ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.297.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
5 ta' Diċembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 297/01

Nota ta’ informazzjoni dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali

1

2009/C 297/02

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 282, 21.11.2009

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 297/03

Kawża C-35/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Grundstücksgemeinschaft Busley/Cibrian vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften (Moviment liberu tal-kapital — Proprjetà immobbli — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis tat-telf li jirriżulta mill-kiri tad-dħul taxxabbli ta’ persuna taxxabbli — Applikazzjoni ta’ deprezzament digressiv fuq l-ispejjeż ta’ akkwist jew ta’ kostruzzjoni — Trattament fiskali iktar favorevoli rriżervat biss għal proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali)

7

2009/C 297/04

Kawża C-101/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Lussemburgu) — Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine De Schorlemer, Jacques Funck, Jean Petitdidier vs Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ) (Direttivi 77/91/KEE, 79/279/KEE u 2004/25/KE — Prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-azzjonisti b’minoranza — Ineżistenza — Dritt tal-kumpanniji — Akkwist ta’ kontroll — Offerta obbligatorja — Rakkomandazzjoni 77/534/KEE — Kodiċi ta’ kondotta)

7

2009/C 297/05

Kawża C-116/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — C. Meerts vs Proost NV (Direttiva 96/43/KE — Ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, iċ-CEEP u l-ETUC — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2(6) u (7) — Leave tal-ġenituri part-time — Tkeċċija tal-ħaddiem qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ leave tal-ġenituri mingħajr osservanza tat-terminu legali ta’ avviż — Kalkolu tal-kumpens)

8

2009/C 297/06

Kawża C-138/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Fővárosi Ítélőtábla — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság (Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċeduri mibdija wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/18/KE u qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva — Proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi ammess numru minimu ta’ kandidati xierqa — Obbligu li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina)

9

2009/C 297/07

Kawża C-196/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — L-Italja) — Acoset SpA vs Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa, Comune di Comiso (RG), Comune di Modica (RG), Provincia Regionale di Ragusa, Comune di Acate (RG), Comune di Chiaramonte Gulfi (RG), Comune di Giarratana (RG), Comune di Ispica (RG), Comune di Monterosso Almo (RG), Comune di Pozzallo (RG), Comune di Ragusa, Comune di Vittoria (RG), Comune di Santa Croce Camerina (RG), Comune di Scicli (RG) (Artikoli 43 KE, 49 KE et 86 KE — Għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Għoti tas-servizz tal-ilma lil kumpannija pubblika-privata — Proċedura ta’ kompetizzjoni — Ħatra tas-soċju privat inkarigat mill-operat tas-servizz — Għoti barra mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi)

9

2009/C 297/08

Kawża C-232/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 850/1998 — Artikolu 29(2) — Restrizzjonijiet fuq sajd għall-barbun tat-tbajja — Saħħa tal-magna massima tal-bastimenti tas-sajd — Regolament (KEE) Nru 2847/93 — Artikolu 2(1) — Regolament (KE) Nru 2371/2002 — Artikolu 23 — Implementazzjoni tal-kontroll u l-eżekuzzjoni tar-regoli)

10

2009/C 297/09

Kawża C-242/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Swiss Re Germany Holding GmbH vs Finanzamt München für Körperschaften (Sitt Direttiva tal-VAT — Il-ħames inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 13B(a), (ċ) u (d)(2) u (3) — Kunċett ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni — Trasferiment bi ħlas ta’ portfolio ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuna stabbilita fi Stat terz — Determinazzjoni tal-post ta’ dan it-trasferiment — Eżenzjonijiet)

10

2009/C 297/10

Kawża C-255/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Determinazzjoni tal-limiti — Daqs tal-proġett — Transpożizzjoni inkompleta)

11

2009/C 297/11

Kawżi magħquda C-261/08 u C-348/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Murcia — Spanja) — María Julia Zurita Garcia (C-261/08), Aurelio Choque Cabrera (C-348/08) vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia (Visas, asil u immigrazzjoni — Miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni — Artikolu 62 (1) u (2)(a) KE — Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Artikoli 6b u 23 — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Artikoli 5, 11 u 13 — Preżunzjoni fir-rigward tat-tul tas-soġġorn — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, skont iċ-ċirkustanzi, jew l-impożizzjoni ta’ multa jew inkella t-tkeċċija)

12

2009/C 297/12

Kawża C-263/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd (Direttiva 85/337/KEE — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent — Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent)

12

2009/C 297/13

Kawża C-275/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/36/KEE — Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi — Proċedura negozjata mingħajr ma s-sejħa għal offerti tiġi ppubblikata minn qabel)

13

2009/C 297/14

Kawża C-301/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Lussemburgu) — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA (Politika tat-trasport — Regolament (KE) Nru 2027/97 — Konvenzjoni ta’ Varsavja — Responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti — Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit)

13

2009/C 297/15

Kawża C-324/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Makro Zelfbedieningsgroothandel C.V., Metro Cash & Carry B.V., Remo Zaandam B.V. vs Diesel S.P.A. (Direttiva 89/104/KEE — Dritt tat-trade marks — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn terzi — Kunsens impliċitu — Kundizzjonijiet)

14

2009/C 297/16

Kawża C-425/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Enviro Tech (Europe) Ltd vs L-Istat Belġjan (Ambjent u Protezzjoni tal-konsumaturi — Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar tan-n-propil bromid bħala sustanza perikoluża — Direttiva 2004/73/KE — Direttiva 67/548/KEE — Obbligu ta’ traspożizzjoni)

14

2009/C 297/17

Kawża C-438/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 96/96/KE — Leġizlazzjoni nazzjonali — Kundizzjonijiet ta’ aċċess restrittivi għall-attività ta’ testijiet ta’ vetturi — Artikolu 45 KE — Attivitajiet konnessi mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Sigurtà fit-toroq — Proporzjonalità)

15

2009/C 297/18

Kawża C-449/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla), tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — l-Olanda) — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Politika agrikola komuni — Sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali — Riżerva nazzjonali)

15

2009/C 297/19

Kawża C-30/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Artikolu 11 — Pjani ta’ emerġenza esterni)

16

2009/C 297/20

Kawża C-181/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Mejju 2009 — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD

16

2009/C 297/21

Kawża C-328/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

17

2009/C 297/22

Kawża C-358/09 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2009 minn DSV Road NV kontra s-sentenza tat-8 ta’ Lulju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-219/07, DSV Road NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

17

2009/C 297/23

Kawża C-360/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bonn (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2009 — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt

18

2009/C 297/24

Kawża C-367/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit-8 ta’ Settembru 2009 — Belgisch Interventie- en Restitutiebureau vs SGS Belgium NV, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV

18

2009/C 297/25

Kawża C-375/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2009 — Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

19

2009/C 297/26

Kawża C-382/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fit-28 ta’ Settembru 2009 — SIA Stils Met vs Valsts ieņēmumu dienests

19

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 297/27

Kawża T-339/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — Juwel Aquarium vs UASI — Potschak (Panorama) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Panorama — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

20

2009/C 297/28

Kawża T-80/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — CureVac vs UASI Qiagen (RNAiFect) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RNAiFect — Trade mark verbali preċedenti RNActive — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

20

2009/C 297/29

Kawża T-137/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — BCS vs UASI — Deere (Tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Raġuni relattiva għal rifjut — Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar — Artikolu 8(4) u l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))

21

2009/C 297/30

Kawża T-307/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Ottubru 2009 — Aldi Einkauf vs UASI — Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

21

2009/C 297/31

Kawża T-120/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

21

2009/C 297/32

Kawża T-369/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2009 — Sociedade Quinta do Portal vs UASI — Vallegre — Vinhos do Porto (PORTO ALEGRE)

22

2009/C 297/33

Kawża T-381/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2009 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

22

2009/C 297/34

Kawża T-382/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2009 — ERGO Versicherungsgruppe vs UASI — DeguDent (ERGO)

23

2009/C 297/35

Kawża T-384/09: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2009 — SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il-Kummissjoni

23

2009/C 297/36

Kawża T-391/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Evonik Degussa u AlzChem Hart vs Il-Kummissjoni

24

2009/C 297/37

Kawża T-392/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2009 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

25

2009/C 297/38

Kawża T-393/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2009 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — Nokia (NaViKey)

26

2009/C 297/39

Kawża T-394/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)

26

2009/C 297/40

Kawża T-395/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Arques Industries vs Il-Kummissjoni

27

2009/C 297/41

Kawża T-396/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

28

2009/C 297/42

Kawża T-397/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg vs UASI (trade mark figurattiva li tirrappreżenta emblema)

29

2009/C 297/43

Kawża T-400/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — ECKA Granulate u non ferrum Metallpulver vs Il-Kummissjoni

29

2009/C 297/44

Kawża T-401/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

30

2009/C 297/45

Kawża T-402/09 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fl-20 ta’ Lulju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-86/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

30

2009/C 297/46

Kawża T-403/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2009 — Tecnoprocess vs Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk et

31

2009/C 297/47

Kawża T-404/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

31

2009/C 297/48

Kawża T-405/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid tal-kuluri griż u aħmar)

32

2009/C 297/49

Kawża T-415/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2009 — New Yorker SHK Jeans vs UASI Vallis K — Vallis A (FISHBONE)

32

2009/C 297/50

Kawża T-417/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Poslovni Sistem Mercator vs UASI — Mercator Multihull (MERCATOR STUDIOS)

33

2009/C 297/51

Kawża T-422/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — São Paulo Alpargatas vs UASI — Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)

33

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 297/52

Kawża F-16/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Behmer vs Il-Parlament Ewropew (Uffiċjali — Proċedura ta’ attribuzzjoni tal-punti ta’ mertu fil-Parlament Ewropew — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Motivazzjoni mogħtija matul il-kawża)

35

2009/C 297/53

Kawża F-29/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Y vs Il-Kummissjoni (Membri tal-persunal bil-kuntratt — Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta — Kondotta mhux tajba biżżejjed fid-dipartiment)

35

2009/C 297/54

Kawża F-33/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Rifjut ta’ impjieg minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funżjonijiet — Regolarità tal-proċedura — Regolarità tal-vista medika għar-reklutaġġ — Atti preparatorji)

35

2009/C 297/55

Kawża F-74/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009 — Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Taxxa Komunitarja — Kalkolu — Akkumulazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni personali u tal-pensjoni tas-superstiti — Modalitajiet ta’ ġbir tat-taxxa — Data ta’ meta għandu jseħħ it-tnaqqis)

36

2009/C 297/56

Kawża F-76/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Cusack-Gard’ner vs Il-Kummissjoni

36

2009/C 297/57

Kawża F-82/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Nolin vs Il-Kummissjoni

37

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


It-test segwenti jissostitwixxi, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, in-nota ta’ informazzjoni ppubblikata fil ĠU C 143, tal-11 ta’ Ġunju 2005, p. 1, u s-suppliment għal din in-nota ppubblikata fil-ĠU C 64, tat-8 ta’ Marzu 2008.

NOTA TA’ INFORMAZZJONI

dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali

2009/C 297/01

I.   Dispożizzjoniiet ġenerali

1.

Is-sistema tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari hija mekkaniżmu fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandha l-għan li tipprovdi lill-qrati nazzjonali b’mezz sabiex jiggarantixxu interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi ta’ dan id-dritt fl-Istati Membri kollha.

2.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjonijiet preliminari fuq l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u fuq il-validità tal-atti meħuda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni. Din il-ġurisdizzjoni ġenerali ngħatatilha mill-Artikolu 19(3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 13, iktar ’il quddiem it-“TUE”) u l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 47, iktar ’il quddiem it-“TFUE”).

3.

Skont l-Artikolu 256(3) tat-TFUE, il-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tad-domandi preliminari mressqa skond l-Artikolu 267, f’oqsma speċifiċi stabbiliti fl-Istatut. Peress li l-Istatut ma ġiex emendat f’dan ir-rigward, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja, iktar ’il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”, li għandha l-kompetenza tagħti deċiżjonijiet preliminari.

4.

Minkejja li l-Artikolu 267 jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja ġurisdizzjoni ġenerali, diversi dispożizzjonijiet jipprovdu madankollu għal eċċezzjonijiet jew restrizzjonijiet għal din il-ġurisdizzjoni. Dawn huma b’mod partikolari l-Artikoli 275 u 276 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠUUE 2008, C 115, p. 322).

5.

Peress li l-proċedura preliminari hija bbażata fuq il-kollaborazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, deher xieraq li jingħataw l-istruzzjonijiet segwenti lill-qrati nazzjonali sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja ta’ din il-proċedura.

6.

Dawn l-istruzzjonijiet prattiċi, li mhumiex vinkolanti, huma intiżi li jiggwidaw lill-qrati nazzjonali dwar jekk ikunx opportun li jagħmlu rinviju għal deċiżjoni preliminari u, jekk ikun il-każ, jgħinuhom sabiex jifformulaw u jippreżentaw id-domandi li jiġu magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari

7.

Fil-kuntest tal-proċedura preliminari, ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tipprovdi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew li tiddeċiedi dwar il-validità tiegħu, u mhux li tapplika dan id-dritt għas-sitwazzjoni ta’ fatt li minnha toriġina l-kawża prinċipali, rwol li huwa tal-qorti nazzjonali. Mhijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ta’ fatt imqajma fil-kuntest tal-kawża prinċipali u lanqas li taqta’ d-diverġenzi ta’ opinjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dritt nazzjonali.

8.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni filwaqt li tipprova tagħti risposta utli għas-soluzzjoni tal-kwistjoni, iżda hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-konsegwenzi, jekk ikun il-każ, billi ma tapplikax ir-regola nazzjonali kkonċernata.

Id-deċiżjoni li ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-awtur tad-domanda

9.

Fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE, kull qorti ta’ Stat Membru, sa fejn tintalab tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċeduri intiżi għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, tista’, bħala prinċipju, tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (1). Il-kwalifika ta’ qorti hija interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala kunċett awtonomu ta’ dritt tal-Unjoni.

10.

Hija biss il-qorti nazzjonali li tista’ tieħu l-inizjattiva li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, irrispettivament minn jekk saritx jew le talba mill-partijiet fil-kawża prinċipali.

Ir-rinviju għal interpretazzjoni

11.

Kull qorti kkonċernata għandha s-setgħa li tagħmel domanda dwar l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja meta tqis li dan ikun neċessarju sabiex taqta’ l-kontroversja li jkollha quddiemha.

12.

Madankollu, qorti li mid-deċiżjonijiet tagħha ma jkunx hemm appell skont il-liġi nazzjonali għandha, bħala prinċipju, l-obbligu li tagħmel domanda bħal din lill-Qorti tal-Ġustizzja, ħlief jekk tkun diġà teżisti ġurisprudenza fil-materja (u li l-kuntest potenzjalment ġdid ma jqajjimx dubju veru f’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li tiġi applikata din il-ġurisprudenza) jew meta l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjoni legali tkun ċara.

13.

B’hekk, qorti li mid-deċiżjonijiet tagħha jista’ jsir appell tista’, b’mod partikolari meta hija tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija ċara biżżejjed għaliha, tiddeċiedi hija stess fuq l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni u l-applikazzjoni tiegħu għas-sitwazzjoni fattwali li hija tikkonstata. Madankollu, rinviju għal deċiżjoni preliminari jista’ jkun partikolarment utli, fl-istadju xieraq tal-proċeduri, meta jkun hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni ġdida li tippreżenta interess ġenerali għall-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha jew meta l-ġurisprudenza eżistenti ma tidhirx applikabbli għal kuntest fattwali ġdid.

14.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha turi kif l-interpretazzjoni mitluba hija neċessarja sabiex hija tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Ir-rinviju għall-evalwazzjoni tal-validità

15.

Għalkemm il-qrati nazzjonali għandhom il-possibbiltà li jiċħdu l-motivi ta’ invalidità invokati quddiemhom, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha l-possibbiltà li tiddikjara li att ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni huwa invalidu.

16.

Kull qorti nazzjonali għandha għaldaqstant tirrinvija domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja meta hija jkollha dubji dwar il-validità ta’ tali att, filwaqt li tindika r-raġunijiet għaliex hija tikkunsidra li l-imsemmi att jista’ jkun ivvizzjat b’invalidità.

17.

Madankollu, meta jkollha dubji serji fuq il-validità ta’ att ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni li fuqu jkun ibbażat att intern, il-qorti nazzjonali tista’, eċċezzjonalment, tissospendi, b’mod temporanju, l-applikazzjoni ta’ dan l-att intern jew tieħu kull miżura provviżorja oħra fir-rigward tiegħu. Hija b’hekk tkun marbuta li tagħmel id-domanda dwar il-validità lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tindika r-raġunijiet għaliex hija tikkunsidra li l-imsemmi att mhuwiex validu.

Il-mument li fih għandha ssir id-domanda għal deċiżjoni preliminari

18.

Il-qorti nazzjonali tista’ tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja hekk kif tikkonstata li hija neċessarja deċiżjoni fuq il-punt jew il-punti ta’ interpretazzjoni jew ta’ validità sabiex tagħti s-sentenza tagħha; hija din il-qorti li tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddetermina f’liema stadju tal-proċedura jkun xieraq li tirrinvija domanda bħal din.

19.

Ikun madankollu tajjeb li d-deċiżjoni għar-rinviju ta’ domanda preliminari tittieħed fi stadju tal-proċedura fejn il-qorti tar-rinviju tkun fil-pożizzjoni li tiddefinixxi l-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kwistjoni sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-elementi neċessarji kollha biex tivverifika, jekk ikun il-każ, li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għall-kawża prinċipali. Jista’ jkun ukoll fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li d-domanda preliminari ssir wara t-trattazzjoni mill-partijiet.

Il-forma tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari

20.

Id-deċiżjoni li biha l-qorti nazzjonali tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ssir f’kull forma li hija ammessa mid-dritt nazzjonali għall-kwistjonijiet proċedurali. Madankollu, jeħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li huwa dan id-dokument li jservi ta’ bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li din tal-aħħar għandu jkollha l-elementi li jippermettulha tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali. Barra minn dan, hija biss it-talba għal deċiżjoni preliminari li tiġi nnotifikata lill-partijiet interessati li għandhom id-dritt li jissottomettu osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja – b’mod partikolari l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet – u li tiġi tradotta.

21.

Il-bżonn li t-talba tiġi tradotta teżiġi abbozzar sempliċi, ċar u preċiż, mingħajr elementi żejda.

22.

Ħafna drabi, tul li ma jeċċedix madwar tnax-il paġna jkun biżżejjed sabiex il-kuntest tad-domanda preliminari jiġi espost b’mod adegwat. Għalkemm għandha tkun konċiża, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha madankollu tkun suffiċjentement kompleta u tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti b’mod li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll lill-persuni interessati li għandhom id-dritt li jippreżentaw osservazzjonijiet, li jifhmu tajjeb il-kuntest fattwali u d-dritt tal-kawża prinċipali. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha:

tinkludi deskrizzjoni qasira tas-suġġett tal-kawża, kif ukoll tal-fatti rilevanti hekk kif ġew ikkonstatati jew, tal-inqas, tispjega l-ipoteżijiet fattwali li fuqhom hija bbażata d-domanda preliminari;

tirriproduċi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u tidentifika, jekk ikun il-każ, il-ġurisprudenza nazzjonali rilevanti, billi tindika, kull darba, ir-referenzi preċiżi (paġna tal-Ġurnal Uffiċjali jew Ġabra partikolari, possibbilment b’referenza għall-Internet);

tidentifika, bil-preċiżjoni kollha possibbli, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għall-kawża;

tispjega r-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tfittex kjarifika fuq l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali;

tinkludi, jekk ikun il-każ, sunt tal-punti essenzjali tal-argumenti rilevanti tal-partijiet fil-kawża prinċipali.

Ikun utli li l-punti jew il-paragrafi differenti tad-deċiżjoni tar-rinviju jkunu nnumerati sabiex il-qari ta’ tali deċiżjoni u l-possibbiltà li jsir riferiment għaliha jkunu ffaċilitati.

23.

Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tista’, jekk hija tħoss li hija f’pożizzjoni li tagħmel dan, tindika fil-qosor il-fehma tagħha fuq ir-risposta li għandha tingħata lid-domandi preliminari.

24.

Id-domanda jew id-domandi preliminari nfushom għandhom jidhru f’parti distinta u jkunu kjarament identifikati mid-deċiżjoni tar-rinviju, normalment fil-bidu jew fl-aħħar tagħha. Huma għandhom ikunu jinftehmu sewwa mingħajr ma jagħmlu referenza għad-deskrizzjoni tal-motivi tat-talba, li għandha madankollu tipprovdi l-kuntest neċessarju għal evalwazzjoni adegwata.

L-effetti tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari fuq il-proċeduri nazzjonali

25.

Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari timplika s-sospensjoni tal-proċeduri nazzjonali sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni tagħha.

26.

Madankollu, il-qorti nazzjonali xorta jkollha ġurisdizzjoni sabiex tadotta miżuri kawtelatorji, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rinviju għad-determinazzjoni tal-validità (ara l-punt 17 iktar ’il fuq).

L-ispejjeż u l-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas

27.

Il-proċedura preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija bla ħlas u din tal-aħħar ma tiddeċidix fuq l-ispejjeż tal-partijiet fil-kawża prinċipali; hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi f’dan ir-rigward.

28.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ riżorsi ta’ parti u sa fejn ir-regoli nazzjonali jippermettu dan, il-qorti tar-rinviju tista’ tikkonċedi lil din il-parti għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż, b’mod partikolari dawk ta’ rappreżentanza, li hija ssostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar tista’ wkoll tikkonċedi għajnuna legali bħal din fil-każ fejn il-parti inkwistjoni ma tibbenefikax diġà minn għajnuna legali fuq livell nazzjonali jew sa fejn din l-għajnuna ma tkoprix, jew tkopri biss parzjalment, l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-komunikazzjoni bejn il-qorti nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja

29.

Id-deċiżjoni tar-rinviju u d-dokumenti rilevanti (b’mod partikolari, jekk ikun il-każ, il-proċess tal-kawża, jew eventwalment kopja tiegħu) għandhom jintbagħtu direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti nazzjonali bil-posta reġistrata (indirizzata lill-“Greffe de la Cour de Justice, L-2925, Luxembourg”, tel. +352 4303-1).

30.

Sakemm tingħata d-deċiżjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jibqa’ f’kuntatt mal-qorti nazzjonali u jibgħatilha kopji tal-atti tal-proċedura.

31.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat id-deċiżjoni tagħha lill-qorti tar-rinviju. Hija tapprezza li l-qorti nazzjonali tinformaha dwar il-konklużjonijiet li hija tasal għalihom fid-deċiżjoni tal-kawża prinċipali u li tibgħatilha, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni finali tagħha.

II.   Il-proċedura preliminari b’urġenza (PPU)

32.

Din il-parti tan-nota tagħti istruzzjonijiet prattiċi dwar il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza applikabbli għar-rinviji li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Din il-proċedura hija rregolata mill-Artikolu 23a tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE 2008, C 115, p. 210) u mill-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-possibbiltà li ssir talba sabiex tiġi applikata din il-proċedura tiżdied ma’ dik li tintalab l-implementazzjoni tal-proċedura mħaffa, kif previst fl-Artikoli 23a tal-imsemmi protokoll u 104a tar-Regoli tal-Proċedura.

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza

33.

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza tapplika biss għall-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

34.

Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar jekk tapplikax jew le din l-proċedura. Bħala prinċipju, deċiżjoni bħal din tittieħed biss fuq talba motivata tal-qorti tar-rinviju. Fuq bażi eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi ex officio li rinviju jinstema’ skond il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza meta tqis li dan ikun neċessarju.

35.

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza tissemplifika d-diversi stadji tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-applikazzjoni tagħha tinvolvi restrizzjonijiet rilevanti għal din tal-aħħar kif ukoll għall-partijiet u dawk l-oħra interessati li jipparteċipaw fil-proċedura, b’mod partikolari, l-Istati Membri.

36.

Għalhekk, din il-proċedura tista’ tintalab biss f’ċirkustanzi fejn ikun assolutament neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar ir-rinviju fl-iqsar żmien possibbli. Mingħajr mhuwa possibbli li sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu indikati b’mod eżawrjenti minħabba l-fatt, b’mod partikolari, li r-regoli tal-Unjoni li jirregolaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja dejjem jinbidlu u jiġu żviluppati, qorti nazzjonali tista’, per eżempju, tippreżenta talba għal proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: fil-każ, kopert mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 tat-TFUE, ta’ persuna detenuta jew imċaħħda mil-libertà tagħha, meta r-risposta għad-domanda magħmula tkun determinanti għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni legali ta’ din il-persuna, jew fil-każ ta’ kawża li tkun tirrigwarda s-setgħa tal-ġenituri jew il-kustodja tat-tfal, meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita abbażi tad-dritt tal-Unjoni tkun tiddependi mir-risposta għad-domanda preliminari.

It-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza

37.

Sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi malajr jekk ikunx neċessarju li tiġi applikata l-proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza, it-talba għandha tesponi ċ-ċirkustanzi ta’ dritt u ta’ fatt li jiddeterminaw l-urġenza u, b’mod partikolari, ir-riskji li jkun hemm jekk ir-rinviju jinstema’ skond il-proċedura għal deċiżjoni preliminari normali.

38.

Sa fejn huwa possibbli, il-qorti tar-rinviju għandha tindika, fil-qasir, l-opinjoni tagħha dwar ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda jew domandi magħmula. Indikazzjoni bħal din tiffaċilita t-teħid ta’ pożizzjoni mill-partijiet u dawk l-oħra interessati li jieħdu sehem fil-proċeduri, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’hekk tgħin f’li jitħaffu l-proċeduri.

39.

It-talba għal deċiżjoni preliminari b’urġenza għandha tiġi ppreżentata skond forma li tippermetti lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkonstata immedjatament li l-każ għandu jirċievi trattament partikolari. Għal dan il-għan, jeħtieġ li t-talba tiġi ppreżentata f’dokument differenti mid-deċiżjoni ta’ rinviju stess, jew f’ittra separata li tirreferi espressament għal din it-talba.

40.

Għal dak li jikkonċerna d-deċiżjoni ta’ rinviju stess, huwa daqstant ieħor importanti li f’sitwazzjoni ta’ urġenza d-deċiżjoni ta’ rinviju tkun fil-qasir sabiex tgħin fit-tħaffif tal-proċeduri.

Il-komunikazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali u l-partijiet

41.

Għall-komunikazzjoni mal-qorti nazzjonali u l-partijiet quddiemha, il-qrati nazzjonali li jippreżentaw it-talba għal proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza huma mistiedna jindikaw l-indirizz elettroniku jew in-numru tal-faks, li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tuża’ kif ukoll, l-indirizzi elettroniċi jew in-numri tal-faks tar-rappreżentanti tal-partijiet in kwistjoni.

42.

Tista’ l-ewwel tintbagħat kopja tad-deċiżjoni tar-rinviju ffirmata, flimkien ma’ talba għal proċedura għal deċiżjoni preliminari b’urġenza lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ ittra elettronika (ECJ-Registry@curia.europa.eu) jew permezz ta’ faks (+352 43 37 66). It-trattament tar-rinviju u tat-talba jista’ jinbeda hekk kif tiġi rċevuta kopja bħal din. Madankollu, l-oriġinal ta’ dawn id-dokumenti għandu jintbagħat lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-iqsar żmien possibbli.


(1)  Skont l-Artikolu 10(1) sa (3) tal-Protokoll Nru 36, is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jirrigwarda l-atti adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠU 2007, C 306, p. 1), bis-saħħa tat-Titolu VI tat-TUE, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, u li ma ġewx emendati minn dak iż-żmien, jibqgħu l-istess għal perijodu massimu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (1 ta’ Diċembru 2009). Matul dan il-perijodu, tali atti jistgħu għaldaqstant ikunu biss is-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-każ tal-qrati ta’ dawk l-Istati Membri li jkunu aċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li kull Stat jiddetermina jekk il-possibbiltà ta’ rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tkun miftuħa għall-qrati kollha tiegħu jew tkun irriżervata biss għal dawk li jiddeċiedu fl-aħħar istanza.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/6


2009/C 297/02

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 282, 21.11.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 267, 7.11.2009

ĠU C 256, 24.10.2009

ĠU C 244, 10.10.2009

ĠU C 233, 26.9.2009

ĠU C 220, 12.9.2009

ĠU C 205, 29.8.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Grundstücksgemeinschaft Busley/Cibrian vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

(Kawża C-35/08) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Proprjetà immobbli - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis tat-telf li jirriżulta mill-kiri tad-dħul taxxabbli ta’ persuna taxxabbli - Applikazzjoni ta’ deprezzament digressiv fuq l-ispejjeż ta’ akkwist jew ta’ kostruzzjoni - Trattament fiskali iktar favorevoli rriżervat biss għal proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali)

2009/C 297/03

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Grundstücksgemeinschaft Busley/Cibrian

Konvenut: Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 56 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul li tillimita t-tnaqqis tat-telf li jirriżulta mill-kiri ta’ immobbli għat-telf biss li jikkonċerna beni li jinsabu fit-territorju nazzjonali u li tirriserva għal dawn il-beni biss l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ammortizzament għal deprezzament iktar favorevoli.

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membri dwar it-taxxa fuq id-dħul li tissuġġetta d-dritt ta’ persuni fiżiċi residenti u suġġetti kompletament għat-taxxa milli jibbenefikaw kemm mit-tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-telf li jirriżulta mill-kiri u mil-leasing ta’ proprjetà immobbli fis-sena li matulha ikun sar dan it-telf kif ukoll mill-applikazzjoni ta’ deprezzament digressiv fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-kiri u mil-leasing ta’ tali proprjetà immobbli bil-kundizzjoni li din tal-aħħar tkun tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Lussemburgu) — Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine De Schorlemer, Jacques Funck, Jean Petitdidier vs Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ)

(Kawża C-101/08) (1)

(“Direttivi 77/91/KEE, 79/279/KEE u 2004/25/KE - Prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-azzjonisti b’minoranza - Ineżistenza - Dritt tal-kumpanniji - Akkwist ta’ kontroll - Offerta obbligatorja - Rakkomandazzjoni 77/534/KEE - Kodiċi ta’ kondotta”)

2009/C 297/04

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine De Schorlemer, Jacques Funck, Jean Petitdidier

Konvenuti: Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Gran Dukat tal-Lussemburgu) — Interpretazzjoni (1) tal-Artikoli 20 u 42 tad-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji […] dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU 1977, L 26, p. 1), (2) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 1977, li tikkonċerna kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar it-tranżazzjonijiet fuq it-titoli trasferibbli (ĠU L 212, p. 37), (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE, tal-5 ta’ Marzu 1979, li tikkoordina l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ Borża uffiċjali (ĠU L 66, p. 21) u (4) tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, p. 12) — Jeżisti, fid-dritt Komunitarju, prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza tal-azzjonisti? — Fl-affermattiv, x’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis ta’ dan il-prinċipju?

Dispożittiv

Id-dritt Komunitarju ma jinkludix prinċipju ġenerali tad-dritt li permezz tiegħu l-azzjonisti b’minoranza huma protetti bl-obbligu tal-azzjonist dominanti, li jakkwista jew jeżerċita l-kontroll ta’ kumpannija, li joffrilhom li jixtri l-ishma tagħhom bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftehma meta sar l-akkwist ta’ sehem, li ta jew saħħaħ il-kontroll tal-azzjonist dominanti.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — C. Meerts vs Proost NV

(Kawża C-116/08) (1)

(Direttiva 96/43/KE - Ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, iċ-CEEP u l-ETUC - Interpretazzjoni tal-Klawżola 2(6) u (7) - Leave tal-ġenituri part-time - Tkeċċija tal-ħaddiem qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ leave tal-ġenituri mingħajr osservanza tat-terminu legali ta’ avviż - Kalkolu tal-kumpens)

2009/C 297/05

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. Meerts

Konvenuta: Proost NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2(4) sa (7) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, iċ-CEEP u l-ETUC, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 (ĠU L 145, p. 4) — Leave tal-ġenituri part-time — Tkeċċija tal-ħaddiem qabel it-tmiem tal-perijodu tal-leave tal-ġenituri, fin-nuqqas ta’ raġuni serja jew mingħajr osservanza tat-terminu ta’ avviż — Kalkolu tal-kumpens

Dispożittiv

Il-Klawżola 2(6) u (7) tal-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li, f’każ ta’ tmiem unilaterali minn min iħaddem, mingħajr raġuni serja jw mingħajr osservanza tat-terminu legali ta’ avviż, tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiem impjegat għal perijodu indeterminat u full-time filwaqt li dan tal-aħħar jibbenefika minn leave tal-ġenituri part-time, il-kumpens li għandu jitħallas lil dan il-ħaddiem jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-remunerazjoni mnaqqsa li huwa jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Fővárosi Ítélőtábla — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

(Kawża C-138/08) (1)

(Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċeduri mibdija wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/18/KE u qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti - Obbligu li jiġi ammess numru minimu ta’ kandidati xierqa - Obbligu li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina)

2009/C 297/06

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH

Konvenuta: Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

fil-preżenza ta’: Budapest Főváros Önkormányzata

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Ítélőtábla — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU L 199, p. 54), kif ukoll tal-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU L 134, p. 114) — Possibbiltà li titkompla proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti jekk in-numru ta’ kandidati xierqa jkun inqas mill-iktar limitu baxx stabbilit fl-avviż ta’ sejħa għal offerti, kif ukoll min-numru minimu previst għal dan il-għan mid-direttivi ċċitati iktar ’il fuq.

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi], mhijiex applikabbli għal deċiżjoni adottata minn awtorità kontraenti waqt l-għoti ta’ kuntratt pubbbliku għal xogħlijiet, qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.

(2)

L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kuntratt jingħata bi proċedura nnegozjata u n-numru tal-kandidati xierqa ma jilħaqx il-limitu minimu stabbilit għall-proċedura kkonċernata, l-awtorità kontraenti tista’ madankollu tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidat jew lill-kandidati xierqa sabiex jinnegozjaw il-kundizzjonijiet tal-imsemmi kuntratt.

(3)

Id-Direttiva 93/37, kif emendata bid-Direttiva 97/52, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina huwa sodisfatt meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — L-Italja) — Acoset SpA vs Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa, Comune di Comiso (RG), Comune di Modica (RG), Provincia Regionale di Ragusa, Comune di Acate (RG), Comune di Chiaramonte Gulfi (RG), Comune di Giarratana (RG), Comune di Ispica (RG), Comune di Monterosso Almo (RG), Comune di Pozzallo (RG), Comune di Ragusa, Comune di Vittoria (RG), Comune di Santa Croce Camerina (RG), Comune di Scicli (RG)

(Kawża C-196/08) (1)

(“Artikoli 43 KE, 49 KE et 86 KE - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Għoti tas-servizz tal-ilma lil kumpannija pubblika-privata - Proċedura ta’ kompetizzjoni - Ħatra tas-soċju privat inkarigat mill-operat tas-servizz - Għoti barra mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi”)

2009/C 297/07

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Acoset SpA

Konvenuti: Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa, Comune di Comiso (RG), Comune di Modica (RG), Provincia Regionale di Ragusa, Comune di Acate (RG), Comune di Chiaramonte Gulfi (RG), Comune di Giarratana (RG), Comune di Ispica (RG), Comune di Monterosso Almo (RG), Comune di Pozzallo (RG), Comune di Ragusa, Comune di Vittoria (RG), Comune di Santa Croce Camerina (RG), Comune di Scicli (RG)

Fil-preżenza ta’: Saceccav Depurazioni Sacede SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 86 KE — Għoti tas-servizz tal-ilma lil kumpannija pubblika-privata, fejn jintgħażel, permezz ta’ proċedura kompetittiva, is-soċju privat tagħha responsabbli mill-operat tas-servizz — Għoti barra mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE ma jipprekludux l-għoti dirett ta’ servizz pubbliku li jimplika t-twettiq minn qabel ta’ ċerti xogħlijiet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil kumpannija b’kapital pubbliku u privat, maħluqa speċjalment għall-provvista ta’ dan is-servizz u li għandha għan wieħed, li fiha s-soċju privat huwa magħżul fuq sejħa għal offerti pubblika, wara verifika tal-kundizzjonijiet finanzjarji, tekniċi, operattivi u ta’ amministrazzjoni fir-rigward tas-servizz li għandu jiġi żgurat u tal-karatteristiċi tal-offerta fir-rigward tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, bil-kundizzjoni li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni tkun konformi mal-prinċipji ta’ kompetizzjoni libera, ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali imposti mit-Trattat KE għall-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-232/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 850/1998 - Artikolu 29(2) - Restrizzjonijiet fuq sajd għall-barbun tat-tbajja - Saħħa tal-magna massima tal-bastimenti tas-sajd - Regolament (KEE) Nru 2847/93 - Artikolu 2(1) - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Artikolu 23 - Implementazzjoni tal-kontroll u l-eżekuzzjoni tar-regoli)

2009/C 297/08

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u K. Banks, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: M. de Grave u C. Wissels, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni — Sajd għall-barbun tat-tbajja — Spezzjoni u kontroll tal-bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet tagħhom — Responsabbiltà tal-Istati Membri

Dispożittiv

(1)

Billi ppermetta li xi bastimenti tas-sajd ikollhom saħħa tal-magna iktar minn dik awtorizzata mill-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 850/98 tal-Kunsill, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2005, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd Komuni, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 2005.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Swiss Re Germany Holding GmbH vs Finanzamt München für Körperschaften

(Kawża C-242/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Il-ħames inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 13B(a), (ċ) u (d)(2) u (3) - Kunċett ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni - Trasferiment bi ħlas ta’ portfolio ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuna stabbilita fi Stat terz - Determinazzjoni tal-post ta’ dan it-trasferiment - Eżenzjonijiet)

2009/C 297/09

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss Re Germany Holding GmbH

Konvenuta: Finanzamt München für Körperschaften

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 9(2)(e) kif ukoll tal-Artikolu 13B(a), (ċ) u (d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Trasferiment, bi ħlas dovut mill-akkwirent stabbilit fi Stat terz, ta’ portafoll ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja bil-kunsens tal-persuni assigurati u li jinvolvi t-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi kollha inerenti fil-kuntratti trasferiti iżda li ma jinvolvi l-ebda trasferiment ieħor ta’ beni ekonomiċi — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — Applikabbiltà għal din it-tranżazzjoni ta’ waħda mill-eżenzjonijiet imsemmija fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tal-Artikolu 13B tad-Direttiva 77/388/KEE

Dispożittiv

(1)

Trasferiment bi ħlas, minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil kumpannija ta’ assigurazzjonijiet stabbilita fi Stat terz, ta’ portfolio ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja bil-konsegwenza li, din tal-aħħar, tassumi, bil-kunsens tal-assigurati, id-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti, la jikkostitwixxi tranżazzjoni li taqa’ taħt il-ħames inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) u taħt l-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, u lanqas tranżazzjoni li taqa’ taħt l-imsemmi Artikolu 13B(d)(2) u (3) flimkien.

(2)

Fil-kuntest ta’ trasferiment bi ħlas ta’ portfolio li jinkludi 195 kuntratt ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-fatt li mhux min lilu jsir it-trasferiment, iżda ċ-ċedanti, li jħallas korrispettiv, f’dan il-każ l-iffissar ta’ valur negattiv, għall-akkwist ta’ 18 minn dawn il-kuntratti huwa mingħajr rilevanza għar-risposta tal-ewwel domanda.

(3)

L-Artikolu 13B(ċ) tas-Sitt Diretiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal trasferiment bi ħlas ta’ portfolio ta’ kuntratti fuq il-ħajja, bħat-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-255/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Determinazzjoni tal-limiti - Daqs tal-proġett - Transpożizzjoni inkompleta)

2009/C 297/10

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(2) u (3), moqrija flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE u 2003/35 (ĠU L 175, p. 40)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħax id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent jkunu, skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, l-imsemmi artikolu moqri flimkien mal-Annessi I u III ta’ din id-direttiva, suġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni u għal evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Murcia — Spanja) — María Julia Zurita Garcia (C-261/08), Aurelio Choque Cabrera (C-348/08) vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

(Kawżi magħquda C-261/08 u C-348/08) (1)

(Visas, asil u immigrazzjoni - Miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni - Artikolu 62 (1) u (2)(a) KE - Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen - Artikoli 6b u 23 - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Artikoli 5, 11 u 13 - Preżunzjoni fir-rigward tat-tul tas-soġġorn - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, skont iċ-ċirkustanzi, jew l-impożizzjoni ta’ multa jew inkella t-tkeċċija)

2009/C 297/11

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Julia Zurita Garcia (C-261/08), Aurelio Choque Cabrera (C-348/08)

Konvenuta: Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de Murcia -Interpretazzjoni tal-Artikolu 62(1) u (2)(a) KE u tal-Artikoli 5, 11 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti s-sostituzzjoni tal-piena ta’ tkeċċija ma’ ħlas ta’ multa

Dispożittiv

L-Artikoli 6b u 23 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar ir-rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jittimbraw sistematikament id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jemenda d-diposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen u l-manwali komuni għal dan l-għan, kif ukoll l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jinsab f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru minħabba li ma jissodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar it-tul tas-soġġorn applikabbli f’dak l-Istat, l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex obbligat li jadotta deċiżjoni ta’ tkeċċija fil-konfront tiegħu.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008

ĠU C 260, 11.10.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd

(Kawża C-263/08) (1)

(Direttiva 85/337/KEE - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent)

2009/C 297/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening

Konvenuti: Stockholms kommun genom dess marknämnd

Suġġett

Talba għall deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2), 6(4) u 10a u tal-punt 10 tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17) — Assoċjazzjoni lokali mingħajr skop ta’ lukru li pparteċipat fil-proċedura preliminari ta’ permess ta’ xogħlijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru li jappellaw deċiżjonijiet ta’ permess għat-tali xogħlijiet għall-kundizzjoni li jkollhom bħala għan statutorju l-protezzjoni tal-ambjent, li jkunu eżerċitaw attività matul mill-inqas tliet snin u li jkollhom minn tal-inqas 2 000 membru

Dispożittiv

(1)

Xogħlijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali li jinvolvu t-tneħħija minn ġo mina għal kejbils tal-elettriku ta’ ilma ta’ taħt l-art li jnixxi fiha u l-infiltrazzjoni (provvista) ta’ ilma fl-art jew f’għolja biex jikkumpensa għal kull tnaqqis fl-ilma ta’ taħt l-art, u l-bini u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet għat-tneħħija u għall-infiltrazzjoni, jaqgħu taħt il-Punt 10(l) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, indipendentement mid-destinazzjoni finali tal-ilma ta’ taħt l-art u, b’mod partikolari, indipendentement mill-fatt dwar jekk l-ilma jintużax jew le iktar ’il quddiem.

(2)

Il-membri tal-pubbliku kkonċernat fis-sens tal-Artikoli 1(2) u 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom ikollhom il-possibbiltà li jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni li, permezz tagħha, tribunal, li jappartjeni għall-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, ikun iddeċieda dwar talba għal permess ta’ xogħlijiet, ikun liema jkun ir-rwol li seta’ kellhom fl-eżami ta’ din it-talba billi jkunu ħadu sehem fil-proċedura quddiem dan it-tribunal u billi jkunu sostnew il-pożizzjoni tagħhom f’din l-okkażjoni.

(3)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, jipprekludi dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt li jitressaq rikors kontra deċiżjoni li tirrigwarda operazzjoni partikolari li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss fil-konfront ta’ assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li għandhom minn tal-inqas 2 000 membru.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-275/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/36/KEE - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi - Proċedura negozjata mingħajr ma s-sejħa għal offerti tiġi ppubblikata minn qabel)

2009/C 297/13

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU L 199, p. 1) — Kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi konkluż mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti bejn żewġ korpi amministrati mil-liġi pubblika responsabbli għas-servizzi ta’ ipproċessar ta’ data għall-muniċipji

Dispożittiv

(1)

Billi d-Datenzentrale Baden-Württemberg ta kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi permezz ta’ proċedura nnegozzjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Lussemburgu) — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA

(Kawża C-301/08) (1)

(Politika tat-trasport - Regolament (KE) Nru 2027/97 - Konvenzjoni ta’ Varsavja - Responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti - Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit)

2009/C 297/14

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras

Konvenuti: Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU L 285, p. 1), fir-rigward tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata fl-Aja fit-28 ta’ Settembru 1955 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit — Effett tal-pagament bil-quddiem mit-trasportatur, anki jekk barra mill-perijodu ta’ żmien previst mir-Regolament, fuq ir-rikonoxximent tar-responsabbiltà ta’ dan it-trasportatur

Dispożittiv

(1)

Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata bl-erba’ protokolli addizzjonali ta’ Montreal tal-25 ta’ Settembru 1975, ma tagħmilx parti mir-regoli tas-sistema legali Komunitarja li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tinterpreta skont l-Artikolu 234 KE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata bl-erba’ protokolli addizzjonali ta’ Montreal tal-25 ta’ Settembru 1975, għal sitwazzjoni fejn vjaġġatur jinvoka r-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru minħabba d-dannu li huwa sofra waqt titjira bejn l-Istati Membri tal-Komunità.


(1)  ĠU C 236, 13.09.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Makro Zelfbedieningsgroothandel C.V., Metro Cash & Carry B.V., Remo Zaandam B.V. vs Diesel S.P.A.

(Kawża C-324/08) (1)

(Direttiva 89/104/KEE - Dritt tat-trade marks - Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn terzi - Kunsens impliċitu - Kundizzjonijiet)

2009/C 297/15

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Makro Zelfbedieningsgroothandel C.V., Metro Cash & Carry B.V., Remo Zaandam B.V.

Konvenuti: Diesel S.P.A.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark — Prodott imqiegħed fis-suq fil-Komunità jew fiż-ŻEE mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu — Kunsens impliċitu — Kundizzjonijiet

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsens ta’ proprjetarju ta’ trade mark għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti b’din it-trade mark li ssir direttament fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn terzi persuni li ma għandhom l-ebda rabta ekonomika ma’ dan il-proprjetarju jista’ jkun impliċitu, sakemm tali kunsens jirriżulta minn elementi u fatti preċedenti, simultanji jew sussegwenti għat-tqegħid fis-suq f’din iż-żona, li, evalwati mill-qorti nazzjonali, ifissru b’mod ċert rinunzja tal-imsemmi proprjetarju għad-dritt esklużiv tiegħu.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Enviro Tech (Europe) Ltd vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-425/08) (1)

(Ambjent u Protezzjoni tal-konsumaturi - Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar tan-n-propil bromid bħala sustanza perikoluża - Direttiva 2004/73/KE - Direttiva 67/548/KEE - Obbligu ta’ traspożizzjoni)

2009/C 297/16

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enviro Tech (Europe) Ltd

Konvenut: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (il-Belġju) — Validità, fid-dawl tad-Direttiva Qafas tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 196, p. 1), u b’mod partikolari, tal-Annessi V (punt A.9) u VI (punt 4.2.3), tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-29 ta’ April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba tad-Direttiva Qafas 67/548/KEE (ĠU L 152, p. 1) — Dispożizzjonijiet nazzjonali illegali peress li jittrasponu direttiva li preżumibbilment tmur kontra d-direttiva qafas — Klassifikazzjoni tas-sustanza magħrufa bħala n-propil bromid bħala sustanza li tieħu n-nar malajr ħafna u tossika.

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela l-ebda element ta’ tali natura li jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-29 ta’ April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, sa fejn din tikklassifika n-n-propil bromid bħala sustanza li tieħu n-nar malajr ħafna (R11) u tal-kategorija 2 li hija tossika għar-riproduzzjoni (R60).


(1)  ĠU C 327, 20.10.2008


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall

(Kawża C-438/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 96/96/KE - Leġizlazzjoni nazzjonali - Kundizzjonijiet ta’ aċċess restrittivi għall-attività ta’ testijiet ta’ vetturi - Artikolu 45 KE - Attivitajiet konnessi mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Sigurtà fit-toroq - Proporzjonalità)

2009/C 297/17

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Portugall (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u A. Pereira Miranda, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni li timponi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment ta’ korpi li jixtiequ jeżerċitaw, fil-Portugall, l-attività ta’ testijiet ta’ vetturi

Dispożittiv

(1)

Billi timponi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment ta’ korpi ta’ Stati Membri oħra li jixtiequ jeżerċitaw fil-Portugall l-attività ta’ testijiet ta’ vetturi, jiġifieri permezz tar-rekwiżit li l-għoti tal-awtorizzazzjoni għandu jkun fl-interess pubbliku, tar-rekwiżit ta’ kapital azzjonarju minimu ta’ EUR 100 000, tal-limitazzjoni tal-għan li jinsab fil-memorandum ta’ assoċjazzjoni ta’ dawn l-impriżi u tal-impożizzjoni ta’ regoli ta’ inkompatibbiltà fuq is-soċji, il-maniġers u d-diretturi tagħhom, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 43 KE.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla), tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — l-Olanda) — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-449/08) (1)

(Politika agrikola komuni - Sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Iffissar tal-ammont ta’ referenza - Bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali - Riżerva nazzjonali)

2009/C 297/18

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. Elbertsen

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het Bedrijfsleven — Interpretazzjoni tal-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1) u tal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 1) — Sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll relatata ma’ ċċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Nuqqas ta’ għoti ta’ drittijiet għall-ħlas f’ċerti sitwazzjonijiet

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni li tippermettilhom li jiffissaw għal EUR 0 l-ammont ta’ referenza u li ma jagħtu l-ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f’sitwazzjoni speċjali bħal dik imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, sakemm dan l-ammont ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ma jippreġudikax it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u ma joħloqx distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni.

(2)

Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali skont liema ammont ta’ EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont ta’ pagamenti supplimentari li jirriżultaw minn investiment f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ xiri ta’ artijiet, qabel ma jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza li abbażi tiegħu ngħataw drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-30/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11 - Pjani ta’ emerġenza esterni)

2009/C 297/19

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Sipos u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 10, p. 13), kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 345, p. 97) — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni għal ċerti stabbilimenti

Dispożittiv

(1)

Billi ma pprovdietx għall-implementazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt dan l-artikolu.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Mejju 2009 — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD

(Kawża C-181/09)

2009/C 297/20

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canon Kabushiki Kaisha

Konvenuta: IPN Bulgaria OOD

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Settembru 2009 il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tiddikjara li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/17


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-328/09)

2009/C 297/21

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE (1), tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fl-ordinament legali nazzjonali skada fil-21 ta’ Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/17


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2009 minn DSV Road NV kontra s-sentenza tat-8 ta’ Lulju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-219/07, DSV Road NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-358/09 P)

2009/C 297/22

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Appellanti: DSV Road NV (rappreżentanti: A. Poelmans u G. Preckler, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

DSV Road NV titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat, u

tannulla fit-totalità tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-219/07.

Kemm il-darba, fil-każ li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tiġi annullata, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu hija stess:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-24 ta’ April 2007, dwar it-talba ppreżentata mir-Renju tal-Belġju [fajl REC 05/02, C(2007) 176], deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li d-dazji fuq l-importazzjoni li kienu jammontaw għal EUR 168 004,65 u li kienu s-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta’ Awwissu 2002, kellhom jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori u li r-remmissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li tammonta għal EUR 168 004,65 u li kienet is-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta’ Awwissu 2002 mhijiex iġġustifikata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK (1)

L-ewwel aggravju: meta applikat l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Marzu 2006 (2), b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-oneru li jiġi pprovat li ċ-ċertifikati mhux korretti nħarġu abbażi ta’ preżentazzjoni żbaljata tal-fatti min-naħa tal-esportatur, peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza mhux biss iddeċidiet li, mingħajr ebda dubju, dan l-oneru kien fuq l-awtoritajiet doganali li riedu jdaħħlu d-dazji fil-kontijiet a posteriori, iżda wkoll li din il-prova għandha tiġi prodotta permezz ta’ dokumenti oriġinali oġġettivi.

B’dan il-mod il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat ħażin l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK u applikat id-dritt Komunitarju b’mod żbaljat, bil-konsegwenza li kisritu. Għalhekk hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tirrimedja din l-applikazzjoni żbaljata tad-dritt.

It-tieni aggravju: fl-evalwazzjoni tal-prova prodotta quddiemha, il-Qorti tal-Prim’Istanza f’kull każ adottat interpretazzjoni żbaljata peress li l-prova inkwistjoni mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Marzu 2006 ċċitata iktar ’il fuq (3).

B’dan il-mod, il-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet kwalifika ġuridika żbaljata tal-prova prodotta quddiemha u konsegwentement kisret id-dritt Komunitarju (4).

Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li, meta evalwat il-prova, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ddeċidietx b’unanimità u għalhekk tat sentenza paradossali peress li, minn naħa, iddeċidiet li l-provi prodotti mill-Kummissjoni, li kellha l-oneru li tipprova li ċ-ċertifikati mhux korretti kienu nħarġu abbażi ta’ preżentazzjoni żbaljata tal-fatti min-naħa tal-esportatur, kienu suffiċjenti u li, min-naħa l-oħra, fl-istess ħin ċaħdet dawn l-elementi probanti minħabba li ma kinux suffiċjenti sabiex jipproduċu l-prova, invokata mir-rikorrenti, li l-awtoritajiet doganali Tajlandiżi kienu jafu, jew minn tal-inqas, kellhom raġonevolment ikunu jafu li l-merkanzija ma setgħetx tibbenefika minn trattament preferenzjali.

Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi li l-iżbalji li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet fl-interpretazzjoni u l-evalwazzjoni tal-atti tal-proċess prodotti bħala provi jikkostitwixxu nuqqas ta’ motivazzjoni (5).

(2)

F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 239 tal-KDK

Aggravju uniku: il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet iddeċidiet b’mod żbaljat meta, billi bbażat ruħha fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK u fuq l-iżbalji li hija wettqet fl-evalwazzjoni tal-atti tal-proċess prodtti bħala provi, iddeċidiet li s-sitwazzjoni li fiha kienet tinsab l-appellanti ma kinitx sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p.1)

(2)  Sentenza tad-9 ta’ Marzu 2006, Beemsterboer, Kawża C-293/04, Ġabra p. I-2263

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2

(4)  Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, An Taisce u WWF UK vs Il-Kummissjoni, Kawża C-325/94 P, Ġabra 1996, p. I-3739-3740, punti 28 u 30

(5)  Sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Il-Kummissjoni vs Lisrestal et, Kawża C-32/95 P, Ġabra 1996, p. I-5399, punt 40


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bonn (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2009 — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt

(Kawża C-360/09)

2009/C 297/23

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfleiderer AG

Konvenut: Bundeskartellamt

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-akkordji, b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet leżi b’akkordju ma għandhomx, fil-każ fejn jinvokaw talbiet taħt id-dritt ċivili, jingħataw aċċess għall-applikazzjonijiet ta’ klemenza u għall-informazzjoni u dokumenti li ġew innotifikati volontarjament f’dan il-kuntest minn kandidati għal klemenza lill-awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru, skont programm nazzjonali ta’ klemenza fil-kuntest ta’ proċedura ta’ multa intiża (wkoll) għall-osservanza tal-Artikolu 81 KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 205.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit-8 ta’ Settembru 2009 — Belgisch Interventie- en Restitutiebureau vs SGS Belgium NV, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV

(Kawża C-367/09)

2009/C 297/24

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgisch Interventie- en Restitutiebureau.

Konvenuti: SGS Belgium NV, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom effett dirett fis-sistemi legali nazzjonali tal-Istati Membri, fin-nuqqas ta’ marġni ta’ diskrezzjoni ta’ dawn l-Istati Membri kif ukoll ta’ ħtieġa min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali li jadottaw miżuri ta’ implementazzjoni?

(2)

Kumpannija li mill-aspett internazzjonali hija speċjalizzata fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, f’dan il-każ il-Belġju, li ppreżentat dikjarazzjoni ineżatta fir-rigward tal-ħatt, fis-sens tal-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament 3665/87/KEE (2), tista’ tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2988/95/KE u għaldaqstant bħala persuna li pparteċipat fit-twettieq tal-ksur jew bħala persuna li tista’ titqies responsabbli għall-ksur jew saħansitra bħala persuna li kellha tevita li dan il-ksur iseħħ, fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament?

(3)

Il-komunikazzjoni ta’ rapport dwar stħarriġ immexxi mill-Bord ta’ Spezzjoni Ekonomika, ittra li titlob li jiġu ppreżentati dokumenti addizzjonali sabiex tiġi ġġustifikata l-importazzjoni għall-konsum jew ittra rreġistrata li timponi sanzjoni, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala atti istruttorji jew bħala proċedimenti legali fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995?


(1)  ĠU L 312, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987, li jipprovdi regoli komuni għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2009 — Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

(Kawża C-375/09)

2009/C 297/25

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie

Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 82 KE, meta hija tqis, wara proċedura, li l-impriża ma kisritx il-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li tirriżulta minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni jippermettu lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tagħlaq proċedura dwar repressjoni tal-prattiki antikompetittivi — jekk jiġi kkonstatat li l-aġir tal-impriża ma jiksirx il-projbizzjoni li tirrizulta mill-Artikolu 82 KE — biss billi tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni, it-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika diretta ta’ deċiżjoni ta’ din l-awtorità li tikkonstata li “ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil[l]-parti [tagħha]”?


(1)  ĠU 2003 L 1, p. 1.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fit-28 ta’ Settembru 2009 — SIA Stils Met vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-382/09)

2009/C 297/26

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Stils Met

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

Il-Kodiċi TARIC 7312108219, 7312108419, 7312108619 għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti tal-azzar li d-dimensjoni trasversali tagħhom huwa tad-daqs indikat — wajers u kejbils, mhux miksijin jew miksijin biż-żingu, b’mod partikolari dik tal-liga tal-azzar (iżda mhux tal-azzar inossidabbli) — u li mhumiex importati la mill-Moldova u lanqas mill-Marokk, għandhom jiġu kklassifikati fl-2004 u fl-2005, indipendentement mill-kompożizzjoni kimika tagħhom?

(2)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1), tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni (multa) ugwali għat-total tad-dazji antidumping, prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat (Artikolu 32(2) tal-liġi Latvjana fuq taxxi u dazji) fil-każ ta’ ksur tal-liġi fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 10, p. 45


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — Juwel Aquarium vs UASI — Potschak (Panorama)

(Kawża T-339/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Panorama - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 297/27

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Juwel Aquarium GmbH & Co. KG (Rotenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Christian Potschak (Bobingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 214/2006-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Christian Potschak u Juwel Aquarium GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Juwel Aquarium GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — CureVac vs UASI Qiagen (RNAiFect)

(Kawża T-80/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RNAiFect - Trade mark verbali preċedenti RNActive - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 297/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CureVac GmbH (Tübingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graf von Stosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Kicia u S. Schäffner, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Qiagen GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Krings, sussegwentement V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1219/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CureVac GmbH u Qiagen GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CureVac GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — BCS vs UASI — Deere (Tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar)

(Kawża T-137/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar - Artikolu 8(4) u l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”)

2009/C 297/29

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BCS SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, V. Jandoli u F. Santoncito, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Deere & Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Gray, solicitor, u A. Tornato, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2008 (Każ R 222/2007 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BCS SpA u Deere & Company

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BCS SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Ottubru 2009 — Aldi Einkauf vs UASI — Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living)

(Kawża T-307/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 297/30

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher u L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Manea u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Goya Importaciones y Distribuciones SL (Cuarte de Huerva, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1199/2007-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Goya Importaciones y Distribuciones SL u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/09)

2009/C 297/31

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja) u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Frar 2009, fejn din tirrifjuta li tintervjeni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-forma ta’ pagamenti monetarji f’każijiet ta’ insolvenza;

sussidjarjament, tibdel ir-rikors għal annullament f’rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza jidhrilha li r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni huwa t-tip ta’ rikors adegwat.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta l-ittra tal-Kummissjoni D/50594, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar l-ilment tagħha fir-rigward tal-pagamenti monetarji f’każijiet ta’ insolvenza mogħtija lil impriżi kif ukoll fir-rigward ta’ kif jinġabru r-riżorsi sabiex isiru dawn il-pagament monetarji fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (CP 79/2007 — Allegata għajnuna fil-forma ta’ pagamenti monetarji fil-każ ta’ insolvenza). F’din l-ittra, il-Kummissjoni tesprimi l-fehma li ma jeżisti ebda ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri kontenzjużi ma jistgħux jiġu ġġustifikati abbażi tad-Direttiva 80/987/KEE (1). Barra minn hekk, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tintervjeni fir-rigward tal-allegat abbuż jikser id-dritt Komunitarju. Dan ir-rifjut lanqas ma jista’ jiġi ġġustifikat abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Bundessozialgericht.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 05 Volum 01, p. 217)


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/22


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2009 — Sociedade Quinta do Portal vs UASI — Vallegre — Vinhos do Porto (PORTO ALEGRE)

(Kawża T-369/09)

2009/C 297/32

Lingwa tar-rikors: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedade Quinta do Portal, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: B. Belchior, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vallegre–Vinhos do Porto, SA (Sabrosa, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ġunju 2009, fil-Każ R 1012/2008-1, li tiċħad l-appell, ippreżentat mir-rikorrenti, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali PORTO ALEGRE għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali preċedenti Portugiża VISTA ALEGRE, għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell għamel interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni u, b’hekk, ikkunsidra b’mod żbaljat li kien jeżisti riskju ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/22


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2009 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/09)

2009/C 297/33

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RWE Transgas a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: W. Deselaers, D. Seeliger u S. Einhaus, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla t-tielet sentenza tal-punt 89(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 4694, tat-12 ta’ Ġunju 2009, sa fejn hija tipprovdi li l-kotba tal-kontabbiltà tar-rikorrenti u ta’ Gazprom għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien u li, m’għandhomx jaqbżu, flimkien, il-50 %, sakemm bejniethom jeżisti ftehim ta’ provvista bażiku u fuq żmien twil;

sussidjarjament, tanulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, li hija importatur tal-gass fir-Repubblika Ċeka, tikkontesta ittra li l-Kummissjoni indirizzat lill-awtorità regolatorja Ġermaniża tal-enerġija, il-Bundesnetzagentur, fit-12 ta’ Ġunju 2009, li fiha l-Kummissjoni titlob lil din tal-aħħar sabiex tibdel ċerti aspetti tal-eżenzjoni mogħtija għall-proġett tal-bini tal-pipeline (iktar ’il quddiem, l-“OPAL”) skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55 (1). Ir-rikorrenti tilmenta li waħda mill-kundizzjonijiet tal-Kummissjoni twassal għal restrizzjoni jew prevenzioni tal-aċċess tar-rikorrenti għall-kapaċità ta’ trasport jew ta’ provvista tal-OPAL fir-Repubblika Ċeka.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-konvenuta kisret id-dritt tagħha għal smigħ, sa fejn hija ma tatha l-ebda opportunità tieħu pożizzjoni quddiemha dwar il-kundizzjonijiet inkriminanti.

Fit-tieni lok, hija ssostni li l-konvenuta kisret id-dritt tar-rikorrenti ta’ aċċess għal dokumenti, sa fejn hija ma kellha l-ebda opportunità tikkonsulta l-atti tal-fajl.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tilmenta li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali, kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 253 KE).


(1)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 12 Volum 02, p. 230).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/23


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2009 — ERGO Versicherungsgruppe vs UASI — DeguDent (ERGO)

(Kawża T-382/09)

2009/C 297/34

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ERGO Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: DeguDent GmbH (Hanau/Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Lulju 2009, fil-Każ Nru R 44/2008-4

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew fil-każ ta’ intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti tal-appell, tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ERGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45 (Applikazzjoni Nru 3 292 638)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: DeguDent GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ġermaniża Nru 39 832 880 u t-trade mark Komunitarja Nru 1 064 674“CERGO” għal prodotti fil-klassi 10, sa fejn l-oppożizzjoni hija intiża biss kontra r-reġistrazzjoni ta’ prodotti fil-klassijiet 5 u 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(5) moqrija flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-Bord tal-Appell ma ddeċidiex b’mod sħiħ dwar is-suġġett tal-appell

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, p. 1)


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2009 — SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/09)

2009/C 297/35

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SKW Stahl-Metallurgie Holding AG (Unterneukirchen, il-Ġermanja) u SKW Stahl-Metallurgie GmbH (Unterneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Birnstiel, S. Janka u S. Dierckens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

b’mod sussidjarju, temenda l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata li biha ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti, billi tħassar jew mill-inqas tnaqqas b’mod sostanzjali din il-multa;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha stess u l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorenti jikkontestaw d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u tal-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass. Fid-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra, multa għall-ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju fiż-ŻEE, ħlief fi Spanja, fil-Portugall, fl-Irlanda u fir-Renju Unit, fejn kienu involuti fi ftehim dwar tqassim tas-suq, iffissar tal-kwoti u tqassim tal-klijenti, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali dwar prezzijiet, klijenti u volum ta’ bejgħ.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

L-ewwel nett huwa allegat li l-konvenuta kisret id-dritt għal smigħ, billi ma ppermettietx lir-rikorrenti jippreżentaw l-argumenti orali tagħhom fis-seduta.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 81(1) KE. F’dan ir-rigward, huma jallegaw li l-konvenuta attribwiet l-imġieba ta’ SKW Stahl-Metallurgie GmbH lil SKW Stahl-Metallurgie Holding AG. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li ma kienx possibbli li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti sabiex tiġi ribattuta l-preżunzjoni li l-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq il-kumpannija sussidjarja tagħha. Fl-istess ħin, il-konvenuta kisret, permezz tal-approċċ tagħha, il-prinċipju ta’ eżami ex officio.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE, peress li ma spjegatx għaliex l-espożizzjoni tar-rikorrenti mhijiex biżżejjed sabiex tirribatti l-allegata influwenza determinanti ta’ SKW Stahl-Metallurgie Holding AG fuq SKW Stahl-Metallurgie GmbH.

Barra minn hekk, huwa allegat li l-konvenuta kisret diversi drabi l-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-kuntest tal-kalkolu tal-multi.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nulla poena sine lege fil-kuntest tal-kalkolu tal-multi.

Fl-aħħar nett ir-rikorrenti jsostnu ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, peress li l-Kummissjoni imponiet multa fuq SKW Stahl-Metallurgie GmbH, li taqbeż 10 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ din il-kumpanija.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Volum 02, p. 205).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Evonik Degussa u AlzChem Hart vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/09)

2009/C 297/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) u AlzChem Hart GmbH (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, O. Andresen u I. Hermeneit, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009 (Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn ir-rikorrenti huma kkonċernati;

b’mod sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-Artikolu 2(g) u (h) tad-deċiżjoni kkontestata;

b’mod sussidjarju, fil-każ li l-ewwel talba tiġi miċħuda, temenda l-Artikolu 2(g) u (h) tad-deċiżjoni b’tali mod li SKW Stahl-Metallurgie GmbH tinżamm responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass. Fid-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra għall-ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju fiż-ŻEE, ħlief fi Spanja, fil-Portugall, fl-Irlanda u fir-Renju Unit, fejn kienu involuti fi ftehim dwar it-tqassim tas-suq, tal-kwoti u tal-klijenti, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali dwar prezzijiet, klijenti u volum ta’ bejgħ.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jargumentaw, fl-ewwel lok, li huma ma kisrux l-Artikolu 81 KE. F’dan ir-rigward, huma jqisu, b’mod partikolari, li huma ma jistgħux jinżammu responsabbli għal ksur li kien inbeda minn kumpannija li qabel kienet sussidjarja tagħhom, SKW Stahl-Metallurgie GmbH, peress li la huma u lanqas, jekk ikun il-każ, il-predeċessuri legali tagħhom, ma jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika. Fil-fatt, ir-rikorrenti stabbilew li l-predeċessuri legali tagħhom ma eżerċitawx influwenza sinjifikattiva fuq SKW Metallurgie Stahl GmbH. B’hekk, il-konvenuta kisret ukoll il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, il-prinċipju tal-ħtija u r-rekwiżiti ta’ ħtija.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jopponu l-multa imposta fuqhom. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u l-Linji gwida dwar multi (2), kif ukoll l-avviż dwar l-immunità (3), il-prinċipju tat-trattament ugwali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 253 KE fir-rigward tal-konstazzjonijiet tagħha dwar ir-responsabbiltà in solidum ta’ SKW Stahl-Metallurgie GmbH.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Volum 02, p. 205).

(2)  Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti taħt l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, p. 2).

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Volum 02, p. 155).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/25


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2009 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/09)

2009/C 297/37

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, Ir-Repubblika tas-Slovakja) (rappreżentanti: M. Powell, Solicitor, A. Sutton u G. Forwood, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE fil-Każ COMP/F/39.396 — Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass, totalment jew parzjalment, safejn din hija indirizzata lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE fil-Każ COMP/F/39.396 — Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, li tikkonstata l-eżistenza ta’ akkordju fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjejsu, li jwassal għal ksur tal-Artikolu 81 KE li r-rikorrenti nstabet responsabbli għalih in solidum mal-kumpannija Novácke chemické závody a.s. (“NCHZ”).

Ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ motivi wiesa’.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta imputat l-aġir ta’ NCHZ lir-rikorrenti, kemm billi illegalment dawret l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrenti kif ukoll billi naqset milli tissodisfa l-oneru tal-prova hija stess. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-preżunzjoni applikabbli għal kumpanniji parent b’sussidjarji li jkunu kompletament proprjetà tagħhom fir-rigward tar-rikorrenti, li kienet azzjonista maġġuri f’kumpannija li kienet direttament invoulta fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli turi li r-rikorrenti attwalment u effettivament eżerċitat influwenza deċiżiva fuq NCHZ matul il-perijodu tal-ksur.

It-tieni nett, u sussidjarjament, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkonferma l-attribuzzjoni ta’ responsabbiltà lir-rikorrenti, din tal-aħħar titlob tnaqqis tal-multa imposta fuqha, in solidum ma’ NCHZ, skont il-ġurisdizzjoni assoluta tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 229 KE moqri flimkien mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), abbażi tal-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħl li jinsab fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni manifestament żbaljat meta użat is-sena 2007 bħala sena ta’ referenza sabiex tikkalkola l-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħl, minflok is-sena 2008.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titbiegħed mir-regola ġenerali li tinsab fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tammonta għal ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali, peress li l-Kummissjoni kellha obbligu tirrispetta d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti qabel ma tagħmel hekk.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti raġunijiet għalfejn tbegħdet mir-regola ġenerali li tieħu s-sena kummerċjali preċedenti sabiex tikkalkola l-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħl.

Fir-rigward tal-limitu tal-multa, ir-rikorrenti ssostni li dan huwa sproporzjonat meta mqabbla mal-għan leġittimu intiż, jiġifieri, li jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Skont ir-rikorrenti, il-livell tal-multa jnaqqas in-numru ta’ kompetituri u jirrinforza s-saħħa fis-suq tal-kumpannija maġġuri, Akzo Nobel, u għalhekk imur kontra l-għan stabbilit fl-Artikolu 3 KE.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni il-Linji Gwida (2) tagħha stess fir-rigward tal-kapaċità tar-rikorrenti li tħallas il-multa. Ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li ċ-ċaħda tal-osservazzjonijiet tagħha dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tħallas hija vvizzjata bil-fatt li ma nagħtawx biżżejjed raġunijiet għaliha u hija manifestament irraġonevoli, peress li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-provi oġġettivi li tressqulha, li l-impożizzjoni tal-multa kienet se tipperikola mingħajr rimedju l-vijabbiltà ekonomika tar-rikorrenti u twassal sabiex l-assi tagħha jitilfu l-valur tagħhom.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1)

(2)  Linji Gwida għall-kalkolu ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU C 210, p. 2)


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2009 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — Nokia (NaViKey)

(Kawża T-393/09)

2009/C 297/38

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nokia Corp. (Helsinki, il-Finlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Ġunju 2009, fil-Każ R 1143/2008-2;

tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li hija ssir intervjenenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark “NaViKey” għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “NAVI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38; reġistrazzjoni tat-trade mark Finlandiża “NAVI” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tal-appell

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell: (i) żbalja fid-determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti li l-perċezzjoni tiegħu għandha tiġi ikkunsidrata; (ii) żbalja fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati u l-prodotti koperti; u (iii) ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt illi l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell m’għandhiex id-dritt tipprojbixxi l-użu ta’ trade marks suċċessivi li fihom l-element “NAVI”, minħabba nuqqas ta’ karattru distintiv ta’ dan l-element jew minħabba li ftit li xejn għandu karattru distintiv, u għalhekk ma setgħex tinvoka l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sabiex tikseb ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkonċernata; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma tax raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/26


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)

(Kawża T-394/09)

2009/C 297/39

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: General Bearing Corp. (West Nyack, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier Beschorner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 73/2009-1;

tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza; u

tiffissa ġurnata għas-seduta jekk dan ikun meqjus neċessarju.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GENERAL BEARING CORPORATION” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ċ) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li t-trade mark Komunitarja kkonċernata ma kinitx eleġibbli għal reġistrazzjoni minħabba fil-fatt li hija purament terminu deskrittiv.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Arques Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-395/09)

2009/C 297/40

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arques Industries AG (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, B. Meyring u A. Scheidtmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — karbur tal-kalċju et al., sa fejn id-deċiżjoni hija indirizzata lir-rikorrenti;

b’mod sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-Artikolu 2(f) tad-deċiżjoni kkontestata;

b’mod sussidjarju, tannulla l-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass. Fid-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra għall-ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju fiż-ŻEE, ħlief fi Spanja, fil-Portugall, fl-Irlanda u fir-Renju Unit, fejn kienet involuta fi ftehim dwar it-tqassim tas-suq, tal-kwoti u tal-klijenti, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali dwar prezzijiet, klijenti u volum ta’ bejgħ.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tmien motivi, li huma ppreżentati fi tliet partijiet.

Fl-ewwel parti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija nżammet responsabbli in solidum għall-imġieba ta’ SKW Stahl-Metallurgie GmbH, u f’dan ir-rigward hija tibbaża ruħha fuq il-motivi li ġejjin:

applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 81(1) KE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) sa fejn il-Kummissjoni qieset lir-rikorrenti responsabbli in solidum flimkien ma’ SKW Stahl-Metallurgie GmbH;

ksur tal-Artikolu 253 KE peress li l-Kummissjoni ma ġġustifikatx l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha fir-rigward tar-responsabbiltà tar-rikorrenti bħala l-kumpannija parent preċedenti;

applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 81 peress li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat il-ksur bħala uniku u kontinwu.

Fit-tieni parti, ir-rikorrenti titlob, b’mod sussidjarju, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha u f’dan ir-rigward tressaq il-motivi li ġejjin:

ksur tal-Artikolu 253 KE peress li d-deċiżjoni kkontestata hija kontradittorja f’dak li jirrigwarda l-ammont tal-multa;

ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 peress li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat il-gravità u t-tul tal-ksur;

ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-ksur hekk kif ikkunsidrati mill-Kummissjoni;

ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 peress li l-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni bħala attenwanti l-fatt li r-rikorrenti ma kinitx espliċitament ċaħdet il-konstatazzjonijiet tagħha matul il-proċeduri amministrattivi.

Fit-tielet parti, ir-rikorrenti titlob, b’mod sussidjarju, li l-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati sa fejn jikkonċernawha, peress li huma bbażati fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003 u jiksru l-Artikolu 253 KE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Volum 02, p. 205).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/28


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-396/09)

2009/C 297/41

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, ikkontestata fil-kawża preżenti;

tordna lill-Kummissjoni tagħti deċiżjoni fuq il-mertu dwar it-talba għal reviżjoni interna f’terminu stabbilit mill-Qorti tal-Prim’Istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti huma żewġ organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-ambjent li talbu lill-konvenuta, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 (1), sabiex twettaq reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni preċedenti C(2009)2560, tas-7 ta’ April 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni allokat estensjoni tat-terminu lill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissodisfaw l-obbligi dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja li huma għandhom taħt id-Direttiva 2008/50/KE (2). Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha t-talba tagħhom għal reviżjoni tad-deċiżjoni preċedenti indirizzata lill-Pajjiżi l-Baxxi ġiet iddikjarata inammissibbli.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw qabelxejn l-argument li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma invokatx il-limitu tal-portata tar-Regolament Nru 1367/2006 prevista fl-Artikolu 2(1)(ċ) u li, konsegwentement, id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2009 ma ġietx adottata fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi.

Ir-rikorrenti jsostnu, barra minn hekk, li d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2009 hija att ta’ portata individwali u mhux ġenerali.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li meta dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju derivat ma tkunx konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus li ġiet approvata mill-Kunsill (3), id-dispożizzjoni kkonċernata għandha tiġi interpretata skont l-imsemmija konvenzjoni u li, fil-każ li dan ikun impossibbli, il-konvenzjoni għandha tiġi applikata direttament mill-organi u mill-istituzzjonijiet tal-Komunità. Konsegwentement, ir-rikorrenti jqisu li m’hemmx bżonn li jiġi applikat l-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)

(2)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1, emendata bil-ĠU L 10, 15.1.2009, p. 35).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, p. 1)


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg vs UASI (trade mark figurattiva li tirrappreżenta emblema)

(Kawża T-397/09)

2009/C 297/42

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ernst August Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stötzel u J. Hilger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 fil-Każ R 1361/2008-1, fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 627 245, u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-imsemmija applikazzjoni fil-Bullettin tat-trade marks Komunitarji;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri li tirrappreżenta emblema għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 32, 33, 35, 39, 41 u 43 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 627 245)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni la hija identika għall-emblema nazzjonali opposta u lanqas tirrappreżenta l-imitazzjoni araldika tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1)


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2009 — ECKA Granulate u non ferrum Metallpulver vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/09)

2009/C 297/43

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ECKA Granulate GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) u non ferrum Metallpulver GmbH & Co. KG (St. Georgen bei Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Janssen u M. Franz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass. Fid-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra għall-ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju fiż-ŻEE, ħlief fi Spanja, fil-Portugall, fl-Irlanda u fir-Renju Unit, fejn kienu involuti fi ftehim dwar it-tqassim tas-suq, tal-kwoti u tal-klijenti, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali dwar prezzijiet, klijenti u volum ta’ bejgħ.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu l-motivi li ġejjin:

l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) jikser il-prinċipju ta’ preċiżjoni, għaliex il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali kważi illimitata fl-istabbiliment tal-multa;

stabbiliment illegali tal-multa, għaliex il-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi (2) jagħtu lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali kważi illimitata fl-istabbiliment tal-ammont tal-multa;

natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa, għaliex il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kollaborazzjoni effettiva tar-rikorrenti;

natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa, għaliex il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ma wettqux ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni;

natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa, għaliex il-konvenuta ma kkunsidratx bħala ċirkustanza attenwanti l-fatt li r-rikorrenti adottaw “miżuri ta’ compliance” u li, anki għal raġunijiet personali, ma jeżistix ir-riskju ta’ reċidiv;

natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa, għaliex il-konvenuta ma kkunsidratx bħala ċirkustanza attenwanti l-fatt li r-rikorrenti ma naqqsux l-offerta ta’ manjesju;

natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa, għaliex ma tteħidx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).

(2)  Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/30


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-401/09)

2009/C 297/44

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li biha l-konvenuta ċaħdet it-talba tal-24 ta’ Mejju 2009 li saritilha mir-rikorrent.

tannulla n-nota tal-15 ta’ Ġunju 2009 li saret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000,00 (għaxart elef euro), jew somma ikbar jew iżgħar li l-Qorti tal-Prim’Istanza jidhrilha li tkun ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-danni mġarrba.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha relatati ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Dawn il-proċeduri jirrigwardaw ir-rifjut tal-konvenuta li tilqa’ t-talba ta’ kumpens għad-danni allegatament ikkawżati min-notifika lil avukat, li ma kienx għadu awtorizzat li jirċevieha, ta’ rikors ippreżentat mill-Kummissjoni kontra deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li fiha kien parzjalment laqa’ t-talbiet tar-rikorrent.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jinvoka nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, il-ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll il-ksur tal-liġi u l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/30


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fl-20 ta’ Lulju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-86/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/09 P)

2009/C 297/45

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummisssjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

fi kwalunkwe każ: tannula in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet appellat, kien perfettament ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

prinċipalment: tilqa’ in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni il-petitum tar-rikorrent fir-rikors fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-konvenuta li tirrifondi lir-rikorrent l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji tal-istess rikorrent sostnuti kemm għas-sentenza tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell..

alternattivament: tirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) fl-20 ta’ Lulju 2009, mogħti fil-Kawża F-86/07. Dan id-digriet ċaħad parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat, rikors intiż sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent sabiex issir investigazzjoni dwar il-fastidju psikoloġiku li hu allegatament ġarrab matul il-perijodu li fih huwa kien qed jagħti servizz mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fl-Angola, kif ukoll sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għal ħlas tad-dannu li jirriżulta minn dan l-allegat fastidju psikoloġiku.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jsostni r-raġunijiet li ġejjin:

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata u falza tal-kunċett ta’ investigazzjoni skont l-Art. 17(2) tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatat max-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-kunċett ta’ investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk uffiċjal ta’ istituzzjoni kienx ġie suġġett għal fastidju psikoloġiku.

Żball ta’ liġi meta ġiet iddikjarata inammissibbli t-talba għall-annullament tar-rifjut tat-talba għal investigazzjoni, anki għal interpretazzjoni falza tal-kunċett ta’ nuqqas ta’ suġġett ta’ din tal-aħħar.

Żball ta’ liġi meta ddikjara inammissibbli r-rikors għall-annullament tar-rapport tal-IDOC, anki għan-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, nuqqas ta’ deċiżjoni fuq punt fundamentali tal-kwistjoni u applikazzjoni żbaljata għal dan il-każ tal-kunċett ta’ att preparatorju.

Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku, kif ukoll l-oneru tal-prova tal-fastidju psikoloġiku li huwa suġġett għalih il-vittma tal-fastidju.

Nuqqas assoluta ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet allegat ament insostenn taċ-ċaħda tat-talbiet għad-danni.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2009 — Tecnoprocess vs Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk et

(Kawża T-403/09)

2009/C 297/46

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, L-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuti: Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Repubblika tan-Niġerja u l-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tivverifika l-arrikkiment indebitu tad-Delegazzjoni ta’ Abuya, tad-Delegazzjoni ta’ Rabat u tal-Kummissjoni Ewropea.

għaldaqstant, tikkundanna lid-Delegazzjoni ta’ Abuya, lid-Delegazzjoni ta’ Rabat u lill-Kummissjoni Ewropea, anki insolidum, sabiex iħallsu lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 114 069,94 flimkien mal-interessi sakemm jitħallas dan l-ammont, jew kwalunkwe ammont ieħor li l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra xieraq, barra l-interessi fuq l-ammont stabbilit, sakemm jitħallas.

tikkundanna lid-Delegazzjoni ta’ Abuya, lid-Delegazzjoni ta’ Rabat u lill-Kummissjoni Ewropea anki insolidum, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-kumpannija rikorrenti fil-kawża preżenti, li hija l-istess waħda fil-Kawżi T-264/09 Tecnoprecess vs Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk u T-367/09 Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni tal-Komunità u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-Repubblika tan-Niġerja, issostni li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kuntratti konklużi mal-awtoritajiet Marrokkini u Nigeriani u li huma s-suġġett ta’ dawn iż-żewġ kawżi, id-Delegazzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq kif ukoll il-Kummissjoni, irrifjutaw b’mod mhux iġġustifikat li jsolvu, b’mod amikevoli, il-kwistjonijiet diversi relatati mal-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni, u dan minkejja li hija, f’diversi okkażjonijiet, ipproponiet lill-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jikkumpensaw l-pożizzjonijiet tal-attiv u l-passiv li jirrigwardaw l-imsemmija kuntratti.

Bħala riżultat ta’ din is-sitwazzjoni, id-Delegazzjonijiet u l-Kummissjoni żammew fil-pussess tagħhom b’mod mhux iġġustifikat ammonti għoljin ħafna li kellhom jiġu ttrasferiti lir-rikorrenti, u b’hekk inħolqot sitwazzjoni li tikkostitwixxi arrikiment indebitu.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-404/09)

2009/C 297/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 379/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: waħda magħmula mit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar servizzi fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 6 733 315)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: L-Uffiċċju konvenut applika kriterju ta’ evalwazzjoni għat-trade mark kkontestata li mhuwiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. B’mod partikolari huwa injora li fl-applikazzjoni għal trade marks ta’ kuluri għal servizzi, għandu jintuża kriterju ta’ evalwazzjoni differenti minn dak li jintuża fl-applikazzjoni għal prodotti.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-405/09)

2009/C 297/48

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta’ Lulju 2009, fil-każ R 372/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark li tikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, għal servizzi fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 6 735 401)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: fl-evalwazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, l-Uffiċċju konvenut applika kriterju mhux konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza; b’mod partikolari, ġie injorat il-fatt li, fil-każ ta’ applikazzjoni għal trade mark bil-kuluri għal servizzi, għandu jiġi applikat kriterju differenti minn dak applikat fir-rigward ta’ applikazzjoni għal prodotti


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2009 — New Yorker SHK Jeans vs UASI Vallis K — Vallis A (FISHBONE)

(Kawża T-415/09)

2009/C 297/49

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Yorker SHK Jeans GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Gaul, T. Golda, S. Kirschstein-Freund u V. Spitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vallis K — Vallis A & Co. OE (Ateni, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 1051/2008-1; tiddikjara li r-rikors huwa ġustifikat u li l-oppożizzjoni hija miċħuda għall-prodotti fil-klassi 25;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 1051/2008-1, sa fejn l-appell ġie miċħud u ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għall-prodotti fil-klassi 25 ġiet ikkonfermata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “FISHBONE” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Griega “FISHBONE BEACHWEAR” għal prodotti fil-klassi 25; is-sinjal preċedenti “Fishbone” (verbali u figurattiv) użat fil-kummerċ fil-Greċja għall-“ħwejjeġ b’mod ġenerali, żraben u xedd ir-ras”.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment u miċħud għall-kumplament.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 43(2) u 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 42(2) u 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll tar-Regola 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (1) billi l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li seta’ jieħu inkunsiderazzjoni l-katalogi ppreżentati fil-15 ta’ Jannar 2007; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2009) billi l-Bord tal-Appell ma ġġustifikax it-teħid inkunsiderazzjoni tal-katalogi ppreżentati fil-15 ta’ Jannar 2007; ksur tal-Artikolu 43(2) u (5) kif ukoll tal-Artikolu 15(1) u (2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 42(2) u (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u t-tieni subparagrafu tal-punt a tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2009) billi l-Bord tal-Appell iddikjara b’mod żbaljat li ntwera l-użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata; ksur tal-Aritkolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2009) billi l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, ĠU L 303, p. 1


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Poslovni Sistem Mercator vs UASI — Mercator Multihull (MERCATOR STUDIOS)

(Kawża T-417/09)

2009/C 297/50

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Poslovni Sistem Mercator, d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: M. Curell Aguila u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mercator Multihull, Inc. (Vancouver, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tas-16 ta’ Lulju 2009 fil-Każ R 1031/2008-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Mercator Multihull, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “MERCATOR STUDIOS”, għal prodotti fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet fis-Slovenja tat-trade mark figurattiva “Mercator” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 39, 41 u 42, u għal prodotti fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13-34; Reġistrazzjoni fis-Slovenja tat-trade mark figurattiva “Mercator Slovenska Košarica” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13-34, 39, 41, 43 u 44; Reġistrazzjonijiet internazzjonali tat-trade mark “Mercator”, għal prodotti fil-klassijiet 1-6, 8-11, 13, 14, 16-18, 20-33, u għal servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li saru l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell naqas li jwettaq analiżi globali tal-fatturi rilevanti u minflok ċaħad l-oppożizzjoni fuq il-bażi li s-servizzi huma differenti, u evalwa b’mod żbaljat l-oppożizzjoni bbażata fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/33


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — São Paulo Alpargatas vs UASI — Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)

(Kawża T-422/09)

2009/C 297/51

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: São Paulo Alpargatas, SA (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Fischer

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors, billi tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2009, bil-konsegwenzi legali kollha li dan ikun jinvolvi fid-dawl tad-dritt Komunitarju;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Enrique Fischer

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BAHIANAS (LAS ORIGINALES)” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 024 591), għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “havaianas” (Nru 3 772 431), trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali “havaianas” (M 2 341 904) u trade mark verbali Spanjola “HAVAIANAS” (M 2 341 905), kollha kemm huma fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kolha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata.

Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Behmer vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-16/08) (1)

(Uffiċjali - Proċedura ta’ attribuzzjoni tal-punti ta’ mertu fil-Parlament Ewropew - Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Motivazzjoni mogħtija matul il-kawża)

2009/C 297/52

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li tattribwixxi lir-rikorrent żewġ punti ta’ mertu għas-snin 2004 u 2006

Dispożittiv

(1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta’ Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta’ żewġ punti ta’ mertu għas-sena 2004 lil J. Behmer

(2)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta’ żewġ punti ta’ mertu għas-sena 2006 lil J.Behmer hija annullata.

(3)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn J. Behmer.

(4)

J. Behmer huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008, p. 32.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/08) (1)

(Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta - Kondotta mhux tajba biżżejjed fid-dipartiment)

2009/C 297/53

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2007 tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg li tkeċċi lir-rikorrent minn membru tal-persunal bil-kuntratt minħabba kondotta allegatament mhux tajba biżżejjed fid-dipartiment u l-kumpens għad-dannu materjali u morali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Y għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008 p. 35.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/08) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Rifjut ta’ impjieg minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funżjonijiet - Regolarità tal-proċedura - Regolarità tal-vista medika għar-reklutaġġ - Atti preparatorji)

2009/C 297/54

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: V (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ronzi, A. Grauling u É. Boigelot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku — Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Mejju 2007, li tinforma lir-rikorrenti li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet u talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ V.

(3)

V għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009 — Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/08) (1)

(Uffiċjali - Taxxa Komunitarja - Kalkolu - Akkumulazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni personali u tal-pensjoni tas-superstiti - Modalitajiet ta’ ġbir tat-taxxa - Data ta’ meta għandu jseħħ it-tnaqqis)

2009/C 297/55

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Ramaekers-Jørgensen (Genval, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikkalkola t-taxxa Komunitarja tar-rikorrenti billi takkumula l-ammont tar-remunerazzjoni personali tagħha mal-pensjoni tas-superstiti, kif ukoll tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba sabiex it-taxxa Komunitarja fuq il-pensjoni tas-superstiti tagħha ma titnaqqasx bil-quddiem, qabel ma din titħallas, mill-ammont tar-remunerazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 260/68.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D. Ramaekers-Jørgensen għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008, p. 52.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Cusack-Gard’ner vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/09)

2009/C 297/56

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carolyn Cusack-Gard’ner (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: Dr John Temple Lang, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn rimbors sħiħ tal-ispejjeż li saru għat-trattament tal-kura tagħha

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

tiddikjara li l-Kapitolu 3 tat-Titolu II tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, mhux applikabbli skont l-Artikolu 241 KE:

sa fejn jipprovdi li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent mhumiex rimborsabbli, u

sa fejn jistabbilixxi limitu tar-rimbors għall-ispejjeż dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/37


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/09)

2009/C 297/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Diċembru 2008 fir-rigward tal-abolizzjoni tal-punti ta’ promozzjoni u ta’ prijorità tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Admin tad-19 ta’ Diċembru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000 bħala danni, sabiex tikkumpensa għad-dannu morali subit minħabba l-aġir dannuż u vessatorju tagħha u l-vjolazzjoni ta’ prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi li wassal għall-ksur tad-dritt tiegħu għal rikors effettiv;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.