal-broadband, filwaqt li jkunu eliminati l-ostakli għall-gvern elettroniku u t-tħaddim flimkien tas-sistemi.

6.16

Skont il-KESE, il-politika komuni esterna jeħtieġ li tkun imsaħħa u ssir aktar rigoruża fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-bqija tad-dinja.

7.   Id-dimensjoni tas-sostennibilità tal-iżvilupp

7.1

Il-KESE sostna (35) u għadu jsostni l-inizjattivi għall-iżvilupp tal-politiki dwar l-estrazzjoni, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, li jkunu integrati għal kollox mal-politiki Komunitarji l-oħra, sabiex l-isfidi potenzjali jinbidlu f’opportunitajiet kompetittivi.

7.2

Il-KESE huwa konvint li l-azzjoni tal-UE trid tkompli tiġi indirizzata lejn miri ambizzjużi, mgħejjuna minn mekkaniżmi leġiżlattivi u finanzjarji li ma jippenalizzawx il-kompettività tal-Ewropa, billi jispiċċaw bħala piz fuq l-intrapriżi u ċ-ċittadini, iżda li jagħtu sostenn lill-prattiki virtwużi, il-proċessi innovattivi u t-titjib teknoloġiku.

7.3

Il-KESE jsostni l-importanza li jinħolqu dawk l-opportunitajiet li jagħmluha possibbli li tinkiseb it-tmexxija internazzjonali fejn jidħol l-użu effiċjenti tal-enerġija, iż-żieda fil-kapaċità li tipproduċi enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiġbru d-diossidu tal-karbonju.

Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  .Is-Sur Mario Monti, li kien il-Kummissarju dwar il-Kompetizzjoni, wera t-tħassib tiegħu dwar is-sopravivenza tal-mudell Ewropew, li huwa msejjes fuq is-Suq Uniku (artikolu li deher fil-ġurnal Il Corriere della Sera tal-10 ta’ Mejju 2009).

(2)  Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki; It-tassazzjoni fuq id-dħul mill-kapital; Il-konsodilazzjoni, għal raġuni ta’ pensjoni, tal-ħidma li wieħed ikun wettaq f’numru ta’ pajjiżi barranin eċċ.

(3)  Ara la piattaforma europea Manufuture ( www.manufuture.org ) Ara wkoll l-intervistà ma’ Étienne Davignon dwar l-implimentazzjoni tal-pjan Davignon (Brussell, l-14 ta’Jannar 2008; www.ena.lu).

(4)  Il-Fond Ewropew tal-Investimenti (FEI), iffinanzjat mill-Bank Ewropew tal-Investimenti (BEI). Ara l-ewwel parti tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), (programm dwar l-innovazzjoni u l-kompettività).

(5)  Ara l-inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa «e-health» (COM (2007) 860) – Artikolu 6.10 hawn taħt.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-Kumitat dwar “Ir-riżultati tas-Summit dwar l-impjiegi” (KESE 1037/2009), għadha mhux ippublikata fil-ĠU

(7)  Ara l-proposti approvati mill-Kunsill Ewropew ta’ Lussemburgu f’Novembru 1997, dwar it-tnaqqis tar-rati tal-VAT dwar servizzi professjonali stabbiliti mill-Istati Membri f’qafas Ewropew.

(8)  Il-mira: ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha tal-UE, tal-anqas 50 % tal-istudenti ikomplu jsegwu l-edukazzjoni terzjarja u li tal-anqas 25 % minnhom jagħżlu istitut tekniku tal-inġinerija jew xjentifiku (relazzjonijiet ELECTRA).

(9)  Ittra mibgħuta mill-President Sepi lill-President Barroso għas-summit Ewropew fi Praga.

(10)  Opinjoni “In-negozjati dwar il-ftehimiet il-ġodda tal-kummerċ - Il-pożizzjoni tal-KESE”, ĠU C 211, 19.8.2008, p.82-89 u l-opinjoni dwar “Id-dimensjoni esterna tal-istrateġija ta’ Lisbona mġedda” (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).

(11)  BRICS: il-Brażil, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina.

(12)  Statistika EUROSTAT – 30 t’April 2009.

(13)  SEG(2009) 353.

(14)  UNWTO World Tourism Barometer volum 7 numru. 2 – Ġunju 2009.

(15)  Fl-ewwel tliet xhur tal-2009 naqas bi 2.5 % meta mqabbel mal-perijodu ta’ qabel. F’Mejju tal-2009, il-produzzjoni industrijali tal-UE naqset bi 15.9 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (16.8 % fis-settur tal-manifattura) – Ara SEG(2009) 1088 – 20 ta’ Lulju 2009.

(16)  COM(2009) 114.

(17)  Ara s-sinteżi tar-riżoluzzjoni tal-KETU dwar il-Pjan għall-Irkupru Ewropew (5 ta’Diċembru 2008; http://www.etuc.org/).

(18)  Ara n-nota tal-BUSINESS EUROPE tas-17 ta’ Marzu 2009 bħala preparazzjoni għall-Business Event tal-G-20 (18 ta’ Marzu 2009; http://www.businesseurope.eu/).

(19)  IPR – International Product Regulations.

(20)  Fl-UE-27, ir-rata tal-qgħad fis-settur taż-żgħażagħ laħqet it-18.3 % fl-ewwel tliet xhur tal-2009. B’5 miljun żgħażugħ bla xogħol – EUROSTAT 23 ta’ Lulju 2009.

(21)  Dan ser ikun ħafna aktar diffiċli minħabba li jrid ikun ikkunsidrat ukoll l-effett tar-rabta bejn ir-riskju / is-self, previst mill-ftehim ta’ Basel II dwar l-intrapriżi żgħar u medji. Jeħtieġ li jkunu adottati numru ta’dispożizzjonijiet fil-livell tal-UE sabiex jilqgħu għal dawn l-effetti.

(22)  Ara l-indikatur tal-“consumer confidence” (grafika 6), “Business & Consumer Survey Results”, DĠ ECFIN, Ġunju 2009.

(23)  KUMM(2007) 374.

(24)  KUMM(2008) 397.

(25)  Ara l-opinjoni dwar “il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli”, ĠU C 218, 11.9.2009, p.46-49.

(26)  Ir-rapport dwar ix-xogħol, 2008–09, il-Kunsill tal-EPSO, 9 ta’ Marzu 2009.

(27)  Ara. KUMM(2008) 800 (Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku).

(28)  ibid.

(29)  Opinjoni CESE 38/2009 tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU).

(30)  Ara l-opinjoni tal-Kumitat dwar “L-aċċess ta’ l-SMEs għal statut tal-liġi Ewropea” (ĠU C 125, 27.5.2002, p. 100).

(31)  KUMM(2007) 860.

(32)  Il-Kunsill dwar il-kompettività: Il-konklużjonijiet tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar il-politika ta’ innovazzjoni u l-kompetittività.

(33)  Ara l-opinjoniiet dwar “it-Trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża” u dwar “id-Difiża Ewropea” (pubblikati fil-ĠU C 100, 30.4.2009, p. 109, u ĠU C 10, 14.1.2004, p. 1 rispettivament).

(34)  Fir-rigward tas-settur tal-muturi tal-UE, dan għandu jkun jista’ jibbenifika minn sistema ta’ sostenn u ta’ inċentivi tal-Istati Membri, l-istess bħal dik attwata fis-settur tal-karozzi, minħabba li dan is-settur intlaqat bl-istess mod bħal dak tal-karozzi mill-kriżi ekonomika attwali.

(35)  Opinjoni tal-Kumitat dwar “Produzzjoni ekoloġika” (ĠU C 224, 30.8.2008, p. 1).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/52


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ix-xogħol u l-faqar: lejn l-approċċ olistiku meħtieġ” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/10

Relatur: is-Sinjura PRUD'HOMME

Nhar is-26 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Ix-xogħol u l-faqar: lejn l-approċċ olistiku meħtieġ

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura PRUD’HOMME.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru 2009 u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’173 vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Rakkomandazzjonijiet

Il-faqar tal-ħaddiema huwa kwistjoni kumplessa, kemm għall-impjegati kif ukoll għal dawk li jaħdmu għal rashom, b’ħafna kriterji interrelatati. Approċċ olistiku għandu jippermetti l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi effettivi biex jingħelbu l-isfidi.

1.1

Fil-qalba tal-proġett Ewropew għandu jitqiegħed l-għan tal-impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd.

1.2

Il-kwistjoni tal-ħaddiema fqar għandha ssir tema li tiġi ttrattata regolarment fil-qafas tad-djalogu soċjali Ewropew.

1.3

Għandha tiġi ffinalizzata malajr kemm jista’ jkun l-implimentazzjoni tal-għodod għall-għarfien biex dejjem nifhmu aħjar dawn is-sitwazzjonijiet, bid-diverġenzi, iżda wkoll il-konverġenzi, fl-Ewropa.

1.4

Għandhom jiġu studjati u stabbiliti bilanċi ġodda bejn il-protezzjoni soċjali u l-impjieg, speċjalment biex jiġi żgurat id-dħul deċenti għal kull ħaddiem u b’hekk jinħolqu l-kondizzjonijiet biex ikunu jistgħu jiġu sodisfati l-ħtiġijiet bażiċi (alloġġ, kura tas-saħħa, edukazzjoni tal-ħaddiema nfushom u tat-tfal tagħhom eċċ.).

1.5

Għandu jiġi żgurat it-taħriġ inizjali u kontinwu għall-impjiegi ta’ kwalità u għandhom jittieħdu miżuri f’diversi livelli (nazzjonali, reġjonali) biex jinħoloq ambjent li jiskoraġġixxi liż-żgħażagħ milli jitilqu kmieni mill-iskola.

1.6

Għandhom jitkomplew l-isforzi u d-dibattiti marbuta mal-flessigurtà, sabiex jinstab bilanċ ġdid bejn il-flessibbiltà (li hija essenzjali għall-intrapriżi) u mezzi reali biex tiġi pprovduta iktar sigurtà (il-protezzjoni għall-ħaddiema) u tittrażżan iż-żieda fil-faqar attiv bil-għan li dan jinqered.

1.7

Fil-qafas tas-sena 2010, iddikjarata bħala s-sena Ewropea tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, għandha tiġi kkunsidrata l-opportunità għas-sensibilizzazzjoni u l-azzjoni marbuta ma’ dawn il-kwistjonijiet fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.

2.   Kuntest

2.1

Fil-livell tal-UE ġie żviluppat korp ta’ riċerka, proposti u innovazzjonijiet immirati lejn il-“ħaddiema fil-faqar”, li juri li l-okkupazzjoni mhijiex neċessarjament protezzjoni kontra l-faqar, b’mod partikolari fil-kuntest soċjoekonomiku attwali.

2.2

Fil-“Proposta għal rapport konġunt 2009 dwar il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali” (1), ibbażata fuq ir-Rapporti Strateġiċi Nazzjonali ġodda, il-Kummissjoni spjegat l-importanza tas-suġġetti tal-ħaddiema fqar u tal-impjiegi ta’ kwalità. Is-suġġett u l-kwistjonijiet konkreti li tressqu jikkonformaw sew mal-azzjoni fil-livell tal-UE dwar “l-inklużjoni attiva”. Hemm tħassib doppju – dak dwar il-ġlieda kontra t-tfaqqir u dak dwar l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd.

2.3

Fi żmien ta’ kriżi l-kwistjoni tiżdied darbtejn fl-importanza: żieda konsiderevoli fil-qgħad flimkien ma’ tensjoni akbar fuq il-finanzi pubbliċi. Madankollu, għandna nieħdu pass lura mis-sitwazzjoni immedjata u nikkunsidraw din il-kwistjoni bħala waħda li għandha tiġi indirizzata mhux biss fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, naturalment, iżda wkoll bħala kwistjoni strutturali fil-qalba tal-iżviluppi pożittivi u mixtieqa fil-protezzjoni soċjali u l-politika tax-xogħol, fil-perijodu medju kif ukoll fit-tul.

2.4

Il-Kummissjoni, li bħalissa qed taħdem fuq dokument dwar ix-xogħol u l-faqar, ħabbret li l-2010 se tkun is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. Kważi 80 miljun persuna fl-UE, jiġifieri 16 % tal-popolazzjoni, jintlaqtu direttament mill-faqar. Dawn jinkludu għadd sostanzjali ta’ “ħaddiema fil-faqar”; 8 % tal-ħaddiema qed jgħixu taħt il-livell tal-faqar (2).

2.5

Fl-opinjoni tiegħu dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)  (3), il-Kumitat innota li flimkien mal-indikatur tas-soltu dwar il-faqar relattiv fil-flus, indikaturi oħrajn tal-faqar, li juru l-persistenza tiegħu u d-deprivazzjoni ġenwina, huma neċessarji sabiex napprezzaw għalkollox il-kobor tal-problema. Lil hinn mid-dettalji tekniċi, it-tqabbil, li issa jista’ jsir grazzi għal definizzjoni maqbula fil-livell Ewropew, jagħti stampa ċara tat-tendenzi.

3.   Definizzjoni

3.1

Meta nużaw il-frażi “ħaddiema fil-faqar”, għandna qabel xejn niddefinixxu ż-żewġ termini, i.e. “ħaddiema” u “faqar”. Il-“faqar” ta’ ħaddiem jiddependi parzjalment mid-dħul iddikjarat individwali tiegħu li jkun qala’ tul il-perijodu tal-kuntratt ta’ xogħol (dak li jitħallas għal xogħlu) u parzjalment miċ-ċirkostanzi materjali ġenerali tal-familja tiegħu. Ix-xogħol huwa l-attività professjonali ta’ individwu. Il-faqar huwa n-nuqqas ta’ riżorsi adegwati biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tal-familja kollha. F’xi każijiet jista’ jiġri li n-nies li ma jkunux foqra u/jew li jidhru li mhumiex foqra jaqgħu fil-faqar f’qasir żmien.

3.2

Il-faqar huwa definit fil-livell tal-familja, filwaqt li x-xogħol huwa definit fil-livell tal-individwu. Għaldaqstant, qed inħalltu żewġ livelli ta’ analiżi. Biex ikunu “ħaddiema fil-faqar” l-ewwel nett jiddependi fuq il-qagħda tal-impjieg tal-individwu u l-karatteristiċi tal-impjieg tiegħu, u mbagħad fuq il-livell ta’ għajxien tal-familja tiegħu. Din l-evalwazzjoni doppja twassal għad-diffikultajiet. Jista’ jkun il-każ li l-individwu ma jitħallasx tajjeb iżda ma jkunx ikkunsidrat bħala fqir (għax ir-riżorsi l-oħra tal-familja jkunu iktar sostanzjali). Mill-banda l-oħra, l-individwu jaf ikun ikkwalifikat bħala fqir minkejja li d-dħul tiegħu jkun qrib is-salarju medju fix-xahar tal-pajjiż u kkunsidrat bħala biżżejjed fis-soċjetà li jagħmel parti minnha. Xi wħud jafu jkunu mingħajr xogħol (qiegħda) iżda jkunu qed jirċievu benefiċċji ħafna ogħla mil-livell tal-faqar. Barra minn hekk, xi wħud jistgħu jkunu impjegati b’mod attiv ħafna, iżda mhux imħallsa tajjeb u b’ħafna dipendenti, u b’hekk isibu ruħhom jgħixu taħt il-livell tal-faqar.

3.3

Għaldaqstant, meta tiġi kkunsidrata l-politika tal-ħaddiema fqar, għandhom jitqiesu wkoll il-politiki tax-xogħol, il-politiki tal-assistenza u s-sigurtà soċjali u l-politiki tal-familja.

3.4

Skont l-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg, li hija parti mill-Istrateġija ta’ Lisbona, it-tnaqqis ta’ ħaddiema fil-faqar sar prijorità tal-UE. Għalhekk fl-2003 kien hemm bżonn li jitwaqqaf indikatur għall-finijiet ta’ evalwazzjoni u tqabbil. F’Lulju 2003, fil-kuntest tal-ħidma tiegħu fil-Proċess tal-Inklużjoni Soċjali, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea adotta indikatur komuni għall-analiżi tal-proporzjon tal-ħaddiema fil-faqar fl-UE kif ukoll ta’ xi wħud mill-karatteristiċi soċjodemografiċi ewlenin.

3.5

Skont id-definizzjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-ħaddiema fil-faqar huma dawk l-individwi li kienu impjegati għall-biċċa l-kbira tas-sena ta’ referenza (jew f’impjieg imħallas b’paga jew b’salarju jew f’impjieg għal rashom) u dawk li d-dħul disponibbli totali tal-familja tagħhom jaqa’ taħt is-60 % tad-dħul medjan nazzjonali totali. L-individwi jkunu jridu ħadmu għal iktar minn nofs is-sena. L-indikatur tal-“ħaddiema fir-riskju tal-faqar” fil-fatt jidentifika kwalunkwe persuna li tkun ilha taħdem tal-inqas sebgħa minn tnax-il xahar matul il-perijodu ta’ referenza (4).

4.   Evalwazzjoni statistika

4.1

Fl-aħħar tal-2008, il-Kummissjoni ħarġet ir-rapport annwali tagħha dwar it-tendenzi soċjali fl-Istati Membri fil-kuntest tal-għanijiet komuni tal-istrateġija tal-UE għall-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali (ara l-appendiċi) (5). Dan ir-rapport jiżvela li fl-aħħar tal-2 006,16 % taċ-ċittadini Ewropej kienu fir-riskju tal-faqar. 8 % tal-ħaddiema fl-UE kienu qed jgħixu taħt il-livell tal-faqar. Dawn il-figuri jvarjaw minn 4 % jew inqas (ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju, id-Danimarka, l-Olanda u l-Finlandja) sa 13 % jew 14 % (fil-Polonja u l-Greċja rispettivament) (6). Il-faqar tal-ħaddiema huwa marbut ma’ paga baxxa (pagi li huma inqas minn 60 % tal-paga medja), kwalifiki baxxi, nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg, salarji baxxi ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u impjieg part-time (ħafna drabi involontarju). Dan it-tip ta’ faqar huwa marbut ukoll mal-istatus ekonomiku ta’ membri oħra tal-familja. Il-Kummissjoni tinnota li fil-każ ta’ familji bit-tfal, paga waħda m’għadhiex biżżejjed għall-ħarsien mir-riskju tal-faqar.

4.2

L-indikaturi tal-faqar monetarju relattiv ħafna drabi jiġu kkritikati billi ma jqisux verament id-diversità tas-sitwazzjonijiet ta’ kif jista’ jseħħ il-faqar. Il-faqar tad-dħul finanzjarju huwa biss aspett wieħed tal-faqar. Qed jiġu żviluppati indikaturi oħrajn fl-Unjoni Ewropea u dawn jippreżentaw stampa differenti u komplementarja tar-realtajiet tal-faqar.

4.3

Barra mill-kejl monetarju tal-faqar, qed jiġi żviluppat kejl ieħor li huwa relatat mal-“kondizzjonijiet tal-għajxien”. Għalhekk, fil-livell tal-UE, qed titkejjel “id-deprivazzjoni materjali” (ara l-appendiċi). L-indikatur iqis il-proporzjon tal-persuni li jgħixu fi djar b’nuqqas ta’ mill-inqas tlieta mid-disa’ elementi li ġejjin: 1) l-abbiltà li jħallsu spejjeż mhux mistennija, 2) vaganza annwali ta’ ġimgħa, 3) l-abbiltà li jħallsu d-dejn, 4) ikla li tinkludi laħam aħmar, tiġieġ jew ħut tal-inqas ġurnata iva u ġurnata le, 5) alloġġ b’tisħin adegwat, 6) magna tal-ħasil, 7) televiżjoni bil-kulur, 8) telefon, 9) vettura privata. Naturalment, dawn il-kondizzjonijiet materjali huma dubjużi bħala indikaturi. Huwa t-total globali tagħhom li jippreżenta stampa interessanti. Ir-rati ta’ deprivazzjoni juru diverġenzi kbar li jvarjaw minn 3 % fil-Lussemburgu sa 50 % fil-Latvja. Dawn id-diverġenzi huma ħafna iktar sostanzjali minn dawk tal-faqar monetarju (li jvarjaw minn 10 % sa 21 %).

4.4

L-approċċ tad-deprivazzjoni materjali jittrasforma radikalment il-klassifika tal-faqar tal-Istati Membri. Madankollu, dan jirreferi għall-faqar b’mod ġenerali u mhux għall-ħaddiema fil-faqar. Dalwaqt ser ikollna nkunu kapaċi nuru s-sitwazzjoni tal-ħaddiema fil-faqar f’termini ta’ deprivazzjoni materjali għal kull pajjiż. Bażikament, il-faqar tal-ħaddiema mhuwiex biss problema ta’ dħul dgħajjef, iżda wkoll kwistjoni ta’ kwalità ta’ ħajja (professjonali, familjari u soċjali).

5.   Fatturi li jwasslu għall-ħaddiema fil-faqar

5.1

Wieħed mill-fatturi ewlenin li jwasslu għall-ħaddiema fil-faqar huwa n-nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg. Bosta atturi, fosthom il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins u t-trejdjunjins Ewropej, huma mħassba dwar in-nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg. B’iktar minn 19,1 miljun kuntratt fiss (7) u madwar 29 miljun li “taparsi” jaħdmu għal rashom (l-iktar fis-setturi tal-bini u x-xogħlijiet pubbliċi), hemm kważi 48,1 miljun ħaddiema li qed jgħixu b’xi forma ta’ instabbiltà. M’hemmx għalfejn ngħidu, dawn il-persuni jiffurmaw grupp eteroġenju ħafna fil-pajjiżi individwali, u ħafna iktar bejn il-pajjiżi. Madankollu, l-iskala tal-problema għandha titkejjel f’għexieren ta’ miljuni ta’ persuni li jaħdmu li qed jiffaċċjaw xi forma ta’ nuqqas ta’ sigurtà u b’hekk jitqiegħdu fir-riskju tal-kategorija ta’ ħaddiema fil-faqar.

5.2

Min iħaddem jisħaq fuq il-kumplessità ta’ din il-kwistjoni ta’ faqar attiv, l-ewwel nett fuq ir-rabta bejn ir-riskju tal-faqar u l-livell ta’ edukazzjoni. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu iktar effettivi u ġusti. Barra minn hekk, huwa essenzjali li x-xogħol jirrendi (8) biex jiġi żgurat bilanċ effikaċi bejn is-sistemi fiskali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali.

5.3

Il-faqar tal-ħaddiema jiddependi minn kemm huma baxxi l-pagi (li ħafna drabi ma jkunux adegwati għall-kompitu) u mill-bidliet fil-mudell tal-familja. L-iżviluppi fil-familji, li jolqtu b’modi differenti d-diversi Stati Membri, għandhom karattru instabbli minħabba s-separazzjonijiet dejjem jiżdiedu u ż-żieda fil-familji b’ġenitur wieħed, nies li jgħixu waħedhom u esposti għar-riskju tal-faqar. Fir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali (2007)  (9) il-Kummissjoni kienet diġà osservat li l-impjieg huwa l-aħjar protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, iżda impjieg mhuwiex garanzija għal ħajja ħielsa mill-faqar. B’hekk, għandna nadottaw jew insaħħu l-miżuri rilevanti għas-solidarjetà li huma essenzjali għall-familji, in-nisa, iż-żgħażagħ, l-istudenti, u l-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani, il-migranti, u l-iktar kategoriji vulnerabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat il-punt safejn il-faqar tal-ħaddiema jiddetermina l-faqar tat-tfal.

5.4

Iż-żieda fl-ispiża tat-trasport, l-alloġġ u l-kura tas-saħħa eċċ., għandha tendenza tfixkel ukoll is-sigurtà tal-ħaddiema. Din tolqot b’mod partikolari dawk li jaqilgħu kważi l-paga minima u l-klassijiet soċjali tan-nofs ta’ isfel billi s-soltu dawn jinsabu fil-marġni taż-żoni tal-impjieg.

5.5

Il-faqar tal-ħaddiema jista’ jirriżulta minn nuqqas ta’ kwalifiki jew livelli baxxi ta’ edukazzjoni, minn sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kwalifiki biżżejjed għal impjiegi b’paga adegwata jew minn kondizzjonijiet tax-xogħol inadegwati. L-iktar gruppi vulnerabbli ħafna drabi jkunu l-ħaddiema avvanzati fl-età, iż-żgħażagħ, in-nisa, il-familji l-kbar, il-persuni b’diżabbiltà, it-tfal li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien u l-immigranti. Jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li kull persuna b’diżabbiltà jkollha aċċess adatt għall-impjieg u li kull tifel u tifla jingħataw bidu tajjeb għall-ħajja bis-saħħa ta’ edukazzjoni li tibda minn età żgħira fejn fl-istess ħin tiġi indirizzata l-problema tat-tluq bikri mill-iskola, billi r-rata ta’ bħalissa ta’ 15 % fl-Ewropa, għadha għolja wisq.

5.6

F’livell iktar profond u ta’ sikwit, il-ħaddiema fil-faqar huma r-riżultat ta’ sottookkupazzjoni. Il-faqar tal-ħaddiema, kemm għall-impjegati kif ukoll għall-ħaddiema indipendenti, jirrappreżenta suġġett kumpless li jħaddan għadd ta’ kriterji interrelatati. Għandu jiġi adottat approċċ olistiku biex jinstabu mekkaniżmi biex jingħelbu l-isfidi. Mingħajr politiki komprensivi tat-tkabbir immirati lejn l-adattar għall-globalizzazzjoni u issa għall-irkupru ekonomiku, ma jista’ jkun hemm l-ebda programm effettiv għall-ġlieda kontra l-faqar tal-ħaddiema.

6.   Proposti għal approċċ komprensiv fil-ġlieda tal-faqar tal-ħaddiema

6.1

L-ewwel nett għandna bżonn naħsbu f’termini makroekonomiċi biex niġġieldu l-faqar tal-ħaddiema. Miżuri ad hoc mhux ser iservu b’mod adegwat għall-kontroll tad-dinamika, speċjalment matul perijodu ta’ kriżi. L-impjiegi u l-impjieg indipendenti, b’mod speċjali l-impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd, għandhom ikunu l-prijorità tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

6.2

Indikaturi affidabbli. Id-dinamika tal-iżvilupp ta’ indikaturi komuni u affidabbli għall-ħaddiema fil-faqar għandha tkompli għaddejja. Bis-saħħa tal-investiment Ewropew u l-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni saru ħafna avvanzi. Issa hemm bżonn immorru lil hinn u nibnu l-għarfien tagħna fuq il-bażi ta’ data iktar sħiħa li tqis b’mod simultanju l-għadd ta’ ħaddiema fil-faqar, l-intensità ta’ dan il-faqar u d-distribuzzjoni inugwali tad-dħul fost il-fqar (fl-istess pajjiż u minn pajjiż għal ieħor).

6.3

Mil-lat tekniku, b’rispett għal dawn il-kwistjonijiet ta’ statistika, tinħtieġ data nazzjonali, ibbażata fuq livelli minimi nazzjonali, kif ukoll data kompletament Ewropea, ibbażata fuq livell minimu Ewropew. Dan jiffaċilita klassifiki oħrajn u perspettivi oħra minbarra dik ipprovduta llum mill-uniku indikatur stabbilit.

6.4

Paga ġusta u deċenti, imsejsa fuq djalogu soċjali msaħħaħ. Il-ġlieda kontra l-faqar tal-ħaddiema għandha tinvolvi wkoll politika ambizzjuża dwar il-pagi. Għandna nżidu u nappoġġjaw kull inizjattiva mfassla skont il-formula: inflazzjoni + parteċipazzjoni adegwata għall-qligħ fil-produttività. F’dan il-kuntest, in-negozjati dwar il-pagi, is-sisien tad-djalogu soċjali, għandhom jaqdu rwol predominanti fil-ġlieda kontra l-faqar tal-ħaddiema. Fil-livell settorjali, nazzjonali u Ewropew, m’hemm l-ebda impatt finanzjarju reali fuq l-intrapriżi meta n-negozjati jimxu mingħajr xkiel u għaldaqstant m’hemm l-ebda “premium” x’jitħallas għal djalogu soċjali ġenwin. Il-progress lejn ix-xogħol deċenti jinkiseb bis-saħħa tad-djalogu soċjali, l-investiment min-naħa tal-imsieħba soċjali, ir-responsabbiltà tal-kumpaniji, mill-miżuri tal-inċentiv u korrettivi tal-awtoritajiet pubbliċi, u attwalment, mir-rwol tal-banek fil-kuntest tal-SMEs. Il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat hija strument determinanti fil-ġlieda kontra l-faqar tal-ħaddiema. Minn naħa għax jolqot lill-iktar nies vulnerabbli (immigranti, ħaddiema b’xogħol prekarju) iżda wkoll għax jista’ jwassal għal sitwazzjoni ta’ kważi skjavitù li tmur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

6.5

Il-mekkaniżmi għall-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti: ħafna intraprendituri u dawk li jaħdmu għal rashom ibatu mill-faqar tal-ħaddiema, speċjalment fil-bidu meta n-negozju jkun għadu qed jiġi stabbilit. Hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi ta’ appoġġ għax ħafna minn dawn l-SMEs ‘il quddiem joħolqu l-impjiegi. 80 % tat-tkabbir fl-ekonomija jiġi mis-settur tal-SMEs, iżda ħafna intraprendituri ma jaqilgħux paga jew jaqilgħu paga baxxa meta jkunu għadhom qed jistabbilixxu n-negozji tagħhom u jpoġġu lill-familji tagħhom fir-riskju tal-faqar.

6.6

Is-sistemi ta’ taħriġ aġġustati. It-taħriġ tul il-ħajja, speċjalment għall-ħaddiema inqas ikkwalifikati, huwa prerekwiżit biex jittejbu l-ħiliet ta’ dawn il-ħaddiema u l-aċċess tagħhom għal impjiegi b’paga ġusta u deċenti.

6.7

Protezzjoni soċjali adattata. Sabiex jingħeleb il-faqar tal-ħaddiem hemm bżonn li jiġu razzjonalizzati l-miżuri li qed jintużaw. Is-servizzi soċjali għandhom ikunu jistgħu jinteraġixxu b’mod iktar effettiv b’servizzi tal-kura tat-tfal u appoġġ għall-mobbiltà (bħax-xogħol, il-mobbiltà għandha tirrendi wkoll), li jwassal sabiex il-ħaddiema fil-faqar ikunu jistgħu jerġgħu lura għal impjiegi mħallsa aħjar.

6.8

Rigward l-alloġġ, billi jidher li f’xi pajjiżi hemm għadd ta’ ħaddiema li m’għandhomx dar, huwa importanti li r-riżorsi għad-djar soċjali jintużaw biex tingħata prijorità lil dawk li għandhom impjieg iżda qegħdin fir-riskju li jitilfuh flimkien mal-istabbiltà relattiva tagħhom għax ikollhom alloġġ fqir jew ma jkollhom l-ebda alloġġ.

6.9

Inqisu l-ambjent tax-xogħol, u x-xogħol. F’termini konkreti, billi l-faqar tal-ħaddiema huwa marbut mal-kondizzjonijiet tal-impjieg, huwa essenzjali li tittieħed azzjoni fil-lievi marbuta mal-ambjent tax-xogħol: l-għajnuna għall-mobbiltà magħżula, l-aċċess għall-ikel issussidjat, il-kondizzjonijiet tal-alloġġ, il-faċilitajiet għall-kura tat-tfal. Barra minn hekk, min iħaddem għandu jkun f’pożizzjoni li jeżamina liema miżuri jista’ jieħu biex joffri aktar sigurtà fil-kuntratti tal-impjieg u kif l-impjegati tiegħu jistgħu javvanzaw u jtejbu l-kwalifiki tagħhom.

6.10

Sensibilizzazzjoni u azzjoni. Fl-aħħar nett, matul is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali għandna nimmobilizzaw l-opinjoni pubblika u l-mezzi tax-xandir. L-analiżi tal-faqar tal-ħaddiema, b’diskussjoni dwar is-sitwazzjonijiet umani degradanti li jġib miegħu, u l-mobilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika fl-UE jistgħu jwasslu għal tmiem it-tbatija ta’ dawn il-ħaddiema tal-popolazzjoni u tingħatalhom lura d-dinjità li ġiet kompromessa. Iktar milli diskussjoni f’termini ta’ kompassjoni, għandha ssir diskussjoni f’termini ta’ azzjoni li tiżgura impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd sabiex jiġi promoss mudell soċjali Ewropew etikament superjuri.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  COM(2009) 58 finali.

(2)  Eurostat, Statistics in focus, 46/2009.

(3)  Opinjoni tal-KESE tad-29.5.2008 dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)”, relatur: is-Sur Pater, korelatur: is-Sinjura Koller (ĠU C 224, 30.8.2008).

(4)  Għal iktar dettalji u żviluppi sinifikanti, ara Guillaume Allègre, Working poor in the EU: an exploratory comparative analysis, dokument ta’ ħidma tal-OFCE, Nru 2008–35, Novembru 2008; Sophie Ponthieux, “The working poor as a statistical category – Methodological difficulties and exploration of a notion of poverty in earned income”, dokument ta’ ħidma tal-INSEE, Nru F0902, Marzu 2009.

(5)  Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2008. http://ec.europa.eu/employment_social/spsi/joint_reports_en.htm.

Ara d-data kollha relatata mal-ħidma tal-metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni: http://ec.europa.eu/employment_social/spsi/the_process_en.htm. Għal perspettiva Ewropea riċenti u xenarji u tħassib f’ċerti pajjiżi tal-UE, ara Hans-Jürgen Andreß, Henning Lohmann (dir.), “The Working Poor in Europe. Employment, Poverty and Globalization, Cheltenham”, Edward Elgar, 2008.

(6)  Għandu jiġi nnotat li ġew applikati l-livelli minimi nazzjonali għall-faqar monetarju. Livell minimu Ewropew għall-faqar monetarju jista’ jaqleb għalkollox il-klassifikazzjoni kif jidhru l-pajjiżi.

(7)  Stħarriġ Ewropew dwar il-forzi tax-xogħol – riżultati tas-sena 2008; http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_OFFPUB/KS-QA-09-033/EN/KS-QA-09-033-EN.PDF.

(8)  Ix-xogħol jirrendi – Studju mill-Kumitat tax-xogħol u l-Kumitat tal-protezzjoni soċjali dwar l-interazzjoni bejn is-sistemi fiskali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali. Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-immodernizzar tal-ħarsien soċjali għal aktar impjiegi u ta’ kwalità aħjar avviċinament komprensiv li jwassal għal xogħol li jirrendi, relatur: is-Sinjura St Hill (ĠU C 302, 7.12.2004).

(9)  http://ec.europa.eu/employment_social/spsi/joint_reports_en.htm#2007.


Appendiċi

Tabella 1. Il-faqar u l-faqar tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea fl-2006

Image

Tabella 2. Deprivazzjoni materjali fl-UE

Persentaġġ ta’ persuni li qed jgħixu fi djar li jonqoshom mill-inqas tlieta mill-elementi elenkati (2006)

Image


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/57


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “ir-Rapport tal-Grupp de Larosière” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2009/C 318/11

Relatur: is-Sur NYBERG

Nhar it-23 ta’ Marzu 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

ir-Rapport tal-Grupp de Larosière.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur NYBERG.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’152 vot favur, 37 vot kontra u 15-il astensjoni.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-kriżi finanzjarja u ekonomika laħqet livelli li ilna ma naraw bħalhom fi żmien ta’ paċi sa mit-tletinijiet. Din l-opinjoni ser tindirizza biss il-kriżi finanzjarja u x’jista’ jsir biex nevitaw kriżi bħal din fil-ġejjieni. Dan kien il-kompitu fdat lill-hekk imsejjaħ Grupp de Larosière, li r-rapport tiegħu ser jiġi diskuss f’din l-opinjoni tal-KESE. Il-fatt li l-Kummissjoni, fost affarijiet oħra, diġà ressqet għadd ta’ proposti, pereżempju dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, dwar tipi speċifiċi ta’ attività finanzjarja u dwar superviżjoni finanzjarja, li huwa s-suġġett ewlieni indirizzat mill-Grupp de Larosière, juri kemm dawn il-kwistjonijiet huma importanti.

1.2   Ir-raġuni ewlenija għall-kriżi kienet il-likwidità eċċessiva li, skont il-Grupp de Larosière, sa ċertu punt kienet ikkawżata mill-politika espansjonista mħaddna mill-Istati Uniti u mill-iżbilanċi fl-ekonomija dinjija; dan jidher bl-aktar mod ċar fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Spjegazzjoni oħra valida għal din il-kriżi hija, fil-fehma tal-KESE, il-fatt li kien hemm tibdil fid-distribuzzjoni tad-dħul: mix-xogħol lejn il-kapital. Id-distribuzzjoni tad-dħul saret aktar inugwali. L-aktar persuni għonja ħassew il-ħtieġa li jinvestu minħabba ż-żieda fl-assi tagħhom. Peress li l-opportunitajiet għall-investiment ma żdidux bl-istess ritmu, kien hemm pressjoni biex il-prezzijiet tat-titoli jogħlew. Fir-rapport tiegħu, il-Grupp de Larosière jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-“bużżieqa” finanzjarja, iżda hemm bżonn ta’ analiżi aktar fil-fond biex jiġi ddeterminat x’deċiżjonijiet politiċi hemm bżonn fil-ġejjieni.

1.3   B’mod ġenerali, il-KESE japprova l-31 rakkomandazzjoni tal-Grupp iżda jixtieq iwessa’ l-ambitu tal-analiżi u jagħmel għadd ta’ osservazzjonijiet u kummenti supplimentari.

1.3.1

Il-Grupp de Larosière jirrakkomanda li jitfasslu rekwiżiti kapitali għall-banek li jkunu stretti fi żminijiet tajbin u inqas stretti fi żminijiet ħżiena. Fid-dawl tad-diffikultà li jitbassru l-fluttwazzjonijiet fiċ-ċiklu ekonomiku, din tista’ tkun proposta riskjuża. Fl-istess ħin, l-eżempju ta’ Spanja juri li sistema msejsa fuq rekwiżiti kapitali varjabbli tista’ taħdem tajjeb. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li din il-miżura għandha tiġi eżaminata mil-lat taż-żmien magħżul qabel ma tiġi implimentata.

1.3.2

Fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn assolut ta’ rekwiżiti kapitali aktar stretti u trasparenza ikbar fir-rigward tal-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. L-awtoritajiet Spanjoli kellhom regoli stretti ħafna dwar l-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u l-banek Spanjoli kienu l-inqas li ntlaqtu mill-kriżi.

1.3.3

L-espressjonijiet “operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ” u “special purpose vehicles” xi kultant intużaw ħażin. L-assi riskjużi tneħħew mill-karti tal-bilanċ tal-banek biex jiġu evitati r-rekwiżiti kapitali u xi kultant biex jiġu evitati t-taxxi. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ regoli aktar stretti.

1.3.4

Fil-fehma tal-KESE, waħda mill-ħtiġijiet ewlenin fis-segwitu tar-rapport għandha tkun li l-element ta’ riskju tal-assi tal-banek ikun aktar trasparenti. Il-KESE jaqbel mar-rapport li jgħid li l-banek u l-istabbilimenti finanzjarji għandhom dejjem iżommu parti mir-riskju meta l-assi riskjużi jerġgħu jinbiegħu. Ir-riskji marbuta mal-prodotti finanzjarji għandhom ikunu ċari. It-trasparenza tal-prodotti finanzjarji hija meħtieġa bil-għan li tiġi rkuprata l-fiduċja fis-swieq finanzjarji. Hawnhekk, il-KESE jixtieq jerġa’ jiġbed l-attenzjoni għall-każ ta’ Spanja. Strumenti ġodda fis-settur finanzjarju m’għandhomx jintużaw qabel ma jsirilhom kontroll minn awtorità monetarja. L-introduzzjoni ta’ kontrolli bħal dawn għandha tiġi diskussa. Irid jiġi deċiż jekk dawn il-kontrolli għandhomx isiru fil-livell nazzjonali jew hijiex meħtieġa sistema ta’ kontroll waħda. Minħabba n-natura transkonfinali tal-attività finanzjarja, l-għażla aktar ixxaqleb favur sistema komuni.

1.3.5

L-hekk imsejħa “sistema bankarja parallela” hija magħmula minn tipi differenti ta’ self mhux regolat. Dawn it-tipi ġodda ta’ attività finanzjarja żviluppaw lil hinn mill-ambitu tar-regolazzjoni, mingħajr saħansitra l-ebda eżiġenża ta’ riżervi. Il-KESE jaqbel li anke dawn għandhom jiġu regolati. Ir-rapport jitlob ukoll regoli komuni għall-fondi tal-investiment, għal definizzjonijiet tat-tipi differenti ta’ assi u għal kontrolli aktar stretti. Anke hawnhekk faċli li wieħed jaqbel.

1.3.6

Huwa essenzjali li jkun hemm rekwiżiti aktar stretti dwar il-ġestjoni tal-banek u l-verifiki (auditing). Fil-fehma tal-KESE, is-soluzzjonijiet proposti fir-rapport tal-Grupp de Larosière ma jiffokawx biżżejjed fuq ir-rwol tal-verifikaturi. Permezz ta’ verifika effettiva kien ikun possibbli li t-tixrid tal-assi riskjużi jitrażżan. Il-ġestjoni tal-istabbilimenti finanzjarji trid tkun tista’ tiddependi mill-verifiki fl-evalwazzjoni tal-assi riskjużi. Ir-rwol tal-verifikaturi u l-metodi tal-kontabilità għandhom jiġu inklużi fir-reviżjoni ta’ Basel II.

1.3.7

Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet siewja dwar l-iskemi ta’ bonus. Dawn l-iskemi għandhom jinfirxu fuq għadd ta’ snin u jissejsu fuq riżultati konkreti u mhux jiġu garantiti minn qabel. Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ tranżizzjoni minn perspettiva fuq perijodu qasir għal perspettiva fuq perijodu twil ta’ żmien, b’mod li l-bonusijiet ma jissejsux fuq l-ispekulazzjoni. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-KESE jappoġġja l-idea li jkun hemm taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u l-qligħ minn din it-taxxa jista’ jiġi allokat għall-għajnuna għall-iżvilupp. Barra minn hekk, ħtieġa oħra hija li l-iskemi ma jissejsux fuq żviluppi ġenerali iżda fuq jekk il-banek ikkonċernati jirnexxilhomx jagħtu prestazzjoni tajba meta mqabbla max-xejra ġenerali. Barra minn hekk, ikun tajjeb li jiġi stabbilit limitu massimu għall-bonusijiet bil-għan li jiġu evitati l-eċċessi u t-teħid ta’ riskji mhux maħsuba tajjeb. L-hekk imsejħa “strateġija ta’ ħruġ” (exit strategy) għall-kriżi finanzjarja għandha tagħmel mod li s-somom kbar li jitħallsu lill-istituzzjonijiet finanzjarji mill-fondi pubbliċi jiġu rimborżati minflok ma jkunu destinati għall-ħolqien ta’ profitti kbar u bonusijiet.

1.4   Is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji kien il-kompitu ewlieni fdat lill-Grupp de Larosière. Fil-fehma tal-KESE, is-superviżjoni hija fundamentali biex tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra, iżda teħtieġ ir-regoli. Għalhekk, il-proposti dwar it-tibdil u t-tisħiħ tar-regoli stabbiliti fl-ewwel parti tar-rapport huma importanti wkoll.

1.4.1

Il-Grupp de Larosière jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ korp Ewropew għas-superviżjoni tas-sistema finanzjarja f’livell globali, li jkun kapaċi joħroġ twissijiet dwar riskji finanzjarji. Qed jiġi propost li din ir-responsabbiltà tingħata lill-BĊE jew lis-SEBĊ u li l-kompitu jiġi fdat lil kunsill speċjali. Huwa tajjeb li dan il-kunsill ikollu rabta amministrattiva mal-BĊE, iżda hija s-SEBĊ li għandha tingħata r-responsabbiltà formali għas-superviżjoni. Is-superviżjoni għandha tinvolvi s-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri kollha b’mod assolut, u l-ħatra tal-korp maniġerjali tal-kunsill/bord ġdid għandha tiġi fdata lis-SEBĊ.

1.4.2

Ir-rapport jirrakkomanda li tinħoloq sistema ġdida ta’ superviżjoni mikroprudenzjali f’żewġ fażijiet; din is-sistema għandha tinvolvi awtoritajiet differenti għas-superviżjoni tal-banek, il-fondi tal-investiment u s-swieq tat-titoli. It-tieni fażi għandha tikkonsisti fl-iffissar ta’ regoli bażiċi komuni għas-superviżjoni u t-tneħħija tad-differenzi fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali. F’din il-fażi, għandhom ukoll jiġu armonizzati s-sistemi tas-sanzjonijiet. Fil-fehma tal-KESE, ma hemm l-ebda raġuni għaliex din il-ħidma għandha ddum bla bżonn, u għalhekk jilqa’ l-fatt li fil-komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni issa qed tirrakkomanda li jsiru l-preparamenti meħtieġa mill-aktar fis għall-ħolqien ta’ sistema tas-superviżjoni mikroprudenzjali.

1.4.3

Fil-fehma tal-KESE, il-ġestjoni tal-kulleġġi magħmula mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-banek b’attività transkonfinali tista’ tkun diffiċli jekk ma tkunx akkumpanjata wkoll mill-armonizzazzjoni meħtieġa. Jekk dan ma jsirx, fil-prattika, id-differenzi fir-regoli li jorbtu lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali iġiegħlu t-tliet awtoritajiet jieħdu f’idejhom parti mis-superviżjoni.

1.4.4

Il-korpi tat-tmexxija ta’ dawn l-awtoritajiet ġodda m’għandhomx ikunu magħmulin biss minn bankiera. L-organizzazzjoniet tat-trejdjunjins, il-konsumaturi, is-servizzi bankarji kif ukoll il-KESE, fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant tas-soċjetà ċivili, għandhom isibu posthom fost dawn il-korpi.

1.5   Ir-rapport isemmi l-ħtieġa fil-livell globali li Basel II, l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u r-rikonoxximent globali tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tas-swieq tad-derivati jissaħħu, il-ħtieġa li jsiru aġġustamenti fit-tmexxija tas-settur finanzjarju u li r-rwol tal-FMI jissaħħaħ. Il-Grupp jixtieq ineħħi l-possibbiltà li l-operaturi finanzjarji jinġibdu lejn attività partikolari minħabba regolazzjoni dgħajfa tas-settur finanzjarju. Għadd mir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ġew adottati fis-summit tal-G-20 f’Londra. Il-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja li twaqqaf fl-1999 għall-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja globali tbiddel fil-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja. Il-KESE jittama li dan il-korp isir aktar trasparenti u jikseb ir-riżorsi adegwati u s-setgħa biex jaġixxi. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-FMI ser jingħata aktar riżorsi iżda jikkritika r-rekwiżiti stabbiliti mill-FMI, li jqajmu dubji fuq aspetti importanti tal-mudell soċjali Ewropew. Għal din ir-raġuni u r-raġunijiet l-oħra msemmija, huwa essenzjali li l-UE titkellem b’leħen wieħed fi ħdan il-FMI.

1.5.1

Fid-diskussjonijiet dwar is-suq finanzjarju qed tintuża l-espressjoni “stress test” – analiżi ta’ kif is-sistema bankarja ta’ pajjiż iġġib ruħha f’każ ta’ kriżi fis-suq finanzjarju. Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali, huwa faċli li wieħed jifhem kemm jistgħu jkunu importanti testijiet bħal dawn. Fl-istess ħin, dan iqajjem il-kwistjoni ta’ jekk ir-riżultati għandhomx ikunu pubbliċi. Kieku l-FMI kellu jagħmel test ta’ din ix-xorta u jippubblika r-riżultati li juru li s-sistema bankarja f’pajjiż partikolari ma tkunx kapaċi toħroġ minn kriżi, il-kriżi imbagħad isseħħ tassew.

2.   Daħla

2.1

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika laħqet livelli li qatt ma rajna bħalhom fi żmien ta’ paċi. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja tat-tletinijiet faqqgħet fi żmien meta l-ekonomiji dinjija ma kinux integrati kif inhuma llum. L-aktar li ntlaqtu kienu l-Istati Uniti u l-Ewropa. Attwalment qed niffaċċjaw kriżi globali.

2.2

Dik li bdiet bħala kriżi finanzjarja żviluppat fi kriżi ekonomika akkumpanjata minn reċessjoni f’bosta partijiet tad-dinja. Huwa probabbli li dan ser iwassal għal kriżi soċjali b’ħafna persuni qiegħda. L-iskala ta’ din il-kriżi tiddependi mit-tip ta’ politika adottata biex tinstab soluzzjoni għaliha. Fl-istess ħin, faqqgħet kriżi politika li kkawżat il-waqgħa ta’ ċerti gvernijiet.

2.3

Madankollu, din l-opinjoni ser tindirizza biss il-kriżi finanzjarja u x’jista’ jsir biex nevitaw kriżi bħal din fil-ġejjieni. Fil-kuntest tal-kriżi ġenerali, is-suġġett huwa limitat. Ma jittrattax il-kriżi ekonomika u lanqas ma jittratta l-miżuri biex tingħeleb il-kriżi finanzjarja attwali, bħal pereżempju l-għoti ta’ fondi pubbliċi lis-settur finanzjarju. Jittratta biss il-ġejjieni, u b’mod partikolari is-superviżjoni tas-settur finanzjarju.

2.4

Dan kien il-kompitu fdat lill-Grupp de Larosière, li r-rapport tiegħu ser jiġi diskuss f’din l-opinjoni tal-KESE. Il-Grupp wessa’ l-ambitu tiegħu. Dan kien meħtieġ biex toħroġ stampa ċara bil-għan li jitressqu proposti mfassla b’aktar reqqa.

2.5

Il-kriżi attwali bdiet fis-settur finanzjarju. Qabel ma l-Grupp de Larosière ippubblika r-rapport tiegħu, il-kriżi kienet tant gravi li, f’għadd ta’ każijiet, il-Kummissjoni Ewropea kienet diġà ressqet proposti biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni. Probabbilment, l-aktar waħda importanti hija dik dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Tressqet proposta għal direttiva dwar forom speċjali ta’ attività finanzjarja. F’komunikazzjoni maħruġa fis-27 ta’ Mejju ġiet diskussa parti mir-rapport de Larosière li tittratta dwar is-superviżjoni tas-settur finanzjarju. Skont l-Appendiċi 1 għad-dokument ta’ ħidma mehmuż mal-komunikazzjoni, hemm biss ħames differenzi bejn il-komunikazzjoni u r-rapport de Larosière. Dawn huma indirizzati fil-punti 6.2.4, 6.3.1 u 6.3.5 ta’ din l-opinjoni. Il-KESE beħsiebu jfassal opinjoni speċifika dwar il-proposti konkreti biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni. Minkejja l-fatt li f’din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni ma tindirizzax il-bqija tar-rapport de Larosière, il-KESE huwa tal-fehma li l-partijiet li tħallew barra huma daqstant importanti għall-ġejjieni tas-settur finanzjarju.

2.6

Ir-rapport de Larosière nkiteb minn bankiera għall-bankiera u dawk mitluba jikkunsidraw il-proposti mressqa huma esperti fil-qasam bankarju fi ħdan il-Kummissjoni u Ministri tal-Finanzi fl-Istati Membri. Il-KESE japprova l-31 rakkomandazzjoni fir-rapport, iżda l-ambitu tiegħu għandu jitwessa’. Dawk li fil-prattika kkawżaw il-kriżi finanzjarja ma jistgħux jerfgħu r-responsabbiltà li jsolvu l-problemi attwali waħidhom. Il-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji huma individwi u kumpaniji li jiddepożitaw il-flus imfaddla u jissellfu biex jiffinanzjaw l-investimenti tagħhom. Il-kompitu tas-suq finanzjarju huwa li jaqdi lil dawn il-gruppi, fi kliem ieħor lis-soċjetà ċivili, bl-aqwa mod possibbli. Iżda, minkejja li napprovaw ir-rapport b’mod ġenerali, ser nagħmlu xi osservazzjonijiet dwaru u nipproponu xi żidiet.

3.   Il-kawżi tal-kriżi finanzjarja

3.1

Minkejja l-likwidità eċċessiva fis-settur finanzjarju, ma ttieħdet l-ebda miżura mill-banek ċentrali. L-enfasi kienet biss fuq il-livell tal-prezzijiet, li ma kienx il-kaġun taż-żieda fir-rati tal-imgħax. Id-disponibbiltà ta’ likwidità rħisa wasslet għal żieda fil-prezzijiet tat-titoli. Hekk kif ma hemmx l-inqas dubju li l-livell tal-likwidità kien għoli wisq meta faqqgħet il-kriżi, issa ma hemm l-ebda dubju li minħabba l-kriżi l-livell tal-likwidtà huwa baxx wisq. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed jgħid liema huwa l-livell adegwat ta’ likwidità u tal-provvista’ ta’ flus f’ċirkustanzi normali. Il-KESE jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni għad-dilemma marbuta mal-fatt li tintuża l-inflazzjoni fl-istess ħin li jintuża xi tip ta’ kejl tal-provvista tal-flus bħala indikaturi tal-politika monetarja. Provvista eċċessiva ta’ flus fl-idejn twassal lill-banek ċentrali biex jgħollu r-rati tal-imgħax. Jekk fl-istess ħin l-inflazzjoni tkun baxxa, dan għandu jwassal għal tnaqqis fir-rati tal-imgħax. Għaldaqstant, il-KESE huwa tal-fehma li jekk il-provvista tal-flus fl-idejn tintuża, anke f’ċirkustanzi kkumplikati, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi potenzjali fuq l-ekonomija reali.

3.2

Id-deċiżjonijiet politiċi favur is-sjieda ta’ proprjetà residenzjali mingħajr ma jingħata kas jekk ix-xerrej hux kapaċi jħallasha, l-ispejjeż baxxi marbuta mas-self u l-prodotti ġodda maħluqa mill-istabbilimenti finanzjarji bil-għan li titoli differenti jiġu kkombinati (bundles) wasslu biex is-self riskjuż (subprimes) jibqa’ mistur. Dawn it-titoli nxterdu fis-swieq finanzjarji dinjija peress li t-tfaddil privat fl-Istati Uniti tul il-perijodu 2005–2006 saħansitra niżel taħt iż-żero. Il-KESE kkummenta dwar dan f’Lulju 2008 (1): “Il-kriżi reċenti fl-Istati Uniti b’rabta mal-ipoteki subprime uriet kemm it-taħlita tal-volatilità tal-prezzijiet tal-proprjetà u l-prattiki ta’ valutazzjoni dgħajfa tar-riskju għall-klijenti rigward il-fatt li l-ħlasijiet bin-nifs li ma jitħallsux, li jkunu sproporzjonati meta mqabbla mal-valur reali tal-proprjetà nnifisha, jistgħu jiġġeneraw kriżi finanzjarja serja biżżejjed li tiddestabilizza s-sistema kollha. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni Komunitarja għandha tissejjes fuq din l-esperjenza (…)”.

3.3

Fl-istess ħin, l-iżbilanċi fil-kummerċ dinji ħolqu eċċessi kbar (surpluses) f’ċerti pajjiżi – l-aktar fiċ-Ċina – li ntużaw biex jinxtraw bonds tat-Teżor tal-Istati Uniti. It-taħlitiet kumplessi ta’ titoli (fosthom is-subprimes) taw redditi għoljin u s-suq finanzjarju kollu kien qed ifittex redditi dejjem aktar għoljin. It-titoli supplimentari setgħu jservu ta’ bażi għal self ġdid, b’mod li l-volum tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kiber, peress li kien imsejjes fuq titoli aktar riskjużi. L-idea kienet li wieħed mill-għanijiet tal-prodotti finanzjarji kumplessi ġodda kien li r-riskji jinfirxu. Iż-żieda fil-volum tat-tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji ħolqot l-impressjoni li l-profitti kienu dejjem qed jogħlew.

3.4

L-assi riskjużi marbuta ma’ self għad-djar li diffiċilment setgħu jinbiegħu fis-sistema bankarja ġew inkorporati f’titoli ġodda (permezz tat-titolizzazzjoni) u dan għamilha possibbli li jerġgħu jinbiegħu. Dan kollu spiċċa u l-kriżi faqqgħet meta l-Istati Uniti daħlet f’reċessjoni fl-2008 u l-qgħad żdied. Bosta sidien tad-djar ma kellhomx il-mezzi biex iħallsu r-rati ġodda tal-imgħax. Il-banek kellhom inaqqsu l-valur tat-titoli tagħhom u jbigħuhom. Il-valur tagħhom sar aktar dgħajjef u l-affarijiet baqgħu sejrin dejjem lura b’rata mgħaġġla. Il-fiduċja ntilfet.

3.5

Ir-rapport de Larosière isemmi għadd ta’ fatturi li kkontribwixxew għal dan:

meta l-proċess kollu beda, ir-regolazzjoni internazzjonali tal-attività bankarja kienet konformi mal-ftehim ta’ Basel I. Fil-fatt, din is-sistema ħeġġet il-prattika li permezz tagħha r-riskji ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ. Din il-prattika ġiet parzjalment ikkoreġuta permezz ta’ Basel II;

iż-żieda kbira fil-prodotti finanzjarji kumplessi ġodda, li kienu kkummerċjalizzati barra l-Borża (over the counter), b’mod li r-riskji saru inviżibbli;

ir-regolazzjoni tal-attività tal-istabbilimenti finanzjarji hija msejsa fuq l-evalwazzjoni tar-riskji permezz tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taw li dawn l-assi finanzjarji – li kienu kważi mingħajr valur – l-istess klassifikazzjoni li taw lill-bonds tal-gvern. Dawn l-aġenziji huma ffinanzjati mill-istess stabbilimenti finanzjarji li huma jevalwaw!

il-bords u l-persunal maniġerjali tal-istabbilimenti finanzjarji ma fehmux ir-riskji involuti fil-prodotti finanzjarji kumplessi ġodda;

ir-regolazzjoni u s-superviżjoni inadegwata – mingħajr koordinazzjoni – kif ukoll kompetizzjoni ħarxa bejn iċ-ċentri finanzjarji.

3.6

Ir-rapport de Larosière jagħti x’jifhem li qed jikkritika l-banek ċentrali talli ma ħadux passi biex tiġi indirizzata ż-żieda drammatika fil-likwidità.

3.7

Però, il-KESE jixtieq janalizza l-kwistjoni ftit aktar fil-fond. Iż-żieda fil-likwidità kienet parzjalment ikkawżata mill-iżbilanċi fl-ekonomija dinjija. Dan jidher bl-aktar mod ċar fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina: bilanċ pożittiv fil-kummerċ u rata ta’ tfaddil ekwivalenti għat-30–40 % tad-dħul, bħala lqugħ għall-mard u ż-żmien tal-pensjoni u defiċit fil-kummerċ fl-Istati Uniti assoċjat ma’ tfaddil ineżistenti. Spjegazzjoni oħra valida, li ma ġietx indirizzata mill-Grupp de Larosière, hija l-fatt li kien hemm tibdil fid-distribuzzjoni tad-dħul: mix-xogħol lejn il-kapital. Id-distribuzzjoni tad-dħul saret aktar inugwali. Kemm l-ILO kif ukoll l-OECD qalu li din it-tendenza kellha tieqaf.

3.8

L-aktar persuni għonja ħassew il-ħtieġa li ż-żieda fl-assi tagħhom tagħti l-frott. Peress li l-opportunitajiet għall-investiment ma żdidux bl-istess ritmu, kien hemm pressjoni biex il-prezzijiet tat-titoli jogħlew. Dawn il-kawżi tal-problemi attwali ma jistgħux jissolvew permezz ta’ regolazzjoni ġdida għas-suq finanzjarju, għaliex hemm bżonn ta’ deċiżjonijiet politiċi. Ir-rapport de Larosière jipprovdi rapport dettaljat tal-“bużżieqa” finanzjarja iżda hemm bżonn ta’ analiżi aktar fil-fond biex jiġi ddeterminat x’deċiżjonijiet politiċi hemm bżonn fil-ġejjieni.

3.9

Indubbjament, il-kuntest finanzjarju deskritt ħeġġeġ il-proliferazzjoni ta’ operazzjonijiet spekulattivi li ftit li xejn kellhom x’jaqsmu mal-iżviluppi tal-ekonomija reali, u ma sar l-ebda użu mill-istrumenti tal-politika fiskali u monetarja internazzjonali li setgħu jrażżnu ż-żieda ta’ dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet. L-istituzzjonijiet finanzjarji u l-korpi internazzjonali injoraw il-bosta movimenti soċjali li ripetutament talbu li jiġu adottati miżuri regolatorji, li l-aktar waħda importanti fosthom kienet l-hekk imsejħa “Tobin Tax”.

4.   Politika u regolazzjoni

4.1

Skont ir-rapport, il-kriżi attwali hija dovuta għal nuqqasijiet tas-swieq, żbilanċi globali, regolazzjoni inadegwata u superviżjoni dgħajfa. Dawn il-problemi kollha ma jistgħux jissolvew bir-regolazzjoni, iżda hemm bżonn ta’ regolazzjoni tajba. Fir-rapport jintqal li l-problemi kollha jridu jiġu indirizzati iżda hemm dubju dwar kemm ir-regolazzjoni proposta hija suffiċjenti. Barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar il-periklu li aktar regolazzjoni tista’ ddgħajjef l-innovazzjoni finanzjarja. Il-KESE jixtieq ifakkar li s-subprimes u t-titolizzazzjoni huma eżempju tajjeb ta’ dawn l-innovazzjonijiet finanzjarji. L-użu qarrieq ta’ wħud minnhom huwa l-għerq tal-problemi finanzjarji tal-lum. Ir-regolazzjoni kultant tista’ tikkontribwixxi għal innovazzjoni finanzjarja, bħalma hi s-SEPA (iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro).

4.2

Ir-rapport jirrakkomanda koordinazzjoni aktar effettiva bejn il-banek ċentrali u l-korpi politiċi responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji. Il-banek ċentrali għandhom jiddedikaw aktar ħin għal konsiderazzjonijiet makroekonomiċi f’forma ta’ superviżjoni aktar effettiva tas-swieq finanzjarji. Fil-fehma tal-KESE, din ir-rakkomandazzjoni u l-ħtieġa li l-FMI jiddedika aktar ħin għas-superviżjoni huma proposti neċessarji.

4.3

Ir-rapport jgħid li r-regolazzjoni politika u l-awtoregolazzjoni fis-settur finanzjarju għandhom jikkomplementaw lil xulxin. Peress li l-kontrolli interni ma ħadmux kif suppost, l-awtoregolazzjoni għandha tiġi ssorveljata. Iżda dan, fil-fatt, iwassal biss għat-tneħħija tal-konfini li jeżistu bejn ir-regolazzjoni mis-settur pubbliku u l-awtoregolazzjoni.

4.4

Fir-realtà, dawn il-konfini ma jeżistux. Fil-prattika, il-banek innifishom jistabbilixxu r-regoli għas-settur finanzjarju permezz ta’ Basel I u Basel II. Huwa f’idejn il-banek u stabbilimenti finanzjarji oħra, jew f’idejn l-istat f’każijiet fejn ir-regoli jiġu stabbiliti permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, li jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu osservati. (Basel II daħal fis-seħħ fl-UE fl-1 ta’ Jannar 2008, iżda fl-Istati Uniti mhux ser jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta’ April 2010). Ir-rapport ma jikkunsidrax serjament in-nuqqasijiet operazzjonali u demokratiċi fis-swieq finanzjarji li jirriżultaw mill-awtoregolazzjoni. Suq globalizzat jitlob li wieħed mis-suġġetti ewlenin diskussi jkun: il-korpi politiċi għandhom biżżejjed influwenza?

5.   Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp de Larosière

5.1   Ir-rekwiżiti kapitali tal-banek għandhom jiżdiedu gradwalment. Fid-dawl tal-fatt li l-kriżi bankarja ħolqot sitwazzjoni fejn il-kreditu huwa insuffiċjenti, din iż-żieda għandha ssir aktar ‘il quddiem. Fil-fehma tal-KESE, dan huwa rekwiżit essenzjali biex fil-ġejjieni jiġi evitat li s-soċjetà jkollha tipprovdi l-kapital lill-banek meta dawn ikollhom problemi ta’ likwidità. Il-KESE jaqbel li l-UE għandha tistabbilixxi definizzjonijiet komuni għar-rekwiżiti kapitali.

5.2   Fluttwazzjonijiet fir-rekwiżiti kapitali matul iċ-ċiklu ekonomiku. Ir-rapport iressaq l-argument li l-banek ċentrali m’għandhomx iħarsu biss lejn l-inflazzjoni iżda wkoll lejn l-iżviluppi ġenerali monetarji u dawk marbuta mas-suq tal-kreditu. F’każijiet fejn il-krediti jkunu eċċessivi, il-banek ċentrali għandhom ikunu lesti jirrestrinġu l-politika monetarja. Il-metodu propost huwa li jitfasslu rekwiżiti kapitali għall-banek li jkunu stretti fi żminijiet tajbin u inqas stretti fi żminijiet ħżiena. Fid-dawl tad-diffikultà li jsiru previżjonijiet ekonomiċi, din il-proposta tista’ tkun riskjuża. Iż-żieda fir-rekwiżiti wara perijodu tajjeb u espansjoni tal-kreditu tista’ minflok taggrava r-reċessjoni ċiklika jekk iż-żminijiet tajbin qed joqorbu lejn tmiemhom. Fl-istess ħin, l-eżempju ta’ Spanja juri li sistema msejsa fuq rekwiżiti kapitali varjabbli tista’ taħdem tajjeb. Fil-fehma tal-KESE, ir-riskji marbuta maż-żmien magħżul għandhom jiġu eżaminati qabel ma tiġi implimentata sistema bħal din.

5.3   Regoli aktar stretti dwar l-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ f’forma ta’ rekwiżiti kapitali stretti u aktar trasparenza. L-awtoritajiet Spanjoli kellhom regoli stretti ħafna dwar l-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u l-banek Spanjoli kienu l-inqas li ntlaqtu mill-kriżi.

5.3.1

Meta l-banek jagħmlu operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan jagħmluh billi jużaw waħda mill-innovazzjonijiet finanzjarji, l-hekk imsejħa “special purpose vehicles”. L-għan tagħhom huwa li l-assi riskjużi jitneħħew mill-karta tal-bilanċ tal-banek biex il-banek ikkonċernati ma jesponux ruħhom għar-riskji. Raġuni oħra hija biex jevitaw it-taxxi. Fid-dawl tal-użu qarrieq ta’ din l-innovazzjoni, il-KESE huwa tal-fehma li għandha tiġi stabbilita regolazzjoni aktar stretta kemm dwar is-sistema “tal-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ” kif ukoll tal-“ispecial purpose vehicles”. L-importanti mil-lat tar-regolazzjoni huwa li l-banek u l-istabbilimenti finanzjarji ma jkunux jistgħu jużaw dawn il-metodi biex jaħbu l-attivitajiet tagħhom.

5.4   Ir-riskji marbuta mal-assi bankarji għandhom ikunu aktar viżibbli. Il-KESE jemmen li dan għandu jkun wieħed mir-rekwżiti ewlenin meta l-Kummissjoni, fis-segwitu tar-rapport, toħloq, wieħed jittama, il-mezzi li jwasslu għal trasparenza ġenwina tal-assi bankarji.

5.4.1

Ir-rapport jiddiskuti t-titolizzazzjoni, is-swieq tad-derivati, il-fondi tal-investiment u l-hekk imsejħa “sistema bankarja parallela”. Il-KESE jixtieq li tinstab soluzzjoni globali bil-għan li l-ebda problema marbuta ma’ dawn it-titoli riskjużi ma tibqa’ mhux solvuta għax ma tkunx ġiet indirizzata fil-proposti individwali. Is-sistema bankarja parallela hija magħmula minn forom differenti ta’ self mhux regolat. Ir-rapport jirrakkomanda li l-ambitu tal-ftehim Basel II jitwessa’ biex ikopri dan il-qasam, kif ukoll il-hedge funds u l-banek ta’ investiment, fost affarijiet oħra. Dan huwa evidenti u għandha tittieħed deċiżjoni dwar din il-kwistjoni mill-aktar fis. Dawn il-forom ġodda ta’ attività finanzjarja, ta’ spiss fil-marġni tas-sistema bankarja, żviluppaw mingħajr l-ebda regolazzjoni u l-ebda eżiġenza ta’ riżervi. Ir-rapport jitlob ukoll regoli komuni għall-fondi tal-investiment, definizzjonijiet tat-tipi differenti tal-assi u kontrolli aktar stretti. Huwa faċli li wieħed jaqbel ma’ dan. Il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom dejjem iżommu parti mir-riskju meta l-assi riskjużi jerġgħu jinbiegħu.

5.5   Fit-13 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv, li hija marbuta ma’ għadd minn dawn l-istrumenti. Il-KESE ser iħejji opinjoni dwar din il-Proposta għal Direttiva aktar ‘il quddiem. Fl-2006, il-KESE kien diġà ħejja opinjoni dwar il-Green Paper dwar il-fondi tal-investiment (2).

5.6   Rigward ir-regoli tal-kontabilità, qed jiġi propost, fost affarijiet oħra, li Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabiltà (IASB) jistabbilixxi regoli għall-prodotti finanzjarji kumplessi l-ġodda. Il-metodu ta’ kontabilità msejjaħ “mark-to-market” – valutazzjoni skont il-valur attwali fis-suq – aggrava l-krizi bil-qawwa. Meta l-valur tal-assi waqa’, dawn l-assi ddaħħlu fil-kotba skont il-valur tal-ġurnata. Is-sitwazzjoni diffiċli waqqgħet aktar il-valur tal-assi taħt il-valur reali tagħhom. Il-metodu alternattiv – li l-assi jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ oriġinali tagħhom – ma jistax jaħdem fiċ-ċirkustanzi msemmija. Fil-fehma tal-KESE, hemm lok għal innovazzjonijiet.

5.7   Ta’ min jistaqsi: jagħmel sens li l-assi b’riskji mistura jinbiegħu fis-sistema bankarja? Forsi hemm bżonn li ċerti strumenti jiġu eliminati. Il-bankiera ta’ spiss jitkellmu dwar l-importanza tal-innovazzjoni fis-suq finanzjarju. Forsi eżaġerajna f’dan ir-rigward? Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-istrumenti attwali, tiddetermina l-valur tagħhom u r-riskji marbuta magħhom, u tipproponi liema strumenti jistgħu jiġu eliminati jew tagħti definizzjonijiet ta’ dawk li għandhom jibqgħu. Il-qasam bankarju ma jistax jerfa’ r-responsabbiltà waħdu. Il-Kummissjoni għandha twitti t-triq bil-għan li jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-prodotti finanzjarji m’għandhomx ikunu kkumplikati għalxejn. Ir-riskji marbuta magħhom għandhom ikunu ċari. It-trasparenza tal-prodotti finanzjarji hija forsi l-aktar ħaġa importanti biex terġa’ tissawwar il-fiduċja fis-suq finanzjarju.

5.7.1

Hawnhekk, il-KESE jixtieq jerġa’ jiġbed l-attenzjoni għall-każ ta’ Spanja. Strumenti ġodda fis-settur finanzjarju m’għandhomx jintużaw qabel ma jiġu eżaminati minn awtorità monetarja. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina d-differenzi bejn l-istrumenti użati fi Spanja u fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni ġenerali ta’ dawn il-kontrolli għandha tiġi diskussa, u għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk dawn il-kontrolli għandhomx isiru fil-livell nazzjonali jew hijiex meħtieġa sistema waħda komuni għal kulħadd. Minħabba n-natura transkonfinali tal-attività finanzjarja, l-għażla aktar ixxaqleb favur sistema komuni.

5.8   Il-KESE jaqbel mal-proposta mressqa fir-rapport dwar il-ġestjoni tar-riskji tal-banek – din għandha tkun funzjoni separata, ix-xogħol involut għandu jiġi vvalutat f’livell għoli u m’għandhiex titqiegħed fiduċja żejda fl-evalwazzjonijiet esterni (l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu). Il-proposta biex jiġu żviluppati mezzi għall-ġestjoni tar-riskji fi ħdan l-istabbilimenti finanzjarji tista’, naturalment, tiġi approvata. Il-kwistjoni essenzjali hawnhekk hija jekk ir-rakkomandazzjonijiet dwar dan il-qasam jistgħux qatt ikunu xi ħaġa aktar minn sempliċi rakkomandazzjonijiet. Sa liema punt tista’ tiġi regolata l-organizzazzjoni interna tal-kumpaniji finanzjarji? Wisq probabbli, kulma jista’ jsir f’dan il-qasam huwa li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jissorveljaw l-organizzazzjonijiet u jippubblikaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

5.9   Meta l-kriżi aggravat, bosta Stati Membri saħħew ir-rekwiżiti tal-UE dwar il-garanziji tad-depożiti bankarji. Ir-rapport jitlob li r-regoli jiġu armonizzati sabiex il-klijenti tal-banek kollha jirċievu livell ta’ protezzjoni li jkun ugwali u għoli biżżejjed. Jeħtieġ li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-fergħat tal-banek f’pajjiżi oħra, iżda l-fondi għal dawn il-garanziji tad-depożiti bankarji minn fejn ser jiġu? Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni u jitlobha tressaq proposta mill-aktar fis dwar regoli Komunitarji ġodda dwar il-garanziji tad-depożiti bankarji.

5.10   Rekwiżiti aktar stretti rigward il-ġestjoni tal-banek u l-verifiki. Fid-dawl ta’ kull ma ġara, dan huwa rekwiżit essenzjali. L-istabbilimenti finanzjarji wkoll għandhom kodiċi etika, iżda, fil-prattika, f’ċerti każijiet din il-kodiċi ma kellha l-ebda impatt fuq l-imġiba. Madankollu, f’dak li jikkonċerna l-kompetenza individwali, huwa diffiċli li jitfasslu proposti konkreti. Bis-saħħa ta’ regolazzjoni ġdida u t-tneħħija eventwali mis-suq ta’ ċerti strumenti, il-ġestjoni tal-banek għandha ssir aktar faċli. L-istrumenti li l-għan tagħhom huwa li r-riskji jibqgħu mistura jxekklu konsiderevolment il-ġestjoni tal-banek. Barra minn hekk, fil-fehma tal-KESE, is-soluzzjonijiet proposti fir-rapport tal-Grupp de Larosière ma jiffokawx biżżejjed fuq ir-rwol tal-verifikaturi. Permezz ta’ verifika effettiva kien ikun possibbli li t-tixrid tal-assi riskjużi jitrażżan. Il-ġestjoni tal-istabbilimenti finanzjarji trid tkun tista’ tiddependi mill-verifiki interni għall-evalwazzjoni tal-assi. Ir-rwol tal-verifikaturi u l-metodi tal-kontabilità għandhom jiġu inklużi fir-reviżjoni ta’ Basel II. Ikun utli ħafna wkoll li jiġu involuti ċerti partijiet interessati fl-evalwazzjoni tal-politiki u tal-istrumenti prodotti mill-korpi finanzjarji, billi jitwaqqfu kumitati ad hoc.

5.10.1

Sistema ta’ bonus li tippremja l-investiment f’assi riskjużi fuq perijodu qasir ta’ żmien hija fattur importanti li taffettwa l-imġiba tal-korp maniġerjali tal-banek. Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet tajbin dwar is-sistemi tal-bonus: dawn għandhom ikunu ppjanati bil-għan li jkopru għadd ta’ snin u jissejsu fuq riżultati effettivi minflok ma jiġu garantiti minn qabel. Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ tranżizzjoni minn perspettiva fuq perijodu qasir għal perspettiva fuq perijodu twil ta’ żmien, b’mod li l-bonusijiet ma jissejsux fuq l-ispekulazzjoni. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-KESE jappoġġja l-idea li jkun hemm taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u l-qligħ minn din it-taxxa jista’ jiġi allokat għall-għajnuna għall-iżvilupp. Barra minn hekk, ħtieġa oħra hija li l-iskemi ma jissejsux fuq żviluppi ġenerali iżda fuq jekk il-banek ikkonċernati jirnexxilhomx jagħtu prestazzjoni tajba meta mqabbla max-xejra ġenerali. Barra minn hekk, ikun tajjeb li jiġi stabbilit limitu massimu għall-bonusijiet bil-għan li jiġu evitati l-eċċessi u t-teħid ta’ riskji mhux maħsuba tajjeb.

5.11   Fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ġie propost li l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli jiġi fdat bil-kompitu li jagħtihom liċenzja. Il-Kummissjoni diġà ressqet Proposta għal Regolament dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-KESE ħejja opinjoni dwar din il-proposta u rrakkomanda li tiġi adottata (3). Ir-rapport tal-Grupp de Larosière jgħid li l-finanzjament tal-aġenziji kkonċernati għandu jiġi eżaminat. Fil-fehma tal-KESE, wieħed jista’ diġà jistqarr b’mod kategoriku li dawn l-aġenziji m’għandhomx jiġu ffinanzjati mill-istabbilimenti li huma stess jikklassifikaw.

6.   Superviżjoni

6.1   Is-superviżjoni tas-suq finanzjarju kien il-kompitu ewlieni fdat lill-Grupp de Larosière. Fil-fehma tal-KESE, is-superviżjoni hija fundamentali biex tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra, iżda teħtieġ ir-regoli. Għalhekk, il-proposti dwar it-tibdil u t-tisħiħ tar-regoli stabbiliti fl-ewwel parti tar-rapport huma importanti wkoll.

6.2   Sistema Ewropea għas-superviżjoni makroprudenzjali

6.2.1

Ir-rapport jikkritika s-superviżjoni attwali għax hija kkonċentrata wisq fuq il-kumpaniji individwali, u jipproponi li, minflok, is-superviżjoni titwessa’ biex tkopri s-sistema finanzjarja kollha. Ir-responsabbiltà għandha tiġi fdata lill-BĊE/SEBĊ (Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali). F’każijiet fejn tinħtieġ superviżjoni transkonfinali (għall-istabbilimenti finanzjarji b’fergħat f’pajjizi oħra), ir-rapport jgħid li għandu jkun possibbli li tinħoloq sistema ta’ medjazzjoni vinkolanti.

6.2.2

Il-Grupp de Larosière jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li korp Ewropew jiġi inkarigat formalment bis-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja, u li jkun kapaċi joħroġ twissijiet dwar riskji finanzjarji. Għandu jitwaqqaf kunsill / bord ta’ tmexxija indipendenti (Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku) fi ħdan il-BĊE/SEBĊ u jingħata dan l-inkarigu. Minbarra l-banek ċentrali, għandhom jiġu involuti wkoll it-tliet awtoritajiet li qed jiġi propost li jkunu responsabbli għas-superviżjoni mikroprudenzjali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa diffiċli ħafna li jinstab korp bl-għarfien meħtieġ biex tiġi żgurata superviżjoni makroprudenzjali. Għalhekk, dan l-għarfien għandu jinħoloq biex iservi ta’ appoġġ lill-kunsill. Ir-rapport de Larosière jgħid li l-Kummissjoni wkoll għandha tiġi involuta f’każ ta’ riskji kbar fis-sistema finanzjarja.

6.2.3

Il-KESE japprova ż-żidiet li ressqu l-ECOFIN u l-Kunsill Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tas-27 ta’ Mejju, li jipproponu li: il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għandu jkun rappreżentat fil-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali jkollhom rwol ta’ osservaturi, kull pajjiż għandu jkollu vot u kwalunkwe rakkomandazzjoni għandha ssir permezz tal-Kunsill tal-ECOFIN. Il-Kunsill Ewropew ippropona wkoll li l-president tal-BERS jintgħażel mill-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Il-KESE jaħseb li dan huwa bix-xieraq, peress li s-27 Stat Membru huma rappreżentati f’dan il-kunsill. Il-Kunsill Ewropew jirrakkomanda li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni ġodda Ewropej għandu jkollhom poteri ta’ superviżjoni fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-KESE japprova din il-proposta, li hija frott id-diskussjonijiet dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed biss minn dawn it-tliet awtoritajiet għandu jkollu din ir-responsabbiltà.

6.3   Sistema Ewropea għas-superviżjoni mikroprudenzjali

6.3.1   Fir-rigward tas-superviżjoni ta’ rutina, qed jiġi propost li jissaħħu t-tliet awtoritajiet attwali għas-superviżjoni tal-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli billi jiġu mibdula f’awtoritajiet. Ir-regolazzjoni f’dawn it-tliet oqsma hija tant differenti li mhux possibbli jingħaqdu f’awtorità waħda.

6.3.2   Qed jiġi propost li s-settur finanzjarju biss ikun rappreżentat f’dawn l-awtoritajiet ġodda. Kif diġà ntqal, il-KESE huwa tal-fehma li l-attività finanzjarja mhijiex kwistjoni għal dawk biss li huma direttament involuti. Jeżistu raġunijiet tajbin ħafna favur il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-impjegati. Jeżistu raġunijiet daqstant tajbin favur il-fatt li l-konsumaturi tas-servizzi tal-banek, l-assigurazzjoni u t-titoli jkunu rappreżentati f’dawn l-awtoritajiet. Hawnhekk nistgħu nagħmlu paragun mal-proposta mressqa mill-Amministrazzjoni ta’ Obama fl-Istati Uniti li jitwaqqaf kunsill speċjali għall-klijenti tal-banek biex jissorvelja l-attività finanzjarja. Naturalment il-KESE, bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili, għandu jiġi mistieden jipparteċipa wkoll.

6.3.3   Huwa rakkomandat li dawn l-awtoritajiet ġodda, fost affarijiet oħra, jingħataw il-kompitu li jiskopru d-differenzi li jeżistu fl-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-regoli Komunitarji attwali. Fil-fehma tal-KESE, din ir-rakkomandazzjoni għandha twassal b’mod naturali għall-fatt li l-Kummissjoni tipproponi emendi għar-regoli bil-għan li dawn id-differenzi jitneħħew.

6.3.4   Ir-rapport isemmi li għandu jkun hemm awtoritajiet ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istati Membri kollha, li jkunu jistgħu jirrikorru għal sanzjonijiet dissważivi. Il-KESE ma jistax ma jaqbilx ma’ dan u jiġbed ukoll l-attenzjoni għal kemm huwa importanti li dawn l-awtoritajiet ikunu indipendenti mill-banek u l-istabbilimenti finanzjarji. Il-Kummisjoni hija mitluba tipproponi regoli tal-UE f’dan ir-rigward.

6.3.5   Il-Grupp de Larosière jirrakkomanda li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ rutina u li t-tliet awtoritajiet ġodda jistabbilixxu l-istandards u jikkoordinaw l-attivitajiet. Għandhom isiru l-kontrolli meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-awtoritajiet nazzjonali huma verament indipendenti. F’każ li stabbiliment finanzjarju jkollu operazzjonijiet f’għadd ta’ pajjiżi, għandhom jitwaqqfu kulleġġi tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali kkonċernati. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom l-obbligu li jaqsmu l-informazzjoni.

6.3.6   Ir-rapport jirrakkomanda li s-sistema l-ġdida ta’ superviżjoni mikroprudenzjali tinħoloq f’żewġ fażijiet. It-tieni fażi għandha tikkonsisti fl-iffissar ta’ regoli bażiċi komuni għas-superviżjoni u t-tneħħija tad-differenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali. F’din il-fażi, għandhom ukoll jiġu armonizzati s-sistemi tas-sanzjonijiet. Fil-fehma tal-KESE, ma hemm l-ebda raġuni għaliex din il-ħidma għandha tiddawwar, u għalhekk jilqa’ l-fatt li fil-komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni issa qed tirrakkomanda li jsiru l-preparamenti meħtieġa mill-aktar fis għall-ħolqien tas-sistema tas-superviżjoni mikroprudenzjali.

6.3.6.1

Fil-fehma tal-KESE, il-ġestjoni ta’ kulleġġi magħmulin mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali kkonċernati tista’ tkun diffiċli, sakemm din ma tkunx akkumpanjata mill-armonizzazzjoni meħtieġa. Minħabba fid-differenzi fundamentali fir-regoli dwar l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali, fil-prattika, it-tliet awtoritajiet ġodda ikollhom jerfgħu parti mir-responsabbiltà tas-superviżjoni tal-istabbilimenti finanzjarji b’operazzjonijiet f’għadd ta’ pajjiżi.

6.3.6.2

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tispeċifika kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji tista’ taqdi rwol b’saħħtu ta’ koordinazzjoni fost l-awtoritajiet ta’ superviżjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li tirrispetta kemm ir-responsabbilitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jżommu l-istabbilità finanzjarja fi żminijiet ta’ konsegwenzi fiskali potenzjali kif ir-responsabbiltajiet tal-banek ċentrali, b’mod partikolari rigward l-għoti ta’ għajnuna ta’ likwidità f’emerġenza.

7.   Il-livell dinji

7.1

Il-Grupp de Larosière josserva li anke fil-livell dinji r-regolazzjoni tas-settur finanzjarju, is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-kriżi għandhom jiġu indirizzati; josserva wkoll li l-qafas adatt biex dan iseħħ ma jeżistix. Il-Grupp jitlob it-tisħiħ ta’ Basel II u r-regoli internazzjonali tal-kontabilità, regolazzjoni dinjija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, aġġustamenti fil-mod tat-tmexxija tas-settur finanzjarju u rwol aktar b’saħħtu għall-FMI. Il-Grupp jixtieq ineħħi l-possibbiltà li l-operaturi finanzjarji jinġibdu lejn attività partikolari minħabba regolazzjoni dgħajfa tas-settur finanzjarju. Il-kulleġġi tas-superviżuri tal-banek huma partikolarment importanti għall-banek li joperaw fil-livell dinji.

7.2

Wieħed jista’ jistenna li huwa diffiċli li jsir tibdil fil-livell dinji. Għadd mir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ġew madankollu indirizzati fis-summit tal-G-20 f’Londra. Il-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja li twaqqaf fl-1999 tbiddel fil-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, b’aktar membri msieħba – il-pajjiżi tal-G-20 kollha, Spanja u l-Kummissjoni Ewropea – b’ambitu aktar wiesa’ u rabta aktar stretta mal-FMI. Dawn il-bidliet huma totalment konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp de Larosière. Matul il-kriżi attwali, il-Forum s’issa ma kienx kapaċi jagħti twissijiet bikrija tar-riskji assoċjati mas-sistema finanzjarja. Il-KESE jittama li bis-saħħa ta’ dawn il-bidliet il-korp isir aktar trasparenti u li jingħatawlu aktar riżorsi, għarfien u setgħa biex jaġixxi. Niġbdu wkoll l-attenzjoni għall-fatt li l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet meħuda f’Londra għad iridu jiġu implimentati.

7.3

Fid-diskussjonijiet dwar is-suq finanzjarju qed tintuża l-espressjoni “stress test” – analiżi ta’ kif is-sistema bankarja ta’ pajjiż iġġib ruħha f’każ ta’ kriżi fis-suq finanzjarju. Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali, huwa faċli li wieħed jifhem kemm jistgħu jkunu importanti testijiet bħal dawn. Fl-istess ħin, dan iqajjem il-kwistjoni ta’ jekk ir-riżultati għandhomx ikunu pubbliċi. Kieku l-FMI kellu jagħmel test ta’ din ix-xorta u jippubblika r-riżultati li juru li s-sistema bankarja f’pajjiż partikolari ma tkunx kapaċi toħroġ minn kriżi, il-kriżi mbagħad isseħħ tassew. Madankollu, dawn it-testijiet għandhom ikunu trasparenti kemm jista’ jkun u jistgħu jsiru strument effettiv għas-superviżjoni tas-sistemi finanzjarji nazzjonali.

7.4

Is-summit ta’ Londra approva wkoll il-proposta li l-FMI jingħata aktar riżorsi biex jgħin lill-pajjiżi bi problemi serji. Il-KESE jilqa’ dan b’sodisfazzjon iżda jikkritika r-rekwiżiti stabbiliti mill-FMI, li jqajmu dubju dwar kwistjonijiet soċjali importanti u partijiet importanti tal-mudell soċjali Ewropew. Għal din ir-raġuni u r-raġunijiet l-oħra msemmija, huwa essenzjali li l-UE titkellem b’leħen wieħed fi ħdan il-FMI.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 18.

(2)  ĠU C 110, 9.5.2006, p. 19 (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  ĠU C 277, 17.11.2009 (ECO/243 – Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu).


Appendiċi

għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin, li kienu appoġġjati minn tal-inqas kwart tal-voti mixħuta, inċaħdu matul id-dibattitu (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 1.2

Ħassar:

Ir-raġuni ewlenija għall-kriżi kienet il-likwidità eċċessiva li, skont il-Grupp de Larosière, sa ċertu punt kienet ikkawżata mill-politika espansjonista mħaddna mill-Istati Uniti u mill-iżbilanċi fl-ekonomija dinjija; dan jidher bl-aktar mod ċar fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Spjegazzjoni oħra valida għal din il-kriżi hija, fil-fehma tal-KESE, il-fatt li kien hemm tibdil fid-distribuzzjoni tad-dħul: mix-xogħol lejn il-kapital. Id-distribuzzjoni tad-dħul saret aktar inugwali. L-aktar persuni għonja ħassew il-ħtieġa li jinvestu minħabba ż-żieda fl-assi tagħhom. Peress li l-opportunitajiet għall-investiment ma żdidux bl-istess ritmu, kien hemm pressjoni biex il-prezzijiet tat-titoli jogħlew. Fir-rapport tiegħu, il-Grupp de Larosière jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-‘bużżieqa’ finanzjarja, iżda hemm bżonn ta’ analiżi aktar fil-fond biex jiġi ddeterminat x’deċiżjonijiet politiċi hemm bżonn fil-ġejjieni.

Raġuni:

Kif jgħid ir-relatur f’partijiet oħra tal-opinjoni, u kif inhu imsemmi fir-rapport tal-Grupp de Larosière, il-kriżi għandha ħafna kawżiet, iżda m’hemm l-ebda evidenza li t-tibdil fid-distribuzzjoni tad-dħul hija waħda minnhom. L-ebda riċerka fil-kawżiet tal-kriżi ma tat riżultati f’din id-direzzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni fis-sezzjoni

Favur: 68 Kontra: 121 Astensjonijiet: 15

Punt 1.3.3

Fit-tieni sentenza ħassar kif ġej:

L-espressjonijiet ‘operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ’ u ‘special purpose vehicles’ xi kultant intużaw ħażin. L-assi riskjużi tneħħew mill-karti tal-bilanċ tal-banek biex jiġu evitati r-rekwiżiti kapitali u xi kultant biex jiġu evitati t-taxxi. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ regoli aktar stretti.

Raġuni:

Ir-raġuni ewlenija għalfejn isiru l-operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, kif innota sew ir-relatur, hija li ma jintużawx ir-riżorsi proprji. M’hemm l-ebda evidenza li dawn isiru biex jiġu evitati t-taxxi, ħaġa li xorta waħda jkun diffiċli ħafna li ssir, anke f’każ ta’ operazzjoni li ma tidhirx fuq il-karta.

Riżultat tal-votazzjoni fis-sezzjoni

Favur: 65 Kontra: 125 Astensjonijiet: 12

Punt 1.4.4

Ħassar:

Il-korpi tat-tmexxija ta’ dawn l-awtoritajiet ġodda m’għandhomx ikunu magħmulin biss minn bankiera. L-organizzazzjoniet tat-trejdjunjins, il-konsumaturi, is-servizzi bankarji kif ukoll il-KESE, fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant tas-soċjetà ċivili, għandhom isibu posthom fost dawn il-korpi.

Raġuni:

Il-korpi ta’ tmexxija mhumiex magħmulin biss minn bankiera, iżda wkoll minn rappreżentanti tal-awtoritajiet monetarji. Lanqas ma hu ġġustifikat il-fatt li jiddaħħlu membri ġodda, għax dawn jagħmluha diffiċli għall-awtoritajiet il-ġodda li joperaw. Ir-Rakkomandazzjoni 12 tar-rapport Larosière tagħti stampa ċara tal-karattru indipendenti u professjonali li għandu jkollhom d-diretturi tal-awtoritajiet il-ġodda.

Riżultat tal-votazzjoni fis-sezzjoni

Favur: 60 Kontra: 132 Astensjonijiet: 8


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/66


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013” (opinjoni addizzjonali)

2009/C 318/12

Relatur: is-Sur KIENLE

Nhar l-24 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni addizzjonali dwar:

Il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Adalbert KIENLE.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru 2009 u fl-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’167 vot favur, 3 voti kontra u 13-il astensjoni.

1.   Ir-rwol tal-KESE fil-proċess tal-iżvilupp addizzjonali tal-PAK

1.1

Il-KESE għandu t-tradizzjoni li jittratta r-riformi attwali tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) bir-reqqa u sa minn stadju bikri u, meta dan ikun possibbli, fiż-żmien li jippreċedi t-tressiq ta’ komunikazzjoni jew testi leġiżlattivi min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea. Bl-opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea fl-2007 intitolata “L-evalwazzjoni tal-istat ta’ saħħa tal-PAK u l-ġejjieni tagħha wara l-2013” (1), il-KESE kien saħansitra l-ewwel istituzzjoni li indirizzat is-suġġett tal-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni f’ċertu dettall.

1.2

Kemm taħt il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill fit-tieni nofs tal-2008 kif ukoll taħt dik Ċeka fl-ewwel sitt xhur tal-2009 saru sforzi biex jitkompla d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013, iżda dan ma wassal għall-ebda riżultat s’issa. Huwa sewwasew minħabba l-fatt li l-Kunsill tal-Agrikoltura s’issa għadu ma ħariġx stqarrija formali dwar il-kontenut u l-modalitajiet ta’ dan li l-KESE jemmen li “opinjoni addizzjonali” dwar l-iżviluppi importanti attwali hija f’waqtha u essenzjali. B’dan il-mod, wara l-evalwazzjoni tal-istat ta’ saħħa tal-PAK tal-2008, din tkun tista’ sservi ta’ tranżizzjoni għad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013. Barra minn hekk, il-KESE jemmen li huwa ferm importanti li titfassal opinjoni dettaljata oħra dwar il-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet marbutin mal-PAK.

1.3

Minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura dwar l-evalwazzjoni tal-istat ta’ saħħa tal-PAK f’Novembru 2008 seħħu bidliet, kultant radikali, fis-swieq agrikoli. It-tnaqqis fil-prezz tal-ħalib hija l-iktar bidla radikali. Skont il-KESE huwa essenzjali li n-netwerks tas-sigurtà, inklużi dawk dwar ir-regolazzjoni attwali tal-kwoti, jiġu eżaminati sabiex jiġi evalwat humiex adattati biex itaffu sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip.

2.   Kundizzjonijiet bażiċi għall-iżvilupp addizzjonali tal-PAK wara l-2013

2.1

Ir-riforma tal-PAK tal-2005 firdet b’mod ċar il-ħlasijiet agrikoli diretti mill-produzzjoni u f’ċerti Stati Membri qassmithom mill-ġdid, kompletament jew parzjalment fil-livell reġjonali. B’żieda mal-ħlasijiet diretti, il-miżuri għall-iżvilupp agrikolu (EAFRD) jikkostitwixxu t-tieni pilastru imporanti tal-politika agrikola tal-UE. L-użu tagħhom u tal-ħlasijiet diretti jwassal sabiex tinħoloq, fl-ispirtu tal-“multifunzjonalità”, agrikoltura kompetittiva li fl-istess ħin tkun soċjalment u ambjentalment sostenibbli.

2.2

Għal għexieren ta’ snin, il-provvista tal-prodotti tal-ikel bi prezz raġonevoli għall-konsumaturi Ewropej kienet ħaġa ovvja u mhux problematika. Iżda t-tendenza dinjija prevista għall-għexieren ta’ snin li ġejjin hija waħda ta’ żieda fil-prezzijiet kemm tal-prodotti agrikoli kif ukoll tal-materja prima mhux agrikola (pereżempju ż-żejt mhux raffinat). Fl-istess ħin, hija mistennija wkoll żieda qawwija fil-volatilità tal-prezzijiet.

2.3

Il-varjazzjonijiet radikali fil-prezzijiet ta’ prodotti agrikoli importanti għall-produtturi f’dawn l-aħħar sentejn – reċentement, bi prezzijiet estremament baxxi, pereżempju fis-settur tal-ħalib u dak taċ-ċereali – għandhom jittieħdu bħala sinjal tal-urġenza tal-azzjoni meħtieġa. Fil-ġejjieni d-dimensjoni soċjali ta’ provvista tal-ikel sikura ser issir iktar importanti, b’mod speċjali fost iċ-ċittadini bi dħul baxx. Parti mir-raġuni hija li ġeneralment is-swieq agrikoli huma partikolarment sensittivi għall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet, u dan jista’ jkollu riperkussjonijiet negattivi fuq l-istabbilità tal-provvista u tal-irziezet. Barra minn hekk, jidher li hemm żbilanċ kbir fil-katina tal-ikel. Il-konċentrazzjoni estrema tal-bejgħ bl-imnut twassal għal pressjoni ekonomika fuq il-produzzjoni agrikola primarja u s-settur tal-ipproċessar. B’hekk tqanqal dibattitu dwar jekk il-fażi tal-produzzjoni agrikola tirċevix sehem ġust tal-qligħ fil-katina tal-ikel.

2.4

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri ħaddnu politika b’objettivi ambizzjużi fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, l-ambjent, il-ħarsien tal-klima u l-protezzjoni tal-annimali. Dawn jiffurmaw parti importanti tal-mudell agrikolu Ewropew. Fir-riforma tal-PAK 2003–2005 ġie deċiż li l-ħlasijiet ikunu marbuta maż-żamma ta’ standards bażiċi u ta’ stat agrikolu u ekoloġiku tajjeb (il-kundizzjonalità). ‘Il fuq minn din il-“baseline” qegħdin jiġu proposti miżuri agroambjentali. Madankollu, mill-2007 lil hawn, dawn huma nieqsa minn ċertu element ta’ inċentiv. L-istruttura tal-politika tal-iżvilupp għall-ksib tal-objettivi ambjentali u soċjali fil-qasam tal-agrikoltura għandha tkompli tiġi żviluppata wara l-2013. Il-KESE enfasizza ripetutament il-fehma oriġinali tiegħu, skont liema agrikoltura Ewropea unikament ibbażata fuq il-kundizzjonijiet tas-swieq dinjija jew tal-prezzijiet dinjija mhux se tmur fid-direzzjoni t-tajba.

2.5

Sabiex jintlaħqu l-objettivi u sabiex il-ħidma ssir kif ippjanat ser ikun hemm bżonn ta’ baġit adattat għall-perijodu 2014–2020. Is-sehem tal-ħlasijiet għall-Politika Agrikola Komuni bħala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) tal-UE bħalissa jirrappreżenta inqas minn 0.4 %. Iċ-ċittadini għandhom jiġu infurmati liema prestazzjonijiet soċjalment importanti ser jiġu appoġġjati mill-baġit tal-Politika Agrikola Komuni – dan ser jitlob ħidma fuq perijodu twil. Is-sehem tal-ħlasijiet agrikoli fil-baġit globali tal-UE fil-perijodu bejn l-1993 u l-2013 naqas minn madwar 50 % għal 33 %.

3.   Aġenda prevista tad-dibattiti u d-deċiżjonijiet

3.1

Il-Kunsill, taħt il-Presidenza Franċiża u dik tar-Repubblika Ċeka, qiegħed iniedi d-dibattiti inizjali dwar l-istruttura tal-politika agrikola tal-UE wara l-2013.

3.2

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni l-ġdida tal-UE fil-ħarifa tal-2010 ser tressaq l-ewwel riflessjonijiet (komunikazzjoni) dwar il-politika agrikola ta’ wara l-2013 għal dibattitu politiku. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll ir-“reviżjoni finanzjarja” li għad trid issir. Huwa previst li l-proposti leġiżlattivi dwar il-PAK ta’ wara l-2013 ser jiġu ppreżentati sa nofs l-2011. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiddiskutuhom fl-ewwel sitt xhur tal-2012.

3.3

Bit-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament Ewropew qiegħed jingħata għall-ewwel darba d-dritt tal-kodeċiżjoni fil-qasam tal-PAK. Dan it-tisħiħ tal-Parlament ser ikollu effett importanti u pożittiv fuq id-dibattitu dwar l-iżviluppi addizzjonali tal-PAK wara l-2013.

4.   Linji gwida għad-dibattitu dwar l-iżvilupp addizzjonali tal-PAK

4.1

Fil-fehma tal-KESE, id-dibattitu dwar l-iżvilupp addizzjonali tal-PAK wara l-2013 għandu jkun ibbażat fuq agrikoltura multifunzjonali orjentata lejn il-makroekonomija li fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti soċjali. Ir-riformi tal-PAK li saru mill-1992 lil hawn kellhom l-għan li jirrikonċiljaw id-diskrepanza bejn l-objettiv tal-ftuħ tas-suq internazzjonali (iċ-Ċiklu ta’ Doha tad-WTO) u standards soċjali ambizzjużi (protezzjoni preventiva tal-konsumaturi, ħarsien tal-ambjent u tal-annimali). Sabiex din il-politika agrikola tkompli wara l-2013 jeħtieġ li l-PAK tingħata finanzjament suffiċjenti.

4.2

L-istrument tal-ħlasijiet diretti lill-irziezet ser ikompli jaqdi rwol ċentrali fi ħdan il-PAK. Fil-fehma tal-KESE, ir-rwol tal-PAK ser ikollu jinbidel sabiex din il-politika tinżamm. Ser tonqos il-ħidma biex jiġi kkompensat it-tnaqqis fil-prezzijiet istituzzjonali. Min-naħa l-oħra, ser jiżdiedu ċerti responsabbiltajiet oħra fil-qasam tal-ħarsien tal-kontribuzzjonijiet soċjali u tal-assi pubbliċi. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ kriżi attwali u tal-varjazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli, ir-rwol tal-istabbilizzazzjoni u tas-sigurtà tal-provvista qiegħed isir iktar importanti. B’hekk il-PAK ser tkun utli għall-konsumaturi wkoll. Fl-istess ħin l-aspetti marbutin mal-ħarsien tal-klima għandhom jiġu kkunsidrati iktar.

4.3

L-għaqda attwali tal-“ewwel u t-tieni pilastri” tal-politika agrikola għandha tinżamm iżda l-koordinazzjoni bejniethom għandha tittejjeb. Jeħtieġ li jsir sforz ikbar biex il-PAK tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri. Iżda fuq kollox għandhom jiġu ddefiniti aħjar l-ambizzjoni u l-finalità tal-miżuri ta’ promozzjoni, bi speċifikazzjoni tal-objettivi li jridu jintlaħqu.

4.4

Il-KESE jemmen li d-diskrepanzi storiċi fil-ħlasijiet diretti mill-Istati Membri lill-bdiewa ser jiġu bbilanċjati wara l-2013. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu żviluppati kriterji oġġettivi li jqisu l-varjetà ta’ rabtiet strutturali, naturali u agroklimatiċi li jeżistu. Iridu jitqiesu wkoll id-diskrepanzi kbar bejn ir-reġjuni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp rurali. Fil-fehma tal-KESE, wieħed għandu jqis li l-Politika Agrikola Komuni ma twassalx għal iktar diskrepanzi fl-approċċi adottati mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħha.

4.5

Fid-dawl tat-tnaqqis kbir fil-prezzijiet f’ċerti swieq agrikoli importanti, il-KESE jippretendi li jittieħdu l-miżuri effikaċi meħtieġa biex il-produzzjoni agrikola tirċievi sehem ġust tal-qligħ.

Il-KESE qiegħed jistenna li ssir analiżi ġenerali dwar in-netwerks ta’ sigurtà li ser ikollhom bżonn is-swieq agrikoli fil-ġejjieni, fuq il-bażi tal-esperjenzi miksuba fil-kuntest tal-kriżi ekonomika globali.

4.6

Il-KESE jemmen li l-proċess ta’ adattament tal-irziezet jew tas-settur agrikolu għall-iżvilupp tas-suq u tal-kompetizzjoni għandu jkompli jiġi appoġġjat, pereżempju permezz ta’ miżuri bħall-investiment fit-titjib tal-kwalità, tas-sigurtà tal-ikel jew tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Iżda huwa saħansitra iktar importanti li tissaħħaħ il-pożizzjoni fis-suq tal-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Il-Politika Agrikola Komuni tal-ġejjieni għandha tinkludi għodod li jippermettu lill-Istati Membri jiffinanzjaw dawn il-prijoritajiet bi flessibbiltà suffiċjenti.

4.7

Il-KESE huwa tal-fehma li kull fejn hemm ostakoli għall-kompetittività tal-irziezet, pereżempju fiż-żoni żvantaġġati u muntanjużi, għandu jiġi pprovdut kumpens adattat, sabiex jiġi ggarantit li dawn l-artijiet ikunu jistgħu jintużaw għall-biedja fil-ġejjieni. Eżempju ta’ dan huwa s-settur tat-trobbija tal-ifrat. 60 % tal-produzzjoni ssir f’żoni żvantaġġati; 25 % minnha f’żoni muntanjużi. Għaldaqstant huwa ċar li appoġġ min-naħa tal-istat fir-rigward tal-prezzijiet u regolazzjoni addizzjonali tas-swieq agrikoli tista’ tirriżulta fi pressjoni ekonomika partikolarment qawwija fiż-żoni żvantaġġati.

4.8

Fl-appoġġ tal-iżvilupp rurali għandhom jitqiesu iktar il-problemi demografiċi (pereżempju l-infrastruttura u d-disponibbiltà ta’ persunal ikkwalifikat). Meta friegħi sħaħ tal-produzzjoni (pereżempju z-zokkor, il-ħalib u t-tabakk) f’ċerti reġjuni tradizzjonali jinsabu mhedda ekonomikament, iridu jittieħdu miżuri speċjali ta’ adattament. Għandhom jitqiesu wkoll aspetti soċjali bħas-sigurtà tax-xogħol.

4.9

Hemm ir-riskju li l-miżuri agroambjentali jitilfu l-iskop tagħhom jekk l-inċentivi jitneħħew uffiċjalment. Sabiex jiġi assigurat li l-bdiewa jkomplu jagħtu preferenza lil dawn il-miżuri fil-ġejjieni, il-KESE jipproponi li l-prestazzjoni ambjentali tal-bdiewa tiġi ppremjata lil hinn mir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba. Tali sistema għandha tiġi żviluppata wkoll għall-prestazzjonijiet attivi tal-bdiewa fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-annimali.

4.10

L-iskema tal-kundizzjonalità, li ġiet adottata fuq bażi volontarja fl-2000 u li saret vinkolanti fl-2005, hija obbligu ġenerali marbut mal-ħlasijiet ibbażati fuq iż-żona. Minn banda, din l-iskema ġiet ikkritikata mill-Qorti tal-Awdituri tal-UE li ssostni li hija implimentata b’mod superfiċjali wisq. Mill-banda l-oħra, il-bdiewa u l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-kontroll tagħha jikkritikawha minħabba l-piż burokratiku li ġġib magħha. Il-KESE jirrakkomanda li l-iżvilupp addizzjonali jsir b’mod kawt: kull proposta għal tibdil fil-katalogu tal-kriterji tal-kundizzjonalità għandha tiġi eżaminata biex jiġi evalwat jekk twassalx tassew għal titjib.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  (ĠU C 44, 16.2.2008, p. 60).


III Atti preparatorji

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-456 sessjoni plenarja fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/69


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika”

COM(2008) 329 finali

2009/C 318/13

Relatur: is-PEGADO LIZ

Nhar it-30 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta'Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur PEGADO LIZ.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni unanimament.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika għaliex hija f'waqtha u għax tfasslet u ġiet ippreżentata b'mod strutturat u infurmat. Dawn il-fatturi ġġustifikaw id-deċiżjoni tal-KESE li jħejji opinjoni dwar din il-kwistjoni minkejja li fil-bidu ma kienx mitlub li jagħmel dan.

1.2

Il-ftehim li ġie konkluż bejn il-PE, il-Kunsill u l-Kummissjoni u li tqies fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-Pjan ta' Azzjoni li għandu jiġi implimentat f'dan il-qasam sal-2013, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet dwar l-ambitu tal-inizjattiva u l-iżvilupp tagħha fil-ġejjieni huma fatturi ewlenin li għandhom jitqiesu.

1.3

F'dan il-kuntest, il-KESE jieħu nota tal-linji gwida għall-miżuri li għandhom jiġu adottati soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u riservi fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

1.4

Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni l-ewwel u qabel kollox għall-bżonn li jiġi definit sew l-ambitu speċifiku tal-ġustizzja elettronika b'kunsiderazzjoni tal-applikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni l-ġodda fejn japplikaw għall-aspetti differenti taċ-ċittadinanza u l-amministrazzjoni pubblika in ġenerali.

1.5

Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-għanijiet aħħarin li tiġi pprovduta l-ġustizzja jew sistema tal-“ġustizzja ġusta” b'tali mod li niżguraw a) li l-inizjattivi tajbin li jissemplifikaw u jistandardizzaw il-liġijiet u l-proċeduri ta' aċċess għall-ġustizzja ġenwinament jaqdu l-interessi tal-pubbliku in ġenerali u b'mod partikolari tal-operaturi ekonomiċi u soċjali u b) li dawn l-inizjattivi huma aċċettati u mixtieqa mill-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja.

1.6

Il-Kumitat jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibbiltà li kwalunkwe inizjattiva f'dan il-qasam tista' tmur kontra d-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini Ewropej, b'mod partikolari d-dritt tal-protezzjoni tad-data. Huwa jirrakkomanda li kwalunkwe miżura għandha tiġi adottata b'rispett sħiħ lejn il-prinċipji bażiċi tal-konvenzjonijiet internazzjonali u tal-liġi proċedurali ċivili nazzjonali li hija komuni għall-Istati Membri tal-Ewropa kollha.

1.7

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali kkonċernati li jirriflettu l-istandards kulturali u l-valuri nazzjonali li għandhom jiġu mħarsa b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li ssir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull inizjattiva ġdida b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

1.8

Il-Kumitat għalhekk jirrakkomanda li hi u tiżviluppa l-inizjattivi differenti li huma ppjanati, il-Kummissjoni għandha dejjem tqis il-fehma tal-pubbliku ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-ġustizzja sabiex tiżgura li huma t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jservu l-ġustizzja u mhux bil-kontra.

1.9

Il-KESE jissuġġerixxi b'mod partikolari li, huma u jiġu introdotti l-mekkaniżmi għall-iżmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet speċjali u għandha tingħata ħafna attenzjoni sabiex jintlaqgħu r-rekwiżiti proċedurali u r-rekwiżiti tal-mezz għall-ħżin fit-tul tal-informazzjoni (durable medium) li jiggarantixxu ċ-ċertezza u s-sigurtà legali.

1.10

Fl-aħħar nett, il-Kumitat jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex isegwu l-iżvilupp tal-miżuri mill-qrib u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom fid-dawl tal-valuri u l-istandards stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet rispettivi tagħhom, li l-KESE jilqa' wkoll.

2.   Introduzzjoni u stqarrija ta' spjegazzjoni

2.1   Il-kwistjoni tal-ġustizzja elettronika ġiet indirizzata b'mod sistematiku għall-ewwel darba matul il-Presidenza Taljana tal-UE fl-2003 waqt konferenza li saret b'mod konġut mal-Kunsill tal-Ewropa fejn ġie konkluż li “fuq kollox, id-diskussjonijiet li jikkonċernaw il-benefiċċji, l-opportunitajiet u l-perikli tal-internet, fl-aħħar mill-aħħar jikkonċernaw it-tħassib tagħna fir-rigward tal-valuri u d-drittijiet li huma stipulati b'mod partikolari fil-Konvenzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill tal-Ewropa” (1).

2.2   Minn dak iż-żmien 'il hawn, bosta Stati Membri żviluppaw is-sistemi tal-ġustizzja elettronika tagħhom. Uħud minnhom huma żviluppati sew mil-lat teoretiku u jiffukaw fuq l-iżgurar ta' applikazzjoni prattika tajba (2) iżda tonqoshom il-koordinazzjoni.

2.3   Fil-livell Komunitarju, il-kwistjoni bdiet titqies bħala waħda li taqa' taħt il-gvernanza elettronika b'mod partikolari wara d-dokumenti eEuropa 2002 u eEuropa 2005 li ġew adottati fil-Kunsilli Ewropej ta' Feira (2000) u Sevilja (2002) rispettivament u fil-karta strateġika i2010 (3).

2.3.1

Il-proġett tal-ġustizzja elettronika tnieda taħt is-Sitt Programm Qafas bħala wieħed mill-“proġetti integrati” iżda l-għanijiet tiegħu kienu limitati u sperimentali ħafna. Kien biss matul il-laqgħa informali tal-Ministri tal-Ġustizzja li saret fi Dresden f'Jannar 2007 li l-kwistjoni ġiet indirizzata għaliha u kompliet tiġi żviluppata matul il-konferenza “Naħdmu fuq il-ġustizzja elettronika” li saret fi Bremen f'Mejju 2007 (4).

2.4   Kien taħt il-Presidenza Portugiża (5) li l-kwistjoni ngħatat spinta partikolari: l-ewwel matul il-laqgħa informali tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, bejn il-1 u t-2 ta' Ottubru 2007, fejn ġew stabbiliti l-kwistjonijiet prinċipali tal-għażliet fil-ġejjieni; imbagħad fil-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, fis-6 u s-7 ta' Diċembru 2007, fejn ġiet eżaminata l-ħidma li kienet saret sa dak iż-żmien u ġie stabbilit limitu ta' żmien għall-proġett, li kien l-aħħar ta' Ġunju 2008. Fl-aħħar, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri, li saret fl-14 ta' Diċembru 2007, intlaqa' l-progress li sar fil-qasam tal-ġustizzja elettronika u ntalab li l-ħimda tkompli.

2.5   B'segwitu ta' dan, il-Kummissjoni fasslet il-Komunikazzjoni li qed tiġi indirizzata hawnhekk li tressqet quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iżda ma talbitx lill-Kumitat opinjoni dwarha. Għalhekk il-KESE ddeċieda li jieħu l-inizjattiva u jesprimi fehmietu dwar il-Komunikazzjoni.

2.6   Sadattant kemm il-Parlament Ewropew (6) kif ukoll il-Kunsill (7). kellhom l-opportunità li jieħdu pożizzjoni dwar din il-Komunikazzjoni b'mod partikolari dwar il-Pjan ta' Azzjoni mehmuż fl-anness tagħha.B'kunsiderazzjoni tal-fatt li dan huwa programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati fuq perijodu ta' ħames snin, il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet li qed inressqu hawn taħt m'għandhomx jitqiesu bħala insinifikanti – għax huma l-kontribut tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, li hija interessata u kkonċernata mill-inizjattivi tal-ġejjieni fil-qasam – u jistgħu jitqiesu fl-implimentazzjoni tad-diversi miżuri msemmija (8).

3.   Il-kontenut essenzjali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni  (9)

4.   Kummenti ġenerali

4.1   B'mod ġenerali l-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ġiet akkumpanjata wkoll mill-proposti tal-Parlament Ewropew u l-linji gwida tal-Kunsill.

4.1.1

Dan l-appoġġ madanakollu jinkludi numru ta' kundizzjonijiet u huwa soġġett għal ċertu riservi.

4.2   L-ewwel u qabel kollox huwa kruċjali li l-iskop tal-ġustizzja elettronika jiġi definit sew. Filwaqt li hija tista' tiġi inkorporata f'kunċetti usa' bħad-“demokrazija elettronika” jew il-“gvernanza elettronika” għax hija element ċentrali tat-tnejn u filwaqt li hija relatata mill-qrib mal-liġi elettronika li għandha tiffaċilita l-aċċess elettroniku a) għat-testi legali u l-produzzjoni tagħhom f'ħin reali, għal-liġi proċedurali jew il-liġi sostantiva, għal-“liġi li torbot” jew il-“liġi li ma torbotx”, b) għall-każistika tal-qrati u c) għad-deċiżjonijiet amministrattivi, il-ġustizzja elettronika għandha tiġi limitata għall-aspetti tal-ġustizzja fl-oqsma ċivili, kummerċjali u forsi l-liġi amministrattiva, fi kliem ieħor il-prattiki u l-proċeduri tal-qorti, inklużi l-proċeduri ta' arbitraġġ (10).

4.3   Barra minn hekk jeħtieġ li nżommu f'moħħna li l-għan aħħari ta' kwalunkwe programm tal-għoti tal-ġustizzja mhuwiex li l-ġustizzja titħaffef, issir iktar effiċjenti, iktar kost-effettiva jew diretta iżda li tkun ĠUSTIZZJA ĠUSTA (11) li tirrispetta d-drittijiet fundamentali bis-sħiħ, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data tan-nies.

4.3.1

Il-Kumitat jixtieq li jwissi kontra sforzi eċċessivi sabiex jinkisbu l-effiċjenza, frankar finanzjarju jew ħeffa li jistgħu jheddu l-valur fundamentali li ssir ġustizzja u li minflok ma jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja jafu jagħmluha iktar diffiċli jew ikkumplikata.

4.4   Huwa importanti wkoll li niżguraw li x-xewqa tal-iżmaterjalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-passi proċedurali u l-istandardizzazzjoni tal-metodi u l-proċessi ta' ħidma ma jċajprux id-distinzjoni bejn l-aspetti li huma differenti. Barra minn hekk, huwa importanti li dawn l-isforzi ma jwasslux għat-tneħħija, fimkien mal-elementi li mhumiex neċessarji u mhux mistennija, ta' elementi li huma essenzjali u li m'hemmx għalfejn jew m'għandhomx ikunu identiċi.

4.4.1

Huwa importanti li niżguraw ukoll li kwalunkwe programm li jimplimenta t-teknoloġiji tal-informazzjoni jissodisfa l-bżonnijiet tal-pubbliku Ewropew in ġenerali, b'mod partikolari tal-operaturi ekonomiċi u soċjali kif ukoll tal-professsjonisti legali. Il-programm m'għandux jaħdem kontra l-interessi ta' dawn il-professjonisti.

4.4.2

Hemm bżonn li niżguraw ukoll li kwalunwke sistema li tiġi introdotta jew żviluppata ma tippermettix interferenza malizzjuża jew sempliċiment negliġenti min-naħa ta' partijiet terzi, li tista' thedded is-sigurtà u l-affidabbiltà tal-użu tas-sistema jew il-possibbiltà li files jew il-kontenut tagħhom jista' jinbidel kompletament jew parzjalment.

4.5   Aspett ieħor li għandna dejjem inżommu f'moħħna jikkonċerna l-aspetti proċedurali differenti li, għal dawk li mhumiex esperti, jistgħu jiġu kkunsidrati eċċessivi jew mhux neċessarji, iżda li huma kontribut essenzjali għall-mod ta' kif il-poplu jħares lejn l-imħallfin u lejn l-att tal-għoti tad-deċiżjonijiet, u li jipprovdu garanzija ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali fil-proċess tal-għoti tal-ġustizzja (12).

4.6   Barra minn hekk, peress li l-liġi proċedurali hija sussidjarja għal-liġi sostantiva u minħabba li din hija konsegwenza tad-differenzi kulturali bejn l-Istati Membri, anki għax mhux ser ikun possibbli jew mixtieq li dawn il-liġijiet jiġu standardizzati, l-aspetti bażiċi u diversi tal-proċeduri ġudizzjarji sekondarji m'għandhomx u ma jistgħux jiġu standardizzati. Jekk ma jkunx hekk, dawn jistgħu jfixklu l-liġi sostantiva li qegħdin hemm biex jipproteġu u jżommu.

4.7   Peress li l-liġi, b'mod partikolari l-liġi proċedurali, tikkonsisti minn sensiela ta' strumenti legali tekniċi li huma magħmula biex jeżerċitaw il-ġustizzja u biex jintużaw minn esperti legali li għandhom taħriġ speċjalizzat u esperjenza professjonali adegwata, huwa loġiku li meta tiġi definita u applikata l-liġi jintuża lingwaġġ tekniku speċifiku għal dawn il-professjonijiet.

4.7.1

Ix-xewqa eċċessiva li l-liġi tiġi “ssemmplifikata” u ssir “aċċessibbli għal kulħadd” tista' twassal sabiex din issir inqas rigoruża u titlef it-tifsira teknika u speċifika tagħha li mhijiex u m'għandhiex tkun identika fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali kollha.

4.7.2

Għalhekk minflok l-istandardizzazzjoni neħtieġu “tabella ta' ekwivalenza” jew “qafas ta' referenza komuni” għall-istrumenti ġudizzjarji differenti.

4.8   Fl-aħħar nett, il-KESE jikkunsidra li l-implimentazzjoni b'suċċess ta' kwalunkwe sistema għall-applikazzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda fil-qasam tal-ġustizzja, għandha tissodisfa l-bżonnijiet u l-għanijiet tal-organizzazzjoni kkonċernata, għandha tkun kompatibbli mas-sistemi tal-kompjuters li jeżistu, tirrikjedi verifika minn qabel tal-proċeduri attwali u għandha tkun tista' tiġi adattata għaċ-ċirkustanzi u l-għanijiet ġodda malajr u mingħajr ħafna spejjeż.

4.8.1

Il-proporzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju tal-inizjattiva għandu jingħata iktar importanza matul kull stadju tal-implimentazzjoni tagħha għax il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (li apparentement hija disponibbli f'lingwa uffiċjali waħda biss) ma tikkwantifikax il-kwistjoni. Minflok hija tagħraf speċifikament li “l-ispejjeż involuti huma korretti iżda ma jistgħux jiġu valutati” u jistgħu jiġu determinati biss “każ b'każ”. Fir-rigward tal-benefiċċji tgħid li “b'mod ġenerali l-impatt ekonomiku diffiċli tikkwantifikah iżda m'hemmx dubji dwaru”. Din hija pożizzjoni suġġettiva ħafna u mhix aċċettabbli fi proġett ta' din l-iskala (13).

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   Peress li ġuri jikkonsisti f'għadd ta' passi (proċedurali) li għandhom jiġu dokumentati għal raġunijiet ta' sigurtà u ċertezza legali u għal garanzija tad-drittijiet tal-partijiet involuti, il-kwistjoni ta' mezz għall-ħżin fit-tul tal-informazzjoni li jkopri l-ġuri kollu jpoġġi xi limiti fuq il-prinċipju tal-proċeduri orali u fuq l-iżmaterjalizzazzjoni taħt l-istat tad-dritt.

5.1.1

F'dan il-kuntest, ċerti aspetti tal-miżuri tal-“istrateġija ġenerali” attwali għandhom jiġu analizzati u kkunsidrati.

5.2   Fir-rigward tal- portal tal-ġustizzja elettronika, il-KESE jikkunsidra li qabel dan ma jkun jista' jiġi stabbilit, kull min hu involut fil-ġudikatura (l-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi, l-uffiċjali tal-qorti, l-awtoritajiet amministrattivi, l-uffiċjali tal-gvern u l-professjonisti legali kollha) għandu jirċievi taħriġ rigoruż sabiex jiġi żgurat li l-istrument huwa utli u jista' jitħaddem minn kull min hu kkonċernat.

5.2.1

Il-KESE jħoss li l-portal jista' jservi ta' forum ta' informazzjoni u servizzi ġudizzjarji u jkun punt ta' kuntatt utli bejn il-pubbliku, in-negozji u l-membri tal-ġudikatura li jgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet legali.

5.2.2

Fil-fehma tal-Kumitat, il-portal jista' jkun strument utli u vijabbli li jkunu jistgħu jużawh dawk kollha li huma involuti fil-ġudikatura ta' kuljum. Madanakollu, sabiex dan ikun jista' jseħħ jeħtieġ li tingħata garanzija li l-informazzjoni tal-portal hija affidabbli u awtentika. Idealment il-portal għandu jkollu livelli differenti ta' aċċess u drittijiet ta' aċċess skont it-tip ta' informazzjoni, bħala mezz ta' protezzjoni għall-individwi kkonċernati.

5.2.3

Huwa għandu jservi wkoll ta' punt ta' aċċess għal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali skont in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għall-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (14). Huwa għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u joffri pariri legali ġenerali u assistenza legali aħjar.

5.3   Fir-rigward tal- vidjokonferenzi, il-KESE jikkunsidra li l-qrati kollha tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati b'mod rigoruż (15) sabiex jiġi stabbilit jekk għandhomx tagħmir awdjoviżiv li jista' jħeġġeġ l-użu mifrux ta' din l-applikazzjoni. S'issa mhux ċar jekk l-Istati Membri kollha provdewx lill-qrati tagħhom bit-tagħmir meħtieġ għall-vidjokonferenzi, jekk it-tagħmir li għandhom hux kompatibbli mas-sistema jew jekk jaħdimx kif suppost (16).

5.3.1

Barra minn hekk u fejn l-għan huwa li tinġabar l-evidenza tax-xhieda jew li jiġu kkomunikati l-passi jew id-deċiżjonijiet ġudizzjarji, il-KESE jikkunsidra li hemm bżonn ta' armonizzazzjoni leġiżlattiva ġenwina bejn l-Istati Membri differenti fir-rigward tal-istqarrijiet u l-vidjokonferenzi sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni dwar l-istess kwistjoni ma tiġix interperetata u applikata b'mod differenti. Mingħajr il-koordinazzjoni leġiżlattiva neċessarja, l-użu tal-vidjokonferenzi ser ikollu jiffaċċja ostakli legali u kulturali fl-Istati Membri differenti.

5.3.2

Il-KESE jikkunsidra li jekk is-sistema tal-vidjokonferenzi tiġi addottata fil-forma proposta, il-qrati kkonċernati dejjem għandhom jitolbu li din il-faċilità tintuża u hawnhekk il-KESE jaqbel li l-portal jista' jassisti fil-vidjokonferenzi bejn il-qrati għax fih il-karatteristiċi kollha li jirrikjedi dan il-proċess (17).

5.4   Fir-rigward tal- kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet b'mod partikolari sabiex jiġu interkonnessi r-rekords kriminali, il-KESE huwa tal-fehma li fid-dawl tan-natura sensittiva tal-materjal ikkonċernat, din il-kooperazzjoni għandha tissodisfa rekwiżiti stretti ħafna tas-sigurtà u tal-protezzjoni tad-data sabiex titħares il-privatezza tal-individwi kkonċernati (18).

5.4.1

Il-Kumitat madanakollu jħoss li għandu jsir studju minn qabel tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u s-sitwazzjoni f'kull Stat Membru sabiex, għal materjal sensittiv bħal dan, l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kriminali ma jkunx soġġett għal implimentazzjoni jew trattament differenti.

5.5   Fir-rigward tat- traduzzjoni, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-portal tal-ġustizzja elettronika għandu jkun disponibbli f'diversi lingwi u jipprovdi informazzjoni fil-lingwi kollha tal-UE. Sabiex sistema tat-traduzzjoni awtomatika tkun utli għandha tipprovdi t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni simultanja tal-paġna tal-internet sabiex tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE.

5.5.1

Bħala mezz ta' assistenza għall-professjonijiet legali, il-portal tal-ġustizzja elettronika jista' jinkludi bażi ta' data tat-tradutturi u l-interpreti legali u l-forom neċessarji kollha, li jkunu jridu jiġu tradotti tajjeb fil-lingwa użata fis-sistema legali ta' kull Stat Membru.

5.5.2

L-ispejjeż enormi ta' sistema effettiva tat-traduzzjoni awtomatika u simultjana fil-lingwi kollha tal-Komunità għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa f'termini tal-vijabbiltà u l-proporzjonalità u b'rabta mar-riżultati li ser jinkisbu u l-użu li għandhom.

5.6   L-inizjattivi li jitolbu riservi u attenzjoni speċjali jinkludu b'mod partikolari, l-iżmaterjalizzazzjoni sħiħa tal-proċedura ta' ħlas Ewropea (19), il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar (20) u l-ħolqien ta' proċeduri elettroniċi Ewropej oħra, taħrik jew notifiki ta' passi legali b'mezzi elettroniċi biss, ħlas elettroniku tal-ispejjeż legali jew l-awtentikazzjoni elettronika tad-dokumenti.

5.6.1

Il-KESE jitlob kawtela sħiħa huma u jiġu introdotti kwalunke minn dawn l-iżviluppi u li qabel jiġu adottati tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-proporzjon bejn l-ispiża u l-benefiċċju u perijodi twal ta' prova qabel ma jiġu adottati minn kulħadd. Huwa jitlob ukoll li jingħataw garanziji assoluti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-liġi proċedurali li huma komuni fl-Istati li josservaw l-istat tad-dritt.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Konferenza intitolata “Strateġiji tal-internet u l-ġustizzja elettronika fl-Ewropa” Ruma, 13–14 ta' Novembru 2003..

(2)  Ta' min jirreferi għall-eżempju tal-Belġju fejn il-kummissjoni inkarigata mill-iżvilupp tal-proġett tal-ġustizzja elettronika hija magħmula minn uħud mill-akkademiċi u professjonisti legali l-aktar magħrufa fil-qasam, bħall-Professur George de Leval, inkarigat mill-metodi ta' kif jittieħdu l-passi legali u l-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-korp tal-imħallfin, u l-Professur Yves Poullet inkarigat mil-liġi dwar l-evidenza. It-tieni eżempju huwa tal-Portugall fejn sar studju dettaljat dwar l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda matul il-mumenti u l-istadji differenti tal-azzjoni legali. Dan l-istudju ħareġ minn rapport dettaljat intitolat “Para um novo judiciário: qualidade e eficiência na gestão dos processos cíveis” (Lejn ġudikatura ġdida: kwalità u effiċjenza fil-ġestjoni tal-proċeduri ċivili) li sar mill-Osservatorju Permamenti tal-Ġustizzja tal-Portugall, immexxi mill-Professur Boaventura de Sousa Santos u kkoordinat mill-Professur Conceição Gomes.

(3)  COM(2005) 229 finali 1.6.2005. Ara l-opinjoni tal-KESE ĠU C 110, 8.05.2006, relatur: is-Sur Lagerholm.

(4)  Huwa sinifikanti l-fatt li l-“Programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin”, COM(2005) 184 finali tal-10 ta' Mejju ma jirreferix għall-użu tat-teknoloġiji l-ġodda fil-qasam tal-ġustizzja. In-nuqqas ta' ambizzjoni f'dan il-programm ġiet enfasizzata fl-opinjoni tal-KESE li tfasslet mis-Sur Pariza Castaños, ĠU C 65, 17.03.2006. Irreferi għar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm tal-Aja għall-2007 (COM(2008) 373 finali tat-2 ta' Lulju 2008) li jgħid li “Il-valutazzjoni globali ġenerali pjuttost mhix sodisfaċenti”.

(5)  F'dan ir-rigward ta' min nirreferu għad-Deċiżjoni Nru 1149/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007–2013 il-Programm Speċifiku Ġustizzja Ċivili bħala parti mill-Programm Ġenerali Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja (ĠU L 257, 3.10.2007).

(6)  Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fil-qasam tal-ġustizzja elettronika (relatur: Diana Wallis – 2008/2125 (INI) – T6-0637/2008) u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (relatur: Luca Romagnoli) tal-5 ta' Novembru 2008.

(7)  Ara l-istqarrija għall-istampa għall-2908 sessjoni tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li sar bejn is-27 u t-28 ta' Novembru 2008 (16325/08) u għal referenza: Dok. 15315/08 tas-7 ta' Novembru 2008 mill-Presidenza għall-Coreper/Kunsill (JURINFO 71, JAI 612, JUSTCIV 239, COPEN 216).

(8)  Fil-fatt dan ħareġ ċar fl-istqarrijiet u d-diskussjonijiet fil-Forum Interparlamentari dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili li sar matul il–Presidenza Franċiża tat-2 ta' Diċembru 2008 fil-Parlament Ewropew fi Brusssell, b'mod partikolari t-tieni sessjoni dwar il-Ġustizzja elettronika: strument għaċ-ċittadini, il-professjonisti legali u n-negozji.

(9)  Fid-dawl tal-limiti imposti fuq it-tul tal-opinjonijiet, is-sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma ġietx inkluża. Il-qarrej huwa mitlub jirreferi għad-dokument u għar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-PE u tal-Kunsill.

(10)  Filwaqt li jiġu esklużi l-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim li minkejja li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim, ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-ġustizzja huma sempliċiment proċessi volontarji, mhux ġudizzjarji bil-għan li jibbalanċjaw l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

(11)  Hekk kif tqassret fil-proverbju Latin: “Justitia est constans et perpetua voluntas jus suum cuique tribuendi” (Il-ġustizzja hija x-xewqa kontinwa u perpetwa li tagħti lil kull persuna dak li ħaqqha).

(12)  L-awtur għandu f'moħħu l-iktar il-prinċipji bażiċi tal-liġi proċedurali. L-iktar waħda importanti fosthom hija l-garanzija ta' “smiegħ xieraq” u jinkludu wkoll l-imparzjalità tal-qorti, il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-partijiet, il-prinċipju tad-dispożizzjoni u l-prinċipju tad-diskrezzjoni u l-garanzija tal-proċedura avversarja, id-dritt ta' ġuri fil-publiku, id-dritt tal-evidenza, il-kontinwità tal-proċeduri u l-garanzija li l-akkużat jiġi notifikat jew infurmat tajjeb dwar il-passi kollha tal-proċedura (ara Miguel Teixeira de Sousa, “Estudos sobre o Novo Processo Civil” [Studji dwar il-Proċeduri Ċivili l-Ġodda] li ġie ppubblikat minn LEX Lisbona, 1997).

(13)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt (SEC(2008) 1947, 30 ta' Mejju 2008) punti 5.3.2. u 5.3.3., p. 30-31.

(14)  B'mod partikolari minħabba l-fatt li l-proposta reċenti għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda Deċiżjoni 2001/470/KE illimitat l-użu għall-professjonijiet legali biss (Ara ĠU C 175, 28.7.2009, p. 84, relatur: is-Sinjura Sánchez Miguel).

(15)  Sadattant il-Presidenza Ċeka tal-Kunsill talbet lill-Istati Membri sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha li għandhom dwar it-tagħmir awdjoviżiv tal-qrati tagħhom u ppublikat ir-risposti f'dokument intitolat “Sinteżi tar-risposti tal-Istati Membri tal-UE għat-talba tal-Ministru Ċek tal-Ġustizzja għal informazzjoni dwar it-tagħmir nazzjonali tal-vidjokonferenzi fil-qrati”.

(16)  Fil-fatt il-kwistjoni tal-interoperabbiltà tas-sistema ġiet enfasizzata reċentement mill-Kummissjoni fid-dokument (COM(2008) 583 finali) li hija s-suġġett tal-opinjoni tal-KESE (ĠU C 218, 11.9.2009, p. 36, relatur: is-Sur Pezzini); il-qarrej huwa mitlub jirreferi għal din l-opinjoni u għal-lista ta' opinjonijiet l-oħra tal-KESE f'dan il-qasam.

(17)  Ta' min jinnota l-ħidma li wettaq il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-Ipproċessar tad-Data Legali (ġustizzja elettronika), b'mod partikolari ir-rapport dwar il-progress tal-15 ta' Mejju 2009 dwar l-ipproċessar tad-data legali (DOC 9362/09), il-karta strateġika dwar il-vidjokonferenzi (DOC w9365/09), il-gwida għall-użu (DOC 9863/09) u l-fuljett ta' informazzjoni pubblika (DOC 9862/09), kollha tal-15 ta' Mejju 2009 li jirriflettu t-tħassib li ressqet din l-opinjoni.

(18)  Ara l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja ElettronikaC, ĠU C 128, 6.6.2009, p. 13.

(19)  Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/74


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Mediċini Sikuri, Innovattivi u Aċċessibbli: Viżjoni Mġedda għas-Settur Farmaċewtiku”

COM(2008) 666 finali

2009/C 318/14

Relatur: is-Sur van IERSEL

Nhar l-10 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Mediċini Sikuri, Innovattivi u Aċċessibbli: Viżjoni Mġedda għas-Settur Farmaċewtiku

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur van IERSEL.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’170 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni (1) huwa li tistabbilixxi aġenda fuq perijodu fit-tul għal progress lejn Suq Uniku Ewropew għas-settur farmaċewtiku (2). Dan għandu joħloq ambjent sostenibbli għall-industrija farmaċewtika fl-Ewropa u fid-dinja kollha li jissodisfa l-ħtiġijiet dejjem akbar tal-pazjenti.

1.2

Il-KESE jemmen li l-Komunikazzjoni tipprovdi qafas indispensabbli li jinkludi għadd ta’ għanijiet ta’ valur. Madankollu, din il-Komunikazzjoni hija pjuttost prudenti u ambigwa fir-rigward tal-mod kif dan il-programm għandu jiġi implimentat.

1.3

L-industrija farmaċewtika tiddependi ħafna mill-kura tas-saħħa nazzjonali u l-kundizzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, din l-industrija tiffaċċja sfidi relatati mal-bżonnijiet u l-istennijiet dejjem akbar tal-popolazzjoni u l-pazjenti u mal-kompetizzjoni dinjija li kulma jmur dejjem tiżdied. Il-kriżi attwali, flimkien mat-tnaqqis fil-baġit, ser jolqtu wkoll il-futur tas-settur farmaċewtiku.

1.4

Fil-fehma tal-KESE, dawn il-fatturi jagħmlu s-sitwazzjoni aktar urġenti u għaldaqstant il-Kunsill għandu jfassal aġenda komprensiva biex jindirizza dawn l-isfidi fuq il-bażi ta’ viżjoni strateġika bi ftehim komuni. L-għan tal-UE għandu jkun il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jiggarantixxu li l-industrija farmaċewtika Ewropea tkun tista’ tħares il-pożizzjoni interna tagħha b’mod sostenibbli u tiżviluppa fil-livell dinji.

1.5

Viżjoni komuni tfisser li l-kompetenzi attwali, li huma fil-biċċa l-kbira nazzjonali u li jagħmlu l-possibbiltà ta’ aċċess ħieles għall-mediċina u ta’ Suq Uniku, għalkemm mixtieqa, realtà mbiegħda, għandhom jiġu sostitwiti gradwalment permezz ta’ prattiki konverġenti u approċċi komuni għall-benefiċċju tal-pazjenti Ewropej, tal-industrija farmaċewtika u tas-settur kollu tal-kura tas-saħħa.

1.6

Fil-fehma tal-KESE, il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw b’mod aktar espliċitu d-dimensjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet nazzjonali finanzjarji u dawk tas-saħħa għandhom iqisu b’mod partikolari l-ispejjeż kbar u l-importanza li fis-settur ikun hemm Riċerka u Żvilupp u innovazzjoni orjentati lejn il-futur.

1.7

Il-KESE jilqa’ l-Inizjattiva tal-Mediċina Innovattiva bħala parti mis-Seba’ Programm Qafas. Huwa jappoġġja bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ privattiva Komunitarja. Huwa jipproponi sistema ta’ litigazzjoni Ewropea. It-tħaddim tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandu jittejjeb aktar.

1.8

Il-mediċini ġeneriċi jipprovdu opportunità għall-iffrankar fil-kura tas-saħħa. Il-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ swieq kompetittivi li mhumiex imħarsa minn privattivi. Il-Kunsill għandu jeżamina x’mezzi jeżistu biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ ffrankar konsiderevoli f’dan il-qasam.

1.9

Fir-rigward tal-aċċess ħieles u l-prezzijiet affordabbli tal-mediċini jeħtieġ li ssir diskussjoni mill-ġdid dwar il-kwistjonijiet interkonnessi relatati mad-differenzi kbar fil-prezzijiet għall-mediċini madwar l-Ewropa, l-aċċessibbiltà, il-kummerċ parallel u l-prinċipju tan-nonekstraterritorjalità. Din id-diskussjoni għandha tressaq “ukoll proposta li jkun fiha miżuri xierqa li jwasslu għat-tneħħija tal-barrieri li jkun għad fadal kontra, jew ta’ kulma jista’ jgħawweġ, il-moviment liberu ta’ speċjalitajiet mediċinali” (3).

1.10

Għalissa, il-KESE huwa tal-opinjoni li sabiex tiġi promossa aktar konverġenza għandu jiġi introdott il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, għandu jingħata rwol ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, għandhom jiġu adottati prattiki tajba u għandha tintuża data trasparenti, kif hi l-prattika attwali fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona. L-istatistika, it-tendenzi u l-impatt tagħhom madwar id-dinja għandhom jagħmlu parti minn pakkett tad-data li jitfa’ l-isfidi u l-opportunitajiet għall-industrija fil-perspettiva t-tajba.

2.   Introduzzjoni

2.1

Minħabba t-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, għal ħafna żmien kien hemm nuqqas ta’ perspettiva Ewropea fir-rigward tas-settur farmaċewtiku. L-istituzzjonijiet Eworopej ikkonċentraw l-aktar fuq it-titjib tal-aċċess għas-suq u r-regolamentazzjoni.

2.2

Il-fatt li s-settur tas-saħħa jokkupa pożizzjoni eċċezzjonali u li s-sistemi u l-kompetenzi nazzjonali tal-kura tas-saħħa huma l-aktar li jintużaw wasslu għal nuqqas ta’ rieda fil-livell tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri enfasizzaw dejjem aktar il-bżonn li jkun hemm kundizzjonijiet qafas Ewropej għall-kwistjonijiet ċari tal-kura tas-saħħa

2.3

Il-kundizzjonijiet u l-għanijiet Ewropej huma indispensabbli għal settur li jiddependi mill-investimenti dejjiema bbażati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan huwa ta’ importanza akbar minħabba l-fatt li:

is-settur farmaċewtiku jiddependi ħafna mir-riċerka u l-iżvilupp u minn prodotti innovattivi ġodda;

il-kompetizzjoni esterna, anke minn pajjiżi emerġenti Asjatiċi, qed tiżdied.

2.4

Is-Suq Uniku għandu bżonn investimenti sodi. Wieħed jifhem għala l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’bosta sentenzi talbet għall-implimentazzjoni ta’ Suq Uniku f’dan is-settur, b’mod partikolari fl-interess tal-pazjenti. 27 sistema tal-kura tas-saħħa, bit-tradizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet legali u l-prezzijiet tagħhom stess ixekklu s-Suq Uniku.

2.5

Sa mill-1996, il-Kummissarju responsabbli għall-iżlupp industrijali, is-Sur Bangemann, organizza tliet Round Tables mal-partijiet interessati kollha dwar it-tkomplija tas-Suq Uniku Ewropew għas-settur farmaċewtiku. Għadd ta’ konsultazzjonijiet oħra segwew. Il-kompożizzjoni eteroġenea tar-Round Tables mar-rappreżentanti tal-gvern, l-intrapriżi farmaċewtiċi u partijiet interessati oħra tippreżenta firxa wiesgħa ta’ opinjonijiet u approċċi nazzjonali.

2.6

Bħala reazzjoni għal dan, il-KESE ressaq għadd ta’ proposti konkreti f’bosta okkażjonijiet. It-temi ewlenin jikkonċernaw il-moviment ħieles tal-mediċini fl-UE, il-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-infiq fil-qasam farmaċewtiku fl-Istati Membri u appell għal industrija farmaċewtika b’saħħitha għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa (4). Għad baqa’ ħafna xi jsir għall-progress f’dawn l-oqsma.

2.7

Il-pożizzjoni tal-Istati Membri hija determinanti. Il-karatteristiċi strutturali u organizzattivi nazzjonali tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom jiddeterminaw il-prezz, ir-rimborż u l-aċċess għall-mediċini fl-Ewropa.

2.8

Minkejja d-differenzi fl-opinjonijiet u l-ħarsien tal-kompetenzi nazzjonali, mill-1965 ’l hawn il-Kunsill adotta sensiela ta’ miżuri leġiżlattivi marbuta mas-saħħa pubblika u l-prodotti mediċinali bil-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-pazjenti u l-kura tas-saħħa.

2.9

Fl-2001 ġie deċiż li tittejjeb l-istruttura tad-dibattitu billi jiġi stabbilit grupp ristrett ta’ partijiet interessati – il-G-10 (5). F’Mejju 2002, il-G-10 ressaq erbatax-il rakkomandazzjoni ġenerali bħala tifsira strateġika għas-settur farmaċewtiku. Fis-snin sussegwenti ġew implimentati bosta rakkomandazzjonijiet.

2.10

Sussegwentement, fl-2005 gie stabbilit Forum Farmaċewtiku ta’ Livell Għoli biex jimplimenta l-bqija tar-rakkomandazzjonijiet tal-G-10 u tliet gruppi ta’ ħidma ġew inkarigati sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet ġodda.

2.11

Dan il-proċess ġie konkluż f’Ottubru 2008 meta l-Forum adotta l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-informazzjoni għall-pazjenti, l-effikaċja relattiva, l-ipprezzar u r-rimborż.

2.12

Dawn il-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet enfasizzaw l-interkonnessjoni bejn, min-naħa, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fi ħdan suq kompetittiv u dinamiku u, min-naħa l-oħra, il-garanziji kwalitattivi, l-aċċess ħieles għall-prodotti farmaċewtiċi, l-informazzjoni affidabbli għall-pazjenti u l-politiki effettivi tal-ipprezzar u r-rimborż.

2.13

Il-Forum Farmaċewtiku jżid jgħid li l-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea kif ukoll id-dinamika u l-isfidi tas-settur farmaċewtiku madwar id-dinja f’daż-żmien għandhom bżonn ta’ approċċ fil-fond u viżjoni tas-settur fuq perijodu medju u fit-tul.

2.14

Għall-ewwel darba, is-Seba’ Programm Qafas stabbilixxa aġenda komuni tar-riċerka għall-industrija farmaċewtika. Din tinkludi għadd kbir ta’ proġetti farmaċewtiċi innovattivi li jistimulaw netwerks internazzjonali ta’ riċerka li jeżistu diġà u dawk potenzjali (6).

2.15

Sadattant, l-effetti tal-globalizzazzjoni qed jinħassu aktar. Jekk inqisu l-kisbiet impressjonanti tar-Riċerka u l-Iżvilupp fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina u f’ekonomiji emerġenti oħra, l-espożizzjoni għall-innovazzjoni tal-kumpaniji Ewropej f’dan is-settur fl-aħħar mill-aħħar ser tkun fattur determinanti għal industrija Ewropea.

2.16

Wara l-kriżi ekonomika attwali d-dinja ser tieħu xeħta differenti. L-istat tal-ekonomija flimkien mat-tnaqqis fil-baġit nazzjonali kif ukoll il-pożizzjoni msaħħa ta’ atturi dinjija oħra fl-Asja ser jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kompetittività. Dawn il-fatturi għandhom jiġu kkunsidrati bl-akbar serjetà fi kwalunkwe politika futura għas-settur u l-industrija tas-saħħa.

2.17

Il-KESE jikkonkludi li matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin in-netwerks u l-iskambji żdiedu u sa ċertu punt dan wassal għal konverġenża ta’ opinjonijiet fost ħafna partijiet interessati. Minkejja dan il-progress għad hemm xi nuqqasijiet minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni u s-sistemi tas-saħħa. L-aċċess ħieles għall-prodotti farmaċewtiċi huwa limitat u m’hemmx Suq Uniku għal dan is-settur.

3.   Il-fehma tal-Kummisjoni

3.1

F’Diċembru 2008, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni strateġika dwar is-settur farmaċewtiku li tiddefinixxi l-prinċipji, l-għanijiet, il-prospettivi tas-settur għal perijodu fit-tul u l-isfidi dinjija.

3.2

Il-Komunikazzjoni tipprovdi qafas għall-proposti leġiżlattivi fil-pakkett sħiħ ta’ Diċembru 2008 kif ukoll għall-futur.

3.3

Element ġdid huwa l-enfasi kbira fuq l-aspetti esterni bħall-iffalsifikar, il-kummerċ, il-mard ġdid kif ukoll l-importanza dejjem tikber tal-ekonomiji emerġenti.

3.4

Il-Komunikazzjoni tidentifika tliet kwistjonijiet, li huma s-suġġett ta’ ħames proposti leġiżlattivi mehmuża mal-Komunikazzjoni: l-iffalsifikar tal-prodotti mediċinali, il-farmakoviġilanza u l-informazzjoni għall-pazjent (7).

3.5

Għal darb’oħra, qed tiġi enfasizzata l-importanza kbira tal-industrija farmaċewtika għall-Ewropa f’termini ta’ Riċerka u Żvilupp, tkabbir u impjiegi u saħħa pubblika.

3.6

Madankollu, l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi kbar fl-oqsma tas-saħħa, tax-xjenza u l-ekonomija biex iżżomm industrija farmaċewtika vijabbli u sostenibbli:

l-Ewropa qed tkompli titlef il-vantaġġ fir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni favur l-Istati Uniti u l-Asja;

fl-UE għad hemm inugwaljanza fid-disponibbiltà u l-prezzijiet raġonevoli tal-mediċini;

id-diviżjoni internazzjonali tax-xogħol qiegħda dejjem tikber, inkluż fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp, il-provi kliniċi, il-manifattura u l-marketing;

jeħtieġ li jkun hemm rwol ta’ pijunier fil-qasam xjentifiku biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-saħħa pubblika u jinfetħu swieq ġodda għall-mediċini manifatturati fl-UE.

3.7

Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-mument opportun biex isir aktar progress favur it-titjib tat-tħaddim tas-Suq Uniku għall-prodotti farmaċewtiċi bil-għan li tiġi stabilizzata u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa madwar id-dinja.

3.8

Għal dan il-għan, ġew stabbiliti 25 objettiv dwar (a) Suq Uniku u sostenibbli għall-farmaċewtiċi, (b) it-teħid tal-opportunitajiet u l-isfidi tal-globalizzazzjoni u (c) it-tisħiħ tal-ambjent għax-xjenza u l-innovazzjoni.

3.9

Din il-Komunikazzjoni tagħti stampa koerenti tal-isfidi domestiċi u dinjija u tal-approċċi mixtieqa f’qafas ġenerali li għandu jistabbilixxi aġenda għall-perijodu fit-tul f’dan is-settur.

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Il-KESE jagħraf li hemm bżonn ta’ approċċ ġenerali għas-settur farmaċewtiku Ewropew f’perspettiva dinjija.

4.2   Il-Komunikazzjoni qed tiġi ppreżentata bħala “Viżjoni Mġedda”. Irrilevanti minn kemm hi mixtieqa din il-viżjoni u minkejja l-konsultazzjoni wiesgħa mal-bosta partijiet interessati, ir-riżultat huwa kemxejn diżappuntanti. Fil-fatt, la jinkludi analiżi ġenerali tan-nuqqasijiet fis-suq komuni u lanqas approċċ proattiv f’termini ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika fid-dawl tal-bżonnijiet tal-pazjenti u tal-industriji.

4.3   L-Ewropa qed titlef il-vantaġġ fl-innovazzjoni farmaċewtika. Il-globalizzazzjoni tas-settur toħloq opportunitajiet u sfidi ġodda. Il-kwistjonijiet tan-nuqqas ta’ aċċess ħieles għall-mediċini fl-Ewropa u l-bżonn ta’ skoperti xjentifiċi biex jiġu indirizzati l-progress fil-kamp mediku u l-isfidi globali tas-saħħa pubblika qed jiġu ppreżentati flimkien. Għadu mhuwiex ċar x’azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u fl-UE biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.

4.4   Fil-fehma tal-KESE jeħtieġ li jittejjeb minnufih it-tħaddim ta’ Suq Uniku sostenibbli għall-farmaċewtiċi u din hija prekundizzjoni għaż-żamma ta’ settur farmaċewtiku fl-Ewropa li jħalli l-qligħ, li jkun innovattiv ħafna u jindirizza l-bżonnijiet tal-popolazzjoni u l-isfidi dinjija.

4.5   Il-Komunikazzjoni tagħti qafas adegwat għall-kooperazzjoni regolatorja u għan-negozjati ma’ għadd dejjem akbar ta’ pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina. Il-kooperazzjoni u n-negozjati ma’ pajjiżi terzi ser joħolqu perspettiva sostenibbli għall-esportazzjoni Ewropea.

4.6   Fil-kuntest internazzjonali, Suq Uniku li jaħdem tajjeb huwa prerekwiżit. Is-suq jibqa’ frammentat minħabba d-differenzi bejn il-prezzijiet nazzjonali u l-iskemi ta’ rimborż, il-piżijiet (ġodda) regolatorji, in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-inugwaljanzi tal-aċċess u nuqqas ta’ interess kummerċjali fi swieq nazzjonali li huma ekonomikament anqas attraenti.

4.7   Barra minn hekk, l-UE kibret u f’qasir żmien kellha 27 Stat Membru, kollha b’karatteristiċi għalihom, li jfissru żidiet speċifiċi fl-Unjoni, minħabba d-diversità akbar tas-swieq u l-bżonnijiet tal-pazjenti. Dan jagħti xhieda tal-kumplessità tas-sitwazzjoni ġenerali Ewropea.

4.7.1

Eżempju ta’ din il-kumplessità huwa l-fatt li l-mediċini li jintlaħqu minn but kulħadd jiddependi ħafna mis-sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali kkonċernata u minn kemm il-poplu huwa assigurat. Fil-biċċa l-kbira tas-sistemi, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jinnegozjaw mal-produtturi l-prezzijiet tal-mediċini li jingħataw biss bir-riċetta tat-tabib sabiex il-mediċini jkunu jistgħu jitqassmu bi prezz raġonevoli lill-persuni assigurati għalkemm parti żgħira mill-prezz titħallas minn dawn tal-aħħar.

4.8   Ir-relazzjoni bejn l-ispejjeż tal-innovazzjoni u l-bejgħ fis-settur għandha impatt kbir. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu biss jiżviluppaw jekk l-industrija tkun kompetittiva u jekk is-suq Ewropew jaħdem b’mod sodisfaċenti.

4.9   Jekk jibqa’ jkun hemm differenzi fil-proċeduri u l-approċċi amministrattivi, is-settur ser ibagħti b’mod kontinwu minħabba l-frammentazzjoni, il-koinċidenza, l-ispejjeż eċċessivi għall-innovazzjoni u l-iżvantaġġi fir-rigward tal-industriji li jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi fuq skala kontinentali, bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina.

4.10   Għalkemm fil-bqija tad-dinja s-swieq kbar fuq skala kontinentali huma parzjalment influwenzati mid-differenzi reġjonali, is-sitwazzjoni ma tistax titqabbel mal-frammentazzjoni fl-Ewropa.

4.11   Problema oħra tikkonċerna l-fatt li l-produttività tal-ispiża għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur farmaċewtiku naqset tul dawn l-aħħar snin minħabba sensiela ta’ fatturi kumplessi.

4.11.1

Ir-revoluzzjoni bijoteknoloġika, għalkemm wiegħdet ħafna avvanzi ġodda, swiet ħafna lill-industrija peress li r-riċerka u l-iżvilupp u t-teknoloġija applikata għadhom ma ssarrfux fi prodotti maturi. Biex jiġi indirizzat il-mard il-ġdid hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar u bi spiża akbar il-prodotti farmaċewtiċi.

4.11.2

L-ispiża għall-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda fis-suq żdiedet parzjalment minħabba l-bżonn ta’ provi kliniċi estensivi u għaljin. Ir-rekwiżiti regolatorji għall-iżvilupp kliniku żdiedu wkoll filwaqt li r-riċerka u l-iżvilupp xeqilbu lejn mard aktar kumpless u oqsma terapewtiċi bħall-kanċer u l-marda tal-Alzheimer fost l-oħrajn.

4.11.3

Attwalment, l-innovazzjoni fil-kamp mediku hija primarjament meqjusa bħala fattur ta’ nefqa fil-baġit nazzjonali għas-saħħa minflok bħala xprun għall-innovazzjoni fl-interess tal-benesseri tal-pazjenti. Eżempju ċar ta’ dan huma l-politiki nazzjonali tal-ipprezzar u r-rimborż li ma jipprovdux kumpens ogħla għall-prodotti innovattivi meta mqabbla ma’ prodotti oħra li jkun eqdem f’ċerti oqsma ta’ mard (eż. is-sistema tal-ipprezzar ta’ referenza għat-terapija).

4.12   Dan l-iżvilupp fl-Ewropa għandu konsegwenzi fuq il-kompetituri. Filwaqt li l-Awtoritajiet Regolatorji fl-Istati Uniti fuq il-medja huma aktar stretti milli fl-UE biex japprovaw l-awtorizzazzjoni tas-suq, is-suq tal-Istati Uniti jiġbed aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għax jippremja l-innovazzjoni aktar mill-maġġoranza tas-swieq Ewropej.

4.13   Il-pajjiżi Asjatiċi bħaċ-Ċina u l-Indja li, fuq medja, is-swieq tagħhom jikbru b’aktar minn 15 % fis-sena aktarx jiġbdu sehem sinifikanti tal-investimenti internazzjonali fir-riċerka u l-iżvilupp ladarba l-istandards dwar il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali jiġu implimentati b’mod effettiv f’dawn il-pajjiżi.

4.14   Biex isir aktar żvilupp f’dan il-qasam għandu jinstab bilanċ ġdid bejn il-bqija tal-kompetenzi nazzjonali, il-mekkaniżmi u l-proċeduri (legali) Ewropej u l-kundizzjonijiet tas-suq li jwittu t-triq għal settur farmaċewtiku Ewropew vijabbli u b’saħħtu u.

5.   Inwittu t-triq għall-futur

5.1

Fil-fehma tal-KESE, il-Kummissjoni li dieħla, bħala punt ta’ tluq adatt għat-tiġdid u l-progress, għandha tqis flimkien il-kriżi ekonomika attwali, il-preparamenti għall-Istrateġija Mġedda ta’ Lisbona fl-2010 u l-isfidi dinjija.

5.2

L-Istrateġija ta’ Lisbona li ġġib magħha l-irfinar tal-kompetenzi nazzjonali u Komunitarji u rwol aktar ċar għall-Kummissjoni tista’ tipprovdi qafas u metodoloġija utli għall-industrija farmaċewtika.

5.3

Fl-2008, il-Kummissjoni nediet l-Inizjattiva tal-Mediċina Innovattiva (IMI) (8) bħala parti mis-Seba’ Programm Qafas. Il-KESE jilqa’ din l-aġenda strateġika li, effettivament, qed taħdem biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi tar-riċerka permezz ta’ sħubijiet bejn is-settur privat u dak pubbliku – universitajiet, istitui tar-riċerka, SMEs, sptarijiet, organizzazzjonijiet tal-pazjenti u regolaturi – bil-għan li jitneħħew l-ostakli fix-xjenza u l-ħiliet sabiex jitħaffef l-iżvilupp tal-mediċini għall-bżonnijiet futuri fil-qasam tas-saħħa.

5.4

Fir-riċerka kompetittiva, il-privattivi u l-garanzija li titħares il-proprjetà intellettwali fis-settur farmaċewtiku jikkostitwixxu inċentivi essenzjali għall-innovazzjoni u sabiex jiġu indirizzati l-problemi attwali u dawk emerġenti tas-saħħa u ċ-ċiklu twil tal-ħajja tal-prodotti (inkluż perijodi twal ta’ żvilupp).

5.5

Il-KESE ħa nota tar-Rapport Interim ta’ Novembru 2008 dwar l-istħarriġ tas-settur farmaċewtiku. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni li tiġi adottata privattiva Komunitarja u li titwaqqaf sistema ta’ litigazzjoni Ewropea li tissemplifika l-proċessi u twassal għal aktar frankar, minflok 27 proċedura ta’ litigazzjoni bbażati fuq leġiżlazzjonijiet differenti.

5.6

Minkejja r-reputazzjoni fil-livell dinji tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, il-KESE jqis li t-tħaddim tiegħu jista’ jittejjeb.

5.7

Il-mediċini ġeneriċi, li huma kopji ta’ mediċini oriġinali li tkun skaditilhom il-privattiva, huma sostanzjalment irħas biex jiġu mmanifatturati u jitqiegħdu fis-suq meta mqabbla mal-mediċini oriġinali. Il-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ swieq kompetittivi li mhumiex imħarsa minn privattivi.

5.8

Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn ta’ aktar effiċjenza u kompetizzjoni fis-suq ġeneriku Ewropew. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jaħsbu f’mezzi biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ ffrankar konsiderevoli għall-pazjenti u s-sistemi tal-kura tas-saħħa.

5.9

Fir-rigward tal-aċċess ħieles u l-prezzijiet raġonevoli tal-mediċini, il-KESE jitlob għal diskussjoni mill-ġdid li tinvolvi l-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-partijiet interessati fi kwistjonijiet interkonnessi bħal differenzi kbar ħafna fil-prezzijiet tal-mediċina madwar l-Ewropa, l-aċċessibbiltà, il-kummerċ parallel u l-prinċipju tan-nonekstraterritorjalità.

5.10

F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal sensiela ta’ dikjarazzjonijiet suċċessivi tal-G-10, għar-Rakkamondazzjoni numru 6 tal-Forum Farmaċewtiku ta’ Livell Għoli, għar-Rakkomandazzjoni numru 9.2 u r-Rapport ta’ Progress Finali ta’ dan il-Forum (9).

5.11

L-għan ta’ tali diskussjoni għandu jkun id-definizzjoni ta’ viżjoni komuni dwar il-bżonn ta’ aċċess ħieles u prezzijiet affordabbli għall-pazjenti, il-ħolqien ta’ Suq Uniku, it-tbassir tal-imġiba u l-azzjonijiet tal-gvern f’dan il-qasam kif ukoll dwar il-bżonn ta’ ambjent sostenibbli għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni.

5.12

L-isfidi domestiċi u dinjija huma interkonnessi:

il-pożizzjoni tal-industrija farmaċewtika Ewropea fil-livell globali tiddependi mill-pożizzjoni tagħha fil-livell lokali fl-Ewropa;

il-mard fuq skala dinjija u ċ-ċirkolazzjoni madwar id-dinja ta’ prodotti farmaċewtiċi mill-ekonomiji żviluppati u dawk emerġenti li ser jaffettwaw ukoll is-swieq Ewropej;

pożizzjoni interna sostenibbli tal-industrija għandha tkun ta’ benefiċċju għall-pazjenti bis-saħħa ta’ pjattaformi ta’ diskussjoni relatati mal-prodotti farmaċewtiċi, il-mard, u attitudnijiet li dejjem jinbidlu fost il-konsumaturi ta’ dawn il-prodotti fl-Ewropa.

5.13

Biex tappoġġja d-diskussjoni mġedda, il-Kummissjoni għandha tippreżenta statistika Ewropea aġġornata dwar l-iżvilupp tas-suq, il-ħolqien tal-impjiegi u l-baġit tar-Riċerka u l-Iżvilupp fis-settur. Barra minn hekk, hemm bżonn kbir li jkun hemm statistika li tista’ titqabbel madwar id-dinja kollha.

5.14

L-istatistika u t-tendenzi dinjija għandhom jinkludu wkoll l-estensjoni tal-attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ kumpaniji Ewropej fi swieq emerġenti kbar. Bla ebda dubju din l-estensjoni ser isseħħ flimkien mat-tkabbir tas-swieq taċ-Ċina u l-Indja. Dan il-benefiċċju tal-globalizzazzjoni huwa argument importanti ieħor għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Ewropew bħala bażi sostenibbli għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni.

5.15

Il-kummerċ ġust u l-interessi tal-pazjenti jirrekjedu li l-importazzjonijiet minn pajjiżi bi dħul baxx ikunu soġġetti b’mod effettiv għall-prattiki tajba tal-manifattura. Il-mediċini foloz għandhom jiġu pprojbiti. Ir-riskju li l-mediċini foloz jinbiegħu permezz tal-internet għandu jonqos bis-saħħa ta’ kontrolli effettivi tal-mediċini li jintbagħtu bil-posta.

5.16

Il-KESE huwa tal-opinjoni li biex noqorbu lejn Suq Uniku f’dan is-settur, għandu jiġi introdott il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni u għandu jingħata rwol ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, bħal ma hi l-prattika attwali fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona.

5.17

Bil-għan li tinkiseb aktar trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-aħjar prattiki u teżamina d-dibattiti u l-iżviluppi fl-Istati Membri li huma relatati mal-aċċess ħieles u l-prezzijiet affordabbli tal-mediċini u mal-kundizzjonijiet legali għar-Riċerka u l-Iżvilupp, l-innovazzjoni u l-industrija farmaċewtika. Ir-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet għandhom iservu ta’ bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Kunsill.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Mediċini Sikuri, Innovattivi u Aċċessibbli: Viżjoni Mġedda għas-Settur Farmaċewtiku, COM(2008) 666 finali, Diċembru 2008.

(2)  Fl-2007, l-industrija farmaċewtika Ewropea impjegat madwar 600 000 persuna u nefqet 18 % tad-dħul tagħha fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D).

(3)  Ara Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/105 KE tal-21 ta’ Diċembru 1988. Minn dak iż-żmien ’il hawn il-Kunsill sar isibha aktar diffiċli biex jaċċetta t-tkabbir.

(4)  Ara l-opinjoni fuq inizjattiva proprja ĠU C 14, 16.1.2001, p. 122 u l-opinjoni ĠU C 241, 28.9.2004, p. 7.

(5)  Il-G-10 kien magħmul minn ħames Ministri, żewġ Kummissarji u rappreżentant tal-industrija.

(6)  Huwa u jikkumenta dwar il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-riċerka u l-kompetittività fl-industrija farmaċewtika, il-KESE enfasizza b’mod kontinwu l-importanza kruċjali ta’ riċerka (bażika) f’dan is-settur. Ara ĠU C 14, 16.01.2001, ĠU C 234, 30.09.2003 u ĠU C 110, 30.04.2004.

(7)  Il-KESE ħejja sensiela ta’ opinjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet: CESE 1022/2009, CESE 1023/2009, CESE 1024/2009, CESE 1191/2009 u CESE 1025/2009, ĠU C 306, 16.12.2009.

(8)  L-Aġenda tar-Riċerka Strateġika tal-Inizjattiva tal-Mediċina Innovattiva hija l-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni minnufih tal-IMI fejn l-attenzjoni qiegħda fuq erba’ pilastri: is-sigurtà, l-effikaċja, il-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

(9)  Ara p.85 tar-Rapport ta’ Progress Finali.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/80


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta’ Progress)”

COM(2009) 333 finali - 2009/0096 (COD)

2009/C 318/15

Relatur Ġenerali: is-Sinjura BISCHOFF

Nhar is-17 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta’ Progress)

Nhar l-14 ta’ Lulju 2009, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Intern, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

B’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu tat-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru 2009) li jaħtar lis-Sinjura Gabriele BISCHOFF bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’171 voti favur u 2 astensjonijiet.

1.   Sommarju tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

1.1   Faċilitajiet ta’ finanzjament adegwati għall-intrapriżi huma prerekwiżit ċentrali għat-tkabbir ekonomiku. Dan jgħodd ukoll għall-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali. Għalhekk il-Kumitat jilqa’ l-iżvilupp tal-mikrokrediti għax dan jista’ jkun mod ġdid kif jiġi appoġġjat l-ispirtu intraprenditorjali u jinħolqu impjiegi ġodda fil-mikrointrapriżi (jiġifieri intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 10 ħaddiema u bi qligħ annwali ta’ inqas minn EUR 2 miljuni). Qiegħed jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li s’issa fl-Ewropa il-faċilitajiet ta’ mikrofinanzjament huma limitati.

1.2   L-għoti ta’ mikrokreditu lill-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali u lill-gruppi żvantaġġati, meta mqabbel mal-għoti ta’ kreditu konvenzjonali, huwa iktar kumpless u għali. Dan il-piż miżjud jista’ jitnaqqas, minn naħa, billi jiġu żviluppati servizzi standardizzati u teknoloġiċi, billi jsir marketing aħjar tagħhom u billi ssir ħidma sabiex isiru aktar professjonali, u min-naħa l-oħra, permezz ta’ garanziji u kofinanzjamenti. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-faċilità ta’ mikrofinanzjament proposta huwa li tkompli tiżviluppa l-istrument tas-servizzi ta’ mikrofinanzjament, anki bil-kooperazzjoni ta’ dawk li diġà jipprovdu s-servizzi finanzjarji. Dan ser jinvolvi l-iżvilupp ta’ strutturi organizzattivi li jippermettu l-ipproċessar standardizzat ta’ numru kbir ta’ applikazzjonijiet. Mingħajr programmi ta’ software adatti u l-użu ta’ teknoloġiji tal-internet ser ikun diffiċli li jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ professjonalità.

1.2.1

Barra minn hekk, l-esperjenzi li nkisbu s’issa fl-Ewropa fil-qasam tal-għoti tal-mikrokrediti juru li jridu jinħolqu inċentivi tas-suq addizzjonali biex jiżguraw li s-settur finanzjarju jwettaq il-kompitu tiegħu li jipprovdi l-mikrokreditu għaż-żewġ gruppi mmirati speċifiċi.

1.3   Il-persuni mill-gruppi mmirati li jkunu ser jibdew negozju tagħhom għandhom jingħataw aċċess għas-servizzi ta’ mikrofinanzjament mhux biss huma u jibdew iżda anki matul l-ewwel snin wara l-ftuħ tagħhom.

1.4   Madwar 1 % tal-fondi tal-faċilità ta’ mikrofinanzjament Progress huma mmirati għall-ispejjeż amministrattivi. Dawn ma jinkludux il-fondi li jingħataw lill-banek intermedjarji u lill-istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-kreditu lill-gruppi mmirati. Il-Kumitat jixtieq jiskopri l-ammont ta’ fondi li jmorru għand il-banek intermedjarji u l-istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu dan il-kreditu. Jeħtieġ li jiġi żgurat ukoll, pereżempju permezz ta’ monitoraġġ regolari fil-livell Ewropew kif ukoll bil-pubblikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għoti tal-kreditu fuq is-sit elettroniku tal-awtorità ta’ monitoraġġ kompetenti, li l-banek qed jagħtu rati ta’ interess favorevoli lill-gruppi mmirati.

1.5   L-effetti mixtieqa mit-twaqqif ta’ faċilità Ewropea ta’ mikrofinanzjament fuq l-impjiegi u l-politika soċjali għandhom jiġu evalwati sew u b’mod differenzjat skont il-gruppi mmirati. Iż-żewġ gruppi mmirati – il-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali u l-applikanti individwali (il-qiegħda, iż-żgħażagħ, il-persuni bi żvantaġġi soċjali) – jirrikjedu kapaċitajiet ta’ konsultazzjoni u appoġġ. Dan l-aspett għandu jitqies ukoll fil-livell organizzattiv, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti li jikkoinċidu ma’ programmi rilevanti oħra.

1.6   Fl-aħħar, il-KESE jirrakkomanda li ssir analiżi dwar x’sorsi oħra ta’ finanzjament jeżistu, apparti Progress, li jistgħu jiffinanzjaw il-faċilità l-ġdida ta’ mikrofinanzjament.

2.   Introduzzjoni u sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni

2.1

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi (COM(2007)708) il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-ewwel u qabel kollox jittejbu l-oqfsa legali u istituzzjonali fl-Istati Membri u li t-tieni nett tinħoloq faċilità ġdida sabiex tappoġġja t-twaqqif u l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet tal-mikrokreditu fil-Komunità (1). Barra minn hekk għandhom jingħataw fondi addizzjonali għal istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament ġodda li ma jaqgħux taħt is-settur bankarju (2). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tgħid li l-iżvilupp ta’ struttura għall-għoti tal-mikrokrediti tista’ taqdi rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi (3).

2.2

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi, u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (4) tiddefinixxi “mikrokreditu” bħala self taħt il-EUR 25 000 u “mikrointrapriża” bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni (inklużi dawk impjegati għal rashom) u li l-qligħ annwali u/jew il-karta tal-bilanċi annwali tagħhom ma taqbiżx iż-EUR 2 miljuni.

2.3

Ir-rapport tal-grupp ta’ esperti dwar ir-regolazzjoni tal-mikrokreditu fl-Ewropa jenfasizza d-differenzi kbar li jeżistu bejn l-Istati Membri fl-għoti tal-mikrokreditu kif ukoll fl-oqfsa legali tagħhom.

2.4

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Ġunju 2009 l-Kummissjoni diġà ħabbret faċilità tal-UE ġdida ta’ mikrofinanzjament għall-impjiegi (5) (il-faċilità ta’ mikrofinanzjament Progress).

2.5

Il-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (6) timmira li, fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-impatt tagħha fuq il-livell ta’ impjieg u d-disponibbiltà tal-kreditu, toħloq faċilità ġdida ta’ mikrofinanzjament li (tkun tista’) tassisti lill-qiegħda u lill-gruppi żvantaġġati sabiex joħolqu mikrointrapriża tagħhom jew li jibdew jaħdmu għal rashom billi tipprovdilhom mikrokrediti ta’ mhux aktar minn EUR 25 000 garanziji, strumenti ta’ kapital / strumenti azzjonarji, strumenti ta’ dejn u miżuri oħra bħal pereżempju attivitajiet ta’ komunikazzjoni, superviżjoni, monitoraġġ, verifika u valutazzjoni. Jistgħu jiġu appoġġjati wkoll il-mikrointrapriżi tal-ekonomija soċjali li jimpjegaw lill-qiegħda u lill-iżvantaġġati. L-għan huwa li titwitta t-triq għall-qiegħda u gruppi żvantaġġati oħra sabiex isiru intraprendituri. Mir-riallokazzjoni ta’ EUR 100 miljun mill-baġit attwali tal-Programm Progress, li tista’ timmobilizza iktar minn total ta’ EUR 500 miljun, f’perijodu ta’ erba’ snin, mill-2010 sal-2013, għandhom jibbenefikaw sa 45 000 persuna u intrapriża b’medja ta’ self ta’ madwar EUR 11 000. L-amministrazzjoni tkun f’idejn il-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). B’hekk mhu ser jinħoloq l-ebda piż amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, permezz tal-proposti tagħha għat-twaqqif ta’ faċilità ta’ mikrofinanzjament, turi l-impenn tagħha biex toħloq l-impjiegi u li tixtieq tippromovi l-intraprenditorija fost il-gruppi żvantaġġati. Jeħtieġ li tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li s’issa ftit li xejn għadha nkisbet esperjenza fl-użu ta’ faċilitajiet ta’ mikrofinanzjament fl-Ewropa u li jridu jsiru riflessjonijiet fil-fond kemm sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni amministrattiva tal-mikrokrediti u fondi oħra kif ukoll sabiex jiġi żgurat l-użu sostenibbli ta’ dan l-istrument. Fid-dawl tas-suċċessi impressjonanti tas-servizzi mikrofnanzjarji fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp (u tal-fatt li fl-2006, il-Grameen-Bank u l-fundatur tiegħu Muhammad Yanus rebħu l-Premju Nobel għall-Paċi) jeħtieġ li jiġu enfasizzati l-opportunitajiet kif ukoll l-isfidi li jeżistu għat-trasferiment ta’ dawn l-esperjenzi fil-kuntest Ewropew. Dan għaliex fit-trasferiment ta’ dawn l-esperjenzi ser jintilfu xi vantaġġi essenzjali tal-kunċett oriġinali (bħall-integrazzjoni f’komunità lokali, professjonali jew etnika, u l-fiduċja li tirriżulta minn dan il-proċess li twassal għat-tnaqqis fl-ispejjeż ta’ monitoraġġ u każijiet fejn ma jitħallasx lura l-kreditu). Għaldaqstant, it-trasferibbiltà ta’ dawn l-esperjenzi fil-pajjiżi żviluppati hija kontroversjali.

3.2   Fl-Ewropa wkoll hemm bżonn konsiderevoli ta’ servizzi ta’ mikrofinanzjament; madwar nofs l-intrapriżi ż-żgħar biss jaħsbu li r-rwol tal-banek fl-aċċess għall-kreditu huwa totalment pożittiv (7). Il-programm Jeremie (Joint European Resources for Micro to Medium Enterprises), li huwa ffinanzjat prinċipalment mill-Fondi Strutturali, huwa inizjattiva konġunta tad-DĠ Regio u l-Grupp tal-BEI sabiex jappoġġjaw u jtejbu l-finanzjament tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (8).

3.2.1

Barra minn hekk, permezz tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (9) u l-inizjattiva pilota Jasmine (Azzjoni konġunta għall-appoġġ tal-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji fl-Ewropa) bil-għan li fost affarijiet oħra tappoġġja t-tisħiħ u l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji li ma jaqgħux taħt is-settur bankarju (10), il-Kummissjoni nediet inizjattivi importanti għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-kapital fl-intprariżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u l-mikrointrapriżi. Il-Kumitat jirrakkomada li dawn il-miżuri jiġu kkoordinati aħjar bejniethom. Fl-opinjoni tiegħu dwar l-inizjattiva Jeremie (11) fl-2006, il-Kumitat diġà għamilha ċara li huwa dejjem appoġġa l-inizjattivi tal-Kummissjoni maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u talab li l-imsieħba soċjali jiġu involuti b’mod wiesgħa.

3.2.2

Il-Kumitat stqarr ukoll li meta ntużaw il-fondi tal-BEI, dan serva ta’ strument utli li ffaċilita l-aċċess tal-mikrointrapiżi u l-intrapriżi ż-żgħar għall-kreditu.

3.2.3

Fl-opinjoni tiegħu il-Kumitat ġibed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-fatt li l-aċċess għall-mikrokrediti, b’mod partikolari tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, għandu jiġi ffaċilitat u li huwa ta’ importanza deċiżiva li dan jilħaq ukoll lil gruppi speċifiċi bħall-intraprendituri żgħażagħ, nisa jew dawk li ġejjin minn gruppi żvantaġġati jew minoranzi etniċi.

3.3   L-opportunitajiet li ġejjin mill-użu tas-servizzi mikrofinanzjarji jirriżultaw mill-importanza ċentrali li għandhom forom ta’ finanzjament informali u rapidi sabiex, fost affarijiet oħra, jitwaqqfu l-intrapriżi. Il-biċċa l-kbira tal-fondi meħtieġa biex titwaqqaf intrapriża jiġu pprovduti mill-fundatur stess jew mill-qraba, il-ħbieb jew il-ġirien (12). Dan jindika l-limiti tal-krediti normali li joffru l-banek għax iktar ma jkun żgħir l-ammont ta’ self mitlub, iktar jogħla ċ-ċans li t-talba ma tintlaqax billi l-evalwazzjoni bir-reqqa tat-talba hija kumplessa wisq. Is-servizzi ta’ mikrofinanzjament jistgħu jimlew il-lakuni bejn il-mezzi finanzjarji informali (li għandhom effiċjenza limitata) u l-finanzjament li ġej mill-banek. Jekk l-għoti tal-mikrokrediti u ta’ servizzi ta’ mikrofinanzjament oħra jkun rapidu, mhux kumpless u flessibbli daqs il-finanzjament informali, il-mikrokrediti jistgħu jagħtu kontribut ċentrali għad-dinamika ekonomika u l-intraprenditorija.

3.4   Il-persuni mill-gruppi mmirati li jkunu ser jibdew negozju tagħhom għandhom jingħataw aċċess għas-servizzi ta’ mikrofinanzjament mhux biss huma u jibdew iżda anki matul l-ewwel snin wara l-ftuħ tagħhom għax ħafna drabi dawn jiddependu minn ammonti żgħar ta’ kapital sabiex jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom.

3.5   Irrispettivament mill-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, l-għoti tal-mikrokrediti huwa iktar kumpless u għali mill-krediti konvenzjonali peress li s-somom li jissellfu huma iżgħar, il-garanziji li normalment jitlob il-bank ma jkunux disponibbli u l-ispejjeż tal-ipproċessar huma għaljin ħafna. Għalhekk sabiex l-inizjattivi mikrofinanzjarji jkunu ta’ suċċess jeħtieġ li jkun hemm ħafna applikanti, struttura organizzattiva u teknoloġiji adatti u l-ogħla livell possibbli ta’ professjonalità. F’każ li jinkisbu xi esperjenzi f’inizjattivi u programmi simili (CIP, Jeremie, BIE pilota, Jasmine), jeħtieġ li jiġu kkunsidrati minn qabel.

3.6   L-ewwel nett, fid-dawl tal-livell ta’ professjonalità meħtieġ, hemm bżonn li l-mikrokreditu jopera fuq mudell kemm jista’ jkun standardizzat ta’ attività bankarja tal-massa (retail banking) bħal din sabiex jibbenefika mill-ekonomiji tal-iskala u mill-vantaġġi tad-distribuzzjoni tar-riskji. Hekk kif turi l-esperjenza fir-Renju Unit u fil-Kanada, tali ammonti kbar ta’ applikanti huma mira ambizzjuża (13). Dan jindika l-importanza ta’ livell għoli ta’ sensibilizzazzjoni (permezz ta’ kampanji pubbliċitarji bħal pereżempju l-“ġimgħat tal-mikrokreditu” tal-organizzazzjoni Franċiża ADIE) u l-ħtieġa ta’ aċċess faċli (pereżempju permezz tal-internet). Jeħtieġ li neżaminaw jekk dan jistax iseħħ u kif, u liema rwol jistgħu jaqdu (appoġġ tekniku) programmi oħra (pereżempju l-FSE). Barra minn hekk jeħtieġ li jiġu ppreżentati l-aspetti li jikkoinċidu ma’ dawn il-programmi u l-inizjattivi sabiex ikun hemm koerenza.

3.7   It-tieni nett, l-organizzazzjoni tal-proċessi intraprenditorjali tinvolvi wkoll li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet organizzattivi għall-attività bankarja tal-massa prevista sabiex l-applikazzjonijiet jiġu proċessati malajr u b’mod flessibbli filwaqt li jitqiesu l-forom tas-sigurtà adatti u sabiex jintużaw sanzjonijiet standardizzati u forom ta’ distribuzzjoni tar-riskju standardizzati fil-każ ta’ ksur ta’ kuntratti (ħlas tard). Bħalma jiġri fil-każ tal-kreditu tal-konsumatur hemm ukoll il-kwistjoni ta’ kif jista’ jiġi stmat il-kreditu tal-klijenti bl-iktar mod faċli, rapidu u affidabbli.

3.8   It-tielet nett, is-sistema tas-software żviluppata sew sabiex jinfetħu, jingħalqu u jiġu mmonitorjati l-kuntratti hija l-kundizzjoni teknika għal din l-attività bankarja tal-massa. B’hekk ikun jista’ jinkiseb bilanċ bejn l-attività bankarja standardizzata u l-ipproċessar individwali tat-talbiet u jsir konribut sabiex ikomplu jinfirxu s-servizzi tal-mikrofinanzi fis-suq.

3.9   Il-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali kif ukoll l-individwi mill-Istati Membri u r-reġjuni fejn diġà ġew stabbiliti istituzzjonijiet mikrofinanzjarji speċjali jistgħu jaċċessaw il-fond b’mod iktar faċli u rapidu mill-applikanti fil-pajjiżi u r-reġjuni fejn istituzzjonijiet bħal dawn ma jeżistux jew għadhom qed jiġu żviluppati. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi żgurat li l-programm b’mod ġenerali ma jwassalx għal nuqqas ta’ ugwaljanza fl-aċċess.

3.10   Kwistjoni ċentrali tirrigwarda jekk il-kreditu hux ser tagħtih istituzzjoni konvenzjonali jew istituzzjonijiet mikrofinanzjarji speċjali, li jekk ikun il-każ għad iridu jinbnew, li ħafna drabi ma jitwaqqfux għal skopijiet ta’ profitt u li jkunu żgħar ħafna. Minn naħa, f’dawn l-aħħar snin fl-Ewropa beda jiżviluppa netwerk ta’ provvedituri tas-servizzi mikrofinanzjarji bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Madanakollu, wieħed minn kull ħames provvedituri (inqas minn 20) biss jagħti iktar minn 400 mikrokreditu fis-sena (14). Min-naħa l-oħra ser ikun kważi impossibbli li s-servizzi mikrofinanzjarji jiżdiedu mingħajr ġestjoni ta’ kwalità għolja, professjonali u bil-għan li tagħmel profitt u hawnhekk il-banek (li diġà joħorġu ammont kbir ta’ mikrokrediti) għandhom vantaġġi kbar. Ma jagħmilx sens li l-fondi jingħataw mill-provvedituri żgħar tas-servizzi mikrofinanzjarji li joperaw fl-interess komunitarju u li jikkonċentraw fuq persuni mingħajr dħul fiss, nisa, żgħażagħ, anzjani u migranti għax b’tali sistema bankarja “niche” l-esklużjoni ta’ dawn il-gruppi tkun qed tiġi istituzzjonalizzata f’sistema oħra. Għalhekk sabiex jiġi żgurat li s-settur bankarju jibda joffri s-servizz tal-mikrokreditu minkejja l-fatt li l-qligħ mistenni jkun minimu, x’aktarx ser ikun hemm bżonn ta’ inċentivi addizzjonali tas-suq jew strumenti ta’ appoġġ għall-ħolqien tal-infrastruttura meħtieġa.

3.11   Peress li l-inizjattiva tal-mikrofinanzjament timmira b’mod speċifiku li jkollha impatt fuq il-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali, huwa importanti ħafna li tiġi evalwata l-effikaċja tal-programm b’kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn iż-żewġ gruppi mmirati speċifiċi. S’issa l-kriterji li kienu qed jiġu kkunsidrati kienu l-ammont ta’ kreditu u n-numru ta’ benefiċjarji iżda l-KESE jirrakkomanda wkoll li titkejjel l-integrazzjoni fis-suq prinċipali tax-xogħol, id-dħul li jsir u l-effetti addizzjonali indiretti tal-impjieg fuq id-diversi gruppi msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. B’dan il-mod biss jista’ jintwera s-suċċess tal-inizjattiva f’dawn il-livelli (15).

3.12   Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fattur pożittiv li l-proposta tal-Kummissjoni qed tippjana wkoll miżuri ta’ appoġġ bħal pereżempju attivitajiet ta’ komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni (Artikolu 4(1)). Madanakollu għadu mhux stabbilit jekk dan, l-ewwel u qabel kollox, hux ser jinvolvi konsulenza għall-persuni li ser jiftħu negozju jew għall-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji, kif ser jiġi organizzat, u kif ser jitqassmu l-fondi kollha bejn garanziji, strumenti ta’ kapital, strumenti ta’ dejn u miżuri ta’ appoġġ.

3.13   Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi żgurat li t-tnaqqis fir-rati ta’ interess jaslu għand min jissellef. Fl-istess waqt għandu jiġi stabbilit kemm se jmorru riżorsi għand il-banek intermedjarji jew l-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji għall-amministrazzjoni.

3.14   Hekk kif intqal fl-opinjoni INT/495, il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva għall-ħolqien ta’ faċilità ġdida ta’ mikrofinanzjament għall-gruppi mmirati iżda għandu d-dubji dwar jekk jagħmilx sens jew hux pass prattiku li l-finanzjament ta’ faċilità ġdida ta’ mikrofinanzjament għandux jittieħed mill-inizjattiva Progress. Għalhekk huwa jissuġġerixxi li jiġu eżaminati sorsi ta’ finanzjament disponibbli oħra apparti Progress li jistgħu jiffinanzjaw il-programm.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Ara COM(2007) 708 p. 2.

(2)  Ara ibid, p.11.

(3)  Ara ibid, p.2.

(4)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(5)  COM(2009) 257 tat-3.6.2009.

(6)  COM(2009) 333.

(7)  Eurobarometer (2005): “SME Access to Finance”, Flash Eurobarometer 174.

(8)  COM(2006) 349 p. 9.

(9)  COM(2005) 121 p.6.

(10)  COM(2007) 708 p. 3.

(11)  ĠU C 110, 9.5.2006.

(12)  Ara http://www.gemconsortium.org/download.asp?fid=608

(13)  Ara http://ssrn.com/abstract=976211

(14)  Dwar il-mikrofinanzjament fl-UE ara: www.nantiklum.org/Overview_final_web.pdf u www.european-microfinance.org/data/file/Librairy/ISSUE%20PAPER.pdf.

(15)  Għal proċedura bħal din ara: ftp://repec.iza.org/RePEc/Discussionpaper/dp3220.pdf.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress”

COM(2009) 340 finali - 2009/0091 (COD)

2009/C 318/16

Relatur Ġenerali: is-Sinjura Gabriele BISCHOFF

Nhar is-17 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress

Nhar l-14 ta’ Lulju 2009, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

B’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu tat-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru 2009) li jaħtar lis-Sinjura Gabriele BISCHOFF bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’mod unanimu.

1.   Sommarju tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

1.1

Il-KESE jissottolinja l-importanza tal-Programm Progress sabiex tissaħħaħ l-Ewropa soċjali, jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, jitnaqqas il-faqar u tinkiseb koeżjoni soċjali akbar. Flimkien mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), dan il-programm huwa wieħed mill-istrumenti ċentrali li jappoġġjaw l-Aġenda Soċjali. Barra minn hekk, wieħed mill-kompiti ewlenin tal-Programm Progress huwa li jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex id-dimensjoni soċjali tkompli tiżviluppa.

1.2

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-isforzi kollha huma kkonċentrati fuq il-ġestjoni tal-kriżi u li, f’dan il-kuntest, ser jiġi eżaminat x’kontribut tista’ tagħti kull linja tal-baġit għall-ġestjoni tal-kriżi, b’mod partikolari biex jiġu assigurati l-impjiegi u biex jinħolqu impjiegi ġodda.

1.3

Huma n-nies qiegħda u l-gruppi żvantaġġati li għandhom bżonn appoġġ u konsulenza effikaċi biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu għal rashom. Għal dan il-għan jeżisti, fost strumenti oħra, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu ppreżentati b’mod aktar dettaljat dawk l-aspetti fejn il-Fond Soċjali Ewropew u l-faċilità ta’ mikrofinanzjament Progress jikkoinċidu sabiex jiġi żgurat li jinħolqu l-offerti u l-aċċess għall-kreditu maħsuba għal gruppi mmirati speċifiċi u jiġi evitat l-irduppjar.

1.4

Kif jagħmel fl-opinjoni tiegħu INT/494, fil-prinċipju l-KESE jappoġġja l-idea li jiġu pprovduti mikrokrediti b’kundizzjonijiet vantaġġużi għall-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali bil-kundizzjoni li jimpjegaw nies qiegħda jew persuni żvantaġġati. Però jeħtieġ li jiġi definit b’mod aktar ċar xi jkopri dan il-kunċett.

1.5

Madankollu, il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li r-riallokazzjoni tal-fondi u t-tnaqqis tal-fondi b’EUR 25 miljun fis-sena marbut magħha jista’ jkollhom konsegwenzi konsiderevoli fuq l-effiċjenza u l-ambitu tal-Programm Progress fis-snin 2010-2013, anke fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri u l-orjentament strateġiku tal-programm. Għalhekk il-Kummissjoni qed tintalab tippreżenta l-konsegwenzi b’mod aktar dettaljat u teżamina l-alternattivi possibbli. Barra minn dan, għandhom jiġu ppreżentati l-konsegwenzi possibbli fuq linji tal-baġit u programmi oħra, b’mod partikolari l-FSE u l-linji tal-baġit awtonomi, pereżempju d-djalogu soċjali.

1.6

Billi l-Kumitat jiddubita kemm ir-riallokazzjoni tal-baġit mhux ser tikkomprometti l-effikaċja tal-Programm Progress fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjiegi Ewropea, jitlob lill-Kummissjoni tispjega kif l-objettivi tal-Programm Progress ser jintlaħqu aħjar bil-fondi li għandhom jiġu riallokati milli bl-approċċ li kien previst s’issa. Barra minn hekk, jeħtieġ li jintwera kif jista’ jiġi żgurat l-iżvilupp ulterjuri tal-Ewropa soċjali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżvilupp, il-komunikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġija post-Lisbona wara l-2010.

1.7

Barra minn hekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi ppreċiżat kif Progress għandu jiġi implimentat b’mod aktar effettiv u kif jistgħu jinkisbu pjanar aktar strateġiku u miżuri aktar immirati; u li jiġi spjegat f’liema oqsma u b’liema miżuri jistgħu jitfaddlu l-flus mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi u l-orjentament strateġiku tal-programm fiż-żmien li fadallu.

1.8

Jitlob ukoll tagħrif dwar x’inċentivi tas-suq għandhom jinħolqu sabiex is-settur bankarju fil-fatt iwettaq il-kompitu tiegħu, fost kompiti oħra li għandu, li jagħti l-krediti.

2.   Introduzzjoni u sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni

2.1   Fis-segwitu tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Nixprunaw l-irkupru Ewropew” (1) kif ukoll tal-iskambju ta’ fehmiet fis-Summit dwar l-Impjiegi nhar is-7 ta’ Mejju 2009, fit-3 ta’ Ġunju 2009 l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha “Impenn Komuni għall-Impjiegi” (2), ipproponiet diversi azzjonijiet ta’ prijorità, fosthom:

użu aħjar tal-arranġamenti għat-tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol;

antiċipazzjoni u mmaniġġjar aħjar tar-ristrutturar;

tisħiħ tal-ħolqien tal-impjiegi;

appoġġ għaż-żgħażagħ.

2.1.1   Ġie rakkomandat b’mod partikolari li l-Istati Membri, flimkien mal-imsieħba soċjali u bl-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), jgħinu lin-nies qiegħda u liż-żgħażagħ jibdew negozju tagħhom fuq bażi sostenibbli, pereżempju billi jipprovdu taħriġ fil-qasam intraprenditorjali u kapital biex jibdew (3).

2.1.2   Il-linji tal-baġit disponibbli kollha, speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew, għandhom jikkontribwixxu aktar għall-ġestjoni tal-kriżi. L-għajnuna finanzjarja tal-FSE għandha, fost affarijiet oħra, tiġi kkonċentrata fuq il-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti, pereżempju billi jiġi appoġġjat il-ħolqien tal-intrapriżi jew jitnaqqsu l-ispejjeż għall-għoti tal-krediti.

2.1.2.1

Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ faċilità Ewropea ġdida ta’ mikrofinanzjament għall-impjiegi bil-għan li jinfetħu possibbiltajiet ġodda għan-nies qiegħda u li titwitta t-triq tat-twaqqif ta’ intrapriża, speċjalment għall-gruppi żvantaġġati, fosthom iż-żgħażagħ.

2.1.2.2

Minbarra l-għajnuna marbuta mar-rati ta’ interess li tingħata mill-FSE, dawk li jwaqqfu mikrointrapriża għandhom jiġu appoġġjati wkoll permezz tal-iggwidar, it-taħriġ, il-konsulenza u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet (4).

2.2   Fl-aħħar nett, fit-2 ta’ Lulju 2009 l-Kummissjoni pproponiet faċilità ġdida ta’ mikrofinanzjament għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress (5), li għandha tgħin fit-twaqqif ta’ mikrointrapriżi minn nies qiegħda u gruppi żvantaġġati u fl-iżvilupp ulterjuri tal-ekonomija soċjali. Barra minn dan, tipproponi li jiġu riallokati EUR 100 miljun mill-baġit attwali, billi jintuża l-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress.

2.3   Il-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (2007-2013) huwa strument ta’ finanzjament li bih għandha tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-UE fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-ugwaljanza. Ikopri wkoll l-iżvilupp ulterjuri tagħhom. Barra minn dan, Progress jgħin fl-implimentazzjoni u t-tfassil tal-Aġenda Soċjali Ewropea. Il-missjoni tal-programm hija wkoll li jsaħħaħ l-appoġġ għall-impenji u l-isforzi tal-Istati Membri biex joħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar u jibnu soċjetà aktar koeżiva (6).

2.3.1

S’issa mill-fondi ta’ Progress ġew iffinanzjati:

l-analiżi u l-konsulenza politika;

is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki tal-UE;

il-promozzjoni tal-iskambju tal-politiki bejn atturi differenti;

il-pjattaformi għall-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri.

2.3.2

Barra minn hekk, skont il-loġika tal-qafas strateġiku, Progress jipprovdi dawn il-prodotti  (7):

taħriġ u tagħlim rilevanti ta’ professjonisti legali u tal-politika;

rapporti dwar il-monitoraġġ / valutazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-liġi u tal-politika tal-UE;

identifikazzjoni u tixrid ta’ prattiki tajbin;

attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, netwerking bejn il-partijiet interessati, u avvenimenti;

għodda, metodi u indikaturi statistiċi adattati;

konsulenza, riċerka u analiżi adattata tal-politika;

appoġġ għall-NGOs u n-netwerks.

2.3.3

Bit-twaqqif tal-Programm Progress ġew sostitwiti bosta programmi Komunitarji preċedenti bil-għan li jinħolqu s-sinerġiji u jinkisbu, b’dan ir-raggruppament, aktar trasparenza u koerenza.

2.4   Fl-2005, fl-opinjoni tiegħu SOC/188, il-KESE laqa’ b’mod ċar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li, flimkien mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), fil-ġejjieni Progress ikun wieħed mill-istrumenti ċentrali li jappoġġjaw l-Aġenda Soċjali.

2.4.1

Fl-istess opinjoni, madankollu l-KESE fakkar fl-importanza li jkun hemm fondi baġitarji suffiċjenti għal Progress. U esprima d-dubji tiegħu dwar kemm il-mezzi proposti mill-Kummissjoni Ewropea huma biżżejjed. Barra minn dan, għandu jiġi żgurat li s-semplifikazzjoni amministrattiva mħabbra ma twassalx biss għal ġestjoni teknika aħjar tal-programm, iżda wkoll għall-istrutturar adegwat tal-kontenut b’mod li jiffavorixxi l-gruppi mmirati.

2.4.2

Barra minn hekk, il-Kumitat ħeġġeġ li flimkien mal-promozzjoni tan-netwerks UE-NGO rilevanti jiġi promoss ukoll l-iskambju bejn l-atturi tas-soċjetajiet ċivili nazzjonali.

2.5   Fil-kuntest tal-ftehim interistituzzjonali tal-2006 u bl-insistenza tal-Parlament Ewropew, il-fondi ta’ Progress żdiedu b’EUR 114 miljun. Għaldaqstant, il-programm beda b’baġit totali ta’ EUR 743 250 000 għal perijodu ta’ seba’ snin (2007-2013) u ġie strutturat b’mod korrispondenti. Dan il-baġit għandu jintuża biex jippromovi l-bidliet u l-immodernizzar fil-ħames oqsma ta’ Progress: l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

2.6   Progress huwa miftuħ għas-27 Stat Membru tal-UE, għall-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE u għall-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE. Il-gruppi mmirati huma l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji pubbliċi tal-impjiegi u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika. L-universitajiet, l-istituti tar-riċerka kif ukoll l-imsieħba soċjali u l-ogranizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu jieħdu sehem ukoll.

2.6.1

Il-Kummissjoni tagħżel il-proġetti li jkunu ser jiġu appoġġjati finanzjarjament jew fuq il-bażi ta’ sejħa għal offerti pubbliċi jew permezz ta’ sejħa għal proposti.

2.7   Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-riallokazzjoni ta’ parti mir-riżorsi baġitarji mhux ser tkun ta’ ħsara għall-objettivi tal-Programm Progress.

2.7.1

Il-kontribut ta’ EUR 100 miljun għandu jiġi allokat għall-faċilità Ewropea l-ġdida ta’ mikrofinanzjament għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali – Progress, jiġifieri għall-perijodu li fadal, mill-2010 sal-2013, Progress ser ikollu EUR 25 miljun inqas fis-sena (8).

2.7.2

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li l-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress jinbidel kif ġej:

“Il-qafas finanzjarju sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet Komunitarji msemmija f’din id-Deċiżjoni, għall-perijodu ta’ żmien li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, huwa b’dan stabbilit għal EUR 643 250 000” (9).

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Fil-prinċipju, il-KESE jilqa’ l-fatt li ser jiġi eżaminat x’kontribut jista’ jagħti kull programm Ewropew għall-ġestjoni tal-kriżi, b’mod partikolari biex jiġu assigurati l-impjiegi u biex jinħolqu impjiegi ġodda.

3.1.1

Huma preċiżament l-aktar gruppi żvantaġġati, jiġifieri n-nies qiegħda, iż-żgħażagħ, il-persuni li qed irabbu t-tfal waħdehom, il-migranti jew in-nisa, li għandhom bżonn appoġġ effikaċi. Madankollu, mhux biżżejjed li jiġu pprovduti l-krediti, għaliex aktar mill-krediti huma għandhom bżonn il-konsulenza, il-kwalifiki u l-appoġġ minn qabel, b’mod partikolari sabiex ifasslu pjan ta’ negozju tajjeb. Hawnhekk għandhom jiġu ppreżentati dawk l-aspetti fejn l-appoġġ jikkoinċidi ma’ dak tal-FSE, anke sabiex jiġu eżaminati l-opportunitajiet u r-riskji possibbli tal-idea tan-negozju.

3.2   Fil-prinċipju, meta tkun qed titfassal il-faċilità ta’ mikrofinanzjament Progress għandha ssir distinzjoni akbar bejn il-gruppi mmirati:

a)

il-mikrointrapriżi eżistenti fl-ekonomija soċjali

b)

l-applikanti individwali.

3.3   Kif jagħmel fl-opinjoni tiegħu INT/494, fil-prinċipju l-KESE jappoġġja l-idea li jiġu pprovduti mikrokrediti b’kundizzjonijiet vantaġġużi għall-individwi u l-mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali bil-kundizzjoni li permezz ta’ dan jinħolqu jew jiġu żgurati l-impjiegi. Madankollu, il-Kumitat huwa mħasseb dwar il-fatt li r-riallokazzjoni tal-fondi u t-tnaqqis tal-fondi b’EUR 25 miljun fis-sena marbut magħha jista’ jkollhom konsegwenzi konsiderevoli fuq l-effiċjenza u l-ambitu tal-Programm Progress (10). Hemm dubji, b’mod partikolari, dwar kif Progress ser iwettaq b’mod suffiċjenti l-kompitu tiegħu li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-Ewropa soċjali, anke fil-perspettiva tal-istrateġija post-Lisbona. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija mitluba tippreżenta dan l-aspett b’mod aktar dettaljat mill-aktar fis possibbli. Mhux biżżejjed li, bħalma ġara fl-evalwazzjoni ex-ante  (11), tinsilet il-konklużjoni li l-adegwatezza tal-linji tal-baġit ta’ Progress ġejja mill-fatt li l-flus realistikament għandhom jittieħdu minn linja tal-baġit li diġà teżisti.

3.3.1

Fl-aħħar nett, jeżistu linji tal-baġit u programmi oħra, li xi drabi huma ħafna aktar estensivi, b’mod partikolari l-FSE, li diġà joffru l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw il-fond għall-mikrokrediti. Madankollu, s’issa l-Istati Membri qatt ma użaw din il-possibbiltà.

3.3.2

Barra minn hekk, għandhom jiġu ppreżentati l-konsegwenzi li jista’ jkun hemm fuq linji tal-baġit awtonomi, bħad-djalogu soċjali.

3.4   B’mod ġenerali għadu mhux ċar x’inċentivi għandu s-settur bankarju sabiex jassumi l-kompitu konkret tiegħu li jagħti l-krediti. Fih innifsu l-ħruġ ta’ fondi mill-Programm Progress sabiex ikun hemm il-flus għal miżura waħda ma jirrappreżenta l-ebda valur miżjud għall-promozzjoni tal-objettivi tal-Programm Progress. Għalhekk, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummisjoni tipproponi l-inċentivi tas-suq korrispondenti sabiex jinħoloq, min-naħa tal-offerta, suq tal-mikrokrediti għall-gruppi mmirati msemmija.

3.5   Fl-istess ħin il-Kummissjoni hija mitluba tispjega jekk il-programm tal-faċilità ta’ mikrofinanzjament jistax jiġi ffinanzjat minn fondi baġitarji oħra jew minn programmi oħra. Wara li jsir dan biss jista’ jingħad li qed jintefqu l-fondi addizzjonali għall-promozzjoni tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Bħala konsegwenza tal-kriżi l-Ewropa ser tiffaċċja sfidi kbar: qgħad dejjem jiżdied, dħul dejjem jonqos mit-taxxi u defiċits kbar fil-baġit. F’dan ir-rigward, Progress għandu jagħti kontributi importanti wkoll. Għaldaqstant għandu jiġi żgurat li jkun hemm fondi biżżejjed biex jagħmel dan.

3.6   Jekk il-faċilità l-ġdida ta’ mikrofinanzjament tiġi ffinanzjata permezz ta’ riallokazzjoni tal-fondi ta’ Progress, għandu jiġi spjegat b’mod aktar konkret liema proġetti jew prodotti ser jitneħħew jew jitnaqqsu billi l-baġit ta’ Progress ser ikollu EUR 25 miljun inqas fis-sena. Dan it-tnaqqis – li fil-perijodu kollu (2007-2013) jammonta għal ftit iktar minn 13 % iżda fil-verità huwa ħafna iktar minn hekk għaliex il-EUR 100 miljun ser jittieħdu u jiġu riallokati mill-baġit li fadal għall-2010-2013 – m’għandux iwassal biex, pereżempju, jitnaqqas l-appoġġ għal netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma ffinanzjati minn Progress. Bħal fil-każ tal-qafas strateġiku ta’ Progress, l-indikatur tal-prestazzjoni għal Progress huwa l-ammont ta’ fondi li jingħataw lill-NGOs u lin-netwerks.

3.6.1

B’hekk, fil-qafas strateġiku tal-2009 ġiet enfasizzata r-rieda li jiżdiedu l-investimenti fil-qasam, li tiżdied il-kapaċità tan-netwerks nazzjonali u tal-UE biex jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni tal-politki kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali u jinfluwenzaw dawn il-proċessi (12).

3.7   Fl-istess ħin, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-ebda każ ma ġie indikat li jitnaqqas il-finanzjament tal-miżuri fil-qasam tat-tagħlim reċiproku (mutual learning / peer-reviews), li huwa parti ewlenija tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi appoġġjata aħjar il-ġestjoni tal-kriżi fl-Istati Membri, anke billi jiġu involuti aktar l-imsieħba soċjali u l-orgnanizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati.

3.8   Il-Kumitat huwa konvint li t-tnaqqis ġenerali f’oqsma individwali ta’ Progress ser jipperikola l-objettivi u ser ikun ta’ ħsara kbira għall-effikaċja tal-programm. Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li, jekk il-faċilità l-ġdida ta’ mikrofinanzjament titwaqqaf permezz tal-fondi ta’ Progress, għandu jissejjaħ il-Kumitat tal-Programm Progress u jiġi dikuss kif għandu jsir it-tnaqqis baġitarju, bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.

3.9   Fil-perijodu li fadal tal-Programm Progress għandu jintlaħaq ftehim ukoll dwar strateġija post–Lisbona ġdida, u din għandha tiġi kkomunikata u implimentata filwaqt li jiġu involuti l-partijiet interessati kollha. Sabiex isir dan ser ikun hemm bżonn appoġġ kbir, li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi ffinanzjat mill-fondi ta’ Progress. Għal dan il-għan, il-pjan ta’ ħidma annwali ta’ Progress għall-2009 jipprevedi miżuri suffiċjenti. Mill-2010 għandhom jiġu ddedikati aktar fondi minn Progress.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  COM(2009) 114, 4.3.2009.

(2)  COM(2009) 257.

(3)  COM(2009) 257, p. 7.

(4)  Ara ibid, p. 12.

(5)  COM(2009) 333 u COM(2009) 340.

(6)  Ara d-dokument ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea: “Nassiguraw li Progress jagħti riżultati – Qafas Strateġiku għall-implimentazzjoni ta’ Progress, il-programm tal-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali (2007–2013)”, p. 5.

(7)  Ara ibid, p. 9.

(8)  Skont id-dikjarazzjoni finanzjarja aġġornata tal-Kummissjoni, fi tmiem l-2009 ser ikunu ntefqu ftit aktar minn EUR 280 miljun mill-baġit totali ta’ EUR 745 miljun. Mill-ammont li jifdal imbagħad ser jiġu mnaqqsa u riallokati EUR 100 miljun.

(9)  COM(2009) 340.

(10)  Fl-evalwazzjoni ex-ante dwar il-proposta tagħha, il-Kummissjoni tispjega li huwa mixtieq li jiġu allokati iktar minn EUR 100 miljun għall-faċilità l-ġdida ta’ mikrofinanzjament, iżda jekk jitnaqqsu iktar minn EUR 100 miljun mill-fondi jista’ jkun hemm konsegwenzi negattivi fuq l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Programm Progress. Madankollu, ma tingħatax raġuni għaliex dan jiġri biss meta l-ammont jaqbeż il-EUR 100 miljun.

(11)  “The only realistic possibility would therefore be to reallocate funding from an existing budget line. The Progress budget line seems to be the most appropriate in this regard”. (Għalhekk, l-unika possibbiltà realistika hija li jiġu riallokati l-fondi minn linja tal-baġit eżistenti. Jidher li l-linja tal-baġit Progress hija l-aktar waħda adatta f’dan ir-rigward.) SEC(2009) 907, p. 12.

(12)  Kummissjoni Ewropea: “Nassiguraw li Progress jagħti riżultati – Qafas Strateġiku għall-implimentazzjoni ta’ Progress, il-programm tal-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali (2007-2013)”, p. 18.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam”

COM(2008) 644 finali - 2008/0198 (COD)

2009/C 318/17

Relatur: is-Sur SALVATORE

Korelatur: is-Sur BURNS

Nhar l-14 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru 2009 Ir-relatur kien is-Sur SALVATORE u l-korelatur kien is-Sur BURNS.

Matul il- 456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’87 voti favur, 7 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jaqbel għal kollox mal-għan tar-regolament propost mill-Kummissjoni, dak li jnaqqas ir-riskju li fis-suq Ewropew jinħareġ injam illegali u l-prodotti tiegħu. Fil-fatt, id-deforestazzjoni, barra milli hi responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tat-telfien fil-bijodiversità, toħloq problemi eknomiċi u fuq kollox soċjali. Madankollu, biex jintlaħaq l-iskop stabbilit hemm bżonn li jintwera iktar kuraġġ u li l-interventi jkunu aktar deċiżivi, billi jintużaw miżuri li jkunu vinkolanti u skadenzi ta’ implimentazzjoni qosra.

1.2

Il-proposta għal regolament hija element ewlieni, flimkien mal-ftehimiet volontarji ta’ sħubijiet FLEGT (1), l-iżvilupp ta’ programmi ta’ kooperazzjoni marbuta maċ-ċertifikazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti, kif ukoll il-ftehimiet mal-pajjiżi li l-aktar li jimportaw injam, fil-ġlieda mhux biss kontra l-qtugħ illegali tal-injam, iżda wkoll it-tqegħid tiegħu fil-kummerċ.

1.3

Il-kunċett tas-sostenibbiltà mhuwiex ibbażat biss fuq il-kapaċità li jiġi prodott l-injam, iżda wkoll fuq kriterji: soċjali (kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli, rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema), skont id-definizzjoni tal-ILO (2); ekonomiċi (li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq minħabba f’kompetizzjoni inġusta) u ambjentali (l-impatt tad-deforestazzjoni illegali fuq l-ambjent u t-tnaqqis fil-bijodiversità).

1.4

F’dan ir-regolament, il-Kummissjoni ħatret sistema ta’ diliġenza meħtieġa bħala l-istrument biex jitnaqqas ir-riskju li fis-suq Ewropew jitpoġġa injam illegali u l-prodotti tiegħu. Din l-għażla, kif ġiet ippreżentata, teħtieġ xi modifiki.

1.5

L-ewwel nett, hija tqis biss l-operaturi li jqiegħdu l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba. Fil-fehma tal-Kumitat din is-sistema għandha titwessa’, b’diversi modi u regoli, biex tilħaq l-operaturi kollha fil-katina tal-kummerċ tal-injam. It-traċċabbiltà trid tmiss kull operatur, li jrid ikollu l-informazzjoni dwar l-oriġini u l-karatteristiċi tal-prodott: il-pajjiż, il-foresta, l-ispeċi, l-età u l-fornitur. L-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll il-produtturi ż-żgħar, għandhom jingħataw il-benefiċċju tal-flessibbiltà kif ukoll ċertu żmien biex jadattaw għas-sistema l-ġdida, mingħajr ma jitgħabbew b’piżijiet eċċessivi.

1.6

Fi kwalunkwe każ, hemm bżonn li jiġi evitat li jiġi irduppjat ix-xogħol tas-sistemi ta’ “traċċabbiltà” li diġà jeżistu, billi jiġu rikonoxxuti l-liġijiet nazzjonali, bil-mekkaniżmi ta’ kontroll applikabbli, tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-foresti u l-mudelli organizzattivi fejn jaqblu mal-kriterji ta’ tmexxija sostenibbli tal-foresti. B’mod partikulari f’dawk il-każi fejn qed jiġu applikati il-prinċipji ta’ diliġenza meħtieġa, huwa inutli li jiġu imposti obbligi burokratiċi oħra. L-UE trid tistabbilixxi standards għar-regoli u l-approċċi komuni fil-proċedura għall-ġestjoni tar-riskju, li jkunu aktar rigorużi fiż-żoni fejn hemm riskju akbar li jsiru atti illegali fil-ġestjoni tal-injam (3), billi f’dak il-każ iċ-ċertifikati jinħarġu minn korpi terzi li jkunu indipendenti u li jkollhom esperjenza stabbilita.

1.7

Il-ftehimiet mal-pajjiżi terzi jeħtieġ li jaħsbu għal sħubija organizzattiva / ta’ ġestjoni u sistemi ta’ inċentivi soċjali, bil-kunsiderazzjoni tal-ħarsien tal-korrelazzjoni inversa bejn ir-rata tal-ħsad illegali tal-injam u d-dħul ras għal ras tal-abitanti ta’ pajjiż partikulari.

1.8

Jekk id-diliġenza meħtieġa tiġi applikata għall-operaturi kollha, jittejbu l-possibbiltajiet li fis-suq jitqiegħed biss injam legali li jkun approvat iktar, mhux biss minħabba l-effetti ekonomiċi, iżda minħabba l-impatt soċjali kbir tagħhom. Il-ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti li tħares fit-tul u l-użu ta’ prodotti legali, fil-fatt huma opportunità ta’ żvilupp “sostenibbli” għall-popolazzjonijiet lokali li jaħdmu fil-qasam tal-injam u joffru garanzija għall-ġejjieni tal-industrija Ewropea fis-settur.

1.9

Ir-regolament għandu jilħaq ukoll l-injam u prodotti tal-injam li jmorru fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

1.10

Il-penali għal min jikser ir-rekwiżiti għall-kummerċ tal-injam u l-prodotti tal-injam jridu jkunu l-istess fl-Istati differenti u proporzjonati skont il-grad ta’ responsabbiltà, sa massimu ta’ saħansitra t-twaqqif mill-attività kummerċjali, fil-każ ta’ reati gravi.

1.11

Sabiex ikun żgurat li s-sistema taħdem sew, qed jiġi sostnut b’mod qawwi li flimkien mal-Kummissjoni, għandu jkun hemm Grupp Konsultattiv dwar il-kummerċ tal-injam li jiġbor fih lill-partijiet kollha interessati.

1.12

Wara sentejn minn meta jidħol fis-seħħ ir-regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt fuq it-tħaddim tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tal-injam. Fl-eventwalità li jirriżultaw effetti negattivi, għandha ssir dispożizzjoni dwar ir-reviżjoni tal-punti dgħajfa tal-istess regolament.

2.   Daħla

2.1

Din il-proposta għal regolament għandha l-għan li tiġġieled il-qtugħ illegali tal-injam, u tippromovi li dan jinġieb minn pajjiżi li jmexxu l-foresti tagħhom skont prattiki legali. Din hi waħda mis-soluzzjonijiet tal-UE għall-problema tal-qtugħ illegali tal-injam li hi waħda mill-kawżi tad-deforestazzjoni. Id-deforestazzjoni hija responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra u hija kawża ewlenija għat-telf globali tal-bijodiversità. Barra minn hekk, id-deforestazzjoni illegali tipproduċi fenomeni ta’ dumping ekonomiku, soċjali u ambjentali, u b’hekk thedded il-kompetittività tal-intrapriżi li jużaw ir-riżorsi tal-foresti b’mod legali.

2.2

Fir-rigward tad-dumping soċjali, sa mill-1996, l-UE kemm il-darba fittxet li ddaħħal dispożizzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema fil-ftehimiet tad-WTO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ). Dawn il-proposti sabu oppożizzjoni qawwija min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jakkużaw lill-pajjiżi industrijalizzati li qed jużaw dawn il-proposti biex joħolqu forom ġodda ta’ protezzjoniżmu kontra l-esportazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, illum dan l-argument jinstema’ ħafna drabi fi ħdan l-istess UE.

2.3

Għaldaqstant, il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ possibbiltajiet biex tiżgura li fl-UE jinbigħu biss l-injam u prodotti tal-injam li ġejjin minn sorsi legali. Dawn l-għażliet għaddew minn valutazzjoni tal-impatt u ddaħħlu fis-sistema ta’ “diliġenza meħtieġa”. Żgur li wieħed jilqa’ kontroll akbar fil-fruntieri peress li jkun effettiv ħafna, iżda sfortunatament, dan mhuwiex kompatibbli mar-regoli tal-kummerċ ħieles u għalhekk ma jistgħax isir.

2.4

Il-legalità tal-oriġini tal-prodott hija ddefinita skont il-liġi tal-pajjiż fejn jitkabbar l-injam. Il-legalità tista’ tiġi vverifikata fil-pajjiżi li ffirmaw l-ftehimiet FLEGT, fl-ambitu tal-liċenzji UE-FLEGT, stabbiliti fuq il-bażi ta’ ftehimiet volontarji (VPAs) bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi esportaturi individwali, jew fuq il-bażi tal-permessi CITES (4). Fil-pajjiżi l-oħra l-legalità tista’ tiġi vverifikata b’mezzi oħra. Min-naħa tal-operaturi din tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ sistemi li jaqblu għal kollox mal-kriterji stabbiliti fis-sistema tad-diliġenza meħtieġa.

2.5

Is-sistema tad-diliġenza meħtieġa hija bbażata fuq ir-responsabbiltà tal-operaturi li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju li jqiegħdu fis-suq injam illegali permezz ta’ sistema ta’ traċċabbiltà bbażata fuq l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-oriġini u l-karatteristiċi tal-injam, li jirrispettaw ir-rekwiżiti legali stabbiliti mill-liġijiet nazzjonali. Barra minn hekk is-sistema għandha l-għan li tinforma l-konsumaturi, meta jkunu ser jixtru, biex ma jgħinux il-qtugħ illegali tal-injam.

2.6

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-regolament li qed jiġi studjat, l-operaturi jkunu jistgħu jużaw is-sistemi żviluppati mill-korpi ta’ kontroll, fejn dawn diġà jeżistu. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti, magħżula mill-Istati Membri, jridu jidentifikaw il-korpi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jżommu d-dritt li jivverifikaw il-korrettezza tal-proċeduri b’mod regolari.

2.7

Il-korpi ta’ kontroll, li qabel kienu żviluppaw regoli biex jilħqu d-diliġenza meħtieġa, jawtorizzaw lill-operaturi b’sistemi adegwati. L-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli meħtieġa u japplikaw il-miżuri dixxipplinarji xierqa kontra l-operaturi li jonqsu milli jkunu konformi mas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa.

2.8

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Ir-regoli stabbiliti fih, skont l-ftehimiet tad-WTO, ser jiġu applikati bl-istess mod kemm għall-prodotti importati kif ukoll dawk prodotti fl-UE.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Hemm qbil sħiħ mal-għan li jiġi żgurat li l-injam fis-suq Ewropew jiġi minn foresti mmexxija b’mod legali u sostenibbli. Barra minn hekk wieħed jawgura li r-regolament jiġi approvat fi żmien qasir u li jagħti sinjal qawwi tal-impenn tal-UE kontra l-qtugħ illegali tal-injam.

3.2   It-tisħiħ tal-aproċċ bilaterali permezz tal-ftehimiet volontarji ta’ sħubijiet FLEGT huwa ċertament mixtieq, l-istess bħall-ftehimiet mal-pajjiżi li l-aktar li jimportaw injam (l-Istati Uniti, ir-Russja, iċ-Ċina u l-Ġappun), biex jiġu stabbiliti regoli internazzjonali fil-ġlieda mhux biss kontra l-qtugħ illegali tal-injam, iżda wkoll kontra t-tqegħid tiegħu fil-kummerċ. Wieħed jawgura li mbagħad jiġu żviluppati programmi ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi produtturi, biex ir-riżorsi tal-foresti jintużaw b’mod sostenibbli, fir-rispett tal-liġi fil-pajjiżi produtturi u l-estensjoni tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni. B’mod ġenerali, huwa meħtieġ li jkun hemm żvilupp ta’ proġetti li permezz ta’ sistemi adegwati ta’ kontrolli jiffavorixxu l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ “gvernanza tajba” fil-post.

3.3   Madankollu, is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa fiha xi dgħjufijiet. L-ewwel nett, hija tqis biss l-operaturi li jpoġġu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba: is-sidien tal-boski, min għandu d-dritt tal-ħsad u min jimporta l-injam, bir-riżultat li l-effetti mistennija fuq il-kontroll tar-riskju li jitqiegħdu fis-suq prodotti illegali jittaffew aktar ma l-operatur ikun viċin tal-konsumatur aħħari. Fil-fehma tal-Kumitat din is-sistema għandha titwessa’, b’diversi modi u regoli, biex tilħaq l-operaturi kollha fil-katina tal-kummerċ tal-injam.

3.3.1

Kull operatur fil-katina tal-kummerċ, jrid jiżgura li l-injam li għandu huwa legali, u li għandu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġini tal-prodott: il-pajjiż, il-foresta, il-fornitur, l-ispeċi, l-età u l-volum. Dan jista’ jiġi żgurat permezz tal-adozzjoni ta’ sistema ta’ traċċabbiltà, li tipprevedi livelli differenti ta’ responsabblità. Fil-fatt, fil-każ tas-sidien iż-żgħar tal-foresti, li jaħdmu f’kuntest nazzjonali u li diġà huma organizzati b’sistemi leġiżlattivi ta’ kontroll effettivi, li jirrispettaw is-sistema tad-diliġenza meħtieġa, huwa inutli li jiġu imposti piżijiet burokratiċi żejda. Għall-kuntrarju l-operaturi l-kbar li jixtru u jbiegħu l-injam fl-UE jew jimpurtawh minn pajjiżi terzi għandhom japplikaw is-sistema kif inhi prevista fir-regolament.

3.4   Is-sistema tad-diliġenza meħtieġa, anke jekk isirulha l-bidliet mixtieqa, ma tidhirx li ser tkun biżżejjed immedjatament biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, speċjalment fid-dawl tal-gravità u l-kumplessità tal-problema tal-qtugħ illegali tal-injam. B’mod partikulari hemm bżonn li wieħed jiffoka l-miżuri u l-kontrolli fuq l-oqsma tal-oriġini tal-injam u l-fażijiet tal-katina li jitqiesu bħala li fihom riskju għoli ta’ illegalità, il-qalba vera tal-problema. F’dawn il-każijiet it-tmexxija tal-foresti tkun teħtieġ ukoll il-monitoraġġ min-naħa ta’ korpi li jiċċertifikaw li jkunu indipendenti u li għandhom esperjenza stabbilita.

3.5   Fil-livell tal-UE jkun xieraq li jinħoloq qafas komuni li jistabbilixxi l-istandards li jridu jiġu rispettati fil-proċedura tat-tmexxija tar-riskju, billi jintużaw bl-aħjar mod is-sistemi ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà eżistenti, ħalli jiġi evitat l-irduppjar tax-xogħol, l-aktar dak li jkun ta’ piż fuq l-intrapriżi ż-żgħar u medji tal-foresti, filwaqt li wieħed ifittex li s-sistema l-ġdida tkun armonizzata mal-aktar sistemi effettivi li ġew adottati fl-Istati Membri differenti. Għalhekk ta’ min wieħed iħeġġeġ l-applikazzjoni ta’ dawk is-sistemi kollha li diġà jissodisfaw il-ħtiġijiet marbutin mad-diliġenza meħtieġa, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u s-sistemi adegwati ta’ kontrolli, bħalma hija ċ-ċertifikazzjoni tal-foresta.

3.6   Huwa xieraq li dan ir-regolament jilħaq ukoll l-injam u prodotti tal-injam li jmorru fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Il-prodotti u prodotti sekondarji kollha tal-injam, fosthom dawk li jista’ jkollhom karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, bħal fil-każ tal-bijomassa li tipproduċi l-enerġija, għandu jkollhom oriġini legali. Il-legalità, fil-fatt, hija prerekwiżi assolut għas-sostenibbiltà ta’ kull azzjoni.

3.7   Fl-aħħar nett, is-sistema tal-penali, li trid tiġi adottata għal dawk li jiksru l-obbligi li jqiegħdu fis-suq l-injam u prodotti tal-injam li jinkisbu b’mod legali, trid tiġi definita b’mod ċar u omoġenju. Għaldaqstant, irid jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, sal-punt li f’każijiet ta’ ksur gravi, l-attività kummerċjali titwaqqaf.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Biex jintlaħqu l-għanijiet indikati hemm bżonn li jiġu identifikati l-istrumenti adatti li jkunu jistgħu jivverifikaw il-legalità tal-injam u prodotti tal-injam ikkummerċjalizzati fl-UE. Barra mil-liġijiet nazzjonali u l-istrumenti previsti mill-proposta tar-regolament, iridu jitqiesu sistemi differenti li diġà jilħqu l-kriterji tad-diliġenza meħtieġa, fosthom dawk taċ-ċertifikazzjoni tal-foresti. Barra minn hekk hemm bżonn li jinħolqu mekkaniżmi adatti għal min, fil-kummerċ tal-injam u prodotti tal-injam, jaħdem b’mod korrett u ta’ penali għal min jikser ir-regoli stabbiliti. Dawn ir-regoli, li ma jistgħux jiġu stabbiliti fil-livell Ewropew, iridu jsiru mill-Istati Membri skont kriterji uniformi.

4.2

Il-ħsad illegali fil-fatt jirrappreżenta theddida għal kull proġett ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Għaldaqstant, il-ftehimiet mal-pajjiżi terzi jridu jipprevedu kollaborazzjoni organizzattiva / tat-tmexxija u sistemi ta’ inċentivi soċjali, minħabba r-relazzjoni inversa osservata bejn ir-rata ta’ qtugħ illegali tal-injam u d-dħul ras għal ras tal-abitanti ta’ dak il-pajjiż. Il-pajjiżi tropikali li għandhom pressjoni demografika qawwija u l-aktar faqar mifrux, għandhom tendenza li jkunu fost ta’ quddiem għad-deforestazzjoni (5). Bl-istess mod, il-pajjiżi Afrikani li jesportaw l-injam, li huma fost il-ħamsin pajjiż l-aktar fqir fid-dinja, huma fost dawk bl-iktar indiċi baxxa ta’ żvilupp uman, u d-dħul tagħhom ras għal ras huwa fost l-aktar miżerabbli (6).

4.3

Jekk is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tiġi applikata għall-operaturi kollha u mhux biss għal dawk li jbiegħu l-injam u prodotti tal-injam għall-ewwel darba, din iġġib magħha iktar piżijiet amministrattivi. Madankolli, il-vantaġġi mistennija ser jidhru meta fis-suq Ewropew jitqiegħed biss injam li l-oriġini tiegħu tkun legali, traċċabbli tul il-katina kollha. In-numru ta’ vantaġġi mhux ser ikunu ta’ natura ekonomika biss (7), iżda fuq kollox soċjali. F’dan il-kuntest, l-ambjent jimxi id f’id mal-forzi ekonomiċi u soċjali, fejn il-partijiet interessati jaġixxu mhux biss fuq motivazzjoni ekonomika, iżda minħabba interessi ta’ xejra oħra (ambjentali, socjali u kulturali).

4.4

Il-prodotti li jinkisbu b’dan il-mod, barra milli jkunu qed jirrispondu għat-talbiet ta’ suq li dejjem iktar qed isir konxju mit-tema tal-ħarsien tal-ambjent, jogħlew fil-valur, bil-possibbiltà li jinħoloq effett importanti ta’ imitazzjoni f’pajjiżi terzi. Għaldaqstant, tmexxija tar-riżorsi tal-foresti li tħares fit-tul u l-użu ta’ prodotti b’oriġini legali hija opportunità ta’ żvilupp “sostenibbli” għall-ħaddiema lokali u garanzija għall-ġejjieni tal-industrija Ewropea fis-settur.

4.5

Madankollu, l-obbligi jridu jqisu d-daqs tal-kumpaniji, l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll il-produtturi ż-żgħar iridu jingħataw iktar flessibbiltà u limiti ta’ żmien itwal biex jadattaw għas-sistema tad-diliġenza meħtieġa. B’mod partikulari l-operaturi li jixtru l-injam għall-ewwel darba jridu jnaqqsu r-riskju li jpoġġu fis-suq prodotti illegali permezz tat-traċċabbiltà b’dokumenti li juru l-oriġini u l-karatteristiċi tal-prodott (il-pajjiż, il-foresta, il-fornitur, l-ispeċi, l-età, il-volum), filwaqt li l-operaturi l-oħra tal-katina jridu kull wieħed iżomm bil-miktub mingħand min xtara l-injam.

4.6

Jidher xieraq li fil-formulazzjoni tar-regolament jiġu rikonoxxuti għal kollox il-liġijiet u l-mudelli organizzattivi nazzjonali li l-aktar li jaqblu mal-kriterji ta’ tmexxija sostenibbli tal-foresti, mingħajr ma jiġu imposti elementi ġodda mhux meħtieġa. Għal dan il-għan wieħed għandu japplika l-kunċett tas-sostenibbiltà li mhuwiex ibbażat biss fuq il-kapaċità li jiġi prodott l-injam, iżda wkoll fuq ċerti kriterji soċjali (kundizzjonijiet li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema), ekonomiċi (li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq minħabba f’kompetizzjoni mhux ġusta) u ambjentali (l-impatt tal-operazzjonijiet fuq l-ambjent u l-bijodiversità taż-żona).

4.7

Hemm bżonn li tinħoloq klima pożittiva li tippremja lill-operaturi li jaħdmu b’mod korrett u li jinfurmaw lix-xerrejja dwar l-oriġini leġittima tal-injam u tal-prodotti tiegħu. Fl-aħħar wieħed jawgura wkoll li titnieda kampanja ta’ sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi dwar l-importanza li, fil-mument tax-xiri, ikunu jafu u jkunu jistgħu jivverifikaw, permezz tat-traċċabbiltà, li l-injam u prodotti tiegħu ġejjin minn sorsi legali.

4.8

Il-promozzjoni tal-użu tal-injam li ġej minn sorsi legali fis-settur tal-bini, dak tal-għamara jew dawk tal-prodotti l-oħra, tista’ ssir permezz ta’ azzjonijiet konġunti u t-tixrid ta’ materjal ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni L-iskop huwa l-promozzjoni tal-injam li jkun ġej minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli bħala l-unika materja prima sostenibbli rinnovabbli b’mod naturali u li kapaċi taħżen id-dijossidu tal-karbonju, anke tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajja tal-prodott, karatteristika li tiddistingwih minn kull materjal ieħor.

4.9

Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa l-idea ta’ twaqqif ta’ grupp konsultattiv dwar il-kummerċ tal-injam, li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha, biex jien lill-Kummissjoni tiżgura t-tħaddim sew tas-sistema.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  “Action Plan for Forest Law Enforcement Governance and Trade”.

(2)  L-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (International Labour Organisation – ILO).

(3)  Ruhong Li, J. Buongiorno, J.A. Turner, S. Zhu, J. Prestemon. “Long-term effects of eliminating illegal logging on the world forest industries, trade and inventory”. “Forest policy and economics” 10 (2008) 480–490.

(4)  “Convention on International Trade in Endangerous Species” (Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċi Mhedda).

(5)  “Causes of forest encroachment: An analysis of Bangladesh” Iftekhar M.S., Hoque A.K.F. Geo Journal 62 (2005) 95–106.

(6)  Greenpeace, “L’industria del legno in Africa, Impatti ambientali, sociali e economici” (2001).

(7)  “Economics of sustainable forest management” Editorial. Shashi S. Kant. “Forest Policy and Economics” 6 (2004) 197-203.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/92


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Green Paper dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea”

COM(2008) 811 finali

2009/C 318/18

Relatur: is-Sur BUFFETAUT

Nhar it-3 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Green Paper dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur BUFFETAUT.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’160 vot favur, vot wieħed kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa’ b’sodsifazzjon l-inizjattiva mnedija mill-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha. Madankollu, jiddispjaċih li d-dokument jillimita ruħu għall-bijoskart biss u mhux għall-iskart bijodegredabbli kollu.

1.2

Peress li ma hemm l-ebda regolamentazzjoni komuni, jirrakkomanda li titfassal regolamentazzjoni li tkun armonizzata mil-lat tal-prinċipji u l-metodi tekniċi tagħha.

1.3

Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li tiġi rispettata l-ġerarkija tal-metodi tal-ġestjoni tal-iskart, li r-riċiklaġġ jitħeġġeġ u jiġi promoss, u li jsir l-aħjar użu tar-riżorsi, b’mod partikolari tal-enerġija.

1.4

Il-Kumitat jaqbel li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha possibbli għall-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart mill-konsumaturi u l-produtturi industrijali, għalkemm jagħraf li l-ammont ta’ skart evitat b’dan il-mod huwa żgħir ħafna. Peress li l-kundizzjonijiet lokali jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-ġestjoni tal-bijoskart u fuq kif il-materjal prodott jista’ jintuża, fil-fehma tal-Kumitat, l-Unjoni Ewropea għalissa għandha tagħti l-preferenza tagħha lit-tfassil ta’ linji gwida ċari u lid-definizzjoni ta’ objettiv ta’ kwalità tajba pjuttost milli jiġu stabbilti regoli vinkolanti uniformi dwar il-modi ta’ produzzjoni tal-kompost. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iżommu ċerta flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-objettivi Ewropej. Madankollu, tajjeb li jsir rendikont tal-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea ħames snin wara l-implimentazzjoni tal-linji gwida eventwali. Jekk dan dan ir-rendikont ma jkunx sodisfaċenti, allura jkun għaqli li titfassal leġizlazzjoni aktar vinkolanti.

2.   X’inhuwa l-bijoskart?

2.1

Il-bijoskart huwa skart bijodegredabbli tal-ġonna u tal-parks, skart tal-ikel u skart li jiġi mill-kċejjen tad-djar, ristoranti, fornituri tal-ikel u postijiet tal-bejgħ, u skart li jista’ jitqabbel ma’ skart li jiġi minn impjanti li jipproċessaw l-ikel. Id-definizzjoni ta’ bijoskart ma tinkludix il-fdalijiet mill-foresti jew il-fdalijiet agrikoli, demel tar-raba’, il-materjal li jġorr id-drenaġġ miegħu, jew skart bijodegredabbli ieħor bħal tessuti naturali, karti jew injam ipproċessat. Għaldaqstant, is-suġġett tal-Green Paper huwa l-bijoskart mhux l-iskart bijodegredabbli, li huwa kunċett aktar wiesa’ li jkopri wkoll il-bijoskart.

2.2

Huwa stmat li l-kwantità annwali ta’ bijoskart fl-UE hija ta’ bejn 76,5 u 102 tunnellati metriċi għall-iskart tal-ikel u l-ġonna inkluż fl-iskart solidu muniċipali mħallat u ta 37 tunnellata metrika għall-iskart mill-industrija tal-ikel u x-xorb.

3.   Għaliex hemm bżonn ta’ Green Paper?

3.1

Jeħtieġ l-ewwel nisħqu fuq il-fatt li l-politiki nazzjonali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit jekk huwiex biżżejjed li jittieħdu miżuri nazzjonali jew jekk huwiex aħjar u aktar effikaċi li tittieħed azzjoni fil-livell Komunitarju, fid-dawl tal-fatt li l-kundizzjonijiet lokali speċifiċi, l-aktar il-klima, huma importanti.

3.2

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart titlob lill-Kummissjoni tevalwa l-ġestjoni tal-bijoskart bil-għan li tressaq, jekk ikun hemm bżonn, proposta leġiżlattiva jew linji gwida.

3.3

Fl-1999 u l-2001 kienu ppubblikati żewġ dokumenti ta’ ħidma, iżda minn dakinhar ’l hawn is-sitwazzjoni nbidlet konsiderevolment, b’mod partikolari wara l-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru ġdid.

3.4

Għalhekk, l-għan tal-Green Paper huwa li teżamina kull possibbiltà biex titejjeb il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi t-tnedija ta’ dibattitu dwar il-possibbiltà ta’ azzjoni Komunitarja fil-ġejjieni, li tikkunsidra l-ġerarkija tat-trattament tal-bijoskart u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali eventwali. Id-diffikultà ta’ din l-azzjoni hija dovuta għall-fatt li jeżistu bosta inċertezzi dwar din il-kwistjoni.

4.   It-tekniki attwali

4.1

Fl-Istati Membri jintużaw dawn it-tekniki:

il-ġbir separat, li jippermetti l-produzzjoni ta’ kompost ta’ kwalità għolja;

ir-rimi fil-miżbliet, li għadu l-iktar metodu ta’ rimi tal-iskart solidu muniċipali (SSM) użat;

l-inċinerazzjoni, li tagħmel l-aħjar użu mill-enerġija (din it-teknika hija inqas rilevanti fin-Nofsinhar, fejn mhuwiex daqstant utli li tintuża s-sħana prodotta);

it-trattament bijolġiku;

it-trattament ma’ tipi oħra ta’ skart;

il-bdil tal-kompost f’ “pellets”;

id-diġestjoni aerobika;

id-diġestjoni anerobika;

it-trattament mekkaniku bijoloġiku, li juża taħlita ta’ separazzjoni tal-iskart u trattament bijoloġiku.

4.2

Ilkoll kemm huma jintużaw fl-Istati Membri, iżda nsibu tliet tekniki ewlenin: l-inċinerazzjoni biex jiġi evitat ir-rimi fil-miżbliet, l-irkuprar ta’ persentaġġ għoli ta’ materjal b’rata ta’ inċinerazzjoni pjuttost baxxa, u r-rimi fil-miżbliet.

4.3

L-istandards attwali jvarjaw ukoll. Jeżistu standards dwar l-użu u l-kwalità tal-kompost, iżda dawn ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Jeżisti wkoll standard dwar l-irkuprar tal-enerġija. Ilkoll inħolqu fil-livell Komunitarju.

4.4

L-impatt ambjentali u ekonomiku jvarja skont it-tekniki differenti użati. Ir-rimi fil-miżbliet huwa kkunsidrat bħala l-irħas mezz, filwaqt li l-inċinerazzjoni teħtieġ investiment akbar. Fil-każ speċifiku tat-trattament bijoloġiku, huwa diffiċli tiġi stabbilita spiża waħda minħabba l-firxa wiesgħa ta’ tekniki użati.

5.   Kummenti ġenerali

5.1   Ambitu

5.1.1

L-ambitu tal-Green Paper ma jkoprix l-iskart bijodegredabbli kollu. Din l-għażla hija ristrettiva għaliex minħabba f’hekk ma jiġix ikkunsidrat l-iskart bijodegredabbli kollu. F’ċertu sens, dan ħoloq kategorija ġdida ta’ skart bijodegredabbli li tiġbor fiha biss l-iskart bijodegredabbli mill-parks u l-ġonna, l-iskart tal-kċejjen domestiċi u l-iskart tal-industrija tal-kejtering jew l-industrija tal-ikel u x-xorb.

5.1.2

Il-mezzi għall-ġbir tal-iskart u l-istrumenti għat-trattament tal-bijoskart u l-iskart bijodegredabbli, u xi drabi saħansitra l-proċessi tal-irkuprar, jitfasslu u jiġu implimentati b’mod komuni. Għalhekk, kien ikun aktar loġiku li kieku ġie adottat approċċ globali uniformi permezz ta’ regolamentazzjoni waħda. Jekk din ir-regolamentazzjoni ma tkunx tista’ tiġi applikata, ikun hemm bżonn regolamentazzjoni li tkun armonizzata mil-lat tal-prinċipji u l-metodi tekniċi tagħha.

5.1.3

Naturalment, il-metodi tal-ġestjoni tal-bijoskart (u tal-iskart bijodegredabbli inġenerali) għandhom jirrispettaw il-ġerarkija tal-metodi tal-ġestjoni tal-iskart: il-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ (l-użu mill-ġdid ftit li xejn huwa rilevanti f’dan il-każ), forom oħra ta’ rkuprar, inkluż dak tal-enerġija, u fl-aħħar nett, ir-rimi.

5.1.4

Il-metodu ppreferut huwa l-prevenzjoni. Fil-prattika, dan jinvolvi li tiġi limitata l-kwantità tal-ikel mhux ikkunsmat fl-iskart u li titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart fil-ġonna u l-parks permezz ta’ metodi ta’ kultivazzjoni adattati. Madankollu, fil-verità, il-produzzjoni tal-bijoskart hija inevitabbli.

5.1.5

Ir-riċiklaġġ għandu jitqies bħala l-metodu li għandu jingħata preċedenza fil-ġestjoni ta’ dan it-tip ta’ skart. Dan jinvolvi l-produzzjoni ta’ kompost organiku, jew fertilizzant permezz tal-proċess ta’ metanizzazzjoni. Il-metodu tal-ġbir użat qabel ma jsir it-trattament bijoloġiku huwa ta’ importanza kbira. Jeżistu żewġ għażliet: ġbir separat fis-sors jew ġbir ta’ skart imħallat segwit minn separazzjoni fl-impjant tal-iskart. Ta’ min jenfasizza hawnhekk li l-kwalità tal-prodotti użati biex isir il-kompost għandha impatt qawwi fuq il-kwalità tal-prodott finali. L-aktar ħaġa importanti hija li jintlaħqu l-objettivi fil-qasam tar-riċiklaġġ u tal-kwalità aħħarija indipendentement mit-teknoloġija jew il-mod ta’ organizzazzjoni magħżul.

5.1.6

Fil-każ tal-iskart bijodegredabbli, tintuża l-metanizzazzjoni bil-għan li l-proċess tal-irkuprar ikun l-aktar effiċjenti possibbli. L-enerġija rkuprata mill-fdal tal-iskart hija element indispensabbli fil-katina tar-riċiklaġġ tal-iskart bijodegredabbli sabiex l-enerġija miġbura fih ma tinħeliex.

5.2   L-użu tal-kompost

5.2.1

Rigward l-użu tal-kompost, jeħtieġ jiġi enfasizzat li s-suq tal-kompost ivarja ħafna, skont iċ-ċirkustanzi differenti fl-Istati Membri, u li r-relazzjonijiet kummerċjali b’rabta mal-importazzjoni u l-esportazzjoni huma limitati ħafna. Is-suq tal-kompost huwa essenzjalment lokali. F’ċerti pajjiżi, il-kompost huwa użat l-aktar fl-agrikoltura; f’pajjiżi oħrajn, jinbiegħ fil-ħwienet biex jintuża fil-pjanti jew bħala fertilizzant tal-ħamrija. Għalhekk, jagħmel sens li r-regolamentazzjoni titfassal skont l-użu li jsir mill-prodott finali. Jistgħu jiġu identifikati tliet tipi ta’ użi/prodotti:

in-nutriment tal-pjanti u l-ħamrija;

it-titjib tal-proprjetajiet fiżiċi tal-ħamrija;

is-sostituzzjoni parzjali tal-ħamrija.

5.2.2

Fil-każi kollha, il-kriterji tal-kwalità tas-saħħa u ambjentali tal-materjal finali (il-kompost jew id-diġestat) għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ studji tar-riskji xjentifiċi. Il-kriterji finali tal-kwalità tal-kompost u d-diġestat għandhom jiġu ddeterminati skont l-użu ppjanat u fuq il-bażi ta’ analiżi ġenwini tar-riskji appoġġjati minn metodoloġiji sodi u ttestjati.

5.3   Il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet

5.3.1

Peress li l-kundizzjonijiet għat-trattament tal-bijoskart ivarjaw skont il-ġeografija, il-klima jew is-suq tal-kompost, ikun aħjar li l-iżvilupp ta’ dan it-trattament jiġi fdat lill-Istati Membri fil-qafas ta’ linji gwida ċari stabbiliti fil-livell Ewropew, u fuq il-bażi tal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti xjentifikament.

5.3.2

Il-politika tal-UE għalhekk għandha tissejjes fuq id-definizzjoni tal-istandards għall-kompost, appoġġ qawwi lill-ġbir separat u r-riċiklaġġ, id-definizzjoni tal-istandards fil-proċess tal-produzzjoni tal-kompost u l-iskambju ta’ prattiki tajbin. B’mod ġenerali, il-politika għandu jkollha ċerta flessibbiltà, u għaldaqstant hemm il-preferenza għal linji gwida ċari pjuttost milli miżuri leġiżlattivi li huma ristrettivi wisq u mhux adattati għall-kundizzjonijiet lokali. Fil-fatt, l-awtoritajiet lokali jistgħu jużaw firxa ta’ miżuri, fosthom il-politika tal-prezzijiet u dik fiskali. Pereżempju, Franza, il-fatt li muniċipalità tagħżel li tissepara l-iskart isarraf fi tnaqqis tat-taxxa fuq il-ġbir tal-iskart domestiku u dan igawdu minnu b’mod dirett iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi – din hija miżura li tipprovdi inċentiv qawwi għall-awtoritajiet muniċipali. Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-ġbir separat huwa aktar faċli li jsir fiż-żoni rurali jew fis-subborgi milli fil-qalba tal-bliet, b’mod partikolari dawk antiki.

5.4   Il-klassifikazzjoni tal-kompost. Aktar milli tiġi kklasifikata l-kwalità tal-kompost skont it-tip tal-ġbir użat – separat jew imħallat – għandhom jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ kwalità tal-prodott aħħari, hi x’inhi l-oriġini tiegħu, fuq il-bażi ta’ kriterji xjentifiċi u kriterji tas-saħħa sodi u tal-użu li huwa ppjanat li jsir mill-prodott.

5.5   It-tekniki li għandhom jitħeġġu. Filwaqt li huwa diffiċli li jiġi impost il-ġbir separat, peress li fil-prattika dan jista’ jkun diffiċli ħafna, partikolarment fiċ-ċentri urbani, dan il-mezz għandu jitħeġġeġ xorta waħda f’dawk il-każi fejn huwa teknikament u ekonomikament possibbli. Dan għandu jimxi id f’id ma’ politika soda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bil-għan li twassal għal bidla fl-imġiba u d-drawwiet taċ-ċittadini.

5.5.1

It-trattament bijoloġiku għandu jiġi ppreferut minn fost il-forom l-oħra ta’ trattament, b’mod partikolari r-rimi fil-miżbliet. L-użu ta’ strumenti ekonomiċi u fiskali jista’ jservi ta’ inċentiv biex jinstabu soluzzjonijiet oħra minflok il-miżbliet, pereżempju ż-żieda jew il-ħolqien ta’ royalties jew taxxi li jridu jitħallsu għar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġi ffinanzjat it-trattament tal-miżbliet meta ma jkunux jistgħu jintużaw aktar. Jeħtieġ ukoll li jinstabu mezzi alternattivi bi prezzijiet raġonevoli.

5.5.2

Jeħtieġ li l-ġerarkija tal-iskart tiġi enfasizzata u l-miżuri ta’ prevenzjoni jissaħħu.

5.6   Impjanti mhux koperti mid-Direttiva IPPC tal-ġejjieni. L-impjanti li mhumiex koperti mid-Direttiva IPPC tal-ġejjieni (impjanti li jittrattaw inqas minn 50 tunnellata metrika ta’ bijoskart kuljum) għandhom xorta waħda jikkonformaw mal-istandards ta’ garanzija tal-kwalità. Jeħtieġ jiġi enfasizzat ukoll li minkejja li dawn l-impjanti ż-żgħar jirrappreżentaw 30 % tal-impjanti kollha, huma jittrattaw biss persentaġġ żgħir ħafna tal-ammont totali tal-iskart.

6.   Kummenti speċifiċi: tmien mistoqsijiet

6.1   Il-Kummissjoni indirizzat tmien mistoqsijiet speċifiċi lill-partijiet interessati differenti. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jixtieq iweġibhom.

6.2   Mistoqsija 1: il-prevenzjoni tal-iskart

6.2.1

Ma tistax ma taqbilx mal-għan ġenerali, li huwa l-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart. Din il-prevenzjoni tista’ tkun kwantitattiva u/jew kwalitattiva. Fl-ewwel każ, l-idea hija li l-ammont ta’ skart li jidħol fis-sistema tal-ġestjoni tal-iskart kollettiva jiġi limitat billi jintuża għall-kompost id-dar jew fil-livell lokali; fil-prattika, però, dawn it-tekniki għandhom impatt limitat mill-perspettiva ta’ volum, u l-impatt tagħhom għal perijodu ta’ żmien qasir u medju huwa dgħajjef. Fit-tieni każ, l-għan huwa li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-iskart bijodegredabbli.

6.2.2

Fiż-żewġ każi li huma, hemm bżonn li ċ-ċittadini jiġu sensibilizzati u edukati, peress li dawn jaqdu rwol ewlieni mhux biss fil-produzzjoni tal-iskart iżda wkoll fis-separazzjoni u l-ġbir tiegħu. Din is-sensibilizzazzjoni għandha tiffoka l-ewwel u qabel kollox fuq l-akbar produtturi tal-iskart.

6.2.3

Jistgħu jiġu rakkomandati dawn il-miżuri speċifiċi:

kampanji għall-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ skart tal-ikel;

l-użu ta’ basktijiet bijodegredabbli u totalment kompostabbli;

il-ġbir separat tal-iskart domestiku perikoluż;

l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ ġbir separat tal-bijoskart għall-akbar produtturi;

il-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ skart fil-katina tal-provvista.

6.3   Mistoqsija 2: nillimitaw l-ammont ta’ skart mormi fil-miżbliet

6.3.1

Il-fatt li l-ammont ta’ bijoskart mormi fil-miżbliet jkompli jiġi limitat għandu vantaġġi ekoloġiċi u jippermetti l-irkuprar tal-enerġija mill-bijoskart, ir-riċiklaġġ tal-materjali u l-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ kompost, iżda min-naħa l-oħra dan jirrikjedi mezzi alternattivi bi prezzijiet raġonevoli.

6.3.2

It-trattament bijoloġiku għandu jitħeġġeġ, pereżempju permezz ta’ strumenti finanzjarji. Fi Franza, iż-żieda fit-taxxa fuq il-miżbliet kienet imsieħba ma’ riallokazzjoni tal-fondi għat-trattament bijoloġiku. Għandha tiġi prevista wkoll l-iffissar ta’ rata għar-riċiklaġġ tal-iskart bijodegredabbli.

6.4   Mistoqsija 3: il-possibbiltajiet b’rabta mat-trattament tal-bijoskart li ma jibqax jintrema fil-miżbliet

6.4.1

Id-diġestjoni anerobika tal-iskart bl-irkupru enerġetiku tal-bijogass u bl-użu tad-diġestat għall-produzzjoni tal-kompost hija soluzzjoni partikolarment adatta. Dan il-metodu huwa konformi mal-kunċett taċ-“ċiklu tal-ħajja” peress li bis-saħħa tiegħu jistgħu jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta’ serra, tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija permezz tal-kompost u jiġi żgurat li l-enerġija tal-bijogass tiġi rkuprata.

6.4.2

Taħt kull ċirkustanza, u indipendentement mill-metodu użat, il-prijorità għandha tingħata lir-riċiklaġġ li jinvolvi l-produzzjoni ta’ fertilizzanti bil-ħsieb li jerġgħu lura fil-ħamrija, permezz tat-trattament bijoloġiku, li huwa meqjus minn kulħadd li jagħmel ġid lill-ambjent.

6.4.3

Il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja huwa interessanti iżda l-użu tiegħu fil-prattika huwa problematiku minħabba li l-istrumenti ta’ implimentazzjoni disponibbli bħalissa ma jippermettux l-applikazzjoni tiegħu. Il-metodi tal-evalwazzjoni tal-ġestjoni għandhom jittejbu bil-għan li jkunu jistgħu jqisu l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-kwistjoni tal-kwalità tal-ħamrija.

6.4.4

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet inqas stretti għall-inċinerazzjoni tal-iskart omoġenu billi dan l-iskart huwa marbut ma’ inqas riskji.

6.5   Mistoqsija 4: nirkupraw l-enerġija mill-bijoskart

6.5.1

L-iskart bijodegredabbli muniċipali jikkontribwixxi għal 2,6 % tal-enerġija rinnovabbli prodotta. Dan huwa r-riżultat tal-metodi ta’ trattament użati fil-preżent: l-inċinerazzjoni, it-trattament tal-bijogass prodott fil-miżbliet u l-bijogass mormi mill-metanizzazzjoni.

6.5.2

Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-iskart muniċipali jista’ jipproduċi l-enerġija maħżuna f’20 miljun tunnellata żejt, li jirrappreżenta kważi 7 % tar-riżorsi globali tal-enerġija rinnovabbli fl-2020. Għalhekk, jeżistu bosta opportunitajiet biex isir progress f’dan il-qasam. Għaldaqstant, m’għandniex awtomatikament nirreaġixxu b’mod negattiv għall-irkuprar tal-enerġija mill-bijoskart. L-iżvilupp tal-metanizzazzjoni tal-bijoskart għandu jiġi kkunsidrat bħala soluzzjoni interessanti li għandha titħeġġeġ.

6.5.3

Huwa importanti ħafna li wieħed jippromovi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u aktar effiċjenti bil-għan li tissaħħaħ it-tneħħija tal-iskart permezz ta’ impjanti tal-produzzjoni tal-bijogass u metodi oħra tal-produzzjoni tal-bijokarburanti.

6.6   Mistoqsija 5: ir-riċiklaġġ tal-bijoskart

6.6.1

Jeħtieġ li ż-żieda fl-użu tar-riċiklaġġ tal-bijoskart u fl-irkuprar tal-enerġija mill-bijoskart tiġi appoġġjata. Mhux biss hemm il-ħtieġa li l-produtturi tal-bijoskart jiġu informati u mħeġġa, iżda jeħtieġ ukoll nippruvaw ninfluwenzaw lill-amministrazzjonijiet responsabbli għal dawn il-kwistjonijiet. Kull Stat Membru jista’ jitħeġġeġ jistabbilixxi mira għall-użu tal-fertilizzanti minn sorsi rinnovabbli.

6.6.2

Jistgħu jiġu kkunsidrati dawn il-miżuri:

inċentivi fiskali favur ir-riċiklaġġ tal-skart bijodegredabbli u l-irkuprar tal-enerġija mill-kompost/diġestat;

l-introduzzjoni ta’ klawżoli fil-kuntratti pubbliċi li jħeġġu l-użu tal-fertilizzanti minn sorsi rinnovabbli;

il-promozzjoni ta’ sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-istadji differenti tat-trattament bijoloġiku;

l-irkuprar tal-enerġija mill-fdal tal-iskart.

6.7   Mistoqsija 6: inħeġġu l-użu tal-kompost/diġestat

6.7.1

Fid-dawl tad-diversità tal-użi u tal-prodotti, għandhom jiġu stabbiliti regoli kemm dwar il-kompost, kif ukoll dwar l-użu tiegħu.

6.7.2

Jeħtieġ jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta’ kontaminanti, pollutanti u patoġeni fil-kompost.

6.7.3

Rigward l-użu tal-kompost, ikun tajjeb li jiġu stabbiliti:

għanijiet b’rabta man-nutriment tal-pjanti u l-ħamrija;

għanijiet b’rabta mat-titijib tal-proprjetajiet fiżiċi tal-ħamrija;

għanijiet b’rabta mas-sostituzzjoni parzjali tal-ħamrija.

6.7.4

Kull għan għandu jikkorrispondi mal-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-kompost ikkonċernat. F’kull każ, il-kriterji b’rabta mal-kwalità tas-saħħa u l-kwalità ambjentali għandhom jiġu stabbiliti għall-prodott finali fuq il-bażi ta’ studji tar-riskji xjentifiċi. Dawn il-kriterji jkopru l-pollutanti, il-patoġeni u l-impuritajiet.

6.7.5

Il-kwistjoni tal-użu tal-kompost akkwistat mill-iskart imħallat tqajjem il-kwistjoni tal-metodu ta’ trattament użat. Il-ġbir separat fis-sors huwa l-aktar metodu sigur, iżda mhux dejjem faċli jiġi organizzat. Is-soluzzjoni l-oħra tinvolvi l-ġbir ta’ skart imħallat segwit minn separazzjoni fl-impjant tal-iskart jew ċentru tas-separazzjoni. Għalhekk, peress li jistgħu jintużaw tekniki differenti, għandu jiġi żgurat li, indipendentement mill-proċedura magħżula, jinkisbu l-għanijiet fil-qasam tar-riċiklaġġ u l-kwalità tal-materjal finali.

6.8   Mistoqsija 7: lakuni fil-qafas regolatorju

6.8.1

L-impjanti kollha tat-trattament tal-iskart għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza u regoli stretti. Test speċifiku dwar il-ġestjoni tal-iskart bijodegredabbli, li jistabbilixxi standards Ewropej minimi, jippermetti li l-monitoraġġ tal-impjanti tal-kompostaġġ – li ta’ sikwit ma jilħqux dawn l-istandards – jittejjeb, mingħajr il-ħtieġa li jinbidlu l-livelli stabbiliti fid-Direttiva IPPC.

6.9   Mistoqsija 8: il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tekniki tal-ġestjoni tal-bijoskart

6.9.1

Il-Green Paper tagħmel referenza għall-ġerarkija tal-iskart. Għaldaqstant, bir-raġun tirrakkomanda li r-rimi fil-miżbliet jiġi limitat. L-inċinerazzjoni tista’ tkun mezz tajjeb għall-irkuprar tal-enerġija mill-bijoskart; madankollu, in-natura ta’ dan il-proċess titlob li n-nutrijenti miġbura fil-bijoskart ma jintużawx għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija. Il-kompostaġġ għandu l-vantaġġ li jipproduċi materjal li huwa fertilizzant effettiv ħafna, u li għandu proprjetajiet adatti għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija. L-iżvantaġġ tiegħu huwa li, waqt il-proċess tal-produzzjoni tal-kompost, jipproduċi gassijiet bl-effett ta’ serra. Id-diġestjoni anerobika tal-iskart li tinvolvi l-produzzjoni u l-irkuprar tal-bijogass u l-użu tad-diġestat biex jiġi prodott il-kompost hija proċess aktar kumpless li jeħtieġ investimenti akbar milli jitlob il-kompostaġġ; madankollu, dan it-tip ta’ diġestjoni jipprovdi sors ta’ enerġija rinnovabbli aktar pura.

6.9.2

Taħt kull ċirkustanza, huwa tajjeb li l-kapaċità ta’ innovazzjoni teknoloġika tal-operaturi tiġi ppreżervata sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-proċessi u jtejbuhom kemm minn perspettiva ekonomika kif ukoll mil-lat ta’ kwantità u kwalità. L-importanti huwa li tiġi żgurata l-ogħla kwalità possibbli tal-kompost prodott u li ssir enfasi fuq l-obbligu li dan jagħti r-riżultati, fuq il-bażi ta’ limiti stabbiliti xjentifikament, u mhux fuq il-bażi ta’ metodi tekniċi magħżulin minn qabel.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/97


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem”

COM(2009) 82 finali

2009/C 318/19

Rapporteur: is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL

Nhar it-23 ta’ Frar 2009, il-Kumissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Settembru 2009. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’165 voti favur u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-prevenzjoni hija prinċipju fundamentali tal-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ambjent u hija wkoll mod kif titnaqqas il-ħsara li jistgħu jġarrbu l-popolazzjonijiet li jintlaqtu minn diżastri naturali jew dawk ikkaġunati mill-bniedem, li jkunu setgħu ġew ikkawżati mill-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali. Il-KESE appella ripetutament lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru biex jimplimentaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet legali eżistenti.

1.2

Il-metodu ġenerali għall-prevenzjoni tad-diżastri li ġie propost jidher li huwa xieraq. Il-KESE jqis li l-għodda kollha għall-ġbir tal-informazzjoni huma essenzjali, kemm għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali (l-inventarju, il-mapep tar-riskji u l-prattiki tajbin) kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni. F’din il-proposta għandu jiġi enfasizzat mill-ġdid ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fir-rigward tal-popolazzjonijiet ċivili permezz tal-informazzjoni li jagħtu dwar il-metodi u l-attivitajiet tagħhom ta’ prevenzjoni u ta’ rispons għall-emerġenzi.

1.3

F’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi proposti għall-finanzjament tal-miżuri ta’ prevenzjoni, il-KESE jidhirlu li – wara li ngħatat ħarsa lejn is-sistemi attwali għall-prevenzjoni tad-diżastri u s-sistemi speċifiċi marbuta mal-politiki agrikoli u industrijali, eċċ. – hemm bżonn li l-finanzjament jitwessa’ għal oqsma oħra ta’ tħejjija, ippjanar u twissija bikrija. Ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu biżżejjed biex ma jxekklux l-effettività attwali tal-Mekkaniżmu.

1.4

Ir-riċerka fil-qasam tal-miżuri għall-prevenzjoni tad-diżastri hija essenzjali, għalhekk għandha tiġi żviluppata. Mhuwiex biżżejjed li nirreferu għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għall-Iżvilupp tar-Riċerka u t-Teknoloġija iżda hemm bżonn li jiġu allokati fondi għal programmi speċifiċi ta’ prevenzjoni tar-riskji, mhux biss fil-livell tal-Komunità iżda wkoll fl-Istati Membri.

1.5

Fl-aħħar nett, il-kooperazzjoni internazzjonali għall-prevenzjoni tikkomplementa dak li jeżisti diġà fl-oqsma tar-rispons u l-għajnuna f’każijiet ta’ emerġenza. Dan huwa metodu bbażat fuq is-solidarjetà u ġie żviluppat mhux biss taħt il-patroċinju tan-NU, iżda wkoll taħt diversi ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-UE – bħall-Euromed, il-Lomé, l-Amerka Latina, eċċ.

2.   Daħla

2.1

L-UE impenjat ruħha li tadotta miżuri ta’ prevenzjoni għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima mhux biss minħabba l-ftehimiet internazzjonali li ntrabtet bihom iżda wkoll minħabba sensiela ta’ diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem li ġraw fl-Ewropa f’dawn l-aħħar snin. Dan l-approċċ preventiv mhux biss jista’ jgħin biex jiġu ppreservati u rrestawrati l-artijiet, l-ibħra u x-xmajjar, iżda jista’ jservi wkoll ta’ mudell għal pajjiżi oħra.

2.2

Dawn il-miżuri, kif imniżżla fil-komunikazzjoni li qed nanalizzaw, huma r-riżultat ta’ approċċ li ġie adottat fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Komunità f’ċirkostanzi speċifiċi (għargħar u nirien), u li wasslu biex f’temp qasir ta’ żmien inħolqot koordinazzjoni fil-livell Komunitarju li permezz tagħha setgħet tittieħed azzjoni malajr, effettiva u xi drabi anki fuq livell internazzjonali.

2.3

Il-KESE ilu jsejjaħ għall-koordinazzjoni, u fuq kollox, għall-iżvilupp ta’ approċċ Ewropew integrat għall-prevenzjoni tad-diżastri fil-livell Komunitarju (1). Minkejja dan, jixtieq jenfasizza li flimkien ma’ dawn il-miżuri ta’ prevenzjoni hemm bżonn ukoll ta’ sistema ta’ għajnuna Komunitarja applikabbli għad-diżastri ta’ kull tip; din għandha titqies bħala sistema ta’ għajnuna bbażata fuq is-solidarjetà, mhux biss għall-pajjiżi Komunitarji iżda għall-pajjiżi kollha li jeħtieġu l-għarfien u r-riżorsi tagħna sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ dawn id-diżastri.

2.4

Il-prevenzjoni hija prinċipju fundamentali kemm għall-ħarsien u l-konservazzjoni ambjentali kif ukoll biex titnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara li jġarrbu l-popolazzjonijiet ċivili. L-għan tagħha huwa l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Iż-żieda qawwija li seħħet f’dawn l-aħħar snin fit-telf ta’ ħajjiet, it-telf ta’ bijodiversità u t-telf ekonomiku, ġabet magħha l-bżonn li nerġgħu inqisu l-konformità mal-liġijiet eżistenti. Il-KESE insista fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jinfurzaw u jissorveljaw il-liġijiet eżistenti (2), peress li xi wħud mid-diżastri setgħu jiġu evitati jew almenu seta’ tnaqqas l-impatt tagħhom.

2.5

L-għanijiet għall-prevenzjoni kif imniżżla f’din il-komunikazzjoni, ma japplikawx biss għall-UE. Bejn is-16 u d-19 ta’ Ġunju f’Ġinevra nżammet it-tieni laqgħa tal-Pjattaforma Globali għat-Tnaqqis tar-Riskji tad-Diżastri li matulha l-UE kellha rwol ewlieni. B’mod ġenerali, il-konklużjonijiet tal-Pjattaforma jirriflettu l-għanijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea, u li xi wħud minnhom issirilhom referenza fit-test.

3.   Il-proposti tal-komunikazzjoni fil-qosor

3.1

Din il-komunikazzjoni hija r-riżultat ta’ ftehim bejn, il-Kummissjoni minn naħa waħda u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, bil-għan li tiżdied l-azzjoni Komunitarja għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tnaqqis tal-impatti tagħhom.

3.2

Is-sisien għat-twaqqif ta’ approċċ preventiv jinsabu fil-miżuri li ġew adottati diġà fil-livell Ewropew u li huma parti mil-leġiżlazzjoni settorjali attwali. L-għan huwa li l-miżuri u l-azzjonijiet eżistenti jingħatalhom ċertu ordni u koerenza biex ikunu jistgħu jiġu rispettati fit-totalità tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn li ġejjin:

3.2.1

L-ewwel nett irid ikun hemm fehim aħjar tas-sitwazzjoni attwali li se nibdew minnha billi jinħoloq inventarju bit-tagħrif dwar id-diżastri u billi jixterdu l-aħjar prattiki, biex b’hekk ikun jista’ jsir skambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet interessati. Permezz ta’ dan, tkun tista’ titfassal mappa tal-perikli u r-riskji skont id-Direttiva 2007/60/EC dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (3). Għal dan il-għan huwa essenzjali li r-riċerka tiġi promossa, kif imniżżel fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għall-Iżvilupp tar-Riċerka u t-Teknoloġija (2007-2013).

3.2.2

Ir-rabta bejn l-atturi u l-politiki tul iċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri hija element ċentrali ieħor tal-proposti. Il-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili se jkun element fundamentali minħabba l-esperjenza vasta li nkisbet permezz tal-attivitajiet tiegħu. Qed titpoġġa enfasi wkoll fuq it-taħriġ u fuq il-bżonn li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar il-prevenzjoni tad-diżastri. Bl-istess mod, qed jiġi enfasizzat it-tisħiħ tar-rabta bejn l-atturi involuti fil-prevenzjoni tad-diżastri, filwaqt li qed jiġi propost li jitwaqqaf Netwerk Ewropew integrat magħmul minn rappreżentanti ta’ diversi dipartimenti nazzjonali.

3.2.3

It-titjib fil-prestazzjoni tal-istrumenti li jeżistu diġà huwa wieħed mill-elementi essenzjali tal-prevenzjoni, speċjalment l-użu effiċjenti tal-finanzjament tal-Komunità għax il-prevenzjoni hija orħos mir-rimedju. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati f’uħud mill-fondi eżistenti (eż. proġetti ta’ afforestazzjoni/riforestazzjoni), fil-qafas tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti peress li dawn iservu ta’ regoli preventivi għal ħafna mid-diżastri naturali.

3.3

Fl-aħħar nett, qed jiġi propost li tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-prevenzjoni. Il-Kummissjoni se taħdem b’koordinazzjoni mal-istrateġija internazzjonali għat-tnaqqis tar-riskji tad-diżastri (ISDR) tan-NU kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u tal-politika tal-viċinat.

4.   Kummenti dwar il-proposta

4.1   Il-Kumitat iqis li l-kontenut tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa pożittiv ħafna. Għalkemm huwa veru li ma tantx iddaħħal elementi ġodda, din il-pożizzjoni tista’ tiġi ġustifikata. Jekk ir-regoli Komunitarji eżistenti jiġu rispettati kollha, il-miżuri ta’ prevenzjoni ħafna drabi jistgħu jkunu effettivi fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatti tad-diżastri, li sfortunatament qed iseħħu dejjem aktar ta’ sikwit. Il-prevenzjoni hija waħda mill-kunċetti li fuqhom il-KESE jisħaq l-aktar ta’ spiss (4).

4.2   Uħud mill-proposti, bħal dawk li jikkonċernaw l-għargħar, għandhom valur bħala l-bażi ta’ approċċ globali u mhux biss bħala rispons għal avvenimenti speċifiċi. Id-diżastri, kemm dawk naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem, jeħtieġu metodu ta’ prevenzjoni ġenerali, li jkun ibbażat fuq l-ogħla ammont ta’ informazzjoni dwar l-istat attwali tal-artijiet, tax-xmajjar u tal-atmosfera u dwar xi tnixxijiet li jistgħu jseħħu minn siti ta’ ħażna taħt l-art tas-CO2. Għalhekk il-proposta għall-ħolqien ta’ inventarju ta’ informazzjoni dwar id-diżastri tagħmilha possibbli li jitfasslu mapep tar-riskji, kif imniżżel fid-Direttiva dwar l-għargħar, u dan ser jirrikjedi azzjoni preventiva min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.

4.2.1

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ambjent ivarjaw skont is-sistema ta’ tqassim tat-territorju ta’ kull Stat Membru (5). Fl-istess waqt huwa importanti li dawn l-awtoritajiet ikunu minn tal-ewwel li jitqiesu responsabbli kemm għall-attivitajiet ta’ prevenzjoni kif ukoll biex jipprovdu l-informazzjoni u l-edukazzjoni lis-soċjetà ċivili. L-effettività tal-miżuri li jitwaqqfu għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tad-diżastri, kemm naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem, fil-biċċa l-kbira tiddependi minn dawn l-awtoritajiet.

4.3   Il-KESE jqis li trid tiġi enfasizzata l-importanza tal-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (6). Bis-saħħa tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-Istrument jiġu koperti mhux biss l-attivitajiet tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (it-trasport, it-taħriġ, eċċ.), iżda wkoll attivitajiet oħra marbutin mat-tħejjija, l-ippjanar, it-twissija bikrija u l-prevenzjoni.

4.4   Il-progamm ta’ ħidma għall-2009, li ġie approvat f’Novembru 2008, jipprevedi żieda sinifikanti fil-proġetti ta’ kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni, u l-baġit li żdied minn EUR 1.1 miljun (programm ta’ ħidma tal-2008) għal EUR 2.25 miljun (programm ta’ ħidma tal-2009). Dan għandu jgħin fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsarat fuq tul ta’ żmien billi tittejjeb l-evalwazzjoni tar-riskji. L-atturi involuti fil-protezzjoni ċivili fil-livelli kollha ta’ gvernanza jew tas-soċjetà jistgħu jieħdu sehem.

4.5   Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan il-programm ta’ ħidma ra żieda qawwija fl-appoġġ u t-tħejjija tal-attivitajiet tal-Mekkaniżmu, li wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa l-appoġġ għall-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-titjib tal-għarfien dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, b’żieda fil-baġit minn EUR 650 000 (fil-programm ta’ ħidma tal-2008) għal EUR 1 180 000. Fil-programm ta’ ħidma tal-2009 ġie inkluż ukoll kapitlu dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-prevenzjoni.

4.6   It-tixrid tal-aħjar prattiki mhux biss se jgħin biex ikun hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti, iżda se jgħin ukoll fit-titjib tal-applikazzjoni tal-prevenzjoni tar-riskji u biex tkun tista’ tittieħed azzjoni speċifika f’każ ta’ diżastri. Il-KESE jħoss li l-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (7), permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni, għandu jkun responsabbli għaċ-ċentralizzazzjoni ta’ dawn id-databases, sabiex dawn jaħdmu aħjar.

4.7   B’rabta ma’ dan, il-KESE jqis li permezz tal-proposta għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-atturi permezz tat-twaqqif ta’ netwerk Ewropew integrat magħmul minn rappreżentanti ta’ diversi dipartimenti nazzjonali, mhux biss ikunu jistgħu jiġu applikati l-aħjar prattiki f’każ ta’ diżastri, iżda n-netwerk se jkollu wkoll funzjoni ta’ prevenzjoni f’każijiet fejn l-intervent normalment ikun diffiċli.

4.8   Qasam importanti huwa l-finanzjament tal-miżuri ta’ prevenzjoni – qed jiġu proposti żewġ sistemi:

li fl-2009 jitwaqqaf inventarju tal-istrumenti Ewropej li jeżistu għall-finanzjament tal-prevenzjoni tad-diżastri sabiex jiġi evalwat sa liema punt dawn qed jintużaw u biex jiġu identifikati xi nuqqasijiet; (8)

li tiġi żviluppata lista ta’ miżuri ta’ prevenzjoni finanzjati minn politiki Komunitarji differenti eż. proġetti ta’ afforestazzjoni/riforestazzjoni.

4.9   Il-KESE jqis li flimkien ma’ dawn il-proposti, għandu jitqies ukoll il-finanzjament xieraq tal-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jiġi żgurat li l-ħidmiet ġodda ma jnaqqsux il-kapaċità tal-Mekkaniżmu li jaġixxi, mhux biss f’termini ta’ prevenzjoni iżda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispons dirett f’każ ta’ diżastru.

4.10   Il-Kumitat jerġa’ jinsisti li l-investiment fir-riċerka dwar il-prevenzjoni mhuwiex biss neċessità iżda wkoll qasam ta’ prijorità. Nistgħu naraw il-bidu ta’ dan fi ħdan is-Seba’ Programm ta’ Qafas għall-Iżvilupp tar-Riċerka u t-Teknoloġija (2007-2013). Madanakollu, jistgħu jinstabu wkoll sorsi oħra għall-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni, minn oqsma ta’ politika speċifiċi, bħall-finanzjament mit-tieni pilastru tal-PAK għal attivitajiet marbuta mal-forestrija. Għalhekk il-KESE jħoss li l-Kummissjoni għandha tindika s-sorsi għall-finanzjament li jistgħu jkunu disponibbli u li huma mifruxa mal-oqsma tal-politika Komunitarja u mhux biss mill-PAK, bħalma huma l-politika reġjonali, tal-enerġija, tal-bidla fil-klima, eċċ. biex jiġi żgurat programm ta’ azzjoni effettiv għall-prevenzjoni ta’ kull tip ta’ diżastru.

4.11   Il-KESE jixtieq jenfasizza wkoll l-importanza li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali u l-organizzazzjonijiet soċjali u volontarji dwar il-bżonn ta’ politiki ta’ prevenzjoni bħala l-bażi għal sigurtà aħjar u rispons xieraq għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. It-taħriġ u t-tqajjim ta’ kuxjenza tas-soċjetà ċivili f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni tad-diżastri u mal-użu tajjeb tar-riżorsi naturali huma responsabbiltajiet ewlenin tal-awtoritajiet kompetenti u speċjalment tal-awtoritajiet lokali, minħabba li huma jinsabu qrib ir-riżorsi u l-użu tagħhom.

4.12   Fl-aħħar nett, il-proposta għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-prevenzjoni, u mhux biss tal-għajnuna, hija waħda mill-elementi l-aktar importanti li fuqhom hija bbażata l-istrateġija internazzjonali għat-tnaqqis tar-riskji tad-diżastri tan-NU (UN-ISDR) għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fuq kollox, għandna naħsbu dwar kif, bl-istess patroċinju tan-NU, il-mekkaniżmi għall-intervent jistgħu jsiru aktar universali, mingħajr ma jitnaqqsu l-interventi Ewropej, li kienu daqstant utli fil-każijiet ta’ diżastri reċenti.

4.13   Il-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tinkludi sistematikament kapitlu dwar il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni tar-riskji għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, b’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-Qafas ta’ Azzjoni Hyogo tal-istrateġija internazzjonali għat-tnaqqis tad-diżastri tan-NU (ISDR).

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Intejbu l-mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili tal-Komunità – Nirreaġixxu għal diżastri naturali – CESE 495/2008, ĠU C 204, 9.8.2008, p. 66-70.

(2)  Il-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar - Prevenzjoni, protezzjoni u mitigazzjoni tal-għargħar - CESE 125/2005, ĠU C 221, 8.9.2005, p. 35. (mhux disponibbli bil-Malti)

(3)  ĠU L 288, 6.11.2007.

(4)  CESE 125/2005, ĠU C 221, 8.9.2005 u CESE 737/2006, ĠU C 195, 18.8.2006 u ĠU C 204 tad-9.08.2008.

(5)  Il-Punt 12 tal-konklużjonijiet tal-Pjattaforma jappellaw għall-iżvilupp ta’ sħubijiet li jagħrfu u jsaħħu d-dipendenza reċiproka tal-gvernijiet ċentrali u lokali mas-soċjetà ċivili.

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (2007/162/EC, EURATOM).

(7)  Intejbu l-mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili tal-Komunità – nirreaġixxu għal diżastri naturali – ĠU C 204, 9.8.2008.

(8)  Il-bżonn li jiġu evalwati l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jintużaw biex inaqqqsu d-diżastri fil-livell dinji jissemma’ fil-punt 17 tal-konklużjonijiet tal-Pjattaforma.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/101


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Green Paper – TEN-T: Eżami tal-politika – Lejn netwerk trans-Ewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport”

COM(2009) 44 finali

2009/C 318/20

Relatur: is-Sur SIMONS

Nhar l-4 ta’ April 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Green Paper – TEN-T: Eżami tal-politika – Lejn netwerk trans-Ewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Simons.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’167 vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni rigward il-ħtieġa li ssir reviżjoni fil-fond tal-Linji Gwida tat-TEN-T, peress li għadd kbir ta’ Stati Membri ssieħbu fl-Unjoni Ewropea mill-1996 ’l hawn. Minħabba f’din ir-raġuni u fil-bdil tal-prijoritajiet politiċi – b’mod partikolari l-fatt li l-ambjent u l-klima qed jingħataw dejjem iktar attenzjoni – huwa meħtieġ li tingħata direzzjoni ġdida lin-netwerk Komunitarju tal-infrastruttura u t-trasport.

1.2

Fir-rigward tal-problema taż-żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 u tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura u fl-organizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija, il-KESE huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li għandhom jinstabu soluzzjonijiet komodali għal dan il-mezz tat-trasport sabiex jinħolqu sinerġiji għall-benefiċċju tal-utent.

1.3

Il-KESE juri x-xewqa li t-twaqqif ta’ TEN-T ġdid jikkunsidra b’mod espliċitu l-politika hekk imsejħa tal-viċinat, fi kliem ieħor il-konnessjonijiet lejn il-lvant u n-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffokaw l-aktar fuq in-netwerk sħiħ u mhux fuq proġetti ta’ infrastruttura individwali. Dan isaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

1.4

Rigward l-għamla li għandu jieħu t-TEN-T fil-futur, il-Kummissjoni tipproponi tliet għażliet. Il-Kumitat jaqbel mal-Kunsill li għandu jkun hemm struttura fuq żewġ livelli, b’netwerk kumplessiv u netwerk ċentrali li jkun jinkludi netwerk prijoritarju ġeografikament definit flimkien ma’ pilastru kunċettwali biex jgħin l-integrazzjoni tal-politika tat-trasport u tal-aspetti tal-infrastruttura. Fil-fehma tal-KESE, din l-għażla tippermetti użu aktar effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-UE milli kien il-każ s’issa. Għandu jitwaqqaf korp ta’ koordinazzjoni li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tat-tqassim tar-riżorsi.

1.5

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li kemm it-twaqqif tan-netwerk prijoritarju kif ukoll it-tħaddim ta’ sistemi interoperabbli għall-ġestjoni tat-traffiku jirrikjedu qafas ta’ implimentazzjoni aktar strett, li jkun jinkludi miżuri ta’ sanzjoni adegwati.

1.6

Fir-rigward tal-ippjanar futur tat-TEN-T, il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni kif jidher fil-Green Paper, li huwa bbażat fuq il-prinċipju li kull mezz tat-trasport għandu jintuża skont il-vantaġġi komparattivi li jippreżenta fi ħdan ktajjen effiċjenti ta’ trasport komodali u b’hekk jaqdi rwol siewi fil-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-klima. L-obbjettiv għandu jibqa’ li ssir bidla lejn l-iktar katina tat-trasport li tirrispetta l-ambjent.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fl-4 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni ppubblikat “Il-Green Paper – TEN-T: Eżami tal-politika – Lejn netwerk trans-Ewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport”. Dan id-dokument jittratta r-reviżjoni tal-politika tal-Kummissjoni fil-qasam tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T).

2.2

Il-Kummissjoni beħsiebha tinvolvi l-akbar numru ta’ partijiet ikkonċernati possibbli f’din ir-reviżjoni sabiex tagħmel użu mill-għarfien, mill-esperjenza u mill-fehmiet kollha disponibbli. Għalhekk, hija nediet konsultazzjoni pubblika li ntemmet fit-30 ta’ April 2009.

2.3

Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tanalizza r-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni pubblika u li tispira ruħha minnhom fix-xogħol li qed twettaq biex tiżviluppa politika ġdida tat-TEN-T. Matul il-bqija tal-2009, x’aktarx li l-Kummissjoni se tkun qiegħda tipproċessa t-tweġibiet li rċeviet bis-saħħa ta’ din il-konsultazzjoni kif ukoll twettaq ir-riċerka neċessarja. Fil-bidu tal-2010, il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta l-metodoloġija ta’ din il-politika, imbagħad fl-aħħar tal-2010 tixtieq tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar ir-reviżjoni tal-Linji Gwida tat-TEN-T u eventwalment tar-Regolament dwar it-TEN-T.

2.4

It-Trattat KE (fl-Artikoli 154–156) jiddefinixxi l-politika tat-TEN-T bħala mezz biex jintlaħqu l-miri tas-suq intern b’rabta mat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u wkoll biex tiġi żviluppata l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-operaturi ekonomiċi kollha.

2.5

Fl-istess ħin, jeħtieġ li jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli billi l-eżiġenzi relatati mal-ħarsien tal-ambjent jitqiegħdu fil-qalba ta’ din il-politika. Il-politika tat-TEN-T għandha tingħata direzzjoni ġdida b’mod li tagħti kontribut sostanzjali għall-ksib tal-miri 20/20/20 tal-UE rigward il-bidla fil-klima.

2.6

Il-politika tal-Unjoni dwar in-netwerks trans-Ewropej żviluppat bejn l-1990 u l-1995 u tnediet uffiċjalment fl-1996, bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Minn dak iż-żmien ’l hawn, EUR 400 biljun ġew investiti f’diversi proġetti ta’ interess komuni relatati mal-infrastruttura tat-trasport. Madankollu, ta’ min jinnota li ġie akkumulat dewmien konsiderevoli fit-tlestija ta’ ħafna minn dawn il-proġetti. B’mod partikolari matul l-ewwel perijodu tat-TEN (1996-2003) il-biċċa l-kbira tal-proġetti tat-toroq – bħala proporzjon tal-ammont globali tal-proġetti ta’ prijorità – twettqu mill-Istati Membri. F’sitwazzjonijiet evidenti għad irid jinbena tgħammir addizzjonali għall-infrastruttura għal modi tat-trasport iktar ekoloġiċi.

2.7

Madwar 30 % tal-EUR 400 biljun investiti s’issa ġew minn sorsi Komunitarji bħall-baġit tat-TEN-T, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment. Huwa stmat li għadhom meħtieġa EUR 500 biljun ta’ investiment. Huwa ppjanat li 80 % tal-fondi totali maħsuba għall-proġetti prijoritarji tat-TEN-T jiġu allokati lis-settur ferrovjarju.

2.8

L-esperjenza wriet li hu diffiċli għaċ-ċittadini Ewropej jaraw ir-riżultati tal-politika tat-TEN-T u l-valur miżjud tagħha. Fil-Green Paper, il-Kummissjoni qed tipprova ssib soluzzjoni għal dan l-aspett permezz tal-approċċ tagħha u qed tqiegħed il-miri relatati mal-bidla fil-klima fil-qalba tal-politika futura tat-TEN-T.

2.9

Il-Kummissjoni stess tqis li hemm bżonn li l-politika tat-TEN-T tiġi riveduta fil-fond. Jeħtieġ li tiġi stabbilita bażi b’saħħitha sabiex isir kontribut effiċjenti lill-miri tal-Unjoni rigward il-klima, permezz tat-tnedija ta’ proċess ibbażat fuq il-komodalità u fuq tekniki innovattivi li jkun kapaċi jintegra l-objettivi ekonomiċi u ambjentali u li jkun immirat speċifikament lejn il-ħtieġa ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija effiċjenti.

2.10

Peress li l-ambitu ta’ din ir-reviżjoni huwa wiesa’ ħafna, kemm mil-lat politiku, soċjoekonomiku, ambjentali, istituzzjonali u ġeografiku kif ukoll tekniku, il-Kummissjoni għażlet li tippubblika Green Paper li fiha tesprimi l-fehmiet tagħha u toffri lill-partijiet interessati l-opportunità biex jieħdu sehem attiv fid-diskussjoni u jagħmlu suġġerimenti dwar il-politika l-ġdida tat-TEN-T matul il-proċess ta’ konsultazzjoni.

2.11

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’April 2009 dwar il-Green Paper li tittratta l-politika futura tat-TEN-T, il-Parlament Ewropew osserva li jappoġġja l-idea pjuttost vaga ta’ pilastru kunċettwali tat-TEN-T, iżda jqis li l-proġetti konkreti huma ta’ benefiċċju wkoll, u jemmen li l-mezzi tat-trasport li jirrispettaw lill-ambjent għandhom ikunu rrappreżentati b’mod sproporzjonat fil-lista ta’ proġetti prijoritarji.

2.12

Waqt il-laqgħa tiegħu tal-11 u t-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill tal-Ministri qies li l-proġetti prijoritarji tat-TEN-T għandhom ikunu biċċa waħda minn netwerk prijoritarju koerenti li jiġbor flimkien kemm infrastrutturi diġà żviluppati kif ukoll oħrajn fil-proċess ta’ żvilupp u proġetti ta’ interess komuni. Dawn il-proġetti għandhom ikunu multimodali u għandha tingħata l-attenzjoni kollha mistennija lill-intersezzjonijiet u lill-konnessjonijiet intermodali tat-trasport.

2.13

Il-Kunsill iqis ukoll li l-politika tat-TEN-T għandha tkun ta’ kontribut kbir għall-ksib tal-miri fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-bidla fil-klima. L-aħjar integrazzjoni u kooperazzjoni tal-mezzi tat-trasport kollha, kemm mil-lat tal-infrastrutturi fiżiċi kif ukoll mil-lat tas-sistemi intelliġenti tat-trasport, għandhom jiżguraw l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport komodali u b’hekk jiffurmaw bażi soda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ emissjonijiet oħra fis-settur tat-trasport.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kumitat iqis li l-Kummissjoni, wara li rrealizzat li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-1996 rigward il-ħolqien ta’ netwerk trans-Ewropew ta’ infrastruttura ta’ interess komuni ma mxietx skont il-pjan, bħalma osservat ukoll fil-Komunikazzjoni tagħha “In-Netwerks Trans-Ewropej: Lejn approċċ integrat” (COM(2007) 135 finali), issa ħadet il-miżuri adatti billi wittiet it-triq għal reviżjoni fil-fond tal-politika tat-TEN-T bis-saħħa ta’ konsultazzjoni pubblika fil-kuntest tat-tħejjija tal-Green Paper.

3.2

Il-KESE jemmen ukoll fil-ħtieġa li ssir reviżjoni fil-fond tal-Linji Gwida tat-TEN-T, peress li għadd kbir ta’ Stati Membri ssieħbu fl-Unjoni Ewropea mill-1996 ’l hawn. Dan l-iżvilupp jagħmilha indispensabbli li n-netwerk Komunitarju tal-infrastruttura tat-trasport jingħata direzzjoni ġdida.

3.3

Il-valutazzjoni politika tal-Linji Gwida tat-TEN-T mwettqa mill-Kummissjoni turi li t-tkabbir tal-UE dgħajjef lill-ippjanar inizjali tan-netwerk, li kellu l-għan li jġib flimkien partijiet kbar tan-netwerks nazzjonali ta’ diversi mezzi tat-trasport u jgħaqqadhom bejniethom fil-fruntieri nazzjonali.

3.4

L-implimentazzjoni ta’ politika ġdida tat-TEN-T titlob investimenti enormi u b’hekk il-Kumitat iqis li huwa essenzjali li jiġi kkunsidrat l-akbar għadd possibbli ta’ fatturi u elementi rilevanti sabiex isiru għażliet ġusti u raġonevoli. Bħala punt tat-tluq, il-Kumitat jirrakkomanda li l-mezzi finanzjarji jirriflettu l-ambizzjonijiet politiċi u mhux bil-maqlub.

3.5

Is-sisien li fuqhom isserraħ il-politika futura tat-TEN-T jinsabu fit-Trattat KE. L-Artikoli 154 sa 156 jippreżentaw il-punti prinċipali li jridu jiġu kkunsidrati. Fl-imgħoddi, il-kwistjoni tal-iżvilupp sostenibbli u b’estensjoni ta’ dan, l-objettivi relatati mal-klima, ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni u f’dan ir-rigward il-Kumitat iħaddan l-istess fehma tal-Kummissjoni: li dan huwa element prinċipali fil-politika tat-trasport inġenerali u b’hekk ukoll fil-politika tat-TEN-T. Fil-fatt, il-KESE diġà ġibed l-attenzjoni għal dan il-punt fl-opinjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2008 (TEN/298 – CESE 488/2008), li fiha kien enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ integrat.

3.6

Sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat, ġew stabbiliti l-Linji Gwida tat-TEN-T li jippreżentaw il-kundizzjonijiet għall-għażla tal-proġetti ta’ interess komuni li jkollhom l-appoġġ tal-Istati Membri. L-għan aħħari ta’ dawn il-Linji Gwida huwa l-ħolqien ta’ netwerk multimodali wieħed li jippermetti netwerk tat-trasport sikur u effiċjenti fuq il-bażi ta’ approċċ innovattiv.

3.7

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jinstabu soluzzjonijiet komodali għat-trasport tal-merkanzija tinstab soluzzjoni għall-problema taż-żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 u tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura u fl-organizzazzjoni. Bħall-Kummissjoni, jemmen li l-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar huwa ta’ importanza kruċjali sabiex it-TEN-T jkompli jiżviluppa fil-futur.

3.8

Il-Kummissjoni tqis li r-reviżjoni tal-politika tat-TEN-T għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati li nkisbu s’issa u għandha tiżgura li jkun hemm kontinwità mal-approċċ ta’ qabel. Il-Kumitat jistaqsi jekk dan huwiex konsistenti ma’ reviżjoni fil-fond tal-politika tat-TEN-T, peress li, fil-fehma tiegħu, valutazzjoni tal-proġetti prijoritarji attwali elenkati fl-Anness 3 tal-Linji Gwida tat-TEN, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, għandha twassal għar-reviżjoni tal-anness u dan loġikament jista’ jfisser li wħud minn dawn il-proġetti jistgħu jitħassru.

3.9

Rigward it-tħejjija ta’ politika ġdida tat-TEN-T, il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li din il-politika tkun imsejsa fuq objettiv doppju, li jkopri aspetti ekonomiċi u ambjentali. Fil-fehma tal-KESE, approċċ integrat iwassal għal sinerġiji, speċjalment fil-każ ta’ proġetti relatati mat-tkabbir tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa importanti li waqt l-għażla ta’ netwerk jiġu identifikati wkoll il-konsegwenzi fuq l-ambjent u b’mod speċjali fuq il-klima. Għalhekk, fil-kuntest tal-isforzi li qed jimmiraw lejn il-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport sostenibbli u effiċjenti msejsa fuq il-prinċipju tal-komodalità, għandu jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi ekonomiċi u r-rispett tal-ambjent.

3.10

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-eżempju tal-integrazzjoni tat-traffiku bl-ajru u tat-trasport ferrovjarju fuq distanzi li jaqbżu l-500 km, integrazzjoni stimulata mis-suq. Il-konnessjonijiet ferrovjarji ta’ veloċità għolja jaqdu rwol importanti ħafna fit-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, anke għat-trasport tal-merkanzija jeżistu opportunitajiet interessanti fir-rigward tal-integrazzjoni tal-ajruporti man-netwerk ferrovjarju Ewropew.

3.11

Il-Kumitat huwa tal-fehma li t-TEN-T l-ġdid għandu jiffoka l-aktar fuq in-netwerk, kemm mil-lat fiżiku kif ukoll dak mhux fiżiku, u li l-enfasi għandha ssir aktar fuq il-politika tal-viċinat, b’mod partikolari fuq l-infrastruttura tat-trasport li tgħaqqad il-Punent mal-Lvant tal-UE kif ukoll it-Tramuntana man-Nofsinhar (il-Via Baltica u l-assi Ħelsinki-Ateni). Fil-fehma tal-KESE, l-hekk imsejjaħ approċċ tal-viċinat iħeġġeġ is-solidarjetà bejn iċ-ċittadini tal-UE.

3.12

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-proġetti kollha ta’ interess komuni għandhom ikunu soġġetti għal analiżi armonizzata tal-ispejjeż u l-benefiċċji fuq il-bażi ta’ għadd ta’ kriterji bil-għan jiġi stabbilit il-valur miżjud Ewropew. Dan jippermetti li jitqiesu l-fatturi kollha, kemm jekk jiġu kkwantifikati fi flus kif ukoll jekk le. B’dan il-mod, is-sussidji Komunitarji jkunu jistgħu jiġu allokati b’mod ekwu u oġġettiv għal dawk il-proġetti biss li jkollhom tassew valur miżjud għall-UE. Il-KESE jqis li għandhom jintużaw il-metodi kollha li jistgħu jwasslu għal użu aktar effiċjenti u konkret tal-fondi Komunitarji.

3.13

Tali armonizzazzjoni tal-metodi ta’ ħidma tkun partikolarment utli fit-trattament tal-ostakli għall-infrastruttura fiż-żoni transkonfinali, fejn ħafna drabi jqumu problemi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż. L-armonizzazzjoni tista’ twassal sabiex il-programm TEN-T jkun aktar effiċjenti u sabiex l-enfasi tkun aktar fuq l-aspetti ekonomiċi u ambjentali.

3.14

Fil-Green Paper, il-Kummissjoni tistaqsi liema mill-għażliet li ġejjin ikunu l-aħjar għall-futur tat-TEN-T:

iż-żamma tal-istruttura attwali fuq żewġ livelli: netwerk kumplessiv u proġetti prijoritarji (indipendenti minn xulxin);

livell wieħed biss li jkun jikkonsisti fi proġetti prijoritarji, eventwalment marbutin ma’ xulxin fil-kuntest ta’ netwerk prijoritarju;

struttura fuq żewġ livelli, b’netwerk kumplessiv u netwerk ċentrali li jkun jinkludi netwerk prijoritarju ġeografikament definit flimkien ma’ pilastru kunċettwali biex jgħin l-integrazzjoni tal-politika tat-trasport u tal-aspetti tal-infrastruttura.

3.15

Il-Kumitat jippreferi l-għażla tal-aħħar. Fil-fehma tiegħu, il-mezzi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jintużaw b’mod aktar effiċjenti milli kien il-każ s’issa u l-aħjar mod biex isir dan huwa billi r-riżorsi jitqiegħdu kollha f’netwerk wieħed ċentrali. Matul is-snin, l-applikazzjoni ta’ parti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport kienet marbuta mal-ambitu tan-netwerk TEN-T fi ħdan in-netwerk kumplessiv u għalhekk dan in-netwerk ma jistax jitwarrab u jkollu jibqa’ jeżisti. B’hekk, il-proġetti kkonċernati jistgħu ma jibqgħux eliġibbli għas-sussidji li jkunu ġejjin mill-baġit tat-TEN-T, iżda jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.

3.16

Sabiex ir-riżorsi finanzjarji tal-UE jintużaw b’mod iktar effiċjenti u effettiv, il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jitwaqqaf korp ta’ koordinazzjoni li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tat-tqassim ta’ dawn ir-riżorsi.

3.17

Għall-KESE, in-netwerk prijoritarju ġeografikament definit għandu jkun magħmul minn assi tassew multimodali li jgħaqqdu ċ-ċentri ekonomiċi u demografiċi l-aktar importanti bejniethom u jgħaqqdu lil dawn iċ-ċentri mal-intersezzjonijiet ewlenin bħalma huma l-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-portijiet fuq l-ilmjiet interni. Dan in-netwerk għandu jissodisfa l-eżiġenzi relatati mal-ħarsien tal-ambjent u mal-promozzjoni ta’ żvilupp soċjali u sostenibbli.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Il-Kummissjoni tqis li l-iżvilupp sostenibbli u b’mod speċjali l-objettivi ambizzjużi fil-qasam tal-klima li stabbilixxiet l-UE f’Diċembru 2008 jirrikjedu reviżjoni tal-approċċ tan-netwerks trans-Ewropej. Il-Kumitat jaħseb bħall-Kummissjoni li l-kunsiderazzjonijiet dwar il-klima fihom infushom huma raġuni valida biżżejjed biex wieħed jipproċedi għal reviżjoni. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din ir-reviżjoni hija inevitabbli wkoll minħabba d-dewmien fit-twettiq tal-proġetti ppjanati u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

4.2

Fil-prinċipju, il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-proġetti kollha ta’ interess komuni għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, sakemm dan ma jeskludix il-possibbiltà li jintużaw metodi oħra li jaqdu l-istess skop. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-effetti esterni jiġu identifikati u vvalutati b’mod aktar uniformi.

4.3

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li, fil-kuntest tar-reviżjoni tat-TEN-T, netwerk ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura b’rabtiet bejniethom għandu jkun akkumpanjat minn netwerk kunċettwali ta’ proġetti ta’ dan it-tip. Barra minn hekk, jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiffoka parti konsiderevoli tal-isforzi ta’ koordinazzjoni tagħha fuq it-twettiq ta’ proġetti ta’ dan it-tip.

4.4

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-investiment sistematiku fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku Ewropew ħoloq modi ġodda biex il-miri tal-politika Ewropea tat-trasport jintlaħqu b’mezzi oħra, mhux biss permezz tal-investiment fl-infrastruttura fiżika.

4.5

Il-Kummissjoni ppreżentat id-diversi possibbiltajiet u pjani ta’ politika f’bosta komunikazzjonijiet bħall-Pjan ta’ Azzjoni għal-Loġistika u l-Pjan ta’Azzjoni għall-Iżvilupp ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT). F’kull każ għandu jiġi evitat li l-implimentazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji l-ġodda jġibu magħhom konsegwenzi negattivi għall-kondizzjonijiet tax-xogħol u għall-protezzjoni tad-data.

4.6

Ta’ min isemmi wkoll l-inizjattiva “Karozzi ekoloġiċi” li tagħmel parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku u turi kif l-effiċjenza tas-sistema Ewropea tat-trasport tista’ tittejjeb permezz tal-użu ta’ teknoloġiji nodfa ta’ propulsjoni u loġistika intelliġenti. Ta’ min isemmi wkoll il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew NAIADES li għandu l-għan, b’mod wiesa’, li jħeġġeġ in-navigazzjoni fuq l-ilmijiet interni.

4.7

Deskrizzjoni qasira tal-kunċett ta’ “kurituri ekoloġiċi” tinsab fil-Punt 4.5 tal-Pjan ta’Azzjoni għal-Loġistika. Il-Kumitat japprezza kjarifika dwar dan, għax jidhirlu li l-kunċett ta’ kurituri ekoloġiċi jimplika li għandhom jinħolqu mezzi tat-trasport alternattivi li jiżguraw it-trasport bejn id-diversi intersezzjonijiet biex ikunu jistgħu jsiru għażliet kost-effettivi.

4.8

L-implimentazzjoni tat-TEN-T s’issa ntqieset bħala obbligu min-naħa tal-Istati Membri kkonċernati biex jieħdu azzjoni. Minkejja li l-bini ta’ infrastruttura hija kompetenza nazzjonali, il-KESE jinsisti li, sabiex jiġi żviluppat in-“netwerk prijoritarju”, il-Kummissjoni għandha toħloq qafas aktar strett li jkun jinkludi miżuri ta’ sanzjoni adegwati. Qafas bħal dan jista’ jitħejja wkoll fil-każ tas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku.

4.9

Il-Kumitat jemmen li l-awtostradi tal-baħar għandhom jokkupaw post ċentrali fid-diskussjoni dwar in-netwerk prijoritarju. Fl-istess ħin, għandha ssir enfasi akbar fuq in-netwerk loġistiku fis-sens wiesa’ sabiex il-portijiet marittimi jgawdu minn aċċess tajjeb u minn konnessjonijiet adegwati maż-żoni li jinsabu ’l ġewwa mill-kosta, filwaqt li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.10

Il-KESE jagħlaq billi jesprimi l-qbil tiegħu ma’ bosta kwistjonijiet oħra msemmija mill-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha u li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ippjanar futur tat-TEN-T. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-bżonnijiet differenti tat-trasport tal-passiġġieri u t-trasport tal-merkanzija, il-fatt li l-ajruporti huma sensittivi għall-prezzijiet tal-karburant, is-sikurezza, l-iżvilupp ekonomiku u l-ħarsien tal-ambjent, il-kwistjoni tal-portijiet marittimi msemmija fil-Punt 4.9 u l-kunċett tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, ibbażat fuq il-prinċipju li kull mezz tat-trasport għandu jintuża skont il-vantaġġi komparattivi tiegħu fi ħdan ktajjen effiċjenti ta’ trasport komodali u b’hekk jaqdi rwol importanti fil-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-klima. L-obbjettiv għandu jibqa’ li ssir bidla lejn l-iktar katina tat-trasport li tirrispetta l-ambjent.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/106


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-UE, l-Afrika u ċ-Ċina: Lejn djalogu u kooperazzjoni trilaterali”

COM(2008) 654 finali

2009/C 318/21

Relatur: is-Sur JAHIER

Nhar is-17 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-UE, l-Afrika u ċ-Ċina: Lejn djalogu u kooperazzjoni trilaterali

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-3 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur JAHIER.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-30 ta’ Settembru 2009 u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’145 voti favur, 1 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

F’dawn l-aħħar ħmistax il-sena, l-Afrika ingħatat aktar attenzjoni min-naħa taċ-Ċina, li saret it-tielet sieħeb kummerċjali u ekonomiku tal-kontinent grazzi għaż-żieda kostanti fin-numru tal-iskambji kummerċjali, tal-investimenti u tas-sħubijiet mibdija mal-parti l-kbira tal-pajjiżi Afrikani. Minkejja li l-Ewropa baqgħet l-ewwel sieħeb ekonomiku tal-Afrika, f’dinja multipolari fejn il-pajjiżi emerġenti qed ifittxu sabiex joħolqu bilanċ ġdid, qiegħed dejjem jonqos il-vantaġġ komparattiv tagħha. Minħabba li l-Afrika tibqa’ territorju li huwa ġeografikament viċin u għandu rabtiet magħha li ġejjin minn interessi komuni, l-interventi ta’ ekonomiji ewlenin oħrajn jobbligaw lill-Ewropa sabiex tniedi mill-ġdid ir-relazzjonijiet ta’ sħubija tagħha mal-kontinent.

1.2

Il-KESE irid juri l-apprezzament tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni li tniedi djalogu u kooperazzjoni trilaterali bejn l-Unjoni Ewropea, iċ-Ċina u l-Afrika. Għalkemm l-eżitu ta’ dan huwa inċert u problematiku, din hija prospettiva meħtieġa u inevitabbli aktar minn qatt qabel. B’mod partikulari, għandhom ikunu apprezzati kemm l-approċċ pragmatiku u progressiv, kif ukoll il-validità tal-erba’ setturi speċifiċi proposti: il-paċi u s-sigurtà, l-infrastrutturi, l-isfruttament tar-riżorsi naturali u tal-ambjent, l-agrikultura u s-sigurtà tal-ikel.

1.3

Madankollu, il-kooperazzjoni trilaterali tagħmel sens biss jekk tkun effettiva u ugwali. Il-punt tat-tluq dwar in-nuqqas ta’ simetrija fir-relazzjonijiet tal-lum għandu jittieħed bis-serjetà: iċ-Ċina hija biss pajjiż kbir li jittratta mal-pajjiżi Afrikani b’mod individwali, filwaqt li l-UE ta’ spiss issibha diffiċli li titkellem b’vuċi waħda fir-relazzjonijiet tagħha mal-kontinent. Minkejja li l-preżenza taċ-Ċiniżi fl-Afrika mhijiex nieqsa mid-dubji, ħafna gvernijiet Afrikani jippreferu s-sħubija ma’ Beijing, li tidher aktar lesta sabiex tirrispondi għat-talbiet tagħhom mingħajr ma timponi kundizzjonijiet jew piżijiet burokratiċi.

1.4

Sabiex ikun hemm kooperazzjoni effettiva, huwa neċessarju li qabel kollox ikun verifikat kemm huma interessati l-partijiet kollha involuti fl-istrateġija li qed tkun proposta, kif ukoll l-impenn konkret tagħhom fid-djalogu trijangulari. Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iwettqu l-inizjattivi meħtieġa sabiex ikollhom ir-risposti adegwati għall-proposti li saru.

Aktar minn hekk, huwa meħtieġ:

li l-Unjoni Ewropea timpenja ruħha aktar sabiex tagħti karattru unitarju lill-azzjonijiet tagħha, kemm fil-qasam ekonomiku kif ukoll f’dak diplomatiku u tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp, permezz ta’ approċċ ġeostrateġiku aktar assertiv fuq medda twila ta’ żmien, li jirrilanċja bis-saħħa l-istrateġija bejn l-UE u l-Afrika adottata reċentament f’Lisbona, kif ukoll billi żżid l-approprjazzjonijiet;

li l-gvernijiet u l-UA jagħtu aktar attenzjoni għall-benefiċċji li pajjiżhom jistgħu jieħdu fuq medda twila ta’ żmien, permezz ta’ sħubija mal-Ewropa u ċ-Ċina, billi jillimitaw l-ispazju riservat għall-vantaġġi immedjati tal-mexxejja lokali. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jkunu appoġġjati fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet rispettivi tagħhom li jfasslu u jamministraw, strateġiji tal-iżvilupp reġjonali u tal-kontinent fuq medda twila ta’ żmien;

li ċ-Ċina tkun xprunata sabiex timpenja ruħha aktar sakemm ir-riżultati ta’ din il-kooperazzjoni trilaterali, kif ukoll ta’ dik bilaterali li hi għandha mal-pajjiżi Afrikani b’mod individwali, ikunu ta’ benefiċċju għall-organizzazzjonijiet kollha u għall-popolazzjoni, u mhux biss għall-gvernijiet tagħhom.

1.5

Il-mira li t-tkabbir lokali sostenibbli jkun fiċ-ċentru tal-ħidma tfisser li jkun qed jiġi żgurat li:

jiżdied il-ħolqien tal-valur miżjud lokali;

jinbnew infrastrutturi soċjali ġodda li jagħtu kas tal-infrastrutturi eżistenti;

ikun hemm trasferiment effettiv ta’ kompetenzi u ta’ teknoloġiji;

ikun sostnut it-tkabbir tas-swieq lokali u reġjonali, tal-intrapriżi lokali u b’mod ġenerali, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol;

jingħataw sostenn il-ftehimiet bejn il-pajjiżi barranin u l-intrapriżi lokali;

ma jiżdiedx id-dejn insostenibbli fuq medda twila ta’ żmien, u jkunu msaħħa l-istituzzjonijiet lokali u reġjonali.

1.6

Id-djalogu u l-kooperazzjoni ugwali jridu jiżguraw li kull parti jkollha l-libertà li tiddiskuti dawk il-punti l-aktar kontroversjali jew dawk li fuqhom hemm evalwazzjonijiet u ħsibijiet differenti. Fid-dawl ta’ dak li diġà jagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Europea, il-fatt li reġgħu iddaħħlu mill-ġdid fil-proċess kwistjonijiet prinċipali bħalma huma l-gvernanza demokratika, id-drittijiet tal-bniedem u r-rwol tas-soċjetà ċivili, u li bħalissa huma neqsin mill-komunikazzjoni, jagħmilha aktar koerenti mal-istrateġija ta’ Lisbona tal-2007, kif ukoll mal-ftehim ta’ Cotonou tal-2000 li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP.

1.7

Il-KESE jidhirlu li jeħtieġ tkun enfasizzata l-importanza kbira li fid-djalogu trilaterali jkunu involuti gruppi ta’ atturi mhux statali, b’mod partikulari mis-settur privat, bħal għaqdiet tal-ħaddiema, tal-bdiewa, għaqdiet tan-nisa, tal-konsumaturi eċċ. Kawża wkoll tas-suċċess tal-ftehimiet ta’ Lomé u ta’ Cotonou, ir-rwol ta’ dawn l-atturi kiber bil-bosta f’dawn l-aħħar snin. Dan iċ-ċirku virtwuż, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi atturi mill-qasam soċjoekonomiku fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika, m’għandux ikun penalizzat jew jiġi pperikolat, iżda għandu jingħata importanza adegwata. Għaldaqstanti il-KESE jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintegra, b’mod immedjat, dan il-punt fil-proposta tagħha.

1.8

Minħabba l-vokazzjoni multilaterali tal-Ewropa, u l-interess li dejjem jikber tal-Istati Uniti tal-Amerika fir-rigward tal-Afrika, il-kooperazzjoni trilaterali bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika tista’ tinkludi wkoll l-Istati Uniti tal-Amerika sabiex ikun hemm sħubija sħiħa, effettiva u ugwali li mingħajr dubju taħdem fl-oqsma msemmija, iżda jkollha l-possibilità li tikkollabora wkoll f’oqsma oħra.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-Afrika qed tinbidel b’rata mgħaġġla. Minkejja li jirrappreżenta biss 2 % tal-PGD u anqas minn 1 % tal-produzzjoni industrijali dinjija, il-kontinent qed jerġa’ jagħmel parti mid-dinja globalizzata wara għexieren ta’ snin ta’ emarġinazzjoni politika u ekonomika. L-Unjoni Ewropea għadha l-imsieħeb numru wieħed tagħha fil-qasam ekonomiku, iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-Afrika qiegħda dejjem tkun segwita mill-“finanzjaturi emerġenti”: l-aktar miċ-Ċina kif ukoll mill-Indja, il-Ġappun, il-Korea t’isfel, il-pajjiżi l-kbar tal-Amerika Latina u l-istati tal-Golf. F’dawn l-aħħar snin, l-Istati Uniti tal-Amerika wkoll reġgħu bdew jagħtu l-attenzjoni lill-kontinent. Fuq kollox huma interessati li jiżguraw provvisti sikuri tal-enerġija kif ukoll li jilqgħu għat-theddida tat-terroriżmu. Minkejja li 40 % tal-popolazzjoni tagħha għadha tgħix taħt il-livell minimu tal-faqar, qed tonqos il-perċezzjoni li l-Afrika hija “kontinent iddisprat” u minflok qed tkun aktar meqjusa bħala “fruntiera ġdida” li toffri opportunitajiet ta’ żvilupp u kummerċ.

2.2

F’dawn l-aħħar għaxar snin, l-istess kontinent Afrikan irreġistra żviluppi ġodda sostanzjali fil-qasam tal-politika: it-twelid tal-Unjoni Afrikana u t-tnedija tal-pjan strateġiku tagħha għas-snin 2004–2009 kif ukoll l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ġodda sabiex tintervjeni f’oqsma marbuta mas-soluzzjoni tal-kunflitti.

2.3

It-tisħiħ tal-komunitajiet ekonomiċi regjonali; il-programmi għall-iżvilupp ekonomiku (in-NEPAD, is-sħubija l-ġdida għall-iżvilupp tal-Afrika) u tal-gvernanza (il-mekkaniżmu Afrikan dwar ir-reviżjoni ta’ esperti ugwali fil-qasam). Dawn it-tibdiliet kollha flimkien ifissru, kif ġie enfasizzat kemm-il darba mill-Kummissarju Louis Michel (1), li t-twelid mill-ġdid tal-attenzjoni internazzjonali fil-konfront tal-Afrika huwa mnebbaħ minn tliet elementi prinċipali: l-interessi ekonomiċi, dawk marbuta mas-sigurtà u l-interessi l-ġodda tal-poter kif ukoll dawk ġeostrateġiki.

2.4

Fil-livell ekonomiku, flimkien mal-kompetizzjoni għall-aċċess u l-kontroll tar-riżorsi naturali tal-kontinent, fejn fuq quddiem nett hemm dawk tal-enerġija, l-attenzjoni daret ukoll fuq il-potenzjal kbir tas-suq intern Afrikan, li f’dawn l-aħħar snin kellu rata ta’ tkabbir medja ta’ 6 %, inflazzjoni baxxa u proċess virtwuż ta’ tnaqqis konsistenti tad-dejn pubbliku.

2.5

Fiż-żewġ każi, iċ-Ċina uriet determinazzjoni kbira u kapaċità ta’ investiment strutturali fuq medda twila ta’ żmien (2), billi emendat ir-rabtiet storiċi li bdew fil-ħamsinijiet mal-pajjiżi Afrikani. Sa min-nofs tas-snin disgħin, filwaqt li kompliet tappoġġja il-kooperazzjoni tan-nofsinhar man-nofsinhar fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iċ-Ċina tat aktar attenzjoni lill-opportunitajiet ekonomici li offriet l-Afrika filwaqt li stabbiliet relazzjonijiet ta’ ħbiberija kważi mal-pajjiżi kollha Afrikani. Id-dimensjoni kontinentali ta’ dan l-approċċ ġdid Ċiniż kien konfermat bil-ħolqien tal-forum dwar il-kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u lAfrika (FOCAC) (3) min-naħa ta’ Beijing. Waqt is-summit tiegħu ta’ kull tliet snin (Beijing 2000, Addis Abeba 2006, Beijing 2006 u dak previst għal Diċembru 2009 ġewwa Sharm el-Sheikh fl-Eġittu) ġew stabbiliti r-ritmu u l-evoluzzjoni kontinwa tar-rabtiet bejn iċ-Ċina u l-pajjiżi Afrikani. It-tiġdid tal-istrateġija Ċiniża fil-konfront tal-kontinent sar uffiċjali bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar il-politika taċ-Ċina fl-Afrika f’Jannar 2006 (4).

2.6

It-tibdil sostanzjali tax-xenarju meta mqabbel mal-għexieren tas-snin ta’ qabel wassal sabiex l-UE wkoll tirrevedi l-politika tagħha fil-konfront tal-Afrika. Dan wassal sabiex f’Diċembru 2007 ġewwa Lisbona ġiet adottata strateġija komuni ġdida bejn l-Afrika u l-UE, u l-Kumitat kellu ċ-ċans jesprimi ruħu dwarha permezz ta’ opinjoni dettaljata u mirquma (5).

2.7

Filwaqt li ċ-Ċina u l-Ewropa qed jiskopru mill-ġdid l-interess fl-Afrika u d-disponibbilità li jagħmlu xi investimenti hemm, il-mod li bih dawn l-atturi importanti ser ikunu qed iwettqu l-ħidma reċiproka tagħhom fil-futur iqajjem mistoqsijiet u stennija, kemm minħabba l-prospettivi evidenti ta’ konkorrenza kif ukoll minħabba l-possibbilitajiet ta’ kooperazzjoni. Tajjeb wieħed jiftakar, li jekk f’termini assoluti l-UE u ċ-Ċina jinsabu fl-ewwel u t-tielet post rispettivament fost l-imsieħba kummerċjali u l-investituri barranin fl-Afrika, f’dawn l-aħħar għaxar snin il-piż relattiv tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Ewropa u l-Afrika naqas, filwaqt li dak bejn iċ-Ċina u l-Afrika żdied drastikament (6).

2.8

Kemm minħabba d-diskussjoni pubblika dwar l-importanza taċ-Ċina fl-Afrika kif ukoll wara li kienet xprunata mill-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dwar is-suġġett min-naħa tal-PE (7), f’April 2008, f’dawn l-aħħar sentejn, il-Kummissjoni Ewropea nediet riflessjoni mirquma, akkumpanjata minn inizjattivi sinifikattivi ta’ konsultazzjoni wiesgħa (8) sabiex tifhem ir-riperkussjonijiet tal-proċessi li għaddejjin filwaqt li jkunu stabbiliti l-linji li fuqhom jista’ jsir id-djalogu trilaterali bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika.

3.   Il-kontenut essenzjali tal-Komunikazzjoni

3.1

Il-Komunikazzjoni tipproponi li tfittex il-modi l-aktar opportuni li jiffaċilitaw il-proċess tad-djalogu u ta’ kooperazzjoni ugwali bejn l-Afrika, ċ-Ċina u l-UE. Għaldaqstant, l-għan prinċipali tal-Kummissjoni hu li tippromovi l-ftehim reċiproku u l-adozzjoni ta’ azzjonijiet komuni u koordinati fis-setturi strateġiċi, skont prijoritajiet li fuq kollox għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjonijiet Afrikani.

3.2

Il-Komunikazzjoni hija mibnija fuq l-impostazzjoni pragmatika u progressiva, li tikkonċentra l-aktar fuq il-prospettiva ta’ koordinament konkret fis-setturi li huma meqjusa bħala kruċjali għall-promozzjoni tal-istabbilità u tal-iżvilupp Afrikan. Dawn huma:

Il-Paċi u s-sigurtà fl-Afrika, li tħares l-aktar lejn kollaborazzjoni aktar intensa mal-Unjoni Afrikana u maċ-Ċina fil-qafas tar-regoli tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex ikun sostnut l-iżvilupp tal-arkitettura Afrikana għall-paċi u s-sigurtà, filwaqt li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-paċi mill-UA.

Is-Sostenn tal-infrastrutturi Afrikani, li huma s-sinsla tal-iżvilupp, l-investiment u l-kummerċ, għal interkonnettività akbar kif ukoll integrazzjoni reġjonali, b’mod partikulari fis-settur tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

L-Amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ambjent, li bit-tisħiħ tar-rabtiet ma’ inizjattivi bħall-EITI (Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi), il-FLEGT (pjan ta’ azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ) u l-proċess Kimberley dwar it-trasparenza fl-industrija tad-djamanti, tippermetti proċessi aktar trasparenti, aktar trasferimenti teknoloġiċi u finanzjamenti sabiex ikun iffaċċjat it-tibdil fil-klima, u tiffavorixxi l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli.

L-Agrikultura u s-sigurtà fl-ikel, bil-ħsieb li jkunu msaħħa l-produttività u l-livelli tal-produzzjoni tal-agrikultura Afrikana, l-aktar permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni agrikola, il-kontrolli veterinarji u s-sigurtà fl-ikel, filwaqt li tibda tifforma parti mill-CAADP (il-Programm Komprensiv ta’ Żvilupp Agrikolu għall-Afrika).

3.3

L-intenzjonijiet tal-Kummissjoni huma li d-djalogu u l-konsultazzjoni jiżviluppaw fuq il-livelli kollha (nazzjonali, reġjonali, kontinentali kif ukoll fir-rapport bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina), sabiex il-politiki u l-implimentazzjoni tagħhom jinftiehmu aktar, fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi, u għalhekk ikunu żviluppati possibilitajiet konkreti ta’ kooperazzjoni. Fl-istess ħin, il-proċess ser iservi sabiex isaħħaħ l-effettività tal-għajnuniet, b’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ Marzu 2005 u l-konklużjonijiet tas-seminar li sar ġewwa Akkra f’Settembru 2008.

3.4

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea laqa’ u approva r-rakkomandazzjonijiet prinċipali li jinsabu fil-Komunikazzjoni, filwaqt li sostna li dan id-djalogu trilaterali jista’ jgħin “sabiex jappoġġja l-isforzi tal-Afrika u tal-komunità internazzjonali għall-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni, l-integrazzjoni politika u ekonomika, il-gvernanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem (9) u jirrakkomanda li jkun hemm analiżi fil-fond tal-miżuri konkreti proposti.

3.5

Iżda l-KESE huwa mħasseb u ddiżappuntat li s’issa, kemm iċ-Ċina kif ukoll l-UA għadhom ma ħadu l-ebda pożizzjoni uffiċjali dwar id-djalogu trilaterali propost mill-UE. Fl-okkażjoni tal-aħħar summit bejn l-UE u ċ-Ċina, il-kooperazzjoni mal-Afrika ma kinetx fuq l-aġenda kif kien qed jiġi propost fil-komunikazzjoni li qed tkun analizzata (10). Għaldaqstant f’dan il-mument m’hemmx provi tanġibbli tar-rieda taċ-Ċina u l-UA li jilqgħu l-proposta tal-UE.

4.   Elementi pożittivi

4.1

Il-Komunikazzjoni fiha diversi elementi li huma apprezzati u pożittivi, b’mod partikulari:

l-approċċ lejn id-djalogu għandu xejra ta’ ħsieb ta’ skambju li jifforma parti mill-politika tar-riċerka dwar il-koordinament bejn id-donaturi u l-partijiet interessati prinċipali;

il-pragmatiżmu evidenti fl-għażla tal-erba’ setturi li żgur huma strateġiċi u li għandhom ċans kbir li jirnexxu;

in-natura progressiva tal-proposta fir-rigward tal-bini ta’ kooperazzjoni trilaterali bħal din, li tfittex sabiex tivvalorizza l-istrutturi kollha li diġà jeżistu minflok twaqqaf struttura oħra multilaterali li tkun tiswa l-flus.

4.2

Fir-rigward tat-tieni punt, m’hemmx dubju li l-erba’ setturi magħżula huma kruċjali għall-iżvilupp tal-kontinent Afrikan, kif ukoll, anke jekk għal raġunijiet oħra, għas-sistemi tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iċ-Ċina u l-Afrika u bejn l-Ewropa u l-Afrika.

4.3

Il-qawmien mill-ġdid ta’ xi kunflitti u l-vulnerabbilità tal-proċessi tal-paċi li għaddejjin bħalissa, flimkien mal-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ integraliżmu u/jew ta’ żoni fejn jistgħu jitwieldu ċelloli tat-terroriżmu, jagħmlu din il-koperazzjoni aktar rilevanti fil-qafas taż-żamma tal-paċi u s-sigurtà. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lejn is-sostenn tal-arkitettura Afrikana għall-paċi u s-sigurtà u tal-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tal-UE, taħt forma ta’ bini tal-kapaċitajiet, taħriġ, sostenn loġistiku u/jew ekonomiku.

4.4

Il-kooperazzjoni bħala manteniment u promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà għandha taħseb għal djalogu speċifiku fir-rigward tar-regoli dwar il-forniment u l-kummerċ tal-armi, b’mod partikulari lejn gvernijiet jew gruppi armati mhux tal-istat li huma involuti f’kunflitti li għaddejjin u/jew li jikkommettu ksur gravi tad-drittijiet umani (11). B’dan il-mod, jidħol ukoll fir-rapport trilaterali bejn iċ-Ċina, l-Ewropa u l-Afrika argument li dwaru diġà għaddejja diskussjoni fin-NU.

4.5

L-aċċenn imġedded dwar l-investimenti fl-oqsma infrastrutturali, li għal żmien twil kienu minsija mill-kooperazzjoni Ewropea, u li huma wħud mir-raġunijiet prinċipali tal-approċċ Ċiniż lejn l-Afrika, huwa strateġikament rilevanti għal żewġ raġunijiet. Fuq kollox, huma meħtieġa infrastrutturi adegwati li jiggarantixxu kemm l-aċċess u t-trasport tal-materja prima jew tal-prodotti fis-swieq Afrikani, kif ukoll dawk il-forom ta’ integrazzjoni reġjonali konkreti u effettivi, fundamentali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Afrika. Aktar minn hekk, it-titjib jew il-ħolqien mill-ġdid tal-infrastrutturi huwa prijorità ċara għal ħafna gvernijiet Afrikani u ma jistax jiddependi iktar fuq il-kapaċitajiet lokali ta’ finanzjament u ta’ sostenibbilità finanzjarja biss (12).

4.6

L-importanza tas-sostenibbiltà ambjentali u tal-amministrazzjoni tar-riżorsi naturali hija ovvja, mhux biss minħabba l-ħidma internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, iżda anke minħabba l-aspetti l-oħra kollha marbuta mal-kundizzjonijiet tal-isfruttament, tat-trasport u tal-użu tar-riżorsi naturali tal-kontinent b’mod partikulari dak tal-minjieri u tal-enerġija.

4.7

F’dawn l-aħħar snin, id-dibattitu kien l-aktar dwar il-kundizzjonijiet ambjentali u tax-xogħol fl-impjanti amministrati jew li għandhom x’jaqsmu mal-intrapriżi Ċiniżi li joperaw fl-Afrika, kif dokumentat fid-dettall minn studju tal-“African Labour Research Network” (13) Wieħed m’għandux jinsa li dan l-istess diskors jgħodd ukoll għal ħafna soċjetajiet Ewropej jew transnazzjonali. Il-problema tar-rispett tal-istandards internazzjonali, bħal dik tat-trasparenza (14) fil-konklużjoni u t-twettiq tal-kuntratti ffirmati mal-gvernijiet Afrikani, tirrigwarda liċ-Ċina, l-Ewropa u l-Afrika bl-istess mod u għaldaqstant għandha tkun parti integrali mid-djalogu trilaterali dwar l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-ambjent, bħalma hu dak tas-sostenn għall-infrastrutturi Afrikani.

4.8

Ir-rikonoxximent tal-importanza tal-agrikultura u tas-sigurtà tal-ikel fl-aħħar reġa’ sar prijorità tad-donaturi l-kbar u fl-istrateġija komuni fil-konfront tal-kontinent Afrikan. Madankollu huwa meħtieġ li din l-attenzjoni tinbidel b’urġenza f’passi konkreti, li jkunu sostnuti fuq medda twila ta’ żmien fir-rigward tal-iżvilupp rurali sħiħ. Dan billi tkun żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-popolazzjonijiet rurali, l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u l-ħarsien tagħhom fir-rigward tal-aċċess u l-amministrazzjoni tar-riżorsi lokali fuq medda twila ta’ żmien.

4.9

F’dan ir-rigward, tajjeb wieħed jiftakar fit-twissija li saret dan l-aħħar fis-“Summit tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa tal-ħames reġjuni Afrikani” li kien organizzat ġewwa Ruma mill-Coldiretti, u li kien jittratta dwar iż-żieda qawwija ta’ xiri ta’ artijiet agrikoli fl-Afrika, u f’dawk il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, minn pajjiżi bħall-Korea t’isfel, iċ-Ċina, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdita u l-Ġappun. Dan sabiex jiggarantixxu l-provvisti tal-ikel u r-riżorsi għall-produzzjoni tal-bijokarburanti (15).

4.10

Il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel tista’ tkun użata wkoll sabiex jinbeda d-djalogu dwar temi oħra rilevanti, fosthom ir-rispett lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, il-ħarsien ta’ gruppi iktar vulnerabbli u l-protezzjoni tas-saħħa. Dan l-aħħar qasam jeħtieġ li jingħata attenzjoni partikulari sabiex jinstabu strateġiji komuni fil-ġlieda kontra t-tliet pandemiji l-kbar (16) – il-malarja, l-HIV / AIDS u t-tuberkolożi – li diġà huma suġġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali f’fora multilaterali.

4.11

Fir-rigward tar-rwol tal-istituzzjonijiet Afrikani fil-proċess tad-djalogu trilaterali, iċ-ċentralità tal-Unjoni Afrikana flimkien mal-organizzazzjonijiet ekonomiċi reġjonali u l-Istati b’mod individwali hija għal kollox apprezzata. Il-possibilità li t-trojka tal-UA tipparteċipa fid-djalogu ta’ kull sena li jsir bejn l-UE u ċ-Ċina huwa daqstant importanti, bħal ma’ huwa l-ħsieb li l-kummissjoni tal-UA ta’ Addis Abeba tkun mogħtija r-rwol ta’ faċilitatur waqt il-konsultazzjonijiet trijangolari regolari. Dawn l-indikazzjonijiet imorru tajjeb mal-ħtieġa, kif diġà enfasizzata mill-KESE fl-opinjoni dwar l-istrateġija bejn l-UE u l-Afrika (17), li l-istituzzjonijiet Afrikani għandhom jassumu post ta’ responsabilità konkreta, kemm sabiex isaħħu s-sovranità u l-leġittimità tagħhom, kif ukoll sabiex ikun hemm sħubijiet li jkunu verament ekwilibrati. Madankollu, huwa meħtieġ li dawn il-prijoritajiet ikunu aċċettati mill-UA u li din tagħmilhom tagħha, u li dawn jinbidlu fi pjani ta’ azzjoni konkreti mingħajr dewmien.

4.12

It-tfittxija għal djalogu trilaterali bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika huwa aktar rilevanti meta wieħed jikkunsidra l-attrazzjoni ta’ Beijing fil-kontinent. F’għajnejn ħafna gvernijiet Afrikani, iċ-Ċina tidher bħala l-eżempju li jridu jsegwu, billi kienet kapaċi toħroġ mill-faqar, tegħleb il-mard u ssir attur prinċipali fix-xena internazzjonali fi spazju ta’ ġenerazzjoni waħda biss. Il-battalja Ċiniża kontra l-faqar saret l-aktar fiż-żoni rurali, permezz tal-iżvilupp u ż-żieda tal-produttività agrikola, strateġija li tista’ sservi l-interessi tal-pajjiżi Afrikani wkoll (18). L-attrazzjoni taċ-Ċina tkompli tikber ukoll minħabba l-fatt li m’għandhiex passat kolonjali, għadha ssejjaħ lilha nnifisha bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa u tirrifjuta l-loġika tar-relazzjonijiet bejn id-donatur u l-benefiċjarju, storikament aktar maħsuba għaż-żona tal-OECD. Dawn il-karatteristiċi, flimkien mal-fondi kbar li għandhom għall-investimenti jew sabiex jagħtuhom bħala self lill-gvernijiet Afrikani, jagħtu lill-Beijing l-assi meħtieġa fir-relazzjonijiet mal-Afrika.

5.   Elementi ta’ kritika

5.1

Fl-istess waqt ir-relazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Afrika għandha punti kritiċi li joħolqu tħassib fost l-osservaturi barranin u li dwarhom jeħtieġ li jinstabu spazji għal djalogu fil-proċess ta’ kooperazzjoni trilaterali kif propost mill-Kummissjoni.

5.2

Il-preżenza dejjem tikber taċ-Ċiniżi fl-Afrika mhijiex nieqsa mid-dubji, fuq quddiem nett, ir-ritorn lejn iċ-ċentralità tal-gvernijiet lokali u tal-elitisti urbani bil-konsegwenza tal-emarġinazzjoni tas-settur privat Afrikan li huwa fattur ta’ tħassib, it-tqegħid fir-riskju tal-kisbiet soċjali modesti min-naħa tat-trade unions Afrikani u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jippenalizzaw l-aktar lill-ħaddiema lokali. Relazzjoni ta’ sħubija ugwali għandha tagħti l-possibilità lit-tliet partijiet - l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika – li jiddiskutu wkoll dawk il-punti l-aktar kontroversjali jew dawk li fuqhom hemm evalwazzjonijiet u ħsibijiet differenti.

5.3

Fil-konfront bejn l-erba’ setturi ta’ kooperazzjoni proposti mill-Kummissjoni permezz ta’ tmien punti li kienu stabbiliti bħala prijoritajiet fil-pjani ta’ azzjoni tal-istrateġija bejn l-UE u l-Afrika li ġie mniedi f’Lisbona (19), wieħed jinnota n-nuqqas ta’ temi importanti mill-komunikazzjoni, fosthom il-gvernanza demokratika, id-drittijiet umani u x-xogħol diċenti. Huwa importanti għall-UE, bħalma huwa r-rwol tas-soċjetà ċivili, li dawn it-temi jiffurmaw parti mid-djalogu trilaterali. Dan għaliex ikunu aktar koerenti mal-istrateġija ta’ Lisbona, kif ukoll mal-ftehim ta’ Cotonou tas-sena 2000 (20) li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP.

5.4

L-istrateġiji tal-UE u taċ-Ċina fl-Afrika huma differenti. Filwaqt li l-UE tagħti l-parti l-kbira tal-għajnuniet tagħha f’forma ta’ donazzjonijiet, u timponi kundizzjonijiet politiki dejjem akbar (ir-rispett tar-regoli demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-progress fil-prattiki dwar gvernanza tajba kif ukoll l-involviment tas-soċjetà ċivili) u bil-mira li jonqos il-faqar, iċ-Ċina l-aktar li tagħti huwa self b’kundizzjonijiet favorevoli, li l-parti kbira tagħhom ikunu marbuta mal-bini tal-infrastrutturi u jkunu garantiti minn kuntratti li jkollhom skadenza fit-tul sabiex ikunu sfruttati r-riżorsi naturali. Aktar minn hekk is-self Ċiniż ikun ta’ spiss marbut mal-użu tal-intrapriżi, materjal u xi drabi ħaddiema Ċiniżi wkoll, skont forom ta’ “għajnuniet marbuta” li m’għadhomx aċċettati fil-pajjiżi tal-OECD. Fl-aħħar nett, l-istess regoli taż-żona OECD fir-rigward ta’ sejħiet għall-offerti, f’ħafna każi jiffavorixxu lis-soċjetajiet tal-pajjiżi emerġenti, liċ-Ċina fl-ewwel post.

5.5

L-approċċ Ċiniż, bħala regola ġenerali, jirriżulta li huwa aktar aċċettat mal-amministraturi Afrikani minħabba li mhuwiex assoċjat ma’ kundizzjonijiet u mhux imxekkel mill-piż burokratiku Ewropew. Madankollu dan jirrappreżenta riskju doppju: il-ħolqien ta’ forma ta’ dejn kbir, li l-effetti tiegħu fuq medda twila ta’ żmien jistgħu ma jkunux sostenibbli, kif ukoll it-tisħiħ tad-dipendenza tal-ekonomija tal-pajjiżi individwali fuq il-“produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ waħdiena” u mill-esportazzjonijiet tagħhom, li min-naħa tagħhom huma marbuta mal-bidliet tal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali.

5.6

Min-naħa tagħha, l-Ewropa għalkemm baqgħet l-ewwel sieħeb ekonomiku u kummerċjali tal-Afrika, issibha diffiċli li titkellem b’vuċi waħda, kif ukoll sabiex toħloq u tkun koerenti dwar il-politiki tagħha, kemm dawk tal-iżvilupp, tal-kummerċ jew tal-politika barranija u tas-sigurtà. Fir-realtà, għad hemm ukoll ħafna limitazzjonijiet fejn jidħol il-koordinament tal-azzjonijiet ta’ diversi Stati Membri, li jtellfu l-impatt u l-effettività.

6.   Xi kwistjonijiet oħra

6.1

Flimkien mal-kundizzjonijiet diġà msemmija u li l-UE timponi fir-relazzjonijiet tagħha mal-Afrika, hemm elementi oħra li huma assoċjati mal-approċċ differenti bejn l-Ewropa u ċ-Ċina u ma jonqosx li jkunu enfasizzati min-naħa tad-diversi gvernijiet Afrikani.

il-problemi diversi li nqalgħu bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani fl-okkażjoni tan-negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ sħubija ekonomika (FSE), meta mqabbla mal-ftuħ tas-swieq Ċiniżi għad-dħul ta’ oġġetti mingħajr dazju mill-Afrika, u li ngħata prominenza tajba (sas-sena 2010, in-numru tagħhom għandu jitla’ għal 440, meta mqabbel mal-190 tal-2006);

l-impenn qawwi u li jidher fir-rigward tal-bini tal-infrastrutturi, skejjel, sptarijiet u bini pubbliku min-naħa tal-gvern Ċiniż, meta mqabbel mal-proġetti li ħafna drabi baqgħu ma tlestewx għal kollox u li jagħmlu parti mill-interventi Ewropej tal-passat;

risposta aktar konkreta min-naħa taċ-Ċina fir-rigward tal-formazzjoni u t-taħriġ ta’ professjonisti fis-settur agrikolu, mediku, xjentifiku u kulturali, kif ukoll il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti Afrikani fl-universitajiet u ċ-ċentri tat-taħriġ Ċiniżi;

l-għażla kbira ta’ prodotti li ġejjin miċ-Ċina – li f’xi każi ma jirrispettawx l-istandards internazzjonali dwar is-sigurtà tal-prodotti, b’konsegwenzi serji fuq is-saħħa pubblika u fuq l-ambjent – u li jinvadu b’mod progressiv is-swieq u d-djar tal-kontinent kollu, li ta’ spiss iħallu effetti negattivi fuq setturi partikulari tal-produzzjoni lokali, l-aktar fuq dak tal-industrija tat-tessuti. (21).

6.2

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali ta’ bħalissa ser twassal sabiex fl-aħħar ikun hemm riflessjoni dwar l-effetti li din jista’ jkollha fuq l-Afrika (22).

L-effetti tar-riċessjoni dinjija, it-tnaqqis tal-esportazzjonijiet, il-miżuri ta’ protezzjoni madwar diversi swieq u l-waqa’ fil-prezzijiet ta’ ħafna mill-materja prima, joħolqu xenarju ta’ tħassib, li jista’ jpoġġi dubji serji fuq ir-riżultati miksuba fl-għaxar snin li għaddew, bħalma huma t-tnaqqis tad-dejn u tad-defiċit pubbliku, iż-żieda u l-kompetizzjoni dwar l-investimenti fir-rigward tal-infrastrutturi u t-tisħiħ tas-sistemi fiskali, jekk mhux l-isforzi dwar id-diversifikazzjoni tal-istrutturi nazzjonali tal-produzzjoni.

6.3

Quddiem din il-kriżi, iċ-Ċina dan l-aħħar reġgħet ikkonfermat u żiedet l-impenn tagħha kemm f’dak li huma għajnuniet u self, kif ukoll f’dawk li huma investimenti (23). L-UE qed tfittex li tonora l-ftehimiet li għamlet, iżda xi Stati diġà naqqsu b’mod drastiku r-riżorsi u l-ftehimiet finanzjarji bilaterali fl-2009, bl-istess previżjonijiet, jekk mhux agħar, għall-2010. Kif intqal fis-summits kollha li saru dan l-aħħar, huma meħtieġa riżorsi ġodda.

6.4

Fir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika u bejn iċ-Ċina u l-Afrika, qed issir aktar importanti s-sensiela ta’ żviluppi migratorji, l-aktar dik marbuta mal-wasla ta’ ċittadini Ċiniżi fil-pajjiżi Afrikani, li għadhom mhumiex studjati biżżejjed. Il-bidu ta’ riflessjoni dwar il-mod u l-kobor ta’ dawn l-influssi kif ukoll ir-rabtiet li dawn jista’ jkollhom, għandu jservi sabiex nifhmu l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq l-iżvilupp Afrikan.

6.5

Il-KESE jidhirlu li l-kwistjoni kumplessa tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili hija fundamentali, kwistjoni mhux biss kruċjali għall-parti Ewropea (24), iżda li saret element sinifikattiv u parti mir-relazzjonijiet ta’ sħubija mal-Afrika, b’mod partikulari wara l-ftehim ta’ Cotonou. Din il-prospettiva għadha ma tidhirx li hija rilevanti fir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Afrika, u lanqas fir-relazzjonijiet bilaterali bejn Beijing u l-pajjiżi individwali.

L-erba’ setturi indikati mill-Kummissjoni joffru spazju wiesa’ għall-parteċipazzjoni strutturata tal-atturi kollha mhux statali, b’mod partikulari, l-imprendituri, it-trade unions u l-għaqdiet tal-bdiewa, tan-nisa u tal-konsumaturi. Ir-rwol tagħhom fis-soċjetà Afrikana, l-istess bħal dawk fl-iżviluppi ekonomiċi u fir-relazzjonijiet politiċi, għalkemm magħruf u li żviluppa riżultat tas-suċċess tal-proċess li nbeda bil-ftehimiet ta’ Lomé u ta’ Cotonou, qiegħed fil-periklu li jitlef l-importanza tiegħu u li mill-ġdid ikun imwarrab fil-ġenb jekk id-djalogi bilaterali jew trilaterali jibqgħu biss fuq livell intergovernattiv: minflok ir-rwol għandu jkun meqjus bħala rikkezza deċiżiva li għandha tkun valoriżżata u utilizzata mill-ġdid.

6.6

Il-KESE jinsab imħasseb li l-komunikazzjoni li qed tkun analizzata ma ssemmix din il-kwistjoni u lanqas il-possibilità konkreta li jkunu involuti kemm l-imsieħba soċjali kif ukoll, b’mod ġenerali, l-atturi mhux statali fil-qafas tal-proċess kif propost.

Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Ara b’mod partikulari Louis MICHEL, Afrique-Europe: l’indispensable alliance, Pro-manuscripto, KE, diċ 2007.

(2)  M’hemmx biss riżorsi naturali, infrastrutturali u kummerċjali. L-ewwel bank Ċiniż Industrial Land Commercial Bank of China, kiseb 20 % tal-akbar bank tal-Afrika t’isfel u tal-Afrika, Standard Bank, billi ħareġ 5.6 biljun Dollaru. Dan huwa l-akbar investiment li qatt sar fl-Afrika minn grupp barrani.

(3)  Żur is-sit uffiċjali tal-FOCAC, www.focac.org/eng

(4)  “China’s African policy”, 12 ta’ Jannar 2006, http://www.focac.org/eng/zgdfzzc/t463748.htm

(5)  GU C 77, 31.03.2009 p.148-156, L-istrateġija bejn l-UE u l-Afrika, relatur: is-Sur DANTIN.

(6)  Skont statistika maħruġa mill-FMI, il-kummerċ bejn l-UE u l-Afrika, li fl-1995 kien jammonta għal 45 % tal-kummerċ globali Afrikan, niżel għal ftit aktar minn 30 %, filwaqt li dak taċ-Ċina kiber minn ammont żgħir fl-1995 għal madwar 27 % fil-preżent. Fl-2008 il-kummerċ bejn iċ-Ċina u l-Afrika laħaq il-106,8 biljun Dollaru Amerikan. Dan ifisser li l-mira li tintlaħaq is-somma ta’ 100 biljun sas-sena 2010, li kienet stabbilita waqt is-summit ta’ Beijing fl-2006, mhux biss intlaħqet iżda kienet superata sentejn qabel. Ara wkoll “Commission staff working paper, Annexes to the Comunication of the Commission”, SEC(2008) 2641 finali.

(7)  “China’s policy and its effect on Africa”, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2008 (A6-0080/2008/P6_TA-PROV(2008)0173, relatur: Is-Sinjura Ana Maria GOMES).

(8)  B’mod partikulari, il-konferenza organizzat mill-KE fit-28 ta’ Ġunju 2007, fejn attendew aktar minn 180 espert u diplomatiċi Afrikani, Ċiniżi u Ewropej bit-titlu “Partners in competition? The EU, Africa and China”.

(9)  Ara l-konklużjoni tal-2902 sessjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tal-10 ta’ Novembru 2008.

(10)  Il-11-il summit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fl-20 ta’ Mejju 2009, il-komunikat finali konġunt.

(11)  Cfr. il già citato rapporto e risoluzione del PE, 2008, A6-0080/2008/P6_TA-PROV(2008)0173, risoluzione del PE marzo 2008, relatrice: Ana Maria GOMES.

(12)  Ara d-diskussjonijiet u d-deliberazzjonijiet tat-12 il-summit tal-UA li sar bejn is-26 ta’Jannar u t-3 ta’ Frar 2009 ġewwa Addis Abeba, bit-tema prinċipali tkun L-iżvilupp tal-infrastrutturi fl-Afrika www.africa-union.org

(13)  A. Yaw Baah – H. Jaunch, “Chinese investment in Africa, a labour perspective”, ALRN, Mejju 2009, http://www.fnv.nl/binary/report2009_chinese_investments_in_africa_tcm7-23663.pdf

(14)  Ara. Tax Justice Network, “Breaking the curse: how transparent taxation and fair taxes can turn Africa’s mineral wealth into development”, http://www.taxjustice.net/cms/upload/pdf/TJN4Africa_0903_breaking_the_curse_final_text.pdf

(15)  L-organizzazzjonijiet għamlu referenza biss għas-sena 2008 fejn kienu akkwistati artijiet li jlaħħqu madwar 7,6 miljun ettaru u ftehimiet marbuta mal-agrikultura li kienu inizjalati miċ-Ċina ma’ numru ta’ pajjiżi Afrikani, http://www.coldiretti.it/docindex/cncd/informazioni/314_09.htm Ara wkoll L. Cotula, S. Vermeulen, R. Leonard, J. Keeley, “Land grab or development opportunity”? –“Agricultural investment and international land deals in Africa”, FAO-IFAD-IIED, Mejju 2009.

(16)  ĠU C 195, 18.8.2006, p.104–109, Dare priorità all’Africa: il punto di vista della società civile europea, relatur: Is-Sur BEDOSSA (dokument mhux maqlub għall-Malti).

(17)  ĠU C 77, 31.3.2009, p.148–156, kif diġà riferut.

(18)  Permezz ta’ 7 % tal-art li tinħadem, iċ-Ċina tmantni 22 % tal-popolazzjoni dinjija, sostanzjalment rebħet il-ġlieda kontra l-faqar estrem, l-illitteriżmu, il-mard u l-epidemiji l-aktar devastanti filwaqt li naqqset ir-rata tal-mewt tat-tfal. Skont Martin Ravallion (Are there lessons for Africa from China’s success against poverty? - The World Bank, Policy Research working paper – Numruo4463, Jannar 2008), L-Afrika tista’ titgħallem lezzjonijiet importanti permezz ta’ analiżi dettaljata dwar x’wassal għall-iżvilupp taċ-Ċina. Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

Ara wkoll R. SANDREY, H. EDINGER, “The relevance of Chinese agricultural technologies for African smallholder farmers: agricultural technology research in China”, Centre for Chinese Studies, Stellenbosch University, April 2009, http://www.ccs.org.za/downloads/CCS%20China%20Agricultural%20Technology%20Research%20Report%20April%202009.pdf

(19)  Il-paċi u s-sigurtà; il-gvernanza demokratika u d-drittijiet umani; il-kummerċ, l-integrazzjoni reġjonali u l-infrastrutturi; sħubijiet sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; l-enerġija; it-tibdil fil-klima; il-migrazzjoni, il-mobilità u x-xogħol; ix-xjenza, is-soċjetà tal-informazzjoni u l-ispazju.

(20)  Ara l-artikolu 9 subparagrafu 1.

(21)  Dwar dan ara r-rapport interessanti tal-2007 tal-Bank Dinji “Africa’s silk road”.

(22)  Dwar dan ara l-Kominikazzjoni “Supporting developing countries in coping with the crisis”, COM(2009) 160 fin. – mhux maqlub għall-Malti, u l-Opinjoni tal-KESE li għaddejjin diskussjonijet dwarha bħalissa.

(23)  Ara l-impenji li saru matul il-vjaġġ li sar mill-President Hu Jintao f’erba’ pajjiżi Afrikani (il-Mali, is-Senegal, it-Tanżanija u l-Mawrizju) f’nofs Frar tal-2009.

(24)  ĠU C 110, 9.5.2006, p.68-74, Ir-Relazjoni bejn l-UE u ċ-Ċina: ir-rwol tas-società ċivili, relatur: is-Sur SHARMA, (dokument mhux maqlub għal Malti).


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/113


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ”

COM(2009) 200 finali

2009/C 318/22

Relatur: is-Sur SIBIAN

Nhar is-27 ta’ April 2009, il-Kumissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Settembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur SIBIAN.

Matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-30 ta’ Settembru 2009 u l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tal-1 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’133 voti favur, 0 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jidhirlu li għandha tiġi żviluppata strateġija f’dan il-qasam, mhux biss GĦAŻ-żgħażagħ iżda wkoll MAŻ-żgħażagħ, u li dawn għandhom jagħmlu parti mill-proċess tat-tfassil tal-politika kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħha.

1.2

Minħabba li japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-politiki taż-żgħażagħ jaqgħu l-aktar fir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Madankollu, bosta mill-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ fis-soċjetà tal-lum, ma jistgħux jintlaħqu mingħajr politika mfassla b’mod globali u olistiku. Għaldaqstant, l-istrateġija ta’ politika Ewropea integrata dwar iż-żgħażagħ hija milqugħa.

1.3

L-oqsma kollha ta’ azzjoni magħżula huma transsettorjali u mhumiex indipendenti minn xulxin. Huma interrelatati u jinfluwenzaw lil xulxin. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod orizzontali skont il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

1.4

Il-KESE jqis li l-punti li ġejjin huma kruċjali sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-istrateġija tal-futur:

il-proċess ta’ koordinazzjoni;

il-prijoritizzazzjoni tal-oqsma ta’ azzjoni;

il-kointeress ta’ dawk kollha involuti;

l-allokazzjoni tar-riżorsi meħtieġa;

l- appoġġ għall-ħidma maż-żgħażagħ u l-istrutturi taż-żgħażagħ.

Għaldaqstant, il-KESE qed jipproponi dan li ġej:

1.5

Il-ħidma maż-żgħażagħ u l-istrutturi taż-żgħażagħ għandhom ikunu l-ħolqa prinċipali għas-sensibilizzazzjoni u l-amministrazzjoni, permezz ta’ approċċ transsettorjali, l-oqsma kollha ta’ azzjoni proposti fl-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

1.6

Minħabba li t-tagħlim jista’ jirriżulta minn ambjenti differenti, it-tagħlim mhux formali li jikkumplementa l-edukazzjoni formali għandu jkun appoġġjat aktar.

1.7

Il-ħolqien ta’ rabtiet bejn l-iskola, ix-xogħol, l-assoċjazzjonijiet u l-attivitajiet volontarji għandhom ikunu indirizzati aktar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.

1.8

L-appoġġ għall-attivitajiet intraprenditorjali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament huwa sfida. Madankollu, dan huwa meħtieġ. L-intraprenditorija m’għandhiex tkun ristretta biss għat-tifsira ekonomika tagħha, iżda jeħtieġ li nħarsu lejha b’mod aktar wiesa’.

1.9

Jeħtieġ li ż-żgħażagħ isiru protagonisti fis-soċjetà, minħabba li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha ta’ ħajjithom hija prerekwiżit għall-iżvilupp tal-politika fil-qasam taż-żgħażagħ.

1.10

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm min ikun emarġinat, madwar l-Ewropa għandu jkun hemm għażliet mifruxa ta’ sistemi ta’ ħidma maż-żgħażagħ, attivitajiet u servizzi tajba ta’ kooperazzjoni. L-attivitajiet kollha mmirati lejn iż-żgħażagħ li jinsabu fir-riskju li jiġu esklużi soċjalment m’għandhomx iħarsu lejhom bħala riċevituri passivi tas-servizzi soċjali iżda aktar bħala atturi attivi.

1.11

Ir-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-attivitajiet volontarji huwa essenzjali (dan għandu japplika wkoll fl-edukazzjoni formali). Ħiliet u kompetenzi mhux formali jistgħu jintużaw kemm fis-suq tax-xogħol, kif ukoll sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivili.

1.12

Il-proġetti u l-attivitajiet għandhom jiżviluppaw fiż-żgħażagħ sens ta’ solidarjetà globali, għarfien u responsabbiltà lejn il-komunità dinjija. Sabiex jiġu evitati l-perikli fi triqthom, iż-żgħażagħ iridu jkunu kapaċi jaspiraw li jkollhom pagi deċenti fil-futur immedjat tagħhom, bħala frott tal-ħidma tagħhom li jmiss, bis-saħħa tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu politiki dwar pagi deċenti.

1.13

Il-KESE jiddispjaċih li l-istrateġija proposta ma tispeċifikax metodi konkreti dwar l-implimentazzjoni u l-modi kif għandu jitkejjel il-progress fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. Madankollu, huwa mistenni li l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (MMK) se jibqa’ l-mekkaniżmu prinċipali. Il-KESE jemmen li dan għandu jkun kumplementat minn patt Ewropew imġedded għaż-żgħażagħ. Il-KESE jappella wkoll lill-imsieħba soċjali u lill-Kummissjoni Ewropea biex jadottaw ftehim għat-titjib fil-mobilità u l-impjiegi taż-żgħażagħ.

1.14

Iż-żgħażagħ għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija. Il-ħidma maż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni fl-istrutturi taż-żgħażagħ huma l-aktar mod effettiv sabiex jintlaħqu. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni u t-titjib fil-kwalità tal-ħidma maż-żgħażagħ għandha tkun prijorità.

1.15

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-Istati Membri sabiex jintroduċu miżuri li jżidu l-opportunitajiet għall-impjiegi u li jagħtu ċ-ċans liż-żgħażagħ li jsiru indipendenti, bħalma huma:

l-appoġġ matul it-taħriġ tal-bidu (għajnuna finanzjarja, alloġġ, għoti ta’ pariri, trasport, eċċ.),

indennizz tal-integrazzjoni għal dawk li jkunu qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom,

apprendistat u programmi ta’ taħriġ intern ta’ kwalità għolja,

il-konverżjoni ta’ programmi ta’ taħriġ intern f’kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni

2.1

Il-qafas ta’ kooperazzjoni attwali fil-qasam taż-żgħażagħ, li huwa msejjes fuq il-White Paper għaż-Żgħażagħ, il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ (2005), il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (MMK) u l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet taż-żgħażagħ f’politiki oħra, filwaqt li mhux dejjem laħaq mal-aspettattivi, kien maħsub sabiex jiskadi fl-2009. Minħabba f’hekk, wara proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni fl-2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposta dwar qafas ġdid ta’ kooperazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea sejħet il-komunikazzjoni tagħha li tnediet f’April tal-2009, Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni.

2.2

Il-proposta l-ġdida dwar l-strateġija hija msejsa fuq tliet miri ġenerali u interrelatati, fejn kull mira tinkludi tnejn jew tliet oqsma ta’ azzjoni:

Mira: Il-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u l-impjiegi –

Oqsma ta’ azzjoni: l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kreattività u l-intraprenditorija.

Mira: It-titjib tal-aċċess u l-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà –

Oqsma ta’ azzjoni: is-saħħa u l-isport, il-parteċipazzjoni.

Mira: It-trawwim tas-solidarjetà reċiproka bejn is-soċjetà u ż-żgħażagħ –

Oqsma ta’ azzjoni: l-inklużjoni soċjali, l-volontarjat, iż-żgħażagħ fid-dinja.

F’kull qasam ta’ azzjoni, qed tkun proposta lista ta’ għanijiet speċifiċi u azzjonijiet għall-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Tinħtieġ koordinazzjoni aħjar

3.1.1

Sfidi soċjali importanti bħalma huma n-nuqqas ta’ sigurtà soċjali, ż-żieda fil-ksenofobija, l-ostakli għall-impjiegi u l-edukazzjoni, faċilment jaqsmu l-fruntieri u jheddu l-mudell soċjali Ewropew. Aktar minn qatt qabel, minħabba l-kriżi ekonomika, dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu risposta Ewropea koerenti. Minkejja li dawn il-kwistjonijiet soċjali mhumiex esklużivament taż-żgħażagħ, din il-kategorija hija waħda mill-aktar vulnerabbli.

3.1.2

Il-KESE huwa tal-fehma li l-livelli Ewropej u nazzjonali għandhom ikunu koordinati aħjar filwaqt li r-rwol tagħhom ikun definit b’mod iktar ċar. Id-differenzi li hemm bejn l-Istati Membri, aktar milli ostakli, għandhom ikunu kkunsidrati u meqjusa bħala sors ta’ sinerġiji li jagħtu l-frott. Fir-rigward tal-kooperazzjoni maż-żgħażagħ, il-Kummissjoni Ewropea għandha taħdem sabiex ikun hemm rabta iktar b’saħħitha bejn il-livelli Ewropej u nazzjonali, filwaqt li għandha tfittex li ssaħħaħ u ttejjeb l-implimentazzjoni tal-għanijiet Ewropej fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-proċess ta’ konsultazzjoni li kien hemm qabel it-tnedija tal-proposta dwar l-istrateġija kien il-prova li l-politika taż-żgħażagħ saret aktar prominenti mhux biss fil-livell Ewropew iżda wkoll fil-livell nazzjonali.

3.1.3

Il-KESE jidhirlu li din l-istrateġija proposta tirrappreżenta pass ieħor ‘il quddiem. Sabiex tirnexxi, il-KESE jirrakkomanda li jkunu indirizzati dawn l-isfidi:

Il-livell ta’ rappreżentanza. Minkejja li l-MMK u d-djalogu strutturat huma mekkaniżmi utli, hemm il-ħtieġa li dawn jiġu evalwati b’mod kostanti u tittejjeb l-implimentazzjoni tagħhom sabiex ikunu żviluppati aktar strumenti ta’ konsultazzjoni li jkunu jinvolvu l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-korpi governattivi, iż-żgħażagħ innifishom u l-partijiet l-oħra interessati fit-tfassil tal-politika (1).

Is-sensibilizzazzjoni dwar il-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ Aktar viżibbiltà tad-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew tkun ta’ benefiċċju sabiex iż-żgħażagħ isiru konxji tal-opportunitajiet li hemm fiċ-ċiklu ta’ kooperazzjoni taż-żgħażagħ (bħalma huma l-iskambji taż-żgħażagħ) u li joħorġu mill-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

Id-differenzi bejn il-pajjiżi. Il-koordinazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-27 approċċ nazzjonali fil-qafas ta’ kooperazzjoni Ewropew huma kompitu ta’ sfida. F’xi pajjiżi, id-diversi oqsma ta’ azzjoni adottati għandhom tradizzjoni twila u l-istrateġija tal-UE tista’ tibbenefika mill-esperjenza tagħhom, filwaqt li f’xi każi oħra, dawn l-oqsma ta’ azzjoni għadhom kif ġew implimentati. Minkejja dan, l-istrateġija l-ġdida għandha ġġib valur miżjud lil kull Stat Membru.

L-isfidi tal-komunikazzjoni. Għandu jkun hemm approċċ komuni sabiex titqassam u tinġabar data li tkun tista’ tiġi mqabbla b’mod strutturat sabiex ikun hemm titjib fejn jidħol ir-rappurtaġġ tal-progress u l-analiżi. Għandhom jiġu miftiehma indikaturi komuni orjentati lejn ir-riżultati.

L-implimentazzjoni. Hemm ukoll differenzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-kapaċitajiet tagħhom li jimplimentaw il-politiki Ewropej. Xi pajjiżi għandhom sistemi żviluppati tajjeb, li jilħqu l-livelli reġjonali u lokali, filwaqt li pajjiżi oħra għandhom ftit riżorsi li huma ddedikati għall-kooperazzjoni Ewropea fil-kwistjonijiet taż-żgħażagħ.

3.1.4

Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni sabiex tuża l-poteri u l-awtorità tagħha biex tħeġġeġ u tiggwida l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-Kummissjoni għandha tassumi b’mod ċar ir-rwol tagħha fil-proċess tal-koordinazzjoni tal-istrateġija.

3.2   Nagħmlu suċċess mill-approċċ intersettorjali

3.2.1

L-oqsma ta’ azzjoni proposti skont il-proposta tal-istrateġija (ara l-Artikolu 2.2) ikopru parti kbira mill-oqsma soċjali u ekonomiki. L-ebda waħda mill-oqsma ta’ azzjoni ma hija marbuta direttament ma’ kategorija ta’ età speċifika, iżda huma ta’ rilevanza kbira għaż-żgħażagħ. Madankollu, xi wħud mill-oqsma ta’ azzjoni huma żviluppati aktar fir-rigward tal-għanijiet li jridu jintlaħqu filwaqt li l-oħrajn huma pjuttost ġenerali.

3.2.2

Il-Kumitat jidhirlu li hija sfida ambizzjuża li jiġu segwiti tmien oqsma tematiċi ta’ azzjoni fl-istess ħin, u għaldaqstant jirrakkomanda li jkunu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

it-twaqqif ta’ korp ta’ koordinazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bi proċeduri ċari fir-rigward tal-koordinazzjoni sħiħa tal-proċess, sabiex jiggwida, imexxi, isegwi, iħares u jevalwa l-proċess tal-implimentazzjoni flimkien ma’ dawk kollha interessati kemm fuq livell Ewropew kif ukoll nazzjonali (inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ) flimkien ma’ korpi oħra li huma inkarigati mill-oqsma ta’ azzjoni (pereżempju organizzazzjoni differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej li tinkludi wkoll il-Kunsill tal-Ewropa) permezz ta’ laqgħat regolari tal-gruppi ta’ ħidma konġunta, attivitajiet ta’ tagħlim mill-pari kif ukoll il-kunsiderazzjoni tal-patt Ewropew imġedded għaż-żgħażagħ;

ikunu stabbiliti miri ċari f’perijodu ta’ żmien li jkun miftiehem. Għandu jkun stabbilit ukoll pjan ta’ direzzjoni għal kull waħda minnhom;

il-prijoritizzazzjoni tal-oqsma ta’ azzjoni u l-assigurazzjoni li kollha jkunu segwiti mill-qrib;

il-kointeress ta’ dawk kollha involuti (bħalma huma dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-professjonisti, r-riċerkaturi, l-esperti, l-imsieħba soċjali, l-politiċi eċċ.) u l-involviment taż-żgħażagħ u l-istrutturi tagħhom fi djalogu strutturat imtejjeb u kontinwu;

it-twaqqif ta’ approċċ affidabbli, trasparenti u sistematiku fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

l-inklużjoni tad-dimensjoni taż-żgħażagħ fl-Istrateġija ta’ Lisbona wara l-2010, bħala mekkaniżmu sabiex tkun faċilitata l-integrazzjoni soċjali u professjonali tal-ġuvinturi u t-tfajliet;

l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-mezzi meħtieġa, billi jinħolqu strumenti ġodda jew l-adattar tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri ta’ programmi bħalma huma Żgħażagħ f’Azzjoni (Youth in Action), il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, PROGRESS, MEDIA, Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fondi Strutturali. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu kkoordinati u jikkumplementaw lil xulxin;

it-tnaqqis tal-burokrazija u l-assigurazzjoni ta’ aktar trasparenza fil-ġestjoni tal-proġetti u l-attivitajiet li jindirizzaw l-oqsma ta’ azzjoni;

l-appoġġ għall-ħidma maż-żgħażagħ u l-istrutturi taż-żgħażagħ għandhom jitqiesu bħala pilastru prinċipali u prinċipju li jindirizza l-oqsma tematiċi ta’ azzjoni u l-parteċipazzjoni fis-setturi kollha.

3.3   Il-Ħidma maż-żgħażagħ bħala strument għall-implimentazzjoni tal-istrateġija

3.3.1

Il-Kumitat jilqa’ l-enfasi fuq ir-rwol importanti tal-ħidma maż-żgħażagħ. Il-politiki taż-żgħażagħ għandhom ikunu mfassla u implimentati għall-benefiċċju taż-żgħażagħ KOLLHA. Il-qasam taż-żgħażagħ sar mezz importanti għall-bidla soċjali (2) li jiżviluppa ħiliet trasferibbli li jagħmlu tajjeb għal dawk id-diplomi neqsin (l-aktar għal dawk il-kategoriji żvantaġġjati). Madankollu, għandu jkun hemm aktar impenn lejn ir-rikonoxximent tal-ħiliet li jkunu akkwistati permezz tal-ħidma maż-żgħażagħ. Għandu jssaħħaħ u jiġi rikonoxxut aktar ir-rwol tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jwaslu għar-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ, minħabba li dawn jipprovdu l-ispazju għall-iżvilupp personali, it-tagħlim dwar il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet.

3.3.2

Il-ħidma maż-żgħażagħ hija marbuta mal-attivitajiet li jfittxu intenzjonalment li jolqtu liż-żgħażagħ, u din tista’ ssir f’numru ta’ strutturi u oqsma (bħalma huma l-organizzazzjonijiet ta’ voluntiera żgħażagħ, iċ-ċentri taż-żgħażagħ fil-komunità, l-postijiet imwaqqfa għal dan l-iskop li huma mmexxija mill-knisja jew mill-istituzzjonijiet pubbliċi). Madankollu, hemm il-ħtieġa ta’ definizzjoni ċara ta’ dan it-terminu.

3.3.3

Il-ħidma maż-żgħażagħ għandha ssir element trasversali integrat fl-oqsma kollha ta’ azzjoni li jridu jintlaħqu mill-istrateġija. Għaldaqstant, il-kwalità tal-ħidma maż-żgħażagħ għandha tkun il-mira espliċita jekk l-istrateġija l-ġdida fit-tul għall-politika taż-żgħażagħ trid tilħaq il-kategoriji kollha taż-żgħażagħ. Programmi bħal Żgħażagħ f’Azzjoni u l-programm settorjali Leonardo da Vinci, għandhom iħarsu sabiex jiżviluppaw, jappoġġjaw u jħarrġu aħjar lil dawk involuti fil-ħidma maż-żgħażagħ, fosthom professjonisti, filwaqt li jkunu qed jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ta’ aktar ħiliet professjonali fil-ħidma maż-żgħażagħ.

3.3.4

Hemm it-tendenza li fil-ħidma maż-żgħażagħ ikunu involuti persuni li jkunu f’dik il-fażi fil-ħajja tagħhom ta’ “qabel ma jsibu impieg”; minn dawk li għadhom adoloxxenti sa dawk bi bżonnijiet speċjali; migranti ekonomiċi; gruppi b’diżabilità u l-iżvantaġġjati fil-komunitajiet foqra. Minkejja li mhijiex strument għall-aċċess dirett lejn ix-xogħol, il-ħidma maż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni fl-istrutturi taż-żgħażagħ joffru aktar għall-integrazzjoni soċjali u jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni aktar mill-qrib tas-servizzi tat-taħriġ vokazzjonali u ż-żieda tal-viżibbiltà tal-kontribut tagħha fir-rigward tal-kapaċità taż-żgħażagħ għall-impjieg.

4.   Kummenti speċifiċi dwar l-oqsma ta’ azzjoni

4.1   Il-KESE jikkummenta fuq il-kontenut tat-tmien oqsma ta’ azzjoni proposti minkejja l-fatt li jista’ jkun hemm aktar proposti għal prijoritajiet oħra, jew dawk proposti jistgħu jkunu prijoritizzati.

4.2   L-edukazzjoni

4.2.1

L-edukazzjoni minn dejjem kienet element essenzjali fl-iżvilupp personali, kif ukoll bħala fattur ta’ żvilupp tal-istess soċjetà. Il-Kumitat saħaq li l-edukazzjoni tal-għalliema u t-taħriġ professjonali huma marbuta mill-qrib ma’ politiki oħra prinċipali, fosthom il-politika taż-żgħażagħ. (3)

4.2.2

It-tagħlim mhux formali jista’ jikkumplementa l-edukazzjoni formali u jgħin sabiex jipprovdi l-ħiliet meħtieġa li jistgħu jiġu żviluppati aħjar f’sistema inqas formali filwaqt li l-edukazzjoni formali tista’ tintegra l-metodi mhux formali billi tapplika l-prinċipji tat-tagħlim tul il-ħajja.

4.2.3

Sabiex it-tagħlim ikun aktar attraenti u effiċjenti għaż-żgħażagħ (4), kif ukoll sabiex ikun rikonoxxut ir-rwol tat-tagħlim mhux formali, jeħtieġ li jiġu indirizzati u segwiti l-kwistjonijiet li ġejjin:

l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ tagħlim mhux formali fl-edukazzjoni formali;

il-ħolqien ta’ tranżizzjonijiet faċli bejn l-opportunitajiet ta’ tagħlim formali u mhux formali;

l-iggwidar taż-żgħażagħ sabiex jitgħallmu mill-esperjenza;

il-ħolqien ta’ rabta tal-iskejjel mal-ħidma maż-żgħażagħ fil-lokal;

iż-żgħażagħ għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-proċess tat-tagħlim;

ir-rikonoxximent tal-ħiliet li jkunu nkisbu permezz tal-attivitajiet volontarji u t-tagħlim mhux formali (iċ-ċertifikat Youthpass huwa eżempju tajjeb u dan għandu jkun estiż għal aktar azzjonijiet u attivitajiet, fosthom dawk barra l-programm iż-Żgħażagħ f’Azzjoni);

Għandu jkun hemm sistema ċara li tevalwa l-ħiliet miksuba permezz tal-edukazzjoni mhux formali u informali.

4.2.4

Il-proporzjon ta’ żgħażagħ li jkollhom jaħdmu sabiex jiffinanzjaw l-istudji tagħhom qiegħed dejjem jiżdied, u dan sar ukoll fattur prinċipali li jwassal biex ma jgħaddux mill-eżamijiet.

4.2.5

Iż-Żgħażagħ f’Azzjoni u l-programmi bħal Comenius, Erasmus u Erasmus Mundus jistgħu jaħsbu għal azzjonijiet u finanzjamenti mmirati aħjar sabiex ikunu jistgħu jwettqu dawn il-miri fil-futur. Dawn il-programmi għandhom isiru aktar aċċessibbli għall-kategoriji kollha taż-żgħażagħ.

4.3   L-impjiegi

4.3.1

Hemm rabta diretta bejn l-edukazzjoni u l-kapaċità għall-impjieg: aktar ma jkun għoli l-livell tal-edukazzjoni, anqas ikun ir-riskju tal-qgħad (5). B’mod partikolari, dawk li jabbandunaw l-edukazzjoni tagħhom qabel il-waqt jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar sabiex isibu xogħol, bir-riżultat ta’ dħul baxx li jpoġġihom fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

4.3.2

L-inugwaljanza soċjali, dejjem aktar u b’mod aktar konsistenti, qed twassal lejn suċċess mhux ugwali f’dawk li huma l-istudji, l-akkwist tal-kwalifiki u l-aċċess lejn impjiegi tas-snajja. Impjegati żgħażagħ jinsabu f’qagħda inċerta, jaqilgħu pagi baxxi, b’kundizzjonijiet tax-xogħol u livell tal-għajxien mhux deċenti. Il-kwalifiki m’għadhomx il-garanzija kontra l-qgħad jew id-dekwalifikazzjoni, u s-soċjetà jeħtieġ li tagħmel il-parti tagħha sabiex tgħin lil dawk effettwati billi tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

4.3.3

Sabiex iż-żgħażagħ kollha jingħataw prospetti sikuri għall-futur, minbarra li jkun hemm titjib fil-ħiliet, huwa importanti b'mod speċjali f’dan il-kuntest, li jissaħħu l-miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol immirati lejn iż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu x-xogħol u li jitneħħew il-problemi strutturali li jaffettwaw it-transizzjoni mit-taħriġ għall-impjieg.

4.3.4

Ħafna żgħażagħ iħallu pajjiżhom fit-tfittxija tagħhom għall-impjiegi li jirrendu aktar u li jkunu aktar attraenti. Din tapplika għall-kategoriji kollha edukattivi u twassal għall-migrazzjoni permanenti ta’ nies ta’ ħila (brain drain), speċjalment mill-Istati Membri ġodda. Din m’għandhiex x’taqsam mal-mobilità temporanja li hija ta’ ġid għall-kulħadd (iż-żgħażagħ, is-soċjetajiet, l-ekonomiji) u li għandha tiġi mħeġġa fl-UE.

4.3.5

Ix-xogħol huwa kemm fattur ta’ dinjità personali u kollettiva, kif ukoll fattur ta’ inklużjoni soċjali. In-nuqqas ta’ ċertezza fuq il-post tax-xogħol, pagi baxxi u s-sahra jostakolaw il-proċess tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma’ dik personali/familjari.

4.3.6

It-transizzjoni taż-żgħażagħ mid-dinja tal-iskola għal dik tax-xogħol għandha tkun indirizzata aktar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Mingħajr l-iżvilupp tajjeb ta’ pariri relatati mal-karriera u l-għoti tal-pariri, kif ukoll sistemi edukattivi li jkunu żviluppati skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, il-kwistjoni dwar il-qgħad taż-żgħażagħ ser tibqa’ mhux solvuta.

4.3.7

Fil-kuntest ta’ dak kollu li ssemma hawn fuq, il-Kumitat jirrakkomanda li l-istrateġija tal-UE għandha tissejjes fuq miżuri speċifiċi fl-oqsma li ġejjin:

il-provvista ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali aħjar u aktar aċċessibbli, sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsibu posthom fis-suq tax-xogħol bl-inqas problemi possibbli u li jibqgħu fl-impjieg;

l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jassiguraw li l-impjieg għal perijodu qasir u li mhuwiex sikur ma jsirx in-norma għaż-żgħażagħ;

l-iżvilupp ta’ servizz ta’ pariri u informazzjoni dwar il-karrieri, li jkun disponibbli b’mod ġenerali u aċċessibbli faċilment, għaż-żgħażagħ tfajliet u ġuvintur fil-livelli kollha tat-taħriġ, kif ukoll il-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għal taħriġ intern u apprendistati ta’ kwalità (permezz ta’ xi tip ta’ qafas Ewropew għall-kwalità),

jiġi żgurat appoġġ attiv minn kmieni għaż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu post fil-korsijiet tat-taħriġ jew impjieg, programmi speċjalizzati għall-integrazzjoni ta’ gruppi bi problemi, bħaż-żgħażagħ li ilhom ħafna qiegħda u dawk li telqu kmieni mill-iskola jew minn korsijiet tat-taħriġ, eż. permezz ta’ proġetti tal-impjieg fil-komunità u l-promozzjoni tat-taħriġ,

it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u min iħaddem,

il-ħolqien ta’ rabtiet bejn is-sistemi edukattivi u n-negozju, fejn dan ikun utli;

il-ħolqien ta’ rabtiet bejn l-assoċjazzjonijiet u r-rikonoxximent tal-attivitajiet volontarji.

il-promozzjoni tal-aħjar prattiki fost dawk kollha kkonċernati,

tkun żviluppata aktar l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda,

inkoraġġiment tal-mobilità permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi (6)

4.3.8

L-inizjattiva sabiex tintuża t-tema dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ fiċ-ċiklu tad-djalogu strutturat tal-2010 hija milqugħa u tirrappreżenta opportunità tajba għall-promozzjoni ta’ din il-kwistjoni.

4.3.8

Fid-dinja tax-xogħol, ir-rwol tal-imsieħba soċjali huwa partikularment importanti. L-imsieħba soċjali Ewropej huma impenjati bis-sħiħ f’dan il-qasam u l-parteċipazzjoni akbar ta’ żgħażagħ b’ħiliet u kompetenzi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol dejjem kienet waħda mill-prijoritajiet fil-programmi tal-ħidma konġunta tagħhom.

4.4   Il-kreattività u l-intraprenditorija

4.4.1

L-appoġġ għall-innovazzjoni fil-proġetti taż-żgħażagħ u l-attivitajiet intraprenditorjali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament huwa sfida, iżda dan għandu jingħata sabiex ikun hemm l-opportunitajiet ta’ tagħlim orjentati mar-riżultati tal-parteċipanti. Aktar riżorsi finanzjarji għandhom jiġu milqugħa sabiex jiġu promossi inizjattivi bħal dawn. Dan minħabba li f’ħafna Stati Membri l-iffinanzjar nazzjonali huwa skars jew ma’ jeżistix.

4.4.2

L-intraprenditorija m’għandhiex tkun ristretta biss mil-lat ekonomiku tagħha, iżda jeħtieġ li nħarsu lejha b’mod aktar wiesa’ u olistiku bħala l-ispirtu intraprenditorjali li jidentifika jew joħloq opportunità u jieħu azzjoni li tkun immirata sabiex din titwettaq irrispettivament mill-qasam (soċjali, politiku eċċ.).

4.4.3

Il-KESE jirrakkomanda li l-intraprenditorija soċjali fost iż-żgħażagħ għandha tkun inkoraġġita u appoġġjata.

4.4.4

Il-programmi għall-iżvilupp tal-ħsieb kreattiv u s-soluzzjoni tal-problemi għandhom ikunu disponibbli fil-livelli kollha edukattivi.

4.4.5

Għandhom jinħolqu programmi ta’ “mentoring” tal-kumpaniji li għadhom jibdew (start-up) (l-intraprenditorija), kif ukoll skemi ta’ appoġġ għal kull tip ta’ intraprenditorija (7).

4.5   Is-saħħa u l-isport

4.5.1

l-isport u l-attività fiżika huma għodod importanti sabiex jintlaħqu ż-żgħażagħ. Huma jikkontribwixxu lejn stil ta’ ħajja f’saħħitha, lejn ċittadinanza parteċipattiva kif ukoll l-integrazzjoni soċjali. Bħala prerekwiżit, għandu jkun hemm inqas enfasi fuq l-isport bħala attività tal-ispettatur, filwaqt li għandu jiġi promossġi promossa l-isport tal-massa, kif ukoll dak rikreattiv u mhux kompetittiv.

4.5.2

Il-laqgħat tal-isport bil-parteċipazzjoni attiva huma pjuttost komuni fil-qasam tal-għaqdiet tal-isport rikreattiv, u jattiraw żgħażagħ minn oqsma soċjali differenti. Jista’ jinkiseb potenzjal kbir meta dawn jiġu assoċjati mal-użu ta’ metodi ta’ tagħlim mhux formali f’dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ fil-promozzjoni tal-isport u l-attività fiżika għaż-żgħażagħ.

4.5.3

Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE u nazzjonali għandhom ikunu involuti aktar fil-kampanji tal-UE li għaddejjin bħalissa dwar it-trawwim ta’ stili ta’ ħajja f’saħħithom li jindirizzaw: l-isfidi dwar in-nutrizzjoni, l-ħsara marbuta mal-alkoħol, it-tabakk u d-drogi, kif ukoll is-saħħa mentali. Ir-reviżjoni tal-istrateġiji tal-UE dwar dawk il-kwistjonijiet għandu jkollha aktar enfasi fuq iż-żgħażagħ bħala grupp speċjali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkunsidra wkoll li tfassal strateġija tal-UE dwar is-saħħa sesswali b’aċċenn partikolari fuq iż-żgħażagħ.

4.5.4

Il-Programm tas-Saħħa tal-UE għandu jkun promoss fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Il-programm jista’ jkun sors ta’ fondi addizzjonali għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja f’saħħithom. L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom ikunu inkoraġġiti u jibbenefikaw minn din l-inizjattiva tal-UE billi jaħdmu flimkien mal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa.

4.5.5

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom iħarsu wkoll lejn il-kwistjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fir-rigward taż-żgħażagħ. Id-data nazzjonali u Ewropea tindika li l-ħaddiema żgħażagħ qegħdin f’riskju akbar li jkollhom inċident fuq il-post tax-xogħol. Ir-rata tal-inċidenza ta’ inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol kienet aktar minn 40 %, ogħla fost dawk li għandhom bejn it-18 u l-24 (8) meta mqabbla ma’ ħaddiema akbar fl-età.

4.6   Il-parteċipazzjoni

4.6.1

Il-KESE jidhirlu li l-Istrateġija proposta għandu jkollha approċċ pragmatiku lejn il-parteċipazzjoni, u li din għandha tkun aktar minn strument politiku. Hemm il-ħtieġa ta’ djalogu ġenwin u trasparenti fost iż-żgħażagħ u dawk responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali).

4.6.2

Il-KESE jara dawn l-opportunitajiet sabiex tintlaħaq din il-mira:

l-iżvilupp ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni attraenti u li jisgħu jiġu applikati faċilment;

il-ħolqien ta’ opportunitajiet u strutturi ta’ parteċipazzjoni għaż-żgħażagħ;

it-trasferiment u l-iskambju ta’ prattiki tajba;

il-ħolqien u l-appoġġ tal-kunsilli taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

l-iżvilupp ta’ opportunitajiet fejn ikunu jistgħu jesprimu lilhom infushom iż-żgħażagħ żvantaġġjati, u dawk fi gruppi informali;

it-tneħħija tal-ostakli għall-mobilità hija s-soluzzjoni sabiex iż-żgħażagħ jipparteċipaw u jifhmu aħjar it-temi Ewropej;

isir użu sħiħ tal-għodod rilevanti għall-parteċipazzjoni kif diġà żviluppati mill-atturi differenti fil-livell Ewropew u nazzjonali (9);

it-tmexxija ta’ djalogu strutturat kontinwu flimkien mal-atturi kollha (bħalma huma ż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-professjonisti, ir-riċerkaturi, l-esperti, l-imsieħba soċjali, il-politiċi eċċ.).

4.6.3

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-istrutturi taż-żgħażagħ u fis-soċjetà ċivili b’mod ġenerali għandha tiżdied. Hemm il-ħtieġa ta’ fehim aktar ċar u promozzjoni aħjar tal-kunċetti bħalma huma l-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva.

4.7   L-inklużjoni soċjali

4.7.1

It-trawwim tal-potenzjal taż-żgħażagħ għandu jkun ta’ tħassib kontinwu għas-soċjetà. Għaldaqstant, hemm il-ħtieġa li jittejjeb l-approċċ lejn iż-żgħażagħ żvantaġġjati permezz ta’ miżuri speċifiċi.

4.7.2

Il-ħidma maż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali huma strumenti b’saħħithom sabiex jintegraw liż-żgħażagħ. L-aħjar mod kif jistgħu jkunu avviċinati dawk li jabbandunaw l-edukazzjoni tagħhom qabel il-waqt jew persuni li ġejjin minn familji tal-migranti huwa f’ambjent mhux formali żviluppat sabiex titnaqqas il-possibbiltà tal-esklużjoni soċjali. Il-proċess m’għandux jiffoka fuq il-problema jew fuq dawk li diġà jinsabu fi problemi.

4.7.3

Il-KESE jirakkomanda li tiġi stabbilita azzjoni ddedikata għall-proġetti u l-attivitajiet sabiex jindirizzaw direttament liż-żgħażagħ żvantaġġjati (din tista’ tidħol fil-programm attwali iż-Żgħażagħ f’Azzjoni). Din m’għandhiex tieħu post il-prijorità prinċipali tal-programm, iżda għandha tpoġġi aktar attenzjoni dwar l-esklużjoni soċjali taż-żgħażagħ żvantaġġjati.

4.7.4

Huwa meħtieġ sforz akbar sabiex tintlaħaq il-koeżjoni soċjali fir-reġjuni fejn l-involviment taż-żgħażagħ huwa iktar baxx.

4.7.5

Id-dikjarazzjoni tas-sena 2010 bħala s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali hija opportunità tajba sabiex titrawwem u tiġi żviluppata din it-tema.

4.8   Il-volontarjat

4.8.1

Kif diġà stqarr il-KESE f’opinjonijiet preċedenti, il-volontarjat jiswa daqs mitqlu deheb fejn jidħol l-iżvilupp personali, l-inklużjoni soċjali u professjonali fis-soċjetà filwaqt li jilgħab rwol importanti fl-inklużjoni taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet (10).

4.8.2

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-volontarjat, l-Unjoni Ewropea għandha żżomm fuq l-aġenda politika tagħha l-ħtieġa li jkun żgurat ir-rikonoxximent aħjar tal-attivitajiet volontarji. Eżempju tajjeb li jista’ jkun estiż huwa l-Youthpass. Inizjattivi bħalma huma s-servizz volontarju Ewropew għandhom ikunu żviluppati aktar u l-valur tal-volontarjat għandu jkun rikonoxxut ukoll f’forom oħra ta’ involviment (pereżempju, l-azzjonijiet l-oħra fil-programm iż-Żgħażagħ f’Azzjoni).

4.8.3

Għandhom ikunu żviluppati aktar sinerġiji bejn is-sistemi tal-volontarjat Ewropej u dawk nazzjonali. F’dan il-kuntest, bit-tħaddim ta’ kunċetti differenti ta’ volontarjat, id-definizzjoni tal-volontarjat għandha tkun armonizzata sabiex tkun applikata fil-kuntesti differenti.

4.8.4

Kif diġà ġie propost, huwa essenzjali li fil-qasam tal-volontarjat tkun żgurata kooperazzjoni aħjar bejn il-programmi attwali fuq livell nazzjonali u Ewropew, sabiex jonqsu l-ostakli tekniċi kif ukoll il-kwistjonijiet dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti. Il-KESE talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkunsidra li toħloq marka għall-programmi ta’ skambju li tilħaq il-livelli tal-kwalità tal-Unjoni. Il-kwalità tal-attivitajiet volontarji, tkun xi tkun il-forma tagħhom, hija importanti u jeħtieġ li tkun żgurata b’mezzi xierqa (11).

4.8.5

Għandhom isiru sforzi wkoll sabiex ikun evitat li s-servizzi ta’ volontarjat jieħdu post forom differenti ta’ impjiegi.

4.8.6

Il-KESE jitlob lill-Kunsill sabiex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar is-sena 2011, bħala s-sena Ewropea ta’ volontarjat. Nhar il-5 ta’ Diċembru, li hija l-ġurnata internazzjonali tal-voluntiera, hija opportunità tajba sabiex tippromovi u tiżviluppa din il-kwistjoni.

4.9   Iż-żgħażagħ u d-dinja

4.9.1

Iż-żgħażagħ huma wkoll “fatturi” li jintlaqtu direttament mill-proċess tal-globalizzazzjoni. Hemm bżonn għarfien aħjar dwar l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq iż-żgħażagħ, permezz ta’ riċerka xjentifika. Permezz tal-parteċipazzjoni fi proġetti u attivitajiet li jiżviluppaw sens ta’ solidarjetà u kuxjenza globali, iż-żgħażagħ iħossuhom aktar responsabbli lejn il-komunità dinjija.

4.9.2

Kwistjonijiet globali (l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli) għandhom ikunu integrati fil-politika taż-żgħażagħ b’tali mod li l-politika taż-żgħażagħ u l-proġetti taż-żgħażagħ jikkontribwixxu lejn żviluppi f’dan il-qasam. B’riżultat ta’ dan, iż-żgħażagħ għandhom ikunu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu indirizzati l-politiki dinjija.

4.9.3

L-inizjattiva sabiex tintuża t-tema taż-Żgħażagħ u d-Dinja fiċ-ċiklu tad-djalogu strutturat għas-sena 2011, hija milqugħa u tirrappreżenta opportunità tajba għall-promozzjoni ta’ din il-kwistjoni.

5.   L-għodod u l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta’ kooperazzjoni

5.1

Il-KESE jiddispjaċih li l-istrateġija proposta ma tispeċifikax metodi konkreti dwar l-implimentazzjoni u l-modi kif għandu jitkejjel il-progress fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri. Madankollu, huwa mistenni li l-MMK jibqa’ l-mekkaniżmu prinċipali. Il-KESE jemmen li dan għandu jkun kumplementat minn patt Ewropew imġedded għaż-Żgħażagħ.

5.2

Il-qafas ta’ kooperazzjoni tal-futur għandu jkun mibni fuq djalogu strutturat imtejjeb li jkun inklużiv kemm jista’ jkun, u żviluppat fil-livelli kollha lokali, jinvolvi liż-żgħażagħ, dawk attivi fil-ħidma maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-aġenziji nazzjonali, ir-riċerkaturi żgħażagħ u dawk kollha interessati matul iċ-ċiklu politiku sħiħ u fl-oqsma kollha ta politika. Dan għandu jissejjes fuq bażi wiesa’ permezz ta’ approċċ li jibda minn isfel għal fuq (bottom-up) u li jinkludi forom attivi ta’ ċittadinanza parteċipattiva li jinvolvu ż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

5.3

Il-proċess tat-tfassil tal-politika fl-istrateġija proposta għandu jkun kemm jista’ jkun trasparenti u msejjes fuq l-esperjenza. Il-KESE jirrakkomanda li l-bażi tad-data taċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ (12) tintuża għall-pubblikazzjoni tar-rapporti kollha, il-ġbir tad-data u l-analiżi.

5.4

Iż-żgħażagħ għandhom ikunu fil-qalba tal-proċess u l-ħidma maż-żgħażagħ hija l-aktar approċċ effettiv sabiex jintlaħqu. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni u t-titjib fil-kwalità tal-ħidma maż-żgħażagħ għandha tkun il-prijorità.

Brussell, 1 ta’ Ottubru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Fil-livell Ewropew, 33 % taż-żgħażagħ biss iqisu li huma għandhom rwol determinanti fis-soċjetà, filwaqt li 50 % iqisu li m’għandhomx opportunitajiet biżżejjed sabiex isemmgħu leħinhom (ir-riżultati tal-konsultazzjoni online fil-qasam taż-żgħażagħ – 2008).

(2)  Ara r-riżultati tar-riċerka mill-proġett UP2YOUTH li kienu ppreżentati fir-rapport tal-UE dwar iż-żgħażagħ f’April 2009.

(3)  Ara l-opinjoni tal-KESE tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar “Intejbu l-Kwalità tal-Edukazzjoni tal-Għalliema”, relatur: is-Sur Soares (ĠU C 151, 17.6.2008).

(4)  67 % tal-adoloxxenti u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ mhumiex sodisfatti bis-sistemi edukattivi nazzjonali (riżultati tal-konsultazzjoni online fil-qasam taż-żgħażagħ – 2008).

(5)  Skont rapport tal-UE dwar iż-żgħażagħ, li kien ippreżentat f’April 2009, il-popli tal-Istati Membri li għandhom edukazzjoni tal-ewwel snin tas-sekondarja jinsabu fir-riskju tal-qgħad tliet darbiet aktar minn dawk li għandhom edukazzjoni għolja.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar “Il-Komunikazzjoni biex jinġieb ‘il quddiem is-sehem sħiħ taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjetà”, relatur: is-Sur Trantina (ĠU C 151, 17.6.2008).

(7)  Il-konklużjonijiet tal-attività taż-żgħażagħ organizzata fi Praga mill-Presidenza Ċeka għall-Kunsill tal-UE, 2 - 5 ta’ Ġunju 2009.

(8)  Statistiki Ewropej dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol (ESAW).

(9)  Bħal ma’ hija l-Karta Ewropea Riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa: http://www.coe.int/t/dg4/youth/Resources/Documents/Bibliographies/Political_participation_en.asp

(10)  Ara l-opinjoni tal-KESE tat-13.12.2006 dwar “L-attivitajiet volontarji, ir-rwol tagħhom fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħhom”, relatur: is-Sinjura Koller (ĠU C 325, 30.12.2006).

(11)  Ara l-Opinjoni esploratorja tal-KESE tal-25 ta’ Frar 2009 dwar “is-Servizz Ċiviku Ewropew”, relatur: is-Sur Janson, korelatur: is-Sur Sibian (ĠU C 218, 11.9.2009).

(12)  http://youth-partnership.coe.int/youth-partnership/ekcyp/index


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/121


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets”

COM(2009) 268 finali - 2009/0077 (COD)

2009/C 318/23

Nhar it-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 152(4b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu CES 1411/2000 u CESE 1705/2007 adottati fid-29 ta’ Novembru 2000 (1) u t-12 ta’ Diċembru 2007 (2), iddeċieda, matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu tat-30 ta’ Settembru – l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), b’180 vot favur, u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favoreveli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi – ĠU C 116, 20.4.2001, p. 54 (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoniĠU C 120, 16.5.2008, p. 49.