ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2009.295.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 295E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
4 ta' Diċembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 2-4 Settembru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 275 E, 30.10.2008.

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/01

Is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta' Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta' Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (2008/2014(INI))

1

2009/C 295E/02

L-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin (2007/2262(INI))

4

2009/C 295E/03

Ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vetturi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vetturi (2007/2258(INI))

10

2009/C 295E/04

Strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (2008/2033(INI))

13

2009/C 295E/05

It-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat

19

2009/C 295E/06

Id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki tal-UE
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki tal-UE

21

2009/C 295E/07

Il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin (dikjarazzjoni bil-miktub)
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin

23

 

L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/08

Ġeorġja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja

26

2009/C 295E/09

Liġi Ewropea dwar il-kuntratti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-qafas komuni ta' referenza għal-liġi Ewropea dwar il-kuntratti

31

2009/C 295E/10

Ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG (2007/2264(INI))

33

2009/C 295E/11

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008 (2008/2047(INI))

35

2009/C 295E/12

Il-klonazzjoni tal-annimali biex jiġu forniti bħala ikel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-klonazzjoni tal-annimali biex jiġu forniti bħala ikel

42

2009/C 295E/13

L-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2008/2038(INI))

43

 

Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/14

Il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani

47

2009/C 295E/15

L-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (2008/2031(INI))

49

2009/C 295E/16

Is-saħħa tal-ommijiet
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-Imwiet marbuta mal-Maternità qabel il-Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU tal-25 ta' Settembru 2008 dwar ir-reviżjoni tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp

62

2009/C 295E/17

Il-Kummerċ fis-servizzi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-servizzi (2008/2004(INI))

67

2009/C 295E/18

Politika Ewropea għall-Portijiet
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar Politika Ewropea għall-Portijiet (2008/2007(INI))

74

2009/C 295E/19

It-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa (2008/2008(INI))

79

2009/C 295E/20

L-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (2007/2252(INI))

83

2009/C 295E/21

Il-kolp ta' stat fil-Mawritanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja

89

2009/C 295E/22

Iran
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Iran

92

2009/C 295E/23

Il-qtil tal-albini fit-Tanżanija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-qtil tal-albini fit-Tanżanija

94

 

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/24

L-involviment tal-Presidenti tas-sottokumitati (Interpretazzjoni tal-Artikolu 182)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 182 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar l-involviment tal-presidenti tas-sottokumitati

97

 

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/25

L-istabbiliment tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (COM(2008)0056 — C6-0057/2008 — 2008/0023(COD))

98

P6_TC1-COD(2008)0023Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013

98

2009/C 295E/26

L-Istabbiliment tal-programm Kultura (2007-2013) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Kultura (COM(2008)0057 — C6-0058/2008 — 2008/0024(COD))

99

P6_TC1-COD(2008)0024Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Kultura (2007-2013)

99

2009/C 295E/27

L-istabbiliment tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (COM(2008)0059 — C6-0060/2008 — 2008/0029(COD))

100

P6_TC1-COD(2008)0029Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

100

2009/C 295E/28

L-istabbiliment tal-programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (COM(2008)0061 — C6-0064/2008 — 2008/0025(COD))

101

P6_TC1-COD(2008)0025Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

101

2009/C 295E/29

Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni KE-Użbekistan *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (COM(2007)0117 — C6-0213/2008 — 2007/0044(CNS))

102

2009/C 295E/30

Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Kirgiżtan *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0133 — C6-0228/2008 — 2007/0047(CNS))

102

2009/C 295E/31

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0143 — C6-0254/2008 — 2007/0050(CNS))

103

2009/C 295E/32

Passiv separat ta' Montenegro fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni tal-Istati tas-Serbja u l-Montenegro*
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni tal-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE (COM(2008)0228 — C6-0221/2008 — 2008/0086(CNS))

104

2009/C 295E/33

Il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi (COM(2008)0314 — C6-0219/2008 — 2008/0097(CNS))

104

2009/C 295E/34

Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (COM(2007)0831 — C6-0047/2008 — 2007/0285(CNS))

105

2009/C 295E/35

L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (11571/2008 — C6-0294/2008 — 2008/2161(BUD))

106

2009/C 295E/36

Network Ġudizzjarju Ewropew *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (5620/2008 — C6-0074/2008 — 2008/0802(CNS))

107

2009/C 295E/37

Applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakkja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' konfiska u d-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (5598/2008 — C6-0075/2008 — 2008/0803(CNS))

120

2009/C 295E/38

L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (COM(2008)0101 — C6-0086/2008 — 2008/0041(COD))

148

P6_TC1-COD(2008)0041Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

148

2009/C 295E/39

It-tisħiħ tal-Eurojust u l-emenda tad-Deċiżjoni 2002/187/GAI *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/GAI (5613/2008 — C6-0076/2008 — 2008/0804(CNS))

149

 

L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/40

Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0355 — C6-0197/2007 — 2007/0121(COD))

163

P6_TC1-COD(2007)0121Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

163

2009/C 295E/41

Klassifikazzjoni, tikkettar, ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet (emenda tad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) … dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0611 — C6-0347/2007 — 2007/0212(COD))

164

P6_TC1-COD(2007)0212Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) … dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet

164

2009/C 295E/42

Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, (emenda tar-Regolament (KE) Nru 648/2004) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru … dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0613 — C6-0349/2007 — 2007/0213(COD))

165

2009/C 295E/43

L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2007)0593 — C6-0342/2007 — 2007/0214(COD))

165

P6_TC1-COD(2007)0214Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

166

 

Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008

2009/C 295E/44

Kodiċi ta Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata (COM(2007)0709 — C6-0418/2007 — 2007/0243(COD))

167

P6_TC1-COD(2007)0243Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru…/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru…/2008 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

167

2009/C 295E/45

L-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0172 — C6-0182/2008 — 2008/0067(CNS))

168

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 2-4 Settembru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 275 E, 30.10.2008.

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/1


It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008
Is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta’ Amministrazzjoni Integrata taz-ZonaKostali fl-Ewropa

P6_TA(2008)0382

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Settembru 2008 dwar is-Sajd u l-Akkwakultura filkuntestta’ Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (2008/2014(INI))

2009/C 295 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2002 rigward l-implimentazzjoni ta’ Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 bit-titolu “Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (ICZM)” (COM(2007)0308),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali marittima (Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija għall-Baħar) (3) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2005 bit-titolu l-Istrateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni tal-Ambjent tal-Ibħra’ (COM(2005)0504),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta’ ottubru 2007 bit-titolu “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea”, (COM(2007)0575),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2006 dwar sajd qrib il-kosta u l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd qrib il-kosta (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2006 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tas-sajd (COM(2006)0103) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar dan is-suġġett (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2002 bit-titolu “Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea” (COM(2002)0511),

wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament dwar “Id-dipendenza reġjonali fuq l-industriji tas-sajd” (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0286/2008),

A.

billi l-Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali (ICZM) mhijiex biss politika ambjentali iżda wkoll proċess li dejjem għaddej immirat lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali taz-zoni kostali u l-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet kollha li għaddejjin f’dawk ir-reġjuni, bħalma huma s-sajd u l-akkwakultura,

B.

billi l-implimentazzjoni tal-ICZM hija proċess fuq medda twila ta’ żmien u bosta strateġiji nazzjonali adottati fi ħdan il-qafas tar-Rakkomandazzjoni hawn fuq imsemmija bdew jiġu implimentati biss fl-2006,

C.

billi l-ġestjoni taz-zoni kostali s’issa ġiet imwettqa f’terminu medju ta’ żmien, u ġie injurat il-fatt li dawn huma ekosistemi kumplessi li jinbidlu maż-żmien,

D.

billi d-deċiżjonijiet u l-miżuri li ttieħdu jirrigwardaw attività iżolata u ma rnexxilhomx jittrattaw il-problema tad-degradazzjoni taz-zoni kostali fil-kuntest sħiħ tagħhom,

E.

billi l-ippjanar eżistenti s’issa ffoka fuq l-art u ma rnexxilux jikkunsidra l-impatt ta’ ċerti attivitajiet kostali fuq attivitajiet oħra li għaddejjin fl-istess reġjun,

F.

billi huwa mistenni li l-istrateġiji nazzjonali tal-ICZM mhux se jkunu ta’ spiża kbira biex jiġu implimentati, filwaqt li se jipproduċu benefiċċji finanzjarji sinifikanti,

G.

billi ma rnexxiex li tiġi involuta b’mod adegwat rappreżentanza mis-setturi kollha fil-miżuri ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni biex jiġu indirizzati l-problemi taz-zoni kostali, u b’riżultat ta’ dan, saret ħsara lill-interessi ta’ ċerti setturi,

H.

billi l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ amministrazzjoni integrata tinvolvi l-ippjanar f’zoni kostali ta’ użi relatati mal-popolazzjoni, użi relatati mat-turiżmu u użi ekonomiċi u ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ u tal-ambjent,

I.

billi għadha ma kienitx possibbli l-koordinazzjoni effettiva tal-korpi tal-ICZM ħlief f’xi każijiet iżolati,

J.

billi l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-promozzjoni tal-ICZM tista’, f’ċerti każi, tirrikjedi nfiq fuq skala għolja, li mhux possibbli jintlaħaq mill-komunitajiet lokali, u dan jirriżulta f’appelli f’livelli amministrattivi ogħla u tardjar fl-implimentazzjoni,

K.

billi, minħabba n-natura transkonfinali ta’ bosta proċessi kostali, huma meħtieġa l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali, anki ma’ pajjiżi terzi,

L.

billi s-sajd u l-akkwakultura huma żewġ attivitajiet kostali li verament jiddependu fuq il-kwalità tal-ilmijiet ta’ qrib il-kosta,

M.

billi għadu ma ntlaħaqx livell ta’ żvilupp teknoloġiku fl-akkwakultura li jista’ jippermetti lil dik l-attività (li hija ta’ xorta intensiva) li tiġi mwettqa ’l bogħod minn zoni kostali,

N.

billi għandu jiġi meqjus is-sehem fundamentali, li s’issa ftit ġie rikonoxxut, tan-nisa fiz-zoni li jiddependu fuq is-sajd,

O.

billi s-sajd qrib il-kosta ilaħħaq għal 80 % tal-flotta tas-sajd Komunitarja u jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-komunitajiet kostali u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet tagħhom,

P.

billi s-sajd, għalkemm mhuwiex sors ta’ tniġġis fih innifsu, ibati mill-impatt tat-tniġġis ikkawżat minn attivitajiet oħra li jkunu għaddejjin f’zoni kostali, li jkompli jdgħajjef il-vijabbilta? tiegħu,

Q.

billi s-sajd u l-akkwakultura huma ta’ importanza ekonomika u soċjali kbira, peress li huma mwettqa l-aktar f’reġjuni kostali b’ekonomiji dgħajfa, fejn ħafna minnhom huma żvantaġġati u ma jistgħux jipprovdu lir-residenti tagħhom b’opportunitajiet alternattivi ta’ xogħol,

R.

billi l-eżistenza ta’ ambjent marittimu nadif u f’saħħtu jikkontribwixxi għaż-żieda fil-produzzjoni ġejjienija tas-sajd u b’hekk itejjeb il-prospetti għal dan is-settur,

S.

billi l-akkwakultura hija bbażata sew fuq il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, u kwalunkwe impatt ambjentali huwa kkumpensat minn regoli Komunitarji,

T.

billi f’ambjent fejn l-istokkijiet tal-ħut qed jonqsu u fejn qed tiżdied id-domanda dinjija għall-ħut u għall-frott tal-baħar, l-importanza tal-akkwakultura fl-Ewropa qed tiżdied b’mod kostanti,

U.

billi mhux l-Istati Membri kollha lestew l-ippjanar reġjonali tagħhom b’konformità mal-prinċipji tal-ICZM għall-iżvilupp ibbilanċjat ta’ attivitijiet imwettqa f’dawn iz-zoni,

V.

billi hemm kompetizzjoni ħarxa għall-ispazju fiz-zoni kostali, u l-akkwakulturisti u s-sajjieda għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal utenti oħra,

W.

billi r-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar ix-Xogħol tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jirrikjedu l-ħolqien ta’ strateġiji integrati nazzjonali speċifiċi tal-ICZM u adattament adegwat tal-ICZM fuq livell tal-UE,

1.

Jenfasizza l-importanza ekonomika u soċjali tas-sajd u tal-akkwakultura għar-reġjuni kostali u jsejjaħ sabiex huma jirċievu għajnuna fil-qafas tal-ICZM;

2.

Juri l-ħtieġa li jkun żgurat li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu involuti u rappreżentati sew f’aggruppamenti marittimi transnazzjonali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistimula dan il-proċess;

3.

Jisħaq li l-Fond Ewropew għas-Sajd jista’ jikkontribwixxi għal finanzjament, fuq medda twila ta’ żmien, ta’ miżuri fi ħdan il-qafas tal-ICZM peress li dan jappoġġja azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni tas-sajd;

4.

Juri l-ħtieġa li jiġu kjarifikati l-kompetenzi tal-korpi amministrattivi taz-zoni kostali konċernati u li jiġu stabbiliti strateġiji koordinati sabiex dawn ikunu aktar effettivi;

5.

Jirrikonoxxi d-diffikultajiet involuti fil-koordinament tal-attivitajiet tal-korpi ta’ amministrazzjoni taz-zona kostali u jistieden lill-Kummissjoni biex fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ICZM, u wara li jiġu konsultati l-Istati Membri, teżamina mill-ġdid jekk għandux jitwaqqaf korp ta’ koordinazzjoni jew le;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu involuti rappreżentanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-attivitajiet marbuta mal-ippjanar u l-iżvilupp tal-ICZM (filwaqt li wieħed jiftakar li l-involviment tagħhom fl-istrateġiji tal-iżvilupp sostenibbli se jżid il-valur miżjud tal-prodotti tagħhom) u jfakkar li l-Fond Ewropew għas-Sajd jista’ jappoġġja azzjonijiet kollettivi bħal dawn;

7.

Jirrikonoxxi s-sehem importanti tan-nisa fiz-zoni li jiddependu fuq is-sajd u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw sabiex jiġi promoss u inkorporat il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali fil-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (inklużi l-fażijiet tat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni), kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

8.

Jitlob għal koperazzjoni aktar mill-viċin bejn il-korpi kompetenti fuq livell reġjonali permezz ta’ skambjar ta’ informazzjoni relatat mal-qagħda taz-zoni kostali u l-adozzjoni ta’ strateġiji konġunti għat-titjib tal-qagħda ambjentali ta’ ekosistemi marittimi lokali;

9.

Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex iħejju strateġji integrati tal-ICZM sabiex jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni kostali;

10.

Jenfasizza l-importanza, fil-kuntesti ta’ hawn fuq, ta’ ppjanar adegwat tal-ispazju;

11.

L-akkwakultura għal-skopijiet ta’ popolazzjoni mill-ġdid hija għodda essenzjali sabiex tinkiseb il-preservazzjoni ekoloġika f’ċerti zoni kostali, u għalhekk għandha tiġi promossa, stimulata u appoġġjata finanzjarjament;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-akkwakultura fl-industrija tal-ikel għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku f’ċerti komunitajiet kostali tal-UE;

13.

Jikkunsidra li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jiġu inklużi t-tnejn li huma f’approċċ trasversali għall-attivitajiet marittimi kollha li jseħħu f’zoni kostali sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli b’konformità mal-linji gwida l-ġodda tal-politika marittima;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żvilupppati u implimentati strateġiji biex jiġu aġġustati l-perikli li jaffaċċaw iz-zoni kostali, inklużi l-bdil fil-klima, filwaqt li jiġi meqjus l-impatt fuq is-sajd u l-akkwakultura;

15.

Jemmen li għandhom jitkomplew l-isforzi tal-ġbir tad-data sabiex ikun hemm kontribut għall-iskambju u l-użu ta’ informazzjoni bil-għan li jitwettqu studji kumparattivi, inkluża data fuq il-qagħda tal-bijodiversità u l-istokkijiet tal-ħut;

16.

Jemmen li għandhom isiru sforzi akbar ta’ riċerka fl-akkwakultura bil-għan li jiġu introdotti sistemi ta’ kultivazzjoni bbażati fuq produzzjoni intensiva b’ċirkuwitu magħluq;

17.

Jipproponi li l-proġetti tal-akkwakultura li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li ma jinvolvux zoni protetti skont il-liġi ambjentali tal-UE għandhom jingħataw prijorità fil-kuntest tal-ICZM;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, biex tistabbilixxi skeda ċara biex jiġi eżaminat il-progress fl-implimentazzjoni tal-ICZM fl-Unjoni Ewropea;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.

(2)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 164, 25.06.2008, p. 19.

(4)  ĠU C 300E, 9.12.2006, p. 504.

(5)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 417.

(6)  IP/B/PECH/ST/IC/2006-198.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/4


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin

P6_TA(2008)0385

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin (2007/2262(INI))

2009/C 295 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz (“ir-Regolament ta' Dublin”) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' Eurodac għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (ir-Regolament Eurodac) (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli minimi stabbiliti għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li stipulat standards minimi għall-ilqugħ ta' dawk li jfittxu kenn (4) (“id-Direttiva dwar l-Ilqugħ”),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 862/2007 tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (5),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-Eurodac mill-pulizija u mill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll l-Europol (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/904/KE (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-kampijiet tar-refuġjati f'Malta (8),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar iż-żjarat tiegħu li għamel fiċ-ċentri ta' detenzjoni f'diversi Stati Membri,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-ażil: il-koperazzjoni prattika, il-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas tas-sistema komuni Ewropea tal-ażil (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008: Lejn Strateġija Ewropea għad-drittijiet tat-tfal (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-każ taċ-ċittadin Iranjan Seyed Mehdi Kazemi (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0287/2008),

A.

billi kull persuna li tkun qed titlob l-ażil għandha d-dritt li t-talba tagħha tiġi eżaminata b'mod sħiħ u fil-fond,

B.

billi l-leġiżlazzjoni u l-prattika fir-rigward tal-ażil għadhom ivarjaw ħafna minn pajjiż għall-ieħor, u b'riżultat ta' dan, min jitlob l-ażil jirċievi trattament differenti minn Stat ta' Dublin għall-ieħor,

C.

billi s-sistema ta' Dublin hija bbażata fuq prinċipji bħal fiduċja u affidabilità reċiproċi, u jekk dawn il-prerekweżiti ma jiġux sodisfatti, jiġifieri jekk ikun hemm nuqqasijiet serji fil-ġbir tad-data jew inkonsistenzi fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'ċerti Stati Membri, se tbati minn dan is-sistema kollha kemm hi,

D.

billi hemm prova li xi Stati Membri ma jiggarantixxux aċċess effettiv għall-proċedura bil-għan li jiġi determinat status ta' refuġjat,

E.

billi xi Stati Membri ma japplikawx id-Direttiva dwar l-Ilqugħ b'mod effettiv, għall-applikanti għall-ażil li jkunu qed jistennew trasferiment għal Stat Membru ieħor taħt ir-Regolament ta' Dublin, jew fil-fażi ta' ritorn lejn l-Istat Membru responsabbli,

F.

billi xi Stati Membri sistematikament iqiegħdu f'detenzjoni lil persuni li jkunu suġġetti għas-sistema ta' Dublin,

G.

billi l-livell għoli ta' talbiet multipli u l-livell baxx ta' trasferimenti mwettqa huma indikaturi tan-nuqqasijiet tas-sistema ta' Dublin u tal-bżonn li tiġi stabbilita sistema Ewropea komuni għall-ażil,

H.

billi li l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament ta' Dublin tista' twassal għal tqassim mhux ugwali ta' responsabilità għall-persuni li jitolbu l-ażil, u dan jagħmel ħsara lil xi Stati Membri li huma partikolarment esposti għall-flussi ta' migrazzjoni għas-sempliċi raġuni marbuta mal-post ġeografiku fejn jinsabu,

I.

billi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tiżvela li, fl-2005, it-tlettax-il Stat Membru fil-fruntieri tal-Unjoni kellhom jittrattaw l-isfidi dejjem jikbru li tqajmu mis-sistema ta' Dublin,

J.

billi l-Istati Membri tan-Nofsinhar qed ikollhom jaċċettaw applikazzjonijiet għall-ażil minn immigranti irregolari li jiġu salvati meta jkunu f'qagħda perikoluża fi triqithom lejn l-Ewropa,

K.

billi l-Istati Membri tan-Nofsinhar qed ikollhom jaċċettaw applikazzjonijiet għall-ażil minn immigranti irregolari li ma jingħatawx għajnuna minn pajjiżi terzi li huma obbligati li jipprovdu għajnuna ta' dan it-tip skont il-liġi internazzjonali,

L.

billi l-Istati Membri jista' ma jkollhom l-ebda interess illi jkunu konformi mal-obbligu li jirreġistraw lill-persuni li jidħlu illegalment fil-bażi tad-data Eurodac, peress illi dan jista' jirriżulta f'żieda fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil li se jkollhom jittrattaw,

M.

billi r-Regolament ta' Dublin jistabbilixxi sistema li hija mfassla biex tiddetermina l-Istat Membru responsabbli biex jittratta talba, iżda li oriġinalment ma ġietx implimentata bħala mekkaniżmu għat-“tqassim tal-piż”, u għalhekk ma jirnexxilhiex isservi ta' mekkaniżmu ta' dan it-tip,

N.

billi hu essenzjali li kwalunkwe evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin tiġi akkumpanjata minn mekkaniżmu għat-“tqassim tal-piż” li hu konkret, permanenti, ġust u funzjonali,

O.

billi l-kriterji tal-ewwel pajjiż ta' dħul tas-sistema ta' Dublin iqiegħdu ħafna pressjoni fuq l-Istati Membri fil-fruntieri,

P.

billi r-rati ta' rikonoxximent tal-kandidati għal status ta' refuġjati għaċ-ċittadini ta' ċerti pajjiżi terzi jvarjaw approssimament minn 0 % sa 90 % fl-Istati Membri,

Q.

billi huwa essenzjali li l-individwi li jressqu talbiet għall-ażil jiġu mgħarrfa bis-sħiħ dwar il-proċess ta' Dublin u dwar il-konsegwenzi possibbli,

R.

billi l-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, primarjament iridu jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal,

S.

billi, għalkemm l-unità tal-familja hija msemmija l-ewwel fil-ġerarkija tal-kriterji applikati fir-Regolament ta' Dublin, din id-dispożizzjoni ma tiġix applikata ta' spiss,

T.

billi hemm nuqqas evidenti ta' eżattezza fid-data statistika dwar it-trasferimenti, peress li din ma tindikax, pereżempju, ir-rata ta' talbiet għat-teħid ta' responsabilità għal applikant għall-ażil ibbażati fuq qsim irregolari tal-fruntieri, jew il-proporzjon ta' talbiet għal “teħid ta' responsabilità” meta mqabbla ma' talbiet għal “teħid lura,”

U.

billi fl-2005, disgħa mill-Istati Membri l-ġodda ddikjaraw li kienu qed jirreġistraw aktar trasferimenti “'il ġewwa” taħt ir-Regolament ta' Dublin, u Stati Membri mingħajr fruntieri tal-art esterni tal-Unjoni ddikjaraw li kienu qed jirreġistraw aktar trasferimenti “'il barra”,

V.

billi l-Kummissjoni ma setgħatx tevalwa l-ispiża għas-sistema ta' Dublin u billi din l-informazzjoni hi importanti sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tagħha,

W.

billi l-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li ltaqa' fil-Lussemburgu fit-12 u t-13 ta' Ġunju 2007 stieden lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis tippreżenta emenda għar-Regolament dwar il-Eurodac bil-għan li l-pulizija u l-awtoritajet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll il-Europol, ikun jista' jkollhom aċċess taħt ċerti kundizzjonijiet għall-Eurodac, bażi tad-data li oriġinarjament inħolqot bħala għodda għall-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin,

Effiċjenza tas-sistema u tqassim tar-responsabiltajiet

1.

Jemmen bis-saħħa li sakemm ma jintlaħaqx livell sodisfaċenti u konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea, is-sistema ta' Dublin dejjem se tipproduċi riżultati insodisfaċenti kemm mil-lat tekniku kif ukoll minn dak uman, u l-persuni li jitolbu l-ażil se jibqa' jkollhom raġunijiet validi biex jixtiequ jressqu t-talba tagħhom fi Stat Membru partikolari, biex b'hekk jieħdu vantaġġ mis-sistema nazzjonali għat-teħid ta' deċiżjonijiet l-aktar vantaġġjuża;

2.

Jemmen bis-saħħa li fin-nuqqas ta' sistema Ewropea għall-ażil u proċedura unika komuni u ġenwini. is-sistema ta' Dublin se tkompli ma tkunx ġusta kemm għal min jitlob l-ażil u kemm għal ċerti Stati Membri;

3.

Jafferma mill-ġdid il-bżonn urġenti għal titjib kemm tal-kwalità kif ukoll tal-konsistenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; hu konvint li Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil jista' jkollu rwol prezzjuż f'dan ir-rigward, pereżempju billi jipprovdi taħriġ biex jintlaħaq il-livell ta' standards komuni għoljin u permezz tal-forniment ta' timijiet ta' appoġġ esperti;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis mezzi biex il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) jiġu fornit b'finanzjament dirett biex jiġu ikkumplementatil-finanzjament ibbażat fuq proġetti sabiex ikun jista' jtejjeb ix-xogħol tiegħu ta' sorveljanza u ta' konsulenza fl-UE u jkompli jiżviluppa metodi intenzjonati għall-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom għat-titjib tal-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti għal mekkaniżmi għat-“tqassim tal-piż” li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti sabiex jitnaqqas il-piż sproporzjonat li jista' jaqa' fuq ċerti Stati Membri, b'mod partikulari l-Istati Membri fil-fruntieri, iżda li mhumiex parti mis-Sistema ta' Dublin;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, sakemm jiġu introdotti l-mekkaniżmi Ewropej għat-“tqassim tal-piż”, taħseb biex tipprevedi mekkaniżmi apparti dawk finanzjari fi ħdan ir-Regolament ta' Dublin, bil għan li tirranġa l-effetti ħżiena tal-implimentazzjoni tiegħu għall-Istati Membri ż-żgħar fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprevedi mekkaniżmu li jorbot biex jitwaqqfu t-trasferimenti ta' applikanti għall-ażil lejn Stati Membri li ma jiggarantixxux trattament sħiħ u ġust tat-talbiet tagħhom u biex tieħu miżuri sistematiċi kontra dawk l-Istati;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi relazzjonijiet ta' ħidma bilaterali sinifikanti ma' pajjiżi terzi, sabiex il-koperazzjoni tiġi ffaċilitata u biex jiġi żgurat li pajjiżi terzi ta' dan it-tip jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 u s-salvataġġ ta' fuq il-baħar;

Drittijiet tal-applikanti

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tintroduċi fir-regolament il-ġdid dispożizzjonijiet iktar ċari u stretti fir-rigward tal-mezzi li permezz tagħhom il-persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni jiġu infurmati bl-implikazzjonijiet tar-Regolament ta' Dublin, u biex tikkunsidra biex tfassal fuljett standard li jista' jiġi tradott f'ċertu numru ta' lingwi u jitqassam lill-Istati Membri kollha u li għandu jqis ukoll il-livelli individwali ta' litteriżmu;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni biex temenda l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament ta' Dublin dwar it-teħid ta' responsabilità u t-teħid lura, sabiex tipprovdi lill-applikanti bi dritt ta' appell sospensorju awtomatiku kontra deċiżjoni ta' trasferiment tar-responsabilità lil Stat Membru ieħor taħt ir-Regolament ta' Dublin;

11.

Jafferma mill-ġdid li l-prinċipju ta' non-refoulement għandu jibqa' wieħed mill-elementi bażiċi ta' kwalunkwe sistema komuni ta' ażil fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u jinsisti li l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin qatt m'għandha twassal biex talba tingħalaq għal raġunijiet proċedurali u ma tinfetaħx mill-ġdid għal eżami sħiħ u ġust tat-talba oriġinali wara trasferiment permezz tal-proċess ta' Dublin; jikkunsdira li dan għandu jkun miktub ċar fir-Regolament;

12.

Jikkunsidra li t-tqassim ta' informazzjoni dwar it-trasferimenti bejn l-Istati Membri għandu jittejjeb, speċjalment fir-rigward tal-kura medika speċjali meħtieġa għall-persuni trasferiti;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibilità li individwi kkonċernati minn trasferiment lejn Stat Membru ieħor taħt is-sistema ta' Dublin jiġu ttrasferiti lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, fuq talba espliċita tagħhom u fuq il-bażi ta' konformità sħiħa mad-drittijiet proċedurali biss,

Riunifikazzjoni tal-familji u l-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal

14.

Jirrakkomanda li, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, jiġi adottat sett ta' linji gwida komuni dwar l-evalwazzjoni tal-età u li, fil-każ ta' inċertezza, għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju lit-tfal;

15.

Ifakkar li, fid-deċiżjonijiet kollha relatati mat-tfal, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel prijorità; jinsisti li minorenni mhux akkumpanjati qatt m'għandhom jiġu detenuti jew trasferiti lejn Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunx għall-ġid tar-riunifikazzjoni tal-familja, u li jekk jirriżulta li trasferiment ta' dan it-tip ikun neċessarju, it-tfal għandhom ikunu rappreżentati u akkumpanjati kif jixraq tul il-proċedura; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiċċara ulterjurment l-applikabilità tar-regoli ta' Dublin għal minorenni mhux akkumpanjati;

16.

Jiddispjaċih li d-definizzjoni ta' membru tal-familja, taħt ir-Regolament attwali, hija ristretta wisq u jitlob lill-Kummissjoni biex testendi d-definizzjoni attwali sabiex din tkun tinkludi lill-qraba immedjati u l-imsieħba għal perjodu fit-tul kollha, b'mod partikulari dawk li m'għandhom l-ebda appoġġ familjari ieħor, u tfal adulti li mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom;

17.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin sabiex dan ikun jinkludi l-protezzjoni sussidjarja, peress li din l-estensjoni tippermetti li l-applikanti għall-protezzjoni sussidjarja jingħaqdu mill-ġdid mal-membri tal-familja li jkunu ngħataw dan it-tip ta' protezzjoni jew li qed jitolbuha fi Stat Membru ieħor;

Detenzjoni

18.

Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid dispożizzjoni li tillimita d-detenzjoni ta' applikanti ta' Dublin għal meta ma jkunx hemm għażla oħra possibbli, biex permezz tagħha tispeċifika l-bażijiet li fuqhom tista' tintuża d-detenzjoni, kif ukoll is-salvagwardji proċedurali li għandhom jiġu previsti;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara espliċitament fir-Regolament ta' Dublin li l-applikanti ta' Dublin huma intitolati għall-istess kundizzjonijiet talqugħ bħal persuni oħra li jkunu qed ifittxu l-ażil, skond id-Direttiva dwar l-Ilqugħ, li l-Artikolu 3(1) tagħha jistipula regoli ġenerali partikolarment dwar il-kundizzjonijiet ta' lqugħ materjali, il-kura tas-saħħa, il-libertà ta' moviment u l-iskola għall-minorenni;

Klawżoli Umanitarji u ta' Sovranità

20.

Jikkunsidra li l-klawżola umanitarja inkluża fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Dublin tagħti flessibilità konsiderevoli lis-sistema ta' Dublin, iżda li għandha tiġi applikata b'mod iktar wiesa', sabiex tiġi evitata tbatija mhux xierqa għall-familji bħala riżultat tal-firda;

21.

Jikkunsidra li meta persuna li qed titlob l-ażil tinsab fi stat partikolarment vulnerabbli, minħabba mard sejru, diżabilità serja, età avvanzata jew tqala, u hija jew huwa huma għalhekk dipendenti fuq l-assistenza ta' qarib preżenti fit-territorju ta' Stat Membru minbarra dak li huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni tagħhom, hija jew huwa dejjem għandhom jingħaqdu mill-ġdid ma' dak il-qarib; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-klawżola umanitarja fl-Artikolu 15(2) tagħmilhom obbligatorji;

22.

Jikkunsidra li għandu jiġi introdott dmir proattiv għas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħma u tan-Nofs Qamar l-Aħmar biex jinstabu l-membri familjari;

23.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tispeċifika b'mod aħjar iċ-ċirkostanzi u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Klawżola ta' Sovranità, b'mod partikulari sabiex tiġi introdotta l-kundizzjoni tal-kunsens tal-applikant għall-ażil;

Ġbir ta' data u Eurodac

24.

Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tad-diskrepanzi u n-nuqqasijiet fil-ġbir ta' data li ġew żvelati mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema ta' Dublin, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni tal-marki tas-swaba ta' dawk li jidħlu illegalment mill-fruntieri tal-Unjoni, peress li dan jitfa' dubji serji fuq il-validità tas-sistema; jittama li r-Regolament (KE) Nru 862/2007 imsemmi hawn fuq se jagħti lil dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam idea iktar preċiża dwar it-tħaddim tas-sistema ta' Dublin u tal-istrumenti Komunitarji l-oħra dwar il-protezzjoni internazzjonali;

25.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li attwalment m'hemm disponibbli l-ebda evalwazzjoni tal-ispiża tas-sistema ta' Dublin; jistieden lill-Kummissjoni biex dan tirrimedjah peress li hi aspett importanti tal-evalwazzjoni tas-sistema;

26.

Jinnota b'interess it-tħassib espress mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ġbir u l-kwalità tad-data mibgħuta lill-Unità Ċentrali tal-Eurodac, kif ukoll fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-obbligu li titħassar ċerta data u mar-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali; jikkunsidra li dawn in-nuqqasijiet, li jqajmu dubji dwar l-affidabilità tal-Eurodac, għandhom jiġu indirizzati b'mod adegwat qabel ma jitqies kwalunkwe użu ieħor ta' din il-bażi tad-data;

27.

Jikkunsidra li kull Stat Membru għandu jiċċara, fuq lista magħluqa, liema aġenziji u awtoritajiet għandhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Eurodac, u għal liema skop, sabiex jitwaqqaf kull użu illegali tad-data;

28.

Jenfasizza li l-estensjoni tal-aċċess għall-Eurodac lill-pulizija u lill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Europol, iġġib magħha r-riskju li l-informazzjoni tgħaddi lil pajjiżi terzi, li jista' jkollha konsegwenzi negattivi għall-persuni li jkunu qed jitolbu l-ażil u għall-familji tagħhom; jinsab konvint li dan iżid ukoll ir-riskju li l-applikanti għall-ażil jiġu stigmatizzati;

*

* *

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(4)  ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

(5)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

(6)  L-2807 laqgħa tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-Lussemburgu, 12 u 13 ta' Ġunju 2007.

(7)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

(8)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 301.

(9)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 364.

(10)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0012.

(11)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0107.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/10


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vetturi

P6_TA(2008)0386

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vetturi (2007/2258(INI))

2009/C 295 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar “Ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vetturi” (COM(2007)0207) (ir-“Rapport tal-Kummissjoni”),

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-assikurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi (ir-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-Vetturi) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2008),

A.

billi l-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, l-aktar fil-kuntest tal-aħħar żewġ tkabbiriet u l-estensjonijiet korrispondenti tal-Grupp ta' Schengen, wasslet għal żieda mgħaġġla fin-numru ta' persuni u vetturi li jaqsmu l-fruntieri nazzjonali kemm għal raġunijiet ta' negozju kif ukoll għal raġunijiet privati,

B.

billi l-prijorità li jitħarsu l-vittmi tal-inċidenti titlob leġiżlazzjoni dwar l-assikurazzjoni li tkun ċara, preċiża u effettiva fil-livell tal-UE,

C.

billi r-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi appellat lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-pieni nazzjonali introdotti fir-rigward tal-proċedura tal-offerta/tweġiba maħsuba, kif ukoll dwar l-ekwivalenza tagħhom, u sabiex tippreżenta proposti jekk ikun hemm ħtieġa,

D.

billi r-Rapport tal-Kummissjoni jeżamina d-dispożizzjonijiet penali nazzjonali, l-effikaċja tal-mekkaniżmu tar-rappreżentanti tal-klejms, u d-disponibilità eżistenti tal-assikurazzjoni fuq spejjeż legali volontarji li tista' tittieħed minn vittmi potenzjali ta' inċidenti tat-traffiku b'mod addizzjonali,

E.

billi l-paragrafu 6 tal-Artikolu 4 tar-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi jirregola l-proċedura tal-offerta maħsuba, li bis-saħħa tagħha l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku barra minn pajjiżhom għandhom id-dritt li jitolbu kumpens lir-rappreżentant tal-kumpanija ta' assikurazzjoni maħtur fil-pajjiż fejn il-vittma hija residenti,

F.

billi l-vittma trid tirċievi tweġiba maħsuba mingħand il-kumpanija tal-assikurazzjoni fi żmien tliet xhur inkella huma maħsuba sanzjonijiet,

G.

billi għadha tinħtieġ kjarifika dwar it-tħaddim ta' din id-dispożizzjoni,

H.

billi l-Kummissjoni trid tqis bis-sħiħ it-tkabbir meta timplimenta politiki tal-UE, l-aktar dwar l-ispiża għolja tal-assikurazzjoni tal-vetturi fl-Istati Membri l-ġodda,

I.

billi dispożizzjonijiet penali differenti li jikkonċernaw il-proċedura ta' offerta/tweġiba maħsuba ġew implimentati fl-Istati Membri,

J.

billi l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi mal-Istati Membri l-ġodda, ikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet penali attwali, fejn jeżistu, huma adegwati u li l-implimentazzjoni tagħhom hija effettiva fl-UE kollha,

K.

madankollu, billi l-Istati Membri ma jagħmlux dispożizzjoni għal sanzjonijiet speċifiċi u jiddependu fuq id-dover ta' min jassigura li jħallas l-interessi statutorji fuq l-ammont ta' kumpens jekk l-offerta/tweġiba motivata ma ssirx fi żmien tliet xhur,

L.

billi s-sistema tar-rappreżentanti tal-klejms hija relattivament magħrufa sew fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri,

M.

billi biex tiġi evalwata l-kuxjenza taċ-ċittadini dwar is-sistema rappreżentattiva tal-klejms, il-konsultazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni involvew biss lill-Istati Membri u lill-industrija tal-assikurazzjoni, mingħajr ma' ġew involuti kif xieraq iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jiġifieri dawk li huma l-aktar interessati li jiżguraw li din is-sistema taħdem kif suppost,

N.

billi l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali mġarrba mill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku hija disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; billi aktar minn 90 % tal-każijiet kollha jissolvew barra mill-qorti u spejjeż legali jiġu rimborsati f'ħafna Stati Membri. billi, flimkien ma' dan, il-kumpaniji tal-assikurazzjoni tal-ispejjeż legali diġà pprovdew, għal numru ta' snin, koperturi għal kull tip ta' każijiet bejn il-fruntieri u waqqfu d-dipartimenti propji tagħhom biex jieħdu ħsieb klejms barranin u biex jiffaċilitaw soluzzjonijiet mgħaġġla.

O.

billi l-kwistjoni dwar jekk dawn l-ispejjeż legali raġonevoli għandhomx ikunu koperti minn assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi fl-Istati Membri kollha, għadha mhix solvuta,

P.

madankollu, billi l-fatt li l-ispejjeż legali, fl-Istati Membri kollha, jiġu koperti mill-Assikurazzjoni tat-Terza Parti jgħin sabiex il-konsumaturi Ewropej ikunu protetti aħjar u tiżdied il-fiduċja tagħhom,

Q.

billi s-swieq tal-assikurazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda qegħdin gradwalment jiġu żviluppati; billi, madankollu, f'għadd minn dawn l-Istati Membri, l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali hija prodott relattivament ġdid li jeħtieġ li jiġi promoss peress li l-għarfien pubbliku dwar l-ispejjeż legali hija pjuttost baxxa meta mqabbla ma' oħrajn,

R.

billi l-kopertura obbligatorja għall-ispejjeż legali għandha żżid il-kunfidenza tal-konsumatur fl-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi, l-aktar f'każijiet fejn jitfittex rimedju legali, peress li l-konsumaturi f'ħafna Stati Membri ġodda huma konxji mill-ispejjeż legali għolja, li jkunu koperti minn assikurazzjoni obbligatorja,

S.

billi l-assikurazzjoni obbligatorja fuq l-spejjeż legali toħloq ammont ta' xogħol addizzjonali u iżjed kumpless għall-ġudikatura u jista' jkun li toħloq dewmien biex jissolvew tilwimiet u persentaġġ ogħla ta' klejms mhux iġġustifikati,

T.

billi l-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi u l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali għandhom objettivi differenti u jaqdu funzjonijiet differenti, b'mod partikolari li filwaqt li l-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi tippermetti li l-konsumatur ikun jiflaħ jidħol għall-ispiża ta' kull klejm miġjuba kontrih f'każ ta' inċident tat-traffiku, l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali tkopri l-ispejjeż legali sabiex wieħed jiftaħ klejm kontra parti terza wara inċident tat-traffiku,

U.

billi kampanji pubbliċi mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-industrija tal-assikurazzjoni u mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi huma importanti għall-iżvilupp tas-swieq nazzjonali,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport tal-Kummissjoni u jenfasizza l-importanza li jkunu inklużi, bis-sħiħ u b'mod effettiv, l-partijiet kollha interessati, speċjalment il-konsumaturi, fil-proċess ta' konsultazzjoni fl-iżvilupp ta' politika tal-UE f'dan il-qasam;

2.

Għaldaqstant jappella għas-sehem sistematiku tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw il-vittmi, l-aktar fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-effikaċja tas-sistemi eżistenti fl-Istati Membri;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon din l-evalwazzjoni ex-post tal-miżuri leġiżlattivi sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu qed jaħdmu kif mistenni u sabiex tiġi enfasizzata kull applikazzjoni ħażina li ma tkunx prevista;

4.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fil-poloz tal-assikurazzjoni fuq il-vetturi fir-rigward ta' vjaġġar transkonfinali bil-vetturi fl-UE, speċjalment għas-sewwieqa mill-Istati Membri l-antiki li jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet fl-Istati Membri l-ġodda u viċi-versa;

5.

Iqis li l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti legali u bbażati fuq is-suq li jħarsu l-konsumatur isaħħu l-fiduċja tal-konsumatur fl-assikurazzjoni tal-vetturi;

6.

Jemmen li l-Istati Membri għandhom ukoll ir-responsabilità għat-tħaddim tajjeb tas-sistemi ta' assikurazzjoni nazzjonali tagħhom skond il-leġiżlazzjoni ġdida tal-UE li tikkonċerna l-proċedura tal-offerta/tweġiba maħsuba u l-ispejjeż legali mġarrba mill-vittmi,

7.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli timmoniterja mill-qrib it-tħaddim effettiv tal-mekkaniżmi tas-suq u sabiex minn żmien għall-ieħor tirrapporta lill-Parlament dwar dan;

8.

Iqis li s-sempliċi rekwiżit li l-assikuratur iħallas l-interess statutorju fil-każ ta' dewmien mhux strument li jippenalizza, u li għalhekk il-Kummissjoni teħtieġ li teżerċita aktar kontroll u tieħu miżuri xierqa f'dan ir-rispett sabiex tiżgura li, fl-Istati Membri kollha, is-swieq ikunu qed jaħdmu sew u l-konsumaturi jkunu protetti b'mod effettiv;

9.

Jenfasizza li r-rabtiet ta' ħidma bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, l-industrija tal-assikurazzjoni u l-konsumaturi għandhom jissaħħu sabiex ikun żgurat li jkun hemm forniment kostanti ta' dejta preċiża dwar is-sistemi attwali ta' infurzar;

10.

B'konformità mal-approċċ stabbilit b'mod ġenerali tal-UE għas-sanzjonijiet, iqis li għandu jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà u li m'hemmx ħtieġa għal armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet penali nazzjonali;

11.

Iqis li l-entitajiet regolatorji nazzjonali huma f'pożizzjoni aħjar sabiex jiggarantixxu l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien tal-konsumatur fuq is-swieq nazzjonali tagħhom,

12.

Għaldaqstant, b'riferenza għall-proċedura ta' offerta/tweġiba maħsuba, jirrakkomanda li l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet u l-għażla dwar liema tipi u livelli ta' dispożizzjonijiet huma adegwati, jitħallew f'idejn l-Istati Membri;

13.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu l-effikaċja tal-liġijiet maħsuba fil-każ li ma tiġix rispettata l-iskadenza ta' tliet xhur għat-tressiq ta' tweġiba motivata għat-talba ta' kumpens jew ta' offerta motivata ta' kumpens;

14.

iqis li huwa xieraq li jiġu kkunsidrati bir-reqqa r-raġunijiet għall-inadempjenza tal-kumpaniji tal-assikurazzjoni qabel jiġu applikati l-pieni, billi b'mod partikulari jitqiesu l-fatturi li mhumiex fil-kontroll tal-kumpaniji stess; jawgura li l-Kummissjoni tibqa' tosserva s-swieq nazzjonali u toffri l-kontribut tagħha lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu l-assistenza tagħha;

15.

Itenni l-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fit-tħaddim tas-sistema tar- rappreżentanti tal-klejms billi din tiġi promossa permezz ta' kampanji pubbliċi u b'miżuri adegwati oħra;

16.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-fiduċja tal-konsumaturi billi jippromwovu miżuri adegwati li jżidu l-kuxjenza u l-użu ta' ċentri ta' informazzjoni nazzjonali dwar l-assikurazzjonijiet, bħar-rekwiżit li l-assikuraturi jinkludu d-dettalji għall-kuntatt taċ-ċentru ta' informazzjoni fl-Istat Membru tagħhom fil-pakkett ta' informazzjoni tal-kuntratt;

17.

Barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jesiġu lill-kumpaniji tal-assikurazzjoni, bħala parti mill-pakkett ta' informazzjoni pre-kuntrattwali, jipprovdu informazzjoni komprensiva lill-konsumaturi dwar kif taħdem is-sistema tar-rappreżentanti tal-klejms u x'inhuma l-użi u l-benefiċċji tagħha għall-parti assikurata.

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkompli timmoniterja t-tħaddim tas-sistema, u sabiex tikkoordina u tgħin, fejn ikun hemm ħtieġa jew meta l-awtoritajiet nazzjonali jitolbu għall-għajnuna;

19.

Barra minn hekk iqis, fir-rigward tal-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi, li l-kopertura obbligatorja fuq l-ispejjeż legali toħloq diżinċentiv ċar fuq ir-rikors ta' ftehim barra l-qorti, potenzjalment iżżid in-numru ta' proċedimenti fil-qorti u għaldaqstant twassal għal żieda mhux ġustifikabbli fix-xogħol tal-ġudikatura, u tista' tiddistabbilizza t-tħaddim tas-suq tal-assikurazzjoni volontarja fuq l-ispejjeż legali li jeżisti u li qed jevolvi,

20.

Għaldaqstant fl-aħħar mill-aħħar iqis li l-effetti negattivi tal-introduzzjoni ta' sistema ta' kopertura obbligatorja għall-ispejjeż legali fl-assikurazzjoni fuq ir-Responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi jxejnu l-benefiċċji eventwali;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, bi sħab mal-Istati Membri, tieħu l-miżuri ulterjuri meħtieġa sabiex tqajjem kuxjenza dwar l-assikurazzjoni għall-protezzjoni legali, kif ukoll għal prodotti oħra tal-assikurazzjoni, b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda, filwaqt li tiffoka fuq it-tgħarrif tal-konsumaturi dwar il-vantaġġi li wieħed jiġi offrut u li jkollu dan it-tip ta' kopertura ta' assikurazzjoni;

22.

F'dan il-kuntest iqis l-irwol tal-entitajiet regolatorji nazzjonali bħala kruċjali għall-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki użati fl-Istati membri l-oħra;

23.

Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur primarjament billi tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinkuraġġixxu lill-entitajiet regolatorji nazzjonali u l-kumpaniji ta' assikurazzjoni nazzjonali tagħhom biex iqajmu kuxjenza dwar id-disponibilità ta' assikurazzjoni volontarja fuq l-ispejjeż legali;

24.

Iqis li l-informazzjoni pre-kuntrattwali dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi tista' tinkludi informazzjoni dwar l-għażla li wieħed ikun kopert għall-ispejjeż legali;

25.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex iħeġġu lill-entitajiet regolatorji nazzjonali u lill-intermedjarji sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar riskji possibbli u dwar assikurazzjoni volontarja ulterjuri li tista' tibbenefika lill-konsumaturi, bħal pereżempju, assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali, kopertura ta' assistenza u assikurazzjoni fuq is-serq;

26.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li m'għandhomx stabbiliti sistemi ta' soluzzjoni ta' tilwim għas-soluzzjoni ta' klejms sabiex jikkunsidraw li jintroduċu sistemi bħal dawn, ibbażati fuq l-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra;

27.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex ma tippreġudikax ir-riżultati tal-istudji kkummissjonati fir-rigward tad-danni differenti marbuta ma' feriti fuq il-persuna li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament Roma II (2), riżultati li jistgħu jissuġġerixxu soluzzjoni bbażata fuq l-assikurazzjoni u, b'konsegwenza, emenda għar-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.

(2)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi li tapplika għall-obbligi extrakuntrattwali (“Roma II”) (ĠU L 199, tal-31.7.2007, p. 40).


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/13


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa

P6_TA(2008)0387

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (2008/2033(INI))

2009/C 295 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2006 dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (COM(2006)0254),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2007 dwar ċerti elementi essenzjali li jikkontribwixxu għat-twaqqif tal-istrateġija kontra l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE (COM(2007)0758),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2004 dwar l-użu ta' ftehimiet ta' koperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2004)0260),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill wara l-laqgħat tiegħu tal-14 ta' Mejju 2008 , il-5 ta' Ġunju 2007, it-28 ta' Novembru 2006 u s-7 ta' Ġunju 2006,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 8/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontribut ta' Politiki ta' tassazzjoni u dwana lill-Istrateġija ta' Liżbona (COM(2005)0532),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2008 dwar miżuri biex tinbidel is-sistema tal-VAT biex tiġi miġġielda l-frodi (COM(2008)0109),

wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2008 għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud biex tiġi miġġielda l-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji kif ukoll għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 biex tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji (COM(2008)0147),

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2008 dwar kwistjonijiet tat-taxxa marbuta ma' ftehimiet li għandhom jiġu ffirmati mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0312/2008),

A.

billi l-frodi fiskali għandha konsegwenzi serji għall-baġits tal-Istati Membri u għas-sistema tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, twassal għal vjolazzjonijiet tal-prinċipju tat-tassazzjoni ġusta u trasparenti u x'aktarx li tikkaġuna tagħwiġ tal-kompetizzjoni, u għalhekk taffettwa l-operat tas-suq intern; billi l-intrapriżi onesti għandhom żvantaġġi għall-kompetittività tagħhom minħabba l-frodi fiskali, u t-telf tad-dħul mit-taxxa fl-aħħar mill-aħħar se jpatti għalih iċ-ċittadin Ewropew permezz ta' forom oħra ta' tassazzjoni;

B.

billi l-frodi fiskali tipperikola l-ekwità u l-ġustizzja fiskali, minħabba li n-nuqqas ta' dħul għall-finanzi pubbliċi ħafna drabi hija kkompensata b'żidiet ta' taxxa li jolqtu lil dawk l-inqas sinjuri u dawk li jħallsu t-taxxa b'mod onest, li m'għandhomx l-għażla jew l-intenzjoni li jaħarbu jew li ma josservawx l-obbligi fiskali tagħhom,

C.

billi t-tkabbir tal-kummerċ transkonfinali kkawżat mit-twaqqif tas-suq intern irriżulta f' għadd li qed jiżdied ta' tranżazzjonijiet fejn il-post ta' tassazzjoni u l-post ta' stabbiliment tal-persuna responsabbli li tħallas il-VAT qegħdin f'żewġ Stati Membri differenti,

D.

billi dawk li qed jużaw forom ġodda ta' frodi fiskali marbuta ma' tranżazzjonijiet transkonfinali, bħall-karussell jew il-frodi intra-Komunitarja minn negozjanti li ma jinstabux, ħadu vantaġġ mill-frammentazzjoni u min-nuqqasijiet tas-sistemi attwali tat-tassazzjoni, u billi jeħtieġ li jsiru bidliet fil-mod li bih topera l-VAT,

E.

billi l-evażjoni tal-VAT u l-frodi għandhom impatt fuq l-iffinanzjar tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, billi jwasslu għal ħtieġa akbar biex l-Istati Membri jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom fuq il-bażi tad-dħul gross nazzjonali,

F.

billi l-ġlieda kontra l-frodi, filwaqt li fil-biċċa l-kbira hija r-responsabiltà tal-Istati Membri, mhijiex problema li wieħed jista' jsib tarfha f'livell nazzjonali biss,

G.

billi l-globalizzazzjoni wasslet għal diffikultajiet akbar fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali fuq livell internazzjonali, minħabba l-involviment akbar ta' impriżi mwaqqfa f'pajjiżi terzi fil-frodi karusell, l-espansjoni tal-kummerċ elettroniku u l-globalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi; billi dawn il-fatturi jagħtu spinta qawwija favur it-titjib tal-koperazzjoni internazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-VAT,

H.

billi l-livell għoli ta' frodi fiskali fl-Unjoni Ewropea huwa riżultat tas-sistema tranżizzjonali attwali tal-VAT, li hija kumplessa wisq, u li minħabba fiha huwa diffiċli li t-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jiġu segwiti, jsiru inqas trasparenti u għalhekk aktar miftuħa għall-abbuż,

I.

billi, meta jqisu l-għażliet biex jittrattaw il-frodi fiskali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, kemm hu possibbli, jevitaw miżuri li jistgħu jwasslu għal piż amministrattiv sproporzjonat fuq in-negozji u fuq l-amministrazzjonijiet fiskali jew miżuri li jistgħu jkunu diskriminatorji għal xi negozjanti,

J.

billi kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri ddikjaraw b'mod konsistenti li s-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar fornimenti intrakomunitarji ta' oġġetti ma tagħtix informazzjoni relevanti jew f'waqtha dwar il-ġlieda effiċjenti kontra l-frodi tas-sistema tal-VAT; billi dan jirrikjedi regoli iktar ċari u li jorbtu aktar dwar il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

K.

billi l-użu tat-teknoloġiji disponibbli kollha, fosthom il-ħażna u t-trażmissjoni elettronika ta' ċerta dejta rigward il-VAT u tat-taxxi tas-sisa, huwa indispensabbli għall-operat xieraq tas-sistemi fiskali tal-Istati Membri; billi għandhom jittejbu l-kundizzjonijiet għall-iskambju ta' dejta maħżuna elettronikament, u għall-aċċess dirett tal-Istati Membri għal din id-dejta, f'kull Stat Membru; billi l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-dejta persunali b'attenzjoni xierqa għal skopijiet speċifikati u fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra stipulata mil-liġi,

L.

billi bosta drabi n-negozjanti jingħataw biss informazzjoni mhux kompleta dwar l-istejtus tal-VAT tal-klijenti tagħhom,

M.

billi mat-tisħiħ tal-mezzi biex tinstab il-frodi fiskali għandha tissaħħaħ ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-għajnuna għall-irkuprar tat-taxxi, l-ugwaljanza fit-trattament tat-taxxa u l-prattikabiltà għan-negozji,

L-istrateġija tal-UE rigward il-frodi fiskali

1.

Jinnota li l-iskop ta' strateġija tal-UE rigward il-frodi fiskali jrid ikun dak li jinstab tarf tat-telf fiskali minħabba l-frodi fiskali billi jiġu identifikati l-oqsma fejn jista' jsir titjib kemm fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fil-koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, titjib li jippromwovi b'mod effettiv it-tnaqqis tal-frodi fiskali, mingħajr ma jinħolqu piżijiet mhux meħtieġa kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għal min iħallas it-taxxa;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex fl-aħħar jieħdu l-ġlieda kontra l-frodi fiskali b'mod serju;

3.

Ifakkar li t-twaqqif ta' sistema tal-VAT bbażata fuq il-“prinċipju tal-oriġini”, li timplika li t-tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri li jaqgħu taħt is-sistema tal-VAT iġorru t-taxxa mħallsa fil-pajjiż tal-oriġini minflok ma jkollhom ir-rata żero, tibqa' soluzzjoni dejjiema li permezz tagħha l-frodi fiskali tista' tiġi miġġielda b'mod effettiv; jinnota li l-“prinċipju tal-oriġini” jevita li l-prodotti kkummerċjalizzati fis-suq intern jiġu eżentati mill-VAT u għalhekk jiġu ntaxxati fil-pajjiż ta' destinazzjoni; ifakkar li sabiex tkun operattiva, sistema tal-VAT bbażata fuq il-“prinċipju tal-oriġini” teħtieġ it-twaqqif ta' sistema ta' rilaxx (clearing system), kif propost oriġinarjament mill-Kummissjoni fl-1987;

4.

Jiddispjaċih għall-attitudni ta' tfixkil ta' xi Stati Membri f'dawn l-aħħar għaxar snin, li fixklet kwalunkwe strateġija effettiva tal-UE biex tiġġieled il-frodi fiskali;

5.

Jiddispjaċih li minkejja analiżi ripetuti, talbiet u oġġezzjonijiet, il-Kunsill għadu ma addottax strateġija effettiva għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma żżommx lura milli tiffaċċja l-problema b'mod determinat, minkejja l-fallimenti ripetuti fl-aħħar għexieren ta' snin;

Kwistjonijiet ġenerali: il-kobor tal-frodi fiskali u l-konsegwenzi tagħha

7.

Jirrikonoxxi li stimi tat-telf fiskali globali (dirett u indirett) minħabba l-frodi fiskali jvarjaw minn 200 għal 250 biljun ewro, li huwa ugwali għal 2 sa 2,25 % tal-GDP fl-Unjoni Ewropea; minn dak l-ammont 40 miljun ewro huma dovuti għal frodi tas-sistema tal-VAT u huwa stmat li jinkludu 10 % tad-dħul mill-VAT, 8 % tad-dħul totali mit-taxxi tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku fl-1998 u 9 % tad-dħul totali mit-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk; jiddispjaċih, madankollu, li m'hemmx ċifri preċiżi disponibbli għaliex l-istandards nazzjonali ta' rappurtaġġ ivarjaw ħafna;

8.

Jitlob biex issir analiżi ta' dejta uniformi fl-Istati Membri kollha bħala bażi għat-trasparenza u l-miżuri nazzjonali kontra l-frodi fiskali;

9.

Jiddispjaċih, li minħabba n-nuqqas ta' dejta miġbura f'livell nazzjonali, li ma jistax ikun evalwat sew la l-kobor veru tal-problema, u lanqas il-monitoraġġ tal-bidliet, kemm jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra sistema armonizzata Ewropea għall-ġbir tad-dejta u li tipproduċi statistika dwar il-frodi fiskali, sabiex ssir evalwazzjoni ta' sa fejn iwassal il-fenominu li jkun korrett kemm jista' jkun;

11.

Ifakkar li l-eliminazzjoni tal-ekonomija informali ma tistax isseħħ mingħajr l-implimentazzjoni ta' inċentivi adattati; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, permezz tal-iskorbord ta' Liżbona, sa liema punt irnexxielhom inaqqsu l-ekonomiji informali tagħhom;

Is-sistema attwali tal-VAT u n-nuqqasijiet tagħha

12.

Jinnota li l-frodi fiskali marbuta mal-VAT hija kwistjoni ta' preokkupazzjoni partikulari għat-tħaddim tas-suq intern peress li għandha impatt transkonfinali dirett, tinvolvi ammonti sostanzjali ta' telf ta' dħul u taffettwa l-baġit tal-UE b'mod dirett;

13.

Itenni li s-sistema attwali tal-VAT, imwaqqfa fl-1993, kellha tkun biss sistema tranżitorja u li l-Parlament kien talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti bil-għan li sa l-2010 tittieħed deċiżjoni finali dwar is-sistema definittiva tal-VAT;

14.

Isostni li flimkien, il-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-kapital fi ħdan is-suq intern mill-1993, kif ukoll l-avvanzi f'teknoloġija ġdida fir-rigward ta' oġġetti żgħar u ta' valur kbir, għamlu l-ġlieda kontra l-frodi tas-sistema tal-VAT aktar diffiċli, aktar u aktar minħabba l-kumplessità u l-istruttura frammentata tas-sistema attwali li tagħmilha diffiċli li t-tranżazzjonijiet jiġu ttraċċjati u għaldaqstant huwa aktar faċli biex wieħed jabbuża mis-sistema;

15.

Jinnota li qed jiżdiedu l-każi ta' frodi minn negozjanti mitlufin kif ukoll l-abbuż intenzjonat tas-sistema tal-VAT minn gruppi kriminali li jfasslu skemi biex japprofittaw min-nuqqasijiet fis-sistema; u jiġbed l-attenzjoni għall-każ ta' frodi karusell tal-VAT imnedija mill-Eurojust, li tinvolvi 18-il Stat Membru u frodi fiskali li jammontaw għal madwar EUR 2.1 biljun;

16.

Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex iġġib bidla fundamentali fis-sistema attwali tal-VAT; jilqa' l-fatt li issa l-Istati Membri jqisu din il-kwistjoni bħala prijorità u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikunu ppreparati li jieħdu miżuri sostantivi f'dan ir-rigward;

17.

Iqis li s-sistema attwali hija antikwata u teħtieġ bidla radikali bla ma jitqiegħed piż żejjed fuq in-negozjanti onesti minħabba l-burokrazija; huwa tal-fehma li ma jistax jinżamm l-istatus quo;

Sistemi alternattivi għas-sistema attwali tal-VAT

Sistema tar-“Reverse Charge”

18.

Jinnota li f'sistema “reverse-charge”, il-VAT taqa' fuq il-klijent taxxabbli minflok fuq il-fornitur; jirrikonoxxi li din is-sistema għandha l-vantaġġ li tneħħi l-possibilità ta' frodi minn negozjanti mitlufin, billi l-persuna taxxabbli li tirċievi l-oġġetti titqies responsabbli għall-VAT;

19.

Jinnota li l-ħolqien ta' sistema ta' VAT doppja jmur kontra l-operat effiċjenti tas-suq intern u jkun is-sors ta' ambjent iktar kumpless li jista' jiskuraġġixxi l-investiment tan-negozji, u dan jista' jingħeleb biss fil-futur imbiegħed permezz ta' sistema “reverse charge” ġeneralizzata u obbligatorja, u mhux b'sistema mhux obbligatorja jew limitata għal xi fornimenti magħżula;

20.

Jinnota, barra minn hekk, li s-sistema “reverse charge” ma tippermettix pagamenti frazzjonati u li l-VAT totali titħallas biss fl-aħħar tal-katina ta' forniment, filwaqt li jitneħħa l-mekkaniżmu ta' awtokontroll tal-VAT; iwissi li jistgħu jitfaċċaw forom ġodda ta' frodi inklużi telf fiskali akbar fil-livell tan-negozji bl-imnut u l-użu ħażin tan-numri ta' reġistrazzjoni tal-VAT, u li l-ġlieda kontra frodi bħal din permezz ta' verifika addizzjonali tista' twassal għal piżijiet amministrattivi addizzjonali għan-negozjanti onesti; għaldaqstant iħeġġeġ il-kawtela u l-kunsiderazzjoni serja qabel ma tiddaħħal sistema “reverse charge”; jinnota, madankollu, li l-applikazzjoni ta' limitu minimu biex ikun illimitat ir-riskju ta' konsum finali mhux taxxat jgħin biex tiġi miġġielda l-frodi u jikkunsidra li l-limitu minimu ta' EUR 5 000 issuġġerit mill-Kunsill bħala raġonevoli;

Proġett pilota

21.

Jinnota, għalkemm jibqa' kawt u kritiku, li proġett pilota jista' jgħin lill-Istati Membri jifhmu aħjar ir-riskji inerenti tas-sistema “reverse charge”, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu garanziji xierqa ħalli jiżguraw li la l-Istat Membru li qed jipparteċipa u lanqas xi Stat Membru ieħor ma jkun espost għal riskji kbar waqt li jkun fis-seħħ il-proġett pilota;

It-tassazzjoni tal-provvisti intrakomunitarji

22.

Huwa tal-fehma li l-aqwa soluzzjoni biex tingħeleb il-frodi tal-VAT marbuta ma provvisti transkonfinali tkun li tiddaħħal sistema li fiha l-eżenzjoni tal-VAT għall-provvisti intrakomunitarji tkun sostitwita b'rata ta' tassazzjoni ta' 15 %; jinnota li dik is-sistema taħdem aħjar jekk il-varjetà u l-kumplessità tar-rati mnaqqsa jkunu ssimplifikati b'mod sostanzjali, filwaqt li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv kemm fuq in-negozji kif ukoll fuq l-awtoritajiet fiskali; jinnota li t-tnaqqis individwali tar-rati tal-VAT li daħal fis-seħħ qabel l-1992 għandu jiġi eżaminat bir-reqqa u evalwat biex isir magħruf jekk il-persistenza tiegħu hijiex ġustifikata fuq bażi ekonomika;

23.

Jirrikonoxxi li minħabba r-rati tal-VAT differenzjali, it-tassazzjoni tal-provvisti intrakomunitarji teħtieġ li jerġgħu jiġu bbilanċjati l-pagamenti bejn l-Istati Membri; iqis li dan l-ibbilanċjar mill-ġdid għandu jsir permezz ta' kamra tal-ikklerjar (clearing house)li tiffaċilita t-trasferiment tad-dħul bejn l-Istati Membri; jenfasizza li l-operat ta' kamra tal-ikklerjar huwa teknikament fattibbli;

24.

Huwa tal-fehma li sistema deċentralizzata ta' kmamar tal-ikklerjar tista' tkun iktar xierqa u tista' tkun żviluppata iktar malajr, sakemm tiftaħ il-possibiltajiet għall-Istati Membri biex jaqblu bilateralment dwar dettalji importanti, filwaqt li jitqiesu l-bilanċ kummerċjali individwali tagħhom, is-similaritajiet fit-tħaddim tas-sistema tal-VAT u l-mekkaniżmi tagħhom ta' kontroll kif ukoll il-fiduċja reċiproka;

25.

Jenfasizza li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tkun responsabbli biex tiġbor il-VAT mill-fornitur stabbilit fit-territorju tiegħu u biex tittrasferixxi l-ammont permezz tas-sistema ta' rilaxx lill-amministrazzjoni fiskali tal-pajjiż fejn sar l-akkwist intrakomunitarju; jirrikonoxxi li jeħtieġ li tinbena fiduċja reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet fiskali;

Il-koperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka fil-qasam tal-VAT, tat-taxxi tas-sisa u tat-tassazzjoni diretta

26.

Jenfasizza li l-Istati Membri ma jistgħux jiġġieldu waħedhom kontra l-frodi fiskali transkonfinali; huwa tal-fehma li l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni ma kinux biżżejjed biex il-frodi fiskali tingħeleb b'mod effettiv kemm fir-rigward tal-kwalità kif ukoll fir-rigward tal-ħeffa; iqis li l-kuntatt dirett bejn l-uffiċċji lokali jew nazzjonali kontra l-frodi la hu żviluppat u lanqas implimentat biżżejjed, u dan iwassal għall-ineffiċjenza, għan-nuqqas ta' użu adegwat tal-ftehimiet għall-koperazzjoni amministrattiva u għad-dewmien fil-komunikazzjoni;

27.

Jinsisti li sabiex jitħares id-dħul fiskali tal-Istati Membri kollha fil-qafas tas-Suq Intern, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri komparabbli kontra dawk li jwettqu l-frodi, indipendentement minn fejn ikun sar it-telf ta' dħul; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mekkaniżmi possibbli biex jippromwovu koperazzjoni ta' dan it-tip bejn l-Istati Membri;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni għall-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (3) sabiex mill-2010 'l quddiem jitħaffu l-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intrakomunitarji; jirrikonoxxi li r-regoli proposti dwar ir-rappurtaġġ fi żmien xahar se jżidu piż amministrattiv għan-negozji li jagħtu biss servizzi li bħalissa m'humiex suġġetti għal dik ir-regola, iżda jaċċetta li dan huwa meħtieġ minħabba l-possibiltà ta' frodi karużell f'ċerti servizzi;

29.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta l-miżuri proposti malajr u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq aktar proposti dwar l-aċċess awtomatizzat mill-Istati Membri l-oħra kollha għal xi informazzjoni mhux sensittiva li għandhom l-Istati Membri dwar il-persuni taxxabbli tagħhom stess (bħal fil-qasam tal-kummerċ, xi informazzjoni rigward il-fatturat), u dwar l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għar-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni tal-persuni li jaqgħu taħt il-VAT biex jiżguraw li l-persuni taxxabbli foloz jinstabu u jiġu dereġistrati malajr; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jieħdu r-responsabilità biex iżommu l-informazzjoni tagħhom aġġornata, b'mod partikulari rigward id-dereġistrazzjoni u s-sejbien ta' reġistrazzjonijiet foloz;

30.

Ifakkar li l-pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens) jistgħu jirrappreżentaw ostakolu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona, jekk jagħmlu pressjoni eċċessiva biex inaqqsu r-rati tat-taxxa u, b'mod ġenerali, id-dħul mit-taxxa;

31.

Jenfasizza wkoll li fi żminijiet ta' dixxiplina baġitarja kwalunkwe erożjoni tal-bażi fiskali pprovokata mill-pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens) jew kompetizzjoni fiskali bla rażan jistgħu jipperikolaw il-kapaċità tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-Patt tal-Istabilità u t-Tkabbir;

32.

Jenfasizza li t-tneħħija tal-postijiet li joffru kenn mit-taxxa teħtieġ, inter alia, strateġija fuq tliet punti: l-indirizzar tal-evitar tat-taxxa, it-twessigħ tal-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (4) u billi l-OECD tintalab biex, permezz tal-membri tagħha, timponi sanzjonijiet fuq il-postijiet li joffru kenn mit-taxxa li ma jikkoperawx;

L-evażjoni tat-taxxa

33.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri qed ifixklu r-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE bl-oġġezzjonijiet ġodda kontinwi u tattiki ta' dewmien tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq kemm jista' jkun malajr il-proposti tagħha minkejja s-sinjali ta' reżistenza;

34.

Jinnota li r-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE għandha titratta l-lakuni u d-defiċjenzi varji tagħha, għax dawn ifixklu s-sejbien tal-evażjoni tat-taxxa u l-operazzjonijiet ta' frodi fiskali;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE, biex teżamina l-għażliet għal riforma, kif ukoll tinvestiga t-twessiegħ tal-għan tad-direttiva f'dak li jirrigwarda t-tipi ta' entitajiet legali u s-sorsi ta' dħul finanzjarju;

36.

Iħeġġeġ sabiex l-Unjoni Ewropea iżżomm fl-aġenda t-tneħħija fuq livell globali tal-postijiet li joffru kenn mit-taxxa, wara li jitqiesu l-effetti ta' ħsara tagħhom fuq id-dħul fiskali tal-Istati Membri individwali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jużaw kemm jistgħu l-qawwa kummerċjali tal-UE meta jinnegozjaw ftehimiet ta' kummerċ u ta' koperazzjoni mal-gvernijiet ta' pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens), sabiex jipperswaduhom ħalli jeliminaw dispożizzjonijiet u prattiki fiskali li jiffavorixxu l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali; jilqa' b'sodisfazzjon, bħala l-ewwel pass, ir-rakkomandazzjonijiet imniżżla fil-konklużjonijiet tal-Kunsill wara l-laqgħa tiegħu tal-14 ta' Mejju 2008 biex fil-ftehimiet kummerċjali tiddaħħal klawżola dwar il-governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq klawżola ta' dan it-tip b'effett immedjat fin-negozjati tagħha tal-ftehimiet kummerċjali fil-ġejjieni;

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 20, 25.1.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/19


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
It-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat

P6_TA(2008)0389

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat

2009/C 295 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar l-irwol tal-volontarjat favur fil-kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika u soċjali (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħa fil-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet komuni għall-attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi hemm aktar minn 100 miljun Ewropew ta' kull età, ta' kull twemmin u ta' kull nazzjonalità li jagħmlu l-volontarjat,

B.

billi stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat fi Frar 2007 wera' li 3 minn kull 10 persuni Ewropej jgħidu li huma attivi f'xogħol ta' volontarjat u li qrib it-80 % tan-nies iħossu li l-attivitajiet volontarji huma parti importanti fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (3),

C.

billi s-settur tal-volontarjat jikkontribwixxi madwar 5 % tal-prodott gross domestiku tal-ekonomiji tal-Istati Membri, u jiżviluppa azzjonijiet innovattivi biex jidentifika u jirreaġixxi għall-bżonnijiet li jitfaċċaw fis-soċjetà,

D.

billi ċ-Ċentru Ewropew għall-Volontarjat, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, l-Assoċjazzjoni tal-Organizzazzjonijiet għas-Servizzi Volontarji, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Moviment tal-Iskawts, Is-Salib l-Aħmar/l-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea, il-volonteurope, il-Pjattaforma Ewropea għall-Anzjani (l-AGE), is-Solidar, il-Caritas Ewropea, l-ENGAGE, il-Johanniter Internazzjonali, l-Organizzazzjoni Ewropea mhux Governattiva tal-Isports u oħrajn — li flimkien jirrappreżentaw eluf ta' organizzazzjonijiet li jinvolvu miljun ta' voluntiera li kollha talbu lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex iħabbru s-sena 2011 bħala s-Sena Ewropa tal-Volontarjat,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni, appoġġjat mill-Istituzzjonijiet kollha tal-UE biex tħabbar is-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-lista tal-firmatarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Gabriele Albertini, Jim Allister, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Jean-Luc Bennahmias, Rolf Berend, Pervenche Berès, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Adam Bielan, Guy Bono, Josep Borrell Fontelles, Victor Boștinaru, Catherine Boursier, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, André Brie, Elmar Brok, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Ieke van den Burg, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Cristian Silviu Bușoi, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Martin Callanan, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marie-Arlette Carlotti, Giorgio Carollo, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Pilar del Castillo Vera, Jorgo Chatzimarkakis, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Philip Claeys, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Crețu, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Dragoș Florin David, Chris Davies, Bairbre de Brún, Jean-Luc Dehaene, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Albert Deß, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Koenraad Dillen, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, James Elles, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Markus Ferber, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Glyn Ford, Janelly Fourtou, Armando França, Duarte Freitas, Ingo Friedrich, Urszula Gacek, Michael Gahler, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Bogdan Golik, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Vasco Graça Moura, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Fiona Hall, David Hammerstein, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Anna Hedh, Jeanine Hennis-Plasschaert, Esther Herranz García, Jim Higgins, Jens Holm, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Maria Iacob-Ridzi, Sophia in 't Veld, Mikel Irujo Amezaga, Ville Itälä, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Jałowiecki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Elisabeth Jeggle, Rumiana Jeleva, Anne E. Jensen, Romana Jordan Cizelj, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Ewa Klamt, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Silvana Koch-Mehrin, Eija-Riitta Korhola, Miloš Koterec, Holger Krahmer, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, Jean Lambert, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Marian-Jean Marinescu, Catiuscia Marini, Sérgio Marques, Maria Martens, David Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Maria Matsouka, Manolis Mavrommatis, Hans-Peter Mayer, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Michael Henry Nattrass, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, James Nicholson, Angelika Niebler, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Vural Öger, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Ria Oomen-Ruijten, Dumitru Oprea, Miroslav Ouzký, Siiri Oviir, Doris Pack, Maria Grazia Pagano, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Markus Pieper, Sirpa Pietikäinen, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Umberto Pirilli, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Miguel Portas, Vittorio Prodi, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Alexander Radwan, Bilyana Ilieva Raeva, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Marco Rizzo, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Wojciech Roszkowski, Libor Rouček, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Sebastiano Sanzarello, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Toomas Savi, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Pierre Schapira, Agnes Schierhuber, Margaritis Schinas, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Pál Schmitt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Nina Škottová, Alyn Smith, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Ulrich Stockmann, Dimitar Stoyanov, Robert Sturdy, Margie Sudre, David Sumberg, László Surján, Eva-Britt Svensson, József Szájer, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Frank Vanhecke, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Armando Veneto, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Diana Wallis, Graham Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0131.

(2)  ĠU C 241, 20.9.2008, p. 1.

(3)  “Realtà Soċjali Ewropea”, Ewrobarometru Speċjali 273, Parti 66.3.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/21


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki tal-UE

P6_TA(2008)0390

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki tal-UE

2009/C 295 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha “Impetu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej” (COM(2001)0681), li fiha l-Parlament eżamina r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2002 (1), adottat l-objettiv li tiddedika aktar attenzjoni liż-żgħażagħ f'oqsma oħra ta' politika, speċjalment l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, l-impjiegi, l-integrazzjoni soċjali, is-saħħa, l-awtonomija taż-żgħażagħ, il-mobilità, id-drittijiet fundamentali u n-non-diskriminazzjoni,

B.

billi l-Kunsill Ewropew tat-22 — 23 ta' Marzu 2005 adotta “Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ” bħala wieħed mill-istrumenti li jikkontribwixxi għall-objettivi ta' Liżbona u ġedded l-impenn tiegħu f'Marzu 2008, fejn insista li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fiż-żgħażagħ issa u fil-ġejjieni,

C.

billi l-Kummissjoni Ewropea rriflettiet il-ħtieġa li l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ jiġu integrati orizzontalment fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Settembru 2007 dwar “Promozzjoni tal-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjetà” (COM(2007)0498),

D.

billi hu adotta r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar qafas regolatorju għal miżuri li jippermettu lin-nisa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea jgħaqqdu l-ħajja tal-familja ma' perjodu ta' studji (2) u tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-futur demografiku tal-Ewropa (3), u b'hekk tiġi enfasizzata l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu meqjusa aktar,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra u tinkorpora l-impatt fuq iż-żgħażagħ u r-riżultati tad-djalogu strutturat li jsir mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ meta jkunu qed iħejju l-proposti leġiżlattivi, b'mod partikulari fl-oqsma ta' politiki msemmija fil-Premessa A;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiffokaw fuq iż-żgħażagħ meta jkunu qed jimplimentaw il-Programmi ta' Liżbona ta' Riformi Nazzjonali u biex iqisu liż-żgħażagħ fl-oqsma ta' politiki relevanti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma'ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Jean-Luc Bennahmias, Monika Beňová, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Guy Bono, Victor Boștinaru, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Jan Březina, André Brie, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Wolfgang Bulfon, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Giuseppe Castiglione, Jean-Marie Cavada, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Daniel Cohn-Bendit, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Thierry Cornillet, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Jan Cremers, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoș Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Jean-Luc Dehaene, Panayiotis Demetriou, Marie-Hélène Descamps, Albert Deß, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Claudio Fava, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Janelly Fourtou, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Milan Gaľa, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Patrick Gaubert, Jean-Paul Gauzès, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Ioannis Gklavakis, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Vasco Graça Moura, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Matthias Groote, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Cristina Gutiérrez-Cortines, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jim Higgins, Jens Holm, Mary Honeyball, Milan Horáček, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Ville Itälä, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Mieczysław Edmund Janowski, Anne E. Jensen, Dan Jørgensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Ewa Klamt, Dieter-Lebrecht Koch, Silvana Koch-Mehrin, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, André Laignel, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Marie-Noëlle Lienemann, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Florencio Luque Aguilar, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Mario Mantovani, Catiuscia Marini, Helmuth Markov, Sérgio Marques, Maria Martens, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Manolis Mavrommatis, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Angelika Niebler, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Ioan Mircea Pașcu, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Maria Petre, Sirpa Pietikäinen, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Umberto Pirilli, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Miguel Portas, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Maria Robsahm, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Sebastiano Sanzarello, Salvador Domingo Sanz Palacio, Amalia Sartori, Gilles Savary, Toomas Savi, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Agnes Schierhuber, Carl Schlyter, Frithjof Schmidt, Pál Schmitt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Gabriele Stauner, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Ulrich Stockmann, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Margie Sudre, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, István Szent-Iványi, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Andres Tarand, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Jan Marinus Wiersma, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


(1)  ĠU C 180E, 31.7.2003, p. 145.

(2)  ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 112.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0066.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/23


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin (dikjarazzjoni bil-miktub)

P6_TA(2008)0391

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin

2009/C 295 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ħtif ta' tifel jew tifla huwa fost l-aktar delitti inumani,

B.

billi t-twettiq ta' delitti bħal dawn qiegħed jiżdied fl-Ewropa u jista' jinvolvi ċ-ċaqliq tal-vittmi bejn il-fruntieri tal-istati,

C.

billi l-prospetti li tiġi salvata l-ħajja ta' tfal maħtufin jonqsu biż-żmien,

D.

billi m'hemm l-ebda sistema ta' twissija madwar l-Ewropa kollha għall-għajbien tat-tfal u lanqas xi sistemi lokali jew nazzjonali fil-parti l-kbira tal-Unjoni Ewropea,

1.

Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu sistema ta' twissija għat-tfal li huma neqsin, li meta tkun attivata tkun teħtieġ li jiġu mgħoddija lill-mezzi ta' komunikazzjoni tal-aħbarijiet, lill-awtoritajiet tal-fruntieri u lill-aġenziji tad-dwana u tal-infurzar tal-liġi:

id-dettalji tat-tifel jew tifla li jkunu neqsin, flimkien ma' ritratt, jekk dan ikun disponibbli,

informazzjoni rilevanti għall-għajbien u għall-persuni li jkunu suspettati li wettqu l-ħtif,

numru tat-telefon li wieħed ikun jista' jċempel biex jagħti tagħrif (116 000, fejn ikun operazzjonali);

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jilħqu ftehimiet ta' koperazzjoni mal-pajjiżi kollha ġirien biex jiżguraw il-kapaċità li tingħata twissija ta' malajr fit-territorji kollha rilevanti;

3.

Jitlob li tiġi żviluppata organizzazzjoni komuni biex tipprovdi għajnuna u taħriġ lill-korpi nazzjonali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Jim Allister, Alexander Alvaro, Georgs Andrejevs, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Stavros Arnaoutakis, Richard James Ashworth, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Domenico Antonio Basile, Gerard Batten, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Sergio Berlato, Thijs Berman, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Jens-Peter Bonde, Vito Bonsignore, Graham Booth, Mario Borghezio, Costas Botopoulos, Catherine Boursier, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, André Brie, Danutė Budreikaitė, Paul van Buitenen, Kathalijne Maria Buitenweg, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Niels Busk, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Mogens Camre, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Ole Christensen, Fabio Ciani, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Thierry Cornillet, Paolo Costa, Jean Louis Cottigny, Paul Marie Coûteaux, Michael Cramer, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Hanne Dahl, Daniel Dăianu, Chris Davies, Bairbre de Brún, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Albert Deß, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, James Elles, Edite Estrela, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Nigel Farage, Markus Ferber, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Roberto Fiore, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Janelly Fourtou, Milan Gaľa, Elisabetta Gardini, Giuseppe Gargani, Evelyne Gebhardt, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Catherine Guy-Quint, Fiona Hall, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Roger Helmer, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jim Higgins, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ján Hudacký, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Iliana Malinova Iotova, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Anne E. Jensen, Romana Jordan Cizelj, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Syed Kamall, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Robert Kilroy-Silk, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Maria Eleni Koppa, Eija-Riitta Korhola, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Kurt Lechner, Bernard Lehideux, Klaus-Heiner Lehne, Jo Leinen, Jean-Marie Le Pen, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Marian-Jean Marinescu, Catiuscia Marini, David Martin, Jan Tadeusz Masiel, Véronique Mathieu, Yiannakis Matsis, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Erik Meijer, Marianne Mikko, Gay Mitchell, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, James Nicholson, null Nicholson of Winterbourne, Vural Öger, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Miroslav Ouzký, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Maria Petre, Willi Piecyk, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Umberto Pirilli, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Guido Podestà, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Giovanni Robusti, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Martine Roure, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Manuel António dos Santos, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Toomas Savi, Christel Schaldemose, Margaritis Schinas, György Schöpflin, Jürgen Schröder, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Nina Škottová, Alyn Smith, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Robert Sturdy, Margie Sudre, David Sumberg, Konrad Szymański, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Silvia-Adriana Țicău, Jeffrey Titford, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Antonios Trakatellis, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Frank Vanhecke, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Diana Wallis, Graham Watson, Manfred Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská, Jan Zahradil, Iva Zanicchi, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Vladimír Železný, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/26


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Ġeorġja

P6_TA(2008)0396

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja

2009/C 295 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Ġeorġja u, b'mod partikulari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar l-Ossezja tan-Nofsinhar (1), u r-riżoluzzjonijiet tad-29 ta' Novembru 2007 (2) u tal-5 ta' Ġunju 2008 (3) dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinanzi (ENP) (4), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar politika aktar effettiva għan-Nofsinhar tal-Kawkasu (5) u dwar Approċċ ta' Politika Reġjonali dwar il-Baħar l-Iswed (6),

wara li kkunsidra l-ENP adottata mal-Ġeorġja, li jinkludi impenn għall-koperazzjoni għas-soluzzjoni tal-kunflitti interni tal-Ġeorġja,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/450/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar it-tkomplija tas-sehem tal-Unjoni Ewropea għall-proċess tas-soluzzjoni tal-kunflitt fil-Ġeorġja u fl-Ossezja tan-Nofsinhar (7) u l-azzjonijiet konġunti ta' qabel tal-Kunsill dwar l-istess suġġett,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 swar is-Samit bejn l-UE u r-Russja tas-26-27 ta' Ġunju 2008 f'Khanty-Mansiysk (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-13 ta' Awissu 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (9) li saret fi Brussell fl-1 ta' Settembru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet S/RES/1781 (2007) u S/RES/1808 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li t-tnejn jappoġġjaw l-integrità territorjali tal-Ġeorġja u dik tal-aħħar testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tan-NU fil-Ġeorġja (UNOMIG) sal-15 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 861 tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u l-Kooperazzjoni fl-Ewropea (OSCE) tad-19 ta' Awissu 2008 dwar iż-żieda fin-numru ta' uffiċjali militari ta' monitoraġġ fil-missjoni tal-OSCE fil-Ġeorġja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tan-NATO f'Bukarest fit-3 ta' April 2008 u l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill tan-NATO tad-19 ta' Awissu 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE għadha impenjata favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ġeorġja fil-konfini rikonoxxuti f'livell internazzjonali,

B.

billi t-tqassim tal-passaporti Russi liċ-ċittadini tal-Ossezja tan-Nofsinhar, l-appoġġ għall-moviment separatista kif ukoll iż-żieda fl-attivitajiet militari mis-separatisti kontra l-irħula b'popolazzjoni Ġeorġjana kabbru t-tensjoni fl-Ossezja tan-Nofsinhar, flimkien mal-manuvri militari kbar mir-Russja qrib il-fruntiera mal-Ġeorġja f'Lulju 2008,

C.

billi wara bosta ġimgħat ta' żieda fit-tensjoni u ġlied bejn il-partijiet u provokazzjonijiet min-naħa tal-forzi separatisti tal-Ossezja tan-Nofsinhar b'attakki bil-bombi, ġlied fatali, sparar u bombardamenti li kkawżaw il-mewt ta' bosta ċivili u l-feriment ta' ħafna oħrajn, fil-lejl ta' bejn is-7/8 ta' Awissu 2008 l-armata Ġeorġjana fetħet b'sorpriża attakk bl-artillerija fuq Tskhinvali segwit minn operazzjoni fuq l-art bl-użu kemm ta' tankijiet kif ukoll ta' suldati bil-għan li jerġa' jinkiseb il-kontroll tal-Ossezja tan-Nofsinhar,

D.

billi r-Russja rrispondiet immedjatament, wara tisħiħ militari twil, b'kontra-attakk kbir, billi bagħtet tankijiet tal-gwerra u infanterija, ibbumbardjat diversi nħawi fil-Ġeorġja, inkluż il-belt ta' Gori, u bblukkat il-portijiet Ġeorġjani fil-Baħar l-Iswed,

E.

billi madwar 158 000 persuna ġew imġiegħla jiċċaqalqu minħabba l-kriżi u kellhom jitilqu minn djarhom, u issa għandhom jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom li jmorru lura fi djarhom; billi l-preżenza ta' munizzjonijiet tat-tip “cluster”, artillerija li għadha ma splodietx u mini ta' kontra l-bniedem, kif ukoll it-twissijiet tar-Russja u n-nuqqas ta' koperazzjoni ifissru li ritorn bħal dan ikun perikoluż,

F.

billi l-infrastruttura tal-Ġeorġja ġarrbet ħsarat kbar minħabba l-azzjonijiet militari Russi u billi hemm bżonn ta' għajnuna umanitarja,

G.

billi r-riċerkaturi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u analisti militari iddokumentaw l-użu mit-truppi Russi ta' munizzjonijiet tat-tip “cluster” fil-Ġeorġja, li rriżulta f'eluf ta' biċċiet ta' artillerija li għadhom ma splodewx fiz-zoni ta' kunflitt; billi l-Ġeorġja amettiet ukoll li għamlet użu minn bombi tat-tip “cluster” fl-Ossezja tan-Nofsinhar qrib il-mina ta' Roki,

H.

billi fit-12 ta' Awissu 2008 l-Presidenti tal-Ġeorġja u tar-Russja impenjaw ruħhom bi ftehima fuq il-bażi ta' sforzi ta' medjazzjoni mill-UE li pprevediet il-waqfien mill-ġlied immedjat, l-irtirar tal-forzi Ġeorġjani u Russi għall-pożizzjonijiet li kellhom qabel is-7 ta' Awissu 2008 u l-bidu ta' taħditiet internazzjonali dwar mekkaniżmu internazzjonali li għandu jitwaqqaf minnufih sabiex jipprepara t-triq għal soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-kunflitt,

I.

billi fid-19 ta' Awissu 2008 n-NATO ssospendiet ir-rabtiet regolari fl-ogħla livelli mar-Russja, u ddikjarat li l-azzjoni militari Russa kienet “sproporzjonata” u “inkonsistenti mal-irwol tagħha fiż-żamma tal-paċi fi nħawi tal-Ġeorġja” u li ma setgħetx tissokta l-attitudni ta' “kollox normali” sakemm it-truppi Russi jibqgħu fil-Ġeorġja,

J.

billi fit-22 ta' Awissu 2008 r-Russja rtirat it-tankijiet, l-artillerija u l-mijiet ta' truppi mill-aktar pożizzjonijiet avvanzati tagħhom fil-Ġeorġja, iżda għadha tikkontrolla l-aċċess għall-belt tal-port ta' Poti, lejn in-Nofsinhar tal-Abkażja, u l-Gvern Russu ħabbar li kien se jħalli t-truppi f'zona ta' sigurtà madwar l-Ossezja tan-Nofsinhar, billi jistabbilixxi tmien punti ta' kontroll fejn se jintbagħtu truppi Russi,

K.

billi fil-25 ta' Awissu 2008, il-kamra superjuri tal-parlament Russu adottat riżoluzzjoni li titlob lill-President jirrikonoxxi l-indipendenza tar-reġjuni seċessjonisti Ġeorġjani tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar, li, kienet segwita fis-26 ta' Awissu 2008 bid-deċiżjoni tal-President Dmitry Medvedev li r-Russja kienet se tirrikonoxxi formalment liż-żewġ reġjuni bħala stati indipendenti,

L.

billi dan il-kunflitt għandu implikazzjonijiet wiesgħa ħafna għall-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun, li jmorru 'l hinn ħafna mir-relazzjoni diretta bejn il-partijiet kollha fil-kunflitt, bil-possibilità ta' riperkussjonijiet fuq ir-rabtiet bejn l-UE u r-Russja, fuq l-ENP, fuq ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u lil hinn minnu,

M.

billi l-Unjoni Ewropea għandha żżomm għaqda politika sħiħa b'reazzjoni għall-kriżi fil-Ġeorġja u għandha titkellem b'vuċi waħda, b'mod partikulari fir-relazzjonijiet mar-Russja; billi l-proċess lejn soluzzjoni paċifika u stabbli għall-kunflitti fil-Ġeorġja u fil-Kawkasu se jitlob reviżjoni komprensiva tal-Politika tal-Viċinanzi tal-UE u impenn ġdid fir-rigward tar-reġjun kollu, f'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali kollha, b'mod partikulari mal-OSCE,

N.

billi l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern Ġeorġjan waqqaf ir-relazzjonijiet diplomatiċi mar-Russja, u l-Federazzjoni Russa wieġbet għal dan billi għamlet l-istess,

1.

Huwa tal-opinjoni li ma jistax ikun hemm soluzzjoni militari għall-kunflitti fil-Kawkasu u jesprimi l-kundanna qawwija tiegħu ta' dawk kollha li għamlu użu mill-forza u mill-vjolenza sabiex ibiddlu s-sitwazzjoni fit-territorji seċessjonisti Ġeorġjani tal-Ossezja t'Isfel u tal-Abkażja;

2.

Jistieden lir-Russja biex tirrispetta s-sovranità u, l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Ġeorġja u l-invjolabilità tal-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha u għalhekk jikkundanna b'qawwa r-rikonoxximent min-naħa tal-Federazzjoni Russa tal-indipendenza tar-reġjuni seċessjonisti Ġeorġjani tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja għax imur kontra l-liġi internazzjonali;

3.

Jinnota li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-istatus finali tal-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja tkun tiddependi fuq ir-rispett tal-prinċipji bażiċi tal-liġi internazzjonali, inkluż l-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurta' u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa tal-1975 (Att Finali ta' Ħelsinki), b'mod partikulari fir-rigward tar-ritorn tar-refuġjati u r-rispett għall-proprjetà tagħhom u l-garanziji u r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi;

4.

Jikkundanna l-azzjoni militari inaċċettabbli u sproporzjonata tar-Russja u l-inkursjoni tagħha 'l ġewwa ħafna fit-territorju Ġeorġjan, li tikser il-liġi internazzjonali; jenfasizza li m'hemmx raġunijiet leġittimi biex ir-Russja tinvadi l-Ġeorġja, biex tokkupa partijiet minnha u biex thedded li twaqqa' l-gvern ta' pajjiż demokratiku;

5.

Jiddeplora t-telf tal-ħajja u t-tbatija umana kkawżati mill-użu tal-forza b'mod indiskriminat min-naħat kollha involuti fil-kunflitt;

6.

Jesprimi tħassib serju dwar l-effett tal-mini Russi fuq l-attività soċjali u ekonomika tal-Ġeorġja, b'mod partikulari rigward l-isplużjoni tal-pont tal-ferrovija qrib Kaspi fuq il-linja ewlenija ferrovjarja li tieħu minn Tbilisi għal Poti fis-16 ta' Awissu 2008, u l-isplużjoni kkawżata lill-ferrovija tal-fjuwil ħdejn Gori fl-24 ta' Awissu 2008, li kienet qiegħda ġġorr żejt għall-esportazzjoni mill-Każakstan minn ġo Poti; jenfasizza li ż-żewġ azzjonijiet kisru l-impenn ta' waqfien mill-ġlied;

7.

Itenni t-twemmin konvint tiegħu fil-prinċipju li l-ebda pajjiż terz m'għandu veto kontra d-deċiżjoni sovrana ta' pajjiż ieħor li jissieħeb f'xi organizzazzjoni jew alleanza internazzjonali jew m'għandu d-dritt li jiddestabilizza gvern li jkun elett b'mod demokratiku;

8.

Jenfasizza li s-sħubija bejn l-Ewropa u r-Russja għandha tkun ibbażata fuq ir-rispett tar-regoli fundamentali tal-koperazzjoni Ewropea, osservati mhux bil-kliem biss iżda bl-eżempju;

9.

Ifaħħar il-Presidenza tal-UE għall-effiċjenza u l-ħeffa li bihom irreaġixxiet għall-kunflitt u l-għaqda murija mill-Istati Membri fil-medjazzjoni tagħhom bejn iż-żewġ partijiet, li ppermettielhom li jiffirmaw pjan ta' paċi għall-waqfien mill-ġlied; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja msemmija hawn fuq tal-Kunsill Ewropew;

10.

Iħeġġeġ bil-qawwa lir-Russja biex tosserva l-impenji kollha tagħha skond il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied milħuq u ffirmat permezz tal-isforzi diplomatiċi tal-UE, li jibda bl-irtirar sħiħ u immedjat tat-truppi tagħha mill-Ġeorġja propja u bit-tnaqqis tal-preżenza militari tagħha fl-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja għal forza Russa taż-żamma tal-paċi fiż-żewġ provinċji qabel faqqa' l-kunflitt; jikkundanna s-sakkeġġi mifruxa li saru mill-forzi ta' invażjoni Russi u l-merċenarji li kienu magħhom;

11.

Jitlob li titwettaq bħala kwistjoni ta' urġenza investigazzjoni internazzjonali indipendenti sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u sabiex ċerti allegazzjonijiet isiru aktar ċari;

12.

Iħeġġeġ lil Ġeorġja, li rratifikat l-istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), u lill-awtoritajiet Russi biex jagħtu l-appoġġ u jikkoperaw bis-sħiħ mal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-ICC rigward l-investigazzjoni tiegħu tal-ġrajjiet traġiċi u l-attakki kontra nies ċivili li saru matul il-kunflitt sabiex jiġu definiti r-responsabbiltajiet u jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk li kienu responsabbli;

13.

Jistieden lill-awtoritajiet Russi u Ġeorġjani sabiex jipprovdu l-informazzjoni sħiħa dwar fejn il-forzi armati tagħhom tefgħu bombi tat-tip “cluster” sabiex jinbdew immedjatament l-operazzjonijiet għat-tneħħija ta' mini u sabiex jiġu evitati aktar vittmi innoċenti ċivili u sabiex jiffaċilitaw ir-ritorn sikur tal-popli spustati ;

14.

Jistieden lill-UE u lin-NATO u l-membri tagħha biex jużaw, fuq il-bażi ta' pożizzjoni komuni, il-possibiltajiet kollha ħalli jipperswadu lill-Gvern Russu biex jimxi mal-liġi internazzjonali, li hija l-kundizzjoni meħtieġa għal sehem responsabbli fil-komunità internazzjonali; ifakkar lir-Russja fir-responsabilità tagħha bħala setgħa tal-veto tan-NU fir-rigward ta' ordni globali għall-paċi;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrevedu l-politika tagħhom mar-Russja, jekk din ma tissodisfax l-impenji tagħha skond il-ftehima tal-waqfien mill-ġlied; jilqa' b'sodisfazzjon, bħala konsegwenza, id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jipposponi n-negozjati dwar il-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni sakemm it-truppi Russi ma jirtirawx għall-pożizzjonijiet tagħhom ta' qabel is-7 ta' Awissu 2008;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi ftehimiet ta' ffaċilitar tal-viżi u ta' riammissjoni mal-Ġeorġja talanqas ekwivalenti għal dawk għar-Russja;

17.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu l-ħruġ tal-viżi għal attivitajiet ekonomiċi bbażati fl-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja;

18.

Jikkundanna bil-qawwa l-qlugħ furzat ta' Ġeorġjani mill-Ossezja tan-Nofsinhar u mill-Abkażja u jappella lill-awtoritajiet de facto tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja sabiex jiggarantixxu r-ritorn sikur tal-popolazzjoni ċivili mċaqalqa, skond il-liġi umanitarja internazzjonali;

19.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi meħuda mill-OSCE sabiex iżżid in-numru ta' osservaturi mhux armati; jappella sabiex il-Missjoni tal-OSCE fil-Ġeorġja tkompli tissaħħaħ, b'moviment ħieles sħiħ fil-pajjiż, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE sabiex jikkontribwixxu favur dawn l-isforzi;

20.

Jitlob li jkun hemm kontribut b'saħħtu min-naħa tal-Unjoni Ewropea għall-mekkaniżmu internazzjonali ppjanat għas-soluzzjoni tal-kunflitt, u għaldaqstant jilqa' b'sodisfazzjon d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tintbagħat missjoni ta' monitoraġġ tal-ESDP (Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea) biex tikkumplementa lill-missjonijiet tan-NU u tal-OSCE u sabiex jitlob għal mandat tan-NU jew tal-OSCE għal missjoni ta' paċi tal-ESDP;

21.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ attiv u kontinwu tal-UE għall-isforzi internazzjonali kollha biex tinstab soluzzjoni aħħarija u ta' paċi għall-kunflitt, b'mod partikulari l-impenn tal-Kunsill li jappoġġja l-isforzi kollha tan-NU u tal-OSCE u sforzi oħrajn biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt; jilqa' b'sodisfazzjon b'mod partikulari d-deċiżjoni li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-kriżi fil-Ġeorġja;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pakkett ta' għajnuna umanitarja rapida ta' EUR 6 miljun mill-Kummissjoni għall-popolazzjoni ċivili, li jrid jiġi msaħħaħ b'aktar fondi fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-ħtiġijiet fil-post; jinnota l-ħtieġa urġenti ta' għajnuna għall-bini mill-ġdid wara l-kunflitt;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jlaqqa' konferenza tad-donaturi internazzjonali għar-rikostruzzjoni tal-Ġeorġja, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw il-possibilità ta' pjan ewlieni tal-UE ħalli jingħata appoġġ finanzjarju għall-bini mill-ġdid taz-zoni affettwati tal-Ġeorġja u biex tiġi stabbilita preżenza politika aktar qawwija tal-UE fil-pajjiż u fir-reġjun kollu;

24.

Jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jippermettu aċċess sħiħ u bla tfixkil għall-għajnuna umanitarja lill-vittmi, inklużi r-refuġjati u l-persuni spustati internament;

25.

Huwa tal-fehma li t-tiftix għas-soluzzjonijiet tal-kunflitt fil-Ġeorġja, flimkien mal-kunflitti l-oħra li għadhom bla soluzzjoni fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, se jibbenefika minn internazzjonalizzazzjoni ikbar tal-mekkaniżmi tas-soluzzjoni tal-kunflitti; jipproponi għalhekk li l-UE tlaqqa' “Konferenza għall-Paċi madwar il-Kawkasu” bħala element ewlieni f'dan il-proċess; iqis li konferenza bħal din għandha tiddiskuti l-garanziji internazzjonali dwar ir-rispett sħiħ għad-drittijiet ċivili u politiċi u l-promozzjoni tad-demokrazija permezz tal-istat tad-dritt internazzjonali; jenfasizza li l-konferenza għandha tipprovdi wkoll opportunità biex tinstemal-vuċi tal-gruppi mhux irrappreżentati jew li kienu mġiegħla ma jsemmgħux leħinhom fir-reġjun tal-Kawkasu;

26.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jiżviluppaw l-ENP billi jadattawha aħjar għall-ħtiġijiet tas-sieħba tagħna tal-Lvant, fosthom bit-tisħiħ tal-involviment tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, biex jilqgħu l-proposta tal-Parlament għal Zona Ekonomika Ewropea Plus jew il-proposta Żvediża-Pollakka għal Sħubija tal-Lvant u biex iħaffu t-twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles, b'mod partikulari rigward il-Ġeorġja, l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova; jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-viża lejn dawn il-pajjiżi għandha tqis il-fatt li r-Russja ngħatat kundizzjonijiet aħjar minn tagħhom f'din iz-zona;

27.

Jenfasizza l-interrelazzjoni ta' numru ta' problemi fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Kawkasu u l-ħtieġa ta' soluzzjoni komprensiva f'forma ta' patt ta' stabilità, bl-involviment tal-atturi esterni ewlenin; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-koperazzjoni mal-pajjiżi ġirien tal-Baħar l-Iswed billi jitwaqqaf mekkaniżmu istituzzjonali u multilaterali speċjali bħal Unjoni għall-Baħar l-Iswed, u billi tiġi organizzata konferenza internazzjonali ta' sigurtà u koperazzjoni dwar ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Kawkasu; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta speċifika lill-Parlament u lill-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas multilaterali għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, inklużi t-Turkija u l-Ukrajna; iqis li pajjiżi ġirien bħall-Każakhstan għandhom ikunu involuti, fl-interess tal-istabilità u l-flussi tal-enerġija tar-reġjun kollu;

28.

Ifakkar li fis-Samit ta' Bukarest tat-3 ta' April 2008 , in-NATO qablet li l-Ġeorġja ssir membru tal-Alleanza;

29.

Jisħaq fuq l-importanza tal-Ġeorġja biex titjieb is-sigurtà tal-enerġija fl-UE billi tipprovdi alternattiva għar-rotta tal-ġarr tal-enerġija Russa; iqis li jkun kruċjali li l-infrastruttura eżistenti, bħall-pajp taż-żejt Baku-Tbilisi-Ceyhan, tkun imħarsa b'mod effikaċi, u jistieden lill-Kummissjoni biex toffri l-assistenza kollha meħtieġa lill-Ġeorġja għal dan il-għan; jistenna impenn qawwi min-naħa tal-UE biex tkompli taħdem fuq il-proġett tal-pajp taż-żejt Nabucco, li jaqsam it-territorju tal-Ġeorġja, u li jirrappreżenta l-alternattiva l-aktar serja għall-proġetti li saru b'koperazzjoni mar-Russja li kollha jistgħu jżidu d-dipendenza ekonomika u politika tal-Istati Membri fuq ir-Russja;

30.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jadottaw il-politika komuni tal-UE rigward l-enerġija li, inter alia, tipprovdi għall-ħtieġa li jkunu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista;

31.

Huwa tal-fehma li l-koperazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kawkasu m'għandhiex tkun dwar zoni ta' influenza reċiprokament esklussivi bejn l-UE u r-Russja (l-hekk imsejħa 'sferi ta' interess');

32.

Hu tal-fehma li l-irwol tal-UE fil-kriżi attwali jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-politika Ewropea barranija, tad-difiza u tas-sigurtà, u jemmen li t-Trattat ta' Liżbona, li jinkludi l-ħolqien tal-pożizzjoni ta' Rappreżentant Għoli, il-klawsola ta' solidarjetà u l-Politika tas-Sigurtà tal-Enerġija tal-UE, jirrappreżenta l-mod it-tajeb biex dan isir;

33.

Jenfasizza l-ħtieġa li titħares l-istabilità tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Kawkasu u jistieden lill-Gvernijiet tal-Armenja u tal-Ażerbajġan sabiex jikkontribwixxu lejn l-ilħuq ta' dan l-għan, filwaqt li jirrispettaw l-impenji internazzjonali kollha tagħhom;

34.

Jafferma mill-ġdid il-prinċipju li l-governanza pluralistika u demokratika, b'partiti ta' oppożizzjoni li jaħdmu u bir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u ċivili, huwa l-aħjar garanzija ta' stabilità fir-reġjun kollu tan-Nofsinhar tal-Kawkasu;

35.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Presidenti u lill-Parlamenti tal-Ġeorġja u tal-Federazzjoni Russa, lin-NATO, lill-OSCE u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 313E, 20.12.2006, p. 429.

(2)  Testi Adottati P6_TA(2007)0572.

(3)  Testi Adottati P6_TA(2008)0253.

(4)  Testi Adottati P6_TA(2007)0538.

(5)  Testi Adottati P6_TA(2008)0016.

(6)  Testi Adottati P6_TA(2008)0017.

(7)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 110.

(8)  Testi Adottati P6_TA(2008)0309.

(9)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea 12594/08.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/31


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Liġi Ewropea dwar il-kuntratti

P6_TA(2008)0397

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-qafas komuni ta' referenza għal-liġi Ewropea dwar il-kuntratti

2009/C 295 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti u r-reviżjoni tal-acquis: prospettivi għall-futur (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Mejju 1989 (4), tas-6 ta' Mejju 1994 (5), tal-15 ta' Novembru 2001 (6) u tat-2 ta' Settembru 2003 (7),

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2007 bl-isem “It-Tieni Rapport dwar il-Progress tal-Qafas Komuni ta' Referenza” (COM(2007)0447),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni definita mill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-18 ta' April 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi l-Abbozz tal-Qafas Komuni ta' Referenza akkademiku (DCFR) (8) tressaq lill-Kummissjoni lejn l-aħħar tal-2007,

B.

billi d-DCFR attwalment jinsab għaddej minn proċess ta' evalwazzjoni minn netwerk ta' bosta gruppi akkademiċi, li fosthom l-“Association Henri Capitant des amis de la culture juridique francaise” u s-“Société de législation compareé” diġà ppubblikaw “Principes contractuels communs” u “Terminologie contractuelle commune” (9),

C.

billi l-Kummissjoni nediet proċess intern ta' selezzjoni bil-għan li jiġu identifikati liema partijiet tad-DCFR se jiġu integrati fid-dokument li ġej, eż. White Paper tal-Kummissjoni dwar Qafas Komuni ta' Referenza (CFR),

D.

billi d-DCFR huwa sempliċement dokument akkademiku u l-għażla possibbli ta' liema partijiet tad-DCFR għandhom ikunu integrati fid-Dokument tal-Kummissjoni li ġej huwa eżerċizzju politiku kbir,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tad-DCFR u jistenna d-DCFR akkademiku finali li għandu jitressaq lill-Kummissjoni sa l-aħħar ta' Diċembru 2008;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq pjan preċiż u trasparenti dwar kif se jkun organizzat il-proċess ta' għażla li għandu jwassal għad-dokument tal-Kummissjoni u kkordinat b'mod partikulari fir-rigward tad-Direttorati Ġenerali (DGs) kollha involuti;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-DCFR ikun disponibbli fl-aktar numru ta' lingwi rilevanti possibbli sabiex l-aċċessibilità tkun żgurata għall-partijiet kollha kkonċernati;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis li tassenja l-proġett lid-DĠ għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà bl-involviment sħiħ tad-Dgs rilevanti kollha l-oħra, ladarba is-CFR imur sew lil hinn mil-liġi tal-konsumatur dwar il-kuntratti, u biex il-materjali u r-riżorsi umani meħtieġa jkunu disponibbli;

5.

Jinnota li d-dokument tal-Kummissjoni se jkun il-bażi għad-deċiżjoni tal-Istituzzjonijiet Ewropej u tal-partijiet kollha interessati dwar l-iskop fil-ġejjieni tas-CFR, il-kontenut u l-effett legali tiegħu, li jista' jvarja minn għodda leġiżlattiva li ma torbotx sal-ħolqien ta' strument fakultattiv fil-liġi Ewropea dwar il-kuntratti;

6.

Iqis li, indipendentement mill-forma tas-CFR fil-ġejjieni, għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li dan ikun regolarment aġġornat sabiex jirrifletti l-bidliet u l-iżviluppi nazzjonali fil-liġi dwar il-kuntratti;

7.

Jinnota li meta jkunu qed jittieħdu xi deċiżjonijiet dwar il-kontenut tas-CFR, il-Kummissjoni għandha żżomm f'moħħha l-istqarrija tal-Kunsill tat-18 ta' April 2008 li s-CFR għandu jkun “għodda għal tfassil aħjar tal-liġijiet” li toħloq “sett ta' linji gwida li ma jorbtux li għandhom jintużaw mil-leġiżlaturi fil-livell Komunitarju”;

8.

Jissuġġerixxi li, jekk dan ikun il-każ, is-CFR għandu jkun kemm jista' jkun wiesa' u li jista' ma jkunx hemm bżonn li jkun eskluż xi kontenut jew materjal f'dan l-istadju;

9.

Jenfasizza għal darb'oħra li r-riżultat tal-workshops reċenti dwar is-CFR għandu jiġi rifless f'kull proċess ta' selezzjoni; jenfasizza li l-konsultazzjonijiet li għad isiru'l quddiem għandhom ikunu wiesgħa u għandhom jiggarantixxu sehem ibbilanċjat min-naħa tal-partijiet interessati kollha;

10.

Jissuġġerixxi li jekk użat bħala għodda leġiżlattiva li ma torbotx, il-partijiet rilevanti tas-CFR għandhom ikunu mehmuża ma' kull proposta jew komunikazzjoni leġiżlattiva fil-ġejjieni mill-Kummissjoni li tolqot il-liġi dwar il-kuntratti, sabiex tiżgura li din tqis il-leġiżlatura tal-Komunità;

11.

Jinnota li, meta tittieħed deċiżjoni dwar il-kontenut tas-CFR, il-Kummissjoni għandha tiftakar li s-CFR jista' jmur sew lil hinn minn sempliċement għodda leġiżlattiva u jista' jwassal għal strument fakultattiv;

12.

Jissuġġerixxi li, jekk il-format futur tas-CFR probabbli jkun dak ta' strument fakultattiv, dan għandu jkun ristrett għal dawk l-oqsma fejn il-leġiżlatur tal-Komunità kien attiv jew probabbli li jkun attiv fil-futur qrib, jew li huma marbuta mill-qrib mal-liġi dwar il-kuntratti; jissuġġerixxi li kull strument fakultattiv ikun ibbażat fuq id-DCFR; jikkunsidra li f' kull ċirkostanza, għandha tingħata attenzjoni biex ikun żgurat li l-koerenza ġenerali tal-istrument fakultattiv ma tkunx kompromessa mill-proċess ta' selezzjoni;

13.

Jinsisti li l-Parlament għandu jkun ikkonsultat bis-sħiħ u involut f'kull proċess ta'għażla li jwassal għad-dokument li ġej tal-Kummissjoni dwar is-CFR;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0615.

(2)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 247.

(3)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 109.

(4)  ĠU C 158, 26.6.1989, p. 400.

(5)  ĠU C 205, 25.7.1994, p. 518.

(6)  ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 538.

(7)  ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 95.

(8)  Von Bar, Clive, Schulte-Nölke et al. (eds), Principles, Definitions and Model Rules of European Private Law — Draft Common Frame of Reference (DCFR), 2008.

(9)  B. Fauvarque-Cosson, D. Mazeaud, dir. collection “Droit privé comparé et européen” Volumi 6 u 7, 2008.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/33


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG

P6_TA(2008)0398

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG (2007/2264(INI))

2009/C 295 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali indirizzat mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 195(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 211 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994, dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1), b'mod partikolari l-Artikolu 3(7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward ksur tal-liġi Komunitarja (COM(2002)0141) (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0289/2008),

A.

billi l-Artikolu 195 tat-Trattat KE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jirċievi lmenti minn kull ċittadin tal-Unjoni rigward sitwazzjonijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi Komunitarji,

B.

billi l-ilmenti li jitressqu miċ-ċittadini jikkostitwixxu sors importanti ta' informazzjoni dwar il-possibilità ta' ksur tal-liġi Komunitarja,

C.

billi skont l-Artikolu 211 tat-Trattat KE, il-Kummissjoni fl-irwol tagħha bħala gwardjana tat-Trattati hija responsabbli milli tiżgura li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-miżuri meħuda mill-istituzzjonijiet skont it-Trattat jiġu applikati,

D.

billi, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 226 tat-Trattat KE, jekk il-Kummissjoni tqis li Stat Membru naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattat, din “għandha” tressaq opinjoni mmotivata dwar il-kwistjoni wara li tagħti lill-Istat ikkonċernat l-opportunità li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu u billi, skont it-tieni paragrafu ta' dak l-Artikolu, jekk l-Istat ikkonċernat ma jikkonformax mal-opinjoni fil-limitu ta' żmien stipulat mill-Kummissjoni, din “tista'” tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja,

E.

billi l-Ombudsman, fid-Deċiżjoni tiegħu dwar l-ilment 995/98/OV, kien diġà enfasizza li, avolja l-Kummissjoni għandha s-setgħat ta' diskrezzjoni rigward il-ftuħ ta' proċeduri ta' ksur, dawn madankollu huma suġġetti għal limiti legali “stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li titlob li, pereżempju, l-awtoritajiet amministrattivi jaġixxu b'mod konsistenti u f'bonafidi, jevitaw id-diskriminazzjoni, jikkonformaw mal-prinċipji tal-proporzjonalità, tal-ugwaljanza u tal-aspettattivi leġittimi u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali”,

F.

billi l-Kummissjoni enfasizzat li dan l-irwol huwa essenzjali għall-interessi taċ-ċittadini Ewropej, u rrikonoxxiet l-importanza tal-istat tad-dritt f'dan il-kuntest (3),

G.

billi l-Kummissjoni tikkonferma li l-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tal-20 ta' Marzu 2002 tistabbilixxi l-miżuri amministrattivi għall-benefiċċju tal-kwerelant li l-Kummissjoni timpenja ruħa li tkun konformi magħhom meta tittratta l-ilment tiegħu jew tagħha u tevalwa l-ksur ikkonċernat,

H.

billi l-Ombudsman jikkunsidra li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni dwar pożizzjoni definittiva fir-rigward tal-ilment ta' ksur tal-kwerelant, jikkostitwixxi sitwazzjoni ta' amministrazzjoni ħażina,

I.

billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman lill-Kummissjoni hi li din għandha tindirizza l-ilment tal-kwerelant kemm jista' jkun malajr u b'diliġenza,

1.

Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew lill-Kummissjoni;

2.

Jenfasizza li l-mod kif il-Kummissjoni tittratta lmenti mressqa minn ċittadini li fihom ikun sar allegat ksur tal-liġi Komunitarja minn Stat Membru, għandu dejjem ikun konformi mal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba;

3.

Jiġbed l-attenzjoni li, fil-Komunikazzjoni tal-20 ta' Marzu 2002 tagħha msemmija hawn fuq il-Kummissjoni daħlet għal ċertu impenji fir-rigward ta' kif hi tittratta lmenti ta' ksur;

4.

Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha, indikat li bħala regola ġenerali se tiddeċiedi jekk tiftaħx proċeduri ta' ksur jew jekk tagħlaqx fajl fi żmien sena mid-data ta' reġistrazzjoni tal-ilment u li se tinforma lill-kwerelant bil-miktub meta dan il-limitu ta' żmien jinqabeż;

5.

Jaċċetta l-fatt li f'każijiet diffiċli u kkumplikati, l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu aktar minn sena; madankollu meta jinqabeż il-limitu ta' sena, iqis li dan għandu jkun iġġustifikat biss jekk l-investigazzjonijiet ikunu għadhom verament għaddejjin;

6.

Jinnota li fil-każ attwali rigward in-nuqqas min-naħa tal-Gvern Ġermaniż sabiex jimplimenta kif xieraq id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol (4), il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tittratta mal-kwerelant fid-dawl tal-proposta tagħha għal emenda tad-Direttiva u ddeċidiet li tistenna r-riżultat tad-diskussjonijiet dwar il-proposta mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità;

7.

Ifakkar li din il-proposta tressqet f'Settembru 2004 u li m'hemm l-ebda evidenza li l-Kummissjoni ħadet aktar passi minn dakinhar sabiex tipproċedi bl-investigazzjoni tagħha;

8.

Jinnota li minflok ma ħadet waħda minn żewġ deċiżjonijiet possibbli — jew li tagħti bidu għal proċeduri formali ta' ksur jew li tagħlaq il-każ — il-Kummissjoni astjeniet milli tieħu kwalunkwe azzjoni oħra fir-rigward tal-investigazzjoni tagħha;

9.

Huwa tal-opinjoni li l-liġi Komunitarja ma tipprevedix il-possibilità li jiġu injorati liġijiet u sentenzi eżistenti fuq il-bażi li qed jiġu kkunsidrati regoli ġodda; jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni naqset ukoll li titratta kwistjonijiet fl-ilment li m'humiex relatati mal-bidliet proposti għad-Direttiva applikabbli;

10.

Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni għandha ċerti poteri ta' diskrezzjoni rigward l-immaniġġjar tal-ilmenti u l-proċeduri ta' ksur, b'mod partikulari rigward it-tressiq ta' kwistjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda jirrimarka li l-Artikolu 226 tat-Trattat KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tibda l-fażi ta' qabel il-litigazzjoni jekk tqis li Stat Membru naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattat;

11.

Huwa tal-fehma li dawk is-setgħat ta' diskrezzjoni huma wkoll suġġetti għal limiti legali stipulati mill-prinċipji ġenerali tal-liġi amministrattiva, kif stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, u m'għandhomx imorru lil hinn mil-limiti indikati mill-Kummisjoni nnifisha fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tal-20 ta' Marzu 2002;

12.

Jerġa' jtenni t-tħassib tiegħu dwar l-ammont ta' żmien mhux iġġustifikat u eċċessiv — li ħafna drabi jestendi għal diversi snin — li l-Kummissjoni tieħu biex issegwi u tikkonkludi proċeduri ta' ksur u n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu għall-eżempji spissi ta' nuqqas ta' konformità ta' Stati Membri mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja; iqis li dan idgħajjef il-kredibilità tat-tfassil u l-applikazzjoni koerenti tal-liġi tal-Komunità u li jservi sabiex jiskredita l-għanijiet tal-UE;

13.

Għal darb'oħra jenfasizza l-irwol importanti tal-Istati Membri li jimplimentaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u jenfasizza l-fatt li l-applikazzjoni prattika tagħha hija deċiżiva għall-għanijiet taż-żieda tar-relevanza tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tagħha;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lista bl-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni tagħhom għadha mhix fuq l-istess linja mad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol u sabiex tispeċifika l-azzjoni li qed tieħu f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni immedjata, skont il-prerogattivi tagħha, f'kull każ u f'kull Stat Membru fejn it-traspożizzjoni jew l-implimentazzjoni tad-direttiva ma jikkonformawx mal-liġi stipulata mil-leġiżlatura u mill-Qorti tal-Ġustizzja;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza minnufih il-liġi l-ġdida Ġermaniża adottata fl-1 ta' Jannar 2004, u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, sabiex tistabbilixxi jekk din il-liġi hix konformi mad-dispożizzjoniet kollha tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol u mas-sentenzi applikabbli kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni teżamina d-dettalji tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

16.

Jinnota li l-Kummissjoni għadha kemm irrevediet il-linjigwida tagħha dwar il-proċeduri ta' ksur; minn dan id-dokument, jifhem li lista ta' deċiżjonijiet se tiġi pprovduta minn qabel lir-Rappreżentanti Permanenti u lill-Istati Membri u li l-istqarrijiet lill-istampa dwar deċiżjonijiet ta' ksur adottati jistgħu joħorġu dakinhar tal-adozzjoni formali; mandankollu jinnota li ma saret l-ebda dispożizzjoni sabiex jiġi infurmat il-Parlament jew il-kumitati responsabbli tiegħu;

17.

Jerġa' jtenni t-talba urġenti tiegħu lill-Kummissjoni sabiex iżżomm lill-Parlament, u b'mod partikolari lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu, infurmat b'mod sħiħ f'kull stadju tal-proċedura dwar deċiżjonijiet fil-fajls ta' ksur;

18.

Jenfasizza li skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bl-istess kundizzjonijiet bħall-Kunsill u l-Kummissjoni u li l-Parlament, skont l-Artikolu 201 tat-Trattat, għandu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni.

19.

Iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri kollha, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, biex japplikaw bis-sħiħ in-normi kollha dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol skont il-prinċipju li, f'każ ta' dubju, l-interpretazzjoni prevalenti għandha tkun dik li tiffavorixxi l-aktar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema (in dubio pro operario).

20.

Jitlob lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Ombudsman Ewropew.


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 244, 10.10.2002, p. 5.

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2002 bit-titolu “Better monitoring of the application of Community law” (COM(2002)0725).

(4)  Direttiva 2003/88/EC, li ħadet post u rrevokat id-Direttiva 93/104/KE (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/35


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008

P6_TA(2008)0399

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008 (2008/2047(INI))

2009/C 295 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(2) u 141 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel — 2008 (COM(2008)0010) (“ir-Rapport tal-Kumissjoni dwar l-ugwaljanza”), u r-rapporti annwali tas-snin ta' qabel (COM(2001)0179, COM(2002)0258, COM(2003)0098, COM(2004)0115, COM(2005)0044, COM(2006)0071 u COM(2007)0049),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' 1 ta' Marzu 2006 ntitolat “Il-Pjan Direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010” (COM(2006)0092),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi Programm li għandu x'jaqsam mal-istrateġija qafas tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (2001-2005) (1)

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (2), b'mod partikulari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell fit-23 u l-24 ta' Marzu 2006,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni komuni adottata fl-4 ta' Frar 2005 mill-ministri tal-Istati Membri responsabbli għall-politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2004 dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjari u privata (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-immigrazzjoni tan-nisa, l-irwol u l-post tan-nisa immigranti fl-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' April 2007 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010) (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar qafas regolatorju għall-miżuri ta' konċiljazzjoni tal-ħajja familjari u tal-perjodu ta' studju għan-nisa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (7) ,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea — 2007 (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar l-irwol tan-nisa fl-industrija (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fiz-zoni rurali tal-UE (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni partikolari tan-nisa fil-ħabs u l-impatt tal-priġunerija ta' ġenituri fuq il-ħajja soċjali u dik tal-familja (11),

wara li kkunsidra l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel u l-opinjoni tiegħu dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi, adottata fit-22 ta' Marzu 2007,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' azzjonijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi adottat mill-imsieħba soċjali Ewropej fit-22 ta' Marzu 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0325/2008),

A.

billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-UE, rikonoxxut mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi minkejja l-progress sinifikanti li sar f'dan il-qasam, għad fadal ħafna inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel,

B.

billi l-vjolenza kontra n-nisa hi xkiel ewlieni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u hi waħda mill-vjolazzjonijiet l-aktar mifruxa tad-Drittijiet tal-Bniedem, li ma taf l-ebda limiti ġeografiċi, ekonomiċi jew soċjali; billi l-għadd ta' nisa li huma vittmi tal-vjolenza hu allarmanti,

C.

billi t-terminu “vjolenza kontra n-nisa” jindika l-atti kollha ta' vjolenza diretti kontra s-sess femminili u li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw lin-nisa ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluża t-theddida ta' atti ta' dan it-tip, il-limitazzjoni jew il-privazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk tkun fil-ħajja privata jew fil-ħajja pubblika,

D.

billi t-traffikar tal-bnedmin għal finijiet ta' sfruttament sesswali hu vjolazzjoni inaċċettabbli tad-Drittijiet tal-Bniedem, u huwa forma moderna ta' skjavitù marbuta mill-qrib ma' forom oħra ta' kriminalità, li tagħmel ħsara kbira għall-isforzi kollha li jsiru biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,

E.

billi l-promozzjoni ta' politika imprenditorjali ta' flessibilità fis-suq tax-xogħol m'għandhiex tkun primarjament orjentata lejn il-bżonnijiet tal-intrapriżi jew tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, imma għandha l-ewwel nett tkun immirata lejn iż-żmien li n-nisa u l-irġiel għandhom bżonn biex jassumu bis-serjetà r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom fi ħdan il-familja,

F.

billi la l-linji ta' gwida speċifiċi dwar is-sessi u lanqas il-pilastru tal-opportunitajiet indaqs ma baqgħu fl-istrateġija Ewropea għall-impjieg,

G.

billi d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi jindika persistenza fin-nuqqas ta' ugwaljanza ta' tip kemm kwalitattiv kif ukoll kwantitattiv bejn in-nisa u l-irġiel,

H.

billi d-differenza fil-pagi baqgħet stabbli fil-livell ta' 15 % mill-2003, u naqset biss b'1 % mis-sena 2000,

I.

billi s-segregazzjoni settorjali u okkupazzjonali bejn in-nisa u l-irġiel mhix qed tonqos u qiegħda anke tiżdied f'ċertu pajjiżi,

J.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija indikatur deċiżiv tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-preżenza ta' maniġers nisa f'impriżi u f'universitajiet għadha dgħajfa u l-għadd ta' politiċi jew riċerkaturi nisa qed jiżdied bil-mod ħafna biss,

K.

billi l-isterjotipi li għadhom jeżistu fir-rigward tal-għażliet edukattivi u okkupazzjonali li huma disponibbli għan-nisa jgħinu biex jinfirxu l-inugwaljanzi,

L.

billi l-objettivi ta' Liżbona dwar il-ġenerazzjoni tal-iżvilupp u dwar il-promozzjoni tal-ekonomija tas-suq soċjali jistgħu jintlaħqu biss billi jintuża kompletament il-potenzjal sinifikanti tan-nisa fis-suq tax-xogħol,

M.

billi jeżisti riskju ta' xogħol part-time“sfurzat”, b'mod partikulari għan-nisa, għażla li ta' spiss tkun imposta minħabba n-nuqqas ta' strutturi għall-kura tat-tfal li ma jkunux għaljin wisq għalihom;

N.

billi għadd ta' sfidi u diffikultajiet jaffettwa lin-nisa aktar mill-irġiel, speċifikament il-kwalità tal-impjieg, il-qagħda tal-konjuġi li ”jgħinu” f'ċertu oqsma bħall-agrikultura jew is-sajd jew l-intrapriżi żgħar tal-familja, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol u l-ħarsien tal-maternità, u anke riskju ogħla ta' faqar,

O.

billi kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel, ir-rati ta' impjieg huma aktar baxxi fl-inħawi rurali u, barra minn hekk, l-għadd ta' nisa li qatt ma kienu attivi fis-suq uffiċjali tax-xogħol u li, għalhekk, qatt ma ġew irreġistrati bħala bla impjieg jew inklużi fl-istatistika dwar il-qgħad, li jwassal għal problemi finanzjarji u legali speċifiċi f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt għal liv ta' maternità jew ta' mard, l-akkwist tad-drittijiet għal pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, u anke problemi fil-każ ta' divorzju; billi l-inħawi rurali huma affetwati sew min-nuqqas ta' impjiegi ta' kwalità,

P.

billi l-kundizzjonijiet ta' xi gruppi ta' nisa, li ta' spiss jaffaċċjaw diversi diffikultajiet u riskji magħqudin, u anke diskriminazzjoni doppja — b'mod partikulari n-nisa b'diżabilità, in-nisa b'persuni dipendenti fuqhom, in-nisa anzjani, in-nisa minn minoranzi u n-nisa immigranti u l-ħabsin nisa — juru sinjali li qed imorru għall-agħar,

Q.

billi għad hemm differenzi konsiderevoli bejn in-nisa u l-irġiel fl-aspetti l-oħra kollha relatati mal-kwalità tax-xogħol, bħar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u privata, l-arranġamenti tax-xogħol li ma jisfruttawx kompletament il-kapaċitajiet tan-nies, u anke fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol; billi r-rata ta' impjieg tan-nisa bi tfal dipendenti tilħaq biss it-62.4 %, meta mqabbla mal-91.4 % għall-irġiel; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għadha karatterizzata fil-biċċa l-kbira tagħha minn sehem elevat u dejjem jikber ta' xogħol part-time — 31.4 % tan-nisa fl-UE-27 fl-2007, meta mqabbel ma' biss 7.8 % tal-irġiel — u 76.5 % tal-ħaddiema kollha part-time huma nisa; billi anke l-kuntratti għal impjiegi temporanji huma aktar komuni għan-nisa (15.1 %, 1 % aktar milli għall-irġiel); billi l-qgħad fit-tul jibqa' aktar komuni fost in-nisa (4.5 %) milli fost l-irġiel (3.5 %),

R.

billi r-riskju ta' għajxien fil-faqar hu ogħla għan-nisa milli għall-irġiel, b'mod partikulari għal dawk ta' aktar minn 65 sena (21 %, 5 % aktar milli għall-irġiel),

S.

billi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjari u privata tibqa' kwistjoni mhux solvuta għan-nisa kif ukoll għall-irġiel,

T.

billi l-imsieħba soċjali għandhom irwol importanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali, settorjali u korporattivi,

U.

billi t-tqassim tar-responsabilitajiet familjari u domestiċi bejn l-irġiel u n-nisa, speċifikament permezz tal-valorizzazzjoni tal-użu tal-liv għall-ġenituri u għall-paternità, jikkostitwixxi kundizzjoni indispendabbli biex tiġi promossa u tintlaħaq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; u billi, jekk il-liv għall-maternità ma jiġix integrat meta jiġi kkalkulat iż-żmien ta' ħidma globali, ikun hemm diskriminazzjoni u żvantaġġ għan-nisa fis-suq tax-xogħol,

V.

billi l-aċċess għas-servizzi għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni dipendenti oħrajn huwa essenzjali biex in-nisa u l-irġiel jieħdu sehem b'mod indaqs fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

W.

billi r-regolamenti tal-Fondi Strutturali jitolbu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu promossi matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-fondi,

1.

Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar l-ugwaljanza u jerġa' jtenni n-natura doppja ta' politika dwar opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-livell tal-UE: li fuq naħa tiżgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma politiċi kollha (gender mainstreaming), u fuq l-oħra tiżgura li jittieħdu miżuri mmirati biex titrażżan id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, li jinkludu kampanji li jqajmu kuxjenza, l-iskambju tal-aħjar prattika, djalogi maċ-ċittadini u inizjattivi ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat;

2.

Jenfasizza l-importanza li tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa fil-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jitlob għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu azzjoni miftiehma f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibilitajiet ta' miżuri ġodda fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħaqqdu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u n-networks tat-traffikar, u kif ukoll biex jadottaw miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, edukattivi, soċjali u kulturali ġodda biex tiġi skoraġġuta t-talba għall-prostituzzjoni;

4.

Jistieden lill-Istati Membri biex, bla dewmien, jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin;

5.

Jikkunsidra li l-parteċipazzjoni ġenerali tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli lokali, nazzjonali u tal-UE mhijiex biżżejjed; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partiti politiċi biex jikkunsidraw teħid ta' azzjonijiet għat-titjib tas-sitwazzjoni; jinnota li, f'dan ir-rigward, l-użu ta' kwoti elettorali għandu effetti pożittivi fuq ir-rappreżentanza tan-nisa;

6.

Jirrimarka l-korrelazzjoni bejn il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-involviment tagħhom fl-NGOs u fl-attivitajiet tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw azzjonijiet li jippromwovu dan l-involviment;

7.

Jenfasizza l-importanza tas-sehem attiv tan-nisa fit-trejdjunjins b'ħidmiet li jiffukaw fuq il-ħarsien tan-nisa fuq il-post tax-xogħol u li jagħtuhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom;

8.

Jinnota l-importanza tal-kontroll tan-nisa fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom fl-emanċipazzjoni tal-mara; jappoġġja għalhekk il-miżuri u l-azzjonijiet li jtejbu l-aċċess tan-nisa għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi u li jżidu l-għarfien tan-nisa dwar id-drittijiet tagħhom u s-servizzi disponibbli;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-inklużjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-politiki kollha soċjali, tal-impjieg u tas-sigurtà soċjali, b'mod partikulari fl-istrateġija tal-flessigurtà, u biex jiġġieldu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni;

10.

Jappoġġja l-miżuri promossi mill-Fond Soċjali Ewropew u l-programm PROGRESS għall-2007-2013, li jtejbu l-qagħda tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jgħinu biex titneħħa d-diskriminazzjoni;

11.

Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' progress fir-rigward tad-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel f'dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevalwaw l-istrateġiji u l-azzjonijiet f'dan il-qasam u, jekk ikun hemm bżonn, biex jistabbilixxu, flimkien mal-imsieħba soċjali, miżuri ġodda, jew approċċi ġodda fl-implimentazzjoni ta' dawk eżistenti, għat-titjib tas-sitwazzjoni; jappoġġja, f'danir-rigward, il-proposta tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs intenzjonata biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli fil-qasam biex jiġi impost fuq min jimpjega l-obbligu li jitwettqu verifiki tal-pagi u li jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni adattati biex tiġi assorbita d-differenza fil-pagi; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni miftehma, b'mod speċjali fil-kuntest taċ-ċiklu l-ġdid tal-Istrateġija Ewropea għat-Tkabbir u l-Impjiegi, u l-ħtieġa ta' prinċipji ta' flessigurtà komuni;

12.

Jinsab imħasseb dwar il-qagħda żvantaġġata tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u l-konsegwenza li jakkumulaw anqas drittijiet individwali għal pensjonijiet u ħlasijiet soċjali oħra, b'mod speċjali fis-sistemi fejn id-drittijiet huma marbutin mill-qrib mal-kontributi jew mad-dħul ta' tip professjonali tal-individwu; għal din ir-raġuni, jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni effettiva maħsuba biex tinforza r-regoli tal-welfare u tal-impjieg u sabiex toħloq impjiegi bi drittijiet fis-setturi varji tal-attività, b'hekk jiġi żgurat li l-ħaddiema (partikolarment in-nisa) jaqilgħu pagi diċenti u jkunu intitolati għall-kundizzjonijiet tajbin ta' saħħa u ta' sikurezza fuq il-post tax-xogħol, għall-protezzjoni soċjali u għal-libertà tat-trejdunjin, bħala kontribuzzjoni għat-tneħħija tad-diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-Kummissjoni fl-azzjoni ta' kontroll tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali, li l-għan tagħha hu li tiġi evalwata l-osservanza tal-prinċipju ta' ugwaljanza f'dak li għandu x'jaqsam, b'mod partikulari, mad-drittijiet legali bħas-sistemi għall-pensjoni u s-sigurtà soċjali;

14.

Jitlob lill-istituzzjonijiet Komunitarji u lill-Istati Membri biex it-22 ta' Frar jiġi ddikjarat Jum Internazzjonali għall-Ugwaljanza tal-Pagi;

15.

Huwa mħasseb dwar il-kuntrast persistenti bejn il-livell ta' edukazzjoni tal-irġiel u n-nisa fuq naħa, fejn ir-rendiment edukattiv tan-nisa huwa aħjar minn dak tal-irġiel, u s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol fuq l-oħra, fejn in-nisa jaqilgħu pagi inqas, ikollhom xogħlijiet aktar prekarji u javvanzaw fil-karriera iżjed bil-mod mill-irġiel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jesploraw ir-raġunijiet għal dan u biex isibu soluzzjonijiet għas-sitwazzjoni;

16.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv it-trattament ugwali tal-istudenti tal-iskola u jieħdu passi biex jiġġieldu kontra s-segregazzjoni tax-xogħol li għadha teżisti fil-qasam tal-edukazzjoni, fejn il-persentaġġ ta' għalliema nisa fil-livelli primarji u ta' qabel l-iskola obbligatorja huwa ħafna ogħla mill-persentaġġ fil-livell sekondarju, li għadu ddominat b'mod ċar mill-irġiel u li joffri aktar vantaġġi f'termini ta' rikonoxximent, ħlas u status soċjali;

17.

Jipproponi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-adozzjoni ta' miżuri biex iħeġġu lin-nisa u lill-irġiel biex jistudjaw suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi, biex iżidu l-provvista ta' professjonisti f'dan is-settur u jissodisfaw id-domanda li tidher ċara;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ulterjuri sabiex itejbu l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fih, b'mod partikulari fis-setturi fejn għadhom mhux rappreżentati biżżejjed, bħal dawk tat-teknoloġiji għoljin, tar-riċerka, tax-xjenzi u l-inġinerija u l-kwalità tal-impjiegi tan-nisa, b'mod partikulari permezz ta' programmi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni tul il-ħajja fil-livelli kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-Fondi Strutturali Ewropej biex jintlaħaq dan l-għan;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joqgħodu attenti għas-sitwazzjoni tal-konjuġi li jgħinu f'ċerti oqsma bħall-artiġjanat, il-kummerċ, l-agrikultura, is-sajd u l-intrapriżi żgħar tal-familja, kemm billi jadottaw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u kemm billi jikkunsidraw il-fatt li n-nisa huma f'pożizzjoni iżjed vulnerabbli mill-irġiel; jitlob lill-Kummissjoni biex, bla dewmien, tippreżenta proposta bl-għan li timmodifika d-Direttiva 86/613/KEE dwar l-applikazzjoni tal-principju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisali jaħdmu għal rashom, inkluż fis-settur tal-agrikoltura, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal (12), bl-intenzjoni li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni indiretta, biex jiġi żviluppat obbligu posittiv għall-ugwaljanza ta' trattament u biex tittejjeb il-qagħda legali tal-konjuġi li jgħinu;

20.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-kunċett legali tas-sjieda maqsuma, sabiex ikunu żgurati r-rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu, il-ħarsien xieraq fil-qasam tas-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent tax-xogħol tagħhom;

21.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-imprenditorjat tan-nisa fis-settur industrijali u biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u strutturi għal konsulenza professjonali għan-nisa li jwaqqfu l-kumpaniji u kif ukoll taħriġ xieraq;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikulari lid-disponibilità ta' faċilitajiet li jirrigwardaw il-maternità għan-nisa li jaħdmu għal rashom;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni lill-qagħda tal-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema li formalment jaħdmu għal rashom imma li fil-verità jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija ta' “ħaddiema ekonomikament dipendenti”;

24.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu lill-intrapriżi li jieħdu miżuri biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel sabiex jiġi ffaċilitat l-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata, b'mod li jitrawwem it-tifrix tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità u attenzjoni speċjali lill-gruppi ta' nisa l-iżjed vulnerabbli, b'mod speċjali lin-nisa b'diżabilitajiet, lin-nisa b'persuni dipendenti, lin-nisa anzjani, lin-nisa f'minoranza, lin-nisa immigranti u lin-nisa fil-ħabs, u biex jiżviluppaw miżuri mmirati li jkunu maħsubin għall-bżonnijiet tagħhom;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex in-nisa b'diżabilità jiġu megħjuna jagħmlu progress fl-oqsma tal-ħajja soċjali, professjonali, kulturali u politika fejn għadhom m'humiex rappreżentati biżżejjed;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-aċċess tan-nisa immigranti għall-edukazzjoni u għall-impjieg permezz tal-adozzjoni ta' miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni doppja li huma vittmi tagħha fis-suq tax-xogħol, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet favorevoli meħtieġa biex in-nisa immigranti jkun jista' jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, u jkunu jistgħu jirrikonċiljaw il-ħajja tagħhom professjonali u dik privata;

28.

Jilqa' l-konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-isħab soċjali bil-għan li jittejbu l-oqfsa leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja tal-familja u l-ħajja privata; huwa ħerqan biex jara analiżi tar-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni u ta' proposti li joriġinaw minnha, b'mod partikulari ta' proposti konnessi mal-liv tal-maternità, u mal-integrazzjoni tiegħu fil-kalkolu taż-żmien tax-xogħol globali, mal-liv tal-paternità, mal-liv ta' ġenitur, mal-liv tal-adozzjoni u mal-liv li jintuża biex wieħed jieħu ħsieb persuni dipendenti; jikkunsidra, barra minn hekk, li l-Ftehim ta' Qafas dwar il-liv ta' ġenitur tista' tittejjeb fir-rigward tal-punti li ġejjin: il-provvista ta' miżuri biex il-missirijiet jitħeġġu biex jieħdu liv ta' ġenitur, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema li jieħdu liv ta' ġenitur u t-tħaffif tas-sistema tal-liv, tat-tul u tal-indennizzi għal-liv ta' ġenitur;

29.

Ifakkar li kull politika dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u dik familjari għandha tissejjes fuq il-prinċipju ta' għażla libera għall-individwi u tkun adattata għaċ-ċikli differenti tal-ħajja;

30.

Jitlob lill-Istati Membri biex iressqu miżuri speċifiċi kontra l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel ikkawżati minn xejriet interrotti ta' impjiegi, li jirriżultaw, b'mod partikolari mil-liv tal-maternità jew mil-liv li jittieħed għall-kura tal-persuni dipendenti, u biex inaqqsu l-effetti negattivi tagħom fuq il-karrieri, il-pagi u d-drittijiet tal-pensjoni;

31.

Jirrimarka li r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja hija waħda mill-fatturi ewlenin fiż-żieda tal-impjiegi, u jitlob lill-Kummissjoni biex tiġbor u tqassam l-aħjar prattiki fir-rigward ta' bilanċ effettiv bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u iżjed involviment tal-irġiel fil-ħajja tal-familja;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-irġiel fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi, speċifikament f'dak li għandu x'jaqsam mar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja familjari u l-ħajja privata;

33.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex, b'mod konformi mal-objettivi ta' Barċellona, itejbu d-disponibilità, il-kwalità u l-aċċessibilità tas-servizzi tal-kura tat-tfal u tas-servizzi ta' kura għal nies dipendenti, u biex jiżguraw li d-disponibilità ta' dawn is-servizzi tkun kompatibbli mal-iskedi tax-xogħol full-time tan-nisa u tal-irġiel li jkunu responsabbli minn tfal jew minn persuni dipendenti;

34.

Jistieden lil min hu responsabbli fi ħdan l-intrapriżi biex jintroduċi miżuri flessibbli ta' politika għall-familja fil-pjanijiet tagħhom ta' tmexxija tal-istaff, bil-għan li jkun iffaċilitat ir-ritorn tal-ħaddiema rġiel u nisa wara waqfa fil-karriera;

35.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fuq il-femminizzazzjoni tal-faqar, fi żmien meta n-nisa, b'mod speċjali dawk anzjani u l-ommijiet mhux miżżewġin, jinsabu fir-riskju tal-esklużjoni u l-faqar, u jħeġġiġhom biex jiżviluppaw miżuri biex jevitaw din it-tendenza;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw għodod ta' taħriġ u ta' implimentazzjoni li jippermettu lill-parteċipanti kollha kkonċernati li jintegraw perspettiva bbażata fuq l-ugwaljanza ta' opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, inkluża l-evalwazzjoni tal-impatt speċifiku tal-politiki fuq in-nisa u l-irġiel;

37.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżguraw l-użu effettiv tal-għodod eżistenti, bħall-manwali għall-integrazzjoni ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-politiki tal-impjieg stabbiliti mill-Kummissjoni;

38.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw taħriġ xieraq biex titqies id-dimensjoni ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-uffiċjali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

39.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu numru ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, kif ukoll statistika bbażata fuq is-sessi, li jkunu affidabbli, li jkunu jistgħu jitqabblu bejniethom u li jkunu disponibbli fil-każ ta' bżonn, biex jintużaw fis-segwitu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'mod li titqies id-dimensjoni tas-sessi u tiġi żgurata implimentazzjoni u segwitu xierqa għall-politiki;

40.

Jilqa' t-twaqqif ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel u l-ħatra tal-membri tal-Kunsill Amministrattiv li pprovdiet lill-Istitut b'bord li jieħu d-deċiżjonijiet; huwa mħasseb, madankollu, dwar id-dewmien fl-għażla tad-direttur tal-Istitut, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrimedja s-sitwazzjoni;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, jiġu inklużi fatti u statistika li joriġinaw mill-pajjiżi fit-triq lejn l-adeżjoni u mill-pajjiżi kandidati fir-rapporti annwali futuri dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

42.

Jitlob lill-Istati Membri u biex iħeġġu lill-popolazzjoni b'mod ġenerali biex tipprattika l-isport u tgħix ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa, b' kont meħud tal-fatt li r-rati tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport huma aktar baxxi;

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 17, 19.1.2001, p. 22.

(2)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(3)  ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 492.

(4)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 118.

(5)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 742.

(6)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 56.

(7)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 112.

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0423.

(9)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0019.

(10)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0094.

(11)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0102.

(12)  ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/42


L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008
Il-klonazzjoni tal-annimali biex jiġu forniti bħala ikel

P6_TA(2008)0400

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar il-klonazzjoni tal-annimali biexjiġu forniti bħala ikel

2009/C 295 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Protokoll dwar il-ħarsien u l-benessri tal-annimali jeħtieġ li l-Komunità u l-Istati Membri jikkunsidraw b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali meta jifformulaw u jimplimentaw politiki ta’ agrikoltura u riċerka,

B.

billi l-proċessi tal-klonazzjoni jindikaw rati baxxi ta’ sopravivenza ta’ embriji ttrasferiti u ta’ annimali kklonati, b’għadd kbir ta’ annimali kklonati jmutu fl-istadji bikrija tal-ħajja minn insuffiċjenza kardjovaskulari, immunodefiċjenzi, insuffiċjenza tal-fwied, problemi respiratorji, u anormalitajiet tal-kliewi u muskoloskeletriċi,

C.

billi l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha fl-2008 li l-livelli ta’ mortalità u l-morbożità tal-annimali kklonati huma ogħla minn dawk f’annimali prodotti sesswalment waqt li l-korrimenti u l-mard lejn l-aħħar tat-tqala x’aktarx li jaffettwaw il-benessri tal-ommijiet surrogati,

D.

billi minħabba l-livelli attwali ta’ tbatija u ta’ problemi ta’ saħħa tal-ommijiet surrogati u tal-annimali kklonati, il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) jesprimi dubji dwar kemm il-klonazzjoni tal-animali għall-ikel hija etikament ġustifikata, u ma jqisx li hemm argumenti konvinċenti li jiġġustifikaw il-produzzjoni tal-ikel mill-annimali kklonati u miż-żgħar tagħhom,

E.

billi d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien tal-annimali mrobbija għal skopijiet ta’ biedja (1) tipprovdi li ’proċeduri ta’ tnissil naturali jew artifiċjali li jikkawżaw, jew x’aktarx li jikkawżaw, tbatija jew korriment lil kwalunkwe annimal ikkonċernat m’għandhomx jiġu pprattikati’ (Anness, paragrafu 20),

F.

billi l-klonazzjoni tnaqqas b’mod sinifikanti d-diversità ġenetika fil-popolazzjonijiet tal-bhejjem, u b’hekk iżżid il-possibilità li merħliet sħaħ jiġu eradikati b’mard li jkunu suxxettibbli għalih,

G.

billi l-EFSA fit-24 ta’ Lulju 2008 ppubblikat opinjoni xjentifika dwar l-implikazzjonijiet tal-annimali kklonati għas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u għall-ambjent, fejn ikkonkludiet li s-saħħa u l-benessri ta’ proporzjoni sinifikanti ta’ annimali kklonati huma affettwati b’mod negattiv, ħafna drabi b’mod sever u fatali,

H.

billi, waqt li l-għan ewlieni tal-klonazzjoni hu li jkunu prodotti kopji multipli ta’ annimali b’rati għolja ta’ tkabbir jew b’rendiment għoli, it-tnissil selettiv tradizzjonali diġà wassal għal problemi fis-saqajn u għal difetti kardjovaskulari fi qżieqeż li jikbru malajr, u li jkunu jzappu (lameness), il-mastite u l-qtil prematur ta’ baqar li jrendu ħafna; u billi l-klonazzjoni ta’ annimali li jikbru malajr u li jrendu ħafna se twassal għal livelli ogħla ta’ problemi ta’ saħħa u ta’ benessri,

I.

billi, minbarra l-fatt li l-implikazzjonijiet tal-klonazzjoni tal-annimali biex jiġu forniti bħala ikel għadhom ma ġewx studjati biżżejjed, dan iqiegħed theddida serja għad-dehra u s-sustanza tal-mudell agrikolu Ewropew, li hu bbażat fuq il-kwalità tal-prodott, il-prinċipji favur l-ambjent u r-rispett sħiħ tal-benessri tal-annimali,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti li jipprojbixxu (i) il-klonazzjoni tal-annimali għal skopijiet ta’ forniment tal-ikel, (ii) it-trobbija ta’ annimali kklonati u taż-żgħar tagħhom, (iii) it-tqegħid fis-suq ta’ laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklonati jew miż-żgħar tagħhom u (iv) l-importazzjoni ta’ annimali kklonati, iż-żgħar tagħhom, semen u embrijoni minn annimali kklonati jew iż-żgħar tagħhom, u laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklonati jew miż-żgħar tagħhom, waqt li jkunu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA u l-EGE;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/43


L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008
L-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u lirġiel

P6_TA(2008)0401

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoniu tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2008/2038(INI))

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikoli 2, 3(2) u 152 tiegħu,

wara li kkunsidra l-acquis tal-Komunità fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri,

wara li kkunsidra l-Pjattaforma għal Azzjoni adottata fir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f’Beijing fil-15 ta’ Settembru 1995 u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Beijing (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (3),

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 (COM(2006)0092) and l-evalwazzjoni relatata dwar l-impatt (SEC(2006)0275),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Lulju 1997 dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fir-riklamar (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1557 (2007) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, bl-isem ta’ “L-immaġni tan-nisa fir-riklamar”,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottata mill-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Marzu 2006 ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0199/2008),

A.

billi s-soċjalizzazzjoni (permezz tal-iskola, il-familja u l-ambjent soċjo-kulturali) hija proċess li joħloq identità, valuri, twemmin u attitudnijiet li jagħtu lill-individwu post u rwol fis-soċjetà li jikber fiha; billi l-kunċett tal-identifikazzjoni huwa essenzjali biex wieħed jifhem kif jaħdem dan il-proċess,

B.

billi għandu jsir iktar xogħol biex, kemm fl-iskola kif ukoll fid-dar, jiġi promoss użu raġonevoli u responabbli tat-televiżjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda minn età żgħira,

C.

billi l-pubbliċità li titrażmetti messaġġi diskriminatorji u/jew degradanti bbażati fuq il-ġeneru u kwalunkwe forma ta’ sterjotip tal-ġeneru huma ostaklu għall-ħolqien ta’ soċjetà moderna u egalitarja,

D.

billi l-isterjotipi jistgħu jikkontribwixxu għal imġiba li tikkostitwixxi ħafna fatturi ta’ identifikazzjoni,

E.

billi r-riklamar u l-kummerċjalizzazzjoni jirriflettu kultura u jikkontribwixxu wkoll biex joħolquha,

F.

billi r-riklamar huwa parti komponeneti mill-ekonomija tas-suq u huwa wieħed mill-aspetti tar-realtà li kulħadd irid jaffaċċja fil-ħajja ta’ kuljum,

G.

billi r-riklamar xi kultant jista’ jippreżenta perspettiva karikaturata tal-ħajjiet tan-nisa u tal-irġiel,

H.

billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru fil-media hija mxerrda ħafna; billi r-riklamar u l-media li joħolqu sterjotipi tal-ġeneri jistgħu jitqiesu bħala parti minn din id-diskriminazzjoni,

I.

billi, għalhekk, l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru fir-riklamar jirriflettu t-tqassim mhux ugwali tal-poterbejn is-sessi,

J.

billi l-istereotipi marbutin mal-ġeneru għandhom jiġu opposti fil-livelli kollha tas-soċjetà sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza u l-koperazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel kemm fil-qasam privat kif ukoll f’dak pubbliku,

K.

billi mill-ewwel snin tas-soċjalizzazzjoni tat-tfal l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru jistgħu jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri li ssaħħaħ il-perpetwazzjoni ta’ inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel li jibqgħu tul il-ħajja kollha u rimarki komuni speċifiċi għal ġeneru wieħed jew l-ieħor,

L.

billi l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru huma kontraproduttivi u jikkontribwixxu biex ikun hemm taqsim fi professjonijiet skond il-ġeneru fis-suq tax-xogħol, bir-riżultat li n-nisa ġeneralment jaqilgħu inqas mill-irġiel,

M.

billi s-soċjetà kollha għandha tkun involuta fi sforzi biex tkun evitata r-riproduzzjoni tal-isterjotipi marbutin mal-ġeneru; billi r-responsabilità biex isir dan għandha tinqasamfuq kulħadd,

N.

billi l-ostakoli li jipprevjenu it-twassil ta’ immaġni pożittivi tal-irġiel u tan-nisa fis-sitwazzjonijiet soċjali kollha għandu jitneħħa,

O.

billi t-tfal huma grupp partikolarment vulnerabbli li jibbaża l-fiduċja tiegħu mhux biss fuq l-awtorità imma wkoll fuq karattri minn miti, minn programmi fuq it-televixin, minn kotba tal-istampi, materjal edukattiv, minn logħob fuq it-televixin, minn riklami dwar il-ġugarelli, eċċ; billi t-tfal jitgħallmu billi jimitaw u jagħmlu bħal dak li jkunu għadhom kif esperjenzaw; billi, għal din ir-raġuni, l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru fir-riklamar jinfluwenzaw l-iżvilupp individwali u jaċċentwaw l-idea li l-ġeneru ta’ persuna jiddetta x’inhu u x’mhux possibbli,

P.

billi r-riklamar permezz ta’ tipi differenti tal-media huwa partimil-ħajja tagħna ta’ kuljum; billi hija ta’ importanza partikolari li r-riklamar fil-media jkun suġġett għal regoli u/jew kodiċi ta’ kondotta eżistenti li jorbtu etikament u/jew legalment biex ikun evitat li r-riklami jikkomunikaw messaġġi diskriminatorji jew degradanti bbażati fuq sterjotipi marbutin mal-ġeneru u biex ikun evitat it-tixwix tal-vjolenza,

Q.

billi r-riklamar responsabbli jista’ jkollu influwenza pożittivi fuq il-perċezzjoni tas-soċjetà ta’ kwistjonijiet bħal: “id-dehra tal-ġisem”, “l-irwoli marbutin mal-ġeneru” u “n-normalità”; billi r-riklamar jista’ jkun għodda effettiva biex jiġu sfidati u ffaċjati l-isterjotipi,

1.

Jenfasizza l-importanza li n-nisa u l-irġiel jingħataw l-istess opportunitajiet biex jiżviluppaw bħala individwi;

2.

Jinnota l-eżistenza kontinwa u mifruxa sew ta’ sterjotipi maskili u femminili minkejja d-diversi programmi Komunitarji li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

3.

Jinnota li iktar riċerka tgħin biex jinxteħet dawl fuq ir-rabta bejn l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru fir-riklamar u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri;

4.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jisfruttaw u jxerrdu r-riċerka msemmija hawn fuq u r-riżultati tagħha;

5.

Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jonoraw l-impenji li ħadu permezz tal-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi msemmi hawn fuq

6.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaderixxu mal-linji gwida adottati permezz ta’ diversi programmi Komunitarji, bħall-EQUAL, u mal-linji gwida li jiffokaw fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

7.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimmoniterjaw l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jeżistu diġà fil-liġi Kommunitarja dwar id-diskriminazzjoni marbuta mal-ġeneru u t-tixwix li jġib mibegħda minħabba l-ġeneru;

8.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi ta’ azzjoni madwar l-UE li jqajmu kuxjenza kontra l-insulti sessisti jew immaġni degradanti tan-nisa u tal-irġiel fir-riklamar u fil-kummerċjalizzazzjoni;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex jistudjaw u jirraportaw dwar l-immaġni tan-nisa u tal-irġiel fir-riklamar u fil-kummerċjalizzazzjoni;

10.

Jisħaq li l-isterjotipi fir-riklamar fuq il-programmi tat-televiżjoni tat-tfal huma problema partikolari minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-soċjalizzazzjoni tal-ġeneru u, sussegwentement, fuq l-opinjoni tat-tfal dwarhom innifishom, dwar il-membri tal-familja tagħhom u dwar id-dinja ta’ barra;

11.

Jinnota li l-isforzi biex jiġu miġġielda l-isterjotipi fil-media u fir-riklamar għandhom ikunu akkumpanjati minn strateġiji u miżuri edukattivi biex tiġi kkultivata l-kuxjenza minn età bikrija u jiġu żviluppati l-fakultajiet kritiċi mill-adoloxxenza ’l quddiem;

12.

Jisħaq fuq l-irwol fundamentali li għandu jkollha is-sistema tal-edukazzjoni fl-iżvilupp tal-fakultajiet kritiċi tat-tfal fir-rigward tal-immaġni u tal-media b’mod ġenerali, sabiex ikunu evitati l-effetti mhux mixtieqa tar-ripetizzjoni tal-isterjotipi marbuta mal-ġeneru fil-kummerċjalizzazzjoni u fir-riklamar;

13.

Jinnota l-bżonn li l-irwoli tradizzjonali tal-ġeneri jiġu sfidati sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn il-ġeneri;

14.

Jiġbed l-attenzjoni b’mod partikulari fuq il-bżonn li jiġu eliminati mill-kotba, mill-ġugarelli, mil-logħob tal-kompjuter, mill-internet u mit-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, kif ukoll minn riklamar permezz ta’ tipi differenti ta’ media, messaġġi li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem u li jingħataw sterjotipi marbutin mal-ġeneru;

15.

Jinnota bi tħassib estrem ir-riklamar tas-servizzi sesswali, li jsaħħaħ l-isterjotipi tan-nisa bħala oġġetti, fil-pubblikazzjonijiet, bħall-gazzetti lokali, li t-tfal jaraw u jiksbu b’faċilità;

16.

Jinnota l-bżonn li jsir taħriġ kontinwu ta’ għall-u, b’kollaborazzjoni mal-professjonisti tal-media, taħriġ li jqajjem kuxjenza għas-soċjetà dwar l-effetti negattivi tal-isterjotipi marbutin mal-ġeneru;

17.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu tat-televiżjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda qed jiżdied fost it-tfal u l-adoloxxenti, li dan l-użu jibda minn età bikrija ħafna u li kull ma jmur it-tfal qed jaraw dejjem iktar it- televiżjoni mingħajr ma jkunu kkontrollati;

18.

Jinnota li t-tpinġijiet li joħorġu mir-riklamar u mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ immaġni ideali tal-ġisem jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-awtostima tan-nisa u tal-irġiel, b’mod partikulari tat-tfajliet u ta’ dawk li huma suxxettibbli għal problemi tal-alimentazzjoni bħall-anorexia nervosa u l-bulimia nervosa; jitlob lil dawk li jirriklamaw biex jikkunsidraw sew l-użu tagħhom ta’ nisa rqaq iżżejjed biex jirriklamaw prodotti;

19.

19 Jitlob lill-Istati Membri biex permezz ta’ mezzi xierqa jiżguraw li l-kummerċjalizzazzjoni u r-riklamar jiggarantixxu r-rispett tad-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna, li ma jkunux diskriminatorji, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, li ma jkunux jinkludu tixwix li jqajjem il-mibegħda bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, u li ma jkunux jinkludu materjal li, meta ġġudikat fuq il-kuntest tiegħu, iħeġġeġ jew jippromwovi l-vjolenza kontra n-nisa jew jagħmilha tidher isbaħ milli hi;

20.

Jirrikonoxxi l-ħidma li saret diġa’ mir-regolaturi tal-media f’xi Stati Membri biex jesploraw l-effetti tal-isterjotipar ibbażat fuq il-ġeneru u jinkoraġġixxi lir-regolaturi fl-Istati Membri kollha biex jaqsmu ma’ xulxjin l-aħjar prassif’ dan il-qasam;

21.

Ifakkar lill-Kummissjoni li d-Direttiva 2004/113/KE imsemmija hawn fuq, meta ġiet proposta għall-ewwel darba mill-Kummissjoni kienet tkopri wkoll id-diskriminazzjoni fil-media; jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha kontra d-diskriminazzjoni;

22.

Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm eżempji pożittivi mill-perspettiva dwar il-ġeneru fid-dinja tal-media u tar-riklamar sabiex jintwera li l-bidla hija possibbli u mixtieqa; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fomalment l-għoti ta’ premju minn min jirriklama lil membri tal-industrija tagħhom stess, u ta’ premju mogħti mill-pubbliku, għal riklami li l-iktar jiksru l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru u jippreżenta immaġni pożittiva jew waħda li tafferma l-istatus tan-nisa, tal-irġiel u tar-relazzjoni bejniethom;

23.

Jenfasizza l-bżonn li jinxterdu l-prinċipji ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-media permezz ta’ pubblikazzjonijiet u programmi, imfassla għal gruppi differenti ta’ etajiet, biex l-aħjar prassi jiġu popolarizzati u biex jiġu rrispettati d-differenzi bejn il-ġeneri;

24.

Jenfasizza l-bżonn għal dibattitu kontinwu dwar il-kummerċjalizzazzjoni u r-riklamar u l-irwol tagħhom fil-ħolqien u fil-perpetwazzjoni ta’ sterjotipi marbutin mal-ġeneru;

25.

Jitlob lill-Istati Membri biex ifasslu u jniedu inizjattivi edukattivi, żviluppati fl-ispirtu ta’ tolleranza u ta’ evitar tal-forom kollha ta’ sterjotipi, biex jippromwovu l-kultura ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-programmi edukattivi xierqa;

26.

Jenfasizza li l-isterjotipi dwar il-ġeneru għandhom jiġu eliminati;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(2)  ĠU L 298, 17.10.1989, p 23.

(3)  ĠU L 373, 21.12.2004, p 37.

(4)  ĠU C 304, 6.10.1997, p. 60.


Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/47


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani

P6_TA(2008)0404

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani

2009/C 295 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret lill-Parlament mill-Kummissarju Ferrero-Waldner fid-9 ta' Lulju 2008 dwar il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael u r-riżultati tat-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael tas-16 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-rapport imħejji mid-Delegazzjoni Ad Hoc tiegħu għall-Iżrael u t-Territorji Palestinjani (30 ta' Mejju sa 2 ta' Ġunju 2008) u l-konklużjonijiet tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, b'mod partikulari l-Konvenzjoni IV dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra tat-12 ta' Awissu 1949, u b'mod partikulari l-Artikoli 1 sa 12, 27, 29 sa 34, 47, 49, 51, 52, 53, 59, 61 sa 77 u 143 tagħha,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2007 tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b'mod partikulari t-taqsima li tittratta dwar it-Territorji Palestinjani Okkupati,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-2006, l-2007 u l-2008 mill-Kumitat Pubbliku Kontra t-Tortura fl-Iżrael ippubblikati bl-għajnuna tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni Ewropea u minn diversi Stati Membri,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi f'dawn l-aħħar snin l-Iżrael affaċja bosta attakki terroristiċi serji kontra l-popolazzjoni ċivili tiegħu u billi l-awtoritajiet Iżraeljani ħadu numru ta' miżuri biex jimpedixxu dawk l-azzjonijiet terroristiċi, inkluż l-arrest ta' militanti Palestinjani suspettati, iżda billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu mhix ġustifikazzjoni għall-vjolazzjoni tal-liġi umanitarja,

B.

billi llum il-ġurnata iktar minn 11 000 Palestinjan, inklużi mijiet ta' nisa u tfal, qegħdin jinżammu f'ħabsijiet u f'ċentri ta' detenzjoni Iżraeljani u billi l-biċċa l-kbira ta' dawk id-detenuti kienu arrestati fit-Territorji Palestinjani Okkupati,

C.

billi skont il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, li l-Iżrael iffirma, tifel jew tifla huwa definit bħala persuna taħt l-età ta' 18-il sena; billi madankollu, it-tfal Palestinjani mill-età ta' 16-il sena huma meqjusa bħala adulti skont ir-regolamenti militari tal-Iżrael li jirregolaw it-Territorji Palestinjani Okkupati, u spiss jinżammu f'kundizzjonijiet xejn xierqa,

D.

billi 198 Palestinjan inħelsu mill-Gvern Iżraeljan fil-25 ta' Awissu 2008 bħala sinjal ta' rieda tajba u ta' bini tal-fiduċja reċiproka u billi għaddejjin iktar negozjati bejn iż-żewġ naħat bl-għan li jintlaħaq ftehim iżjed komprensiv dwar il-ħelsien ta' priġunieri oħra,

E.

billi riċentement ittieħdu passi pożittivi mill-Gvernijiet ta' Iżrael u tal-Libanu biex jibdlu priġunieri mal-fdalijiet ta' suldati Iżraeljani,

F.

billi l-Iżrael qed iżomm madwar 1 000 priġunier abbażi ta' “ordnijiet ta' detenzjoni amministrattiva”, bid-dritt tal-appell iżda bla ebda akkuża, proċess tal-qorti u drittijiet ta' difiża; billi tali “ordnijiet ta' detenzjoni amministrattiva” jistgħu jkunu, u f'xi każi tabilħaqq ikunu, mtawla għal ħafna snin,

G.

billi rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem jiddikjaraw li l-priġunieri Palestinjani huma suġġetti għal abbuż u l-użu tat-tortura,

H.

billi sikwit ikun impossibbli jew diffiċli ħafna għall-maġġoranza l-kbira tal-priġunieri Palestinjani miżmuma fil-ħabsijiet li jinsabu fit-territorju Iżraeljan biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal żjarat mill-familji tagħhom, minkejja t-talbiet tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar lill-Iżrael,

I.

billi l-kwistjoni tal-priġunieri politiċi għandha implikazzjonijiet politiċi, soċjali u umanitarji importanti, u l-arrest ta' 48 membru elett tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u kunsilliera lokali oħra ġab konsegwenzi serji għall-iżviluppi politiċi fit-territorju Palestinjani Okkupati, billi d-'Dokument tal-Priġunieri', adottat f'Mejju 2006 minn mexxejja politiċi Palestinjani ta' fazzjonijiet differenti li qegħdin il-ħabs, serva bħala bażi għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u witta t-triq għat-twaqqif ta' gvern ta' unità nazzjonali,

J.

billi r-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Iżrael, skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael, huma bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u fuq il-prinċipji demokratiċi li jikkostitwixxu element essenzjali ta' dik il-ftehim; billi l-Pjan ta' Azzjoni UE-Iżrael jenfasizza r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-liġi umanitarja internazzjonali bħala valuri fost il-valuri komuni għall-partijiet,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni reċenti tal-Gvern Iżraeljan li jeħles numru ta' priġunieri Palestinjani, billi dan huwa ġest pożittiv għat-tisħiħ tal-awtorità tal-Awtorità Palestinjana u biex tinħoloq klima ta' fiduċja reċiproka;

2.

Jitlob biex jittieħdu passi minn Ħamas u l-Iżrael bl-għan li jinħeles immedjatament il-kapural Iżraeljan Gilad Shalit;

3.

Jenfasizza li l-kwistjoni tal-priġunieri Palestinjani hija waħda li tħalli impatt kbir ħafna kemm fuq is-soċjetà Palestinjana u kemm fuq il-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani u jikkunsidra li, f'dan il-kuntest, il-ħelsien ta' numru sostanzjali ta' priġunieri Palestinjani, kif ukoll il-ħelsien immedjat tad-detenuti li huma membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, inkluż Marwan Barghouti, jista' jservi bħala pass pożittiv biex tkun stabbilita l-klima ta' fiduċja reċiproka meħtieġa biex isir progress sostanzjali fin-negozjati għall-paċi;

4.

Jappoġġa t-tħassib leġġittimu tal-Iżrael rigward is-sigurtà; jemmen li l-istat tad-dritt irid ikun irrispettat bis-sħiħ fit-trattament tal-priġunieri kollha, peress li dan huwa pass kruċjali għall-pajjiż demokratiku;

5.

Jistieden lill-Iżrael biex jiggarantixxi li l-istandards minimi tad-detenzjoni jkunu rrispettati, li d-detenuti kollha jitressqu quddiem qorti għall-proċess ġudizzjarju, li jitwaqqaf l-użu tal -ordni ta' etenzjoni amministrattiva', u li jkunu implimentati miżuri adegwati għall-minorenni u d-drittijiet għaż-żjarat lill-priġunieri, f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali inkluża l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti;

6.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri Palestinjani nisa u priġunieri vulnerabbli, li kif qed jingħad huma suġġetti għal trattament ħażin u nuqqas ta' aċċess għall-kura tas-saħħa;

7.

Jistieden lill-Awtorità Palestinjana biex tagħmel kull sforz biex timpedixxi kwalunkwe azzjoni vjolenti jew terroristika, b'mod partikulari minn ex-priġunieri, b'mod partikulari t-tfal;

8.

Jesprimi t-twemmin tiegħu li t-titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżrael għandu jkun konsistenti ma' u marbut mal-konformità min-naħa tal-Iżrael mal-obbligi kollha skont il-liġi internazzjonali;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni meħuda fit-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael li jiġi stabbilit Sottokumitat b'setgħat sħaħ dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex jieħu post il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem attwali; jitlob sabiex jiġu kkonsultati b'mod estensiv u involuti bis-sħiħ l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u l-organiżazzjonijiet mhux governattivi fl-Iżrael u t-Territorji Palestinjani Okkupati fil-monitoraġġ tal-progress tal-Iżrael biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u s-Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rappreżentant tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/49


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
L-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem

P6_TA(2008)0405

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (2008/2031(INI))

2009/C 295 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-konvenzjoniiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi taghom,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u ż-żewġ protokolli fakoltattivi tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u speċifikament l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitolu VII, l-Artikoli 39 u 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem) u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa ġdida (il-Karta ta' Pariġi),

wara li kkunsidra l-Att Aħħari tal-1975 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (L-Att Aħħari ta' Ħelsinki),

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11, 13, 19, 21, 29 u 39 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TEU) u l-Artikoli 60, 133, 296, 297, 301 u 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TEC),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' qabel dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,

wara li kkunsidra d-dibattiti preċedenti tiegħu u riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 1996 dwar il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1)

wara li kkunsidra l-obbligi internazzjonali tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, inklużi dwak miġbura fil-Ftehimiet tad-WTO,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa oħra, ffrimata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima Cotonou (2)), speċifikament, l-Artikoli 8, 9, 33, 96 u 98 tagħha u r-reviżjoni ta' dik il-ftehima (3),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bl-isem Il-Ħolqien ta' formazzjoni ta' “Sanzjonijiet” tal-Grupp ta' ħidma tal-Konsulenti tar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX/Sanctions) tat-22 ta' Jannar 2004 (5603/2004),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bit-titolu “Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu ta' Miżuri Restrittivi (Sanzjonijiet)” tas-7 ta' Ġunju 2004 (10198/1/2004),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bit-titolu “Linjigwida dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' miżuri risterttivi (sanzjonijiet) fil-qafas tal-Politika Komuni tal-UE dwar il-Politika Barranija u s-Sigurtà”, tal-Unjoni Ewropea, li ġiet riveduta l-aħħar fit-2 ta' Diċembru 2005 (15114/2005),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill li jismu “l-Aħjar prattiċi tal-UE għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ristrettivi” tad-9 ta' Lulju 2007 (11679/2007),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 96/697/CFSP dwar Kuba (4), adottata fit-2 ta' Diċembru 1996 mill-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 2001/930/CFSP dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (5) u 2001/931/CFSP dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu (6), it-tnejn tas-27 ta' Diċembru 2001, u r-Regolamemt tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri ristrettivi speċifiċi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tkompli l-ġlieda kontra t-terroriżmu (7),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/CFSP dwar miżuri ristrettivi kontra Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, intrapriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (8), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti możuri ristrettivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u enititajiet marbuta ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Taliban (9), it-tnejn tas-27 ta' Mejju 2002,

wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-25 ta' April 2002 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess ta' demokratizzazzjoni f'pajjiżi terzi (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (12),

wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'dawn il-ftehimiet,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 1982 dwar is-sinifikat ta' sanzjonijiet ekonomiċi, partikolarment embargi u bojkott fuq kummerċ, u l-konsegwenza tagħhom fuq ir-relazzjonijiet tal-KEE ma' pajjiżi terzi (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-impatt ta' sanzjonijiet u. b'mod partikolari, ta' embargi fuq iċ-ċittadini ta pajjiżi li fuqhom ġew imposti (14) miżuri ristrettivi, adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fl-1 ta' Novembru 2001 fi Brussell (il-Belġju),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffunzjonar ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1597 (2008) u r-Rakkomandazzjoni 1824 (2008) dwar il-listi s-suwed tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Ewropea, adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-23 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ffirmat f'Liżbona, fit-13 ta' Diċembru 2007, li mistenni jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0309/2008),

A.

billi l-Artikolu 11(1) tat-TEU jirrikonoxxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħala wieħed mill-objettivi tal-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranini u s-Sigurtà, u billi l-Artikolu 21 il-ġdid tat-TEU, kif introdott mill-Artikolu 1(24) tat-Trattat ta' Liżbona, jirrikonoxxi li “l-azzjonijiet tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom ikunu ggwidti mill-prinċpji li wasslu għall-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha stess, u li hi tipprova tippromwovi madwar id-dinja: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-liġi internazzjonali”,

B.

billi s-sanzjonijiet huma applikati sabiex jintlaħqu objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 11 tat-TEU, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-tmexxija tajba,

C.

billi l-Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu ta' Miżuri Restrittivi (Sanzjonijiet) fuq imsemmija huma l-ewwel dokument pragmatiku li jiddefinixxi l-qafas li fi ħdanu l-UE timponi s-sanzjonijiet; billi, madankollu, l-UE ilha tagħmel hekk mill-bidu tas-snin tmenin u b'mod partikulari, wara d-dħul fis-seħħ tat-TEU fl-1993; billi dan id-dokument formalment jistabbilixxi sanzjonijiet bħala strument tas-CFSP u, bħala riżultat, jirrappreżenta punt ta' tluq għal politika tal-UE dwar is-sanzjonijiet,

D.

billi din il-politika ta' sanzjonijet hija bbażata fuq il-ħames objettivi li ġejjin fi ħdan is-CFSP: biex ikunu ssalvagwardjati l-valuri komuni, l-interessi fundamentali, l-indipendenza u l-integrità tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-Unjoni b'kull mod; biex tinżamm il-paċi u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Att Finali ta' Ħelsinki, kif ukoll l-objettivi tal-Karta ta' Pariġi, inklużi dawk tal-fruntieri esterni; biex tiġi promossa l-koperazzjoni internazzjonali; biex tiġi żviluppata u kkonsolidata d-demokrazija u l-istat ta' dritt kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

E.

billi l-kunsens internazzjonali qed jikber li ħsara serja u volontarja kkawżata lill-ambjent thedded il-paċi u s-sigurtà tad-dinja u tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem,

F.

billi l-UE hija mpenjata għall-implimentazzjoni sistematika ta' sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti skond il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU u fl-istess waqt timponi sanzjonijiet awtonomi fl-assenza ta' mandate tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, f'każi fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkollux is-setgħa li jieħu azzjoni jew ikun imċaħħad milli jagħmel dan minħabba nuqqas ta' ftehim fost il-membri tiegħu; jisħaq, f'dan ir-rigward, l-obbligu li kemm in-NU u kif ukoll l-UE għandhom li jimponu sanzjonijiet bi qbil mal-liġi internazzjonali,

G.

billi l-politika tas-sanzjonijiet tal-UE għalhekk tinkorpora jew timxi fuq is-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iżda l-ambitu u l-objettivi tagħha huma usa' minn dawk tal-politika tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (il-paċi u s-sigurtà internazzjonali),

H.

billi s-sanzjonijiet huma wieħed mill-istrumenti li l-UE jista' tuża biex timplimenta l-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-użu tas-sanzjonijiet għandu jkun l-aħħar tentattiv, fil-lista ta' prijoritajiet, biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi tas-CFSP u għandu jkun konsistenti mal-istrateġija ġenerali tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat, billi l-effikaċja tas-sanzjonijiet tiddependi mill-applikazzjoni simultanja tagħhom mill-Istati Membri kollha,

I.

billi ma hemm ebda definizzjoni ta' awtorità ta' x'inhi sanzjoni, skont il-liġi internazzjonali jew il-liġi tal-UE/KE; billi madankollu, fi ħdan il-qafas tas-CFSP, sanzjonijiet jew miżuri restrittivi huma meqjusa bħala miżuri li jinterrompu jew inaqqsu r-relazzjonijiet diplomatiċi jew ekonomiċi kollha, jew xi parti minnhom, ma' xi pajjiż terz, wieħed jew aktar minn wieħed, u jippruvaw jiksbu bidla f'ċerti attivitajiet jew politiki, bħal vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali jew tad-drittijiet tal-bniedem, jew politiki li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt jew il-prinċipji demokratici minn gvernijiet ta' pajjiżi terzi, entitajiet mhux statali jew persuni ġuridiċi u legali,

J.

billi t-tipi ta' miżuri ristrettivi jinkludu varjetà ta' miżuri bħal embargi tal-armi, restrizzjonijiet kummerċjali, sanzjonijiet finanzjari/ekonomiċi, iffriżar ta' assi, projbizzjoni ta' titjir, restrizzjonijiet għad-dħul f'pajjiż, sanzjonijiet diplomatiċi, bojkotts ta' avvenimenti sportivi jew kulturali, l-iġġammjar ta' stazzjonijiet tar-radju jew tat-televiżjoni u sospensjoni ta' koperazzjoni ma' pajjiż terz,

K.

billi, b'konformità mal-prattika ġenerali l-UE, din ir-riżoluzzjoni ma tagħmel ebda distinzjoni bejn it-termini “sanzjonijiet” u “miżuri ristrettivi”; billi din ir-riżoluzzjoni tiddefinixxi mill-ġdid il-miżuri xierqa li jinsabu fl-Artikolu 96 tal-Ftehima Cotonou (16),

L.

billi s-sanzjonijiet infushom tal-UE huma bbażati fuq għadd ta' bażijiet legali li jiddependu min-natura speċifika tal-miżuri restrittivi u n-natura legali tar-relazzjonijiet mal-pajjiż terz konċernat, kif ukoll mis-setturi u l-objettivi kkonċernati; billi dawn il-fatturi jiddeterminaw kemm il-proċedura għall-adozzjoni tas-sanzjonijiet — li bosta drabi, għalkemm mhux dejjem, tkun teħtieġ Pożizzjoni Komuni tas-CFSP u għalhekk l-unanimità fil-Kunsill — kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva li trid tiġi segwita sabiex tagħmel is-sanzjonijiet legalment vinkolanti u infurzabbli, billi l-proċedura komuni hija dik stipulata fl-Artikolu 301 tat-Trattat KE,

M.

billi l-projbizzjoni tal-viża u l-embargi fuq l-armi saru l-aktar sanzjonijiet komuni imposti fi ħdan is-CFSP u huma wieħed mill-ewwel passi fis-sekwenza ta' sanzjonijiet tal-UE; billi dawn iż-żewġ tipi ta' miżuri huma l-uniċi miżuri implimentati direttament mill-Istati Membri minħabba l-fatt li ma jirrikjedux leġiżlazzjoni dwar sanzjonijiet speċifiċi fi ħdan it-Trattat KE; billi, min-naħa l-oħra, is-sanzjonijiet finanzjarji (l-iffriżar tal-assi) u s-sanzjonijiet kummerċjali jirrikjedu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar sanzjonijiet speċifiċi,

N.

billi, skont il-prinċipji bażiċi dwar l-użu ta' miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fuq imsemmija u skont il-linji gwida dwar is-suġġett, sanzjonijiet immirati jistgħu ikunu aktar effettivi minn sanzjonijiet aktar ġenerali, u huma għaldaqstant preferibbli, l-ewwel nett għaliex jevitaw konsegwenzi negattivi għal porzjon akbar tal-popolazzjoni u, t-tieni nett, għaliex jaffettwaw direttament lin-nies responsabbli u għaldaqstant ikollhom aktar ċans li jwasslu għall-bdil fil-politika segwita minn dawk in-nies,

O.

ir-rikonoxximent tal-eżistenza ta' miżuri li, filwaqt li huma adottati mill-Kunsill fil-Konklużjoni tal-Presidenza, mhumiex imsejħa “sanzjonijiet” u huma differenti, fl-istess waqt, mill-miżuri risterttivi l-oħrajn elenkati bħala għodda tas-CFSP,

P.

billi r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-pajjiżi terzi spiss huma rregolati minn ftehimiet settorjali bilaterali u multi laterali li l-UE hija mitluba tirrispetta waqt lit kun qed tapplika s-sanzjonijiet; billi, fejn ikun jenħtieġ, l-UE għandha għalhekk tissospendi u tiċħad il-ftehima rilevanti qabel ma tapplika sanzjonijiet eknomiċi li mhumiex kompatibbli mad-drittijiet mogħtija lill-pajjiż terz inkwistjoni permezz ta' ftehima eżistenti,

Q.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi huma bosta drabi regolati minn ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jippermettu lil waħda mill-partijiet biex tieħu l-miżuri xierqa f'każijiet ta' vjolazzjoni mill-parti l-oħra ta' element essenzjali tal-ftehima, bħar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi internazzjonali, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt (klawsola tad-drittijiet tal-bniedem), bil-Ftehima ta' Cotonou tkun eżempju prominenti ta' dan,

R.

billi l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ristrettivi għandhom jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u mal-liġi umanitarja internazzjonali, inkluż proċess adattat u d-dritt għal rimedju effettiv, kif ukoll proporzjonalità, u għandha tipprovdi għall-eżenzjonijiet xierqa sabiex tqis il-ħtiġijiet umani bażiċi tal-persuni fil-mira, bħal aċess għall-edukazzjoni primarja, aċċess għal ilma tax-xorb u aċċess għal kura medika bażika inkluża mediċina bażika; billi politika ta' sanzjonijiet trid tikkunsidra b'mod sħiħ l-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra, fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Politiċi, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tan-NU li jikkonċernaw il-ħarsien taċ-ċivili u tat-tfal fil-kunflitti bl-armi,

S.

billi il-kredibilità tal-UE u tal-Istati Membri individwali tagħha tkun kompromessa meta is-sanzjonijiet tal-UE jidhru li jkunu qed jinkisru, u billi Robert Mugabe ġie mistieden għal-Lqagħa Għolja bejn l-UE u l-Afrika bejn it-8 u d-9 ta' Diċembru 2007 minkejja li kien formalment ipprojbit li jidħol fi kwalunkwe territorju tal-Istati membri tal-UE skond il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/CFSP tad-19 ta' Frar 2004 li ġġedded miżuri ristrettivi kontra ż-Żimbabwe kif estiża (17) l-aktar riċenti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/135/CFSP tat-18 ta' Frar 2008 (18),

Kunsiderazzjonijiet Ġenerali bil-għan li l-UE jkollha politika effettiva dwar sanzjonijiet

1.

Jiddeplora l-fatt li s'issa għadhom ma saru ebda evalwazzjoni jew studju tal-impatt tal-politika tal-UE dwar is-sanzjonijiet u għalhekk huwa diffiċli ħafna li jitkejlu l-effetti u l-effikaċja tagħhom b'mod prattiku u li wieħed jasal għall-konklużjonijiet meħtieġa; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu dan ix-xogħol ta' evalwazzjoni; jikkunsidra, madankollu, li l-politika tas-sanzjonijiet użata kontra l-Afrika ta' Isfel kienet effettiva sabiex tgħin ittemm l-apartheid;

2.

Iqis li d-differenzi fil-bażijiet legali għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sanzjonijiet tal-UE, li jinvolvu proċeduri differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni differenti u livelli ta' superviżjoni differenti, qed idgħajfu t-trasparenza u l-koerenza tal-politika tal-UE dwar is-sanzjonijiet u, b'riżultat ta' dan, il-kredibilità tagħha;

3.

Iqis li sabiex is-sanzjonijiet ikunu effettivi l-introduzzjoni tagħhom għandha tidher li hija leġittima fl-opinjoni pubblika, kemm dik Ewropea kif ukoll dik internazzjonali, u wkoll fil-pajjiżi fejn huma mistennija li jsiru l-bidliet; jisħaq li konsultazzjoni mal-Parlament waqt il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħtihom aktar leġittimità;

4.

Jinnota wkoll li s-sanzjonijiet jista' jkollhom valur simboliku bħala espressjoni ta' kundanna morali mill-UE u b'hekk jikkontribwixxu biex isaħħu l-viżibilità u l-kredibilità tal-politika barranija tal-UE; iwissi, madankollu, sabiex ma ssirx wisq enfażi fuq l-idea tas-sanzjonijiet bħala miżuri simboliċi, minħabba li dan jista' jwassal sabiex jitnaqqas totalment il-valur tagħhom;

5.

Iqis li r-rikors għas-sanzjonijiet għandu jiġi kkunsidrat fil-każ ta' azzjonijiet minn awtoritajiet jew entitajiet mhux statali jew persuni fiżiċi u legali li jagħmlu ħsara serja għas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem jew fejn possibiltajiet oħra kuntrattwali u/jew diplomatiċi ġew imfittxija jew ma jkunux jistgħu jitkomplew, minħabba azzjonijiet ta' partijiet terzi;

6.

Huwa tal-fehma li kull degradazzjoni volontarja u irriversibbli tal-ambjent tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà, kif ukoll vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem; għalhekk, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu kwalunkwe ħsara volontarja u irriversibbli għall-ambjent bħala mottiv li jista' jwassal għall-adozzjoni ta' sanzjonijiet;

7.

Jirrikonoxxi li l-istrumenti ġenerali ta' sanzjonijiet tal-UE huma ġeneralment użati b'mod flessibbli skond il-ħtieġa fuq bażi ta' kull każ għalih; madankollu jiddeplora l-fatt li bosta drabi l-UE applikat il-politika għas-sanzjonijiet tagħha b'mod inkonsistenti billi ttrattat b'mod differenti pajjiżi terzi minkejja li r-rekord tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huwa l-istess, u b'hekk qed tagħti lok għal kritika li hija qiegħda tapplika standards differenti;

8.

Jemmen li, f'dan ir-rigward, l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' sanzjonijiet min-naħa tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ksur ta' drittijiet ta' bniedem, għandhom bħala prinċipju jkunu aktar dominanti fuq il-ħsara li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħhom fl-interessi tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha;

9.

Jiddispjaċih li n-nuqqas ta' qbil fl-Unjoni Ewropea dwar il-politika li għandha tiġi applikata fir-rigward ta' ċerti pajjiżi, bħal Kuba, jew ir-riluttanza tal-Istati Membri biex ifixklu lill-imsieħba kummerċjali kbar bħar-Russja, wasslu sabiex l-Unjoni tadotta biss “sanzjonijiet informali” fil-konklużjonijiet tal-Presidenza, li jwasslu għall-applikazzjoni żbilanċjata jew inkoerenti tas-sanzjonijiet tal-Unjoni; jirrikonoxxi madankollu li l-miżuri li jidhru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, bħar-rapport tal-iffirmar tal-ftehimiet ma' ċerti pajjiżi, bħas-Serbja, jistgħu jagħmlu pressjoni effettiva fuq il-pajjiżi terzi sabiex dawn jikkolaboraw bi sħiħ mal-mekkaniżmi internazzjonali;

10.

ifakkar li, f'dak li jikkonċerna lil Kuba, il-pożizzjoni komuni li ġiet adottata fl-1996, li ġiet mġedda kull tant żmien, tirrifletti l-pjan għal transizzjoni paċifika lejn id-demokrazija, għadha fis-seħħ bis-sħiħ u ma hi suġġett ta' ebda kontroversja fl-istituzzjonijiet Ewropej; jisgħobbih li, sal-lum, ma kien hemm ebda titjib sinifikattiv f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2008 biex jitneħħew is-sanzjonijiet informali li jirrigwardjaw lil Kuba, filwaqt li sejjħet għall-ħelsien minnufih u bla kondizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ħabsijiet u li jiġi rratifikat u implimentat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jinnota li l-Kunsill se jiddeċiedi fi żmieni sena jekk huwiex se jkompli bid-djalogu politiku ma' Kuba, skond jekk ikunx hemm jew le titjib sinifikanti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-pożizzjoni tal-Kunsill hija waħda li torbot fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-djalogu kemm mal-awtoritajiet Kubani kif ukoll mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; itenni l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tar-rebbieħa tal-premju Sakharov Oswaldo Payá Sardiñas u l-grupp magħruf bħala “Damas de Blanco” (“Nisa bl-Abjad”);

11.

Iqis li l-argument tal-“ineffettività” tas-sanzjonijiet ma tistax tintuża bħala argument favur li dawn jitwaqqfu u li minflok għandha tintuża għar-rijorjentament u l-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sanzjoni nnfisiha; barra minn hekk, huwa tal-fehma li t-tkomplija jew le tas-sanzjonijiet għandha tiddependi biss minn jekk l-objettivi ġewx milħuqa jew le u jqis li t-tip ta' dawn is-sanzjonijiet jista' jisaħħaħ jew jinbidel fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tagħhom; iqis li għal dan il-għan, is-sanzjonijiet għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn parametri ċari;

12.

Iqis li l-effettività tas-sanzjonijiet għandha tiġi analizzata f'bosta livelli, kemm fil-livell tal-effettività intrinsika tal-miżuri, jiġifieri l-kapaċità tagħhom li jħallu impatt fuq l-attivitajiet privati jew professjonali tal-persuni li għandhom l-iskop li jolqtu, kif ukoll fuq membri tar-reġim li jrid jintlaqat, jew fuq l-operat tiegħu, u wkoll fil-livell tal-effettività politika tagħhom, jiġifieri kemm huma kapaċi jwaqqfu jew jibdlu l-attivitajiet jew il-politiki li kienu l-kawża li ġew adottati;

13.

Jemmen li l-effettività ta' sanzjoni tiddependi fuq il-kapaċità tal-Unjoni li żżommha għall-perjodu sħiħ u, f'dan ir-rigward, jiddeplora l-użu ta' dispożizzjonijiet bħall-klawżoli “sunset” li jinvolvu t-tmiem awtomatiku tas-sanzjonijiet;

14.

Jopponi l-applikazzjoni f'kull ċirkostanza, ta' sanzjonijiet ġeneralizzati u indiskriminatorji fil-konfront ta' kwalunkwe pajjiż, billi dan l-approċċ de facto jwassal għall-iżolament total ital-popolazzjoni; iqis li, sakmm ma jiġux ikkoordinati ma' strumenti politiċi oħra, is-sanzjonijiet ekonomiċi jista' jkollhom suċċess biss b'diffikultà kbira fl-iffaċilitar ta' riforma politika fi ħdan ir-reġim ikkonċernat; għalhekk jinsisti li kwalunkwe sanzjoni imposta fuq awtoritajiet governattivi għandha tkun akkumpanjata sistematikament minn appoġġ għas-soċjetà ċivili tal-pajjiż ikkonċernat;

Is-sanzjonijiet bħala parti mill-istrateġija ġenerali

15.

Jiġbed l-attenzjoni li l-biċċa l-kbira tas-sanzjonijiet tal-UE qed jiġu imposti minħabba tħassib dwar is-sigurtà; jenfasizza madanakollu li ksur tad-drittijiet tal-bniedem għandu jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet minħabba li jirrapreżenta wkoll theddida għas-sigurtà u l-istabilità;

16.

Jiġbed l-attenzjoni li l-iskop ewlieni tas-sanzjonijiet huwa li jwassal għal bidla tal-politika jew tal-attivitajiet skond l-objettivi tal-Pożizzjoni Komuni tas-CFSP jew skond il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill jew id-deċiżjoni internazzjonali li fuqha huma bbażati s-sanzjonijiet;

17.

Jinsisti fuq il-fatt li l-Kunsill, billi jadotta l-Prinċipji Bażiċi msemmija hawn fuq dwar l-Użu ta' Misuri Ristrettivi (Sanzjonijiet), impenja ruħu li juża sanzjonijiet bħala parti minn approċċ politiku komprensiva u integrata; jenfasizza li f'dan ir-rigward, li dan l-approċċ fl-istess ħin jinkludi djalogu politiku, inċentivi u kundizzjonalità u jista' jinvolvi wkoll, jekk ma jkunx hemm għażla oħra, l-użu ta' miżuri koersivi, kif stabbiliti fil-Prinċipji Basiċi; iqis li d-drittijiet tal-bniedem u l-klawsoli tad-demokrazija, is-sistemi ta' preferenzi ġeneralizzati u l-għajnuna għall-iżvilupp għandhom jintużaw bħala għodod ta' dan l-approċċ politiku komprensiv u integrat;

18.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem ma tistax titqies bħala awtonoma jew bħala sanzjoni unilaterali tal-UE minħabba li toħroġ direttament mill-ftehima bilaterali jew multilaterali li tistabblixxi impenn reċiproku għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-miżuri xierqa li ttieħdu b'konformità ma' din il-klawsola jikkonċernaw biss l-implimentazzjoni tal-ftehima kkonċernata billi kull parti ngħatat il-bażi legali għas-sospensjoni jew l-annullament tal-ftehima; iqis għalhekk, li l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u s-sanzjonijiet awtonomi jew unilaterali neċessarjament jikkomplementaw lil xulxin;

19.

Għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni sistematika tal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u jinsisti dwar l-inkorporazzjoni ta' mekkaniżmu ta' implimentazzjoni speċifiku fil-ftehimiet bilaterali ġodda kollha ffirmati ma' pajjiżi terzi, inklużi ftehimiet dwar setturi speċifiċi; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa bil-għan li jwasslu għal implimentazzjoni iktar effettiva u sistematika tal-klawsola, jiġifieri l-ifformolar ta'-objettivi u ta' kriterji ta' riferenza u ta' evalwazzjoni regolari, u jtenni t-talba tiegħu sabiex il-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu implimentati permezz ta' proċedura aktartrasparenti ta' konsultazzjoni bejn il-partijiet, inklużi il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili, li ssemmi il-mekkaniżmi politikċi u legali li għandhom jintuża fil-każ ta' talba għas-sospensjoni ta' kooperazzjoni bilaterali fuq il-bażi ta' ksur ripetut u/jew sistematiku tal-liġi internazzjonali; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-mudell ta' proċedura stabbilit bil-Ftehima ta' Cotonou bħala reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi, u tal-istat tad-dritt; jemmen li s-sistema ta' djalogu politiku intensiv (l-Artikolu 8 tal-Ftehima ta' Cotonou) u ta' konsultazzjonijiet (l-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Cotonou), qabel u wara l-adozzjoni tal-miżuri adattati, f'bosta każijiet serviet ta' strument li rnexxa biex titjieb is-sitwazzjoni attwali;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jipproponux ftehimiet ta' kummerċ ħieles u/jew ta' assoċjazzjoni — anki bi klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem — lil gvernijiet ta' pajjiżi fejn hemm għadd kbir ħafna ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, skond ir-rapporti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti;

21.

Iqis li n-nuqqas ta' miżuri xierqa u restrittivi fil-każ ta' sitwazzjoni kkaratterizzata minn ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem idgħajjef b'mod serju l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-politika ta' sanzjonijiet u l-kredibilità tal-Unjoni;

22.

Iqis li politika tas-sanzjonijiet tkun iktar effettiva meta tkun tifforma parti minn strateġija soda tad-drittijiet tal-bniedem; jerġa' jtenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija speċifika dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tad-demokrazijaf'kull dokument strateġiku ta' kull pajjiż u f'kull dokument ieħor tal-istess natura;

23.

Iqis li fil-każ tal-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, id-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom neċessarjament u sistematikament jinkludu diskussjonijiet dwar il-progress li jkun sar għall-kisba tal-objettivi u l-kriterji ta' riferenza (benchmarks) stabbiliti fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżuri ristrettivi; iqis, fl-istess waqt, li l-objettivi miksuba fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem m'għandhom f'ebda ċirkustanza jieħdu post il-kisba tal-objettivi li fuqhom jibbażaw is-sanzjonijiet;

Azzjoni kkoordinata mill-komunità internazzjonali

24.

Huwa tal-opinjoni li azzjoni koordinata mill-komunità internazzjonali għandha impatt iktar qawwi milli azzjonijiet individwali u mhux ugwali bejn l-Istati jew bejn entitajiet reġjonali; għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-politika ta' sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandha tkompli tiddependi fuq il-preferenza għas-sistema tan-NU;

25.

Jistieden lill-Kunsill, fin-nuqqas ta' sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, biex jikkopera mal-Istati mhux fl-UE li qed japplikaw sanzjonijiet, biex jaqsmu l-informazzjoni, u biex jikkoordinaw is-sanzjonijiet tagħhom fuq livell internazzjonali biex jevitaw l-evażjoni ta' sanzjonijiet u biex jimmassimizzaw l-effettività u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE u ta' oħrajn;

26.

Iqis li l-UE għandha tfittex koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet reġjonali oħra, bħall-Unjoni Afrikana u l-Assoċjazzjoni ta' Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Ażja (ASEAN), għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex tiżgura kordinazzjoni tal-azzjonijiet dwar is-sanzjonijiet;

27.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa b'mod sistematiku djalogu mal-Istati li ma japplikawx is-sanzjonijiet, bi l-għan li tintlaħaq pożizzjoni komuni dwar il-miżuri ristrettivi, b'mod partikolari fuq livell reġjonali; jiġbed l-attenzjoni li bħal ma wriet is-sitwazzjoni fil-Burma/Myanmar, is-sanzjonijiet ta' sikwiet ma jwasslux għat-tibdil politiku jew għat- tibdil fl-attivitajiet li tant huma meħtieġa meta l-Komunità internazzjonali tkun maqsuma u meta l-parteċipanti ewlenin tal-Komunità ma jipparteċipawx fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet;

28.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex sitematikament jinkludu fl-aġenda għal djalogi politiki ma' stati li jipparteċipaw fis-sanzjonijiet il-kwistjoni tal-irwol tagħhom fil-konfront tar-reġim jew tal-parteċipanti li mhumiex parti mill-istat, sew jekk individwi, organizzazzjonijiet jew inkella kumpaniji;

29.

Iqis li l-prospett tal-iffirmar ta' ftehima ta' kummerċ ħieles mar-reġjuni li fihom jinsab pajjiż li huwa l-mira għandu jintuża bħala “karrotta” u mezz ta' pressjoni u li ftehima bħal din għandha, fi kwalunkwe każ, teskludi l-pajjiż li fil-konfront tiegħu qed jiġau applikati sanzjonijiet;

Il-ħolqien ta' proċessi ċari għat- teħid ta' deċiżjonijiet, ta' objettivi, ta' kriterji ta' referenza u ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni

30.

Jenfasizza l-bżonn ta' analiżi profonda ta' kull sitwazzjoni speċifika qabel l-adozzjoni ta' sanzjonijiet, sabiex ikun evalwat l-impatt potenzjali ta' sanzjonijiet differenti u biex ikun determinat liema huma s-sanzjonijiet l-iktar effettivi fl-isfond tal-fatturi l-oħra kollha u tal-esperjenzi komparabbli; iqis li analiżi bħal din tkun iktar iġġustifikata minħabba li huwa diffiċli li wieħed imur lura la darba l-proċess ta' sanzjonijiet inkun inbeda mingħajr ma ssir ħsara la għall-kredibilità tal-UE u lanqas għat-turija ta' appoġġ li l-UE għandha tagħti lill-popolazzjoni tal-pajjiż terz ikkonernat, b'kunsiderazzjoni għall-possibilità għall-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż biex jimplimentaw id-deċiżjoni tal-UE; f'dan ir-rigward jinnota l-prattika attwali li fi ħdanhom l-adegwatezza, in-natura u l-effettività tas-sanzjonijiet proposti jiġu diskussi fil-Kunsill fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kapijiet tal-Missjoni fil-pajjiż ikkonċernat, u jitlob l-inklużjoni ta' rapport ta' espert indipendenti f'din l-evalwazzjoni;

31.

Madankollu, jenfasizza li din l-analiżi m'għandhiex tintuża biex iddawwen l-adozzjoni tas-sanzjonijiet; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-proċedura maqsuma f'żewġ partijiet għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet taħt is-CFSP tipprovdi ambitu għal reazzjoni politika urġenti, inizjalment permezz tal-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni li għandha tiġi stabbilita wara analiżi iktar dettaljata tar-Regolament, fejn jiġu stabbiliti n-natura u l-ambitu eżatti tas-sanzjonijiet;

32.

Jitlob li jkun hemm l-inklużjoni sistematika fl-istrumenti legali tal-kriterji ta' referenza ċari u preċiżi għat-tneħħija ta' sanzjonijiet; jinsisti, b'mod partikolari, li l-kriterji ta' referenza jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' evalwazzjoni indipendenti u li dawk il-kriterji m'għandhomx jinbdilu aktar tard minħabba bidliet politiki fil-Kunsill;

33.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwettqu proċess eżemplari ta' evalwazzjoni tas-sanzjonijiet, proċess li speċjalment jistabbilixxi l-inklużjoni sistematika ta' klawsola ta' evalwazzjoni li timplika li l-iskema ta' sanzjonijiet tkun riveduta skond il-kriterji ta' referenza u wara li jivverifikaw jekk l-objettivi tas-sanzjonijiet ikunux intlaħqu; jinsisti fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni jew ir-rieda li jkunu stabbiliti proċeduri li jwasslu għal riżultati pożittivi — bħad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem — għandhom jintlaqgħu b'sodisfazzjon iżda jisħaq li fl-ebda ċirkustanza, matul l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet, dawn ma jistgħu jkunu sostitwiti mill-progress tanġibbli u ġenwin bi l-għan li jkunu ssodisfati l-kriterji ta' riferenza;

34.

Iqis li l-embargo fuq l-armi impost fuq iċ-Ċina juri l-koerenza u l-konsistenza tal-Unjoni, billi dan l-embargo oriġinarjament kien ġie deċiż wara l-massakru ta' Tienanmen fl-1989, u li sa llum l-UE għadha ma rċevitx spjegazzjoni dwar dan il-massakru, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex jitneħħa dan l-embargo;

35.

Jistieden lill-formazzjoni “Sanctions” tal-Grupp ta' Kunsilliera għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX/Sanction) sabiex josserva b'mod sħiħ il-mandat tiegħu; jinsisti b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li titwettaq riċerka qabel u wara l-adozzjoni ta' sanzjonijiet, sabiex tiġi pprovudta b'mod regolari informazzjoni aġġornata dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u li jintużaw l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ristrettivi;

36.

Jirrikonoxxi li l-istati u kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali għandhom jinżammu responsabbli għal azzjonijiet internazzjonali inkorretti fl-implimentazzjoni ta' sanzjonijiet u jisħaq f'dan ir-rigward dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu ġudizzjarju bil-għan li jiggarantixxi konformità mal-liġi internazzjonali u mal-liġi umanitarja;

37.

Jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut fl-istadji kollha tal-proċessi ta' sanzjonijiet: fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, fl-għażla tal-iktar sanzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni, kif ukoll fid-definizzjoni ta' kriterji ta' referenza u fl-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' reviżjoni u t-tneħħija tas-sanzjonijiet;

Sanzjonijiet immirati huma iktar effettivi?

38.

Jiddeplora l-fatt li, minħabba n-nuqqas ta' evalwazzjoni, huwa impossibbli li wieħed jevalwa l-effikaċja tal-miżuri fil-mira; jirrikonoxxi, madanakollu, it-tħassib umanitarju qawwi tal-Unjoni Ewropea li wassalha biex tabbanduna sanzjonijiet ekonomiċi ġenerali bħal dawk li fil-passat kienet applikat fuq l-Iraq, u minflok timponi sanzjonijiet “intelliġenti”, iktar immirati, maħsuba biex ikollhom impatt massimu fuq dawk li hija tixtieq tinfluwenza l-imġiba tagħhom, filwaqt li tillimita kemm jista' jkun possibbli l-effetti fuq il-livell umanitarju jew il-konsegwenzi negattivi fuq il-persuni mhux immirati jew fuq il-pajjiżi ġirien;

39.

Iqis li s-sanzjonijiet ekonomiċi applikati indipendentement minn strumenti politiċi oħra ftit li xejn huma suxxettibbli li jwasslu lir-reġim immirat biex jagħmel tibdiliet politiċi importanti; jenfasizza barra minn hekk li restrizzjonijiet ekonomiċi estiżi jistgħu jfissru danni ekonomċi u umanitarji kbar eċċessivi u għalhekk jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu favur sanzjonijiet ekonomiċi mmirati aħjar u maħsuba b'aktar attenzjoni, b'mod li essenzjalment ikollhom impatt fuq il-mexxejja prinċipali tar-reġimi kkonċernati u fuq l-awturi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

40.

Jenfasizza li s-sanzjonijiet ekonomiċi għandhom qabel kollox ikunu mmirati lejn dawk is-setturi li ma jħaddmux ħafna nies u li jkunu ta' rilevanza limitata għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, billi dawn tal-aħħar huma importanti kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għat-tqassim mill-ġdid tad-dħul;

41.

Jappoġġja r-rikors għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati kontra l-mexxejja ewlenin tar-reġimi fil-mira u l-membri tal-familja immedjata tagħhom, sanzjonijiet li jolqtu direttament id-dħul tal-persuni sanzjonati; jenfasizza l-ħtieġa li dawn is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn miżuri xierqa kontra operaturi ekonomiċi tal-UE li jikkooperaw ma' persuni bħal dawn; jenfasizza li s-sanzjonijiet immirati fuq prodotti bażiċi u maħsuba għal sors preċiż jew prinċipali tad-dħul tar-reġim qed jirriskjaw li jkollhom effetti aktar profondi u mingħajr diskriminazzjoni fuq il-popolazzjoni u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' “ekonomija sewda”;

42.

Iqis li sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, anke meta dawn ikunu immirati, għandhom ikunu applikati mill-persuni fiżiċi u l-persuni legali kollha li jiżvolġu attivitajiet kummerċjali fl-UE, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi u ċittadini tal-UE jew persuni legali reġistrati jew stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru tal-UE li jiżvolġu attivitajiet kummerċjali barra mill-UE;

43.

Jitlob li jkun hemm l-applikazzjoni limitata tal-“eżenzjonijiet straordinarji” għall-iffriżar tal-assi; jixtieq li tinħoloq proċedura speċifika għall-oġġezzjonijiet fil-każ meta Stat Membru jkun jixtieq jagħti eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi, minħabba li l-effiċjenza tal-miżura ristrettiva hija mxekkla min-nuqqas ta' proċedura bħal din minħabba li l-Istati Membri huma meħtieġa biss li jinfurmaw minn qabel lill-Kummissjoni dwar din it-tip ta' eżenzjoni;

44.

Jitlob li jkun hemm azzjoni biex titjieb l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun garantit li, fil-prattika, dawn is-sanzjonijiet iċaħħdu kompletament lill-persuni u lill-entitajiet immirati milli jkollhom aċċess għas-servizzi finanzjarji kollha relevanti għall-ġurisdizzjoni tal-Komunità, inklużi dawk li jgħaddu mill-banek ta' kumpens tal-Unjoni jew milli jagħmlu użu mod ieħor mis-servizzi finanzjarji interni tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm aktar flessibilità fit-tqassim ta' listi ta' sanzjonijiet ġewwa l-UE u fl-Istati Membri lill-persuni kollha milquta mill-obbligi stipulati mit-Tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus (19); jipproponi li kull Stat Membru jinnomina istituzzjoni li tkun responsabbli biex ixxerred din l-informazzjoni;

45.

Jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mal-maniġment tas-SWIFT u mal-azzjonisti Ewropej sabiex jinkisbu riżultati aħjar fl-iffriżar ta' kontijiet fuq il-lista s-sewda u l-eliminazzjoni ta' trasferimenti ta' flus minn/għal kontijiet bħal dawn;

46.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinvestigaw il-possibilitajiet u l-metodi biex jintuża b'mod kostruttiv id-dħul friżat ta' awtoritajiet immirati, pereżempju billi d-dħul ikun allokat għall-vittmi ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jew għal skopijiet ta' żvilupp fi ħdan l-qafas tal-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU;

47.

Jiġbed l-attenzjoni li l-embargoes huma forma ta' sanzjoni maħsuba biex twaqqaf il-fluss ta' armi u ta' tgħamir militari f'żoni fejn hemm kunflitt jew għal reġimi li probbabilment jużawhom għar-ripressjoni interna jew għal aggressjoni kontra pajjiż barrani kif stipulat fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-esportazzjonijiet tal-armi;

48.

Jitlob li jkun hemm koperazzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-embargoes tal-armi tal-UE li huma applikati minn kull Stat Membru;

49.

Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw pożizzjoni komuni dwar l-esportazzjonijiet tal-armi li tagħmel il-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-esportazzjonijiet tal-armi attwali wieħed li jorbot legalment;

50.

Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu għat-titjib tal-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u infurzar tan-NU u jappoġġja l-opinjoni li għandu jkun stabbilit tim permanenti tan-NU biex jevalwa l-kummerċ ta' prodotti bażiċi kunflinġenti u l-valur tas-sanzjonijiet relatati magħhom;

51.

Ifakkar li restrizzjonijiet ta' ammissjoni (projbizzjonijiet ta' vjaġġar, projbizzjonijiet ta' visas) jikkostitwixxu wieħed mill-passi inizjali fis-sekwenza ta' sanzjonijiet tal-UE, inkluż il-projbizzjoni ta' persuni fuq il-lista s-sewda jew ta' entitajiet mhux tal-Istat milli jattendu laqgħat uffiċjali tal-UE u anke milli jivjaġġaw lejn l-UE għal raġunijiet privati;

52.

Jinnota bi tħassib li l-Istati Membri ma osservawx b'mod sħiħ il-projbizzjonijiet ta' visas fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ miftiehem fl-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ivjaġġar u l-klawsoli ta' eżenzjoni relevanti;

Rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet immirati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

53.

Iqis il-fatt li s-sanzjonijiet awtonomi kontra t-terroriżmu tal-UE u l-implimentazzjoni tal-UE tas-sanzjonijiet kontra t-terroriżmu tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijet Uniti huma s-suġġett ta' diversi każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza;

54.

Ifakkar fl-obbligazzjoni tal-Istati Membri biex ifasslu sanzjonijiet skond l-Artikolu 6(2) tat-TEU, li jirrikjedi li l-Unjoni tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni fl-Istati Membri; jenfasizza li l-proċeduri attwali għall-elenkar ta' listi suwed (blacklisting) kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell tan-NU huma neqsin mill-perspettiva ta' sigurtà legali u minn rimedji legali;iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħmel il-konklużjonijiet kollha meħtieġa u biex japplika b'mod sħiħ id-deċiżjonijiet finali mogħtija mill-Qorti tal-Prim Istanza f'dak li jirrigwarda s-sanzjonijiet awtonomi tal-UE f'dan il-qasam;

55.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrevedu il-proċedura eżistenti għall-kumplikazzjoni tal-listi s-suwed u għat-tneħħija minn fuq il-listi, sabiex ikunu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u primarjament standards internazzjonali fir-rigward tal-kisba ta' rimedju effettiv quddiem entità indipendenti u imparzjali inkluż id-dritt għal proċeduri legali ġusti, li jimplika d-dritt ta' notifika u tagħrif adegwat dwar l-akkużi mressqa kontra l-individwu jew l-entità kkonċernata u tad-deċiżjonijiet meħuda kif ukoll tad-dritt ta' kumpens għal kull vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jippromwovu din ir-reviżjoni fil-mekkaniżmi tan-NU sabiex ikun żgurat rispett tad-drittijiet fundamentali meta jkunu applikati sanzjonijiet immirati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

56.

Iqis li l-Artikolu 75 tat-Trattat tat-TFEU jkun opportunità li l-Parlament Ewropew għandu jaħtaf biex jirrimedja n-nuqqasijiet tal-prattika attwali rigward l-inklużjoni ta' ismijiet fil-listi s-suwed u jappoġġja l-ħidmiet parlamentari li għaddejjin bħalissa maħsuba biex ikunu inklużi fl-aġenda tal-programm leġiżlattiv għall-2009;

57.

Jesprimi dispjaċir li l-ebda waħda mill-entitajiet ġudizzjarji ma hija f'pożizzjoni li tevalwa kemm il-listi s-suwed huma xierqa minħabba li l-evidenza li twassal għall-elenkar ta' listi suwed hija bbażata fuq tagħrif miżmum mis-servizzi sigrieti, li ipso facto joperaw b'mod sigriet; madankollu, iqis li din id-diskrezzjoni fundamentali m'għandhiex tiġi trasformata f'impunità f'każijiet fejn ikun hemm ksur tal-liġi internazzjonali; jistieden f'dan ir-rigward lill-Istati Membri biex jippermettu kontroll parlamentari effettiv fuq ix-xogħol tas-servizzi sigrieti; iqis li f'dan ir-rigward jinħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi assoċjat max-xogħol li twettaq il-Konferenza tal-Kumitati ta' Superviżjoni tal-Entitajiet ta' Intelliġenza tal-Istati Membri li diġà hija implimentata;

58.

Itenni madankollu li s-sistema ta' listi antiterroristiċi, sakemm tirrispetta l-każistika reċenti stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja, hija strument effiċjenti tal-politika għal kontra t-terroriżmu tal-Unjoni Ewropea;

59.

Jisħaq li t-terroriżmu huwa theddida għas-sikurezza u l-libertà u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill jirrevedi u jaġġorna l-lista ta' organizzazzjonijiet terrositiċi, hekk li jqis l-attivitajiet tagħhom fil-kontinenti kollha;

Politika dwar is-sanzjonijiet varjata

60.

Jinnota li l-UE dejjem ippromwoviet approċċ pożittiv lejn l-użu tas-sanzjonijiet bil-għan li tinkoraġġixxi l-bidla; jisħaq, għal dan il-għan, huwa importanti li tingħata prijorità lil azzjoni globali integrata permezz ta' strateġija progressiva ta' pressjonijiet u inċentivi;

61.

Iqis li strateġija miftuħa u politika ta' sanzjonijiet ma jeskludux waħda lill-oħra; huwa tal-fehma għalhekk li l-politika ta' sanzjonijiet tal-UE tista' tgħin biex ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi milquta b'sanzjonijiet meta jiġu riveduti għall-iskop preciż li tiġi introdotta politika ta' azzjoni pożittiva; f'dan ir-rigward dan jinnota ċ-ċiklu ta' sanzjonijiet imposti fuq l-Użbekistan minn Novembru 2007 sa April 2008: filwaqt li s-sanzjonijiet imposti ssuktaw għal sena oħra minħabba li naqsu milli jissodisfaw il-kriterji inizjali rigward l-investigazzjonijiet dwar il-massakru Andijan u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-visas, li ħalliet lill-gvern tal-Użbekistan sitt xhur biex jissodisfaw sett ta' kriterji tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li baqgħet preżenti t-theddida li awtomatikament terġa' tkun stabbilita l-projbizzjoni tal-visas; jinnota li t-taħlita ta' impenji u sanzjonijiet produċiet xi żviluppi pożittivi grazzi għall-possibilità awtomatika li terġa tkun stabbilita l-projbizzjoni tal-visas; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kapaċi li jkunu ssodisfati f'perjodu ta' żmien limitat u relevanti għar-reġim ta' sanzjoni ġenerali; jiddispjaċih madankollu li ma kien għad hemm ebda żviluppi pożittivi sostanzjali u li n-nuqqas ta' koperazzjoni mal-Gvern ta' Użbek qed ikompli;

62.

Jitlob immedjatament li s-sanzjonijiet ikunu sistematikament akkumpanjati, fil-qafas ta' strateġija multi-fold, minn miżuri pożittivi msaħħa li jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili, li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u kull tip ta' proġett li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jitlob li l-programi u l-istrumenti tematiċi (EIDHR (20), non-state actors, investing in people), jikkontribwixxu b'mod sħiħ għat-twettiq ta' dan l-objettiv;

63.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jaħtfu l-opportunità prevista mir-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona u mill-ħolqien sussegwenti tas-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna sabiex jiggarantixxu minimu ta' konsistenza fil-varji strumenti ta' azzjoni esterna tal-UE bħala element ewlieni sabiex il-politika ta' sanzjonijiet tal-UE tkompli ssir effiċjenti;

Rakkomandazzjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri

64.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu evalwazzjoni komprensiva u ddettaljata tal-politika ta' sanzjonijiet tal-UE biex jiġi determinat x'influwenza din għandha u x'miżuri jistgħu jittieħdu biex tissaħħaħ; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jissottomettu program għal miżuri bħal dawn; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw l-impatt ta' sanzjonijiet fuq il-politika ta' żvilupp tal-pajjiżi taħt eżami u fuq il-politika kummerċjali tal-UE;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-istrateġiji tal-assistenza għall-iżvilupp skond l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ikunu konsistenti mas-sistemi eżistenti tas-sanzjonijiet u mad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-baġit ġenerali, fosthom dawk skond il-’kuntratti tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju’, ikunu marbuta b'mod espliċitu mad-drittijiet tal-bniedem u mal-kriterji tad-demokrazija;

66.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu vantaġġ mill-opportunità offruta mir-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona, il-ħatra ta' Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà — li fl-istess ħin se jkun Viċi-President tal-Kummissjoni u jippresiedi l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin — u l-ħolqien sussegwenti tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna sabiex l-azzjoni esterna tal-UE ssir aktar koerenti u konsistenti, biex titjieb il-ħila esperta tas-servizzi relevanti tal-UE li jaħdmu fl-oqsma tas-sanzjonijiet u biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn is-servizzi differenti;

67.

Jitlob fl-istess ħin li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tkun żgurata implimentazzjoni iktar koerenti u effettiva tal-miżuri ristrettivi;

68.

Jistieden ukoll lil dawk l-Istati Membri li huma membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'mod sistematiku sabiex ifittxu li jpoġġu s-sanzjonijiet maħruġa mill-Unjoni Ewropea f'livell internazzjonali skond l-Artikolu 19 tat-TEU;

69.

Jistieden lill-Istati Membri, fl-azzjonijiet tagħhom fi ħdan il-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex ma jiksur obbligi ta' drittijiet tal-bniedem li jkunu daħlu għalihom, b'mod partikolari fi ħdan il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem;

70.

Jimpenja lill-entitajiet parlamentari tiegħu, u b'mod speċjali lid-delegazzjonijiet permanenti u ad hoc, sabiex jutilizzaw il-kuntatti mal-parlamenti tal-pajjiżi li ma jaqblux mas-sanzjonijiet biex ifiehmu aħjar is-sistemi eżistenti ta' sanzjonijiet tal-UE li jkunu rilevanti għar-reġjun ikkonċernat u biex jeżaminaw il-possibilitajiet ta' azzjoni kkoordinata għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi netwerk ta' esperti indipendenti li jkun inkarigat li jipproponi skond il-bżonn lill-Kunsill, il-miżuri ristrettivi l-iktar pertinenti u li jagħmel rapport regolari dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni rigward il-kriterji ta' referenza u tal-objettivi stabbiliti u biex meta jkun hemm bżonn, jissuġġerixxi t-titjib li għandu jsir għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet; iqis li t-twaqqif ta' dan in-netwerk se jtejjeb it-trasparenza u d-diskussjonijiet dwar sanzjonijiet ġenerali u se jsaħħaħ ukoll l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ kontinwu ta' sanzjonijiet f'każijiet partikolari; iqis fl-istess ħin li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar proattiv fid-definizzjoni ta' politika ċara tal-UE dwar is-sanzjonijiet;

72.

Iqis li l-leġittimità tal-politika ta' sanzjonijiet li tikkostitwixxi element ewlieni u sensibbli tas-CFSP, għandha tkun imsaħħa mill-involviment tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skond l-Artikolu 21 tat-Trattat KE, b'mod partikolari fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sanzjonijiet fil-forma ta' konsultazzjoni sistematika ma' u rapporti regolari mill-Kummissjoni u l-Kunsill u min-netwerk ta' esperti indipendenti;; iqis ukoll li l-Parlament għandu jkun involut ukoll fis-superviżjoni tal-osservazzjoni tal-kriterji ta' riferenza minn dawk li huma suġġetti għal sanzjonijiet; jitlob lis-sotto-kumitat tad-drittijiet tal-bniedem biex jissistematizza u jissuperviżjona l-ħidmiet f'dan il-qasam għal kull sanzjoni li l-objettivi u l-kriterji ta' riferenza tagħha jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem;

*

* *

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 320, 28.10.1996, p. 261.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(4)  ĠU L 322, 12.12.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 90.

(6)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(7)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(8)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(9)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(10)  ĠU C 98, 18.4.2008, p. 1.

(11)  ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.

(12)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.

(13)  ĠU C 292, 8.11.1982, p. 13.

(14)  ĠU C 78, 2.4.2002, p. 32.

(15)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 214.

(16)  L-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Cotonou tat-23 ta' Ġunju 2000 jaqra kif ġej (test mhux disponibbli bil-Malti):

“Essential elements: consultation procedure and appropriate measures as regards human rights, democratic principles and the rule of law

1.

Within the meaning of this Article, the term ‘Party’ refers to the Community and the Member States of the European Union, of the one part, and each ACP State, of the other part.

2.

(a)

If, despite the political dialogue conducted regularly between the Parties, a Party considers that the other Party has failed to fulfil an obligation stemming from respect for human rights, democratic principles and the rule of law referred to in paragraph 2 of Article 9, it shall, except in cases of special urgency, supply the other Party and the Council of Ministers with the relevant information required for a thorough examination of the situation with a view to seeking a solution acceptable to the Parties. To this end, it shall invite the other Party to hold consultations that focus on the measures taken or to be taken by the party concerned to remedy the situation.

The consultations shall be conducted at the level and in the form considered most appropriate for finding a solution. The consultations shall begin no later than 15 days after the invitation and shall continue for a period established by mutual agreement, depending on the nature and gravity of the violation. In any case, the consultations shall last no longer than 60 days.

If the consultations do not lead to a solution acceptable to both Parties, if consultation is refused, or in cases of special urgency, appropriate measures may be taken. These measures shall be revoked as soon as the reasons for taking them have disappeared.

(b)

The term ‘cases of special urgency’ shall refer to exceptional cases of particularly serious and flagrant violation of one of the essential elements referred to in paragraph 2 of Article 9, that require an immediate reaction. The Party resorting to the special urgency procedure shall inform the other Party and the Council of Ministers separately of the fact unless it does not have time to do so.

(c)

The ‘appropriate measures’ referred to in this Article are measures taken in accordance with international law, and proportional to the violation. In the selection of these measures, priority must be given to those which least disrupt the application of this agreement. It is understood that suspension would be a measure of last resort.

If measures are taken in cases of special urgency, they shall be immediately notified to the other Party and the Council of Ministers. At the request of the Party concerned, consultations may then be called in order to examine the situation thoroughly and, if possible, find solutions. These consultations shall be conducted according to the arrangements set out in the second and third subparagraphs of paragraph (a).”

(17)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(18)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 39.

(19)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(20)  Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1).


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/62


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Is-saħħa tal-ommijiet

P6_TA(2008)0406

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-Imwiet marbuta mal-Maternità qabel il-Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU tal-25 ta' Settembru 2008 dwar ir-reviżjoni tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp

2009/C 295 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs), adottati fis-Samit tal-Millennju tan-NU f'Settembru 2000,

wara li kkunsidra l-“Aġenda tal-UE għall-Azzjoni rigward l-MDGs” tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2008 u l-għanijiet tagħha għall-2010,

wara li kkunsidra l-laqgħa ta' livell għoli dwar l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp li se sseħħ fil-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York fil-25 ta' Settembru 2008,

wara li kkunsidra “r-Rapport tal-UE dwar L-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp 2000 — 2004” tal-Kummissjoni (SEC(2005)0456),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, li kkonfermaw l-impenn sħiħ tal-Unjoni Ewropea għall-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp u għall-koerenza politika,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-20 ta' Novembru 1959 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tgħid li “għandhom jingħataw kura u ħarsien speċjali kemm lit-tfal kif ukoll lill-ommijiet, inkluża kura adegwata għal qabel u għal wara t-twelid”, u wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-20 ta' Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li skontha l-Istati firmatarji għandhom “jiggarantixxu kura tas-saħħa xierqa għall-ommijiet qabel u wara t-twelid”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (COM(2007)0100),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE adottata fis-Samit EU-Afrika ta' Liżbona fl-2007,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp” (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2005 dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fl-ilħuq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) (2) u tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar “l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp — il-bilanċ intermedju” (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2005 dwar strateġija ta' żvilupp għall-Afrika, (4) u r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (5),

wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni li ġiet adottata f'Beijing kif ukoll id-dokumenti sussegwenti li rriżultaw, adottati min-NU fis-Sessjonijiet Speċjali Beijing +5 u Beijing +10 ntitolati “aktar azzjoni u inizjattiva fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni” adottati rispettivament fl-10 ta' Ġunju 2000 u fil-11 ta' Marzu 2005,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp: “Il-Konsensus Ewropew” (Il-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp) (6) u l-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (7),

wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-Istat tal-Popolazzjoni Dinjija, imħejjija mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni, (UNFPA) bl-isem ta' “Il-Wegħda tal-Ugwaljanza: l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, is-Saħħa Riproduttiva u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp” tal-2005 u “Bidla lejn it-Tama: In-Nisa u l-Migrazzjoni Internazzjonali”, rispettivament tal-2006,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (“Strument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp” (SKI)) (8),

wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-bniedem u tal-populazzjoni dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, magħruf ukoll bħala l-“Protokoll ta' Maputo” li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Novembru 2005 u l-Pjan ta' Azzjoni ta' Maputo għat-tħaddim tal-Qafas tal-Politika Kontinentali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi 2007 — 2010 adottati waqt is-sessjoni speċjali tal-Konferenza tal-Ministri tal-Unjoni Afrikana f'Settembru 2006,

wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali tan-NU dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr f'Settembru 1994, il-Programm Finali ta' Azzjoni adottat fil-Kajr u d-dokumenti sussegwenti li rriżultaw, adottati fl-1999 fis-seduta speċjali ta'l-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar aktar azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD (ICPD +5)adottat fl-1999,

wara li kkunsidra l-qafas ta' Brussell għal azzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa għall-iżvilupp sostenibbli, adottat fl-ewwel laqgħa tal-Ministri tas-Saħħa tal-Grupp ta' Stati tal-ACP fi Brussell f'Ottubru 2007,

wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li daħal fis-seħħ fit-3 ta' Jannar 1976, b'mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 14 tal-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-NU, dwar l-Artikolu 12 tal-ICESCR'Id-Dritt għall-Ogħla Standard Possibbli tas-Saħħa',

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li daħal fis-seħħ fit 3 ta' Settembru 1981,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-saħħa materna (MDG 5) hija l-qasam li fih sar l-inqas progress minn fost l-MDGs kollha u għalhekk, huwa fost l-għanijiet li x'aktarx li mhux se jintlaħqu sal-2015, b'mod partikulari fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Ażja,

B.

billi aktar minn nofs miljun mara jmutu kull sena waqt it-tqala jew il-hlas, u 99 % minn dawn l-imwiet iseħħu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi f'20 sena, ir-rata fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara bilkemm inbidlet u naqset biss b'0.1 % fis-sena fir-reġjun u hemm ir-riskju li mara minn kull sittax tmut waqt it-tqala jew waqt il-ħlas; billi l-imwiet marbuta mal-maternità huma l-indikatur l-aktar ċar ta' inugwaljanzi dinjija fir-rigward tas-saħħa,

C.

billi, minbarra l-inugwaljanza ġeografika, l-esperjenza u r-riċerka dwar l-imwiet marbuta mal-maternità juru disparitajiet sinifikanti fir-rati tal-imwiet marbuta mal-maternità skont l-għana, ir-razza u l-etniċità, il-lokazzjoni urbana jew rurali, il-livell ta' edukazzjoni, kif ukoll skont ir-reliġjonijiet differenti fi ħdan il-pajjiżi, inklużi l-pajjiżi industrijalizzati, disparità li hija l-akbar fl-istatistika kollha tas-saħħa pubblika,

D.

billi l-G8 ftiehem dwar pakkett dwar is-saħħa li se jgħin fit-taħriġ u l-impjegar ta' miljun u nofs ħaddiem fis-settur tas-saħħa fl-Afrika u li għandu jiżgura li 80 % tal-ommijiet ikollhom l-assitenza ta' ħaddiem tas-saħħa mħarreġ waqt il-ħlas; billi dan jinkludi impenn tad-daqs ta' 2.3 ħaddiema għal kull 1 000 ruħ f'36 pajjiż Afrikan li qed ibatu minn nuqqas kritiku; billi, madankollu, ma tissemma l-ebda limitazzjoni tal-għaxar biljun dollaru li skont l-attivisti fis-soċjetà ċivili jkunu meħtieġa biex, kull sena, jiġu salvati l-ħajjiet ta' sitt miljun omm u tifel,

E.

billi l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jikkostitwixxu emerġenza dinjija fir-rigward tas-saħħa: kull sena huwa stmat li madwar 536 000 nisa jmutu waqt il-ħlas, filwaqt li mara minn kull għoxrin ikollha kumplikazzjonijiet serji, li jvarjaw minn infezzjonijiet kroniċi għal kundizzjonijiet bħall-fistula ostetrika li jwasslu għal diżabilità, kif ukoll għal diżabilitajiet tul il-ħajja,

F.

billi mhuwiex misteru għaliex in-nisa jmutu waqt it-tqala u l-ħlas — il-kawżi tal-imwiet marbuta mal-maternità huma ċari u magħrufa sew, kif inhuma magħrufa l-mezzi biex ikunu evitatati,

G.

billi l-imwiet marbuta mal-maternità jistgħu jiġu evitati bil-għoti ta' kura sikura għall-ommijiet, aċċess effettiv għall-kontraċezzjoni u aborti legali u sikuri,

H.

H billi l-imwiet marbuta mal-maternità jistgħu jkunu evitati billi jiżdied l-aċċess għal metodi ta' ppjanar tal-familja u l-użu tagħhom, permezz tal-aċċess għal kura materna sikura u ta' kwalità, partikolarment waqt it-twelid, waqt il-ħlas b'kura ostetrika ta' emerġenza, u fil-perjodu ta' wara l-ħlas, kif ukoll billi jittejbu s-saħħa u n-nutrizzjoni tan-nisa u l-pożizzjoni tagħhom fis-soċjetà,

I.

billi dan l-approċċ ta' prevenzjoni jinkludi t-taħriġ tan-nisa u tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa biex jagħrfu l-kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas u biex jitolbu l-kura xierqa, jirrikjedi netwerk ta' faċilitajiet tas-saħħa xierqa li jistgħu jintużaw f'perjodu raġonevoli ta' żmien bl-infrastruttura u t-trasport disponibbli, u jirrikjedi li tingħata kura xierqa f'dawn il-faċilitajiet tas-saħħa fil-qrib, minn staff imħarreġ, b'immaniġġjar effettiv u bil-provvista ta' elettriku, ilma u provvisti mediċi anke fiz-zoni rurali,

J.

billi l-imwiet marbuta mal-maternità li jistgħu jkunu evitati jikkostitwixxu vjolazzjonijiet tad-dritt għall-ħajja tan-nisa u tat-tfajliet adolexxenti, kif stipulat f'għadd ta' impenji internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u l-kawżi tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jistgħu jinvolvu wkoll vjolazzjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem oħra, inkluż id-dritt għall-ogħla standard possibbli ta' saħħa fiżika u mentali u d-dritt għan-non-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-kura tas-saħħa bażika,

K.

billi d-dritt għall-awtonomija sesswali u riproduttiva jinkludi d-dritt li mara tiżżewweġ, li jkollha familja u li jkollha relazzjonijiet sesswali b'mod volontarju, u d-dritt tal-ħelsien mill-vjolenza u l-isfurzar sesswali,

L.

billi hija r-responsabilità tal-gvernijiet li jipprovdu huma stess jew permezz ta' oħrajn, servizzi ta' kura tas-saħħa bħala dritt, u billi anke dawk il-gvernijiet b'riżorsi limitati jistgħu jieħdu miżuri immedjati li jkollhom impatt fuq is-saħħa materna,

M.

billi, fl-aħħar mill-aħħar, huwa anwqas probabbli li l-kawżi tal-imwiet marbuta mal-maternità u tal-kundizzjonijiet marbuta mal-ħlas ikunu prattiċi jew strutturali, iżda x'aktarx li jiddependu mill-valur baxx u mill-istejtus baxx mogħti lin-nisa, li ġeneralment huma żvantaġġjati fis-soċjetà, u billi huwa magħruf li, f'pajjiżi b'livelli simili ta' żvilupp ekonomiku, aktar ma l-istejtus tan-nisa jkun għoli, anqas ma tkun ir-rata tal-imwiet marbuta mal-maternità,

N.

billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli waqt it-tqala jew il-ħlas minħabba diversi forom ta' diskriminazzjoni, inklużi disparitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, prattiki tradizzjonali li jkunu ta' ħsara għan-nisa, il-vjolenza fuq in-nisa, in-nuqqas ta' kontroll rigward is-saħħa riproduttiva u d-drittijiet riproduttivi tagħhom, it-tiċħid tat-trabi tfajliet u l-isterjotipi ta' nisa prinċipalment bħala ommijiet u persuni li jieħdu ħsieb lil oħrajn; billi s-CEDAWġiet irratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE,

O.

billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU inkludiet “l-aċċess universali għas-saħħa riproduttiva mill-2015” bħala waħda mill-għanijiet tal-millenju tal-komunità internazzjonali taħt l-MDG 5 — it-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-Maternità,

P.

billi, (komunità internazzjonali wedgħet riżorsi ġodda waqt ICPD, u identifikat “is-saħħa riproduttiva” (inklużi l-ippjanar tal-familja u s-servizzi tas-saħħa għall-ommijiet) bħala prijorità ċentrali fl-isforzi internazzjonali għall-iżvilupp,

Q.

billi, minflok żdied l-appoġġ, l-iffinanzjar totali mid-donaturi għall-ippjanar tal-familja bħalissa huwa ferm aktar baxx milli kien fl-1994, billi niżel minn USD 723 miljun fl-1995 għal USD 442 miljun fl-2004, f'termini assoluti tad-Dollaru,

R.

billi l-UE ħadet impenji regolari u konsistenti sabiex jintlaħaq l-MDG 5, l-aktar riċentement fl-“Aġenda tal-UE għall-Azzjoni dwar l-MDGs” msemmija hawn fuq,

S.

billi minkejja s-serjetà ta' din il-problema u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, is-servizzi tas-saħħa għall-ommijiet baqgħu fil-qiegħ tal-aġenda internazzjonali, tilfu l-importanza minħabba l-interventi dwar mard speċifiku, u dan wassal għall-marġinalizzazzjoni tal-imwiet marbuta mal-maternità, filwaqt li r-rati għolja ta' HIV kkontribwixxew sabiex il-progress lejn it-tnaqqis tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jistaġna jew jiddeterjora,

1.

Jesprimi preokkupazzjoni kbira għall-fatt li l-Imwiet marbuta mal-Maternità (MDG 5) huma l-uniku MDG li dwaru mhux biss ma sarx progress mill-2000, partikolarment fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Ażja, iżda li 20 sena ilu ċ-ċifri kienu bħalma huma illum;

2.

Jinnota li mal-edukazzjoni, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tas-saħħa materna (MDG 5);

3.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, qabel il-Laqgħa Għolja tan-NU dwar l-MDGs, biex jagħtu prijorità lill-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-MDG 5;

4.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex inaqqsu d-differenza bejn ir-rati tal-imwiet marbuta mal-maternità f'pajjiżi industrijalizzati u li qed jiżviluppaw, permezz ta' żieda fl-investiment u fl-azzjoni sabiex jittejbu r-riżorsi umani għas-saħħa, u jkun hemm aktar riżorsi u impenn fit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-infrastruttura bażika tas-saħħa kif ukoll allokazzjonijiet għall-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-funzjonijiet bażiċi tas-saħħa pubblika, tal-azzjoni komunitarja u ta' funzjonijiet oħra meħtieġa ta' appoġġ;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw l-isforzi biex jeliminaw l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità li jistgħu jiġu evitati permezz ta' żvilupp, implimentazzjoni u evalwazzjoni regolari tal-“pjanijiet direzzjonali” u tal-pjanijiet ta' azzjoni għat-tnaqqis tal-piż globali tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità, li jadottaw approċċ sistematiku, sostenut, u bbażat fuq l-ekwità u fuq id-drittijiet tal-bniedem, appoġġjat u faċilitat b'mod adegwat minn finanzjament u mekkaniżmi istituzzjonali b'saħħithom;

6.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jespandu l-provvista tas-servizzi tas-saħħa materna fil-kuntest tal-kura primarja tas-saħħa, fuq il-bażi tal-kunċett ta' għażla infurmata, edukazzjoni dwar il-maternità bla periklu, kura ffukata u effettiva għal qabel it-twelid, programmi dwar in-nutriment tal-ommijiet, għajnuna adegwata għall-ħlas li tevita r-rikors eċċessiv għal operazzjonijiet ċesarji u tipprovdi għal emerġenzi ostetriċi, servizzi ta' riferiment għall-kumplikazzjoniiet marbuta mat-tqala, mal-ħlas u mal-abort, u kura u ppjanar tal-familja għal wara t-twelid;

7.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-aċċess għan-nisa kollha għal informazzjoni u servizzi komprensivi marbuta mas-saħħa sesswali u riproduttiva;

8.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw u jiżviluppaw l-indikaturi u l-punti ta' riferiment li juma diġà stabbiliti sew għat-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-maternità (inklużi l-allokazzjonijiet ta'l-assisstenza uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)) u biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' responsabilità li jistgħu jwasslu għal titjib kostanti tal-politiki u l-programmi eżistenti;

9.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiggarantixxu li s-servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva jkunu għall-but ta' kulħadd, disponibbli, aċċessibbli, u ta' kwalità tajba, u biex jiddedikaw ir-riżorsi massimi disponibbli għall-politiki u l-programmi dwar l-imwiet marbuta mal-maternità;

10.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li tinġabar dejta ta' min joqgħod fuqha u fiż-żmien opportun li tmexxi l-implimentazzjoni tal-miżuri rigward l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità;

11.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipprovdu taħriġ, bini ta' kapaċità u infrastruttura għal għadd xieraq ta' persuni mħarrġa għal waqt it-twelid, u biex jiżguraw li kull mara tqila u kull tfajla jkollha aċċess għal persuni bħal dawn u li “pjanijiet direzzjonali” u pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jirriflettu din il-mira, dan l-eżitu jew dan il-għan;

12.

Jitlob li jissaħħu l-programmi nazzjonali tas-saħħa għat-testijiet għall-HIV qabel u waqt it-tqala, għat-trattament antiretrovirali għal nisa tqal li huma pożittivi għall-HIV u għal miżuri ta' prevenzjoni kontra l-HIV, bħal programmi ta' informazzjoni u edukazzjoni;

13.

Iħeġġeġ lill-UE biex tibqa' tkun minn ta' quddiem fl-isforzi li jappoġġjaw id-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva billi żżomm livelli ta' finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD, u jiddispjaċih li filwaqt li l-Afrika 'l isfel mis-Saħara għandha l-ogħla rati ta' mwiet marbuta mal-maternità, għandha wkoll ir-rata l-aktar baxxa ta' użu ta' kontraċettivi fid-dinja (19 %), u 30 % tal-imwiet kollha marbuta mal-maternità fir-reġjun huma kkawżati minn aborti mhux sikuri;

14.

Jemmen li sabiex jintlaħqu l-miri tal-MDGs dwar l-aċċess universali għas-saħħa riproduttiva sal-2015, jeħtieġ li l-livell ta' finanzjament mill-UE jiżdied, inkella se jibqgħu jmutu nisa minħabba t-tqala u kawżi marbuta mat-tqala;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw programmi u politiki biex jindirizzaw il-fatturi determinanti fundamentali tas-saħħa li huma essenzjali għall-prevenzjoni tal-imwiet marbuta mal-maternità, bħall-parteċipazzjoni fi proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mas-saħħa, tagħrif fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva, il-litteriżmu, in-nutrizzjoni, in-non-diskriminazzjoni u r-regoli soċjali li huma l-bażi tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

16.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, bħala segwitu għall-progress li sar fit-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-maternità, biex jieħdu sehem b'mod attiv f'fora globali bħal “Countdown to 2015”, biex jaqsmu l-aqwa prattiki dwar il-programmi u l-politiki f'dan il-qasam, u biex jippromwovu momentum kontinwu għat-titjib;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex ma jkomplux iwaqqfu l-impenji ta' ffinanzjar biex jintlaħqu l-MDGs, inkluż l-MDG 5, u jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill biex tagħti eżempju billi tiżgura li jkun disponibbli finanzjament xieraq u fiss u li l-isforzi jiżdiedu sabiex ma jibqgħux imutu n-nies;

18.

Ifakkar fl-impenn tal-Istati Membri tal-UE li jilħqu livelli ta' ODA ta'; 0.7 % ta' dħul nazzjonali gross (GNI) sal-2015, u jistieden lill-Istati Membri li bħalissa għadhom lura sabiex iżidu l-isforzi tagħhom;

19.

Jistieden lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma daħħlux projbizzjoni fuq prattiki u tradizzjonijiet ta' ħsara bħall-mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa (FGM) biex jieħdu azzjoni u biex jappoġġjaw kampanji ta' informazzjoni għal dan il-għan;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kuntratti tal-MDGs jiffukaw primarjament fuq l-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

21.

Jiddeplora l-projbizzjoni tal-użu ta' kontraċettivi appoġġjata mill-knejjes għaliex l-użu ta' kondoms huwa kruċjali għall-prevenzjoni tal-mard u ta' tqala mhux mixtieqa;

22.

Jikkundanna l-“global gag rule” tal-Istati Uniti li tipprojbixxi lil dawk l-NGOs barranin li jirċievu finanzjament għall-ippjanar tal-familja mill-USAID (L-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali) milli jużaw il-fondi tagħhom stess li ma jiġux mill-Istati Uniti biex jipprovdu servizzi ta' abort legali, ta' konsulenza medika u ta' referenzi għall-abort;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Unjoni Interparlamentari, u lill-Kumitat għall-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organiżazzjoni għall-Koperazzjonni Ekonimika u għall-Iżvilupp (OECD).


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0103.

(2)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 311.

(3)  ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 232.

(4)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 475.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0483.

(6)  OJ C 46, 24.2.2006, p.1.

(7)  ĠU C 25, 30.1.2008, p.1.

(8)  ĠU L 378, 27.12.2006, p.41.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/67


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Il-Kummerċ fis-servizzi

P6_TA(2008)0407

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-servizzi (2008/2004(INI))

2009/C 295 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) li daħlet fis-seħħ f'Jannar tal-1995,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bl-isem “Ewropa Globali: Il-Kompetizzjoni Dinjija: Kontribut għall-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “L-Ewropa Globali: Partenarjat aktar b'saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej” (COM(2007)0183),

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u l-Istati CARIFORUM, min-naħa l-oħra (COM(2008)0155),

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda u l-Istati CARIFORUM min-naħa l-oħra (COM(2008)0156),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali — Aspetti Esterni tal-kompetittività (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-UE sabiex toffri aċċess għas-suq lill-kumpaniji Ewropej (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Korea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Ażja tax-Xlokk (ASEAN) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-UE mal-Indja (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0283/2008),

A.

billi l-UE hija l-aktar parteċipant kompetittiv fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi; billi l-UE hija l-akbar esportatur u fornitur ta' servizzi fid-dinja, b'aktar minn 28 % tal-esportazzjonijiet totali dinjija u għaldaqstant għandha interess qawwi li tiżgura li jinfetħu swieq ġodda għall-prodotti, s-servizzi u l-investimenti;

B.

billi l-persentaġġ totali tas-sehem mill-PGD fl-UE25 fl-2007 kien magħmul minn aktar minn 75 % mis-settur tas-servizzi; billi s-sehem mill-PGD tas-servizzi fl-2007 kien madwar 78 % fl-Amerika ta' Fuq, 52 % fl-Afrika u 60 % fl-Ażja;

C.

billi l-kummerċ fis-servizzi, madankollu, diġà jlaħħaq għal 25 % tal-kummerċ dinji; billi s-settur madankollu għandu potenzjal kbir ħafna u qed jinħolqu iktar impjiegi f'dan is-settur milli f'kwalunkwe settur ieħor tal-ekonomija;

D.

billi l-iżvilupp tal-kwalità fl-impjiegi ġie akkumpanjat minn żieda kwantitativa fl-impjiegi; jinnota li huwa proprju fis-settur tas-servizzi li l-ogħla livell ta' impjiegi part-time qiegħed jinħoloq u li sabiex ikun hemm żvilupp f'dan is-settur jeħtieġ li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet ta l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO);

E.

billi s-sistema ta' kummerċ multilaterali, inkorporata fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għadha l-iżjed qafas effettiv biex jinħoloq kummerċ ta' prodotti u servizzi ġust u bilanċjat fuq bażi globali permezz tal-iżvilupp ta' regoli xierqa u billi tiġi żgurata l-konformità ma' dawn ir-regoli; billi l-irwol tad-WTO rigward il-GATS irid jikkunsidra n-natura differenti tas-settur tas-servizzi li mhux adattat għal kejl kwantittativ tal-livell ta' liberalizzazzjoni jew tal-ostakoli li għad baqa' għall-kummerċ;

F.

billi l-GATS huwa u għandu jkun qafas multilaterali għar-regolazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi;billi dan ma jċaħħadx stati, u b'mod partikolari lill-UE, milli jinnegozjaw Ftehim li jkun fih skedi aktar ambizzjużi għal impenji speċifiċi, filwaqt li madankollu jitqies li Ftehim bilaterali jista' jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp u l-importanza ta' qafas multilaterali,

G.

billi infrastruttura effiċjenti tas-servizzi hija prekundizzjoni għas-suċċess ekonomiku; billi aċċess għal servizzi tal-aqwa livell dinji jgħin lill-esportaturi u lill-produtturi ta' oġġetti u servizzi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jikkapitalizzaw fuq is-saħħa kompetittiva tagħhom; billi numru ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw kienu wkoll kapaċi jagħmlu progress fis-swieq internazzjonali tas-servizzi billi jibnu fuq investiment u kompetenzi barranin; billi l-liberalizzazzjoni tas-servizzi b'hekk saret element ewlieni ta' ħafna mill-istrateġiji għall-iżvilupp,

H.

billi l-ostakoli għall-kummerċ u l-ostakoli 'l ġewwa mill-fruntieri ma jillimitawx biss lill-kummerċ tal-prodotti, iżda wkoll jeffettwaw b'mod sinjifikanti lill-kummerċ fis-servizz u lill-appalt pubbliku,

I.

billi fil-ftuħ tas-suq tas-servizzi għandha ssir distinzjoni ċara bejn il-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u bejn pajjiżi individwali li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta' żvilupp,

J.

billi xi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u b'mod partikulari dawk l-anqas żviluppati, għandhom isaħħu l-governanza tagħhom u joħolqu strutturi effiċjenti u infrastrutturi biex iseddqu l-kummerċ u s-swieq tas-servizzi li qed jespandu,

K.

billi huwa importanti li l-Parlament ikollu aċċess, fi żmien xieraq, għat-testi tal-varji mandati għan-negozjati li ngħataw lill-Kummissjoni,

Rimarki ġenerali

1.

Jirrimarka li sistema ta' kummerċ internazzjonali li taqdi l-ħtiġijiet tal-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar tikkontribwixxi wkoll għall-progress soċjali u għal impjiegi ta' kwalità; li r-regoli tal-kummerċ iridu jkunu konformi mal-istandards soċjali tal-ILO; li l-ġlieda kontra kull forma ta' sfruttament fix-xogħol (b'mod partikulari l-projbizzjoni ta' xogħol sfurzat u t-tħaddim tat-tfal), flimkien mar-rispett għal-libertajiet tat-trejdjunjins, huma essenzjali għal kummerċ bilanċjat li jaqdi l-interessi ta' kulħadd; itenni l-ħtieġa li jsir studju tal-interazzjoni bejn il-kummerċ u kwistjonijiet soċjali;

2.

Jiġbed l-attenzjoni għal-livel għoli ta' kompetittività esterna tal-fornituri tas-servizzital-UE; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fin-negozjati dwar il-kummerċ taħdem kemm għal-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka għall-aċċess għas-servizzi, kif ukoll għal politika ta' aktar trasparenza u prevedibilità fir-regoli u r-regolamenti, li jkunu akkumpanjati minn regoli stretti u sanzjonijiet sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni u l-monopolji hekk li ċ-ċittadini u l-intraprendituri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal firxa usa' ta' servizzi;

3.

Jagħraf tajjeb id-distinzjoni li tezisti bejn in-natura differenti tas-servizzi, b'mod speċjali l-bżonn li wieħed jiddistingwi bejn servizzi kummerċjali u mhux kummerċjali; jisħaq fuq il-bżonn għal approċċ differenzjat fil-ftuħ tas-swieq fis-servizzi ta' interess ġenerali;

4.

Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tqis l-interessi tad-diversi Stati Membri u dawk tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, flimkien ma' inugwaljanzi ekonomiċi bejn kategoriji ta' individwi, meta tinnegozja l-iskedi ta' impenji;

5.

Huwa tal-opinjoni li suq intern tas-servizzi li jiffunzjona b'mod effettiv huwa importanti għall-kompetittività tal-intrapriżi tal-UE; jenfasizza li l-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni fil-ħin u b'mod korrett tal-liġi Komunitarja, inkluża d-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern (10), huma importanti għal dan l-għan;

6.

Jenfasizza li s-settur tas-servizzi jista' jġib ħafna soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali u jemmen li s-servizzi huma wieħed mill-elementi ewlenin ta' valur miżjud fl-esportazzjoni tal-UE tan-“know-how”; jenfasizza li l-importanza tas-settur tas-servizzi għandha bżonn titqies meta titfassal politika għall-iżvilupp sostenibbli;

7.

Jilqa' l-enfasi magħmula mill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-effetti pożittivi tal-globalizzazzjoni jiġu mgħoddija lill-konsumatur; jenfasizza li, flimkien ma' livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, il-kompetizzjoni ġusta fis-servizzi hija kruċjali sabiex ikun żgurat li l-Konsumatur jibbenefika mis-suqliberaliżżat ta'l-UE;

8.

Huwa konvint li s-servizzi għandhom irwol importanti u jikkunsidra li aċċess aktar wiesa' għas-suq tas-servizzi li jikkunsidra r-realtajiet ekonomiċi differenti huwa għalhekk importanti mhux biss għall-pajjiżi żviluppati imma wkoll għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

9.

jenfasizza l-bżonn li l-UE tikkunsidra l-livelli differenti ta' żvilupp meta teżiġi d-deregolazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-servizzi u għalhekk jenfasizza li l-UE ma tistax u m'għandhiex timponi mudell li jrid għodd għal kulħadd fuq pajjiżi oħrajn;

10.

hu tal-opinjoni li, sabiex ikunu żgurati riżultati favorevoli, il-liberalizzazzjoni ta' setturi ġodda ta' servizzi, b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'kull każ għandha: tkun akkumpanjata minn regolamenti u mekkaniżmi ta' superviżjoni u implimentazzjoni ġodda, sabiex ikun ikkontrollat l-impatt fuq il-popolazzjoni u l-ambjent u sabiex ikun illimitat kwalunkwe abbuż ta' pożizzjoni jew konċentrazzjoni dominanti; tkun imdaħħla bil-mod u akkumpanjata mill-miżuri anċillari neċessarji;

11.

hu konxju mill-fatt li d-dixxiplini proposti riċentement dwar ir-regolament domestiku se jiżdiedu fil-forma ta' anness mal-GATS, ħaġa li tirrikjedi emenda għall-ftehima; jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat dwar il-proċedimenti tal-Grupp ta' Ħidma dwar ir-Regolazzjoni Domestika tal-GATS u biex tippreżenta kwalunkwe deċiżjoni dwar emenda għall-Ftehima tal-GATS lill-Parlament skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni;

12.

Jirrikonoxxi s-sovranità tal-Istati u b'hekk id-dritt tagħhom li jirregolaw l-oqsma kollha tas-servizzi b'mod partikulari fil-qasam tas-servizzi pubbliċi, irrispettivament minn jekk l-impenji sarux fi ħdan il-qafas tal-GATS jew le, sakemm kwalunkwe regolazzjoni ta' dan it-tip issir bi qbil mal-Artikolu VI tal-GATS dwar ir-Regolazzjoni Domestika; jemmen li s-swieq tas-servizzi jeħtieġu regolamenti ċari u legali mingħajr ekwivoċi sabiex jaħdmu b'mod effiċjenti;

13.

Jissuġġerixxi li l-gwadann fl-effiċjenza li jkun inkiseb grazzi għall-ftuħ tas-swieq għall-kompetizzjoni fis-servizzi, meta jkun akkumpanjat minn miżuri regolatorji domestiċi, ikun jista' jippermetti li pajjiżi żviluppati joffru firxa akbar ta' servizzi liċ-ċittadini tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' servizzi sostenibbli u universalment aċċessibbli bi prezzijiet li wieħed jista' jaffordjahom u bi standards ta' kwalità għolja;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' regoli u standards sabiex jirregolaw il-liberalizzazzjoni; iħeġġeġ li jkun hemm konformità ma' standards ambjentali u ta' kwalità b'mod raġjonevoli u oġġettiv mingħajr ma jinħolqu ostakoli żejda għall-kummerċ;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ppubbliċizzat il-pakket ta' offerti tal-Komunità fin-negozjati attwali tal-GATS; jikkunsidra madankollu, li l-Kummissjoni għandha tiddiskuti l-iżviluppi attwali f'aktar dettal mal-Parlament u l-kumitati rilevanti tiegħu;

16.

Jinnota li l-kummerċ tas-servizzi huwa magħmul fil-biċċa kbira tiegħu minn trasferiment ta' esperjenza bejn il-pajjiżi u li għalhekk il-kummerċ ħieles tas-servizzi huwa parti importanti minn kwalunkwe strateġija ta' żvilupp billi dan jippermetti t-trasferiment ta' know-how dettaljat b'mod rapidu u effettiv;

17.

Huwa konxju li bosta drabi xi wħud mill-problemi rigward ġustizzja u trasparenza fil-forniment ta' servizzi f'xi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw iseħħu bil-kompliċità ta' kumpaniji minn ekonomji żviluppati;

18.

Jitlob mingħand il-Kummissjoni rendikont dettaljat dwar setturi speċifiċi bħalma huma dawk tas-softwer u tal-films, kif ukoll tas-servizzi logistiċi u finanzjarji li għandhom irwol kruċjali f'ċerti pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li huma pprovduti u distribwiti madwar id-dinja kollha; jitlob ukoll mingħand il-Kummissjoni analiżi dettaljata kif dan jaffettwa s-suq tas-servizzi Ewropew;

19.

Jitlob mingħand il-Kummissjoni rendikont dettaljat dwar servizzi sostanzjali ta' data mining li joperaw fuq skala globali; jitlob ukoll mingħand il-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar il-post, l-operaturi, id-daqs u l-kwalità tas-servizz f'dan is-settur;

Ir-Rawnd ta' Doha dwar l-Iżvilupp u l-GATS

20.

Ifakkar fl-Artikolu XIX tal-GATS li jgħid li l-Membri għandhom jidħlu f'rawnds suċċessivi ta' negozjati li jibdew mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tad-WTO u wara perjodikament minn hemm 'il quddiem, bil-għan li progressivament jintlaħaq livell ogħla ta' liberalizzazzjoni; ifakkar li negozjati bħal dawn isiru fil-qafas tal-principju ta' intrapriża unika u għalhekk iridu jkunu bilanċjati mal-interessi li tressqu f'oqsma oħra tan-neguzjati;

21.

Ifakkar li l-prinċipji tal-GATS ma jwaqqfu la l-privatizzazzjoni u lanqas id-deregolazzjoni; għalhekk jenfasizza li kull pajjiż huwa liberu li jilliberalizza kwalunkwe settur tas-servizzi; jisħaq li l-iskeda tal-GATS titratta l-impenji vinkolanti ta' kull membru tad-WTO f'termini ta' kummerċ fis-servizzi u li kull membru huwa ħieles li jiftaħ is-suq tiegħu lilhinn mill-impenji tal-GATS sakemm il-prinċipju ta' L-aktar Nazzjoni Favorit stabbilit fl-Artikolu II jew l-Artikolu V tal-GATS dwar l-Integrazzjoni Ekonomika jiġu rispettati;

22.

Ifakkar li r-Rawnd ta' Żvilupp ta' Doha għandu jiffoka fuq l-iżvilupp u għalhekk in-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi għandu jaqdi kemm l-interessi tal-UE kif ukoll it-tkabbir ekonomiku tal-aktar pajjiżi fqar;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jitħallew spazju politiku rigward il-livell ta' reċiproċità fil-ftuħ tal-kummerċ billi jitħallew jiddeċiedu huma d-dettall u l-ħeffa li bihom tista' tinkiseb il-liberalizzazzjoni;

24.

Jieħu nota tat-talba min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, lill-UE u l-Istati Uniti b'mod partikolari, sabiex itejbu l-offerti fit-Tip 4 (Mode 4); jikkunsidra li jenħtieġ li jinstab il-bilanċ ġust sabiex iż-żewġ naħat ikunu sodisfatti; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinfurmah dwar kwalunkwe tibdiliet għat-talbiet oriġinali;

Ftehim Bilaterali u Reġjonali

25.

Iħeġġeġ li fil-Ftehim kummerċjali u reġjonali li qed jiġi nnegozjat attwalment u dak li għadhu ġej ikun hemm livell ta' impenji li jkun ċar u ambizzjuż; jisħaq fuq l-importanza li fihom jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali;

26.

Jinnota r-riżultati li nkisbu fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Forum tal-Karajbi tal-pajjiżi tal-ACP (CARIFORUM); jemmen li n-negozju fis-servizzi huwa strument ta' żvilupp li hu suġġett għall-kundizzjoni li tkun teżisti regolamentazzjoni domestika soda u trasparenti li tirregola s-servizzi; jitlob li jkunu żgurati għal kulħadd servizzi pubbliċi univerasli, aċċessibbli, sostenibbli u li wieħed jaffordjahom bi standards ta' kwalità għolja;

27.

Jinnota li l-kapitolu dwar l-investiment tal-CARIFORUM EPA jiggarantixxi lill-investituri barranin il-benefiċċji li huma jistennew, bħala riżultat tal-impenji li saru skont il-Ftehima;

28.

Jappoġġja speċifikament il-Ftehim dwar it-Tip 4 (Mode 4) fil-Ftehim EU-CARIFORUM; jikkunsidra li dan huwa mezz kif tiġi evitata brain drain;

29.

Jemmen li fir-rigward tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles EU-ASEAN (FTA), l-aspetti tal-Ftehim li jitratta l-appalt pubbliku, l-investimenti u s-servizzi għandhu jagħraf l-livell varjat ta' żvilupp tal-membri tal-ASEAN u jirrispetta d-dritt tal-parteċipanti kollha li jirregolaw is-servizzi pubbliċi, partikolarment dawk li huma marbuta mal-ħtiġijiet bażiċi — dan, madanakollu, m'għandux ixekkel kumpaniji privati milli jimlew il-vojt fejn l-istat ma jirnexxilux jipprovdi s-servizzi mitluba miċ-ċittadin;

30.

Huwa konxju fil-konfront tan-negozjati tal-UE-Korea FTA mid-diffikultajiet li jaffaċjaw kumpaniji barranin meta jippruvaw jiksbu aċċess għas-suq Korean tas-servizzi, inklużi s-settur bankarju, l-assigurazzjoni, it-telekominikazzjoni, l-aġenziji tal-aħbarijiet u l-parir legali; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni meta tindirizza din il-kwistjoni fin-negozjati tal-FTA, sabiex tikkunsidra t-tħassib dejjem jikber fl-UE dwar l-effetti suxxettibbli li jqajmu kriżi ta' settur tal-banek u tal-assikurazzjoni li l-pass ta' liberalizzazzjoni tiegħu mhux akkumpanjat minn regolazzjoni domestika fis-sod u trasparenti;

31.

Jisħaq, fir-rigward tan-negozjati tal-EU-Indja FTA, dwar l-importanza tas-sħubija tagħna mal-Indja u l-ħtieġa li tinkiseb Ftehim ambizzjużb'impenji sostanzjali u wiesgħa, bl-anqas restrizzjonijiet għal aċċess għas-suq Indjan tul il-firxa kollha tal-mezzi ta' forniment; jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi għandha tkun ta' 90 % kemm bil-firxa settorjali u bil-volum tal-kummerċ kif f'konformità mar-rekwiżit ta' kopertura sostanzjali tal-Artikolu V tal-GATS; jenfasizza li r-restrizzjonijiet huwa partikolarment akuti fis-servizzi finanzjarji, servizzi ta' titoli, kontabilità, telekomunikazzjonijiet, distribuzzjoni, kemm postali u kemm bil-courier, u servizzi legali;

32.

Jinsab imħasseb dwar in-negozjati ta' FTA tal-EU-Kunsill ta' Koperazzjoni tal-Golf minħabba l-livell ta' trasparenza u responsabbilizzazzjoni fis-servizzi finanzjarji u, b'mod partikulari, fil-qasam tal-investimenti magħmula minn fondi sovrani;

Kwistjonijiet settorjali speċifiċi

33.

Jinnota li ebda membru tad-WTO għadu ma ħa impenn fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-ilma; jisħaq li f'każ li jsir impenn simili dan m'għandux ixekkel lill-istat milli jiffissa livelli ta' kwalità, sikurezza, prezz jew objettivi politiċi oħrajn skond kif iħoss, u li l-istess regolamenti japplikaw kemm għall-fornituri barranin, kif ukoll dawk lokali;

34.

Jenfasizza l-importanza tas-servizzi kulturali, bħal fis-setturi awdjoviżwali u mużikali kif ukoll dawk tal-pubblikazzjoni, kemm għall-industriji tal-UE kif ukoll għal dawk tal-imsieħba kummerċjali tagħna; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-kummerċ fis-servizzi kulturali jkun għalhekk ibbilanċjat kif suppost, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

35.

Jisħaq li speċifikament is-settur tat-turiżmu jikkontribwixxi ħafna għall-ekonomija ta' numru ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw; jikkunsidra għalhekk li huwa vitali li l-UE tgħin permezz tal-koperazzjoni u l-għajnuna teknika;

36.

Jemmen li, fuq il-bażi ta' regolamentazzjoni domestika soda u trasparenti stabbilita minn qabel, ftuħ prudenti u gradwali tas-suq tas-sevizzi finanzjarji fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jista' joffri liċ-ċittadini u lill-intraprendituri aċċess għall-fondi sabiex jinħolqu impjiegi lokali u jitnaqqas il-faqar billi ma jkunux aktar mġiegħla jiddependu minn monopolji jew istituzzjonijiet statali;

37.

Jikkunsidra, li, sabiex iżżid il-kompetittività esterna, l-UE għandha tieħu miżuri fi ħdan il-politika kummerċjali tagħha sabiex issaħħaħ is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet u l-kummerċ elettroniċi u sabiex ittejjeb il-protezzjoni tad-data;

38.

Jinnota li s-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi finanzjarji, jeffettwaw ħafna oqsma ta' kompetenza u jenfasizza li din ir-Riżoluzzjoni tiffoka fuq in-negozju tas-servizzi, jiġifieri, li jinkiseb l-aċċess għas-suq bil-ftuħ volontarju tas-swieq permezz tal-metodu ta' negozjati ta' talba u offerta; jissuġġerixxi li setturi bħall-kontroll finanzjarju, ir-regolazzjoni u kwistjonijiet oħra li jittrattaw aspetti differenti tas-servizzi finanzjarji għandhom jiġu ttrattati f'forum xieraq għalihom;

39.

Jappoġġja bil-qawwa l-fehma tal-Kummissjoni li l-aċċess għas-suq u l-kummerċ ħieles fis-servizzi huma element essenzjali tal-aġenda ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza li s-swieq miftuħa, flimkien ma' kummerċ ħieles fis-servizzi li jkun ibbilanċjat u rregolat tajjeb, jibbenefika lill-pajjiżi u lir-reġjuni parteċipanti kollha;

40.

Jinnota li l-kumpaniji tal-UE qed isiru dejjem aktar attivi fuq skala internazzjonali u li t-tkabbir ekonomiku globali huwa, fil-biċċa l-kbira, immexxi minn pajjiżi terzi, u li aċċess aħjar għas-suq allura jkun jista' jagħti kontribut lill-kompetittività tal-UE;

41.

Jikkunsidra li l-kummerċ fis-servizzi huwa tkomplija neċessarja għall-kummerċ fil-merkanzija imma dawn għandhom jitqiesu bħala distinti minn xulxin;

42.

Jikkunsidra li l-ekonomija tas-servizzi saret is-settur ekonomiku l-aktar importanti tal-ekonomiji tal-OECD f'dik li hija kwantità u li żieda fil-kummerċ u d-disponibilità tas-servizzi se żżid it-tkabbir ekonomiku u tiffaċilita t-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozju u ttejjeb ir-riżultati ta' industriji oħra, peress li s-servizzi jagħtu kontributi ewlenin, speċjalment f'dinja globalizzata dejjem aktar interkonnessa;

43.

Jirrikonoxxi li l-kisba ta' aċċess għas-suq għas-servizzi huwa proċess diffiċli fi ħdan in-negozjati li għaddejjin fid-WTO dwar l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha; jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex pakkett bilanċjat b'offerta ambizzjuża fis-servizzi, speċjalment fis-servizzi finanzjarji, fejn l-industrija tal-UE għandha għarfien speċjalizzat kompetittiv u potenzjal qawwi għat-tkabbir; jinnota li l-konformità mar-regoli u l-istandards hija meħtieġa sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' ostakoli mhux tariffarji, kwistjoni li tista' tkun sensittiva fil-qasam tas-servizzi;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fin-negozjati kummerċjali tqis bis-sħiħ l-eżistenza ta' servizzi ġenerali ta' interess u l-impatt potenzjali tal-ftuħ tas-swieq fuq l-organizzazzjoni tagħhom;

45.

Jinnota li, fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-UE għandha wieħed mis-swieq l-aktar miftuħa fid-dinja, iżda jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha twettaq negozjati iktar aggressivi u bbilanċjati fin-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi u għandha tapprova l-prinċipji ta' ftuħ, żvilupp u reċiproċità;

46.

Jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji jżommu l-pass mal-iżviluppi kollha fis-swieq tas-servizzi finanzjarji Ewropej u globali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-oqfsa regolatorji Ewropej u jintensifikaw ukoll id-djalogu regolatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha fil-kummerċ bil-għan li jitnaqqsu l-ostakoli għall-kummerċ;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-prattiki “offshore” ta' pajjiżi terzi li jheddu l-ftuħ tas-swieq, liema ftuħ huwa ta' benefiċċju reċiproku;

48.

Jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn politika ta' kummerċ aktar integrata u koerenti mal-Kummissjoni, b'mod partikulari fil-qasam tal-investimenti; jinnota li l-Istati Membri m'għandhomx jesaġeraw ir-riskji ta' investiment barrani, iżda għandhom jimmiraw għal ftuħ effettiv tal-ekonomiji tagħhom u għal approċċ komuni fil-kuntest ta' fondi ta' investimenti sovrani; jieħu nota tal-ħtieġa li jiġu evalwati kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-provvista, l-aktar fir-rigward tal-investimenti barranin minn entitajiet statali fis-settur tal-enerġija, ifakkar li din l-evalwazzjoni ma tistax tintuża bħala miżura protezzjonista;

49.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għar-riskji potenzjali fir-rigward tar-rispett tar-regoli tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas ta' reċiproċità fil-Ftehim tad-WTO dwar l-akkwist pubbliku;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-iffalsifikar, l-aktar permezz tal-Internet billi, fost affarijiet oħra, tinkuraġġixxi koperazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u sssaħħaħ il-mezzi ta' osservazzjoni u evalwazzjoni tal-iffalsifikar; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill proposta bl-għan li tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'dejta kwalitattiva u statistika fil-livell Ewropew dwar l-iffalsifikar, b'mod partikulari permezz tal-Internet;

51.

Jieħu sehem fl-appoġġ b'saħħtu tal-Kummissjoni għal negozjati ta' kummerċ multilaterali, iżda jinnota li għall-kummerċ fis-servizzi, speċjalment fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, il-Ftehim ta' kummerċ ħieles jista' jkun aktar xieraq biex jinkiseb l-aċċess għas-suq; iqis li, meta jkunu se jiġu finalizzati Ftehim sħiħ ta' Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-ACP, dawn jistgħu jkopru mhux biss il-prodotti iżda wkoll is-servizzi u l-investiment, imma fil-każ biss li din tkun ix-xewqa ta' dawk il-pajjiżi;

52.

Jenfasizza li aċċess effettiv għas-suq għas-servizzi finanzjarji joħloq opportunitajiet aħjar għall-kompetizzjoni, it-trasparenza u d-diversifikazzjoni; jinnota li, partikolarment fl-ekonomiji emerġenti, l-aċċess effettiv għas-suq jista' jwassal għal żvilupp aktar qawwi tas-suq finanzjarju lokali għall-benefiċċju tal-kumpaniji li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom kif ukoll jipprovdi aktar għażla u prodotti aħjar għall-konsumatur;

53.

Billi jagħraf il-kapaċità finanzjarja, amministrattiva u istituzzjonali dgħajfa tal-pajjiżi tal-ACP, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura r-rispett għall-istandards li sar qbil dwarhom fuq skala internazzjonali għar-regolazzjoni u l-kontroll fis-servizzi finanzjarji meta jiġi nnegozjat u implimenta Ftehim kummerċjali ma' pajjiżi li huma meqjusa bħala refuġji fiskali (tax havens);

54.

Jikkunsidra li l-aċċess għas-servizzi finanzjarji (mikrokrediti, aċċess għal kontijiet bankarji u servizzi bankarji bażiċi, ipoteki, kiri u fatturar, assigurazzjoni, pensjonijiet u trasferimenti lokali u internazzjonali), huwa neċessarju b'mod partikulari għal individwi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ekonomiċi bażiċi, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi aċċess aħjar għas-suq tas-servizzi finanzjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tinkuraġġixxi regolazzjoni prudenzjali soda, l-iżvilupp ta' swieq kompetittivi u l-edukazzjoni fis-servizzi finanzjarji.

*

* *

55.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ u lill-pajjiżi membri tagħha.


(1)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0053.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0629.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0195.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.

(7)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(8)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.

(9)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(10)  ĠU L 376, 29.12.2006, p. 36.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/74


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Politika Ewropea għall-Portijiet

P6_TA(2008)0408

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar Politika Ewropea għall-Portijiet (2008/2007(INI))

2009/C 295 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet (COM(2007)0616),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn politika marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra” (COM(2006)0275),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-politika marittima futura għall-Unjoni Ewropea: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-politika Ewropea għat-traspost sostenibbli, billi jittieħed kont tal-politiki Ewropej tal-enerġija u tal-ambjent (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġi (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill tal-iskart (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2000/60/KE u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0308/2008),

A.

billi s-suġġett tal-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-portijiet kien is-suġġett ta' dibattitu li sar fil-Parlament u li, b'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati,

B.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar politika Ewropea tal-portijiet ma tipproponi ebda miżura ġdida dwar l-aċċess tas-suq għas-servizzi tal-portijiet,

C.

billi d-dimensjoni internazzjonali ta' dan is-settur tagħti lok għal politika Ewropea għall-portijiet fil-livell Komunitarju, li tisfrutta l-vantaġġi komparattivi ġeopolitiċi tagħhom,

D.

billi l-importanza tal-portijiet ma hijiex biss għat-trasport bil-baħar, fuq ix-xmajjar u intermodali fl-Ewropa, iżda wkoll bħala assi ekonomiċi, sorsi ta' impjieg u mezz ta' integrazzjoni għall-popolazzjoni,

E.

billi, mill-perspettiva tal-objettivi tagħha li tagħti spinta lill-kompetittività tas-settur tat-trasport marittimu u tipprovdi servizzi moderni ta' kwalità għolja, il-politika Ewropea għall-portijiet għandha tippromwovi l-erba' prinċipji li ġejjin: sikurezza, servizz fil-pront, prezzijiet baxxi, rispett għall-ambjent,

F.

billi hemm numru ta' sfidi li l-portijiet Ewropej iridu jaffaċċjaw fil-ġejjieni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, tal-globalizzazzjoni, tal-iżvilupp sostenibbli, tal-impjieg u l-kundizzjonijiet soċjali, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà u t-tagħlim tul il-ħajja, tal-finanzjament, tal-aċċess għas-suq u tal-amministrazzjoni, kif ukoll miżuri kontra l-kompetizzjoni u diskriminatorji meħuda minn li mhumiex fl-UE fi swieq ġeografiċi rilevanti,

G.

billi n-nuqqas ta' territorji b'potenzjal għall-iżvilupp tal-portijiet fl-Ewropa, flimkien mar-rarità u l-fraġilità tal-ambjent naturali, jenfasizza kemm hu importanti għal-leġiżlatur li jiżgura bilanċ u ċarezza legali fir-rigward tal-obbligi ambjentali, ekonomiċi u soċjali,

H.

billi teżisti diversità kbira fis-settur tal-portijiet Ewropej u billi huwa previst tkabbir sostanzjali fis-snin li ġejjin,

I.

billi t-twessigħ tal-kanal ta' Panama se jkollu impatt, li x'aktarx se jwassal għal żieda fit-tendenza attwali għal tkabbir fid-daqs tal-bastimenti,

J.

billi l-infrastruttura moderna u l-kollegamenti effikaċi ma l-intern tal-pajjiżi u bejn il-gżejjer huma importanti għall-portijiet,

1.

Jilqa' l-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-Kummissjoni dwar politika Ewropea tal-portijiet;

2.

Ifaħħar l-istrateġija li ħadet il-Kummissjoni matul it-tassil tal-Komunikazzjoni, b'mod partikolari l-proċess estensiv ta' konsultazzjoni;

3.

Jilqa' l-punt fokali tal-Kummissjoni fuq miżuri ta' liġi flessibbli (soft law) bħall-pubblikazzjoni ta' linji gwida u t-tneħħija ta' ostakli amministrattivi;

4.

Jisħaq dwar l-importanza fundamentali tas-settur tal-portijiet għall-UE, mil-lati ekonomiċi, kummerċjali, soċjali, ambjentali u strateġiċi;

5.

Jemmen li l-irwol tal-Kummissjoni huwa importanti biex jassigura li l-portijiet Ewropej kollha jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom;

6.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja tal-ambjent għall-iżvilupp u l-infrastruttura tal-portijiet tagħhom, bl-għan ewlieni jkun il-ħarsien tal-ambjent marittimu u taz-zoni madwar il-portijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika dawn il-linji gwida qabel it-tmiem tal-2008;

7.

Iqis li l-portijiet u n-natura jistgħu jgħixu flimkien b'mod sostenibbli, minħabba li l-qerda tan-natura sikwit tikkawża ħsara ekonomika f'oqsma oħra, bħat-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd, u għalhekk jistieden lill-Kummissarju għat-Trasport biex jaħdem mill-qrib mal-Kummissarju għall-Ambjent fit-tfassil u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni u linji gwida tal-EU dwar il-portijiet u dwar kwistjonijiet ambjentali;

8.

Jemmen li l-għan ta' dawn il-linji gwida għandu jkun li tiġi trattata l-inċertezza legali li hija dovuta għal ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent u b'hekk tiġi indirizzata ġenwinament il-politika ambjentali, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-portijiet fl-Unjoni;

9.

Jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet tal-portijiet u dawk lokali jieħdu sehem fit-tfassil ta' pjanijiet għall-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma tal-baċini tax-xmajjar u tal-portijiet marittimi skond id-Direttiva 2000/60/KE;

10.

Jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn għall-awtoritajiet reġjonali biex jappoġġjaw l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-bastimenti kif ukoll mit-trasport tal-art u tal-ajru billi jistabbilixxu pjanijiet ta' ġestjoni tal-kwalità tal-arja u skond il-Konvenzjoni ta' Marpol u d-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali (7);

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika Ewropea integrali li tagħti spinta lill-kompetittività reġjonali u l-koeżjoni territorjali, waqt li tqis l-aspetti soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tas-sigurtà fil-livelli kollha territorjali, permezz ta' organizzazzjoni ta' sħubijiet interistituzzjonali, intersettorjali u multiterritorjali;

12.

Jinnota li l-Kummissjoni tinsab imħassba dwar id-distribuzzjoni tal-flussi tat-traffiku fl-Ewropa, u tirreferi għad-diversità tas-settur tal-portijiet u għaż-żieda ta' portijiet ta' daqs żgħir u medju fl-Ewropa; iqis ukoll li l-Kummissjoni għandha tqis it-tibdil importanti mistenni fit-traffiku marittimu internazzjonali bħala riżultat tal-progress teknoloġiku u ekonomiku, it-twessigħ tal-kanal ta' Panama u ż-żieda fid-daqs u fil-kapaċità tal-bastimenti, li bla ebda dubju se jkollhom impatt sostanzjali fuq is-settur;

13.

Jenfasizza d-dimensjoni territorjali tal-iżvilupp ta' portijiet Ewropej, b'mod partikulari l-ħtieġa ta' koperazzjoni u koordinazzjoni transkonfinali bejn ir-reġjuni ta' portijiet ġirien; jenfasizza l-importanza tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-istrateġija reġjonali għall-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jitfassal inventarju tal-konġestjonijiet bejn portijiet tal-UE u tal-portijiet ta' Stati ġirien tal-UE;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni b'mod sistematiku biex tissorvelja l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-metodi tal-gestjoni ġodda użati internazzjonalment għas-portijiet u għall-servizzi ta' bastimenti, għall-merkanzija, għall-passiġġieri u għat-trasport fuq l-art bl-għan li tippromwovi politiki u inizjattivi biex tiżviluppa portijiet tal-Komunità u tgħolli l-livell tal-effiċjenza u l-produttività tagħhom għall-benefiċċju tagħhom infushom u tal-utenti;

15.

Iqis li t-tibdiliet teknoloġiċi meħtieġa biex jippermettu lill-portijiet intermedjarji jilqgħu l-isfidi ta' żieda fil-volum tat-traffiku se jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji kbar għar-reġjuni kkonċernati; iqis li dawn ir-reġjuni għandhom ikunu intitolati jużaw il-fondi strutturali għal dan il-għan, b'mod partikolari biex jiffinanzjaw l-akkwist ta' installazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, biex jinħolqu impjiegi f'oqsma innovattivi u biex jiġu riabilitati zoni urbani li jinkisbu meta l-attivitajiet tal-portijiet jitmexxew 'il barra mill-ibliet;

16.

Iqis li ċ-ċertezza legali tal-qafas legali Komunitarju fil-qasam marittimu, li ġejja mill-qafas legali internazzjonali, tiddependi mill-approvazzjoni rapida tal-pakkett marittimu Erika III,

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-koperazzjoni bejn il-portijiet Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward l-irwol li għandhom il-portijiet fil-livell ekonomiku reġjonali tal-intern tal-pajjiż; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-iżvilupp armonjuż tal-portijiet huwa element ewlieni tal-politika marittima integrata tal-Unjoni;

18.

Jenfasizza l-irwol soċjali u kulturali tal-portijiet għall-popolazzjoni tal-intern tal-pajjiż u jqis li huwa essenzjali li tiġi mtejba l-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-portijiet bħala mezz ta' żvilupp;

19.

Iqis li t-trasport bil-baħar u fuq ix-xmajjar ma jistax jitqies b'mod separat mit-trasport fuq l-art u bl-ajru u li l-konnessjonijiet tal-port mal-intern tal-pajjiż huma ta' importanza kbira għas-suċċess kummerċjali tiegħu, u li għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti interkonnessjonijiet bejn il-portijiet u pjattaformi loġistiċi fl-intern u “portijiet niexfa”; u dan iġiegħlu jemmen ukoll li l-parteċipazzjoni komodali tal-portijiet hija meħtieġa kemm fir-rigward tal-portijiet man-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-Ts) kif ukoll fil-kurituri ekoloġiċi Komunitarji tal-ġejjieni biex ikun żgurat sfruttament aħjar tal-kapaċità ta' trasport fl-oqsma tal-kabotaġġ u tat-trasport bix-xmajjar, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' konnessjonijiet ta' trasport fuq l-art u bl-ajru, biex niżguraw politika tat-trasport koerenti u ġenwina;

20.

Jappoġġa għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tevalwa l-istatus u l-bżonnijiet tal-konnessjonijiet tal-portijiet mal-intern tal-pajjiż u l-impatt tagħhom fuq netwerk ibbilanċjat ta' flussi tat-traffiku fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tat-TEN-T fl-2010 (8);

21.

Iqis li wieħed mill-objettivi tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-TEN-T fl-2010 għandu jkun l-integrazzjoni tat-trasport bil-baħar u fuq ix-xmajjar mat-trasport fuq l-art permezz ta' portijiet Ewropej;

22.

Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati biex jimplimentaw politika għat-trasport aktar multimodali li tassigura li, minbarra l-awtostradi, aktar traffiku juża l-ferroviji u l-kanali interni navigabbli, biex jikkonnettja z-zoni tal-portijiet b'mod effiċjenti mat-TEN-Ts u biex jagħti konnessjonijiet interni aktar effettivi lill-portijiet, b'mod partikolari bl-għajnuna tal-użu tal-ferroviji u tal-kanali interni navigabbli;

23.

Jinnota li l-portijiet Ewropej qegħdin f'kompetizzjoni mal-portijiet tal-pajjiżi terzi li sikwit ma jkunux suġġetti għall-istess regoli, u jiffaċċjaw ukoll politiki ekonomiċi diskriminatorji implimentati minn pajjiżi ġirien tal-UE, pereżempju permezz ta' politiki diskriminatorji dwar it-tariffi;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja mill-ġdid kwistjonijiet ta' sigurtà fil-portijiet u biex tqis iż-żieda fl-ispejjeż fir-rigward tal-kompetittività tal-portijiet Ewropej;

25.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel stħarriġ tal-problemi li jiltaqgħu magħhom il-portijiet Ewropej f'dan il-qasam u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-elaborazzjoni ta' reġistru ta' dawn il-problemi, speċifikament biex jiġu ffaċċjati l-problemi kkawżati mill-kompetizzjoni mal-portijiet li ma humiex tal-UE u miżuri kontra l-kompetizzjoni u diskriminatorji meħuda minn pajjiżi ġirien tal-UE;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata koperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex ikunu ppreparati u mressqa programmi għall-iżvilupp, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' tagħrif bejn portijiet ġirien;

27.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tistudja l-possibilità li tintroduċi programm Komunitarju dwar it-tiġdid tal-bastimenti tal-merkanzija, u b'mod partikolari dawk maħsuba għall-kabotaġġ u għat-trasport fuq ix-xmajjar;

28.

Iqis li t-teknoloġiji l-ġodda, b'mod partikolari l-informatika, huma elementi ewlenin li jippermettu lill-portijiet Ewropej, li diġà qed jaffaċċjaw pressjonijiet dovuti għall-kompetizzjoni mal-portijiet ta' pajjiżi terzi, iżda wkoll, f'ċerti każijiet qed ibatu minn nuqqas ta' spazju għall-iżvilupp, u miż-żieda tal-effiċjenza u l-profitabilità tagħhom;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iħaffu, permezz tal-korpi kompetenti, l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' pilotaġġ remoti biex tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà fil-ġestjoni tat-traffiku fil-portijiet kif ukoll fiz-zona tal-ankraġġ;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli r-riċerka u l-innovazzjoni f'dan is-settur taħt il-pogrammi ta' qafas tal-Unjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw ir-riċerka fl-oqsma tas-sigurtà, biex in-numru ta' inċidenti jibqa' minimu, fil-loġistika, biex itejbu l-użu tal-ispazju fil-portijiet, u f'mistoqsijiet ambjentali, biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis ikkawżat mill-iskart;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw il-proposti quddiem l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tissostitwixxi l-fjuwil attwali bid-diżil sa l-2020, u l-possibilità tal-inklużjoni tal-qasam marittimu fl-iskema ta' skambju tal-emissjonijiet;

32.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw b'mod attiv it-titjib kontinwu tal-flotta ta' “Tfittxija u Salvataġġ” (SAR) u funzjonalitajiet oħra tas-SAR fil-portijiet, skond il-konvenzjonijiet SOLAS (is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar) u SAR u biex itejbu iktar il-koperazzjoni bejn iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni ta' Salvataġġ Marittimu;

33.

Iqis li hemm ħtieġa għal iktar żvilupp tal-programmi “Clean ship” u “Clean port”;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u s-settur biex jinkoraġġixxu kumpaniji tat-trasport bil-baħar biex inaqqsu n-numru ta' kontejners vojta trasportati u biex jagħmlu użu sħiħ minn din il-kapaċità u biex jinkoraġġixxu inizjattivi b'dan il-għan (e.ż. permezz ta' programmi ta' riċerka) waqt li jqisu l-bżonnijiet reali u speċifiċi tal-klijenti kif ukoll inaqqsu l-impatt ambjentali;

35.

Jilqa' bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva dwar il-ħolqien ta' spazju Ewropew tat-trasport bil-baħar mingħajr fruntieri u jqis li l-għan ta' din il-proposta għandu jkun li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasport bil-baħar u t-trasport fuq l-art fl-Unjoni;

36.

Jirrakkomanda li l-prodotti kklirjati mill-Komunità għandhom ikunu eżentati minn kontrolli doganali fit-trasport bil-baħar għal distanza qasira fi ħdan il-Komunità u wkoll jitkellem favur, sa fejn hu possibbli, il-ħolqien ta' zoni tal-portijiet separati għat-traffiku intrakomunitarju u għat-traffiku internazzjonali, flimkien mas-simplifikazzjoni tat-trasport intern, l-istandardizzazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontejners speċjali;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi u ttejjeb il-politiki għall-iżvilupp u l-appoġġ għal trasport għal distanza qasira bil-baħar;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' dokument ta' trasport uniku għall-kontejners fil-Komunità biex il-proċeduri amministrattivi jsiru aktar effiċjenti;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju tal-fondi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi lill-portijiet kummerċjali Ewropej biex jiġi identifikat it-tagħwiġ possibbli tal-kompetizzjoni u biex jiġi ċċarat fil-linji gwida tal-għajnuna tal-Istat liema tipi ta' għajnuna mogħtija lill-awtoritajiet tal-portijiet għandhom jitqiesu bħala għajnuna tal-Istat; jemmen li investimenti possibbli mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati portijiet ma għandhomx jiġu meqjusa bħala għajnuna tal-Istat meta jkunu intenzjonati biex imorru direttament għat-titjib ambjentali jew għat-tnaqqis tal-konġestjoni u għalinqas użu tat-toroq għat-trasport ta' merkanzija, b'mod partikolari meta huwa kkonsidrat li huwa essenzjali li tiġi żgurata koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (eż. fir-rigward ta' gżejjer) sakemm din ma tibbenefikax lill-utent jew operatur wieħed;

40.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika linji gwida għall-għajnuna tal-Istat għall-portijiet fl-2008, u temmen li dawn il-linji gwida għandhom ikopru z-zona tal-port bħala tali, b'distinzjoni bejn l-infrastruttura tal-aċċess u tad-difiża, l-infrastuttura marbuta mal-proġett u s-sovrastruttura u mingħajr ebda distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta' portijiet;

41.

Japprova l-estensjoni tal-bżonnijiet ta' trasparenza stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi (9), iżda jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsidra tnaqqis fil-limitu minimu tad-dħul annwali, minflok obbligu assolut;

42.

Jinnota, b'mod partikolari, l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna l-konċessjonijiet portwarji u jistedinha biex iżżomm f'moħħha l-importanza tal-flessibilità għall-awtoritajiet portwarji f'dan il-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tat-tiġdid tal-konċessjonijiet marbuta ma' investimenti kbar, iżda jemmen li din il-flessibilità ma għandhiex tintuża biex timpedixxi l-kompetizzjoni fi ħdan il-portijiet;

43.

Jemmen li ż-żamma tal-bilanċ bejn il-libertà li jingħataw is-servizzi u t-talbiet speċifiċi tal-portijiet hija ta' importanza kbira, waqt li jenfasizza l-ħtieġa għall-koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat biex il-portijiet ikunu mmodernizzati;

44.

Iħeġġeġ l-użu ta' programmi ta' koperazzjoni territorjali Ewropej skond il-politika ta' koeżjoni u programmi ta' koperazzjoni skond il-politika tal-viċinat u tat-tkabbir tal-UE, iżda wkoll tħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati biex iħaddnu kemm jista' ikun strateġija transkonfinali għall-użu tal-kapaċità eżistenti meta tiġi kofinanzjata l-infrastruttura tal-portijiet;

45.

Jappoġġa bis-sħiħ l-irwol ta' portijiet trust li jkunu proprjetà lokali, mingħajr l-għan tal-profitt u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej biex jieħdu passi biex iħarsuhom min-nuqqas ta' manutenzjoni, ladarba l-benefiċċju soċjali, rikreazzjonali u turistiku tagħhom għall-komunitajiet ta' madwarhom imur lil hinn mill-funzjoni ekonomika oriġinali tagħhom;

46.

Jinsisti li kwalunkwe dibattitu dwar l-Ewropa u l-politika marittima tagħha, jekk irid ikollu suċċess, irid jinkludi l-irwol ewlieni tas-settur Ewropew tas-sengħa rikreattiva f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku lokali, ladarba l-portijiet għar-rikreazzjoni ma humiex biss vetrina għall-intern tal-pajjiż, u għodda turistika qawwija għall-promozzjoni tal-utilizzazzjoni tal-port u tal-inħawi tiegħu, imma huma wkoll servizz ta' għoti ta' provvisti essenzjali għall-kummerċ lokali;

47.

Jilqa' l-enfasi li tqiegħdet fuq id-djalogu fis-settur portwarju; isejjaħ għall-ħolqien ta' kumitat ta' djalogu soċjali Ewropew u jqis li dan għandu jittratta suġġetti marbuta mal-portijiet, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, il-konċessjonijiet u l-konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-1979 Nru. 152 dwar is-sigurtà u s-saħħa (manutenzjonijiet portwarji);

48.

Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni u tal-ogħla livell ta' taħriġ għall-ħaddiema tal-portijiet; jappoġġa x-xewqa tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-ħaddiema tal-portijiet bi kwalifika bażika rikonoxxuta reċiprokament biex tiġi appoġġata l-flessibilità f'dan is-settur; għal dan il-għan u bħala l-ewwel pass, iqis li għandhom jitqabblu s-sistemi differenti ta' kwalifiki professjoni eżistenti għall-ħaddiema tal-portijiet; iqis, madankollu, li din il-kwalifika bażika ma jridx ikollha l-effett li tbaxxi l-livell medju ta' kwalifiki tal-ħaddiema tal-portijiet fi Stat Membru;

49.

Jipproponi li s-suġġet ta' kwalifiki professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja jkun indirizzat flimkien mas-sieħba soċjali fil-kumitat Ewropew għad-djalogu soċjali tal-ġejjieni;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod ġenerali tippromwovi l-iskambju ta' prattika tajba fis-settur tal-portijiet, u f'dak li għandu x'jaqsam mal-innovazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema b'mod partikolari, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi, il-kompetittività u l-livell ta' investiment miġbud;

51.

Jilqa' l-introduzzjoni tal-Jum Marittimu Ewropew, fl-20 ta' Mejju, u b'mod partikolari jappoġġa l-introduzzjoni ta' ”jum miftuħ għal kulħadd” li jista' jinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jifhem aħjar ix-xogħol u l-importanza tas-settur tal-portijiet;

52.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, skond ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (10), tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-regolamenti tal-Istati Uniti, li jiflu bir-reqqa 100 % tal-merkanzija lejn l-Istati Uniti, jinbidel biex tkun żgurata l-koperazzjoni bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta' “operaturi ekonomiċi awtorizzati” u tal-istandards ta' sigurtà miftiehma fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (C-TPAT, SAFE); jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ispejjeż potenzjali għan-negozji u għall-ekonomija tal-UE tal-eżami ta' 100 % tal-kontenituri tal-merkanzija destinata għall-Istati Uniti, kif ukoll l-impatt potenzjali tagħha fuq l-operazzjonijiet tad-dwana;

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 531.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0087.

(3)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(4)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(5)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.

(8)  Cf. Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru. 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-permess ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija trans-Ewropea (ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1).

(9)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

(10)  Testi Adottati P6_TA(2008)0192.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/79


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
It-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa

P6_TA(2008)0409

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa (2008/2008(INI))

2009/C 295 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Aġenda tal-UE fil-qasam tat-Trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa” (COM(2007)0606), “Pjan ta' azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija” (COM(2007)0607), “Lejn netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija” (COM(2007)0608), u “Kuntratti multi-annwali għall-kwalità tal-infrastruttura ferrovjarja” (COM(2008)0054),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-’Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa — is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli’ (COM(2006)0336),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta' sistema ta' kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja ERTMS/ETCS (COM(2005)0298),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 u t-30 ta' Novembru u tat-3 ta' Diċembru 2007 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-’Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija’ kif ukoll tas-7 ta' April 2008 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' “Netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija”,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni “Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (COM(2007)0551),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa — is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008“Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0326/2008),

A.

billi s-settur tat-trasport huwa responsabbli għal kważi 30 % tal-emissjonijiet CO2 fl-UE — daqs 40 % fl-ibliet — u minkejja l-ftit sforzi li saru fl-iżvilupp teknoloġiku u fl-innovazzjoni, l-emissjonijiet CO2 żdiedu b'26 % bejn l-1990 u l-2005, filwaqt li f'oqsma oħra dawn tnaqqsu b'10 % bis-saħħa ta' investimenti sostanzjali (li jlaħħqu l-biljuni ta' Euro),

B.

billi t-trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa għandu rwol vitali biex ikun hemm ekonomija ta' suċċess u kompetittiva, biex jintlaħqu t-talbiet tal-konsumaturi u fil-ħolqien ta' numru konsiderevoli ta' impjiegi u tal-ġid għaċ-ċittadini Ewropej,

C.

billi hija prevista żieda ta' madwar 50 % (f'tonne-kilometres (tkm)) bejn l-2000 u l-2020, kif tbassar il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu 'Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: “Il-waqt li niddeċiedu” (COM(2001)0370), u billi t-trasport tal-merkanzija bejn l-1995 u l-2005 żdied bi 30 % aktar mill-GDP; billi, barra minn hekk, it-tkabbir tat-trasport tal-merkanzija b'mod ġenerali kien ir-riżultat ta' żieda sproporzjonata tat-trasport bl-ajru u fuq it-toroq meta mqabbel ma' mezzi oħra tat-trasport,

D.

billi soluzzjonijiet immirati lejn loġistiki aktar sostenibbli u effiċjenti u s-sistemi ta' trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fl-integrazzjoni intermodali tal-mezzi kollha tat-trasport mhux biss iwasslu għal titjib fl-ekonomija u fis-sigurtà, iżda jilħqu wkoll l-objettivi tal-UE fl-oqsma tal-bidla fil-klima u l-iffrankar ta' enerġija li trid tintlaħaq sa l-2020,

E.

billi, sabiex jilħqu dawn l-obbjettivi, l-UE u l-Istati Membri għandhom, fil-kuntest attwali ta' riżorsi baġitarji inadegwati, jistabilixxu numru ta' prijoritajiet koordinati għalihom stess, li jikkonċentraw ir-riżorsi tagħhom fuq numru limitat ta' miżuri mmirati lejn is-sostenibilità u l-intermodalità fit-trasport tal-merkanzija u li jqisu ir-reġjuni sensittivi,

F.

billi n-netwerk Ewropew tal-kurituri għandu jiġi żviluppat b'mod aktar effettiv, ibbażat fuq in-netwerk u strutturi u teknoloġiji eżistenti u li jinkorpora wkoll il-“kurituri li jirrispettaw l-ambjent” għall-mezzi kollha tat-trasport tal-merkanzija, bi kriterji ambjentali sostenibbli u ambizzjużi,

G.

billi l-għan tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Loġistika tal-Merkanzija msemmi hawn fuq irid ikun li jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' trasport fl-Ewropa u lil hinn minnha għall-benefiċċju tal-kumpaniji Ewropej kollha u għall-kompetittività Ewropea kollha,

1.

Jenfasizza li s-sistemi Ewropej tat-trasport tal-merkanizija għandhom jiffaċċjaw sfidi kbar biex iżidu l-integrazzjoni u s-sostenibilità effettiva tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa, billi jagħtu kontribuzzjoni akbar lejn it-titjib tal-mobilità, l-effiċċjenza fl-enerġija, u t-tnaqqis tal-konsum taż-żejt, tal-emmissjonijiet li jniġġsu u tal-ispejjeż esterni, u għalhekk jilqa' l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija aktar 'l fuq; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija biex fil-futur jappoġġjaw politika tat-trasport tal-merkanzija li tkun aktar sostenibbli f'termini ta' mobilità, ta' ambjent, ta' klima, ta' ekonomija, ta' sikurezza u ta' interessi soċjali, billi jintużaw sistemi loġistiċi aktar effiċjenti, fil-kuntest ta' Unjoni Ewropea akbar, bħala parti mill-integrazzjoni gradwali ta' kurituri transkonfinali tal-merkanzija bil-ferrovija li jkollhom prijorità, ċentri ta' interkonnessjoni u netwerks konvenzjonali permezz tal-promozzjoni tal-prinċipji tal-utent u min iniġġes iħallas għall-modi kollha tat-trasport;

2.

Jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-komodalità u l-intermodalità għandhom jibqgħu fatturi ewlenin fil-ħolqien ta' trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa;

3.

Madankollu jinnota li l-kompetenzi u r-riżorsi tal-UE għat-titjib fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija huma limitati, jinnota li partijiet ewlenin tan-netwerk diġà qed ikunu użati fil-kapaċità sħiħa tagħhom; għalhekk iħeġġeġ lill-ministri tat-trasport responsabbli għar-rotot Ewropej ewlenin biex iqajmu l-kwistjoni tal-investimenti fl-infrastruttura u għallinqas jiftehmu biex jikkoordinaw il-Pjanijiet Nazzjonali ta' Investiment tagħhom fir-rigward tal-kurituri rispettivi tagħhom;

4.

Jinsab konvint li l-loġistika tat-trasport urban tal-merkanzija teħtieġ strateġija speċifika; jispera li d-dibattitu dwar il-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar il-Mobilità Urbana, flimkien mal-Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija, jista' jirriżulta fi skambju ta' prattiki tajba bejn il-bliet sabiex jinstabu modi sostenibbli biex il-provvisti jiġu ttrasportati fl-ibliet;

5.

Għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tipproponi, mhux aktar tard minn tmiem l-2008 programm għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri responsabbli għall-proġetti f'din iż-żona, u li tiffaċilita u tevalwa soluzzjonijiet għall-intoppi kurrenti, b'attenzjoni partikulari għat-trasport tal-oġġetti, filwaqt li tqis il-valur miżjud tal-element tal-loġistika;

6.

Jappoġġja l-idea ta' netwerks iddedikati għall-ġarr tal-merkanzija, li għandhom jisfruttaw in-netwerks tat-traffiku konvenzjonali eżistenti li qed jiġu lliberati bħala riżultat tal-progress li qed isir mill-ferroviji ta' veloċità kbira;

7.

Jenfasizza li n-netwerks tal-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija għandhom ikunu bbażati fuq il-kurituri tal-merkanzija l-aktar “relevanti għas-suq” filwaqt li jqisu l-kurituri ERTMS (Sistema Ewropea ta' Mmaniġġjar tat-Traffiku tal-Ferroviji) eżistenti u n-netwerk TEN-T (Trasport Trans-Ewropew), (jiġifieri estiżi kif meħtieġ sabiex ikunu inklużi oqsma speċifiċi li jiġġeneraw volumi kbar ta' traffiku, pereżempju l-portijiet); iqis li għandhom jinħatru “koordinaturi ta' livell għoli tal-kurituri”, kull fejn dan ikun għadu ma sarx; jistieden lill-AgenzijaFerrovjarja Ewropea, bħala l-awtorità tal-ERTMS, sabiex tassigura li dawn ir-rotot isiru interoperabbli;

8.

Jistenna li l-Kummissjoni tiddefinixxi r-“kurituri ħodor” bħala proġetti eżemplari ta' mobilità u intermodalità biex it-trasport jiġi ttrasferit għal mezzi li jħarsu l-ambjent sabiex jitnaqqsu l-inċidenti b'mod globali, il-ħsejjes, it-tniġġis tal-arja tossiku u mhux tossiku lokali, l-emissjonijiet tas-CO2, l-użu ta' art agrikola u l-konsum tal-enerġija kif ukoll iż-żieda fl-użu ta' għejun ta' enerġija li tiġġedded (b'mod partikolari ta' enerġija mir-riħ u mix-xemx) skond il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-għanijiet tagħha u s-sistemi intelliġenti tat-trasport;

9.

Iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex joffru inċentivi aktar qawwija għall-promozzjoni tal-kompatibilità ambjentali fil-mezzi kollha tat-trasport u għall-appoġġ tal-kombinazzjonijiet l-aktar effiċjenti tagħhom, li għandu jwassal għall-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent fuq kollox fil-kurituri ’ħodor’;

10.

Jipproponi li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni tal-ippjanar reġjonali, il-proċessi ta' produzzjoni u l-istruttura tas-suq — u saħansitra l-fatt li jiġi evitat l-użu tat-trasport bla ħtieġa — u biex jingħata kontribut favur distanzi qosra u/jew aġġustament fil-veloċità fit-trasport tal-merkanzija; huwa tal-fehma li għandu jiġi evitat “stop-go” fit-trasport tal-merkanzija li jirrekjedi l-ħin u l-enerġija bis-saħħa ta' aġġustament kompjuterizzat tal-veloċità;

11.

Iqis li t-titjib ta' implimentazzjoni u tisħiħ xieraq tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża u kontaminanti sorveljata u kkontrollata aħjar hija prijorità;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimxu 'l quddiem bl-iskambju tal-aħjar prattiki f'żoni transkonfinali sensittivi (żoni muntanjużi u urbani), kif ukoll fi bliet, billi jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-riżolużżjoni msemmija aktar 'l fuq dwar il-mobilità urbana u l-esperjezza miksuba mill-programm CIVITAS dwar trasport aktar nadif u aħjar fl-ibliet, billi jittejjeb l-aspett loġistiku;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra il-kofinanzjament tal-UE dwar l-effiċjenza, l-interoperabilità u t-tijib tal-infrastruttura ferrovjarja, iċ-ċentri ta' interkonnessjoni ta' mezzi ta' trasport differenti ta' merkanzija;

14.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fl-istennija tal-eżami bir-reqqa tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mistenni għall-2009, biex jikkunsidraw minn issa l-pożizzjoni tat-trasport f'dak il-baġit, sabiex ikun evitat kwalunkwe repetizzjoni ta' żbalji tal-passat u biex jiżguraw investimenti ġejjienin biżżejjed f'infrastrutturi strateġiċi sabiex jinkisbu l-objettivi li l-Unjoni poġġiet lilha nnifisha fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet;

15.

Jisħaq li sistemi interoperabbli ta' tariffi għat-trasport huma tal-akbar importanza għat-trasport tal-merkanzija effiċjenti fl-Ewropa;

16.

Iqis li konnessjoni aħjar bejn il-portijiet kostali u interni man-netwerk ferrovjarju u tat-toroq ta' ġewwa l-pajjiż hija komponent importanti għall-infrastruttura tat-trasport; jenfasizza l-importanza tal-irwol tal-pjattaformi interni u tat-tarzni;

17.

Huwa konvint mill-potenzjal tal-ibħra interni fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura implimentazzjoni xierqa tal-programm ta' azzjoni NAIADES dwar il-promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni tal-Ewropa;

18.

Jenfasizza li investimenti fit-terminals tal-parti interna tal-pajjiż jistgħu jiġu realizzati b'mod flessibbli u fi żmien qasir u b'kekk jiġu megħluba l-postijiet ta' konġestjoni fil-katina sħiħa tal-mezzi differenti ta' trasport;

19.

Jitlob għar-rispett u/jew l-introduzzjoni ta' normi intermodali stabbli għal dak li għandu x'jaqsam mad-dimensjonijiet u t-toqol tal-vetturi, tal-containers u istallazzjonijiet ta' trasbord biex ikunu kkunsidrati li huma ta' importanza strateġika biex it-trasport tal-merkanzija jiġi trasferit fuq il-binarji u r-rotot fuq l-ilma li jkunu sostenibbli, sabiex b'dan il-mod jonqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura;

20.

Jinnota li sistemi tekniċi orizzontali differenti, li jissimplifikaw il-possibilitajiet ta' trasferiment ta' tagħbija minn trakkijiet għal fuq vetturi ferrovjarji kif ukoll biex it-tagħbija tgħaddi minn binarji ta' wisa' differenti, spiss ma jkunux standardizzati; għalhekk iħeġġeġ lill-entitajiet leġiżlattivi internazzjonali u Ewropej biex jistandardizzaw dawn is-sistemi tekniċi b'mod partikolari sabiex tiżdied l-effiċjenza u jonqsu l-ispejjeż; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jkun adottat malajr standard dinji għall-unitajiet ta' tagħbija intermodali;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tifformula linji gwida għall-għoti ta' sussidji għall ambjent u għas-settur ferrovjarju b'mod li jiġi ffaċilitat l-investiment fit-trasport ferrovjarju sostenibbli tal-merkanzija; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza strateġika li għandu l-kofinanzjament fit-tnaqqis tal-ħsejjes, anki fis-sors (il-modernizzar tal-vaguni), kif diġà huwa l-każ għall-makkinarju ERTMS tal-materjal fuq ir-roti;

22.

Huwa konvint li l-ġestjoni tal-infrastruttura u l-forniment tas-servizzi għandha tkun transkonfinali, mhux diskriminatorja u trasparenti, sabiex tippermetti loġistika tal-merkanzija effikaċi, interoperabbli u mingħajr diffikultajiet; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tat-twettiq ulterjuri tas-suq tat-trasport intern għall-mezzi kollha tat-trasport; jilqa f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta' ’spazju ta' trasport Ewropw marittimu mingħajr ostakli’ u jappoġġja l-idea ta' dokument uniku tat-trasport u ta' ’punt ta' kuntatt uniku’ għall-mezzi tat-trasport kollha;

23.

Jenfasizza li suq intern fit-trasport tal-merkanzija bit-triq li jaħdem b'mod effettiv jista' jgħin biex it-trasport ikun aktar effiċjenti u jnaqqas in-numru ta' vjaġġi bla tagħbija; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforza b'mod strett il-liġi tal-UE dwar is-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq u tal-kabotaġġ; jagħraf li l-Istati Membri huma permessi li jillimitaw il-kabotaġġ taħt ċerti kundizzjonijiet, imma jitlob lill-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattat, biex tieħu azzjoni stretta kontra restrizzjonijiet u penalitajiet mhux proporzjonati li numru ta' Stati Membri qed jinponu fuq trasportaturi barranin f'dan ir-rigward;

24.

Jqappella lill-Kummissjoni biex fil-kuntratti multi-annwali għall-kwalità tal-infrastruttura ferrovjarja, tfassal kundizzjonijiet ta' qafas għal standards minimi Ewropej tal-kwalità; jipproponi lill-Istati Membri biex jorbtu l-għoti ta' fondi għall-bini, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja ma' dawn l-istandards ta' kwalità u biex iqishom bħala pakkett inseparabbli, biex b'hekk jingħata kontribut għaż-żieda fl-effiċjenza u għat-tnaqqis tal-ispejjeż;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja u tippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-aħjar prattika dwar kuntratti multiannwali għall-kwalità tal-infrastruttura; jistieden lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Kommunikazzjoni COM(2008)0054 tagħha msemmija hawn fuq, sabiex tiżviluppa format għall-ħolqien ta' punti ta' riferiment għas-servizzi tal-infrastruttura b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-maniġers tal-infrastruttura, inkluża l-pubblikazzjoni ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rakkomandazzjonijiet aktar b'saħħithom għall-kuntratti multiannwali għall-kwalità u għall-kapaċità tal-infrastruttura (ibbażati fuq il-monitoraġġ trasparenti tal-implimentazzjoni attwali tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14/KE (3)); f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw dawn l-oqsfa ta' finanzjament multiannwali sabiex tiġi garantita stabilità finanzjarja lill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-manutenzjoni u tal-bżonnijiet ta' tiġdid tagħhom (li tinvolvi finanzjament pubbliku adegwat);

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja proġetti dwar l-użu differenzjat ta' linji ta' veloċità kbira, pereżempju għal trasporti ta' tagħbija ħafifa;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq studju dwar il-vetturi tat-trasport attrezzati b'sistema ta' navigazzjoni bis-satellita fl-Unjoni Ewropea, sabiex tevalwa fuq din il-bażi l-interoperabilità jew il-kompatibilità transkonfinali ta' dawn is-sistemi ma' sistemi tekniċi eżistenti, biex tinstalla navigazzjoni bis-satellita interoperabbli għall-vaguni l-ġodda u tippromwovi l-attrezzament tal-vaguni tat-trasport li diġa qed joperaw; jappoġġa l-fatt li jiġu adottati l-aħjar prattiki fit-teknika ta' tagħbija, b'hekk li jiffurmaw il-katina intermodali mill-bidu sa l-aħħar tal-proċess ta' trasbord u tagħbija, b'mod li tiżdied l-effikaċja tas-settur kollu kemm hu;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-proċeduri amministrattivi tal-awtoritajiet involuti fis-suq tat-trasport tal-merkanzija jiġu standardizzati u simplifikati, flimkien ma' regoli u proċeduri simplifikati tad-dwara fil-fruntieri; jilqa' b'mod partikulari d-deċiżjoni li jitwaqqaf spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakli, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappella lill-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjoni internazzjonali xierqa biex jiżviluppaw dokument wieħed intermodali;

30.

Jenfasizza li hemm nuqqas ta' edukazzjoni tajba dwar il-loġistika min-naħa tal-universitajiet u għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità assoluta lill-edukazzjoni ogħlja fis-settur tal-loġistika u tat-trasport tal-merkanzija;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja proġetti u riċerka u taħdem lejn flussi ta' informazzjoni standard sabiex tiżgura l-integrazzjoni u l-interoperabilità tal-modi fuq livell ta' dejta;

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 154.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0356.

(3)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ferrovjarja, it-tariffi fuq l-infrastruttura ferrovjarja u ċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tas-sigrutà (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29).


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/83


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
L-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010

P6_TA(2008)0410

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (2007/2252(INI))

2009/C 295 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward “Ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Ambjent Ewropew u tal-Pjan ta' Ħidma dwar is-Saħħa 2004-2010” (COM(2007)0314),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew favur l-ambjent u s-saħħa 2004-2010 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tas-27 ta' Lulju 2007 bl-isem ta' “Principles for evaluating health risks in children associated with exposure to chemicals” (Il-prinċipji għall-evalwazzjoni tar-riskji tas-saħħa fit-tfal assoċjata ma' espożizzjoni għall-prodotti kimiċi),

wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 174 tat-Trattat KE mmirati lejn livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0260/2008),

A.

billi jinnota b'interess li mill-2003 'l hawn, l-Unjoni Ewropea bbażat l-politika tagħha dwar il-ħarsien tas-saħħa fuq koperazzjoni aktar stretta bejn is-setturi tas-saħħa, tal-ambjent u tar-riċerka, ħaġa li twassal biex wieħed jispera li eventwalment tiġi introdotta strateġija Ewropea koerenti u integrata fil-qasam tas-saħħa ambjentali,

B.

billi l-assi maħluqa attwalment mill-Unjoni fil-kuntest tal-ewwel pjan ta' azzjoni tagħha favur l-ambjent u s-saħħa (2004-2010) (COM(2004)0416), jiġifieri l-preparazzjoni tal-indikaturi, l-iżvilupp tas-sorveljanza integrata, il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dejta relevanti, kif ukoll il-multiplikazzjoni tar-riċerki, x'aktarx se jippermettu fehim aħjar tal-interazzjonijiet bejn is-sorsi ta' tniġġis u l-effett sanitarji, għalkemm dan mhux biżżejjed biex jitnaqqas in-numru li dejjem qed jikber tal-mard marbut ma' fatturi ambjentali,

C.

billi huwa kważi impossibbli li jiġi stabbilit il-bilanċ f'nofs il-perjodu ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni peress li dan ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż kwantifikat, u huwa diffiċli li jiġi determinat il-baġit totali allokat għalih li żgur mhux biżżejjed għall-promozzjoni effiċjenti tiegħu;

D.

billi, filwaqt li l-programm dwar is-saħħa (2008-2013) għandu bħala objettiv partikulari li jkun hemm azzjoni fuq il-fatturi determinanti tradizzjonali tas-saħħa li huma l-alimentazzjoni li huma l-alimentazzjoni, it-tipjip, il-konsum tal-alkoħol u d-drogi; billi dan il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2004-2010) għandu jikkonċentra fuq ċerti sfidi sanitarji ġodda u wkoll jindirizza l-fatturi ambjentali determinanti li jaffettwaw s-saħħa tal-bniedem, bħalma huma l-kwalita tal-arja esterna u interna, il-mewġ elettromanjetiku, in-nanopartiċelli u s-sustanzi kimiċi li hemm tħassib kbir dwarhom (sustanzi klassifikati bħala kanċeroġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), u perturbaturi endokrini), kif ukoll ir-riskji għas-saħħa dovuti għat-tibdil fil-klima,

E.

billi l-mard respiratorju qiegħed fit-tieni post fost il-mard li jwassal għal mewt, inċidenza, prevalenza u spejjeż fl-Unjoni, u billi dan huwa l-kawża prinċipali tal-mewt fost it-tfal ta' inqas minn 5 snin, u li dan jibqa' jiżviluppa, b'mod partikulari, minħabba t-tniġġis tal-arja esterna u interna;

F.

billi t-tniġġis atmosferiku, li huwa kkawżat b'mod partikulari minn partiċelli żgħar u ozonu fil-livell tal-art, huwa theddida sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u qiegħed jeffettwa l-iżvilupp kif xieraq tat-tfal u qiegħed inaqqas it-tul mistenni ta' ħajja fl-UE (3);

G.

billi rigward il-kwistjoni tas-saħħa ambjentali urbana, b'mod partikulari rigward il-kwalità tal-arja interna, il-Komunità, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, trid tagħmel aktar sabiex tiġġieled kontra t-tniġġis domestiku peress li kull ċittadin Ewropew iqatta' medja ta' 90 % tal-ħin tiegħu ġewwa,

H.

billi l-Konferenzi tal-Ministri tad-WHO tal-2004 u l-2007 dwar l-ambjent u s-saħħa enfasizzaw ir-rabtiet bejn l-influwenza mħallta u kumplessa ta' tniġġis kimiku u ċertu numru ta' problemi u mard kroniku, b'mod partikulari fost it-tfal, u billi dan it-tħassib jinsab ukoll fid-dokumenti uffiċjali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (PUNE) u tal-Forum Intergovernattiv dwar is-sigurtà kimika (IFCS),

I.

billi hemm dejjem aktar provi xjentifiċi li ċerti kankri, bħal ma huma l-kankru tal-bużżieqa tal-marrara, il-kankru tal-għadam, il-kankru tal-pulmun, il-kankru tal-ġilda, il-kankru tas-sider u kankri oħrajn huma kkawżati mhux biss mill-effetti tas-sustanzi kimiċi, tar-radjazzjoni u ta' partiċelli fl-arja iżda wkoll minn fatturi ambjentali oħrajn,

J.

billi flimkien ma' dawn l-iżvilupp problemtaċi fil-qasam tas-saħħa ambjentali, dan l-aħħar snin kien hawn manifestazzjoni ta' mard gdid jew sindromi ta' mard, bħalma huma l-ipersensibilità kimika multipla, is-sindromu tal-amalgama dentali, l-ipersensibilità għar-raġġi elettromanjetiċi, is-sindromu tal-bini li jagħmel ħsara lis-saħħa jew is-sindromu ta' defiċit tal-attenzjoni u l-iperattività (ADHD) fost it-tfal,

K.

billi l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa speċifikament stipulat fit-Trattat mill-1992, billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ippreċiżat bosta drabi il-kontenut u l-iskop ta' dan il-prinċipju fil-liġi Komunitarja bħala wieħed mill-pedamenti tal-politika ta' protezzjoni fil-mira tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent u tas-saħħa (4),

L.

billi n-natura tal-kriterji adottati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Frar 2000 dwar ir-rikors għall-prinċipju ta' prekawzjoni (COM(2000)0001) hija waħda li torbot ħafna, u x'aktarx lanqas m'hi prattikabbli,

M.

billi kkunsidra l-importanza tas-sorveljanza bijoloġika umana bħala strument ta' evalwazzjoni tal-livell ta' espożizzjoni tal-popolazzjoni Ewropea għall-effetti ta' tniġġis u l-volonta?, li ġiet repetuta ħafna drabi mill-Parlament Ewropew, għall-punt 3 ta' din ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill “Ambjent” tal-20 ta' Diċembru 2007 biex jiġi mgħaġġel it-twaqqif ta' programm ta' sorveljanza bijoloġika fil-livell tal-Unjoni,

N.

billi huwa ġeneralment rikonoxxut li t-tibdil fil-klima jista' jkollu sehem importanti fiż-żieda ta' inċidenza u severità ta' ċertu mard, u b'mod partikulari, li l-frekwenza ta' sħana kbira, għargħar u n-nirien fl-art mhux ikkultivata — bħala l-aktar diżastri naturali frekwenti fl-Unjoni — tista' twassal għal aktar mard, kundizzjonijiet ħżiena tal-iġjene u mwiet, filwaqt li fl-istess waqt huma rikonoxxuti l-effetti tajbin għas-saħħa ta' miżuri li jnaqqsu t-tibdil fil-klima;

O.

billi t-tibdil fil-klima se jħalli effetti sinifikkanti fuq is-saħħa tal-bniedem li fosthom insibu li twassal għall-iżvilupp ta' ċerti infezzjonijiet u mard parassitiku, l-aktar minħabba bidliet fit-temperaturi u fl-umdità u l-impatt ta' dawn fuq l-ekosistemi, l-annimali, il-pjanti, l-insetti, il-parassiti, il-protozoa, il-mikrobi u l-virus,

P.

billi d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (5) u d-direttivi sussidjarji tagħha għandhom dispożizzjonijiet ċari dwar il-preservazzjoni u r-restawr ta' ilma tajjeb għas-saħħa,

Q.

billi l-mediċina tas-saħħa tal-ambjent hija dixxiplina medika ġdida bbażata fuq tagħlim universitarju li għadu wisq ifframmentat u mhux l-istess madwar l-Istati Membri kollha, u li jistħoqqlu għalhekk li jingħata appoġġ u li jiġi promoss fi ħdan l-Unjoni,

R.

billi n-numru ta' persuni li qegħdin ibatu minħabba fatturi ambjentali qiegħed jiżdied u billi għandhom jiġu żviluppati epimedjoloġiji sabiex tinkiseb stampa ċara ta' dak il-mard li huwa kkawżat, sa ċertu punt jew totalment, minn fatturi ambjentali,

1.

Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni mit-tnedija tal-pjan ta' azzjoni fl-2004, prinċipalment fil-qasam tat-titjib tal-katina ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa, tal-integrazzjoni u tat-tisħiħ tar-riċerka Ewropea f'dan il-qasam u ta' koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati bħad-WHO,

2.

Huwa madankollu tal-fehma li dan it-tip ta' pjan ta' azzjoni jinkludi fih il-bidu ta' nofs falliment minħabba li jimmira biss li jakkumpanja l-politiki Komunitarji li diġa? jeżistu, ma jibbażax fuq politika ta' prevenzjoni mmirata lejn tnaqqis ta' mard marbut mal-fatturi ambjentali u ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż u ma jindika l-ebda valur,

3.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li diġà twettaq programm taħt l-awspiċju tad-WHO li bħala parti minnu l-Istati Membri tad-WHO stabbilixxew il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u lokali tagħhom għas-saħħa tal-ambjent li fihom objettivi u pjanijiet ta' implimentazzjoni speċifiċi; jirrakkomanda għalhekk lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilità li tieħu dan il-programm tad-WHO bħala mudell, li jkun jista' jservi wkoll bħala eżempju utli għall-Unjoni fil-futur;

4.

Jiddispjaċih ħafna li l-Kummissjoni, u b'mod aktar speċifiku d-direzzjoni ġenerali tar-Riċerka tagħha, ma żguratx finanzjament xieraq fil-qasam tas-sorveljanza bijoloġika umana għas-sena 2008, sabiex, b'konformità mal-impenn li ħadet hi stess mal-Istati Membri u l-Parlament, twaqqaf approċċ koerenti tas-sorveljanza bijoloġika fl-Unjoni;

5.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex twieġeb sa l-2010 għal żewġ objettivi essenzjali li stabbilit hi stess fl-2004 u sabiex tistabbilixxi u timplimenta strateġija ta' komunikazzjoni prattika għal dawn l-objettivi, jiġifieri, fuq naħa, is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar it-tniġġis ambjentali u l-impatt ta' dan fuq saħħithom, u fuq oħra, l-analiżi mill-ġdid u l-adattament tal-politika Ewropea għat-tnaqqis ta' riskji;

6.

Jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

7.

Jenfasizza l-fatt li fl-evalwazzjoni tal-impatt fuq is-saħħa ta' fatturi ambjentali trid tingħata kunsiderazzjoni l-ewwel u qabel kollox lill-gruppi vulnerabbli bħalma huma nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu, tfal u anzjani;

8.

Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali biex tingħata lil gruppi vulnerabbli, li huma l-aktar suxxettibbli għal elementi li jniġġsu, bl-introduzzjoni ta' miżuri li jnaqqsu l-espożizzjoni għal elementi li jniġġsu ambjentali f'ambjent magħluq f'faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fi skejjel permezz tal-adozzjoni ta' prattiki xierqa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-arja ta' ambjent magħluq;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex meta tfassal proposti għar-reviżjoni ta' liġijiet eżistenti ma ddgħajjifx dawn il-liġijiet minħabba pressjoni minn lobbies jew organizzazzjonijiet reġjunali jew internazzjonali;

10.

Ifakkar fin-neċessità li l-Unjoni tadotta approċċ kontinwu, dinamiku u flessibbli rigward il-Pjan ta' Azzjoni; iqis li huwa għalhekk essenzjali li l-Unjoni jkollha kompetenza speċifika fil-qasam tas-saħħa ambjentali li sserraħ fuq in-natura trasparenti, multidixxiplinari u kontradittorja tagħha u tippermetti wkoll li tingħata tweġiba għan-nuqqas ta' fiduċja tal-pubbliku ġenerali fir-rigward tal-aġenziji u l-kumitati ta' esperti uffiċjali; jenfasizza l-importanza li jitjieb it-taħriġ ta' esperti tas-saħħa, partikolarment permezz ta' skambji tal-aħjar prattiki fil-livell Komunitarju;

11.

Jenfasizza li dawn l-aħħar snin kienu mmarkati minn progress reali fil-qasam tal-politika ambjentali, b'mod partikolari fil-livell tat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ajru, tat-titjib tal-kwalità tal-ilma, tal-politika tal-ġbir u r-riċiklaġġ tal-iskart, tal-kontroll tal-prodotti kimiċi u tal-projbizzjoni tal-petrol biċ-ċomb, imma jirrimarka, fl-istess ħin, li l-politika Ewropea għadha mmarkata bin-nuqqas ta' strateġija globali u preventiva u n-nuqqas ta' użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni;

12.

Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kriterji mħaddna fil-komunikazzjoni tagħha li diġà ssemmiet dwar l-użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u sabiex il-prinċipju ta' azzjoni u ta' sigurtà, imsejjes fuq l-adozzjoni ta' miżuri proviżorji u proporzjonati, ikun fil-qalba tal-politiki Komunitarji fil-qasam tas-saħħa u l-ambjent;

13.

Iqis li jekk il-piż tal-prova li prodott ma jagħmilx ħsara titqiegħed fuq il-produttur jew l-importatur, tkun tista' tiġi promossa politika msejsa fuq il-prevenzjoni, kif, barra minn hekk, jipprevedi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (6), u, f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi dan l-obbligu għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti kollha; iqis li kull żieda fl-ittestjar tal-annimali skond il-Pjan ta' Azzjoni għandha tkun evitata u għandu jitqies b'mod sħiħ l-iżvilupp u l-użu ta' metodi alternattivi;

14.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq mill-aktar fis miżuri konkreti dwar il-kwalità tal-arja fuq ġewwa, li jiżguraw livell għoli ta' ħarsien ta' siġurtà u ta' saħħa tal-postijiet fuq ġewwa, b'mod partikulari matul ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (7), u li jipproponi miżuri li jżidu l-effikaċja tal-enerġija tal-bini, kif ukoll is-sigurtà tal-elementi kimiċi inklużi fil-kompożizzjoni ta' tgħamir u għamara u jekk jagħmlux ħsara jew le;

15.

Jirrakkomanda li, biex jitnaqqsu effetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent fuq is-saħħa, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri, permezz ta' konċessjonijiet tat-taxxa u/jew inċentivi ekonomiċi oħra, biex ikunu interessati operaturi tas-suq biex itejbu l-kwalità tal-arja f'ambjent magħluq u jnaqqsu espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika fil-binjiet, stabbilimenti u uffiċċji tal-fergħat tagħhom;

16.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq abbozz ta' rekwiżiti minimi xierqa li jiggarantixxu l-kwalità tal-arja ta' ġewwa bini li għadu se jinbena;

17.

Jirrakkomanda li, fl-għoti ta' appoġġ individwali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni taħseb fl-impatt tiegħu fuq il-kwalità tal-arja f'ambjent magħluq, espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika u s-saħħa ta' sezzjonijiet tal-popolazzjoni partikolarment fil-periklu fil-proġetti kkonċernati b'mod simili għal dak li l-attenzjoni hija dedikata għal kriterji ta' protezzjoni tal-ambjent;

18.

Jistieden li jkun hemm standards ta' kwalità ambjentali għal sustanzi ta' prijorità fl-ilma biex ikunu stabbiliti bi qbil mal-aħħar tagħrif xjentifiku u mressqa b'mod regolari bi qbil mal-aħħar ħsieb xjentifiku;

19.

Jenfasizza li ċerti Stati Membri implimentaw b'suċċess laboratorji ta' analiżi mobbli jew “ambulanzi ħodor” sabiex tkun tista' ssir djanjożi ta' malajr u affidabbli tal-ambjent fil-postijiet pubbliċi u privati; iqis li l-Kummissjoni tkun tista' tippromwovi din il-prattika mal-Istati Membri li għad m'għandhomx dan il-mudell ta' intervenzjoni diretta fis-sit imniġġes;

20.

Huwa kkonċernat bin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jiżguraw is-sikurezza ta' prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli u bl-attitudni rilassata tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jkun rivedut il-qafas regolatorju għall-użu ta' nanopartiċelli fi prodotti tal-konsumatur fir-rigward tan-numru jiżdied ta' prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli li jitpoġġew fis-suq;

21.

Huwa mħasseb ħafna bir-rapport internazzjonali Bio-Initiative (8) dwar il-kampijiet elettromanjetiċi, li jissintesizza aktar minn 1 500 studju dedikat għall-kwistjoni, u li, fil-konklużjonijiet tiegħu, jenfasizza l-perikli għas-saħħa minn emissjoni tat-tip ta' telefonija mobbli bħat-telefown mobajl, l-emissjonijiet UMTS-Wifi-Wimax-Bluetooth u t-telefown fuq bażi fissa “DECT”;

22.

Jirrimarka li l-limiti ta' espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi stabbiliti għall-pubbliku għadda żmienhom peress li ma ġewx adattati minn meta ħarġet ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (9), evidentement ma jqisux l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u, barra minn hekk, la ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u lanqas ir-regoli dwar emissjonijiet l-aktar eżiġenti li saru, pereżempju, mill-Belġju, l-Italja jew l-Awstrija u ma tkunx indirizzata l-kwistjoni ta' gruppi vulnerabbli, bħal nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu u tfal;

23.

Jistaqsi għaldaqstant lill-Kunsill biex jimmodifika r-rakkomandazzjoni tiegħu 1999/519/KE sabiex jikkunsidra l-aħjar prattiki nazzjonali u biex b'dan il-mod jistabbilixxi valuri limiti ta' espożizzjoni aktar stretti għall-apparat kollu li jarmi raġġi elettromanjetiċi bi frekwenzi bejn 0.1 MHz u 300 GHz;

24.

Qed jieħu bis-serjetà ħafna d-diversi theddid ikkawżat mit-tisħin tal-klima fit-territorju tal-Unjoni u jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn id-WHO, l-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' allert minn qabel u sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil tal-klima fuq is-saħħa;

25.

Jimmarka li dan il-Pjan ta' Azzjoni għandu jibbenefika minn estensjoni ta' azzjonijiet dwar impatti negattivi mill-bidla fil-klima sas-saħħa tal-bniedem bl-elaborazzjoni ta' miżuri ta' adattament effettivi meħtieġa fil-livell tal-Komunità, bħal:

programmi ta' edukazzjoni pubbliċi u ta' żieda fit-tagħrif sistematiċi;

integrazzjoni ta' miżuri ta' adattament tal-bidla fil-klima fi strateġiji u programmi tas-saħħa pubblika, bħal mard li jista' jkun u li ma jistax ikun komunikat, is-saħħa tal-ħaddiema u mard tal-annimali perikoluż għas-saħħa;

sorveljanza xierqa li timmira lejn l-identifikazzjoni minn kmieni ta' mard li jitfaċċa f'daqqa;

sistemi u reazzjoni ta' avviż minn kmieni relatati mas-saħħa;

koordinament ta' netwerks ta' mmonitorjar tad-dejta ambjentali attwali ma' netwerks ta' mard li jitfaċċa f'daqqa;

26.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jirrispondu b'mod adegwat għat-theddidiet il-ġodda tal-bidla fil-klima bħaż-żieda fil-preżenza ta' vajrusis ġodda u ta' patoġeni mhux magħrufa u għal din ir-raġuni jimplimentaw teknoloġiji ġodda eżistenti għat-tnaqqis ta' patoġeni li jnaqqsu vajrusis magħrufa u mhux magħrufa u patoġeni oħra li jittieħdu permezz tad-demm;

27.

Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni attwali tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċji tal-”20 għal darbtejn sa l-2020 — L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa” (COM(2008)0030) tqis biss il-benefiċċji tas-saħħa tat-tniġġis imnaqqas tal-arja bi tnaqqis ta' emissjonijiet minn gass bl-effett serra sa l-2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kobenefiċċji (anċillari) għas-saħħa ta' diversi livelli ta' ambizzjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti intergovernattiv dwar il-bidla fil-klima ta' tnaqqis domestiku ta' 25 % sa 40 % jew possibilment 50 % jew aktar sa l-2020, huma investigati b'mod urġenti u mfassla f'analiżi ta' impatt mill-Kummissjoni;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni lill-problema serja tas-saħħa mentali, meta jitqies in-numru ta' suwiċidji fl-Unjoni, u biex talloka aktar riżorsi għall-iżvilupp ta' strateġiji u terapiji ta' prevenzjoni xierqa;

29.

Itenni li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-pjan ta' azzjoni tal-Ambjent u s-Saħħa tat-Tfal tal-WHO fl-Ewropa, biex jinkoraġġixxu l-Pjan kemm permezz ta' politiki tal-Unjoni kif ukoll permezz tal-politika tal-iżvilupp bilaterali, u biex jinkoraġġixxu proċessi simili barra r-Reġjun tal-Ewropa tad-WHO;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora mill-ġdid fit-tieni pjan ta' azzjoni tagħha l-inizjattiva SCALE (Xjenza, Tfal, Kuxjenza, Strument Legali, Evalwazzjoni), rigward it-tnaqqis ta' espożizzjoni għal tniġġis, kif stipulat fl-Istrateġija Ewropea għall-Ambjent u s-Saħħa (COM(2003)0338);

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem u tipprovdi strumenti li għandhom irawmu l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi, kif enfasizzat fi ħdan il-qafas tal-Aġenda ta' Liżbona, biex ikunu minimizzati riskji maġġuri għas-saħħa minn fatturi ambjentali li joħolqu pressjoni;

32.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jieħu deċiżjoni mingħajr dewmien dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta' solidarjetà tal-Unjoni, peress li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu mit-18 ta' Mejju 2006 (10); iqis li r-regolament il-ġdid, li, flimkien ma' miżuri oħra, se jbaxxi l-limiti massimi għad-dħul fis-seħħ tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni, se jippermetti li jtaffi ħsara b'mod effettiv, flessibbli u malajr ikkawżata b'diżastri naturali jew mill-bniedem stess; jenfasizza li strument finanzjarju bħal dan huwa importanti ħafna, b'mod partikulari minħabba li huwa maħsub li diżastri naturali se jseħħu b'mod aktar regolari fil-futur, parzjalment minħabba l-bidla fil-klima;

33.

Jirrakkomanda li, peress li l-SMEs huma ta' importanza ekonomika deċiżiva fl-Ewropa, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku għal SMEs biex tippermettilhom, u tgħinhom, li jikkonformaw ma' regolamenti tas-saħħa ambjentali li jorbtu u tinkoraġġihom biex iwettqu tibdil ieħor li huwa pożittiv fir-rigward tas-saħħa ambjentali u jaffettwa l-operazzjoni tal-intrapriżi;

34.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, għall-2010 u t-“tieni ċiklu” tal-pjan ta' azzjoni għall-ambjent u s-saħħa, tipprevedi l-allinjament mill-ġdid tal-inizjattivi tagħha dwar il-popolazzjonijiet vulnerabbli u biex tfassal metodi ġodda għall-evalwazzjoni tar-riskji filwaqt li jitqies il-punt fundamentali li jikkostitwixxi l-vulnerabilità partikulari tat-tfal, in-nisa tqal u l-persuni anzjani;

35.

Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħrfu l-vantaġġi tal-prevenzjoni u l-prinċipji ta' prekawzjoni u biex jiżviluppaw u jimplimentaw għodod li jippermettu li thedid potenzjali ambjentali u tas-saħħa jkun antiċipat u affrontat; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa t-“tieni ċiklu” ta' dan il-pjan ta' azzjoni u tfassal dispożizzjoni għal iffinanzjar xieraq li jkopri numru akbar ta' miżuri prattiċi li jnaqqsu l-impatt ambjentali fuq is-saħħa u biex timplimenta miżuri ta' prevenzjoni u ta' prekawzjoni;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-WHO.


(1)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 264.

(2)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(3)  Rapport bit-titlu ”L-ambjent fl-Ewropa — Ir-raba' Evalwazzjoni. Sinteżi”, Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (10.10.2007 ).

(4)  Sentenza tat-23 ta' Settembru 2003 fil-każ C- 192/01, Kummissjoni vs Danimarka, ECR 2003, p. I- 9693; sentenza tas-7 ta' Settembru 2004 fil-każ C- 127/02, Landelijke Vereniging tot Behoud van de Waddenzee u Nederlandse Vereniging tot Bescherming van Vogels, ECR 2004, p. I- 7405.

(5)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; verżjoni rrettifikata fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(7)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(8)  Grupp ta' xjenzjati indipendenti ppublikaw dan ir-rapport fil-31 ta' Awissu 2007. Ara fid-dettall fuq: www.bioinitiative.org.

(9)  ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

(10)  ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 331.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/89


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Il-kolp ta' stat fil-Mawritanja

P6_TA(2008)0411

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja

2009/C 295 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru wara l-kolp ta' stat, mill-President tiegħu, mill-Presidenza tal-Kunsill f'isem l-Unjoni Ewropea, mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurta' komuni, mill-Kummissjoni, mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-Unjoni Afrikana (UA), mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) u mill-Organisation Internationale de Francophonie (OIF),

wara li kkunsidra t-tieni żjara, mindu seħħ il-kolp ta' stat, tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Afrika tal-Punent, is-Sur Saïd Djinnit, fil-Mawritanja,

wara li kkunsidra l-att kostituttiv tal-UA, li jikkundanna kwalunkwe tentattiv tat-teħid tas-setgħa bil-forza;

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fis-6 ta' Awissu 2008 seħħ kolp ta' stat fil-Mawritanja meta l-President tal-Mawritanja Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi tneħħa mill-poter minn grupp ta' ġenerali b'kariga għolja li kien keċċa mill-kariga dakinhar stess,

B.

billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi ta' Novembru u Diċembru 2006, l-elezzjonijiet senatorjali ta' Jannar 2007 u l-elezzjoni tal-President Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi ta' Marzu 2007 ġew meqjusa bħala ekwi u trasparenti mill-osservaturi internazzjonali, inklużi l-osservaturi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-missjonijiet ta' osservazzjoni mibgħuta mill-Parlament Ewropew, li b'hekk poġġa lilu nninfsu bħala garanti tal-legalità ta' dawn l-elezzjonijiet,

C.

billi aktar minn żewġ terzi mill-Parlament tal-Mawritanja ffirmaw dikjarazzjoni ta' appoġġ għall-kap tal-kolp ta' stat Mohamed Ould Abdel Aziz u għall-ġenerali tiegħu; billi f'Ġunju 2008, il-leġiżlatura għaddiet vot ta' nuqqas ta' sfiduċja, li wassal lill-President Abdallahi biex ibiddel il-Kabinett tiegħu; billi 49 membru rriżenjaw mill-Parlament wara li l-President Abdallahi ħatar 12-il Ministru tal-Kabinett minn fost dawk li kienu parti mir-reġim preċedenti li ma kien maħbub xejn,

D.

billi d-deċiżjonijiet rigward il-ġejjieni politiku, ekonomiku u soċjali tal-Mawritanja jappartjenu esklussivament għar-rappreżentanti eletti mill-poplu, u billi d-demokrazija timplika bilanċ tal-poter bejn l-eżekuttiv u l-leġiżlattiv, u b'hekk it-tnejn li huma jgawdu l-leġittimità elettorali,

E.

billi l-kolp ta' stat seħħ f'kuntest ekonomiku u soċjali degradat, u billi l-iżvilupp huwa l-aħjar garanzija biex tirnexxi d-demokrazija,

F.

billi jirrikonoxxi l-progress magħmul fir-ritorn tar-rifuġjati u l-adozzjoni tal-liġi li tikkriminalizza l-iskjavitù fil-pajjiż,

G.

billi jikkunsidra l-appoġġ tal-Unjoni għat-tranżizzjoni lejn id-demokrazija u l-“programm ta' appoġġ” ta' 156 000 000 EUR għall-perjodu 2008-2013, fil-qafas tal-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp, li jikkumplimenta l-għajnuna li diġà qed tingħata u l-għajnuna ta' 335 000 000 EUR mogħtija mill-1985,

H.

billi l-Bank Dinji ssospenda l-għajnuna ta' 175 000 000 USD għall-Mawritanja u billi s-sospensjoni ta' dawn il-fondi se taffettwa xi 17-il proġett nazzjonali fil-Mawritanja, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-pajjiż fi proġetti reġjonali tal-Bank Dinji, b'mod partikulari rigward l-iżvilupp rurali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-bini tat-toroq,

I.

billi l-Mawritanja demokratika tirrappreżenta punt ta' stabilità f'subreġjun partikularment fraġli li, min-naħa, għandu l-fruntiera tal-Grigal mal-Alġerija u mal-Mali fis-Saħara, il-Grupp Salafista għall-predikazzjoni u t-taqbida li sar l-Al Qaida fil-Magreb Iżlamiku l-kbir u, min-naħa l-oħra, ir-rebelljoni tat-Tuareg,

J.

billi l-“ordinanza kostituzzjonali” li fiha l-ġunta tiddefinixxi s-setgħat tagħha u li tagħtiha l-possibilità li tiggverna m'għandha l-ebda bażi legali,

1.

Jikkundanna l-kolp ta' stat militari li sar mill-Ġenerali tal-Mawritanja, it-tieni kolp ta' stat f'dan il-pajjiż fi tliet snin, li kiser il-legalità kostituzzjonali u r-riżultati tal-elezzjoni demokratika li kienu aċċettati internazzjonalment; jiddispjaċih għal dan il-pass lura meta jitqies il-progress konsiderevoli fl-iżvilupp tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt matul is-snin li għaddew fil-Mawritanja; jitlob li t-tensjoni politika attwali fil-Mawritanja tissolva fi ħdan il-qafas istituzzjonali li jirriżulta mit-tranżizzjoni għad-demokrazija, u li jerġgħu jiddaħħlu l-ordni kostituzzjonali u l-liġi ċivili mill-aktar fis possibbli,

2.

Jitlob li jinħelsu minnufih il-President Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi, il-Prim Ministru Yahya Ould Ahmed el-Waghef u membri oħra tal-gvern, li għadhom qed jinżammu taħt arrest f'darhom f'postijiet differenti,

3.

Jitlob ir-rispett sħiħ tal-legalità kostituzzjonali tas-setgħat tal-President u tal-Parlament tal-Mawtiranja, li jimplika li l-mekkaniżmi ta' koeżistenza bejn il-President u l-Parlament u l-mekkaniżmi ekwilibriju bejn il-poter eżekuttiv u leġiżlattiv huma rregolati fir-rigward u fil-qafas tal-Kostituzzjoni, li fiha l-modifikazzjonijiet biex tiġi żgurata stabilità akbar jistgħu jsiru biss b'konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha, wara dibattitu twil li jinkludi l-forzi politiċi kollha,

4.

Iqis li dibattitu miftuħ u sinċier bejn il-forzi politiċi ewlenin għandu jiddetermina r-rotot u l-mezzi kostituzzjonali meħtieġa biex itemmu din il-kriżi,

5.

Jilqa' r-ritorn tar-refuġjati, l-adozzjoni ta' liġi li tikkriminalizza l-iskjavitù u l-abbozz ta' liġi għal-liberalizzazzjoni tal-midja, jiddeplora n-nuqqas ta' mezzi demokratiċi sabiex jindirizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi mwettqa fl-1990 kontra l-komunità tas-suwed fil-Mawritanja, minkejja l-wegħdiet tal-President li jwaqqaf kumitat ta' inkjesta,

6.

Jitlob li r-refuġjati li reġgħu lura fil-Mawritanja jieħdu lura d-drittijiet tagħhom, u jingħataw lura l-proprjetà tagħhom li kienet ġiet ikkonfiskata,

7.

Jitlob li l-poplu tal-Mawritanja, li diġà qed isofri minħabba l-kriżijiet ekonomiċi u tal-ikel, ma jibqax jittieħed bħala ostaġġ f'din il-kriżi, u jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta l-proġetti ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-qafas tal-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem,

8.

Jinnota t-tħabbira ta' elezzjonijiet presidenzjali ġodda mill-ġunta militari, iżda jiddeplora l-fatt li — mhux bħal fil-każ tal-ġunta li kienet fis-setgħa mill-2005 sal-2007 — ma ttieħed l-ebda impenn favur in-newtralità elettorali; jitlob lill-forzi militari li jinsabu fil-poter biex jimpenjaw irwieħhom bla dewmien għal skeda għar-restituzzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, f'koperazzjoni mal-forzi politiċi,

9.

Jappoġġja l-isforzi tal-UA favur soluzzjoni razzjonali tal-kriżi,

10.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda djalogu politku, b'konformità mal-Artikolu 8 tal-ftehima ta' sħubija bejn il-membri tal-Gruppi tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), hekk kif emendata fil-Lussemburgu fit-24 ta' Ġunju 2005 (Ftehima ta' Cotonou), bil-għan li l-pajjiż jerġa' lura għal-legalità kostituzzjonali, u biex tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultat ta' dan id-djalogu; jekk dan ma jirnexxix, jitlob li jiġi attivat mill-ġdid l-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Cotonou, li jista' jwassal għal l-iffriżar tal-għajnuna kollha ħlief dik tal-ikel u umanitarja,

11.

Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex ikompli jsegwi mill-qrib il-qagħda politika f'dan il-pajjiż, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-UA, u biex jiggarantixxi s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni,

12.

Jitlob li tintbagħat delegazzjoni parlamentari mill-aktar fis, sabiex isiru laqgħat bejn il-membri u suġġerimenti biex malajr tinstab soluzzjoni għall-kriżi,

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p.3.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/92


Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008
Iran

P6_TA(2008)0412

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Iran

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, partikolarment dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem u b’mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar l-eżekuzzjoni fl-Iran ta’ minorenni li wettqu reati (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-13 ta’ Ġunju 2008, dwar l-eżekuzzjoni ta’ Mohammad Hassanzadeh,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret mill-Presidenza f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fl-Iran,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ Lulju 2008 , dwar l-eżekuzzjoni ta’ 29 ruħ fil-ħabs ta’ Evin fl-Iran,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ Awissu 2008 , dwar l-eżekuzzjoni bil-forka ta’ Reza Hejazi,

wara li kkunsidra l-Istqarrijiet mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-19 u t-28 ta’ Awissu 2008 dwar l-eżekuzzjoni imminenti ta’ Behnood Shojaee u ta’ Bahman Soleimanian rispettivament,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikulari, ir-Riżoluzzjoni A/RES/62/168 tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran u r-Riżoluzzjoni A/RES/62/149 tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), it-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta’ kull forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran hija firmatarja tagħhom,

wara li kkunsidra r-Regola 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont Amnesty International, in-numru ta’ eżekuzzjonijiet mwettqa fl-Iran din is-sena s’issa ilaħħqu mill-inqas għal 191, filwaqt li fl-2007, twettqu aktar eżekuzzjonijiet fl-Iran — 317 — milli fi kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja minbarra ċ-Ċina, għalkemm il-popolazzjoni tiegħu hija 18-il darba iżgħar minn dik taċ-Ċina,

B.

billi saru 29 eżekuzzjoni simultanja fil-ħabs ta’ Evin f’Tehran fis-27 ta’ Lulju 2008,

C.

billi fl-10 ta’ Ġunju 2008 Mohammad Hassanzadeh ta’ 16-il sena, Kurd Iranjan, ġie ġġustizzjat għal reat li wettaq meta kellu 14-il sena; billi fit-22 ta’ Lulju 2008 d-delinkwenti minorenni Hassan Mozafari u Rahman Shahidi ġew iġġustizzjati, u fid-19 ta’ Awissu 2008 Reza Hezjazi ta’ 19-il sena ngħata l-forka minħabba qtil li ntqal li wettaq meta kellu 15-il sena; billi fis-26 ta’ Awissu 2008, Behnam Zare’ ta’ 19-il sena ġie ġġustizzjat minħabba reat li wettaq meta kellu 15-il sena, li minħabba f’hekk sar is-sitt delinkwent minorenni li ġie ġġustizzjat fl-Iran fl-2008 biss,

D.

billi la l-familja ta’ Zare’ u lanqas ta’ Hezjazi u lanqas l-avukat ma ġew mgħarrfa dwar il-ħin u l-post tal-eżekuzzjoni skedata, bi ksur tal-liġi Iranjana,

E.

billi d-delinkwenti minorenni Amir Marollahi, Behnood Shojaee, Mohammed Fadaei u Bahman Soleimanian, jiffaċċjaw riskju imminenti ta’ eżekuzzjoni,

F.

billi l-eżekuzzjoni ta’ delinkwenti minorenni huwa projbit skond il-liġi internazzjonali, kif iddikkjarat fl-Artikolu 6(5) tal-ICCPR u fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; billi bħalissa hemm mill-inqas 130 tifel u tfal delinkwent minorenni li qed jistennew il-piena tal-mewt minkejja l-obbligi legali tal-Iran,

G.

billi l-attivisti tad-drittijiet tal-minoranzi qed ikunu dejjem aktar esposti għat-theddida tal-piena tal-mewt kif kien il-każ ta’ Yaghoub Mehrnehad, Baluċi etniku u direttur eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni taż-Żgħażagħ Il-Vuċi tal-Ġustizzja, li ġie ġġustizzjat fl-4 ta’ Awissu 2008, wara li kkonfronta fil-pubbliku uffiċjali lokali jitlob responsabilità għar-rendiment fqir tagħhom,

H.

billi attivista ieħor tad-drittijiet tal-minoranzi, l-għalliem Kurd Farzad Kamangar, ġie kkundannat għall-mewt minħabba akkużi, mingħajr evidenza, li qabad l-armi kontra l-istat,

I.

billi stqarrijiet ta’ ħtija sikwit jinkisbu wara tortura, mingħajr aċċess għall-avukati, u s-sentenzi tal-qorti ma jilħqux l-istandards minimi li għandhom jintlaħqu biex jiġi żgurat smigħ xieraq,

J.

billi, fil-5 ta’ Awissu 2008, il-Ġudikatura Iranjana ħabbret is-sospensjoni tal-użu tat-tħaġġir bħala mezz ta’ eżekuzzjoni, bil-konsegwenza li 10 nisa mhux imsemmija li kienu qed jistennew il-mewt permezz tat-tħaġġir, mhux se jitħaġġru,

K.

billi hemm lok għal tħassib li membri u soċji tal-oppożizzjoni Iranjana li huma miġbura u protetti fil-Kamp Ashraf fit-Tramuntana tal-Iraq mill-forzi multinazzjonali mmexxija mill-Istati Uniti skond l-Artikolu 27 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra jistgħu jkunu mhedda li jkunu mkeċċija jew mġiegħla jmorru lura l-Iran, fejn jistgħu jiffaċċjaw persekuzzjoni qawwija u anke possibilment il-piena tal-mewt,

1.

Huwa mnikket ħafna bl-eżekuzzjoni riċenti ta’ diversi delinkwenti minorenni fl-Iran, biex issa l-Iran huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn dan il-kastig gravi u inuman għadu jitwettaq fl-2008;

2.

Jiġbed l-attenzjoni b’mod partikulari għad-destin ta’ Soghra Najafpour, li għaddiet kważi l-aħħar 19-il sena ta’ ħajjitha tistenna l-piena tal-mewt għal qtil li sar meta kellha 13-il sena;

3.

Jistieden lill-Kap tal-Ġudikatura, Ayatollah Mahmoud Hashemi Sharoudi, biex b’mod sistematiku jbiddel il-pieni tal-mewt kollha tad-delinkwenti minorenni, u jitlob lill-awtoritajiet Iranjani b’mod partikulari biex iwaqqfu l-eżekuzzjonijiet ta’ Amir Marollahi, Behnood Shojaee, Mohammed Fadaei u Bahman Soleimanian;

4.

Jikkundanna b’mod qawwi n-numru ta’ eżekuzzjonijet li kull ma jmur qed jikber, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani sabiex jistabbilixxu moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt bil-ħsieb li din titneħħa b’konformità mar-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2007;

5.

Itenni l-istedina tiegħu lill-membri tal-Majlis biex jemendaw il-leġiżlazzjoni b’mod urġenti sabiex ikun żgurat li ħadd ma jinqatel għal reat li twettaq meta l-persuna kellha anqas minn 18-il sena u sabiex l-età tar-responsabilità legali tiżdied skont l-istandards internazzjonali;

6.

Jappoġġja l-isforzi leġiżlattivi fl-Iran biex tiddaħħal sistema leġiżlattiva u tal-qrati separata għall-minorenni li jwettqu reati, u jistieden lill-membri tal-Majlis biex jaħsbu għal miżuri bil-għan li t-tfal li jwettqu reat ikunu edukati u integrati mill-ġdid fis-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-awtoritajiet Iranjani f’kull talba għall-koperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam;

7.

Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta’ ċittadini tal-Iran li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u li jieħdu sehem f’kampanji kontra l-piena tal-mewt, u li ta’ spiss ikunu akkużati “b’attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali”; jitlob, b’mod partikulari, għall-ħalsien bla kundizzjoni ta’ Emadeddin Baghi u Mohammad Sadegh Kabovand u għall-bdil tal-piena tal-mewt ta’ Farzad Kamangar, kif ukoll li terġa’ ssir investigazzjoni dwar il-każ tiegħu;

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni riċenti tas-sospensjoni tat-tħaġġir bħala mezz ta’ eżekuzzjoni; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu, madankollu, li fil-proposta dwar ir-riforma tal-kodiċi penali li qed titqies bħalissa mill-Majlis, it-tħaġġir għal ċerti forom ta’ adulterju se jibqa’, u jistieden lill-membri tal-Majlis biex jimpenjaw ruħhom biex it-tħaġġir jispiċċa għal kollox;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet Iraqini u tal-Istati Uniti biex ma jibagħtux lura bil-forza lejn l-Iran lil membri tal-oppożizzjoni u refuġjati Iranjani u lil persuni Iranjani li qed ifittxu l-kenn li jkunu f’riskju serju ta’ persekuzzjoni u, b’mod partikulari, biex jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u ma’ organizzazzjonijiet oħra biex tinstab soluzzjoni dewwiema għas-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin f’Camp Ashraf;

10.

Isejjaħ għall-preżentazzjoni ta’ riżoluzzjoni, fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tan-NU, b’ talba lill-pajjiżi kollha li għad għandhom il-piena tal-mewt biex ipoġġu għad-dispożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tal-fehma pubblika it-tagħrif kollu dwar il-piena kapitali u l-eżekuzzjonijiet, sabiex b’hekk jitneħħa is-sigriet tal-Istat fuq il-piena tal-mewt, li hija wkoll kaġun dirett ta’ numru akbar ta’ eżekuzzjonijiet;

11.

Isejjaħ għal riżoluzzjoni ġdida sabiex tipprovdi għall-ħolqien il-figura ta’ Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali, bid-dover li jimmonitorja s-sitwazzjoni, li jiżgura il-massimu tat-trasparenza fis-sistema tal-piena kapitali u li jiffavorixxi proċess intern immirat lejn l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet.

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għas-PBSK, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-NU, u lill-Gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Iraq.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0314.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/94


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Il-qtil tal-albini fit-Tanżanija

P6_TA(2008)0413

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-qtil tal-albini fit-Tanżanija

2009/C 295 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli li ġiet adottata fis-27 ta' Ġunju 1981 u daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ottubru 1986,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li ġiet adottata fl-20 ta' Novembru 1989 u daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Settembru 1990, u li torbot u li tiġi applikata mingħajr eċċezzjoni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta' persuni li jiffurmaw parti mill-minoranzi nazzjonali, etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi tat-18 ta' Diċembru 1992,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi skont l-NGOs u r-rapporti tal-media, ikkonfermati mill-Gvern tat-Tanżanija, mill-inqas 25 albin, inklużi tfal, inqatlu u ġew immutilati minn Marzu 2008 'l hawn fiz-zona ta' Lake Victoria, speċjalment fi Mwanza, Shinyanga u Mara, fejn hemm konċentrazzjoni għolja ta' albini,

B.

billi, minbarra l-qtil tal-albini, it-tliet reġjuni hawn fuq imsemmija huma magħrufa wkoll għall-qtil ta' persuni meqjusa li huma sħaħar; billi sempliċi xniegħat ta' spiss huma ġustifikazzjoni biżżejjed biex kotra rrabjata toqtol persuna ssuspettata li hi saħħara;

C.

billi skont l-awtoritajiet tat-Tanżanija, il-qtil tal-albini huwa xogħol klikek organizzati mqabbda minn tobba saħħara,

D.

billi l-media f'Dar es Salaam irrapportaw l-arrest ta' 173 persuna b'rabta mal-qtil tal-albini fit-Tanżanija, inkluż numru konsiderevoli ta' tobba saħħara u l-klijenti tagħhom,

E.

billi skont il-pulizija nazzjonali, it-tobba saħħara jbiegħu partijiet maqtugħa ta' iġsma u demm tal-albinos lill-ħaddiema tal-minjieri u lis-sajjieda li jemmnu li dawn il-partijiet iġibulhom ir-riżq, is-saħħa u l-ġid,

F.

billi dan il-qtil ikkawża apprensjoni u biża' kbira fost il-komunità tal-albinos għax issa ma jħossuhom sikuri xejn u jibżgħu saħansitra joqgħodu, jimxu jew jivvjaġġaw waħidhom biex jevitaw riskji potenzjali,

G.

billi 36 % tal-popolazzjoni tat-Tanżanija jgħixu taħt il-livell tal-faqar nazzjonali; billi l-aċċess għas-sistema tal-kura tas-saħħa huwa serjament illimitat, u dan iwassal sabiex tkun xi ħaġa komuni li l-popolazzjoni tirrikorri għat-tobba saħħara jew għall-fejjieqa tradizzjonali,

H.

billi l-albinos huma minoranza u d-diskriminazzjoni kontra l-albinos hija problema serja madwar l-Afrika kollha li tinsab 'l isfel mis-Sahara; billi l-albiniżmu jaffettwa persuna minn kull 20 000 madwar id-dinja kollha,

I.

billi skont studju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp (UNDP), kważi nofs il-ġenituri tat-tfal albini ħassewhom umiljati fil-waqt tat-twelid tat-tarbija; billi n-nisa albini huma suġġetti għal diskriminazzjoni minn nisa oħrajn u billi n-nisa li jwelldu trabi albini ta' spiss jiġu mwaqqa' għaċ-ċajt jew imwarrba u jbatu minn diskriminazzjoni fil-waqt ix-xogħol; billi xi żewġ terzi tal-ġenituri ġew irrapportati li qalu li interventi speċifiċi tas-saħħa għal tfal albini kienu għalja, u nofshom qalu li t-tfal tagħhom kellhom problemi serji tal-vista; billi, madankollu, 83 % qalu li t-tfal tagħhom imorru tajjeb l-iskola daqs tfal oħra,

1.

Jikkundanna b'mod qawwi l-qtil tal-albinos fit-Tanżanija u l-kummerċ spekulattiv fil-partijiet tal-iġsma tagħhom;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kundanni tal-qtil tal-albini min-naħa tal-President tat-Tanżanija, is-Sur Jakaa Mrisho Kikwete, u l-wegħda tiegħu ta' sforzi intensivi biex jitwaqqfu dawn id-delitti; jenfasizza li dan il-kliem irid jiġi sostnut b'azzjoni;

3.

Jifraħ lill-President Jakaya Mrisho Kikwete għad-deċiżjoni tiegħu li jinnomina lis-Sinjorina Al-Shymaa Kway-Geer bħala l-ewwel Membru Parlamentari albin, minħabba d-determinazzjoni tagħha li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni li hi u albini oħrajn isofru;

4.

Jappoġġja u jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda s'issa mill-Gvern tat-Tanżanija, bħall-ħolqien ta' ċensiment tal-albini u t-twaqqif ta' servizz ta' skorta tal-pulizija għat-tfal albini; japprova t-talba tal-Membri Parlamentari tat-Tanżanija li l-Gvern jieħu aktar miżuri biex jindirizza l-l-problema mill-għeruq tagħha u jtemm id-diskriminazzjoni kollha kontra l-albini;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet, l-awtoritajiet tal-gvernijiet lokali u lis-soċjetà ċivili b'mod ġenerali fit-Tanżanija biex jikkollaboraw sabiex jipproteġu l-albini kollha; iħeġġeġ lill-Gvern tat-Tanżanija biex jieħu azzjoni immedjata, billi jippromwovi l-kuxjenza soċjali u jipprovdi informazzjoni relatata mal-albiniżmu; jikkunsidra li miżuri bħal dawn għandhom jiġu implimentati b'mod partikulari fiz-zoni rurali, fejn in-nies għandhom it-tendenza li jkunu inqas edukati u iktar superstizzjużi;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-arrest ix-xahar li għadda ta' 173 persuna ssuspettata b'rabta mal-qtil ta' albini fit-Tanżanija; iħeġġeġ b'mod qawwi lill-awtoritajiet biex jipproċedu malajr u jressqu lil dawk responsabbli quddiem qorti tal-ġustizzja;

7.

Jinnota b'dispjaċir li ġurnalista investigattiva, Vicky Ntetema, kellha tinħeba wara li rċeviet theddid ta' mewt talli esponiet l-involviment ta' tobba saħħara u tal-pulizija f' dan il-qtil; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-Tanżanija biex jibdew investigazzjoni ddettaljata u indipendenti tal-akkużi li saru minn Vicky Ntetema;

8.

Jesprimi l-apprezzament u l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-Assoċjazzjoni tal-Albini tat-Tanżanija, li tgħin lill-komunità albina; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja b'mod attiv lil din l-assoċjazzjoni u l-istedina tagħha lill-akkademiċi, il-mexxejja reliġjużi u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem biex jagħmlu l-pubbliku konxju li l-qtil tal-albini huwa soċjalment u moralment inaċċettabbli;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi tal-UNDP biex jippromwovi u jipproteġi l-albini fl-Afrika;

10.

Jikkunsidra li l-aħjar mod biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-albini tat-Tanżanija huwa li jiġi garantit lilhom aċċess ugwali għal edukazzjoni u kura tas-saħħa ta' kwalità, fil-qafas tal-politiki tal-inklużjoni, u li jiġu pprovduti b'ħarsien soċjali u legali adegwat;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-isforzi tal-Gvern, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili tat-Tanżanija biex jifformulaw politiki biex jindirizzaw il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-albini, ibbażati fuq in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u fuq l-inklużjoni soċjali, u l-aċċess ugwali għall-impjieg;

12.

Jitlob li jkun hemm taħriġ aħjar tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u li jsiru laqgħat ta' ħidma għall-għalliema u għall-ġenituri biex jiġu inkoraġġati biex jiżguraw li t-tfal albini jiġu mħarsa mix-xemx, peress li ħafna jmutu minħabba kanċer tal-ġilda qabel ma jagħlqu t-tletin sena;

13.

Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-fondi tal-kura tas-saħħa jilħqu lill-aktar foqra fit-Tanżanija; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' aċċess għall-kura tas-saħħa fiz-zoni rurali u mbiegħda;

14.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimmoniterjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-albini fit-Tanżanija;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tanżanija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE u lill-Kunsill tal-ACP.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/97


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-involviment tal-Presidenti tas-sottokumitati (Interpretazzjoni tal-Artikolu 182)

P6_TA(2008)0388

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 182 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar l-involviment tal-presidenti tas-sottokumitati

2009/C 295 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Lulju 2008 mingħand il-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Konstituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 201 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 182(1)

“Din id-dispożizzjoni ma żżommx, anzi tippermetti, lill-president tal-kumitat prinċipali milli jinvolvi lill-presidenti tas-sottokumitati fil-ħidma tal-Bureau jew milli jippermettilhom li jippresiedu dibattiti dwar kwistjonijiet trattati b'mod speċifiku mis-sottokumitati kkonċernati, kemm-il darba dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi jkun ippreżentat lill-bureau fis-sħuħija tiegħu għall-konsiderazzjoni tiegħu u jkun hemm qbil dwaru mill-bureau.”;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


Parlament Ewropew

It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/98


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-istabbiliment tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 ***I

P6_TA(2008)0369

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (COM(2008)0056 — C6-0057/2008 — 2008/0023(COD))

2009/C 295 E/25

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0056),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 149(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0057/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0274/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0023

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/99


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-Istabbiliment tal-programm Kultura (2007-2013) ***I

P6_TA(2008)0370

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Kultura (COM(2008)0057 — C6-0058/2008 — 2008/0024(COD))

2009/C 295 E/26

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0057),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 151(5), l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0058/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0273/2008),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0024

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm “Kultura” (2007-2013)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/100


It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008
L-istabbiliment tal-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva ***I

P6_TA(2008)0371

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (COM(2008)0059 — C6-0060/2008 — 2008/0029(COD))

2009/C 295 E/27

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0059),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 151 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0060/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0275/2008),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0029

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1358/2008/KE.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/101


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-istabbiliment tal-programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***I

P6_TA(2008)0372

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (COM(2008)0061 — C6-0064/2008 — 2008/0025(COD))

2009/C 295 E/28

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0061),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149 (4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0064/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0276/2008),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0025

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/102


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni KE-Użbekistan *

P6_TA(2008)0373

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (COM(2007)0117 — C6-0213/2008 — 2007/0044(CNS))

2009/C 295 E/29

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0117),

wara li kkunsidra Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Użbekistan,

wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu (62) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0213/2008),

wara li kkunsidra wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0306/2008),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Użbekistan.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/102


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Kirgiżtan *

P6_TA(2008)0374

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0133 — C6-0228/2008 — 2007/0047(CNS))

2009/C 295 E/30

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0133),

wara li kkunsidra Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni mar-Repubblika Kirgiża,

wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0228/2008]),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0307/2008),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Kirgiża.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/103


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan *

P6_TA(2008)0375

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0143 — C6-0254/2008 — 2007/0050(CNS))

2009/C 295 E/31

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0143,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Taġikistan,

wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0254/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0320/2008),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Taġikistan.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/104


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Passiv separat ta' Montenegro fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni tal-Istati tas-Serbja u l-Montenegro*

P6_TA(2008)0376

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni tal-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE (COM(2008)0228 — C6-0221/2008 — 2008/0086(CNS))

2009/C 295 E/32

(Proċedura ta' Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0228),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0221/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0281/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/104


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi *

P6_TA(2008)0377

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi (COM(2008)0314 — C6-0219/2008 — 2008/0097(CNS))

2009/C 295 E/33

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0314),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0219/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0311/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/105


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan *

P6_TA(2008)0378

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (COM(2007)0831 — C6-0047/2008 — 2007/0285(CNS))

2009/C 295 E/34

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0831),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0047/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 35 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6–0315/2008),

1.

Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill — att li jemenda

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/106


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008

P6_TA(2008)0379

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (11571/2008 — C6-0294/2008 — 2008/2161(BUD))

2009/C 295 E/35

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 5/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-18 ta' Ġunju 2008 (COM(2008)0381),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008, imħejji mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2008 (11571/2008 — C6-0294/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0328/2008),

1.

Japprova bla emendi l-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda Nru 5/2008;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/107


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Network Ġudizzjarju Ewropew *

P6_TA(2008)0380

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (5620/2008 — C6-0074/2008 — 2008/0802(CNS))

2009/C 295 E/36

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża (5620/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6–0074/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0292/2008),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża b'mod sustanzjali;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta futura li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li għandu jkun anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea;

6.

Hu determinat li jeżamina kull proposta futura ta' dan it-tip permezz tal-proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża.

TEST PROPOST MINN 14-IL STAT MEMBRU

EMENDA

Emenda 1

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Premessa 7

(7)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet,

(7)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet,

Emenda 2

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a)

F'dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta' data personali, għandha tapplika d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (…/…/GIA) dwar il-Protezzjoni ta' Data Personali Proċessata fil-Qafas tal-Koperazzjoni bejn il-Pulizija u l-Ġudikatura f'Affarijiet Kriminali  (1) , li tipprevedi livell xieraq ta' protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jassiguraw livell ta' protezzjoni ta' data personali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 , u waqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu lir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija, u li tapplika wkoll meta data ma tkunx proċessata awtomatikament.

Emenda 3

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 3

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew, kif ukoll punt ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni .

Emenda 4

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 4

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Qabel jinħatar punt ta' kuntatt ġdid, l-Istati Membri jistgħu jiksbu l-opinjoni tal-korrispondenti internazzjonali.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Meta jagħżlu l-punti ta' kuntatt, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Linji Gwida għall-għażla tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Emenda 5

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti ta' kuntatt tagħhom għandhom riżorsi biżżejjed biex iwettqu b'mod adegwat il-ħidmiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt.

Emenda 6

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 5

5.   Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u ma' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.

5.   Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u mal- konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.

Emenda 7

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 7

7.   In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network, f'koperazzjoni u f'konsultazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill. Is-segretarjat jista' jirrappreżenta n-Netwerk, f'konsultazzjoni mal-Presidenza.

7.   In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network.

Emenda 8

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 3 — punt b

(b)

għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl- Artikoli 5, 6 u 7;

(b)

għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl- Artikoli 5 u 6 ;

Emenda 9

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 3 — punt c

(c)

għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' network xieraq ta' telekomunikazzjonijiet , taħt il-proċeduri stabbiliti fl- Artikoli 8, 9 u 10 .

(c)

għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' strument tal-IT skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9, kif ukoll jipprovdi għal konnessjonijiet siguri tat-telekomunikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10.

Emenda 10

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — Titolu

Funzjonijiet ta' punti ta' kuntatt li jinkludu l-korrispondent nazzjonali

Funzjonijiet tal-punti ta' kuntatt, tal-korrispondenti nazzjonali u tal-punti ta' kuntatt għall-informazzjoni

Emenda 11

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — paragrafu 1

1.   Il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.

Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħrajn, abbażi ta' ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati.

1.   Il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.

Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħrajn sabiex jippermettu l-iskambju ta' esperjenzi u problemi utli, speċjalment rigward l-operat tan-netwerk fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda 12

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 — paragrafu 2

2.   Il-punti ta' kuntatt, li jinkludu l-korrispondent nazzjonali , għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.

2.   Il-punti ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.

Emenda 13

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — paragrafu 3

3.   Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali , għandhom jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.

3.   Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu involuti u jippromwovu l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, meta jkun xieraq f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.

Emenda 14

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     Il-punti ta' kuntatt għandhom itejbu l-kordinazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-każi meta sensiela ta' talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fi Stat Membru joħolqu l-ħtieġa ta' azzjoni kkordinata fi Stat Membru ieħor.

Emenda 15

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — paragrafu 3 b (ġdid)

 

3b.     Il-korrispondenti nazzjonali, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom:

(a)

ikunu responsabbli, fl-Istat Membru tagħhom, għal kwistjonijiet relatati mal-iffunzjonar intern tan-network, inkluża l-koordinazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u t-tweġibiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(b)

ikunu responsabbli għall-kuntatti mas-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, inkluż għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat imsemmijin fl-Artikolu 6;

(c)

meta jintalbu mill-Istat Membru rispettiv, jagħtu opinjoni dwar il-ħatra ta' punti ta' kuntatt ġodda.

Emenda 16

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 — paragrafu 3 c (ġdid)

 

3c.     Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punt ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-Istati Membri tagħhom u msemmijin fl-Artikolu 8 tiġi pprovduta u aġġornata bi qbil mal-Artikolu 9.

Emenda 17

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 — Titolu

Fini tal-laqgħat perjodiċi

tal-punti ta' kuntatt

Laqgħat tal-Plenarja

tal-punti ta' kuntatt

Emenda 18

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 — paragrafu 1 — parti introduttorja

1.   L-għanijiet tal-laqgħat perjodiċi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas żewġ punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:

1.   L-għanijiet tal-laqgħat plenarji tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas tliet punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:

Emenda 19

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 — paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Il-laqgħat plenarji għandhom jiġu organizzati b'mod regolari mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Darba fis-sena tista' tiġi organizzata laqgħa fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Għandhom jiġu mistiedna żewġ punti ta' kuntatt għal-laqgħat li jkunu organizzati fil-bini tal-Kunsill.

Emenda 20

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 — paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b.     Madankollu, jistgħu jiġu organizzati laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.

Emenda 21

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 6 — Titolu

Frekwenza tal-laqgħat plenarji

Laqgħat tal-korrispondenti nazzjonali

Emenda 22

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 6

Il- plenarja tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, magħmula mill-korrispondenti nazzjonali, għandha tiltaqa' perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skond kif il-membri tagħha jqisu meħtieġ, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat tal-Istati Membri li n-Network jiltaqa'.

Il-korrispondenti nazzjonali, għandhom jiltaqgħu perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skont kif iħossu l-bżonn, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat tal-Istati Membri li n-Network jiltaqa'. Matul dawn il-laqgħat kwistjonijiet relatati mal-ħidmiet tagħhom skond l-Artikolu 4(3b) għandhom jiġu diskussi, inkluża l-kwistjoni ta' kif l-aċċess għas-sigurtà tat-telekomunikazzjoni tista' tkun ottimizzata u pprovduta għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Emenda 23

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 7

Artikolu 7

Post tal-laqgħat

1.     Il-laqgħat jistgħu jsiru fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

2.     Madankollu, jistgħu jsiru laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.

imħassar

Emenda 24

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 — Titolu

Kontenut tal-informazzjoni disseminata

fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew

Informazzjoni pprovduta

min- Network Ġudizzjarju Ewropew

Emenda 25

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 — parti introduttorja

In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:

Is-segretarjat tan- Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:

Emenda 26

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 — punt 2

(2)

għodda tal-IT li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka;

(2)

informazzjoni li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka permezz ta' għodda informatika ;

Emenda 27

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 — paragrafu 1 — punt b

(b)

jiġi stabbilit network sigur ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;

(b)

jiġu stabbiliti konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;

Emenda 28

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 — paragrafu 1 — punt c

(c)

in-network sigur ta' komunikazzjoni jagħmel possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.

(c)

il-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni jagħmlu possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.

Emenda 29

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 — paragrafu 2

2.    In-network sigur ta' komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal materji terroristiċi, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.

2.    Il-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw ukoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal affarijiet relatati mat-terroriżmu, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.

Emenda 30

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 — paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-użu ta' telekomunikazzjonijiet siguri ma jipprekludix kuntatti diretti bejn punti ta' kuntatt jew bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda 31

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 — paragrafu 1 — punt a

(a)

L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skond l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għan-network sigura ta' telekomunikazzjoni stabbilita taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.

(a)

L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skont l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għall- konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni stabbiliti taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 32

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 — paragrafu 1 — punt b

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar l-Eurojust u skond l-Artikolu 4(4) ta' din id-Deċiżjoni , il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u dwar il-qasam ta' kompetenza tal-Eurojust:

f'każijiet fejn x'aktarx ikun hemm konflitti ta' ġurisdizzjoni

jew

f'każijiet ta' rifjut ta' talba għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka

(b)

flimkien mal-obbligu li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-Eurojust kif stipulat fl- Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar il-Eurojust, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-membru nazzjonali tal-Eurojust bil-każijiet l-oħra kollha li għalihom il-Eurojust meqjusa li tkun f'pożizzjoni aħjar biex tindirizzahom.

Emenda 33

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 — paragrafu 1 — punt c

(c)

Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom jinfurmaw ukoll lill-Eurojust, abbażi ta' każijiet individwali, dwar il-każijiet kollha li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza tal-Eurojust u li jinvolvu mill-inqas tliet Stati Membri.

imħassar

Emenda 34

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 — paragrafu 1 — punt f

(f)

il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jiġu mistiedna abbażi ta' każijiet individwali sabiex jattendu l-laqgħat tal-Eurojust.

(f)

il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Bl-istess mod , il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jattendu għal laqgħat tal-Eurojust fuq l-istedina tiegħu .

Emenda 35

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Artikolu 11a

Protezzjoni tad-data

1.     Meta jkun hemm skambju ta' data personali bejn l-awtoritajiet kompetenti jew bejn il-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri, dawn għandhom jiżguraw li:

l-awtorità kompetenti li tirċievi d-data tipproċessaha biss għall-iskopijiet li għalihom ġiet ipprovduta d-data;

jittieħdu passi biex jiġi żgurat li d-data personali tkun protetta b'mod effettiv kontra qerda aċċidentali jew mhux awtorizzata, telf aċċidentali, aċċess mhux awtorizzat, alterazzjoni mhux awtorizzata jew aċċidentali u żvelar mhux awtorizzat.

2.     Kategoriji speċifiċi ta' data (data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija ma' partit jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa jew data relatata ma' reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà) għandhom jiġu pproċessati biss meta jkun strettament meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak il-każ, għandhom jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali, bħal:

aċċess għad-data konċernata għal ħadd ħlief għal dak l-istaff li hu responsabbli għat-twettiq tal-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar;

qlib tad-data f'kodiċi b'saħħtu għat-trażmissjoni;

żamma tad-data għal mhux iktar minn kemm hemm bżonn biex l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt iwettqu dmirijithom.

Emenda 36

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 12

Artikolu 12

Rappurtar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

Id-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust u l-Presidenza tal-Kunsill, għandhom jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba kull sentejn dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni, inkluż il-ġestjoni baġitarja, tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Għal dak il-għan, il-Presidenza għandha tħejji rapport bi-annwali dwar l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u dwar kwalunkwe problema ta' politika kriminali fl-Unjoni enfasizzata b'riżultat tal-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak ir-rapport, in-Network Ġudizzjarju Ewropew, permezz tal-Presidenza, jista' jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill jew mill-Presidenza.

imħassar

Emenda 37

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 15 — Titolu

Evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

Rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

Emenda 38

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 15

 

1.     In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jirraporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub kull tieni sena dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni baġitarja tiegħu. Fir-rapport tiegħu, in-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' wkoll jindika kwalunkwe problema fil-qasam tal-politika kriminali li ġiet enfasizzata bħala riżultat tal-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u jista' wkoll jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali.

2.     In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jintalbu mill-Kunsill.

Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3.    Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.


(1)   ĠU L….


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/120


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali *

P6_TA(2008)0381

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakkja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' konfiska u d-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (5598/2008 — C6-0075/2008 — 2008/0803(CNS))

2009/C 295 E/37

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (5598/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0075/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0285/2008),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill sabiex ibiddel it-test f'dan is-sens;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b'mod sustanzjali;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta, fil-futur, li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jridu jkunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.

Huwa determinat li jeżamina kull proposta bħal din fil-futur bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

TEST PROPOST MINN SEBA' STATI MEMBRI

EMENDA

Emenda 1

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Titolu

Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji, id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' konfiska u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/…/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

dwar it-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini, li jippromovi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward tad-deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u li temenda d-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAIdwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' konfiska u d-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kundizzjonali

Emenda 2

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 1a (ġdida)

 

(1a)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka fiz-zona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizza fi kwistjonijiet kriminali permezz ta' miżuri f'livell tal-Unjoni Ewropea mfassla biex ikunu żgurati aktar armonizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll bl-adozzjoni f'dak il-livell ta' xi dispożizzjonijiet u prattiki fi kwistjonijiet kriminali.

Emenda 3

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 1 b (ġdida)

 

(1b)

Salvagwardji proċedurali adegwati huma prekundizzjoni neċessarja għar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk huwa importanti li tiġi adottata d-deċiżjoni ta' qafas dwar id-drittijiet proċedurali fi proċeduri kriminali malajr kemm jista' jkun.

Emenda 4

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 4

(4)

Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità tal-eżekuzzjoni.

(4)

Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità tal-eżekuzzjoni. L-iskop ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas hu li jkunu definiti dawn ir-raġunijiet komuni sabiex l-awtorità eżekuttiva tkun tista' twettaq id-deċiżjoni minkejja n-nuqqas tal-persuna kkonċernata waqt il-kawża. Din mhix imfassla biex tirregola l-forom u l-metodi applikabbli, jew ir-rekwiżiti proċedurali li huma użati biex jintlaħqu r-riżultati speċifiċi f'din id-Deċiżjoni ta' Qafas, li huma kwistjoni li tirrigwarda l-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Bit-tkomplija tat-taqsima relevanti għall-mandat ta' arrest Ewropew jew taċ-ċertifikat relevanti skond id-Deċiżjonijiet ta' Qafas l-oħra, l-awtorità emittenti tagħti assigurazzjoni li l-ħtiġiet kienu jew ser jiġu ssodisfati; dan għandu jkun biżżejjed għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.

Emenda 5

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 6

(6)

Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda fid-Deċiżjonijiet Kwadru eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward tal-informazzjoni dovuta lill-akkużat dwar id-dritt tiegħu għal kawża mill-ġdid .

(6)

Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent fid-Deċiżjonijiet ta' Qafas eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward tad-dritt tal-persuna kkonċernata għal kawża mill-ġdid. Kawża mill-ġdid bħal din, li għandha l-għan li tħares id-drittijiet tad-difiża, hi kkaratterizzata mill-elementi li ġejjin: il-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tipparteċipa fil-kawża mill-ġdid; il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, tkun eżaminata (mill-ġdid), u l-proċeduri jistgħu jwasslu biex id-deċiżjoni oriġinali tkun annullata.

Emenda 6

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 6a (ġdida)

 

(6a)

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-akkużat ma deherx m'għandhomx ikunu rrifjutati jekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat emittent, ikun stabbilit b'mod sodisfaċenti li l-akkużat issejjaħ personalment, jew li fil-fatt irċieva informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża. F'dan il-kuntest wieħed jissuponi li l-persuna tkun irċeviet din l-informazzjoni fiż-żmien li suppost, i.e. li jkollha biżżejjed żmien qabel il-kawża li tkun tista' tipparteċipa u li tħaddem id-dritt tagħha ta' difiża b'mod effettiv. L-informazzjoni kollha għandha tingħata b'lingwa li l-akkużat jifhem.

Emenda 7

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 6b (ġdida)

 

(6b)

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment m'għandhomx ikunu rrifjutati meta l-persuna kkonċernata, wara li tkun infurmata kif xieraq dwar il-kawża skedata, kienet difiża fil-kawża minn konsulent legali li hi tkun tatu mandat espliċitu biex jiddefendiha, biex b'hekk tiżgura li l-assistenza legali kienet prattika u effettiva. F'dan il-kuntest, għandu jkun immaterjali jekk il-persuna, konxja tal-kawża skedata, kienet tat mandat lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u hu mifhum li l-persuna konċernata tkun għażlet li tiġi rappreżentata minn konsulent legali minflok li tidher hi waqt il-kawża;

Emenda 8

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Premessa 7a (ġdida)

 

(7a)

Waqt kawża mill-ġdid wara li persuna tkun instabet ħatja waqt kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, dik il-persuna għandha tkun fl-istess pożizzjoni bħal xi ħadd li qed jidher f'kawża għall-ewwel darba. Għalhekk il-persuna konċernata għandu jkollha d-dritt li tkun preżenti fil-kawża mill-ġdid, il-merti tal-każ, inkluża l-evidenza mill-ġdid, għandhom ikunu eżaminati (mill-ġdid), il-kawża mill-ġdid tista' twassal biex id-deċiżjoni oriġinali tkun irrevokata u l-akkużat ikun jista' jappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida.

Emenda 9

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 1 — paragrafu 2

2.   Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

2.   Din id-Deċiżjoni ta' Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea , u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

Emenda 10

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 1 — paragrafu 3

3.   Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal proċedimenti fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Deċiżjoni Kwadru …/…/ĠAI.

3.   Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal kawża fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI, l-Artikolu (9(1)(f)) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI u l-Artiklolu (9(1)(h)) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI.

Emenda 11

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 1

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 1 — paragrafu 4

1)

fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

4.     Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, “deċiżjoni mogħtija in absentia” għandha tfisser sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda 12

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a- titolu u paragrafu 1

Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija in absentia

L-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li teżegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia , sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna:

Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment

1.    L-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li tesegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment , sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna, b'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent :

Emenda 13

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a — paragrafu 1 — punt a

(a)

ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu, bid- data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(a)

fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem ,

 

(i)

jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id- data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

(ii)

kienet informata personalment li d- deċiżjoni tista' tingħata jekk l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

Emenda 14

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a — paragrafu 1 — punt aa (ġdid)

 

(aa)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Emenda 15

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a — paragrafu 1 — punt b

(b)

wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(b)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell (1), fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida :

(i)

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia ;

(i)

iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

(ii)

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien tal-inqas […] jiem,

(ii)

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

Emenda 16

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a — paragrafu 1 — punt c

(c)

ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia iżda:

(c)

(ca) ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(i)

ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni sa mhux iktar tard mill-ħames jum wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża;

(i)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni immedjatament u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn tliet t'ijiem wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell , fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida ;

u

u

(ii)

ser ikollha mill-inqas […] jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.

(ii)

ser tiġi infurmata dwar iż- żmien, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata li fih għandha titlob kawża mill-ġdid jew appell ;

Emenda 17

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a — paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Jekk jinħaraġ mandat ta' arrest Ewropew biex tiġi implimentata sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'paragrafu (1)(c) u l-persuna kkonċernata ma tkunx irċeviet minn qabel l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza ta' proċeduri kriminali kontrieha, dik il-persuna, meta tkun infurmata dwar il-kontenut tal-mandat ta' arrest Ewropew, tista' titlob kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment. Immedjatament wara li tkun infurmata dwar dik it-talba, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tipprovdi kopja tas-sentenza permezz ta' awtorità ġudizzjarja eżekuttiva lill-persuna li tkun għamlet it-talba. Jekk is-sentenza tingħata b'lingwa li l-persuna kkonċernata ma tifhimx, l-awtorità ġudizzjarja emittenti permezz ta' awtorità ġudizzjarja eżekuttiva għandha tipprovdi estratt tas-sentenza b'lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem. Id-dispożizzjoni tas-sentenza jew estratt tas-sentenza lill-persuna kkonċernata għandha tkun għal skopijiet ta' informazzjoni biss; ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu servizz formali tas-sentenza u lanqas ma għandhom jattivaw l-ebda limiti ta' żmien applikabbli biex il-persuna kkonċernata titlob kawża mill-ġdid jew appell.

Emenda 18

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — parti introduttorja u punti 1 u 2

(d)

Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia :

(d)

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni :

1.

  Le, ma kinitx

1.

  Iva, il-persuna dehret personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.

2.

  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2.

  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda 19

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — punt 2 — subpunt 2.1

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor :

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra :

 

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni

 

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Emenda 20

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — punt 2 — subpunt 2.1 a (ġdid)

 

2.1a.

wara li l-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

Emenda 21

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — punt 2 — subpunt 2.2

2.2.

il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia , iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia

2.2.

il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u wara li ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell*, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia :

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

Emenda 22

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — punt 2 — subpunt 2.3.1 — inċiż 1

il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża ; u

il-persuna ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

Emenda 23

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 2 — punt 4

Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI

Anness — kaxxa d — punt 2.3.2

2.3.2. il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia , u

2.3.2. il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni u

il-persuna ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi … jiem wara ċ-ċediment; u

il-persuna ser tiġi notifikata personalment bid-deċiżjoni fi … jiem wara ċ-ċediment; u

meta tiġi notifika bid -deċiżjoni mogħtija in absentia , il-persuna ser tiġi informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

wara li ġiet notifikata bid- deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida ; u

wara li tiġi notifikata bid- deċiżjoni mogħtija in absentia , il-persuna jkollha … jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.

wara li ġiet informata bid- deċiżjoni, il-persuna jkollha … jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid jew appell .

 

Jekk immarkajt il-kaxxa 2.3.2, jekk jogħġbok ikkonferma

jekk il-persuna kkonċernata, meta ġiet infurmata fl-Istat eżekuttiv dwar il-kontenut tal-mandat ta' arrest Ewropew, titlob kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment, u tkun ipprovduta b'kopja tas-sentenza jew estratt tas-sentenza b'lingwa li tifhem … -il ġurnata wara li ssir it-talba permezz tal-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva.

Emenda 24

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 1

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 1 — punt e

1)

fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(e)

“Deċiżjoni mogħtija in absentia” għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda 25

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2 — punt b

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt i — parti introduttorja

(i)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia , sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(i)

skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat mittent , il-persuna:

Emenda 26

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2 — subpunt b

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt i — punt i

 

(i)

fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem ,

(i)

il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia

(a)

jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id - data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista' tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b)

kienet informata personalment li d- deċiżjoni tista' tingħata jekk hi ma tidhirx għall-kawża;

jew

jew

Emenda 27

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt 1 — subpunt ia (ġdid)

 

(ia)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew

Emenda 28

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2 — subpunt b

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt i — subpunt ii

(ii)

iddikjarat espressament lil awtorità kompetenti li hija ma tikkontestax il-każ; jew

imħassar

Emenda 29

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2 — subpunt b

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt i — punt iii

(iii)

wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(iii)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida :

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia ;

iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien tal-inqas […] jiem ;

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata;

Emenda 30

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 2 — subpunt b

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 — paragrafu 2 — punt ia (ġdid)

 

(ia)

skont iċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat jiddikjara li l-persuna, wara li kienet infurmata espressament dwar il-kawża u dwar il-possibilità li tipparteċipa personalment fil-proċeduri, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.

Emenda 31

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — parti introduttorja u subpunti 1 u 2

3.

Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

3.

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni :

1.

  Le, ma kinitx

1.

  Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

2.

  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2.

  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda 32

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — subpunt 2.1

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra, b'lingwa li tifhem , skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal- kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor:

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra :

 

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni :

 

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

JEW

JEW

Emenda 33

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — subpunt 2.1a (ġdid)

 

2.1a.

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

JEW

Emenda 34

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — subpunt 2.2

2.2.

il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia , iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.

2.2.

il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia :

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

JEW

JEW

Emenda 35

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — subpunt 2.3

2.3. il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.3. il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha hi ma dehritx personalment fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.

 

JEW

Emenda 36

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 3 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI

Anness — kaxxa h — punt 3 — subpunt 2.3a (ġdid)

 

2.3a.

il-persuna, wara li kienet espressament infurmata dwar il-proċeduri u dwar il-possibilità ta' parteċipazzjoni personali fil-kawża, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna rrevokat id-dritt għal smigħ u indikat li hija ma kkontestatx il-każ:

Emenda 37

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 1

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 2 — punt i

(1)

fl-Artikolu 2 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(i)

“Deċiżjoni mogħtija in absentia” għandha tfisser ordni ta' konfiska kif definita fil-punt (c) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda 38

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 — paragrafu 2 — punt e — parti introduttorja

(e)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia , sakemm ċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(e)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent , il-persuna:

Emenda 39

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 — paragrafu 2 — punt e — punt i

 

(i)

fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem ,

(i)

il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni ta' konfiska mogħtija in absentia

(a)

jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id - data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni ta' konfiska bħal din tista' tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b)

kienet infurmata personalment li deċiżjoni ta' konfiska tista' tingħata jekk hija ma dehritx għall-kawża;

JEW

JEW

Emenda 40

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 — paragrafu 2 –punt e — punt ia (ġdid)

 

(ia)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

jew

Emenda 41

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 — paragrafu 2 — punt e — punt ii

(ii)

wara li ġiet notifikata bl-ordni ta' konfiska mogħtija in absentia u li ġiet informata dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(ii)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida :

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;

iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;

jew

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien tal-inqas […] jiem;

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

Emenda 42

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Anness — kaxxa j — parti introduttorja u punti 1 u 2

(j)

Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

(j)

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta' konfiska :

1.

  Le, ma kinitx

1.

  Iva, il-persuna dehret personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta' konfiska :

2.

  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2.

  Le , il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta' konfiska .

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda 43

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Anness — kaxxa j — punt 2 — subpunt 2.1

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

2.1.

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad- deċiżjoni ta' konfiska b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor :

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra :

 

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni :

 

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

JEW

JEW

Emenda 44

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Anness — kaxxa j — punt 2.1a (ġdid)

 

2.1a.

wara li l-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

JEW

Emenda 45

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Anness — kaxxa j — punt 2 — subpunt 2.2

2.2.

il-persuna, wara li ġiet notifikata bid- deċiżjoni mogħtija in absentia , iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia

2.2.

il-persuna wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni ta' konfiska u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida , iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia :

Iddeskrivi meta l-persuna ngħatat ordni ta' konfiska, kif kienet infurmata dwar id-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni ta' konfiska :

JEW

JEW

Emenda 46

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 4 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI

Anness — kaxxa j — punt 2 — subpunt 2.3

2.3. il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.3. il-persuna ġiet notifikata personalment bid- deċiżjoni ta' konfiska fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.

Emenda 47

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 1

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Artikolu 1 — punt e

(1)

fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(e)

“Deċiżjoni mogħtija in absentia” għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda 48

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Artikolu 9 — paragrafu 1 — punt f

(f)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia , sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(f)

skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent , il-persuna:

Emenda 49

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Artikolu 9 — paragrafu 1 — punt f — punt i

 

(i)

fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem ,

(i)

il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia

(a)

jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id- data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista' tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b)

kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

jew

Emenda 50

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Artikolu 9 — paragrafu 1 — punt f — punt ia (ġdid)

 

(ia)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

jew

Emenda 51

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 2

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Artikolu 9 paragrafu — punt f — punt ii

(ii)

wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(ii)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida :

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;

iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien tal-inqas […] jiem;

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

Emenda 52

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Anness — kaxxa k — punt 1 — parti introduttorja u subpunti a u b

1.

Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

1.

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni :

a.

  Le, ma kinitx

a.

  Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

b.

  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

b.

  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda 53

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Anness — kaxxa k — punt 1 — punt b.1

b.1. il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

b.1. il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra u b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor :

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra :

 

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni :

 

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

JEW

JEW

Emenda 54

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Anness — kaxxa k — punt 1 — punt b.1a (ġdid)

 

b.1a. wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

JEW

Emenda 55

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Anness — kaxxa k — punt 1 — punt b.2

b.2. il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia , iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.

b.2. il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia :

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

JEW

JEW

Emenda 56

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5 — punt 3

Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Anness — kaxxa k — punt 1 — punt b.3

b.3. il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi …. (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

b.3. il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.

Emenda 57

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta' Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju tal-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — att li jemenda

Artikolu 5a (ġdid)

 

Artikolu 5a

Emendi lid-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI

Id-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/…/ĠAI huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu (9(1)), punt (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

(h)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu (6) id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent, il-persuna:

(i)

fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem:

jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

(ii)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew

(iii)

wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida :

iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux aktar minn 15-il ġurnata.

2)

Fil-kaxxa ((i)) tal-Anness (“ċertifikat”), subpunt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:

Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni .

Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni .

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

(i)

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta' mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali tal-Istat emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni :

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

JEW

(ii)

wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

JEW

(iii)

il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bid-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

JEW

(iv)

il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha hi ma dehritx personalment fi … (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-persuna ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fija l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha … ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.


(1)   Din l-emenda għandha tapplika għat-test kollu. Kull darba li jkun hemm referenza għal kawża mill-ġdid għandu jiżdied “jew appell”).


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/148


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ***I

P6_TA(2008)0383

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (COM(2008)0101 — C6-0086/2008 — 2008/0041(COD))

2009/C 295 E/38

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0101),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u u 62(2)(a) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0086/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-25 ta' Ġunju 2008 biex jadotta l-proposta kif emendata, skond l-Artikolu 251(1), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0208/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0041

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 81/2009.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/149


It-Tlieta, 2 ta’ Settembru 2008
It-tisħiħ tal-Eurojust u l-emenda tad-Deċiżjoni 2002/187/GAI *

P6_TA(2008)0384

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/GAI (5613/2008 — C6-0076/2008 — 2008/0804(CNS))

2009/C 295 E/39

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja (5613/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0076/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0293/2008),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja b’mod sustanzjali;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kwalunkwe proposta futura li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jridu jkunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.

Huwa determinat li jeżamina kull proposta futura bħal din bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u f’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja.

TEST PROPOST MINN 14-IL STAT MEMBRU

EMENDA

Emenda 1

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 5a (ġdida)

 

(5a)

Fid-dawl tal-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li titfassal Green Paper dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda 2

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 5b (ġdida)

 

(5b)

Hu meħtieġ li d-drittijiet tal-konvenuti u tal-vittmi jitqiesu waqt id-determinazzjoni ta’ liema Stat Membru qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex iħarrek jew jieħu azzjoni oħra ta’ infurzar tal-liġi.

Emenda 3

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 8a (ġdida)

 

(8a)

Salvagwardji proċedurali xierqa, inkluż waqt l-investigazzjonijiet, huma kundizzjoni neċessarja sabiex id-deċiżjonijiet tal-qrati jkunu rikonoxxuti b’mod reċiproku fi kwistjonijiet kriminali. B’mod partikulari, deċiżjoni ta’ qafas dwar id-drittijiet proċedurali għandha tkun adottata mill-aktar fis sabiex ikunu stipulati ċerti regoli minimi dwar id-disponibilità ta’ assistenza legali għall-individwi fl-Istati Membri.

Emenda 4

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 8b (ġdida)

 

(8b)

Huwa meħtieġ ukoll li l-Kunsill jadotta malajr kemm jista’ jkun deċiżjoni ta’ qafas dwar il-ħarsien ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, li tipprovdi livell xieraq ta’ ħarsien tad-data. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu livell ta’ ħarsien ta’ data personali fil-liġi nazzjonali tagħhom li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali tat-28 ta’ Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta’ Novembru 2001 , u waqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta’ Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta’ data personali fis-settur tal-pulizija, u wkoll jiżguraw il-ħarsien ta’ data li ma tkunx ipproċessata awtomatikament.

Emenda 5

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 8c (ġdida)

 

(8c)

Huwa importanti li jkun żgurat ħarsien xieraq tad-data personali għat-tipi kollha ta’ sistemi ta’ skedar ta’ data personali użati mill-Eurojust. F’dan ir-rispett, ir-Regoli ta’ Proċedura dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni ta’ data personali fil-Eurojust (1) għandhom japplikaw ukoll għall-fajls manwali stutturati, jiġifieri, il-fajls relatati mal-każijiet li jinġabru manwalment mill-membri nazzjonali jew mill-assistenti, u huma organizzati b’mod loġiku.

Emenda 6

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 8d (ġdida)

 

(8d)

Waqt l-ipproċessar ta’ data dwar il-kwantità ta’ posta elettronika skond l-Artikolu 14(1), il-Eurojust għandu jiżgura li l-kontenut u t-titoli tal-posta elettronika ma jkunux żvelati.

Emenda 7

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tal-Islovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda,

Premessa 8e (ġdida)

 

(8e)

Persuni li kienu suġġetti għal investigazzjoni kriminali msejsa fuq talba tal-Eurojust, imma li għadhom ma tħarrkux, għandhom jiġu infurmati dwar dik l-investigazzjoni mhux aktar tard minn sena wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni li ma jitħarrkux.

Emenda 8

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Premessa 8f (ġdida)

 

(8f)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu rimedju ġudizzjarju fejn l-investigazzjoni tkun twettqet fuq talba tal-Eurojust fuq il-bażi ta’ raġunijiet li b’mod evidenti ma kinux biżżejjed.

Emenda 9

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Atikolu 5a — paragrafu 1

1.   Sabiex twettaq il-kompiti tagħha abbażi ta’ emerġenza, l-Eurojust għandha tistabbilixxi “Ċellula għall-Koordinazzjoni ta’ Emerġenza” (ECC).

1.   Sabiex twettaq il-kompiti tagħha abbażi ta’ emerġenza, l-Eurojust għandha tistabbilixxi “Ċellula għall-Koordinazzjoni ta’ Emerġenza” (ECC) , li għandha tkun kuntattabbli permezz ta’ punt ta’ kuntatt wieħed .

Emenda 10

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Atikolu 5a — paragrafu 2

2.   L-ECC għandha tkun komposta minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, li jista’ jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew tagħha, jew assistent intitolat li jissostitwixxi l-membru nazzjonali. L-ECC għandha tkun kuntattabbli u tkun tista’ taġixxi fi kwalunkwe mument kull erbgħa u għoxrin siegħa .

2.   L-ECC għandha tkun komposta minn rapprezentant wieħed minn kull Stat Membru, li jista’ jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew tagħha, jew assistent intitolat li jissostitwixxi l-membru nazzjonali. Ir-rappreżentant għandu jkun jista’ jaġixxi fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum.

Emenda 11

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Atikolu 5a — paragrafu 3

3.   Meta f’każi urġenti, teħtieġ titwettaq talba għal koperazzjoni ġudizzjarja f’diversi Stati Membri, l-awtorità kompetenti tista’ tressaqha lill-ECC permezz tar-rappreżentant tal-Istat Membru tagħha fl-ECC. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru konċernat fl-ECC għandu jibgħat it-talba sabiex titwettaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti. Fejn ma ġiet identifikata l-ebda awtorità nazzjonali jew mhuwiex possibbli li tiġi identifikata b’mod f’waqtu, il-membru tal-ECC għandu jkollu s-setgħa li jwettaq it-talba huwa stess.

3.   Meta f’każi urġenti, teħtieġ titwettaq talba għal koperazzjoni ġudizzjarja f’diversi Stati Membri, l-awtorità kompetenti tista’ tressaqha lill-ECC permezz tar-rappreżentant tal-Istat Membru tagħha fl-ECC. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru konċernat fl-ECC għandu jibgħat it-talba sabiex titwettaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti. Fejn ma jkunx possibbli li tiġi identifikata awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq, il-membru tal-ECC għandu jkollu s-setgħa li jwettaq it-talba huwa stess. F’każ bħal dan, il-membru tal-ECC ikkonċernat għandu jinforma l-Kulleġġ bil-miktub u mingħajr dewmien dwar il-passi li ttieħdu u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq.

Emenda 12

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 6 — paragrafu 1 — punt a — subpunt vi

(vi)

jieħdu miżuri investigattivi speċjali;

imħassar

Emenda 13

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 4

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 6 — paragrafu 1 — punt a — subpunt vii

(vii)

jieħdu kwalunkwe miżura ġustifikata għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni;

imħassar

Emenda 14

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 6

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 8

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma’ talba msemmija fl-Artikolu 6(1)(a), 6(1)(g), 7(1)(a), 7(2) u 7(3), huma għandhom jinformaw lill-Eurjust dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.

1.    Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma’ talba msemmija fl-Artikolu 6(1)(a), 6(1)(g), 7(1)(a), 7(2) u 7(3), huma għandhom jinformaw lill-Eurjust dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tkun suġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja qabel tiġi kkomunikata lill-Eurojust.

Emenda 15

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 7 — subpunt (c)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 9 — paragrafu 4

4.   Biex jilħaq l-objettivi tal-Eurojust, il-Membru nazzjonali għandu jkollu aċċess komplet għal:

4.   Biex jilħaq l-objettivi tal-Eurojust, il-membru nazzjonali għandu jkollu aċċess komplet għal jew tal-inqas ikun jista’ jikseb

(a)

l-informazzjoni li tinsab fir- reġistri li ġejjin:

l-informazzjoni li tinsab fit-tipi ta’ reġistri nazzjonali li ġejjin, jekk dawn jeżistu fl-Istat Membru tiegħu jew tagħha :

(i)

rekords kriminali nazzjonali ,

(i)

rekords kriminali;

(ii)

reġistri ta’ persuni arrestati,

(ii)

reġistri ta’ persuni arrestati,

(iii)

reġistri ta’ investigazzjoni;

(iii)

reġistri ta’ investigazzjoni;

(iv)

reġistri tad-DNA;

(iv)

reġistri tad-DNA

(b)

reġistri, diversi minn dawk indikati fil-punt (a) , tal-Istat Membru tiegħu li fihom informazzjoni li jeħtieġ sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.

(v)

reġistri oħra tal-Istat Membru tiegħu jew tagħha li fihom informazzjoni meħtieġa sabiex hu jew hi jkun/ tkun jista’/ tista’ jwettaq/ twettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha .

Emenda 16

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 8

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Atikolu 9a — paragrafu 3

3.   Il-membri nazzjonali jistgħu, f’każi urġenti u fejn ma hemm l-ebda awtorità nazzjonali kompetenti identifikata jew ma jkunx possibbli li tiġi identifikata f’waqtha, jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsenji kkontrollati.

3.   Il-membri nazzjonali jistgħu, f’każi urġenti u fejn mhux possibbli li tiġi identifikata awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq, jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsenji kkontrollati. F’każ bħal dan, il-membru nazzjonali kkonċernat għandu jinforma l-Kulleġġ bil-miktub u mingħajr dewmien dwar il-passi li ttieħdu u r-raġunijiet għan-nuqqas tal-identifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq.

Emenda 17

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt -a (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 1

 

(-a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Eurojust jistgħu jagħtu u jieħdu mingħand xulxin kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-ħidmiet tagħha f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 skont ir-regoli dwar il-ħarsien tad-data stipulati f’din id-Deċiżjoni.”

Emenda 18

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom ikun informat b’mod f’waqtu, fi stadju bikri, u malli l-informazzjoni tkun disponibbli, dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jikkonċernaw tliet Stati jew aktar, li minnhom tnejn jew aktar ikunu Stati Membri, li jaqgħu taħt il-mandat tal-Eurojust u safejn ikun meħtieġ għall-qadi tal-funzjonijiet tal-Eurojust, b’mod partikolari fejn ittri rogatorji paralleli ikunu meħtieġa f’diversi Stati jew fejn hemm ħtieġa għall-koordinazzjoni mill-Eurojust jew f’każijiet ta’ konflitti ta’ ġurisdizzjoni pożittivi jew negattivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tar-rappurtar ikun sorveljat fil-livell nazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom ikun informat b’mod f’waqtu, fi stadju bikri, u malli l-informazzjoni tkun disponibbli, dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna tliet Stati jew aktar u li dwaru kienu trażmessi lil tal-inqas żewġ Stati Membri talbiet għal jew deċiżjonijiet dwar koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż dawk rigward strumenti li jimplimentaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Emenda 19

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 6

6.   Bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-paragrafu 5 fir-rigward ta’ każijiet relatati mar-reati li ġejjin:

6.   Bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-paragrafu 5 fir-rigward ta’ każijiet relatati mar-reati li ġejjin:

(a)

traffikar tad-droga,

(a)

traffikar tad-droga,

 

(aa)

sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografjia bi tfal;

(b)

traffikar ta’ bnedmin u armi,

(b)

traffikar ta’ bnedmin u armi,

(c)

traffikar ta’ skart nukleari,

(c)

traffikar ta’ skart nukleari,

(d)

traffikar ta’ opri tal-arti,

(d)

traffikar ta’ opri tal-arti,

(e)

kummerċ ta’ speċi fil-periklu li jinqerdu,

(e)

kummerċ ta’ speċi fil-periklu li jinqerdu,

(f)

kummerċ ta’ organi umani,

(f)

kummerċ ta’ organi umani,

(g)

money laundering,

(g)

ħasil ta’ flus,

(h)

frodi, inkluża frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità,

(h)

frodi, inkluża frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità,

(i)

falsifikazzjoni ta’ muniti, inkluż l-euro,

(i)

falsifikazzjoni ta’ muniti, inkluż l-euro,

(j)

terroriżmu, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu,

(j)

terroriżmu, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu,

(k)

kriminalità ambjentali,

(k)

kriminalità ambjentali,

(l)

forom oħrajn ta’ kriminalità organizzata .

(l)

forom oħrajn ta’ reati fejn ikun hemm indikazzjonijiet bil-fatti li hija nvoluta organizzazzjoni kriminali jew fejn huma involuti atti kriminali serji .

Emenda 20

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 8

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom jkun informat ukoll dwar

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom jkun informat ukoll dwar

(a)

it-talbiet kollha għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat, inklużi l-istrumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ riknoxximent reċiproku, mibgħutin mill-awtoritajiet kompetent tagħhom f’każijiet li jinvolvu tal-anqas tliet Stati, li minnhom tnejn jew aktar ikunu Stati Membri;

(a)

każijiet fejn kien hemm kunflitti ta’ ġurisdizzjoni jew fejn hemm probabilità li jistgħu iqumu kunflitti bħal dawn;

(b)

il-kunsenji kontrollati kollha u investigazzjonijiet diskreti li jaffettwaw tal-anqas tliet Stati, li minnhom tal-anqas tnejn ikunu Stati Membri;

(b)

il-kunsenji kontrollati kollha u investigazzjonijiet diskreti li jaffettwaw tal-anqas tliet Stati, li minnhom tal-anqas tnejn ikunu Stati Membri;

(c)

iċ- ċaħdiet kollha ta’ talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat , inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;

(c)

diffikultajiet ripetuti jew ċaħdiet rigward l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar , koperazzjoni ġudizzjarja inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;

(d)

it-talbiet kollha għal assistenza legali reċiproka li jaslu minn Stat li ma jkunx Stat Membru fejn jidher li dawn it-talbiet huma parti minn investigazzjoni li tinvolvi talbiet oħrajn mibgħutin minn dak l-Istat li ma jkunx Stat Membru lil, tal-anqas, żewġ Stati Membri oħrajn.

 

Emenda 21

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 9

9.     Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-membru nazzjonali bi kwalunkwe informazzjoni oħra li l-membru nazzjonali jqis meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu.

imħassar

Emenda 22

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 11 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 13, paragrafu 10a (ġdid)

 

10a.     Sa … (2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Eurojust, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, akkumpanjata, fejn hu xieraq, minn kwalunkwe proposta, inklużi proposti li jikkunsidraw iż-żieda ta’ reati oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 6.

Emenda 23

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 13

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 14, paragrafu 4 u Artikolu 16, paragrafu 1

13)

Fl-Artikolu 14(4) u 16(1), il-kliem indiċi ta’ jinbidlu bi “Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet li fiha”;

imħassar

Emenda 24

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 14

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 15, paragrafu 4 u Artikolu 16, paragrafu 1 u 2

14)

Fl-Artikoli 15(4), 16(1), u 16(2) il-kelma “indiċi” tinbidel bi “Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet”;

imħassar

Emenda 25

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 15 — subpunt (a) — subpunt (i)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 15 — paragrafu 1 — parti introduttorja

1.   Meta tkun qed tiġi proċessata data skond l-Artikolu 14(1), l-Eurojust tista’ tipproċessa biss id-data personali dwar persuni li, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri konċernati, huma s-suġġett għal investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni għal waħda jew aktar forom ta’ kriminalità u ir-reati definiti fl-Artikolu 4, bħal :

1.   Meta tkun qed tiġi proċessata data skond l-Artikolu 14(1), il-Eurojust jista’ jipproċessa biss id-data personali li ġejja dwar persuni li, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri konċernati, huma s-suġġett għal investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni għal waħda jew aktar forom ta’ kriminalità u r-reati definiti fl-Artikolu 4:

Emenda 26

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 15 — subpunt (a) — supunt (ii)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 15 — paragrafu 1 — punt l

(l)

numri tat-telefon, data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi, kontijiet ta’ indirizzi elettroniċi, data relatata ma’ traffiku permezz tat-telefon u l-posta eletrronika, rekords ta’ DNA u ritratti.

(l)

mudelli ta’ identifikazzjoni tad-DNA, jiġifieri kodiċi b’ittri jew b’ċifri li jirrappreżenta sett ta’ karatteristiċi ta’ identifikazzjoni tal-parti mhux kodifikanti ta’ kampjun analizzat ta’ DNA uman, jiġifieri l-istruttura kimika partikulari tad-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA;

(la)

ritratti;

(lb)

numri tat-telefon;

(lc)

data marbuta ma’ ammont ta’ telefonati u posta elettronika li teskludi t-trażmissjoni ta’ data dwar il-kontenut;

(ld)

kontijiet tal-posta elettronika;

(le)

data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.

Emenda 27

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 15 — subpunt (b)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 15 — paragrafu 2

(b)

Fil-paragrafu 2, titħassar il-kelma “biss”;

imħassar

Emenda 28

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 17a (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 23 — paragrafu 12

 

17a)

L-Artikolu 23(12) jinbidel b’dan li ġej:

12.   Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 29

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 18 — subpunt (a)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 26 — paragrafu 1a

1a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kulleġġ jista’ effettivament ikun jista’ jiftaħ Fajl ta’ Ħidma Analitika tal-Europol u li jkun jista’ jipparteċipa fil-funzjonament tiegħu.

1a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kulleġġ effettivament ikun jista’ jiftaħ Fajl ta’ Ħidma Analitika tal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta’ Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (3) u li jkun jista’ jipparteċipa fil-funzjonament tiegħu.

Emenda 30

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 18 — subpunt b

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 26 — paragrafu 2 — punt b

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 ta’ din id-Deċiżjoni u skond l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni…/ …/ĠAI, il-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinformaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u li jidħlu fil-kompetenza tal-Eurojust:

f’każijiet fejn probbabilment ikun hemm konflitti ta’ ġurisdizzjoni,

jew

f’każijiet ta’ ċ-ċaħda ta’ talba għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat, inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.

Il-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom ukoll, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinformaw lill-Eurojust dwar il-każijiet kollha li jidħlu fil-kompetenza tal-Eurojust u li jinvolvu tal-anqas tliet Stati Membri.

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni dwar l-Eurojust u skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni…/ …/ĠAI, il-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinformaw lill-membru nazzjonali tagħhom tal- Eurojust dwar il- każijiet l-oħra kollha li l-Eurojust hija meqjusa li qiegħda f’pożizzjoni aħjar biex tittrattahom.

Il-membri nazzjonali għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinformaw lill-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li għat-trattament tagħhom in-network jitqies li jkun f’pożizzjoni aħjar.

Il-membri nazzjonali għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jinformaw il-korrispondenti nazzjonali rispettivi tagħhom tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li għat-trattament tagħhom in-network jitqies li jkun f’pożizzjoni aħjar.

Emenda 31

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 19a (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 27 — paragrafu 4

 

19a)

L-Artikolu 27(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

4.   “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-trażmissjoni ta’ data personali mill-Eurojust lil entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ Stati terzi li mhumiex suġġetti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 tista’ ssir biss meta jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tad-data li jkun evalwat skont l-Artikolu 28(3) tar-Regoli ta’ Proċedura dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali fil-Eurojust.

Emenda 32

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 19 b (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 27 — paragrafu 5a (ġdid)

 

19b)

fl-Artikolu 27 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 5:

5a.     Darba kull sentejn, il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza, flimkien mal-Istat jew entità terza rispettiva msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), għandu jevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehima ta’ koperazzjoni rilevanti marbuta mal-protezzjoni ta’ data li tiġi skambjata. Ir-rapport dwar din l-evalwazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.”

Emenda 33

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 22 — inċiż 1a (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 32 — paragrafu 1 — subparagrafu 1

 

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.   Il-President, f’isem il-Kulleġġ, għandu jħejji rapport bil-miktub kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill […] dwar l-attivitajiet u l-immaniġġjar, inkluż l-immaniġġjar tal-baġit, tal-Eurojust.

Emenda 34

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 22 — inċiż 1b (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 32 — paragrafu 1 — subparagrafu 2

 

it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Għal dak il-għan, il-Kulleġġ għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u dwar kull problema relatata ma’ problemi fil-politika kontra l-kriminalità fl-Unjoni, enfasizzata bħala riżultat tal-attivitajiet tal-Eurojust. F’dak ir-rapport, il-Eurojust għandu jinkludi wkoll analiżi ta’ sitwazzjonijiet meta l-membri nazzjonali jeżerċitaw il-poteri tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 5a(3) u fl-Artikolu 9a(3). Ir-rapport jista’ wkoll jinkludi proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali.

Emenda 35

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 22 — inċiż 1c (ġdid)

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 32 — paragrafu 2

 

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

2.   Kull sena, ir-rappreżentant tal-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza għandu jirrapporta lill-Parlament Ewoprew dwar l-attivitajiet tiegħu […].

Emenda 36

Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 26

Deċiżjoni 2002/187/JHA

Artikolu 42 — paragrafu 2

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Kunsill flimkien ma’, jekk xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex jitjiebu l-koperazzjoni ġudizzjarja u l-funzjonament tal-Eurojust. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-kapaċitajiet tal-Eurojust sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’, jekk xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex jitjiebu l-koperazzjoni ġudizzjarja u l-funzjonament tal-Eurojust. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-kapaċitajiet tal-Eurojust sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.


(1)   ĠU C 68, 19.3.2005, p. 1.

(2)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(3)   ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.


L-Erbgħa, 3 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/163


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet

P6_TA(2008)0392

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0355 — C6-0197/2007 — 2007/0121(COD))

2009/C 295 E/40

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0355),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0197/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0140/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0121

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/164


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Klassifikazzjoni, tikkettar, ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet (emenda tad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE) ***I

P6_TA(2008)0393

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) … dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0611 — C6-0347/2007 — 2007/0212(COD))

2009/C 295 E/41

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0611),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 95 u 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0347/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0142/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma' test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0212

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) … dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (KE) Nru 112/2008.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/165


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, (emenda tar-Regolament (KE) Nru 648/2004) ***I

P6_TA(2008)0394

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru … dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0613 — C6-0349/2007 — 2007/0213(COD))

2009/C 295 E/42

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0613),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0349/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0141/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/165


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu ***I

P6_TA(2008)0395

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2007)0593 — C6-0342/2007 — 2007/0214(COD))

2009/C 295 E/43

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0593),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0342/2007),

wara li kkonsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0201/2008),

1.

Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0214

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 79/2009.)


Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/167


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
Kodiċi ta Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata ***I

P6_TA(2008)0402

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata (COM(2007)0709 — C6-0418/2007 — 2007/0243(COD))

2009/C 295 E/44

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0709)

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 71 u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0418/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0248/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0243

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru…/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru…/2008 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 80/2009.)


4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/168


Il-Ħamis, 4 ta’ Settembru 2008
L-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità *

P6_TA(2008)0403

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0172 — C6-0182/2008 — 2008/0067(CNS))

2009/C 295 E/45

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0172),

wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0182/2008),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Frar 2008 dwar Strategija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (1).

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għal Sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew bejn il-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007,

wara li kkunsidra l-każ C-155/07, il-Parlament Ewropew v. l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0317/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha, f’każ li d-Deċiżjoni 2006/1016/KE li bħalissa qiegħda pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tiġi mħassra;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a)

Hemm ħtieġa magħrufa li s-self mill-BEI fl-Ażja Ċentrali jagħti attenzjoni partikulari lil proġetti tal-provvista u t-trasport tal-enerġija li jaqdu l-interessi tal-UE f’dan il-qasam.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3b (ġdida)

 

(3b)

Fir-rigward tal-proġetti tal-provvista u t-trasport tal-enerġija, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-politika tal-UE ta’ diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u r-rekwiżiti ta’ Kyoto, u ta’ titjib tal-ħarsien tal-ambjent, u għandhom jappoġġjawhom.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3c (ġdida)

 

(3c)

L-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni tal-UE u għandhom jappoġġjawhom, inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu għall-għan ġenerali tal-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent li tagħhom huma partijiet il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3d (ġdida)

 

(3d)

Il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti individwali jkunu suġġetti għal Evalwazzjoni tal-Impatt fuq is- Sostenibilità mwettaq b’mod indipendenti mill-isponsors tal-proġett u mill-BEI.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, u b’mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB;

Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, u b’mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB. Madankollu għandu jkun hemm kundizzjonijiet minn qabel għall-eliġibilità tagħhom għas-self mill-BEI: dawn il-pajjiżi għandhom juru progress ċar fl-istabbiliment tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-libertà tal-NGOs u li jintlaħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp kif stipulat fil-Ftehimiet ta’ Sħubija u Koperazzjoni tal-UE. Huma m’għandhomx ikunu suġġetti għal sanzjonijiet tal-UE marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jridu jkunu wrew progress fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif speċifikat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Frar 2008 dwar strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2).

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

 

(5a)

L-attivitajiet ta’ self għandhom jappoġġjaw l-għan tal-politika tal-UE li tippromwovi l-istabbilità fir-reġjun.

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Il-Każakstan, il-Kirgiżstan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan huma eliġibbli għal finanzjament mill-EIB b’garanzija Komunitarja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE.

Il-Każakstan, il-Kirigistan, it-Taġikistan, u t-Turkmenistan huma eliġibbli għal finanzjament mill-EIB b’garanzija Komunitarja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE. L-Użbekistan għandu jkun eliġibbli hekk kif l-UE tneħħi s-sanzjonijiet kontra l-pajjiż.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Il-ftehima ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, kif prevista fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, għandha tistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jkollhom x’jaqsmu mal-garanzija Komunitarja u għandu jkollha kundizzjonijiet b’livelli ċari dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1b (ġdid)

 

Artikolu 1b

Fuq il-bażi tat-tgħarif mibgħut mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni u rapport, kull sena, li għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI imwettqa skond din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, u b’mod speċjali l-kontribut għall-għan ġenerali tal-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, l-għan tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li tagħhom huma firmatarji l-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1c (ġdid)

 

Artikolu 1c

Il-BEI għandu jiżgura li l-ftehimiet ta’ qafas bejn il-Bank u l-pajjiżi kkonċernati jkunu disponibbli għall-pubbliku u li tagħrif oġġettiv xieraq u f’waqtu jkun disponibbli biex il-pubbliku jkun jista’ jieħu sehem sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0059.

(2)   Testi Adottati, P6_TA(2008)0059.