ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2009.247.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 247E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
15 ta' Ottubru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 9-10 April 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 138 E, 5.6.2008.

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008

2009/C 247E/01

L-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI))

1

2009/C 247E/02

Is-sitwazzjoni fit-Tibet
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar is-sitwazzjoni fit-Tibet

5

2009/C 247E/03

Ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2007 (2007/2267(INI))

7

2009/C 247E/04

Il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra

11

2009/C 247E/05

Analiżi ta' nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-analiżi ta' nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju (2007/2204(INI))

18

2009/C 247E/06

Industriji kulturali fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa (2007/2153(INI)

25

2009/C 247E/07

Aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni (2007/2211(INI))

32

2009/C 247E/08

Il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa — alternattivi għall-azzjoni tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa — alternattivi għall-azzjoni tal-UE (COM(2007)0354 finali)

41

2009/C 247E/09

Inklużjoni tas-sottotitoli fil-programmi kollha tat-televiżjoni ta' servizz pubbliku fl-UE
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inklużjoni tas-sottotitoli fil-programmi kollha tat-televiżjoni ta' servizz pubbliku fl-UE

48

 

 

Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 9 ta’ April 2008

2009/C 247E/10

L-approvazzjoni tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2008 li tapprova l-ħatra tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni

50

 

Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008

2009/C 247E/11

Il-kundizzjonijiet sanitarji applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni (COM(2007)0572 — C6-0334/2007 — 2007/0202(COD))

51

P6_TC1-COD(2007)0202Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' April 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni

51

2009/C 247E/12

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (COM(2007)0466 — C6-0303/2007 — 2007/0167(CNS))

52

2009/C 247E/13

Emenda tar-regolament dwar ir-regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi ngarigati bit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-Abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1653/2004 dwar ir-regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu ngarigati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (SEC(2007)0492 — C6-0123/2007 — 2007/0901(CNS))

60

2009/C 247E/14

Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (SEC(2007)1013 — C6-0417/2007 — 2007/0151(CNS))

67

2009/C 247E/15

Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Malta u l-Portugall)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2008)0094 — C6-0085/2008 — 2008/2043(ACI))

75

2009/C 247E/16

Orjentazzjonijiet għall-proċedura baġitarja 2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-orjentazzjonijiet għall-proċedura baġitarja 2009, Sezzjoni I — Il-Parlament Ewropew, Sezzjoni II — Il-Kunsill, Sezzjoni IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja, Sezzjoni V — Il-Qorti tal-Awdituri, Sezzjoni VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni, Sezzjoni VIII — L-Ombudsman Ewropew, Sezzjoni IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2008/2021(BUD))

78

2009/C 247E/17

Eurostars ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri (COM(2007)0514 — C6-0281/2007 — 2007/0188(COD))
P6_TC1-COD(2007)0188
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' April 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp

83

2009/C 247E/18

Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida tekniċi multijannwali għall-programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0393 — C6-0248/2007 — 2007/0135(CNS))

84

2009/C 247E/19

Attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u ta' pajjiżi terzi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji u l-aċċess għal bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet Komunitarji (COM(2007)0330 — C6-0236/2007 — 2007/0114(CNS))

87

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 9-10 April 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 138 E, 5.6.2008.

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008

15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/1


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
L-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd

P6_TA(2008)0113

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (2007/2111(INI))

2009/C 247 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-Politika Komuni għas-Sajd (“Pjan Direzzjonali”), (COM(2002)0181),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (COM(2007)0073),

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0060/2008),

A.

billi fil-Green Paper tagħha dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP) il-Kummissjoni tesprimi l-opinjoni li mekkaniżmi ta' ġestjoni alternattivi jista' jkollhom irwol kumplementari sinjifikanti fil-ġestjoni tal-industrija tas-sajd tal-Komunità,

B.

billi l-Kummissjoni bdiet dibattitu dwar il-Ġestjoni Bbażata fuq id-Drittijiet (RBM) fis-sajd,

C.

billi numru ta' partijiet interessati diġà ressqu l-kontribut tagħhom għad-dibattitu,

D.

billi diġà kienu saru numru ta' studji dwar l-RBM, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kopra l-Istati Membri kostali kollha tal-UE,

E.

billi, madankollu, numru ta' studji kkunsidraw it-tħaddim u l-effetti ta' sistemi, kemm fl-UE u kemm barra minnha, li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet tas-sajd għal valur ekonomiku;

F.

billi l-Kummissjoni issa ħarġet sejħa għall-offerti għal studju,

G.

billi l-Kummissjoni qalet li fil-mument m'għandhiex pjani biex tibdel is-sistemi ta' mmaniġġjar eżistenti iżda stqarret, bl-istess mod, il-ħsieb tagħha li tintroduċi bidliet fit-tħaddim tas-CFP u għalhekk qiegħda tfittex alternattivi vijabbli,

H.

billi s-sistemi attwali ta' ġestjoni tas-sajd fl-Unjoni Ewropea, b'mod speċifiku is-sistema tat-TACs u l-kwoti, ma jipprovdux risposta għall-problemi tas-settur, u huwa meħtieġ u fundamentali li jsir dibattitu b'firxa wiesgħa dwar din il-kwistjoni, filwaqt li jiġu evlawati l-aspetti pożittivi u negattivi tal-adozzjoni possibbli ta' sistemi ta' ġestjoni ġodda,

I.

billi, għaldaqstant, huwa importanti li jitqiesu modi kif jista' jsir titjib fit-tħaddim tas-CFP, b'mod partikulari permezz tal-politika ta' ġestjoni tas-sajd, li n-nuqqasijiet attwali tagħha huma evidenti,

J.

billi kwalunkwe bidla li ssir m'hix se ġġib titjib sakemm ma jkunx żgurat li r-riżorsi jkunu sfruttati b'mod li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni fetħet dibattitu dwar RBM fis-sajd, b'antiċipazzjoni għall-modifika neċessarja tal-politika ta' ġestjoni eżistenti;

2.

Iqis li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma riżors pubbliku komuni;

3.

Jemmen li d-drittijiet involuti m'għandhomx jiġu interpretati bħala drittijiet ta' proprjetà iżda bħala forma ta' użufrutt jew bħala dritt għall-ħsad li jkun soġġett, skond kif ikun jixraq, għal limitazzjonijiet adegwati;

4.

Jirrikonoxxi wkoll, madankollu, li hemm sistemi identifikabbli b'mod separat ta' RBM li huma bbażati fuq fehimiet differenti:

a)

fir-rigward ta' lil min għandu jiġi allokat id-dritt, rigward il-kundizzjonijiet tat-trasferibilità tiegħu u rigward in-negozjabilità tiegħu għal valur ekonomiku,

b)

fir-rigward tal-limitu tad-dritt, b'mod partikulari dwar jekk hux iddefinit f'termini tal-lok li fih ikun eżerċitat, il-kwantità li tista' tinqabad jew l-isforz li jista' jsir;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet sejħa għall-offerti biex ikun jista' jsir studju komplut tad-diversi sistemi ta' ġestjoni;

6.

Iqis li l-perjodu li ġie ffissat għad-dibattitu huwa qasir wisq, u jitlob li dan jiġi estiż sabiex jiżgura li d-diversi possibilitajiet disponibbli jkunu esplorati u studjati kif jixraq, flimkien mal-konsegwenzi tagħhom;

7.

Jirrikonoxxi, madankollu, anke fl-istadju ta' qabel studju bħal dan, li huwa evidenti li hemm varjetà wiesgħa ta' sistemi bħal dawn fis-seħħ, u li l-biċċa l-kbira tagħhom, jekk mhux kollha kemm huma, iħaddmu xi forma ta' RBM, anke jekk din tittieħed fl-iżjed sens wiesa' possibbli; jagħraf wkoll li esperimenti ta' ġestjoni permezz tad-drittijiet tas-sajd fl-Istati Membri li wettqu dawn it-tip ta' sistemi kellhom konsegwenzi pożittivi ħafna f'ħafna lati, pereżempju mil-lat ta' tnaqqis tal-kapaċità;

8.

Iqis li b'mod simili huwa evidenti wkoll li fuq il-livell Komunitarju u mill-inqas fi ħdan xi Stati Membri, il-forom ta' RMB imħaddma huma mħalltin, kemm f'termini tal-allokazzjoni u t-trasferibilità/negozjabilità tad-drittijiet u kemm f'termini tal-mod ta' kif inhu ddefinit l-ambitu tagħhom;

9.

Jinnota l-grad ta' kumplessità involut u d-diffikultajiet li dan jippreżenta fiċ-ċaqliq lejn sistema unika, immaterjalment minn jekk dan jinkisibx permezz tal-armonizzazzjoni tal-prattiki tal-Istati Membri jew permezz tal-amministrazzjoni tiegħu fuq livell Komunitarju;

10.

Madankollu huwa tal-fehma li, kif muri mill-fatt li l-RBM fis-sajd ġiet introdotta f'ħafna mill-pajjiżi u mir-reġjuni li għandhom l-aktar interessi tas-sajd sinjifikanti fid-dinja, dawn id-diffikultajiet jistgħu jiġu megħluba u, minħabba li s-sistema taf tkun pożittiva ħafna għall-ġestjoni ta' ċerti flotot Komunitarji, tal-inqas għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilità li din tiġi inkluża fic-CFP;

11.

Iqis li jeħtieġ li jkunu determinati l-effetti li l-bidliet — b'mod partikulari l-introduzzjoni ta' kwoti individwali trasferibbli mal-Komunità kollha u aċċess ieħor ibbażat fuq id-drittijiet — jista' jkollhom fir-rigward ta':

l-istabilità relattiva u l-irwol tagħha biex tinżamm il-vijabilità ta' komunitajiet dipendenti fuq is-sajd,

il-grad ta' konċentrazzjoni tas-sjieda ta' dan it-tip ta' drittijiet u l-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw,

il-vantaġġi li jista' jkollhom kumpaniji kbar għas-spejjeż ta' operaturi fuq skala żgħira jew sajd ibbażat fuq il-komunità,

il-biża' li jista' jkun hemm spejjeż addizzjonali involuti, li toħloq disinċentivi għall-investiment fil-bastimenti, it-tagħmir, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol,

il-probabilità li l-kwoti jinżammu b'mod dirett minn dawk involuti b'mod attiv fis-sajd,

il-problemi inerenti fil-kisba ta' allokazzjoni inizjali u fl-għoti ta' benefiċċji mhux mistennija lil dawk li tkun ingħatatilhom l-allokazzjoni,

ir-riskju ta' konċentrazzjoni eċċessiva ta' drittijiet;

12.

Iqis li dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu indirizzati qabel ma jsir xi pass lejn sistema unika, pereżempju, il-possibilità, kif intwera minn preċedenti eżistenti, li jitpoġġa limitu fuq l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tas-sajd;

13.

Iqis li għandha titpoġġa enfasi fuq l-aspetti pożittivi tal-RBM fis-sajd, li fuqhom hemm qbil relattivament mifrux dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

aktar razzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni, minħabba li d-detenturi tad-drittijiet isiru responsabbli b'mod dirett mill-ġestjoni u mill-konformità mar-regoli ġenerali, li ttemdi li tipproduċi settur b'aktar kapaċitajiet ta' intraprenditorjat li jkun inqas dipendenti fuq pariri esperti, senserija u fondi pubbliċi,

il-monitoraġġ isir aktar sempliċi fi flotot fejn tiġi applikata s-sistema, minħabba li l-bastimenti li jkollhom id-drittijiet ikunu idenfikati b'mod preċiż,

ir-rimi jonqos, minħabba li huwa possibbli li wieħed jixtri d-drittijiet għas-sajd ta' speċijiet li għalihom hija biss disponibbli kwota żgħira,

il-flotot għandhom tendenza li jaraw li n-negozju tagħhom ikun irendi, u dan ġeneralment iwassal għal tnaqqis fil-kapaċità permezz tal-eleminazzjoni tal-unitajiet li huma l-eqdem u l-inqas effiċjenti,

l-eħfef mod sabiex tiġi introdotta s-sistema jkun permezz tal-allokazzjoni ta' kwoti skond l-istabbilità relattiva ta' kull Stat Membru, sabiex lanqas din l-istabbiltà ma tiġi effettwata;

14.

Jistaqsi wkoll dwar jekk fi kwalunkwe każ sistema unika ta' RBM tkunx adegwata għal tipi differenti ta' sajd;

15.

F'dan il-kuntest tiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet differenti ta' sajd għal speċi waħda u ta' sajd għal bosta speċijiet; u għas-sitwazzjoni speċjali tal-flottot artiġjanali;

16.

Iqis, fir-rigward tal-flottot artiġjanali, li għandha ssir dispożizzjoni separata għalihom, jew bl-użu ta' kriterji konnessi mad-distanza ġeografika mix-xatt jew billi titwarrab parti mill-kwota għalihom;

17.

Jilqa', għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni fil-mument m'għandhiex ħsieb tintervjeni fis-sistemi ta' ġestjoni kurrenti;

18.

Iqis, madankollu, li trid tingħata iżjed kunsiderazzjoni lill-vantaġġi u lill-iżvantaġġi ta' sistemi ta' RBM differenti;

19.

Iqis li jeħtieġ li jkun evitat tagħwiġ ekonomiku fl-industrija tas-sajd, bi ħsara għas-sidien ta' bastimenti żgħar, b'mod partikulari dawk li jirrappreżentaw il-flottot artiġjanali;

20.

Jirrikonoxxi li sistemi bħal dawn jistgħu jippromwovu l-effiċjenza ekonomika, dejjem jekk jitfasslu kif suppost; isemmi li din l-effiċjenza hija waħda mill-objettivi ta' kwalunkwe politika ekonomika u huwa fl-interess tas-CFP li tiżgura industrija tas-sajd li tħalli l-qligħ li tkun inqas u inqas dipendenti fuq il-fondi pubbliċi;

21.

Iqis li, minħabba li s-sajd huwa politika komuni, għandhom jiġu adottati mekkaniżmi ta' ġestjoni tad-drittijiet tas-sajd fil-livell Komunitarju, liema mekkaniżmi jagħmluha possibbli li titjieb il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd;

22.

Jemmen li l-effiċjenza ekonomika hija ta' valur biss sakemm tippromwovi l-objettivi tas-CFP;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe studju li tibda tagħmel dwar l-RBM ikun immexxi biex:

I.

jipprovdi stampa u analiżi sħiħa tas-sistemi ta' ġestjoni li hemm fis-seħħ bħalissa fl-Istati Membri,

II.

iħares lejn il-fehimiet bażiċi involuti fl-RBM f'termini ta':

a)

lil min jistgħu jiġu allokati d-drittijiet, lil min jistgħu jiġu trasferiti u jekk humiex negozjabbli, flimkien ma' kwalunkwe limitazzjoni f'dawn l-aspetti, u

b)

il-limitu tad-drittijiet, jiġifieri, jekk humiex iddefiniti f'termini tal-lok, tal-kwantità (output) jew tal-isforz (input) jew ta' taħlita ta' dawn,

III.

jevalwa, billi juża l-evidenza miksuba mis-sistemi ta' ġestjoni eżistenti, l-effettività ta' kull fehim minn dawn fil-kisba tal-objettivi tas-CFP f'termini ta':

a)

t-titjib tal-għixien ta' dawk involuti fl-industrija tas-sajd,

b)

il-kisba ta' ekoloġija tal-baħar sostenibbli li fiha jkunu kkonservati l-ħażniet tal-ħut,

c)

ż-żamma tal-vijabilità tal-komunitajiet dipendenti fuq is-sajd,

d)

il-punt safejn is-sistema, sa mill-bidu tagħha, ikkonċentrat is-sjieda tad-dritt għas-sajd u wasslet għal telf ta' impjiegi, u

e)

l-effiċjenza ekonomika tas-settur tas-sajd,

IV.

Jeżamina dawn il-kwistjonijiet b'mod separat għal tipi differenti ta' sajd, kemm fl-ibħra Komunitarji u kemm 'il barra minnhom;

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippermetti perjodu itwal ta' dibattitu dwar din il-kwistjoni;

25.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsilli Kunsultattivi Reġjonali u lill-Kumitat Kunsultattiv għas-Sajd u l-Akwakultura.


(1)  ĠUL 358, 31.12.2002, p. 59. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/5


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Is-sitwazzjoni fit-Tibet

P6_TA(2008)0119

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar is-sitwazzjoni fit-Tibet

2009/C 247 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina u t-Tibet, b'mod partikulari dwar:

a)

id-djalogu bejn il-Gvern Ċiniż u l-Mibgħuta tad-Dalai Lama (15 ta' Frar 2007) (1),

b)

is-Samit UE-Ċina – id-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem (13 ta' Diċembru 2007) (2),

c)

ir-releazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (7 ta' Settembru 2006) (3),

d)

l-andament tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-konsultazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi (6 ta' Settembru 2007) (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-49 anniversarju tar-rivolta nazzjonali Tibetana kontra l-amministrazzjoni Ċiniża wassal għal dimostrazzjonijiet kbar mir-reliġjużi, mis-sorijiet u miċ-ċittadini Tibetani kontra r-repressjoni Ċiniża,

B.

billi, skond l-awtoritajiet Ċiniżi, mietu 20 persuna; billi, skond għejun indipendenti, aktar minn 140 persuna tilfet ħajjitha fil-ġlied, u numru ta' persuni oħra ġew arrestati,

C.

billi l-Gvern Ċiniż iddikjara stat ta' emerġenza u ngħalqu l-ħwienet u t-tempji f'Lhasa kif ukoll fi bliet oħra b'eluf ta' uffiċjali tal-pulizija armati u truppi tal-armata li miċ-Ċina marru fit-Tibet,

D.

billi l-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama sejjaħ din ir-reazzjoni esaġerata min-naħa taċ-Ċiniżi bħala “ġenoċidju kulturali” u, iżda fl-istess waqt ħeġġeġ lit-Tibetani biex “jipprattikaw in-non-vjolenza u biex ma jitbiegħdux minn din it-triq, tkun kemm tkun serja s-sitwazzjoni ħafna” (5); billi l-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama ma talabx l-indipendenza tat-Tibet imma talab biex jinstab kompromess fejn ikun hemm biss awtonomija kulturali u politika u l-libertà tal-kult – pożizzjoni li l-Parlament Ewropew jappoġġja;

E.

billi huma l-mezzi paċifiċi u djalogu sinċier biss li jistgħu jwasslu għal ftehim dejjiemi;

F.

billi, ħlief għal vjaġġ uffiċjali tal-ġurnalisti internazzjonali organizzat mill-Gvern Ċiniż, il-media internazzjonali iċċaħdet mill-tidħol fir-reġjun tat-Tibet biex tirraporta fuq l-avvenimenti u l-ġurnalisti kollha ġew imkeċċija; billi l-vjaġġ tal-ġurnalisti internazzjonali msemmi hawn fuq kien ikkontrollat sew u l-ġurnalisti li pparteċipaw iċċaħdilhom l-aċċess bla restizzjoni għall-poplu Tibetan,

G.

billi l-Gvern Ċiniż jidher li qed jimblokka websites barranin ġewwa ċ-Ċina u li qed jiċċensura xandiriet tat-televiżjoni barranin dwar is-sitwazzjoni fit-Tibet;

H.

billi huwa konvint li l-Logħob Olimpiku ta' Beijing huwa opportunità straordinarja għaċ-Ċina biex tiftaħ lilha nnfisha għad-dinja u viċe-versa, u biex turi li tista' tonora l-ħidmiet tagħha fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali għall-poplu Ċiniż kollu, bla distinzjoni ta' xejn

I.

billi d-djalogu ta' bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbilit fis-sena 2000, naqas milli jikseb ir-riżultati mistennija;

1.

Jikkundanna bil-qawwa r-ripressjoni brutali min-naħa tal-forzi tas-sigurtà Ċiniżi kontra d-dimostranti Tibetani u l-atti vjolenti, għamilhom min għamilhom, li seħħu fit-toroq ta' Lhasa u f'imkejjen oħrajn fit-Tibet, u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi;

2.

Jistieden lill-Gvern Ċiniż biex jiggarantixxi kura medika xierqa għat-Tibetani feruti u assistenza legali għat-Tibetani arrestati; jagħmel appell lill-awtoritajiet biex jippreżentaw rendikont tan-nies miżmuma, jittrattawhom skond il-liġi internazzjontali dwar id-drittijiet tal-bniedem u, f'kull ċirkostanza, ma jużawx tortura; jitlob għall-ħelsien minnufih ta' dawk kollha li pprotestaw b'mod paċifiku billi eżerċitaw id-dritt leġittimu tagħhom għal-libertà tal-espressjoni;

3.

Jikkritika t-trattament, spiss diskriminatorju tal-minoranzi etniċi Ċiniżi non-Han; jistieden liċ-Ċina biex twettaq l-impenji tagħha lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi u lejn l-istat tad-dritt; iħeġġeġ liċ-Ċina biex ma tużax b'mod ħażin il-Logħob Olimpiku 2008 billi tarresta dissidenti, ġurnalisti u attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem biex tevita rapporti u dimostrazzjonijiet li l-awtoritajiet iqisu ta' mistħija; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-ħelsien minnufih ta' Hu Jia, attivista prominenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'sentenza ta' tliet snin u nofs ħabs b'akkużi ta' sovverżjoni;

4.

Jitlob li ssir inkjesta miftuħa u indipendenti dwar l-irvellijiet riċenti u dwar ir-ripressjoni fit-Tibet taħt l-awspiċju tan-NU; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jagħmlu stedina permanenti lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-korpi l-oħra tan-NU biex iżuru t-Tibet;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama stieden lill-poplu Tibetan biex jipprotesta b'mod mhux vjolenti u l-fatt li rrifjuta talbiet għall-indipendenza Tibetana u minflok din ippropona t-triq tan-nofs ta' awtonomija kulturali u politika ġenwina, u ħelsien reliġjuż; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali taċ-Ċina;

6.

Jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jiftħu t-Tibet għall-media u d-diplomatiċi, b'mod partikulari għar-rappreżentanti tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex minnufih ma jkomplux jiċċensuraw u jimblukkaw il-websites tal-aħbarijiet u l-informazzjoni bbażati barra l-pajjiż; jitlob li jinħelsu l-ġurnalisti, l-utenti u d-dissidenti tal-Internet kollha miżmuma fiċ-Ċina minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-informazzjoni;

7.

Huwa mħasseb dwar il-marġinalizzazzjoni ekonomika li kull ma tmur qiegħda tiżdied tal-poplu Tibetan fit-Tibet, li qed iħabbat wiċċu ma għadd dejjem ikbar ta' ħaddiema li jemigraw miċ-Ċina għat-Tibet u li jieħdu l-postijiet tax-xogħol u l-art minn ħalq it-Tibetani; jinnota d-diskriminazzjoni kbira fis-sistema edukattiva, fejn it-tfal Tibetani jitgħallmu l-lingwa nattiva tagħhom bħala t-tieni lingwa;

8.

Jitlob liċ-Ċina biex tirrispetta l-impenji pubbliċi tagħha lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi, id-demokrazija u l-istat tad-dritt li tħabbru fid-deċiżjoni tal-Kumitat Internazzjonali Olimpiku (IOC) li tħalli liċ-Ċina torganizza l-Logħob;

9.

Iħeġġeġ liċ-Ċina biex tirratifika, mingħajr aktar dewmien u f'kull każ qabel il-Logħob Olimpiku, il-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (NU, 1966); jistieden lil Beijing biex jistabbilixxi moratorju fuq il-piena tal-mewt, kif mitlub mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorium għall-użu tal-piena tal-mewt;

10.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li s-sitt sessjonijiet ta' taħditiet bejn l-awtoritajiet Ċiniżi u l-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama naqsu li jiksbu riżultati u jitlob li jinfetaħ djalogu kostruttiv mingħajr kundizzjonijiet minn qabel, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim politiku komprensiv, li jinkludi soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tal-awtonomija kulturali u politika tat-Tibet, il-libertà tal-kult u drittijiet veri tal-minoranzi għall-poplu Tibetan fi provinċji Ċiniżi oħra tal-viċinat;

11.

Jitlob lill-Kunsill, b'mod partikulari lill-Presidenza, biex tissorvelja l-iżviluppi mill-qrib, u biex tiżgura li l-UE tadotta pożizzjoni komuni konsistenti u li d-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tagħha jkunu implimentati kif jixraq, u jqis li r-rappreżentanti diplomatiċi tal-UE f'Beijing għandhom jieħdu l-inizjattiva li jżuru r-reġjun sabiex iħejju rapport lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni kurrenti;

12.

F′dan ir-rigward itenni l-istedina tiegħu sabiex il-Kunsill jaħtar mibgħuta speċjali għall-kwistjonijiet tat-Tibet sabiex jiffaċilitaw id-djalogu bejn il-partijiet u jsegwu mill-qrib in-negozjati, meta jergħu jinbdew;

13.

Japprova d-dikjarazzjoni tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama li l-Logħob Olimpiku huwa opportunità mill-aqwa għal-libertà għall-poplu Ċiniż kollu;

14.

Jistieden lill-Presidenza fil-kariga tal-UE biex tirsisti sabiex tinstab pożizzjoni komuni tal-UE fir-rigward tal-attendenza tal-Kapijiet tal-Gvern u tal-Istat u tar-Rappreżentant Għoli tal-UE fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku, bil-possibilità li ma jattendux fil-każ li ma jerġax jinbeda d-djalogu bejn l-awtoritajiet Ċiniżi u l-QdusijaTiegħu id-Dalai Lama;

15.

Iħeġġeġ lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex tieqaf tagħmel skrutinju u tiġġudika lill-atleti Olimpiċi fuq il-bażi tal-opinjoni politika tagħhom u biex tieqaf thedded li tipprojbilhom li jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku jekk ma jaqblux mal-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Ċiniż;

16.

Jistenna bil-ħeġġa ż-żjara tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama fil-Parlament Ewropew biex jindirizza s-sessjoni plenarja li hija skedata għal tmiem l-2008, u jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti biex tesplora l-possibilità ta' żjara iżjed bikrija;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi applikanti, lill-President u lill-Prim Ministru tar-Repubblika Popolari Ċiniża, lill-President tal-Kungress Popolari Nazzjonali taċ-Ċina, lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u lill-Qdusija tiegħu id-Dalai Lama.


(1)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 554.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0622.

(3)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 219.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0381.

(5)  Stqarrija maħruġa fis-6 ta' April 2008.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/7


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2007

P6_TA(2008)0120

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2007 (2007/2267(INI))

2009/C 247 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Ottubru 2005 biex jinfetħu n-negozjati mal-Kroazja dwar l-adeżjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2007 dwar ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2006 (1),

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2007, ippubblikat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2007 (SEC(2007)1431),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-10 ta' Diċembru 2007 rigward il-Kroazja,

wara li kkunsidra ż-żjara tad-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-Kroazja fis-6 u fis-7 ta' Frar 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0048/2008),

A.

billi l-Kroazja ressqet sew lejn sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea, qed tkompli tissodisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen u qed timplimenta b'suċċess il-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;

B.

billi l-Kroazja hija stat Ewropew demokratiku li jappoġġja l-integrazzjoni Ewropea u huwa impenjat sabiex jingħelbu l-firdiet eżistenti u tinkiseb ir-rikonċiljazzjoni bejn il-popli, aspetti li jinvolvu delegazzjoni voluntarja tal-poteri f'ċerti oqsma ewlenin tal-politika, u billi l-Kroazja għamlet sforzi sostanzjali u ta' suċċess f'dan ir-rigward li ħallew riżultati evidenti,

C.

billi l-proċess ta' adeżjoni tal-Kroazja mal-UE għandu implikazzjonijiet reġjonali aktar wiesa’, huwa meqjus bħala test għall-impenji li l-UE ħadet fir-rigward tal-Balkani tal-Punent, u jista' jsir inċentiv sinifikanti għall-pajjiżi kollha l-oħra kkonċernati,

D.

D billi l-Kroazja kompliet tissodisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, billi ġiet rikonoxxuta li għandha ekonomija tas-suq li tiffunzjona, u billi b'mod ġenerali kompliet timplimenta l-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mingħajr diffikultajiet kbar;

E.

billi l-impenn serju tal-Kroazja rigward in-negozjati dwar l-adeżjoni ta l-frott u jidher li hemm prospetti tajbin għall-ġejjieni tal-proċess tal-integrazzjoni tal-Kroazja kif ukoll ta' pajjiżi oħra tar-reġjun fl-UE,

F.

billi f'dawn l-aħħar sentejn ta' negozjati l-Kroazja għamlet passi sostanzjali u pożittivi 'l quddiem fil-parti l-kbira tal-oqsma koperti mill-korp tal-liġi Komunitarja,

G.

billi jeħtieġ li jkun hemm sforzi akbar u impenn politiku mġedded sabiex jiġu indirizzati wħud mill-oqsma l-aktar problematiċi fejn riformi serji huma meħtieġa qabel ma l-Kroazja tkun tista' tissieħeb fl-Unjoni Ewropea,

H.

billi l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew 2003 f'Thessaloniki indika li l-futur tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jinsab fil-fatt fl-Unjoni Ewropea, kif inhu kkonfermat f'numru ta' riżoluzzjonijiet tal-Parlament,

I.

billi d-dikjarazzjoni maħruġa mill-UE u mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, approvata b'mod unanimu mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-11 ta' Marzu 2006 f'Salzburg, tenfasizza l-importanza ta' relazzjonijiet tajbin mal-viċinat u dwar il-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet aċċettabbli minn kulħadd għall-kwistjonijiet pendenti mal-pajjiżi ġirien,

1.

Jifraħ lill-awtoritajiet Kroati għar-riżultati pożittivi li nkisbu sa issa, b'mod partikulari rigward l-għadd ta' kapitoli ta' negozjati li nfetħu;

2.

Iqis li l-għan tan-negozjati ta' adeżjoni li għaddejjin hu li jinstab qbil dwar miżuri li jistgħu ikunu neċessarji għall-iffaċilitar tal-integrazzjoni, b'impenn ċar min-naħa tal-pajjiż kandidat li jaċċetta u jimplimenta l-acquis u li jżomm mal-objettivi politiċi tat-Trattati, u li huma m'għandhomx jintużaw bħala lieva sabiex tinstab xi soluzzjoni għal tilwim politiku bilaterali li ma jkunx fl-ambitu tal-acquis u tal-għanijiet tal-proċess;

3.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kroazja għamlet progress tajjeb biex tilħaq il-punti ta' referenza għall-ftuħ ta' kapitoli ġodda, u jappoġġja lill-gvern u lill-parlament tal-Kroazja fl-isforzi tagħhom sabiex jissodisfa l-benchmarks għall-bqija tal-kapitoli;

4.

Għandu l-pjaċir jinnota li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-Kroazja ġiet allinjata mal-istandards tal-UE, iżda jfakkar lill-awtoritajiet Kroati li issa huwa żmien kruċjali biex jitħaffef l-iżvilupp tal-kapaċità amministrattiva meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni l-ġdida; jistieden f'dan ir-rigward lill-awtoritajiet Kroati sabiex jiftħu dan il-proċess u jinvolvu lis-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni;

5.

Iħeġġeġ lill-Kroazja sabiex tħaffef il-proċess tar-riforma tas-servizz pubbliku fil-gvern lokali u reġjonali, u biex tforni r-riżorsi u t-taħriġ neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi;

6.

Ifaħħar il-passi li ttieħdu fil-qasam kruċjali tar-riforma ġuridika, iżda jaqbel mal-Kummissjoni li jeħtieġ li jkun hemm aktar titjib, b'mod partikulari sabiex:

ikompli jonqos l-għadd kbir ta' każijiet pendenti, fost metodi oħra billi l-imħallfin jiġu mħeġġa jirrikorru għal forom alternattivi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim;

jissaħħu l-indipendenza, l-imparzjalità u l-professjonaliżmu tas-sistema ġuridika, b'mod partikulari rigward il-ħatra u l-immaniġġjar tal-karrieri tal-imħallfin u tal-avukati, kif ukoll it-taħriġ tagħhom;

mill-ġdid tingħata spinta lill-proċess tar-razzjonalizzazzjoni tas-sistema tal-qrati u jiġi żgurat li l-investimenti infrastrutturali jikkonformaw mal-“mappa ġudizzjarja” li għada kif ġiet żviluppata;

7.

Jifraħ lill-awtoritajiet Kroati għall-isforzi kontinwi tagħhom favur prosekuzzjoni imparzjali tar-reati domestiċi tal-gwerra, u jħeġġiġhom biex ikunu dejjem attenti sabiex jevitaw ir-riskju ta' sentenzi li jxaqilbu lejn xi grupp etniku u biex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha għall-ħarsien tal-integrità tal-proċess ġuridiku; f’dan il-kuntest jappella għal aktar miżuri urġenti għall-protezzjoni tax-xhieda, inkluż l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet legali msaħħa;

8.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kroazja qed tkompli tikkopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali tal-Ġnus Magħquda għall-ex Jugoslavja (ICTY); jinsab imħasseb madanakollu dwar l-impatt negattiv tas-sentenzi tal-ICTY dwar il-każijiet ta' reati tal-gwerra ta' Vukovar fuq l-opinjoni pubblika fil-Kroazja;

9.

F’dan il-kuntest jappella lill-awtoritajiet Kroati sabiex jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għar-rilaxx proviżorju tal-akkużati mressqa quddiem l-ICTY;

10.

Jilqa’ t-tisħiħ tal-mandat tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (USKOK) u l-għadd ikbar ta' każijiet ta' korruzzjoni li qegħdin quddiem il-qrati, u jħares 'l quddiem għas-suċċess ta' investigazzjonijiet f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jitlob li dawn l-isforzi jibqgħu għaddejjin biex jinqered il-livell – f'xi każijiet tant għoli li mhux aċċettabbli – ta' korruzzjoni, li jdgħajjef l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;

11.

Jifraħ lill-Kroazja għal-Liġi Kostituzzjonali dwar Minoranzi Nazzjonali (CLNM), li hija waħda eżemplari, u jfaħħarha għall-miżuri meħuda sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni ta' minoranzi fil-ħajja soċjali u politika ta' kuljum;

12.

Jilqa’ d-deċiżjoni importanti li jinħatar rappreżentant tal-minoranza Serba bħala Viċi Prim Ministru b'responsabilità għall-iżvilupp reġjonali, għar-rikostruzzjoni u għar-ritorn tar-refuġjati;

13.

Iħeġġeġ lill-gvern u lill-parlament sabiex jagħmlu sforzi biex jiżguraw l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni u preġudizzju, anke fir-rigward tal-komunità Roma; f'dan il-kuntest jappella għall-adozzjoni mill-gvern ta' strateġija globali kontra d-diskriminazzjoni u tal-implimentazzjoni effettiva tagħha fil-livell ta' stat u fil-livell lokali;

14.

Ifakkar ukoll fil-bżonn li jkun żgurat livell effettiv ta' implimentazzjoni tas-CLNM, b'mod partikulari rigward it-tagħlim bilingwu fl-iskejjel u l-bilingwiżmu fl-amministrazzjoni pubblika u l-garanziji ta' impjieg ippjanati li jikkonċernaw ir-rappreżentazzjoni xierqa tal-minoranzi fil-ġudikatura u fl-amministrazzjoni pubblika; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li tingħata biżżejjed attenzjoni, skond l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni, (Pre-Accession Assistance – IPA) lill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-CLNM;

15.

Iqis li l-miżuri internazzjonali għall-bini ta' fiduċja huma element ewlieni għall-iżgurar tal-istabbilità tal-pajjiż u tal-inħawi tal-Balkani fil-madwar;

16.

Huwa tal-opinjoni li s-sistema edukattiva fil-Kroazja, filwaqt li tippreserva u ttejjeb it-tradizzjonijiet kulturali u soċjali ta' kull komunità nazzjonali, għandha tippromwovi integrazzjoni u koeżjoni akbar fi ħdan is-soċjetà Kroata;

17.

Jitlob li jkun hemm integrazzjoni mill-ġdid tar-rifuġjati tal-gwerra b'mod sostenibbli, u f'dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni f'waqtha ta' miżuri għall-akkomodazzjoni, l-impjiegi u miżuri soċjali għar-rifuġjati li jkunu proporzjonati mal-kobor tal-isfida;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon it-tkabbir sostenibbli imwettaq mill-ekonomija Kroata; jittama li dan it-tkabbir jirriżulta f'iktar opportunitajiet ta' impjieg; ifaħħar ix-xogħol li sar minn HitroRez rigward it-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq in-negozju u jistenna bil-ħerqa riżultati simili f'setturi oħra;

19.

Jilqa’ r-riformi adottati fis-settur għall-protezzjoni ambjentali; jistieden lill-gvern sabiex jikkunsidra miżuri u politiki li jindirizzaw l-effetti ħżiena tal-bidla fil-klima, skond il-miri tal-UE; jappella għall-istabbiliment ta' djalogu intersettorjali aktar komprensiv sabiex ikun żgurat żvilupp ekoloġiku sostenibbli;

20.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kroati biex jivvalutaw mill-ġdid l-effiċjenza tas-sistema attwali tal-miżuri ta' protezzjoni ambjentali, inklużi l-iżvilupp tal-impjanti kostali għat-trattament tal-ilma, il-ġbir differenzjat tal-iskart u impjanti għall-irkupru tas-sħana u l-eliminazzjoni ta' miżbliet illegali, u sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn il-korpi kollha responsabbli; f'dan il-kuntest jappella wkoll għall-kampanja ta' trawwim ta' kuxjenza mmirata għaż-żieda tal-attenzjoni pubblika għall-ambjent;

21.

Jilqa’ l-Programm Ekonomiku ta' qabel l-adeżjoni tal-Kroazja u jinnota li dan ippreveda l-adozzjoni f'Marzu 2008 tal-Programm Nazzjonali ta' Ristrutturazzjoni għall-industrija tal-bini tal-vapuri, programm li ilu mistenni ħafna; ifakkar lill-awtoritajiet Kroati li l-progress f'dan il-qasam, minbarra li huwa rekwiżit tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, huwa importanti ferm għan-negozjati dwar l-adeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita, permezz tal-IPA, l-implimentazzjoni tal-programm tar-ristrutturazzjoni;

22.

Jinsisti li l-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tiġi implimentata malajr, billi din tipprovdi referenza affidabbli għall-evalwazzjoni tal-livell tat-tħejjija tal-pajjiżi għas-sħubija, tal-istat tat-tħejjija bbażat fuq il-fatti u mhux biss fuq il-leġiżlazzjoni adottata, b'mod partikulari rigward ir-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riformi ekonomiċi.

23.

Jistieden lill-gvern Kroat sabiex jiżgura li s-sejħiet pubbliċi għal offerti jinħarġu skond il-liġi Komunitarja;

24.

Sar jaf bi tħassib, dwar il-kritika reċenti li għamlet il-Kummissjoni rigward il-mod li bih il-fondi tal-UE qed jiġu mmaniġġjati mill-awtoritajiet Kroati u jħeġġiġhom sabiex bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jindirizzaw b'urġenza d-dgħufija amministrattiva li ġiet identifikata sabiex tkun tista' titneħħa s-sospensjoni temporanja ta' kuntratti fil-programm PHARE 2006 (b’allokazzjoni finanzjarja totali ta' EUR 68,5 miljuni) u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjoni inizjali għas-sena finanzjarja 2008 fi ħdan l-IPA Component 1, wara tnaqqis ta' EUR 5 miljuni;

25.

Fir-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali li għad m'hemmx qbil dwarhom, ifakkar lill-partijiet kollha kkonċernati fil-prinċipju “pacta sunt servanda”;

26.

Jilqa’ d-deċiżjoni tat-13 ta' Marzu 2008 tal-Parlament Kroat sabiex ma tkunx applikata z-Zona Protetta għas-Sajd Ekoloġiku għall-Istati Membri tal-UE sakemm tintlaħaq ftehima komuni fl-ispirtu tal-UE; huwa kunfidenti li, ladarba fl-aħħar din il-kwistjoni ġiet solvuta, jistgħu jittieħdu malajr id-deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' kapitoli ġodda;

27.

Jilqa’ b'sodisfazzjon ir-rieda li wriet il-Kroazja li ssolvi l-kwistjonijiet dwar il-fruntiera mal-Montenegro, li bħala xhieda hemm il-ftehim li ntlaħaq bejn iż-żewġ Prim Ministri fit-12 ta' Marzu 2008; jilqa’ b'sodisfazzjon, barra minn hekk il-ftehima informali milħuqa mill-Prim Ministri tal-Kroazja u tas-Slovenja dwar il-kwistjoni tal-arbitraġġ, u jitlob liż-żewġ naħat biex jimplimentaw din il-ftehima u japprovaw ir-riżultat tal-arbitraġġ b'deċiżjoni ċara mill-parlamenti taż-żewġ pajjiżi;

28.

Ifakkar li l-fatt li għandhom jiġu indirizzati b'mod partikolari l-kwistjonijiet marbuta ma' fruntieri, huwa ta' prijorità għall-Kroazja fis-Sħubija ta' Adeżjoni; f'dan ir-rigward jesprimi t-tħassib li għad għandu dwar il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni tal-pont Pelješac f'Ottubru 2007 minkejja l-oppożizzjoni li wriet il-Bożnija Ħerzegovina dwar fruntieri tal-baħar mhux definiti; jinnota li bħalissa x-xogħol ta' kostruzzjoni jinsab wieqaf u jappella għal riżoluzzjoni negozjata għal din il-kwistjoni bejn iż-żewġ stati;

29.

Ifaħħar lill-Kroazja dwar il-progress kontinwu li għamlet fil-qasam tal-koperazzjoni reġjonali u fl-istess ħin iħeġġiġha biex tkompli miexja f'din id-direzzjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien, peress li dawn iż-żewġ oqsma huma kruċjali għall-integrazzjoni Ewropea;

30.

Jistieden lill-Kroazja sabiex iżżomm l-attitudni kostruttiva tagħha u jkollha rwol pożittiv fir-reġjun sabiex tappoġġja u ssaħħaħ il-konsolidazzjoni tal-Bożnija Ħerzegovina;

31.

Jaqbel mal-Kummissjoni li, bi sforzi akbar min-naħa tal-Kroazja u appoġġ kontinwu mill-istituzzjonijiet tal-UE, in-negozjati għall-adeżjoni għandhom f'kull każ jiġu konklużi fl-2009;

32.

F’dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha u żżid ir-riżorsi allokati għall-preparazzjoni, l-ipproċessar u l-finalizzazzjoni tal-materjal tan-negozjati sabiex l-UE tkun tista' tirrispondi b'mod aktar mgħaġġel u effiċjenti għall-progress li għamlet il-Kroazja sabiex tilħaq il-punti ta' referenza tal-ftuħ u tal-għeluq;

33.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kroati biex jinvolvu gruppi tas-soċjetà ċivili (NGOs, il-komunità akkademika, tradeunions) fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE;

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kroazja.


(1)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 675.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/11


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra

P6_TA(2008)0121

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra

2009/C 247 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 152 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 163-173 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), (1)

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (COM(2007)0630),

wara li kkunsidra Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (2)

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, (3)

wara li kkunsidra r-rapporti kkummissjonati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kanċer, u partikolarment dwar ir-riskji għas-saħħa tat-tfal meta jiġu esposti għall-kimiċi, (4)

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku, (5)

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/878/KE tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar l-iskrining għall-kanċer, (6)

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Ambjent u s-Saħħa (COM(2003)0338) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004)0416),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar l-Istrateġija Komunitarja 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (7),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ħtieġa għal strateġija komprensiva għall-kontroll tal-kanċer (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2006, dwar il-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea mkabbra, (9)

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 646/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li taddotta pjan ta’ azzjoni Komunitarju kontra l-kanċer fil-qafas ta’ azzjoni fis-settur tas-saħħa pubblika (1996 sa 2000) (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 88a tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (11),

wara li kkunsidra 2004/513/KE d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, skond stimi mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), wieħed minn kull tliet Ewropej jinstablu l-kanċer matul ħajtu u wieħed minn kull erba’ Ewropej imut b’din il-marda,

B.

billi fl-2006, kien hemm madwar 2 miljuni u 300,000 każ ġdid ta’ kanċer u aktar minn miljun ruħ li mietu bil-kanċer fl-Unjoni Ewropea; billi l-biċċa l-kbira mietu bil-kanċer tal-pulmun, bil-kanċer kolorettali u bil-kanċer tas-sider,

C.

billi l-kanċer hu kkawżat minn ħafna fatturi fi stadji differenti u għalhekk tenħtieġ paradigma ġdida għall-prevenzjoni tal-kanċer li tindirizza, fuq livell ugwali, il-kawżi marbuta mal-istil tal-ħajja u l-kawżi marbuta max-xogħol u mal-ambjent, b’mod li tirrifletti l-effetti attwali kkombinati flimkien ta’ kawżi differenti, aktar milli tiffoka fuq kawżi iżolati,

D.

billi, skond studju reċenti magħmul mit-trejdjunjins, mill-inqas 8 % tal-imwiet mill-kanċer kull sena huma kkawżati direttament minn esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol; billi dan it-tip ta’ esponiment jista’ jiġi evitat bis-sostituzzjoni tal-karċinoġeni b’sustanzi li jagħmlu inqas ħsara; billi min iħaddem huwa barra minn dan obbligat legalment li jissostitwixxi l-karċinoġeni fejn hu possibbli, imma sfortunatament, dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex implimentati u infurzati sew, u dan hu inaċċettabbli,

E.

billi sustanzi kimiċi li jqallbu l-glandola endokrinali jista’ jkollhom sehem importanti fil-formazzjoni tal-kanċer, bħall-kanċer tas-sider jew tat-testikoli, u għalhekk jiħtieġu azzjoni speċifika,

F.

billi l-popolazzjoni tal-Unjoni li qed tixjieħ hija waħda mir-raġunijiet għaż-żieda tal-mard tal-kanċer madwar l-Unjoni kollha,

G.

billi fl-Istati Membri l-ġodda r-rati tal-imwiet minħabba l-kanċer huma ogħla mir-rati fl-UE bi 15-il pajjiż,

H.

billi d-differenzi sorprendenti u inaċċettabbli fil-kwalità tal-faċilitajiet għat-trattament tal-kanċer, fil-programmi ta’ skrining, fil-linji gwida tal-aħjar prattika msejsa fuq l-evidenza, fil-faċilitajiet għar-radjuterapija, u fl-aċċess għal mediċini kontra l-kanċer, huma fost ir-raġunijiet għad-differenzi kbar fir-rata ta’ sopravivenza ta’ ħames snin għall-biċċa l-kbira tal-kanċer madwar l-Ewropa kollha,

I.

billi d-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew msemmija hawn fuq dwar il-ħtieġa għal strateġija komprensiva biex jiġi kkontrollat il-kanċer tistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jifformulaw strateġija komprensiva għall-kontroll tal-kanċer li tittratta l-erba’ fatturi bażiċi li jikkontrollaw il-kanċer: a) il-prevenzjoni, b) s-sejbien bikri, c) id-djanjosi, it-trattament u t-tkomplija tat-testijiet u d) l-kura li ttaffi s-sintomi,

J.

billi matul iż-żmien li kien fis-seħħ il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Kontra l-Kanċer (“L-Ewropa kontra l-kanċer” 1986-2002) f’ħafna pajjiżi naqset ir-rata ta’ mwiet għal bosta forom komuni ta’ kanċer,

K.

billi d-WHO tikkalkula li l-prevenzjoni hija possibbli għal talanqas terz mill-każijiet kollha ta’ kanċer u li l-prevenzjoni toffri l-istrateġija l-iktar effettiva f’sens ta’ nfiq għall-futur imbiegħed għall-kontroll tal-kanċer; billi jistgħu jitfejqu terz ieħor tal-kanċer jekk jinstabu kmieni u jiġu kkurati kif xieraq,

L.

billi s-silika kristallina kienet ikklassifikata mid-WHO bħala karċinoġenu tal-1 klassi u billi 3 miljuni u 200,000 ħaddiem fl-UE huwa espost għal din is-sustanza matul talanqas 75 % tal-ħin tax-xogħol; billi huwa stmat li 2.7 % mill-imwiet minħabba l-kanċer tal-pulmun jew tal-bronki huma kkaġunati mill-esponiment għas-silika kristallina waqt ix-xogħol,

M.

billi, skond id-data tal-Organiżżazzjoni dwar l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika (OECD), bħalissa medja ta’ 3 % biss tal-baġit totali għas-saħħa tal-pajjiżi tal-OECD jintefqu fuq il-prevenzjoni meta mqabbla mas-97 % li jintefqu fuq il-kura tas-saħħa u t-trattament; billi jeħtieġ li dan l-iżbilanċ kbir jiġi korrett b’mod urġenti, aktar u aktar minħabba li mill-inqas terz tal-każi tal-kanċer jistgħu jiġu evitati,

N.

billi hu stmat li 25 % tal-imwiet kollha mill-kanċer fl-Unjoni huma kkawżati mit-tipjip; billi t-tipjip jikkawża bejn 80 u 90 % tal-imwiet mill-kanċer fil-fwied fid-dinja kollha,

O.

billi programm nazzjonali għall-kontroll tal-kanċer li jitfassal u li jiġi mmaniġġjat sew, inaqqas l-inċidenza tal-kanċer u tal-imwiet, f’xi każi b’iktar minn 70 %, u jtejjeb il-ħajja tal-pazjenti bil-kanċer, ikunu xi jkunu l-limitazzjonijiet tar-riżorsi li jiffaċċja l-pajjiż,

P.

billi l-implimentazzjoni fil-pajjiż kollu ta’ programmi ta’ skrining effettivi, ibbażati fuq il-popolazzjoni — imwettqa skond il-linji gwida Ewropej jekk diġà jeżistu – ittejjeb sew il-kwalità u l-aċċessibilità tal-iskrining tal-kanċer, tad-djanjosi u tas-servizzi terapewtiċi għall-popolazzjoni u b’hekk ittejjeb il-kontroll tal-kanċer,

Q.

billi r-reġistri nazzjonali tal-kanċer fl-Istati Membri kollha huma essenzjali bil-għan li tkun provduta data komparabbli dwar il-kanċer,

R.

billi bħalissa fl-UE hemm inugwaljanzi kwalitattivi konsiderevoli u innaċċettabbli fl-iskrining għall-kanċer u fis-sejbien bikri u t-tkomplija tat-testijiet, partikolarment fir-rigward tal-proċeduri djanjostiċi użati u tal-integrazzjoni ta’ dawk il-proċeduri fil-politika tas-saħħa tal-Istati Membri, u billi l-programmi ta’ skrining jiffaċilitaw id-djanjosi bikrija, li tikkontribwixxi għal tnaqqis li jista’ jitkejjel u effiċjenti f’sens ta’ nfiq tal-impatt tal-marda,

S.

billi l-onkoloġija m’hijiex rikonoxxuta bħala speċjalità medika fl-Istati Membri kollha, u billi jeħtieġ li tkun provduta edukazzjoni medika kontinwa,

T.

billi l-EudraCT, il-bażi ta’ data Ewropea għall-Istudji Kliniċi fl-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA), mhix miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u l-pazjenti jsibu diffikultajiet sabiex isibu studji dwar il-kundizzjoni speċifika tagħhom,

U.

billi l-kumplessità tal-kanċer tirrikjedi komunikazzjoni mtejba bejn il-bosta u d-diversi professjonisti tal-kura tas-saħħa involuti fit-trattament tal-pazjenti bil-kanċer; billi l-kura psikoloġika tal-pazjenti bil-kanċer tista’ ttejjeb il-kwalità ta’ ħajjithom,

V.

billi bħalissa l-pazjenti bil-kanċer m’għandhomx aċċess indaqs għall-informazzjoni medika u jinsabu fi bżonn urġenti ta’ aktar informazzjoni f’kull stadju tal-marda tagħhom,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni xierqa għall-prevenzjoni, is-sejbien bikri, id-djanjosi u t-trattament, inkluża l-kura li ttaffi s-sintomi, sabiex titnaqqas iż-żieda sinifikanti li se sseħħ fl-impatt mill-kanċer, minħabba tibdil demografiku fid-deċennji li ġejjin, filwaqt li jaħsbu wkoll għal appoġġ finanzjarju xieraq għall-azzjonijiet koordinati u għat-tisħiħ xieraq tal-kapaċitajiet;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf Grupp ta’ Ħidma interistituzzjonali tal-UE kontra l-Kanċer magħmul minn rappreżentanti mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, li jiltaqa’ regolarment, biex tinġabar u tiġi skambjata l-aħjar prattika dwar il-prevenzjoni, (inkluż it-tnaqqis tal-esponiment għal karċinoġeni marbuta max-xogħol u mal-ambjent u sustanzi oħra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kanċer), l-iskrining u t-trattament u sabiex tkun minn ta’ quddiem fit-titjib tal-kontroll tal-kanċer fl-Ewropa; jenfasizza li l-Grupp ta’ Ħidma tal-UE għandu, b’mod partikulari, jippromwovi miżuri ġodda, kif ukoll proġetti eżistenti ta’ skrining, li jistgħu jgħinu biex sa l-201C jiżdied il-proporzjon tal-popolazzjoni li jieħu sehem f’miżuri ta’ skrining għall-kanċer b’talanqas 50 % f’kull wieħed mill-Istati Membri;

3.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tadotta Komunikazzjoni dwar il-Kanċer u Komunikazzjoni dwar il-Mard Rari, t-tnejn skedati għal iżjed tard din is-sena;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer fuq bażi regolari u biex tippromwovih permezz ta’ kampanji ta’ għarfien u ta’ informazzjoni mmirati lejn gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni;

5.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex idaħħlu obbligu legali ta’ reġistrazzjoni tal-kanċer b’terminoloġija Ewropea standardizzata sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati fuq il-bażi tal-popolazzjoni l-programmi għall-prevenzjoni, l-iskrining u t-trattament, u r-rati ta’ sopravivenza kif ukoll il-komparabilità tad-data bejn l-Istati Membri;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-Rakkomandazzjoni eżistenti dwar l-iskrining tal-kanċer ħalli tinkludi fiha l-iżvilupp rapidu ta’ teknoloġiji ġodda u biex tinkludi:

a)

aktar tipi ta’ kanċer u

b)

metodi ta’ teknika addizzjonali biex issir dijanjosi bikrija, meta dawn ikunu assigurati xjentifikament;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi approċċ dinamiku, flessibbli, u kontinwu fil-ġlieda kontra l-kanċer li jkun ibbażat fuq il-progress xjentifiku u għal dan l-iskop għandu jistabbilixxi:

a)

kumitat li jagħti pariri dwar il-prevenzjoni tal-kanċer biex jiġu evalwati l-evidenza eżistenti u d-data

b)

kumitat speċjali li jagħti pariri dwar is-sejba bikrija tal-kanċer biex jiġi żgurat li r-reviżjonijiet futuri tar-Rakkomandazzjoni jkunu inkorporati malajr u b’mod effiċjenti;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja, fil-qafas tat-Tieni Programm ta’ Azzjoni għas-Saħħa Pubblika, networks ta’ reġistri nazzjonali tal-kanċer bil-għan li jsir studju madwar l-UE kollha dwar l-inugwaljanzi fl-inċidenza tal-kanċer u s-sopravivenza għall-kanċer;

9.

Iħeġġeġ lill-Gvernijiet tar-Repubblika Ċeka u tal-Italja, li għadhom ma għamlux dan, biex jirratifikaw il-Qafas ta’ Konvenzjoni dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO, li daħal fis-seħħ fi Frar 2005;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha sabiex jiżviluppaw u jappoġġjaw protokolli u linji gwida sodi meta jimplimentaw il-Qafas ta’ Konvenzjoni dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO u sabiex jiżguraw li jkun hemm riżorsi disponibbli li jgħinu lil dawk il-pajjiżi bi dħul baxx ħalli jwettqu l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq l-irwol ta’ gwardjan tat-Trattat billi tieħu azzjoni legali immedjata kontra l-Istati Membri kollha li ma jkunux qed jimplimentaw b’mod sħiħ id-Direttiva 2004/37/KE;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni leġiżlattiva, fejn xieraq, u biex tinkuraġġixxi u tappoġġja inizjattivi li jinkludu numru kbir ta’ partijiet interessatili għandhom l-għan li jiġi evitat il-kanċer permezz tat-tnaqqis tal-espożizzjoni għall-karċinoġeni u sustanzi oħra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kanċer fuq ix-xogħol u fl-ambjent u li jitħeġġu l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, b’mod partikulari fir-rigward tal-fatturi ta’ riskju ewlenin – it-tabakk, l-alkoħol, l-obeżità, id-dieti ħżiena għas-saħħa u n-nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku u ta’ protezzjoni kontra x-xemx – filwaqt li ssir enfasi kbira fuq it-tfal u l-adolexxenti;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw u jimplimentaw politiki komprensivi dwar il-kontroll tat-tabakk li jinkludu ambjenti ħielsa mit-tipjip u interventi għal waqfien mit-tipjip, bħala metodi effettivi sabiex tonqos l-inċidenza tat-tipjip u b’hekk jiġi evitat numru kbir ta’ mwiet mill-kanċer, f’konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Green Paper “Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell tal-UE” (13), ir-rakkomandazzjonijiet ta’ liema issa jridu jkunu implimentati b’mod sħiħ;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimiċi, fil-kuntest ta’ Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (14), , sabiex jadottaw il-lista ta’ sustanzi kandidati li jwasslu għal tħassib kbir, li jinkludu sustanzi li huma karċinoġeni, bħala l-ogħla prijorità qabel l-1 ta’ Ġunju 2008, sabiex jista’ jiġi applikat l-Artikolu 33(2) ta’ REACH, li jippermetti lill-konsumaturi li jitolbu informazzjoni dwar karċinoġeni fl-artikoli li jakkwistaw, sabiex ikunu jistgħu jevitaw artikoli bħal dawn jekk ikunu jixtiequ;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi u tappoġġja inizjattivi ħalli tevita l-importazzjoni ta’ artikoli li fihom kimiċi karċinoġeni; jitlob, barra minn hekk, għal miżuri mill-EU biex jiżdied l-immonitorjar tal-ikel għall-kimiċi, inklużi l-pestiċidi;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-istħarriġ għall-bijomonitoraġġ tal-bnedmin fl-UE kollha ikollu biżżejjed riżorsi biex jimmonitorja sustanzi karċinoġeni, u sustanzi oħra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kanċer, li jippermetti li titkejjel l-effettività tal-politika;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu kampanji tal-informazzjoni dwar l-iskrining tal-kanċer immirati għall-pubbliku ġenerali u dwar dawk kollha li jipprovdu l-kura tas-saħħa, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattika dwar l-użu ta’ miżuri preventivi jew dwar is-sejba bikrija, bħal ma huma l-integrazzjoni ta’ testijiet għall-virus uman tal-papilloma (HPV) xierqa li ma jkunux għaljin għall-iskrining tal-kanċer ċervikali u l-vaċċinazzjoni tal-HPV biex tipproteġi t-tfajliet mill-kanċer ċervikali, jew it-test għall-antiġen speċifiku tal-prostata (PSA) għas-sejba bikrija tal-kanċer tal-prostata fl-irġiel li għandhom ’il fuq minn 50 sena.

18.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjoni mal-Kunsill biex tiżgura li r-Rakkomandazzjoni dwar l-iskrining tal-kanċer jiġi promoss u implimentat b’mod effettiv. għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni, biex jiġu stabbiliti proċeduri għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe tibdil fil-futur għar-Rakkomandazzjoni u biex jitwaqqfu programmi tal-iskrining ibbażati fuq il-popolazzjoni bi qbil mal-linji gwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-appoġġ xjentifiku u professjonali fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul għal assistenza adegwata u xierqa lill-Istati Membri biex jgħinhom jaħdmu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining tal-kanċer, u, sabiex jiġu mmonitorjati, evalwati u kkoordinati l-attivitajiet pilota u t-titjib kontinwu tal-kwalità;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-iżvilupp tal-programmi Ewropej ta’ akkreditazzjoni/verifika tal-iskrining, tad-dijanjosi u t-trattament tal-kanċer ibbażati fuq il-linji gwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità, li jistgħu jservu wkoll bħala eżempju għal oqsma oħra tal-kura tas-saħħa;

21.

Jitlob lill-Istati Membri biex joffru lin-nazzjon sħiħ timijiet multidixxiplinarji tal-onkoloġija ħalli jagħtu trattament individwali ottimali lill-pazjenti kollha, u biex itejbu t-taħriġ tal-onkoloġisti u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex jirrikonoxxu l-bżonnijiet psikosoċjali tal-pazjenti sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u jnaqqsu l-ansjetà u d-dipressjoni fil-pazjenti tal-kanċer;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-onkoloġija bħala speċjalità medika u biex joffru tagħlim matul il-ħajja għall-onkoloġisti mediċi bi qbil ma’ linji gwida miftiehma;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu u jippromwovu l-kura li ttaffi s-sintomi (palliative care) u biex jistabbilixxu linji gwida għall-użu tagħha;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni Komunitarja jkun fiha inċentivi kemm għall-industrija kif ukoll għar-riċerkaturi sabiex tgħin fir-riċerka kontinwa bil-għan li jiġu żviluppati mediċini u trattamenti ġodda bbażati fuq l-evidenza għall-ġlieda u l-kontroll tal-kanċer;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex permezz ta’ networks ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa, tiżgura t-tixrid tal-aħjar prattiki tat-trattament u l-kura sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-aqwa trattament disponibbli;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex talloka fondi mill-Fondi Strutturali u mis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka sabiex jinħolqu u jiġu ffinanzjati networks ta’ referenza għal kanċer rari u għal kanċer diffiċli biex tikkurahom, sabiex jinġabru flimkien ir-riżorsi u l-ħiliet u jittejbu d-dijanjosi u t-trattament;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex talloka fondi mis-Seba’ Programm ta’ Qafas sabiex jitħeġġu r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni primarja, tal-iskrining u tas-sejba bikrija, kif ukoll ta’ mediċini u trattamenti ġodda kontra l-kanċer;

28.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu standard tal-UE għall-evalwazzjoni ta’ approċċi dijanjostiċi u terapewtiċi ġodda u innovattivi u għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki cliniċi u mediċi;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex talloka fondi mis-Seba’ Programm ta’ Qafas ħalli tistimula r-riċerka dwar kanċer pedjatriku;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-mediċini tal-kanċer ikunu disponibbli b’mod uniformi għall-pazjenti kollha li għandhom bżonnhom fl-Istati Membri kollha;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jeżaminaw, permezz tal-Forum Farmaċewtiku ta’ Livell Għoli, kif mediċini tal-kanċer innovattivi li jsalvaw il-ħajja jistgħu jkunu disponibbli b’ħeffa akbar għall-pazjenti billi tiġi aċċellerata l-approvazzjoni ta’ kummerċ imħaffef permezz tal-Proċedura Ċentralizzata tal-UE, filwaqt li jiġi meqjus prezz taħt kundizzjoni u proċess tal-għoti tal-ħlas lura, waqt li d-data dwar il-valur tal-mediċina tkun qed tinġabar fuq pazjenti f’sitwazzjonijiet vera tal-ħajja;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta, sa Ġunju 2008 l-aktar tard, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tiżgura informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali, minn sorsi diversi, li tkun ta’ kwalità tajba, oġġettiva, li tista’ toqgħod fuqha u li ma sservix ta’ riklam;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (15) (id-Direttiva rigward il-Provi Kliniċi) biex tħeġġeġ iżjed riċerka akkademika dwar il-kanċer, u b’mod partikolari riċerka għall-iskrining tal-kanċer u s-sejba bikrija tiegħu, filwaqt li jiġi rikonoxxut l-impatt tal-ispejjeż involuti għas-settur tar-riċerka mhux kummerċjali, u biex titjieb id-disponibilità tal-informazzjoni għall-pazjenti u l-pubbliku in ġenerali dwar il-provi kliniċi li jkunu fil-proċess u dawk li jkunu tlestew;

34.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu lejn l-iżvilupp ta’ linjigwida għal definizzjoni komuni ta’ diżabilità li tista’ tinkludi persuni b’mard kroniku jew kanċer u sadanittant għal Stati Membri li ma wettqux dan biex jieħdu azzjoni malajr biex jekk jista’ jkun jinkludu dawn il-persuni fi ħdan id-definizzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ diżabilità;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal karta għall-ħarsien fuq il-post tax-xogħol tal-pazjenti bil-kanċer u tan-nies morda b’mod kroniku, bil-għan li l-kumpaniji jkollhom jippermettu li l-pazjenti jżommu l-impjieg tagħhom matul it-trattament tagħhom u li jkunu jistgħu jirritornaw għall-attivitajiet professjonali normali tagħhom;

36.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jadottaw Karti tad-drittijiet tal-pazjenti nazzjonali skond il-linji gwida Ewropej u sabiex jinkludu l-parteċipazzjoni tal-pazjent u tal-esperti fl-iżvilupp tal-politiki tas-saħħa;

37.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw u jsaħħu inizjattivi li jipprovdu appoġġ għal persuni affettwati direttament jew indirettament bil-kanċer, b’mod partikulari permezz tal-bidu u l-iżvilupp ta’ kura psikoloġika u l-appoġġ, fl-Unjoni kollha, għal dawk li jibqgu ħajjin wara li jkollhom il-kanċer;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-informazzjoni disponibbli għall-pazjenti bil-kanċer, billi tinkoraġġixxi inizjattivi li jagħtu informazzjoni lill-pazjenti dwar l-għażliet tal-kura tagħhom u dwar l-aċċess għal dawn it-tipi ta’ trattamenti;

39.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri ġodda biex jagħmlu użu ikbar tal-Fondi Strutturali għat-titjib tal-infrastruttura għall-kura tas-saħħa, pereżempju bl-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining għall-kanċer;

40.

Jappoġġja l-Presidenza Slovena tal-UE li dalwaqt se tieħu l-kariga, li għażlet il-kanċer bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha fl-2008, u jistieden lill-presidenzi tal-futur kollha biex ikomplu jagħtu prijorità lil kanċer;

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(4)  Il-Prinċipji għall-Evalwazzjoni tar-Riskji għas-Saħħa tat-Tfal, WHO, 2006.

(5)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0009.

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0434.

(9)  ĠU C 313, E 20.12.2006, p. 273.

(10)  ĠU L 95, 16.4.1996, p. 9.

(11)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/29/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 51).

(12)  ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8.

(13)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0471.

(14)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korreta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

(15)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/18


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Analiżi ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju

P6_TA(2008)0122

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar l-analiżi ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju (2007/2204(INI))

2009/C 247 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002, li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2006 dwar Strateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni tal-Ambjent Marittimu (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-14 ta’ Novembru 2006 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marittimu (Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima) (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2007 dwar l-Istrateġija Tematika għall-Użu Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar l-ambjent urban (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar l-istrateġija tematika dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (6),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar it-tniġġis tal-arja (8),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Frar 2007 dwar l-istrateġija tematika għar-riċiklaġġ tal-iskart (10),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta’ Frar 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart (11),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (13),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Biedja u Iżvilupp Rurali (A6-0074/2008),

A.

billi l-Ewropa għadha m’hix qed timxi fid-direzzjoni lejn żvilupp ġenwinament sostenibbli,

B.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li sar biss progress limitat fir-rigward tal-kwistjonijiet fundamentali li għandhom x’jaqsmu mal-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali f’oqsma ta’ politika oħrajn u fit-titjib tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE,

C.

billi l-Kummissjoni tirrimarka l-fatt li hemm bosta pressjonijiet ambjentali li fil-preżent qegħdin jikbru: l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra qed jiżdiedu, it-telf tal-bijodiversità qed jiżdied, it-tniggis għad għandu effett kbir fuq is-saħħa pubblika, l-ammont tal-iskart prodott fi ħdan l-UE qed ikompli jiżdied, u l-impatt ekoloġiku tagħna qed jikber b’mod kostanti; billi dan iqajjem mistoqsijiet serji dwar l-effetti kontroproduttivi ambjentali tal-politiki ewlenin l-oħra tal-UE,

D.

billi m’huwiex probabbli li l-iżvilupp sostenibbli qatt xi darba se jinkiseb sakemm il-kwistjonijiet ambjentali ma jkunux integrati bis-sħiħ fl-oqsma politiċi ewlenin kollha;

E.

billi ambjent nadif u tajjeb għas-saħħa huwa essenzjali għall-benesseri tal-bniedem u għall-kundizzjonijiet soċjali tajbin.

F.

billi politiki ambjentali mfasslin tajjeb jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal għanijiet oħra bħal ma huma ż-żieda fil-kompetittività, l-istimulazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, it-titjib fil-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni u t-tkattir tal-progress xjentifiku permezz tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u sikuri,

1.

Iqis li huwa ta’ dispjaċir li l-analiżi ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju (is-Sitt EAP) ġie ttardjat bi kważi sena, u jikkundanna l-fatt li, kollox ma’ kollox, l-Unjoni Ewropea għadha lura fl-implimentazzjoni tal-miżuri pjanati fil-Programm ta’ Azzjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li tgħid il-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ta’ nofs il-perjodu; ifakkar li, għall-kuntrarju ta’ dak ta’ qablu, is-Sitt EAP ġie adottat permezz ta’ kodeċiżjoni skond l-Artikolu 251 tat-Trattat KE; jistieden lill-UE biex tagħmel kull ma tista’ biex tilħaq l-objettivi li sar qbil fuqhom fis-Sitt EAP, minħabba li n-nuqqas ta’ dan jagħmel ħsara lill-kredibilità tal-UE, inter alia f’għajnejn il-membri tal-pubbliku li huma mħassbin dwar l-istat tal-ambjent;

2.

Jinnota li l-użu tal-istrateġiji tematiċi bħala għodda ġdida ta’ proċedura żied l-importanza tal-proċessi pre-leġiżlattivi u ħoloq opportunitajiet addizzjonali għall-involviment tal-partijiet interessati u approċċ iżjed strateġiku lejn il-politika leġiżlattiva tal-UE; madankollu, jiddispjaċih li l-istrateġiji tematiċi tawlu wkoll it-tul tal-proċess tat-tfassil tal-politika ambjentali billi kien hemm dewmien fil-formulazzjoni ta’ proposti ta’ politika konkreti u l-adozzjoni tal-miżuri li jirriżultaw;

3.

Iqis, minħabba l-importanza tal-politika ambjentali għall-industrija u l-fatt li hi, b’mod ġenerali, implimentata mill-awtoritajiet lokali, li għandha tiġi kkunsidrata meta l-leġiżlazzjoni tkun qed tiġi abbozzata, u li l-opinjonijiet tal-industrija, tan-negozji ż-żgħar u tal-awtoritajiet lokali għandhom ikunu rrapreżentati fil-korpi konsultattivi rilevanti, u li jinstemgħu minn dawn l-istess korpi;

4.

Iqis li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-pożizzjoni tas-Sitt EAP bħala d-dimensjoni ambjentali tal-istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE;

5.

Jemmen li, fl-UE, il-kompetenzi għandhom ikunu allokati u definiti b’mod ċar, u jirrimarka li r-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu min-naħa tal-Kummissjoni turi konfużjoni u ambigwità interna fir-rigward tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri; jirrimarka li kemm il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom u kif ukoll ir-responsabilitajiet speċifiċi tagħhom għandhom ikunu stabbiliti u stipulati b’mod ċar sabiex jiġi żgurat li dawk ir-responsabilitajiet ikomplu jitwettqu;

6.

Jirrimarka li l-istrateġiji tematiċi ma humiex utli jekk jaħbtu fl-istess żmien ma’ dossiers leġiżlattivi mdaqqsa, dawn huma utli jew qabel ma jidher id-dokument leġiżlattiv rilevanti jew inkella waħedhom;

7.

Jenfasizza l-konnessjoni diretta bejn l-istat tal-ambjent tal-bniedem u s-saħħa tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-approċċ “is-saħħa fil-politiki kollha”, biex twettaq abbozz ta’ studji li jindikaw ir-relazzjoni kawżali bejn il-bidla fil-kwalità tal-ambjent u l-bidla fl-istat tas-saħħa tal-persuni;

Strateġiji Tematiċi

8.

Iqis li l-UE aġixxiet b’mod konsistenti biex tilħaq l-objettivi tad-diplomazija tal-klima stipulati fis-Sitt EAP; ifakkar, madankollu, li f’dak li għandu x’jaqsam mal-objettivi u l-azzjonijiet ta’ prijorità biex titwaqqaf il-bidla fil-klima, l-UE ma rnexxilhiex twettaq l-impenji kollha tagħha; huwa mħasseb ħafna dwar iż-żieda fl-emissjonijiet mit-trasport u dwar il-pass kajman tal-effetti tal-miżuri li ntużaw bi sforz biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika; ifakkar lill-Kummissjoni biex tippubblika komunikazzjoni dwar objettivi ambjentali kwantifikati għal sistema ta’ trasport sostenibbli; jistenna li l-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom fit-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għal pajjiżi individwali stipulati fil-Protokoll ta’ Kyoto sa l-2012;

9.

Jiddeplora l-fatt li l-objettiv li jieqaf it-tnaqqis fil-bijodiversità sa l-2010 aktarx m’huwiex se jintlaħaq u l-fatt li l-istrateġiji proposti biex jitħarsu l-ambjent marittimu u l-ħamrija m’humiex se jwasslu għal riżultati ambjentali konkreti sa l-2012; jinnota li jeħtieġ li jsir sforz ikbar biex tiġi mgħejuna l-integrazzjoni tal-politika għall-bijodiversità f’oqsma ta’ politika oħrajn; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jkun hemm finanzjament xieraq għal Natura 2000 u għal objettivi prijoritarji oħrajn li huma konnessi mill-qrib;

10.

Iqis li, fir-rigward tal-kimiki, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (15) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jirrappreżentaw progress fit-tnaqqis tar-riskji għall-bnedmin u għall-ambjent, iżda jqis ukoll li dan għad irid jagħti prova li se jirnexxilu jagħmel dan b’mod effettiv u sinifikanti, u jiddispjaċih li r-regolament ma jaqbilx f’kull aspett mal-objettivi li sar qbil fuqhom fis-Sitt EAP; iqis li huwa ta’ dispjaċir li kien hemm dewmien sostanzjali fl-istrateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u li l-miżuri li ttieħdu biex jittejbu l-kwalità tal-arja u l-ambjent urban u biex jitnaqqas l-istorbju m’humiex tajbin biżżejjed biex jilħqu l-objettivi tal-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Limiti tal-Emissjonijiet Nazzjonali (16) kemm jista’ jkun malajr; jemmen li huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar sħiħ tad-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali (17);

11.

Billi l-kwalità tal-arja ta’ ġewwa għandha effett fuq is-saħħa, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw ix-xogħol tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fuq il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri leġiżlattivi konkreti dwar il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa kemm jista’ jkun malajr;

12.

Jinnota li m’hemm l-ebda lakunae notevoli fl-għanijiet speċifiċi għall-ħarsien tal-ilma stipulati fis-Sitt EAP; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva ta’ Qafas għall-Ilma (18) u biex terġa’ tevalwa l-integrazzjoni tal-impenji tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ilma f’politiki oħrajn; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista’ jkun tressaq proposta għal direttiva dwar it-tneħħija tal-fosfru fil-biedja u fid-deterġenti skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti (19);

13.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ politika ġdida għall-ilma li tiffoka fuq l-iffrankar tal-ilma u fuq il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma;

14.

Iqis li huwa ta’ dispjaċir li l-istrateġiji tematiċi dwar ir-riżorsi naturali u l-iskart ikkompromettew l-għanijiet tas-Sitt EAP; jiddispjaċih dwar il-fatt li ma tfassal ebda għan konkret fil-livell tal-UE biex it-tkabbir ekonomiku jinfired mill-użu tar-riżorsi billi ssir bidla lejn mudell sostenibbli ta’ produzzjoni u konsum; jaqbel li jeħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri dwar l-iskart bijoloġiku biex ikun hemm aktar żvijar mill-użu tal-landfills u biex jiġi żgurat li jiġu segwiti l-aqwa għażliet ta’ trattament, bħal dawk imsejsa fuq l-għan li tittaffa l-bidla fil-klima; ikompli jinkuraġġixxi l-appoġġ għall-forom ta’ ġestjoni tal-iskart li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għall-miżuri li jiggravaw il-konsegwenzi tar-rimi tal-iskart fil-landfills, li jniġġes l-ambjent;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet xierqa kollha sabiex jiżguraw li r-riżorsi naturali jintużaw b’mod razzjonali u effiċjenti u b’tali mod li ma jipperikolax il-bijodiversità;

L-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti

16.

Ifakkar li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti hija prijorità ewlenija u jqis li l-leġiżlazzjoni li torbot tibqa’ ċentrali fl-iffaċċjar tal-isfidi ambjentali; jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-attivitajiet tagħha bħala għassiesa tat-Trattat; għalhekk jistieden ukoll lill-awtoritajiet baġitarji tal-UE biex jipprovdu r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa kollha lill-Kummissjoni biex tiżgura li ssir l-iżjed sorveljanza effiċjenti fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar fl-Istati Membri kollha;

17.

Jenfasizza l-bżonn ta’ implimentazzjoni effettiva u preċiża tal-leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja u jirrakkomanda li jiġu adottati miżuri ta’ appoġġ speċjali għall-benefiċċju tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jimplimentaw dak l-aspett tal-acquis communautaire; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex ifasslu strateġiji ta’ traspożizzjoni sabiex jiddefinixxu b’mod ċar l-irwoli u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali bi traspożizzjoni korretta u bl-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali Komunitarja;

18.

Madankollu huwa mħasseb dwar id-diversi suġġerimenti tal-proponenti li r-regolamenti komuni jridu jitnaqqsu u jiddgħajfu, jew saħansitra li jiġu sostitwiti bi ftehimiet volontarji jew b’miżuri oħrajn li ma jorbtux; għalhekk itenni li regolamentazzjoni aħjar għandha tikkonċentra fuq regoli u standards trasparenti li ma jkunux ambizzjużi, u li jkunu bbażati fuq leġiżlazzjoni marbuta ma’ objettivi maqbula, u fuq infurzar aħjar tagħhom;

19.

Ifaħħar il-proposti tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali fuq livell nazzjonali permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-ġustizzja u ta’ użu armonizzat tal-liġi punittiva; jinnota li l-aspetti preventivi tal-liġi punittiva jikkontribwixxu għal infurzar u protezzjoni aħjar tal-ambjent;

20.

Barra minn hekk, jitlob li l-politiki ambjentali tal-UE jiġu mfassla u riveduti, sabiex jiffukaw iżjed fuq il-preskrizzjonijiet tal-għanijiet milli fuq id-deskrizzjonijiet tal-mezzi, sabiex l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jsibu l-iżjed mezzi effettivi u effiċjenti biex jilħqu l-objettivi mixtieqa;

In-natura, il-bijodiversità u l-bidla fil-klima

21.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Habitat jirrakomanda li, b’qies xieraq għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jittieħdu miżuri ta’ tassazzjoni li jippromwovu l-aħjar prattika u biex jiskuraġġixxi lin-nies milli jieħdu sehem f’attivitajiet li jiġġeneraw it-tniġġis;

22.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, madankollu, dwar il-fatt li ż-żamma tal-prospett tal-konsegwenzi taħt il-liġi kriminali mhix suffiċjenti f’kull każ biex tipprevjeni imġiba illegali li tniġġes l-ambjent; għalhekk jenfasizza l-importanza tal-pieni sussegwenti skond il-liġi kriminali, b’mod partikulari għar-rimi illegali ta’ skart perikoluż fit-territorju ta’ pajjiżi oħrajn;

L-inċentivi ambjentali u r-riforma tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-green paper dwar l-istrumenti bbażati fuq is-suq għal skopijiet ta’ politika ambjentali u politiki relatati; jemmen li jeħtieġ isir użu usa’ ta’strumenti bbażati fuq is-suq, li jqis l-impatt ambjentali tal-proċessi kollha tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni u x-xejriet fil-konsum;

24.

Huwa tal-fehma li l-Iskema ta’ Negozju tad-Dħaħen (ETS) s’issa għadha ma wasslitx għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-allokazzjonijiet esaġerati fil-konċessjonijiet tal-emissjonijiet; jirrimarka li l-UE impenjat ruħha li sa l-2020 tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra b’mill-inqas 20 % mil-livelli tal-1990; jinsisti li l-ETS tal-UE għall-perjodu ta’ wara l-2012 għandu jinkludi limitu strett biżżejjed, irkantar sħiħ u limitu kwantitattiv u kwalitattiv tal-użu tas-CERs u tal-ERUs;

25.

Madankollu, jinnota li l-irwol tat-tassazzjoni ekoloġika għadu modest u ma jurix li qed jikber; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu iżjed sforzi fir-riforma tat-taxxi ekoloġiċi, inkluż ċaqliq gradwali tal-piż tat-taxxa minn taxxi soċjalment negattivi (eż. fuq ix-xogħol) lejn taxxi soċjalment pożittivi (eż. fuq attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, bħall-użu tar-riżorsi jew it-tniġġis); jirrimarka li minkejja fil-qasam tat-tassazzjoni hemm ir-rekwiżit tal-unanimità, it-trattati joffru l-possibilità ta’ kooperazzjoni msaħħa, u jiġbed l-attenzjoni dwar l-eżistenza tal-metodu tal-koordinazzjoni miftuħa;

26.

Jinnota l-ispinta li ngħatat lit-tneħħija tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent; madankollu, isibha inaċċettabbli li għall-futur qarib m’hu mistenni l-ebda pass konkret lejn ir-riforma ta’ sussidji li huma ta’ ħsara għall-ambjent; u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti sa l-aħħar tal-2008 biex telimina bil-mod il-mod is-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent matul il-ħames snin li ġejjin;

L-integrazzjoni tal-politika ambjentali, il-koperazzjoni internazzjonali u l-inċentivi għall-innovazzjoni

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu integrazzjoni tal-politika ambjentali fit-tfassil tal-politika tal-UE li tkun iżjed b’saħħitha u koerenti; bil-għan li tiġi implimentata l-istrateġija “is-saħħa fil-politiki kollha” li ġiet iddikjarata fl-Unjoni Ewropea, jitlob għall-integrazzjoni tal-aspetti tal-ħarsien ambjentali u tas-saħħa, u li jiġu involuti r-reġjunijiet u l-bliet wkoll f’dan; jiddispjaċih kemm għan-nuqqas ta’ integrazzjoni ta’ dawn l-aspetti fid-diversi oqfsa legali ambjentali u fit-tħejjijiet ta’ leġiżlazzjoni ġdida u kif ukoll għan-nuqqas tal-integrazzjoni tagħhom f’leġiżlazzjoni li għandha objettivi ewlenin oħra barra l-ħarsien ambjentali;

28.

Iqis li sabiex jinkisbu riżultati konkreti fl-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali f’setturi ekonomiċi oħrajn hemm bżonn jitfasslu miri settorjali u skedi li jkunu jorbtu; fl-istess waqt, jenfasizza r-responsabilità tal-parteċipanti ekonomiċi f’setturi individwali tal-industrija għall-kisba ta’ riżultati fuq medda twila ta’ żmien fil-politika dwar il-klima u l-enerġija;

29.

Jenfasizza r-rabta fundamentali li teżisti bejn politika ambjentali effiċjenti u kwalità tal-ħajja mtejba u, b’rabta ma’ dan, jisħaq fuq l-importanza tad-dimensjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tas-sitt EAP, speċjalment f’azzjonijiet li jikkonċernaw il-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla fil-klima; jisħaq fuq l-importanza ta’ kampanji li jqajmu l-kuxjenza pubblika dwar l-objettivi tas-Sitt EAP u l-proċess ta’ implimentazzjoni tiegħu;

30.

Jenfasizza l-bżonn li jitqies il-programm Natura 2000 fil-pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali sabiex jiġu rikonċiljati l-prinċipju tal-protezzjoni tal-bijodiversità Ewropea mal-iżvilupp u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja; jemmen, fid-dawl ta’ dan, li jeħtieġ li tinbeda kampanja kbira ta’ informazzjoni, flimkien mal-promozzjoni tal-prattiki tajba, sabiex jiġi indikat il-mod ta’ kif dawn l-għanijiet li jidhru kuntradittorji jistgħu jiġu konċiljati;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li n-netwerks tal-parteċipanti lokali u reġjonali jkunu koordinati aħjar sabiex jifirxu u jimplimentaw l-aħjar prattiki għar-reġjuni anqas żviluppati; jappoġġja l-promozzjoni ta’ koperazzjoni ambjentali transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mar-reġjuni u l-pajjiżi li jmissu mal-Unjoni Ewropea, bħar-reġjuni tal-Baħar l-Iswed, tal-Baħar Baltiku, u tal-Mediterran, b’mod partikulari sabiex jiġi evitat li jkun hemm tniġġis transkonfinali;

32.

Huwa mħasseb bis-sejbiet ta’ diversi studji ambjentali (20)  (21)  (22)  (23) li l-linji gwidi tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjonijiet tal-impatt m’humiex rispettati mid-DGs tal-Kummissjoni, li l-evalwazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-impatti ekonomiċi ġew enfasizzati askapitu tal-impatti ambjentali, soċjali u internazzjonali, li l-ispejjeż tal-leġiżlazzjoni huma evalwati ħafna iżjed mill-benefiċċji, u li l-kunsiderazzjonijiet immedjati tfew lil kunsiderazzjonijiet għat-tul; iqis li evalwazzjoni tal-impatt żbilanċjata bħal din hija kontroproduttiva fir-rigward tal-politika ambjentali nnfisha u fir-rigward tal-integrazzjoni tagħha f’politiki tal-UE oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex tikkoreġi dawn in-nuqqasijiet persistenti;

33.

Ifaħħar lill-Kummissjoni għall-impenn qawwi tagħha biex ittejjeb id-dimensjoni internazzjonali tal-politika ambjentali; jemmen li huwa neċessarju li tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-politika ambjentali fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE u li tittejjeb it-tmexxija ambjentali internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jippromwovu politiki u rekwiżiti ambjentali ambizzjużi, pereżempju billi jippromwovu t-trasferiment tat-teknoloġija u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

34.

Jenfasizza li “d-diplomazija tal-klima” għandha tiġi promossa b’aktar intensità u konsistenza fir-relazzjonijiet ta’ kummerċ tal-UE ma’ stati li mhumiex marbuta bi ftehimiet multilaterali għall-ħarsien tal-ambjent, bħal ma huma l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja, u li għal diversi raġunijiet mhumiex qed jimplimentaw il-Protokol ta’ Kyoto; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-użu ta’ teknoloġiji sostenibbli u effiċjenti permezz tal-mekkaniżmi kollha disponibbli;

35.

Jirrakkomanda li tiġi miżjuda klawsola ta’ sostenibilità mal-GATT, li tistabbilixxi prinċipji ta’ politika ambjentali, bħall-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas, li magħhom jistgħu jitqabblu l-miżuri tal-kummerċ, sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-kummerċ ma jfixklux il-ħarsien ambjentali u li r-regolazzjoni ambjentali ma tintużax għal skopijiet ta’ protezzjoniżmu;

36.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jużaw negozjati bilaterali u reġjonali ħalli jindirizzaw l-impenji kummerċjali li għandhom benefiċċji ambjentali diretti; jikkunsidra li l-UE, flimkien mal-Istati Membri, teħtieġ tintensifika d-djalogu mal-ekonomiji emerġenti sabiex tbiddel dan id-djalogu f’oqsma ta’ tħassib komuni, bħall-bidla fil-klima, l-immaniġġjar tal-iskart u l-qtugħ illegali tas-siġar, f’implementazzjoni ta’ programmi konġunti; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi, f’kull ftehima ta’ kummerċ, Forum ta’ Żvilupp Sostenibbli, miftuħ għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, b’element qawwi dwar il-klima, u jitlob sabiex dan jiġi implimentat fin-negozjati attwali;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu sfruttar iżjed pragmatiku u orizzontali tal-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fil-politiki kollha tal-UE, sabiex dawk l-elementi jkollhom irwol ċentrali fit-tisħiħ tal-preservazzjoni tal-ambjent; jenfasizza l-ħtieġa li fuq il-livell tal-UE jiddaħħal bla dewmien approċċ tat-tip “l-aħjar mudell”, li huwa strument iżjed ambizzjuż li jtejjeb b’mod kontinwu t-tendenzi fil-produzzjoni u fil-konsum, biex jiġi żgurat li, fil-futur, il-prodotti kollha tas-suq tal-UE jitfasslu, jinħadmu u jintużaw skond kriterji ta’ sostenibilità;

38.

Ifakkar li l-investiment f’teknoliġiji innovattivi u favur l-ambjent u fi tfassil favur l-ekoloġija, effikaċja tal-enerġija fl-użu finali u rendiment tal-enerġija tal-bini huwa fl-aħħar mill-aħħar ta’ benefiċċju, minkejja l-possibilità ta’ spejjeż kbar fuq perjodu qasir, u jenfasizza l-bżonn li r-reġjuni jħeġġu lill-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn l-investimenti;

39.

Jinkuraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri biex jadottaw regoli ta’ akkwist pubbliku li jkunu favur l-ambjent b’mod ġenwin sabiex jippromwovu innovazzjoni u tendenzi sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jissieħbu f’akkwisti sostenibbli konġunti billi jipprovdu qafas ċar li jiffaċilita d-definizzjoni ta’ objettivi li jistgħu jitkejlu u kriterji ta’ kwalità;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-isforzi tagħha ħalli tilħaq il-mira ta’ 20 % għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ 10 % għall-konsum tal-bijofjuwils, waqt li żżomm preżenti li l-uċuh tar-raba’ li jintużaw għall-enerġija m’għandhomx jipperikolaw il-provvisti tal-ikel fl-Ewropa u fi bnadi oħra; jisħaq li l-mekkaniżmu ta’ sostenibilità, li jinsab fi stadju ta’ żvilupp, għandu japplika l-aktar kriterji stretti għall-bijofjuwils;

42.

Jinnota li l-agrikoltura fl-UE qiegħda titmexxa dejjem iżjed lejn il-produzzjoni ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja, li għandu jipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni;

43.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom sabiex jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet il-ġodda ta’ investiment ipprovduti mill-Fondi Strutturali u mill-Programmi l-Ġodda tal-Politika Ewropea għall-Viċinat u biex jiżguraw li l-Programmi Operazzjonali appoġġjati mill-Fondi Strutturali jikkontribwixxu għat-titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità u għall-għan dejjiemi ta’ żvilupp sostenibbli mifrux mal-UE kollha b’konsistenza mal-prijoritajiet tematiċi l-oħra;

44.

Iqis li huwa essenzjali li tittejjeb l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sostituzzjoni, li jikkunsidra d-disponibilità, l-aċċessibilità, il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-prodotti sostituti; jirrimarka li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-proċessi tad-disinn, tal-produzzjoni u tal-użu, li jagħmluha possibbli li jintużaw prodotti li ma jirrappreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jew li jinvolvu riskju iżgħar;

Prinċipji ta’ regolazzjoni mtejba fil-politiki ambjentali

45.

Jirrimarka li, jekk ir-regolamentazzjoni hija fil-fatt għan, għandha ssir reviżjoni tal-leġiżlazzjoni duplikata li toħloq piż burokratiku u ddgħajjef il-kompetittività;;

46.

Jikkunsidra li l-approċċ filosofiku applikat fil-proċess ta’ reviżjoni huwa nieqes minn raġunar kritiku u ma fihx analizi tar-raġunijiet u l-bażijiet tad-dewmien; jemmen li jekk għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet tajbin fil-futur, dan jista’ jsir biss permezz ta’ analiżi u riflessjoni dwar il-kawżi ta’ dan id-dewmien;

47.

Jinnota li jekk vera hemm xewqa li tittejjeb il-metodoloġija leġiżlattiva u li jiġu prodotti regoli prattiċi li jkunu jistgħu jiġu applikati faċilment mill-awtoritajiet, mill-intrapriżi u miċ-ċittadini responsabbli, huwa importanti ħafna li titwessa’ l-interazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità u s-soċjetà ċivili sabiex jiġu indirizzati l-mistoqsijiet tagħhom, u biex jitqiesu d-deċiżjonijiet u l-opinjoni tar-reġjuni, tal-kunsilli lokali, tal-industriji affettwati u tal-assoċjazzjonijiet relatati; jenfasizza wkoll li għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż li hemm involuti tul perjodu qasir ta’ żmien fil-bidla tat-tagħmir eżistenti;

Inwittu t-triq għal bidla fl-imġiba

48.

Jirrimarka li hemm bżonn ta’ modi ġodda biex jitkejjel il-benessri fuq il-bażi ta’ valuri realistiċi għas-servizzi ekoloġiċi; iqis li l-GDP, minħabba li ma jistax jirrifletti l-aspetti u l-ħtiġijiet kollha ta’ soċjetà moderna, m’għadux għodda adegwata biex jitkejlu l-benessri u l-iżvilupp; jinkuraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa iżjed u tagħmel użu politiku minn indikatur ġdid li jintegra l-impatt negattiv tal-progress ekonomiku fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u li jikkontribwixxi għall-isforz biex it-tkabbir ekonomiku jinfired mill-pressjoni fuq l-ambjent; iqis li dan l-indikatur il-ġdid għandu jippromwovi l-iżvilupp ta’ soċjetà integrata u għandu jagħti spinta għal integrazzjoni aħjar tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali f’politiki oħrajn;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tittratta l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem bħala kwistjoni ta’ importanza primarja fost il-prijoritajiet tal-protezzjoni ambjentali;

50.

Iqis li l-Unjoni Ewropa għandu jkollha rwol prinċipali fl-iżvilupp ta’ għażliet ta’ politika li jwittu t-triq għal bidliet radikali fl-imġiba fit-tendenzi tal-konsum u l-produzzjoni;

51.

Jenfasizza l-importanza li l-konsumaturi jingħataw għajnuna biex ikunu iktar konxji fl-imġieba tagħhom li – lil hinn mill-qafas leġiżlattiv tal-Istat – jista’ wkoll ikollha effett pożittiv fuq id-daqs u l-intensità tal-impenji ambjentali tal-protagonisti fis-suq;

52.

Iqis li l-għoti ta’ informazzjoni xierqa liċ-ċittadini għandu jitqies bħala prijorità; jappoġġja bil-qawwa l-iżvilupp ta’ sistema ta’ tikkettar li tkun komprensiva u ċara minħabba li din tikkontribwixxi bil-kbir f’għajnuna lill-konsumaturi biex “jagħmlu l-għażla t-tajba”;

53.

Jinsisti li għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tar-riżultati tas-Sitt EAP qabel ma tiġi ffinalizzata l-proposta għas-Seba’ EAP;

54.

Huwa tal-fehma li r-reviżjoni finali tas-Sitt EAP għandha titwettaq minn korp barrani li jkun indipendenti mill-Kummissjoni;

*

* *

55.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 242, 10.9.2002, p 1.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 131.

(3)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 86.

(4)  ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 660.

(5)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 182.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0504.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0509.

(8)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 176.

(9)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 102.

(10)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 168.

(11)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 135.

(12)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0444.

(13)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0467.

(14)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0445.

(15)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

(17)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(18)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).

(19)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(20)  Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Politiki tal-Kummissjoni Ewropea. Suċċessi u Prospetti, Kunsilli Konsultattivi għall-Ambjent Ewropew u l-Iżvilupp Sostenibbli, April 2006.

(21)  Niddeduċu l-Proporzjonijiet Sewwa – Sa fejn għandhom jaslu l-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-UE?, Institut for Miljøvurdering, April 2006.

(22)  Għall-Aħjar jew għall-Agħar? L-Aġenda “Regolamentazzjoni Aħjar” tal-UE u l-Ambjent, Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea, Novembru 2005.

(23)  Żvilupp sostenibbli fl-evalwazzjonijiet tal-impatt integrati tal-Kummissjoni Ewropea għall-2003, Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea, April 2004.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/25


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Industriji kulturali fl-Ewropa

P6_TA(2008)0123

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa (2007/2153(INI)

2009/C 247 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 2005 tal-Organizazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 u l-14 ta' Novembru 2006 u tal-24 u l-25 ta' Mejju 2007, partikolarment fir-rigward tal-kontribuzzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għat-twettiq tal-objettivi ta' Liżbona, u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar aġenda Ewropea għall-kultura,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/515/KE tat-18 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar aġenda Ewropea għal kultura f'dinja li qed tiġi gglobalizzata (COM(2007)0242) kif ukoll id-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni mehmuż ma' din il-komunikazzjoni (SEC(2007)0570),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2003 dwar l-industriji kulturali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004 dwar il-qafas Komunitarju għal soċjetajiet ta' tmexxija kollettiva fil-qasam tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta' Otturbru 2005 rigward il-ġestjoni kollettiva u transkonfinali tad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati għal servizzi tal-mużika leġittimi online (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0063/2008),

A.

billi l-kultura hija ġid pubbliku u għan fiha nnifisha li tiżviluppa l-individwu u li tibbenefika lis-soċjetà u fl-istess ħin trawwem it-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali, kif juru l-istudji xjentifiċi riċenti, u b'mod paritkoli, kif emfasiżżat fl-studju tal-KEA dwar l-Affarijiet Ewropej għall-Kummissjoni fir-rigward tal-ekonomija tal-kultura fl-Ewropa,

B.

billi l-industriji kulturali ma setgħux jeżistu u lanqas iżidu mal-valur kulturali u ekonomiku Ewropew mingħajr input kontinwu ta' kontenut ġdid minn komunità kreattiva ħajja ta' awturi kreattivi, fl-oqsma kollha artistiċi, bħal dawk li jaħdmu l-films, il-kompożituri, l-awturi, l-artisti tal-arti viżiva u d-disinjaturi,

C.

billi l-industriji kulturali huma industriji li jagħtu lix-xogħol intellettwali valur miżjud ekonomiku u fl-istess ħin jiġġeneraw valuri ġodda għall-individwi u s-soċjetà; billi dawk l-industriji kulturali jinkludu industriji tradizzjonali bħaċ-ċinema, il-mużika u l-industriji tal-pubblikazzjoni, il-media u industriji tas-settur kreattiv (pereżempju l-moda u d-disinn), l-industriji tat-turiżmu, tal-arti u l-informazzjoni,

D.

billi, fid-dawl tad-definizzjoni mogħtija mill-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali, l-industriji kulturali jiġbru fihom is-setturi kollha li jgħaqqdu flimkien il-ħolqien, il-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi, li l-karattru tagħhom jiddistingwihom fin-natura tal-kontenut intanġibbli u kulturali; billi l-prodott tal-industriji kulturali hu tipikament protett mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

E.

billi, madankollu, rikonoxximent akbar, l-assigurazzjoni ta' status legali speċjali u appoġġ akbar għall-industriji kulturali u kreattivi kollha, inklużi n-negozji mikro u l-SMEs kif ukoll artisti individwali, huma meħtieġa sabiex jgħinu lil dawn is-setturi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u sabiex jikkontribwixxu wkoll għall-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona,

F.

billi l-industriji kulturali jipproduċu u jifirxu ġabra wiesgħa ta' kontenut sabiex jinfurmaw, jedukaw u jiddevertu lill-pubbliku, u dawn qed jibbażaw dejjem iżjed fuq teknoloġiji ġodda u format diġitali u awdjoviżiv ġdid, u li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea għandu jkollhom rwol ta' promoturi u regolaturi, waqt li jiggarantixxu li jiġu ppremjati ekonomikament, b'mod ġust u adegwat, dawk li joħolqu kontenut oriġinali billi jiġi żgurat il-ħarsien adegwat u effiċjenti tad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati, u b'hekk tiġi assigurata s-sostenibilità tal-industriji kulturali Ewropej,

G.

billi forom ġodda ta' produzzjoni, ta' distribuzzjoni u ta' konsum qed joħorġu fis-soċjetà tal-informazzjoni u tat-teknoloġija diġitali tal-llum qed jiġġeneraw prodotti u servizzi kulturali ġodda li jeħtieġu protezzjoni mill-piraterija, iżda wkoll, b'mod aktar ġenerali, mudelli adatti inprenditorjali u ekonomiċi sabiex jiżguraw l-aċċessibilità, il-firxa u d-diversità ta' prodotti b'kontenut kulturali waqt li tiġi ppreservata n-natura speċifika meta mqabbla ma' prodotti kummerċjali ordinarji u jingħata kumpens ġust għall-kontenut kulturali għall-kategoriji kollha li jkollhom id-dritt tal-awtur meta dan jiġi użat,

H.

billi l-prodotti u s-servizzi kulturali għandhom karatteristiċi speċjali li jiddistinġwuhom minn prodotti u servizzi oħra, u li dawn għandhom jiġu meqjusa meta jitfasslu u jiġu implimentati politiki tal-Unjoni Ewropea,

I.

billi protezzjoni adegwata u effettiva tad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati hi mezz essenzjali li jippermetti lill-awturi kreattivi li jiġu mħallsa b'mod ġust għall-isforzi kreattivi tagħhom fil-kuntest tal-isfruttar kummerċjali tax-xogħlijiet tagħhom, u billi din il-protezzjoni hi għalhekk indispensabbli għas-sopravvivenza tal-industriji kulturali,

J.

billi l-industriji kulturali u l-komunità kreattiva jagħtu kontribut vitali biex tiġi promossa d-diversità kulturali, waqt li jiżguraw għażla għall-konsumatur, iżidu d-diversità tal-imprenditorija, jiddemokratizzaw l-aċċess għall-kultura, isaħħu l-identità u l-integrazzjoni Ewropea, u jippromovu d-djalogu interkulturali,

K.

billi l-industriji kulturali jikkontribwixxu sew għall-iżvilupp u l-koeżjoni lokali u reġjonali, minħabba li jattiraw l-investiment turistiku, joħolqu kategoriji ġodda ta' prodotti u servizzi kummerċjali ta' natura “lokali” u, minħabba li joħolqu impjiegi ġodda u opportunitajiet ta' żvilupp ekonomiku, jimpedixxu li reġjuni imbiegħda u żvantaġġjati jiġu mwarrba soċjalment,

L.

billi l-awturi għandhom rwol fundamentali fl-attivitajiet tal-industriji kulturali u għandhom għalhekk jiġu pprovduti b'ambjent ekonomiku, legali u soċjali li jgħinhom jiżviluppaw il-potenzjal kreattiv tagħhom,

M.

billi jeħtieġ li l-kultura tkun allejata mill-qrib mal-edukazzjoni u l-formazzjoni bil-għan li jissaħħu l-produttività u l-kapaċità kreattiva tas-settur kulturali,

N.

billi l-esperjenza tal-“Kapitali Ewropej tal-Kultura” uriet b'mod konkret ir-rabta tas-settur kulturali mal-ħajja ekonomika u soċjali tal-ibliet u l-iżvilupp tal-abitanti,

O.

billi l-għajnuna tal-Istat u sussidji oħra għall-benefiċċji tas-settur kreattiv għandhom jitqiesu bħala investiment u mhux bħala lussu u għandhom jiġu evalwati b'mod ugwali skond ir-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-UE, il-Protokoll anness mat-Trattat ta' Amsterdam dwar is-sistema ta' xandir pubbliku fl-Istati Membri, l-Artikolu 151 tat-Trattat KE, u l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali,

P.

billi l-investiment privat u pubbliku kif ukoll il-patroċinju għandhom jiġu nkoraġġiti fis-settur kulturali,

Q.

billi l-konċentrazzjoni fuq is-settur tal-industriji kulturali tqiegħed riskji għad-diversità u għall-provvista ta' prodotti kulturali lill-konsumaturi,

R.

billi l-kreatività hi kundizzjoni għall-iżvilupp tal-innovazzjoni fl-Ewropa u l-kumpaniji teknoloġiċi Ewropej għandhom jibbenefikaw minn ħidma simbjotika mal-awturi kreattivi fi “gruppi” (clusters),

S.

billi jeħtieġ aktar appoġġ għal negozji żgħar u mikro biex jiġu promossi n-networks tagħhom, u għall-ħaddiema individwali f'dawk in-negozji, li jikkontribwixxu sew biex jinħoloq il-ġid fl-ekonomija, u billi l-awturi kreattivi għandhom jiġu megħjuna fit-taħriġ bħala intraprendituri kreattivi u inkoraġġiti li jgħixu permezz tal-kreattività tagħhom,

T.

billi l-frammentazzjoni fl-Ewropa tas-settur kreattiv, li tista' tiġi ġustifikata parzjalment minħabba raġunijiet ta' lingwa u ta' identità nazzjonali, u n-nuqqas ta' industriji kulturali ġenwini fuq skala Ewropea, jistgħu jkunu responsabbli li jillimitaw l-irwol kulturali tal-Ewropa fuq skala globali,

U.

billi d-diversità kulturali u l-moviment liberu tal-ideat jinsabu fl-oriġinalità, fil-pluralità tal-identitajiet u fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,

V.

billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi valur essenzjali tal-Unjoni Ewropea li jiġi trażmess permezz tal-kultura, u billi din it-trażmissjoni ta' valuri tiffavorixxi l-integrazzjoni Ewropea,

W.

billi fis-settur tal-industriji kulturali, il-bilanċ bejn s-sessi huwa 'l bogħod milli jista' jitqies bħala realtà,

X.

billi, fl-industrija kulturali, in-nisa jokkupaw postijiet ta' responsabiltà biss fl-SMEs, jew inkella meta joħolqu huma stess l-intrapriżi tagħhom,

Y.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur TIMES (it-telekomunikazzjoni, l-internet, il-media, il-kummerċ elettroniku u l-kompjuters), li huwa bażi essenzjalt tal-industrija kulturali, estremament baxx fil-livell ta' 30 % biss, u peress li 20 % biss tal-intrapriżi ġodda f'dan is-settur huma stabbiliti min-nisa,

1.

Jilqa' l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni lesti jirrikonoxxu l-irwol ċentrali li għandhom il-kultura u l-kreattività bħala fatturi importanti sabiex tiġi promossa ċ-ċittadinanza Ewropea, waqt li jqarrbu l-arti lejn il-publiku Ewropew u jilħqu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona, u b'hekk tissaħħaħ aktar l-importanza tagħhom fl-iżvilupp tal-proġett Ewropew;

2.

Jenfasizza li, fi ħdan il-qafas tal-'ekonomija post-industrijali', il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea teħtieġ tiġi msaħħa permezz tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività; jistieden, f'dan il-qafas, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu bħala prijoritajiet tagħhom, politiki bbażati mhux biss fuq innovazzjoni intraprenditorjali, imma wkoll fuq l-innovazzjoni ta' azzjonijiet kulturali u ta' ekonomiji kreattivi;

3.

Jinnota li l-industriji kulturali huma fornituri ewlenin ta' servizzi b'valur miżjud, li huma l-bażi ta' ekonomija dinamika tal-għarfien u għandhom għaldaqstant jiġu rikonoxxuti bħala kontribut importanti għall-kompetittività fl-Unjoni Ewropea;

4.

Jikkunsidra li l-industriji kulturali, li huma sors importanti ta' ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari jeħtieġ li jutilizzaw it-talent kreattiv; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu tipi ġodda u innovattivi ta' tagħlim tul il-ħajja li jrawmu t-talent kreattiv;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiċċaraw il-viżjoni Ewropea tal-kultura, tal-kreattività u tal-innovazzjoni u biex jiżviluppaw miżuri politiċi strutturati għall-implimentazzjoni prattika tal-iżvilupp ta' industriji kreattivi Ewropej u biex dan l-iżvilupp ikun inkluż fi strateġija verament Ewropea għall-kultura; jikkunsidra li, għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tas-settur tal-industriji u tal-impriżi kulturali hi prijorità;

6.

Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiżgura l-ġbir ta' statistika sistematika f'dan il-qasam ħalli l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jkollhom elementi statistiċi koerenti u komparabbli, neċessarji għall-iżvilupp ta' politiki adegwati mmirati lejn il-promozzjoni tas-settur kulturali u kreattiv;

7.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jintroduċu, fil-programmi tal-edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni ogħla tagħhom, taħriġ fl-intraprenditorija, b'mod speċjali fl-oqsma umanistiċi, l-arti u l-kultura;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni sabiex jinkorpora d-dimensjoni kulturali Ewropea, u speċifikament l-industriji u l-awturi kreattivi kulturali tagħha, b'mod aktar sħiħ u effettiv fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-Politika Ewropea tal-Viċinat, u fid-diskussjonijiet ewlenin għal djalogu ma' reġjoni oħra fid-dinja;

9.

Jikkunsidra li l-biċċa l-kbira tal-iżvilupp mgħaġġel tal-industriji kulturali jiddependi fuq il-possibilitajiet ta' mobilità transkonfinali, u għalhekk id-diffikultajiet dwar il-mandat ta' arrest Ewropew għandu jiġi indirizzat waqt li jitfasslu regoli f'dan ir-rigward, u jtenni għalhekk it-talbiet li stabbilixxa fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar l-istatus soċjali tal-artisti;

10.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-idea li tiġi promossa l-mobilità għal persuni, prodotti u servizzi tas-settur kreattiv, b'konsiderazzjoni għar-regoli u l-prinċipji mniżżla fil-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament Green Paper dwar is-suġġett, li tagħmel ġustizzja mal-ispeċifiċità tas-settur bħala riżorsa kulturali u ekonomika;

11.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat mudell soċjali u ekonomiku li jipprovdi network sikur u adegwat għall-imprendituri kreattivi, prinċipalment għal dawk li jaħdmu għal rashom, fis-setturi tal-kultura u tal-ekonomija kreattiva, setturi fejn s'issa kien hemm perċentwali għolja ta' impjieg għal żmien qasir u kundizzjonijiet tax-xogħol instabbli;

12.

Jikkunsidra li t-tmexxija kollettiva, transkonfinali u organizzata sew tad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati kif ukoll mudelli kummerċjali li jirrispettaw id-drittijiet ta' dawk li għandhom id-drittijiet huma essenzjali sabiex ikun possibbli li jiġi sfruttat b'mod sħiħ il-potenzjal kreattiv waqt li jiġi żgurat ħlas ġust għall-kategoriji kollha ta' dawk li għandhom id-drittijiet;

13.

Ifakkar lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-13 ta' Marzu 2007, u jsejjaħ għal approċċ Komunitarju li, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' trattament indaqs, jikkunsidra in-natura speċifika tal-era diġitali, l-importanza li tiġi mħarsa d-diversità kulturali Ewropea, kif ukoll dik ta' kumpaniji interessati żgħar u lokali;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni, sabiex tipproċedi sistematikament u malajr kemm jista' jkun bl-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 151(4) tat-Trattat KE, sabiex jiġi żgurat li l-kultura u s-settur kulturali jiġu kkunsidrati fil-politiki l-oħra kollha Komunitarji, b' mod partikolari dawk relatati mas-suq intern, il-kompetizzjoni, il-kummerċ, l-intrapriżi u r-riċerka u l-iżvilupp, u li titqies aħjar in-natura speċjali tas-settur kulturali fl-implimentazzjoni ta' dawk il-politiki kif ukoll tal-politika esterna fir-rigward tal-inklużjoni tat-trattati internazzjonali bi qbil mal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali, u li l-Kummissjoni jkollha rwol proattiv u ttejjeb il-koperazzjoni internazzjonali;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu ħajja ġdida lill-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali u jqisu sew il-prinċipji li fuqhom hi bbażata fil-politiki interni u esterni tagħhom;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twaqqaf struttura għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet u tal-politiki li għandhom impatt fuq is-settur kulturali u kreattiv u sabiex twaqqaf task force għall-kultura u l-ekonomija kreattiva, ħalli tesplora aktar mill-qrib il-kontribuzzjoni diretta tal-kultura u tal-kreattività fuq l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali fl-Unjoni Ewropea; u sabiex tipproponi miżuri konkreti f'koperazzjoni mal-Parlament fil-kuntest tal-politiki Komunitarji;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta' evoluzzjoni rapida teknoloġika u kummerċjali, u bil-għan li jiġi żgurat li l-industriji kulturali u l-awturi kreattivi jibbenefikaw mill-iżvilupp tal-pjattaformi diġitali, sabiex terġa tikkunsidra l-kwistjoni kontroversjali tal-proprjetà intellettwali mill-perspettiva kulturali u ekonomika u biex tistieden lill-parteċipanti ewlenin kollha tas-settur, prinċipalment operaturi telecom u fornituri tas-servizz tal-Internet, biex flimkien isibu soluzzjonijiet sostenibbli għall-partijiet interessati kollha fl-interess tal-bilanċ bejn il-possibilitajiet ta' aċċess għall-attivitajiet u l-kontenut kulturali u d-drittijiet ta' proprjetà intelletwali li jiggarantixxu ħlas ġust u effettiv lill-kategoriji kollha li għandhom id-drittijiet, għażla reali għall-konsumaturi u diversità kulturali; jiġbed l-attenzjoni dwar dan il-punt għall-fatt li l-kriminalizzazzjoni ta' dawk il-konsumaturi li mhux qed ifittxu li jagħmlu profitt mhix is-soluzzjoni ġusta biex tiġi miġġielda l-piraterija diġitali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri rigward il-prevenzjoni u l-edukazzjoni u l-għarfien fost il-konsumaturi, speċjalment fost iż-żgħażagħ fl-iskejjel dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali u l-kreattività b'mod ġenerali u sabiex tinkoraġġixxi lill-konsumaturi li jirrispettaw il-proprjetà intellettwali;

19.

Jistieden partikolarment lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-isforzi li qed isiru biex jiġu introdotti mudelli ġodda ta' kummerċ fl-era diġitali li jippermettu lill-konsumaturi li jieħdu l-benefiċċji kollha tat-teknoloġiji l-ġodda u fl-istess ħin jippreservaw id-dritt leġittimu ta' ħlas għall-kreazzjoni artistika u kulturali;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrikonoxxi li, bħala riżultat tal-Internet, il-modi tradizzjonali fl-użu ta' prodotti u servizzi kulturali inbidel kompletament u li hu essenzjali li jiġi żgurat aċċess mingħajr tfixkil għall-kontenut kulturali online u għad-diversità ta' espressjonijiet kulturali, li jmur lilhinn minn dak immexxi mill-loġika industrijali u kummerċjali, waqt li jiġi żgurat, barra minn hekk, ħlas ġust għall-kategoriji kollha li għandhom id-drittijiet;

21.

Hu tal-opinjoni li riforma tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hi vitali biex tiġi promossa l-kreattività u jiġi inkoraġġit l-iżvilupp ta' xogħlijiet kulturali; jirrakkomanda l-Ftehim ta' Parigi bħala qafas għall-bilanċ ta' interess ġust bejn l-awturi kreattivi u l-konsumaturi;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu r-riżorsi meħtieġa ħalli jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu rispettati u mħarsa;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu li l-Internet jikkostitwixxi pjattaforma kbira ħafna għall-espressjoni kulturali, l-aċċess għall-għarfien u l-parteċipazzjoni demokratika fil-kreattività Ewropea, billi joħloq konnessjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet fis-soċjetà tal-informazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għalhekk sabiex jevitaw li jadottaw miżuri li jmorru kontra l-libertajiet ċivili u d-drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll il-prinċipji tal-proporzjonalità, l-effikaċja u l-effett dissważiv, bħas-sospensjoni tal-aċċess għall-Internet.

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-ġlieda kontra l-piraterija, biex tagħmel lill-partijiet kollha, inkluż lill-konsumaturi, konxji tar-responsabilitajiet tagħhom u biex tniedi kampanji ta' għarfien u ta' edukazzjoni;

25.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li jkun hemm fondi adegwati għall-industriji kulturali u kreattivi kif ukoll għall-komunitajiet kreattivi, u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa, waqt li jirrakkomanda metodu differenti ta' fondi u ta' sigurtà kulturali, u l-promozzjoni ta' qafas regolatorju u fiskali li jiffavorixxi l-industriji kulturali kif ukoll lill-komunitajiet kreattivi, u partikolarment ukoll l-applikazzjoni ta' krediti tat-taxxa u rati mnaqqsa tal-VAT għall-prodotti kulturali kollha, inklużi xogħlijiet online;

26.

Jenfasizza l-importanza għas-settur kreattiv Ewropew tal-infrastrutturi għall-informazzjoni libera bħalma hu l-WorldWideWeb, li huma bbażati fuq mudelli ta' parteċipazzjoni u standards miftuħa u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq strateġija għal infrastrutturi ta' informazzjoni aktar miftuħa u interoperabbli;

27.

Jikkunsidra bħala meħtieġ għall-Fondi Strutturali, għall-programmi għall-SMEs u s-Seba' Programm ta' Qafas għar-riċerka, għall-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet dimostrattivi (2007-2013) li jingħata post partikolari għall-iżvilupp u għall-fondi suffiċjenti għall-industriji kulturali u kreattivi, inklużi l-SMEs u impriżi artistiċi individwali f'dan il-qasam, u jtenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tagħmel studju dwar l-impatt ta' fondi tal-Fondi Strutturali, u s-Seba' Programm ta' Qafas, fuq setturi kulturali u edukattivi;

28.

28 Itenni l-importanza tal-objettivi tal-Bank Ewropew tal-Investiment fi ħdan l-Inizzjattiva ta' Innovazzjoni 2000(i2i), u jitlob li dawn jingħataw prijorità; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jesploraw aktar modi li jipprovdu għajnuna finanzjarja għall-bidu u t-tkabbir tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi (per eżempju permezz tas-Seba' Programm ta' Qafas); jinkoraġġixxi l-użu tal-Fondi Strutturali biex jingħata appoġġ lill-arti tradizzjonali u lis-setturi tal-wirt u lill-industriji kulturali u innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja dawk l-attivitajiet u tgħin sabiex jiġu disseminati l-aħjar prattiki;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromovi l-industriji kulturali fir-rigward ta' programmi ta' għajnuna teknika għall-pajjiżi terzi, partikolarment iċ-Ċina, l-Indja u l-Amerika Latina;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi u tappoġġja ftehim ta' sħubija bejn is-settur tal-industriji kulturali u s-setturi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni sabiex jiġu promossi sinerġiji bejn il-kreattività u l-innovazzjoni fil-kuntest tal-Istrateġija ta' Liżbona;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tifli l-possibilità li jitwaqqaf programm bħall-Programm MEDIA, li jitkomplew il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva għal-librerija diġitali Ewropea, jiġu stimulati u appoġġjati l-mużika, it-teatru u l-industriji tal-pubblikazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet, u bħala pass preliminari, jitwaqqaf mekkaniżmu skond il-programm “Culture” li jippermetti industriji kulturali mhux awdjoviżivi li jkollhom aċċess għall-fondi tal-Komunità sabiex jiġu promossi kotba (fost l-oħrajn permezz ta' stands konġunti tal-fieri tal-kotba), kif ukoll il-mużika u t-taħriġ professjonali;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-ammont ta' għajnuna għat-traduzzjoni minħabba li l-baġits allokati għall-programmi kulturali Ewropej m'humiex biżżejjed biex iwettqu l-objettivi li għandhom;

33.

Jikkunsidra li jeħtieġ li jiġi inkoraġġit is-settur kulturali u kreattiv billi jittejbu s-sistemi ta' kwalifiki, tal-apprendistat u tat-taħriġ, partikolarment billi jsir tentattiv li l-istudenti jiġu pprovduti f'kull livell ta' edukazzjoni, fid-dixxiplini kulturali u artistiċi, b'taħriġ li jippreparahom għall-ħajja professjonali, kif ukoll billi jiġu inkoraġġiti sinerġiji aħjar bejn in-negozji fis-settur u l-iskejjel u billi jiġu inkoraġġiti rabtiet aktar mill-qrib bejn skejjel u istituzzjonijiet fl-Istati Membri li diġà qed jaħdmu għal dan il-għan; jikkunsidra li jeħtieġ wkoll li jsir aktar progress favur ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi fl-istudji tal-arti;

34.

Jenfasizza n-natura speċjali ta' ċerti professjonijiet jew snajja' kif ukoll ta' ħiliet fis-setturi kulturali, kreattivi u tas-snajja', jenfasizza wkoll li l-kontinwità tagħhom trid tiġi mħarsa permezz ta' mekkaniżmi xierqa ta' trażmissjoni tat-tagħrif;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu passi xierqa ħalli jsaħħu l-istatus ta' ħiliet tradizzjonali sabiex jinkoraġġixxu l-mobilità u jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjieg għal dawk li jaħdmu fis-setturi relevanti fl-Unjoni Ewropea;

36.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni partikulari lil-livelli tas-salarji tan-nisa fl-industriji kulturali sabiex jiġi evitat li s-sistemi ta' remunerazzjoni adottati ma jinvolvux diskriminazzjoni fil-pagi bbażata fuq is-sess;

37.

Jenfasizza l-irwol importanti li għandhom l-industriji kulturali fil-ġlieda kontra l-isterjotipitas-sessi, fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u fil-bdil tal-mentalità; jistieden lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġjaw kull inizjattiva li tista' tittieħed mill-industriji kulturali għal dan il-għan;

38.

Jappella lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali tagħhom sabiex jiżguraw komunikazzjoni aħjar bejn l-industriji kreattivi u dawk li jiffinanzjawhom, bl-iżvilupp ta' servizzi ta' konsultazzjoni dwar it-tmexxija tal-intrapriżi, pariri finanzjarji, informazzjoni u taħriġ għall-intrapriżi ż-żgħar, għall-imprendituri u għal dawk li jaħdmu fis-settur kulturali u kreattiv;

39.

Jagħti importanza kbira lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/65/KE u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw it-traspożizzjoni tagħha fil-ħin u lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-direttiva;

40.

Jenfasizza l-opportunitajiet maħluqa permezz ta' “broadband” b'veloċità għolja u estiża sew u ta' teknoloġiji “wireless” ġodda fl-iżvilupp u fid-disseminazzjoni ta' servizzi kulturali u ta' kontenut kulturali ġodda u innovattivi fl-inħawi rurali kif ukoll urbani ta' kull wieħed mis-27 Stat Membru; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' network “broadband” f'zoni rurali u periferali sabiex tingħeleb id-differenza diġitali; jinnota li l-avvanzi teknoloġiċi jagħmluha possibbli għall-konsumatur li jkollu aċċess aktar malajr għal kontenut kulturali;

41.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-pożizzjoni li s'issa ħadu fir-rigward tas-servizzi awdjoviżivi fi ħdan il-qafas ta' taħdidiet dwar kummerċ internazzjonali u jitlobhom biex fil-futur, fil-qafas tan-negozjati tad-WTO-GATS, jibqgħu ma jagħmlux la offerti sabiex jilliberalizzaw is-servizzi awdjoviżivi u lanqas talbiet li permezz tagħhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tal-klawsola tan-nazzjon l-aktar favorit;

42.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien fl-2007 tal-premju annwali Ewropew għaċ-ċinema (PRIX LUX) bħala tisħiħ tal-politika kulturali, tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, tal-ħarsien tat-tradizzjonijiet kulturali u l-promozzjoni tal-iskambji; u jitlob biex fi ħdan dan il-premju titqies b'mod partikulari l-parteċipazzjoni u l-kreatività tan-nisa bħala għarfien tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp u l-evoluzzjoni taċ-ċinema Ewropew;

43.

Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-UNESCO u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(2)  ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15.

(3)  ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 459.

(4)  ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 425.

(5)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.64.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0236.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/32


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni

P6_TA(2008)0124

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni (2007/2211(INI))

2009/C 247 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (1),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura (Konvenzjoni Unesco dwar il-Protezzjoni tad-Diversità Kulturali) dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali, tal-20 ta' Ottubru 2005,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2006/515/KE tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill “Edukazzjoni, żgħożija u kultura” tal-24 u l-25 ta' Mejju 2007 dwar il-kontribut tas-setturi kulturali u kreattivi għall-kisba tal-għanijiet ta' Liżbona(9021/2007),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-Ewropa fid-dinja – proposti konkreti bil-għan li jissaħħu l-koerenza, l-effikaċja u l-viżibilità (COM(2006)0278),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2007 dwar aġenda Ewropea għal kultura f'dinja ta' globalizzazzjoni (COM(2007)0242) kif ukoll id-dokument ta' xogħol tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea mehmuż ma' din il-komunikazzjoni (SEC(2007)0570),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għal Kultura (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2001 dwar il-koperazzjoni kulturali fl-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2003 dwar l-Industriji Kulturali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta' Ottubru 2005 dwar il-ġestjoni transkonfinali kollettiva tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura, l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0075/2008),

A.

billi, mingħajr preġudizzju għall-ikbar ftuħ, u l-iktar wieħed mixtieq, għall-kulturi l-oħra kollha, l-Unjoni Ewropea għandha b'mod partikulari l-obbligu li tipproteġi l-għana kulturali tal-Ewropa, peress li l-patrimonju kulturali Ewropew għandu jiġi ppreservat, imxerred u maqsum kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra, fid-dimensjonijiet kollha tiegħu u bil-mezzi kollha,

B.

billi, l-arti u l-kultura huma mezzi li jwasslu għal espressjoni u awto-konoxxenza ikbar fl-iżvilupp personali u soċjali, u jippermettu lill-individwi u lill-komunitajiet biex jindokraw il-patrimonju u l-memorja tagħhom, u biex isawru l-kunċetti dwar il-ġejjieni individwali u kollettiv,

C.

billi, l-arti u l-kultura jiftħu forom ġodda ta' djalogu, joħolqu spazji ta' fehim kulturali u jippermettu lill-individwi li jmorru lil hinn minn perċezzjonijiet esklussivi dwar l-identità tagħhom,

D.

billi, bħala qasam ta' skambju, dibattitu u kreattività u tal-produzzjoni tal-ideat, l-arti u l-kultura jinkuraġġixxu impenn u parteċipazzjoni ċivika,

E.

billi l-patrimonju kulturali Ewropew, inkluż fid-diversità tal-espressjonijiet tiegħu u f'kif jingħaqdu l-matriċi prinċipali tiegħu, bħal pereżempju l-antikità Griega u Rumana u l-Ġudeo-Kristjaniżmu, fis-sens storiku, qiegħed lill-Ewropa fuq quddiem nett ta'l-kontinenti kollha, wera li huwa magna unika ta' żvilupp u ta' progress, infirex f'kull direzzjoni, u għadu sal-lum jikkostitwixxi referenza essenzjali għall-umaniżmu, ta' għana u ta' animazzjoni spiritwali, demokrazija, tolleranza u ċittadinanza,

F.

billi, f'dinja dejjem iktar globalizzata, l-għana kulturali Ewropea tippreżenta konfigurazzjoni nukleari li l-karatteristiċi speċifiċi u markanti tagħha jikkostitwixxu valur miżjud Ewropew u li l-irwol identitarju tagħha huwa essenzjali għall-Ewropa u għall-Unjoni, sabiex tiġi mifhuma d-dinja, tiġi garantita l-koeżjoni tagħha, tiġi mmarkata d-differenza tagħha u biex tafferma ruħha mal-popli l-oħra,

G.

billi kemm il-flessibilità u kemm il-mobilità huma intrinsiċi għall-prattika tal-professjonijiet artistiċi,

H.

billi l-produzzjonijiet artistiċi jlaqqgħu flimkien kemm lill-artisti Ewropej u kemm lil dawk mhux Ewropej, u billi l-mobilità tal-artisti qiegħda tixxekkel minn politiki nazzjonali li jitolbu l-viżi minn persuni li jivvjaġġaw fl-UE,

I.

billi l-espressjonijiet partikulari tal-projjezzjoni storika tal-patrimonju kulturali Ewropew f'kontinenti oħra għandhom iwasslu għal azzjonijiet privileġġati li jenfasizzaw il-fatturi ta' kostruzzjoni taċ-ċivilizzazzjoni, tal-komprensjoni reċiproka u tal-approċċ kostruttiv bejn il-popli li huma jirrappreżentaw,

J.

billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom sehem partikularment importanti fl-iżvilupp u l-ikkonsolidar tal-kultura, b'mod speċjali permezz tal-ħarsien tal-patrimonju kulturali u tal-promozzjoni tal-innovazzjoni artistika ġewwa l-fruntieri tagħhom – fattur li għandu jitqies sewwa fl-organizzazzjoni mill-ġdid tal-aġenda Ewropea għall-kultura fid-dawl tal-globalizzazzjoni,

K.

billi l-immigranti mhux Ewropej, it-turisti u viżitaturi huma obbligati li jirrispettaw il-patrimonju kulturali tal-Ewropa, li fl-Istati Membri għandu status privileġġjat,

L.

billi, min-naħa l-waħda, il-ħallieqa, l-artisti, u l-industriji kulturali Ewropej għandhom rwol deċiżiv fil-ħolqien ta' identità kulturali Ewropea, fil-valuri komuni, u fl-iżvilupp kontinwu taċ-ċittadinanza Ewropea li, waqt li tittraxxendi l-istat nazzjon, tirrikonoxxi wkoll id-diversità kulturali fuq skala Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lingwistika,

M.

billi, min-naħa l-oħra, il-ħallieqa, l-artisti, u l-industriji kulturali Ewropej għandhom ukoll impatt reali fuq l-introjtu ekonomiku, fuq is-sorsi ta' ġid, u fuq il-ħolqien tal-impjiegi fl-UE,

N.

billi l-progress teknoloġiku jfisser li l-prodotti kulturali kull ma jmorru qegħdin jiġu prodotti, jixxerrdu u jiġu kkunsmati f'forma diġitali, u l-politika trid tqis dan l-iżvilupp,

O.

billi l-industriji kulturali Ewropej isibu lilhom infushom fi spazju protett rigward ir-regoli tal-kummerċ, li jirrifletti b'mod adegwat il-perċezzjonijiet Ewropej li l-prodotti u s-servizzi kulturali huma differenti minn prodotti u servizzi ta' natura oħra, u li jeħtieġu regoli speċifiċi,

P.

billi l-mużewijiet u l-istituzzjonijiet kulturali l-kbar fil-livell tal-UE kull ma jmorru qegħdin jagħmlu skambji ta' importanza ekonomika ma' istituzzjonijiet simili minn postijiet oħra fid-dinja, u li qegħdin iħallu introjtu sostanzjali minbarra dak li jidħol mit-turiżmu,

Q.

billi l-patrimonju storiku, kulturali u arkeoloġiku tal-Istati Membri jistħoqqlu l-akbar ħarsien mir-riskji tal-esportazzjoni illegali u tal-kummerċ illeċitu b'mod ġenerali, skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-14 ta' Novembru 1970 dwar il-Mezzi għall-Projbizzjoni u l-Prevenzjoni tal-Importazzjoni, l-Esportazzjoni u t-Trasferiment tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali Illeċiti u ta' strumenti internazzjonali oħra li japplikaw,

R.

billi l-UE għandha turi solidarjetà fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li għandhom setturi kulturali l-aktar dgħajfa, u għandha timpedixxi b'mod attiv l-importazzjoni illegali ta' xogħlijiet kulturali li huma mħarsa fl-Istat tal-oriġini tagħhom,

S.

billi l-bilanċ kummerċjali tal-UE għall-prodotti u s-servizzi kulturali m'huwiex favorevoli,

T.

billi l-globalizzazzjoni ekonomika u ż-żieda fl-industriji kulturali globali huma ta' sfida għad-diversità lingwistika u kulturali li huma valuri fihom infushom, u b'hekk huwa importanti li tinstab strateġija komuni Ewropea għal dawn l-isfidi,

U.

billi l-industrija tat-turiżmu, u s-servizzi marbuta magħha, hija waħda mill-punti fejn jiltaqgħu l-kummerċ u l-kultura internazzjonali, u fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi terzi tista' tkun l-aħjar mezz biex id-destinazzjonijiet kulturali Ewropej jiġbdu aktar attenzjoni fuqhom filwaqt li fl-istess ħin ikunu ta' ġid għall-kummerċ, u b'hekk jgħinu biex jiżguraw is-sostenibilità soċjali, kulturali u ambjentali,

V.

billi ftit li xejn hemm statistika affidabbli u sinifikattiva dwar il-kummerċ internazzjonali fil-prodotti u s-servizzi kulturali,

W.

billi t-teknoloġiji diġitali għandhom jiġu mifhuma bħala opportunità oriġinali għat-tixrid globali ta' prodotti u servizzi kulturali li jistgħu jġibu 'l quddiem l-fehim interkulturali skond il-premessa tal-aċċess liberu u ġust kif ukoll tad-differenzi kulturali u lingwistiċi,

X.

billi t-teknoloġiji ġodda tal-midja, fosthom portali u servizzi tal-internet “open source” u l-iżvilupp tagħhom, kull ma jmorru qegħdin jiksbu aktar kontenut sabiex ikunu kompetittivi,

Y.

billi dawn l-iżviluppi joffru sfidi li qatt ma kien hemm bħalhom jirrikjedu raġunar ġdid dwar kif għandhom ikunu trattati u regolati kwistjonijiet li jeffettwaw il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-piraterija u d-diġitalizzazzjoni mhix awtorizzata, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' bilanċ xieraq bejn aċċess ġust għal prodotti u servizzi kulturali u ta' suriet ġodda ta' ħolqien artistiku u intellettwali,

Z.

billi l-iffalsifikar u l-piraterija ta' prodotti kulturali jwasslu għat-telf tal-impjiegi fl-UE u jimminaw il-kompetittività tal-industriji kulturali u l-kwalità tal-prodotti, li jħallu effett b'mod partikolari fuq Stati Membri li jiġbru l-introjtu bażiku tagħhom mill-ġenerazzjoni ta' prodotti kulturali u mill-użu tagħhom għal skopijiet ekonomiċi,

AA.

billi l-Kummissjoni ngħatalha l-poter finali li tħares id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-industriji Ewropej fil-fora internazzjonali kollha kif ukoll rigward xi msieħba kummerċjali li m'għandhomx leġiżlazzjoni adegwata f'dan il-qasam,

AB.

billi l-kultura hija inkluża b'mod speċifiku fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) tal-UE u fi strumenti oħra tal-kummerċ,

AC.

billi l-kultura u l-lingwa huma forzi li jagħtu spinta lill-iżvilupp reġjonali u jgħinu b'mod qawwi l-attrazzjoni tal-investiment akkwistat, b'mod speċjali f'reġjuni sottożviluppati, foqra fir-riżorsi naturali jew f'attrazzjonijiet turistiċi, u billi artisti u istituzzjonijiet kulturali għandhom l-irwol deċiżiv fil-formazzjoni tal-identità ta' reġjuni u fiż-żieda tal-attrazzjoni tagħhom u fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea,

AD.

billi l-kultura hija partikolarment importanti għall-iżvilupp ta' bliet (b'mod speċjali dawk żgħar u ta' daqs medju), bħala settur li jipprovdi x-xogħol u jrawwem it-tkabbir ekonomiku u billi, fl-isfera soċjali, l-identità kulturali hija fattur importanti li jiffavorixxi l-integrazzjoni u koeżjoni soċjali akbar fir-reġjuni u fil-komunitajiet lokali,

AE.

billi jista' jingħata appoġġ fi ħdan il-politiki għall-koeżjoni u l-iżvilupp rurali għat-twaqqif mill-ġdid tal-patrimonju kulturali u l-promozzjoni ta' snajja artistiċi bil-għan li r-reġjuni jsiru aktar attraenti,

AF.

billi l-SMEs u l-kapital privat għandhom rwol dejjem aktar importanti fis-settur kulturali u għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta' proġetti u miżuri f'dan il-qasam, partikolarment permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati (PPPs),

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġenda Ewropea għall-kultura u jappoġġja l-għanijiet mistqarra fiha; ifakkar li huwa enfasizza f'bosta okkażjonijiet l-irwol essenzjali u strutturali tal-kultura fl-implimentazzjoni fl-istrateġija ta' Liżbona u fil-kostituzzjoni ta' kolonna ġdida ta' iggvernar globali u ta' żvilupp sostenibbli;

2.

Bl-istess mod jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq intlaqgħet tajjeb mill-Kunsill, kif jidher fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007;

3.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-trawwim tal-kultura, b'mod speċjali fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali, fil-promozzjoni tal-innovazzjoni artistika u fl-industriji kreattivi;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra l-mobilità tal-artisti u tal-professjonisti fil-qasam kulturali;

5.

Jirrimarka l-ħtieġa tal-promozzjoni tad-dħul fix-xena u tal-mobilità tal-artisti żgħażagħ Ewropej;

6.

Jiddispjaċih li fit-tfassil ta' aġenda Ewropea għall-kultura f'dinja globalizzata ma saret l-ebda referenza għall-irwol tan-numru kbir ta' sħubijiet bejn l-ibliet, l-awtoritajiet lokali u reġjuni;

7.

Jenfasizza l-fatt li s-settur kulturali għandu sehem importanti fil-kisba tal-objettivi tal-istrateġija mġedda ta' Liżbona, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-kultura fil-ħolqien ta' ambjent tajjeb u dinamikament ħaj, notevolment permezz tal-opportunitajiet tremendi li joffri t-turiżmu kulturali għall-iżvilupp ekonomiku ta' bosta reġjuni;

8.

Jirrimarka li, fid-dawl tal-Artikolu 151 tat-Trattat, kull azzjoni fis-settur tal-kultura m'għandiex ixxekkel id-diversità kulturali u l-identitajiet nazzjonali u tista' tkun biss fis-sura ta' politiki ta' koperazzjoni u ftehimiet ta' sħubiji bejn l-Istati Membri; jirrimarka wkoll r-rwol tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea bħala forum importanti għall-koperazzjoni kulturali;

9.

Huwa mħasseb li l-komunikazzjoni tonqos milli tiċċara l-problema kurrenti dwar in-nuqqas ta' ftehim rigward il-kultura relatata mal-forom tal-arti kontemporanji u tradizzjonali, il-patrimonju Ewropew u l-“industriji kreattivi” kummerċjali li jagħmlu l-qligħ. Barra minn hekk, ġeneralment l-objettivi stipulati fl-aġenda jagħtu lil wieħed x'jifhem li l-kultura għandha valur soċjali, ekonomiku, politiku u b'mod ġenerali “strumentali”, iżda mħasseb li dawn l-objettivi ma jinkludux il-kwistjoni tal-kultura bħala valur fiha nnfisha (culture qua culture);

10.

Huwa mħasseb li d-dibattitu dwar id-djalogu interkulturali u kulturali u dwar x'irridu ngħidu bil-kelma “kultura”, wieħed jifhem li l-kultura tgħaqqad lin-nies flimkien iżjed milli tkun ta' medjatur tad-differenzi. F'dan il-kuntest, nistgħu nikkwotaw lil Jean Monnet: iż-żgħażagħ “li jkunu midħla ta' dak kollu li huwa kbir u tajjeb fil-kulturi differenti, bla ma jieqfu jħarsu lejn artijiethom b'imħabba u bi kburija, dawn isiru Ewropej”;

11.

Iqis li, għall-implimentazzjoni kompleta u koerenti tal-Artikolu 151(4) tat-Trattat, l-ispeċifikazzjonijiet tas-settur kulturali, b'mod partikulari l-potenzjal kreattiv u innovattiv tiegħu u t-tifsira soċjali tiegħu, għandhom jitqiesu bħala assi kulturali u ekonomiċi, sabiex il-kultura terġa' ssib bis-sħiħ il-post li jistħoqqilha fil-qafas tal-Istrateġija ta' Liżbona;

12.

Jemmen li l-objettiv tal-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa iżjed id-djalogu mas-soċjetà ċivili fis-settur kulturali huwa kruċjali sabiex tiġi żviluppata aġenda Ewropea koerenti għall-kultura, u jemmen li huwa biss permezz ta' djalogu strutturat bħal dan li l-politiki Ewropej ikunu jistgħu jirriflettu b'mod ġenwin ir-realtajiet u l-ħtiġijiet tal-artisti Ewropej u tal-operaturi kulturali;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet dwar il-ħarsien ta' sistemi ta' ġestjoni tad-drittijiet diġitali li jqisu bl-istess mod il-ħtiġijiet tas-suq intern tal-UE u tal-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni tad-Diversità Kulturali;

14.

Jenfasizza li l-produttività kulturali u l-kreattività tal-artisti trid tiġi garantita b'mod sostenibbli, u li dan jassumi minn qabel sitwazzjoni soċjali sigura għall-artisti, inkluż qafas legali xieraq fil-qasam tat-taxxa, tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u tal-liġi tad-drittijiet tal-awtur;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqajmu l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni tad-Diversità Kulturali fuq saqajha u biex iqisu bis-sħiħ il-prinċipji inerenti fil-politiki interni u esterni;

16.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Komunità hi marbuta bid-dmir li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni tad-Diversità Kulturali meta teżerċita l-kompetenzi tagħha f'oqsma ta' politika koperti mill-Konvenzjoni, jiġifieri “l-politika kummerċjali komuni, il-politika dwar il-koperazzjoni fl-iżvilupp, il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi, il-moviment ħieles tal-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u l-kapital, il-kompetizzjoni, u s-suq intern, inkluża l-proprjetà intellettwali” (7);

17.

Jemmen li l-programmi Komunitarji li huma disponibbli attwalment fis-settur tal-kultura mhumiex biżżejjed għas-sitwazzjoni marbuta mal-patrimonju kulturali komuni tal-Ewropej, u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposta għal ħolqien ta' programmi speċifiċi li jrawmu l-kreattività artistika u jippermettu, b'mod iktar vast u profond, li jinżamm il-kuntatt mal-oġġetti u l-valuri, materjali u immaterjali, li jintegraw il-patrimonju kulturali Ewropew, li jiffaċilitaw l-interazzjoni tagħhom fil-komprensjoni umanista tal-identitajiet u tad-differenzi kif ukoll fil-produzzjoni kulturali attwali, u li jippermettu li wieħed jibbenefika minnhom u jaqsamhom;

18.

Jirrimarka li l-UE għandha rwol essenzjali x'tilgħab fit-teħid ta' miżuri prattiċi li jwasslu b'mod ġenwin għall-mobilità ta' artisti Ewropej u t'oħrajn mhux Komunitarji;

19.

Jenfasizza li l-programmi kollha tas-settur tal-kultura għandu jkollhom aspetti ferm pożittivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-koeżjoni, il-konverġenza reali, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, l-impjieg u l-kompetittività;

20.

Jitlob biex tiddaħħal viża speċjali għall-artisti sabiex ikunu jistgħu jaċċettaw minnufih offerti qosra ħafna ta' impenn professjonali;

21.

Jerġa' jtenni l-importanza strateġika tal-proġett kulturali attraenti tal-UE – l-iskema tal-Kapitali tal-Kultura Ewropea – li jagħti spinta sinifikanti lill-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-ibliet u r-reġjuni billi jinjetta valur miżjud Ewropew;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikulari għall-koperazzjoni b'saħħita u effettiva bejn l-Ibliet Kapitali tal-Kultura Ewropea ta' bejn l-2007 u l-2011 u n-Netwerk tal-Ibliet Kulturali tal-2010, li jlaqqa' flimkien iżjed minn mitejn belt mill-Ungerija, il-Ġermanja u t-Turkija biex jaħdmu flimkien fuq l-iżvilupp tal-objettivi kulturali Ewropej tagħhom, biex jissieħbu fil-proġett Kapitali tal-Kultura fit-tħejjijiet tagħhom għall-2010 u biex jippreżentaw il-proġetti tagħhom b'mod simultanju f'firxa vasta ta' postijiet differenti;

23.

Isostni li l-mobilità u l-flessibilità huma l-uniċi mezzi biex tiġi żgurata s-sopravivenza tal-attività reattiva fl-Istati Membri individwali u biex titrawwem identità kulturali Ewropea;

24.

Jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jitfassal programm bil-għan li jissaħħaħ il-patrimonju klassiku Ewropew u l-kontribuzzjonijiet storiċi u kulturali nazzjonali tul is-sekli u fid-dimensjonijiet kollha, u li dan il-programm għandu jeżisti b'mod paralleli mal-programm ta' qafas “Kultura 2007-2013” u jikkumpletah, filwaqt li jqis kif jixraq il-ħtiġijiet tas-settur kulturali fil-ġejjieni;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-politiki ta' appoġġ għat-traduzzjoni litterarja previsti fil-“Programm Kultura (2007-2013)”;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq programm bil-għan li tiġi valorizzata il-promozzjoni tal-lingwi Ewropej fid-dinja u l-irwol tagħhom fil-ħolqien kulturali tal-kontinenti l-oħra, b'tali mod illi tiffaċilita kemm l-għarfien u l-komprensjoni reċiproċi kif ukoll l-interazzjoni kulturali iġġenerata u trasportata permezz ta' dawn il-lingwi fl-aspetti extra-Komunitarji tagħhom;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ u tippromwovi l-iskambji kulturali internazzjonali u l-ksib ta' ħiliet kulturali u tal-multilingwiżmu fost iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea;

28.

Jenfasizza li, b'segwitu għall-għażla tal-2008 bħala s-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali, l-Unjoni Ewropea għandha tpoġġi l-valuri tad-djalogu interkulturali fil-prattika u tiftaħ lilha nnfisha għal kulturi oħra u tippromwovi u tiżviluppa opportunitajiet għal koperazzjoni billi tipproponi firxa interessanti ta' programmi kulturali għall-pajjiżi terzi Ewropej, b'mod partikulari dawk koperti mill-Politika Ewropea għall-Viċinat (ENP), li għalihom l-involviment f'programmi kulturali konġunti għandu jkollu influwenza ta' mobilizzazzjoni tabilħaqq importanti;

29.

Jipproponi li jkun hemm impenn tal-Parlament, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sabiex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-kultura u għall-ħolqien kulturali fuq il-livelli kollha tal-ħajja tal-Unjoni u speċjalment f'dak li jikkonċerna l-familja, l-iskola, it-tagħlim tul il-ħajja, il-komunikazzjoni soċjali u d-dinja tat-teknoloġiji diġitali;

30.

Isostni li proġetti kulturali speċifiċi, bħal-librerija diġitali Ewropea, għandhom jibqgħu jiġu promossi fuq livell Ewropew; jitlob biex il-librerija tiġi stabbilita b'mod iżjed rapidu;

31.

Jappoġġja d-diversi ftehimiet ta' sħubija kulturali bejn l-ibliet, il-komunitajiet u r-reġjuni, li huma ta' importanza kbira għall-iżvilupp soċjali tar-reġjuni u tal-promozzjoni tal-innovazzjoni kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu kull appoġġ għal inizjattivi kulturali lokali, reġjonali u interreġjonali bħala fattur essenzjali fil-proċess tal-integrazzjoni reġjonali u Ewropea quddiem l-isfidi globali;

32.

Jenfasizza l-importanza li għandhom it-tagħlim tal-arti fil-perfezzjonament tal-personalità taż-żgħażagħ, fil-tqajjim u l-iżvilupp tal-vokazzjoni tagħhom u fl-ibbenefikar bis-sħiħ tal-oġġetti u tal-valuri kulturali;

33.

Jenfasizza l-ħtieġa li s-sillabi tal-iskejjel fl-Istati Membri kollha jinkludu storja komuni tal-programm tat-tagħlim tal-Unjoni Ewropea biex tiġi promossa l-identità u l-kultura Ewropea fil-kontest tal-globalizzazzjoni;

34.

Isemmi l-importanza tat-twaqqif, fl-iskejjel kif ukoll fis-soċjetà, ta' pontijiet innovattivi bejn il-kultura, ir-riċerka, ix-xjenza u t-teknoloġija u l-bżonn ta' programmi li jkopru dawn l-aspetti;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex telabora strument adegwat li jidentifika s-setturi fi kriżi fl-industriji kulturali Ewropej, billi tingħata attenzjoni partikulari lis-suq tal-pubblikazzjoni li l-evoluzzjoni tiegħu wasslet biex tipperikola l-ħolqien litterarju ta' kwalità għall-benefiċċju tal-“bestsellers” u għad-dinja tal-kreazzjoni mużikali, fejn il-kwalità u d-diversità huma wkoll ipperikolati permezz tal-piraterija minħabba t-tixrid dinji tat-teknoloġiji diġitali, permezz ta' proċessi ta' konċentrazzjoni ta' “collective rights management”;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħaddmu l-mezzi meħtieġa biex jinforzaw u jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà artistika, b'mod speċjali fl-ambjent diġitali;

37.

Iqis li għandhom jitwaqqfu pedamenti ta' diplomazija kulturali Ewropea reali u jinsisti sabiex l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji jsaħħu l-komponenti kulturali tar-rappreżentanzi diplomatiċi tagħhom u sabiex jieħdu inizjattivi strutturati u regolari, dedikati għall-kultura Ewropea;

38.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità biex jinkoraġġixxu inizjattivi mmirati lejn l-iżvilupp tat-turiżmu kulturali;

39.

Jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Kummissjoni jelaboraw u jippromwovu lista ta' ”siti ta' pellegrinaġġ kulturali” fl-Istati Membri kollha bl-għan li jkunu organizzati inizjattivi u avvenimenti speċifiċi li jsiru b'mod regolari f'dawn il-postijiet li huma monumenti għall-kultura u li minnhom tkun iġġenerata l-kultura;

40.

Jemmen li tiketta ta' partimonju Ewropew għandha tkun stabbilita bl-għan li tkun enfasizzata d-dimensjoni Ewropea ta' beni kulturali, monumenti, siti memorjali u postijiet ta' tifkira, li kollha huma xhieda tal-istorja u l-patrimonju tal-Ewropa;

41.

Jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Kummissjoni jappoġġjaw u jippromwovu l-programm Rotot Kulturali Ewropej tal-Kunsill tal-Ewropa, imniedi fl-1987, ladarba r-rotot in kwistjoni jikkostitwixxu netwerks eżemplari li jħaddnu reġjuni u komunitajiet lokali u jagħtu xhieda tal-patrimonju u tal-istorja komuni Ewropej;

42.

Jipproponi li l-Kunsill u l-Kummissjoni jistabilixxu skema ta' sponsorizzazzjoni tal-arti u jaħtru “patrun kulturali Ewropew” sabiex jippermettu sħubiji effettivi bejn is-setturi pubbliċi u privati, li jkunu konsistenti mal-għanijiet tal-proposti tal-Kummissjoni;

43.

Jipproponi wkoll il-ħolqien ta' premji Ewropej ta' prestiġju, li jingħataw fuq bażi regolari, għall-oqsma kollha ta' attività kreattiva;

44.

Jissuġġerixxi wkoll li l-profil tal-premji eżistenti jingħata aktar prominenza u li l-effetti tagħhom ikunu evalwati;

45.

Jissuġġerixxi li, minħabba li se jaħbat il-200 anniversarju mill-mewt ta' Fryderyk Chopin, kompożitur brillanti li bla dubju ta' kontribut lill-patrimonju dinji, l-2010 għandha tkun is-“Sena Ewropea ta' Fryderyk Chopin”;

46.

Jissuġġerixxi li s-sena 2011 tkun is-“Sena Ewropea tal-Klassiċi Griegi u Rumani” sabiex il-popli tal-Unjoni jkunu konxji minn dan l-aspett essenzjali tal-patrimonju kulturali li llum huwa fil-periklu li jintesa;

47.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, fl-interess tal-promozzjoni tal-valuri kulturali Ewropej u biex turi l-impenn tagħha għall-kultura, għandha tibda torganizza b'mod regolari u tappoġġja Sena Ewropea li tfakkar personalità, attività artistika jew avveniment kulturali sinifikanti fuq livell Ewropew;

48.

Jissuġġerixxi li jsir titjib fir-rigward tal-promozzjoni tal-aċċess għal u l-pubbliċità dwar dawn il-miżuri;

49.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill li hemm l-obbligu li l-finanzjament maħsub mill-baġit għal dawn il-miżuri proposti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u dawk li diġà jeżistu ikunu riveduti immedjatament u bħala kwistjoni urġenti;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiggarantixxu li r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet kummerċjali kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f'dak multilaterali jkunu trasparenti, ġusti, miftuħa u orjentati lejn l-aċċess għas-suq; barra minn hekk jinsisti li dawn ir-regoli jridu jħallu lill-industriji kulturali Ewropej jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma awdjoviżivi, mużikali u tal-pubblikazzjoni;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-mekkaniżmi tal-kontroll doganali u tal-iskambju tal-informazzjoni fl-Istati Membri sabiex tiżgura li jkunu effettivi kemm jista' jkun fil-ġlieda kontra l-esportazzjoni u l-importazzjoni illegali ta' xogħlijiet tal-arti u ta' beni kulturali oħra li huma mħarsa;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri xierqa ħalli tibda reviżjoni bir-reqqa tal-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sabiex ikun hemm bilanċ aħjar bejn l-għanijiet kuntrastanti tal-ħarsien tad-detentur tad-drittijiet u l-aċċess liberu u ġust għall-beni u s-servizzi kulturali fl-acquis communautaire tal-UE, fir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u fil-ftehimiet bilaterali tal-UE sabiex jinqerdu l-għeruq tal-kawżi tal-iffalsifikar u tal-piraterija;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża s-setgħat tagħha sabiex tiżgura li s-sieħba tal-kummerċ kollha jinfurzaw l-obbligi tal-ftehimiet fi ħdan il-qafas tar-regoli tad-WTO u tal-liġijiet internazzjonali tal-kummerċ, fosthom l-attivazzjoni potenzjali tal-istrumenti għas-riżoluzzjoni ta' tilwim li hemm dispożizzjoni għalihom fil-ftehimiet internazzjonali;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa sett affidabbli u koerenti ta' indikaturi u ta' strumenti biex jitqies u jkun evalwat il-kummerċ internazzjonali fil-beni kulturali;

55.

Filwaqt li jitqies li t-turiżmu kulturali huwa settur tal-industrija kulturali li kull ma jmur qiegħed dejjem jikber fid-dinja kollha, jistieden lill-Kummissjoni biex fil-ftehimiet dwar il-politika tal-kummerċ tal-UE iddaħħal klawsoli fuq il-firxa u l-kummerċ ta' prodotti b'valur kulturali u storiku;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iqisu dejjem aktar il-klawsoli tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) tal-UE u ta' strumenti oħra tal-kummerċ li jittrattaw il-kummerċ fil-prodotti kulturali meta jsegwu dawn il-ftehimiet tal-kummerċ;

57.

Jisħaq fuq l-importanza tal-appoġġ għall-fluss transkonfinali tal-prodotti kulturali bis-saħħa ta' mobilità akbar min-naħa tal-artisti u l-ħaddiema tas-settur kulturali; iqis li l-mobilità transkonfinali tal-arti u l-kultura Ewropea għandha sehem importanti fit-tixrid tal-valuri Ewropej kif ukoll biex jinżammu u jiġu żviluppati d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika xi ostakli mhux tariffarji imposti minn pajjiżi terzi fit-tranżazzjonijiet kummerċjali għal xi prodotti u servizzi kulturali Ewropej u, jekk ikun meħtieġ, biex tieħu l-passi ħalli tneħħihom;

59.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja u tħaffef l-aċċess għas-suq tal-prodotti u s-servizzi kulturali tagħha fir-rigward tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għall-impatt pożittiv li dan jista' jkollu fuq il-ħolqien tal-impjiegi u fuq l-iżvilupp teknoloġiku fl-industriji kulturali tagħhom.

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi azzjonijiet u avvenimenti kulturali speċifiċi li jippromwovu l-kultura Ewropea fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jingħata aċċess għall-prijorità kulturali fil-politiki tal-iżvilupp;

61.

Jappoġġja l-integrazzjoni sistematika tad-dimensjoni kulturali u l-aspetti varji tal-kultura fil-politiki, il-proġetti u l-programmi esterni u ta' żvilupp kollha, bħala mezz li jsaħħaħ il-kwalità tal-isforzi diplomatiċi tal-Kummissjoni u l-vijabilità u s-sostenibilità tal-attivitajiet ta' koperazzjoni kollha tal-UE, u bħala mezz li jsaħħaħ il-miżuri li jqajmu l-kuxjenza tal-pubbliku dwar l-importanza tal-aspett kulturali tal-attivitajiet tal-iżvilupp;

62.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-istabbiliment ta' programmi ta' koperazzjoni kulturali speċifiċi ta' natura interdipendenti ma' xi pajjiżi msieħba fir-reġjun tal-ENP, fl-Ażja u f'postijiet oħra, bħall-Fond Kulturali għall-Indja;

63.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jinħoloq Fond Kulturali UE-ACP bħala kontribuzzjoni konġunta tal-UE għall-appoġġ tad-distribuzzjoni u tal-produzzjoni ta' prodotti kulturali tal-ACP, filwaqt li jinnota li l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp ser jipprovdi fondi ta' inizjazzjoni li ser ikunu kkumplimentati minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-konformità mal-ftehimiet internazzjonali u ma' strumenti legali oħrajn li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet kulturali sabiex tiżgura l-libertà kulturali u tipproteġi d-diversità u l-manifestazzjonijiet tagħha fid-dawl tal-pjanijiet tal-liberalizzazzjoni tas-suq li jheddu d-diversità kulturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi skambji kulturali bejn l-UE u pajjiżi terzi u reġjuni;

66.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-inklużjoni tal-politika kulturali fil-politika dwar il-koperazzjoni fl-iżvilupp, b'mod partikulari fir-rigward tal-interazzjoni tagħha ma politiki soċjali u ekonomiċi;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-programmi u l-proġetti ta' koperazzjoni kollha tagħha jqisu l-kultura lokali u jikkontribwixxu sabiex aktar nies ikollhom aktar aċċess għall-kultura u għall-mezzi ta' espressjoni kulturali, minbarra li jittrattaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-edukazzjoni, inkluża l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-kultura fil-kurrikula tal-edukazzjoni fil-livelli kollha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

68.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-iżvilupp tal-patrimonju kulturali huwa konness b'mod inseparabbli mal-użu u t-tgawdija pubblika tiegħu, u li l-patrimonju kulturali għandu jkun immaniġġjat b'mod sostenibbli minħabba n-natura tranżitorja tiegħu; iqis ukoll li, f'sens ekonomiku, l-immaniġġjar tal-patrimonju kulturali meħtieġ li jkun vijabbli u li għalhekk dan għandu jkollu rwol fit-titjib tal-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi li jgħixu fihom in-nies;

69.

Jappoġġja l-involviment attiv tal-UE fil-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-kultura, u fil-proċess “Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet” tan-Nazzjonijiet Uniti.

70.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-pjanijiet għal aġenda kulturali Ewropea, iżda jinnota li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar din l-aġenda tonqos milli tipprovdi dettalji dwar l-iffinanzjar tagħha jew xi pjan prattiku sabiex jintuża l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi dawn id-dettalji mill-aktar fis possibbli;

71.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jinkludu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess mhux biss tal-immonitorjar ta' riżultati, iżda wkoll tal-implimentazzjoni ta' kull aġenda kulturali ġdida tal-UE, biex il-politika kulturali fil-fatt implimentata tirrifletti l-aspettattivi speċifiċi u l-ħtiġijiet tar-reġjuni;

72.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi promossa d-diversità kulturali u li l-kultura tingħata rwol sinifikanti fid-djalogi mhux biss bejn pajjiżi individwali iżda wkoll bejn reġjuni madwar id-dinja, filwaqt li jiġu promossi l-iskambji interkulturali u tiġi inkluża l-kultura fi programmi ta' żvilupp; jappoġġja l-idea tal-approċċ integrat għal ħolqien ta' strateġiji għall-kultura, li jinkludi s-setturi u l-fatturi kollha li jinfluwenzaw direttament jew indirettament l-iżvilupp tal-kultura;

73.

Jenfasizza li t-turiżmu kulturali għandu rwol importanti fit-tkabbir ekonomiku reġjonali u fil-ħolqien tal-ġid u fit-tisħiħ tal-valur tal-patrimonju kulturali tal-Ewropa u li l-għaqdiet kulturali reġjonali u dawk attivi fil-qasam tal-politika kulturali għandhom ikunu involuti f'dan il-proċess;

74.

Jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Kummissjoni tagħti ftit wisq attenzjoni għall-arranġamenti ta' ġemellaġġ bejn bliet, muniċipalitajiet u reġjuni, li għal ħafna snin ipprovdew forum eċċellenti għall-koperazzjoni kulturali u għall-iskambju ta' informazzjoni;

75.

Jenfasizza l-irwol importanti li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex titrawwem u tissaħħaħ b'mod komprensiv il-kultura fiz-zoni tagħhom, fuq kollox l-irwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex irawmu u jżommu ħajja l-kultura fl-inħawi tagħhom, l-aktar fil-qasam tal-wirt kulturali u bħala patruni tal-innovazzjoni artistika, bħala l-entitajiet responsabbli għall-provvista u l-isponsorjar ta' faċilitajiet u inizjattivi kulturali u edukazzjoni u taħriġ u bħala organizzaturi ta' festivals u laqgħat kulturali;

76.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-attivitajiet kulturali fil-livell Ewropew, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-aħjar prattiki f'dan il-qasam huma ġġenerati fil-livell reġjonali; jissuġġerixxi li tiġi organizzata konferenza tematika u li jinħolqu databases tal-aħjar prattiki li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;

77.

Waqt li jqis is-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali attwali, jenfasizza l-irwol li jista' jkollhom ir-reġjuni bħala punt ta' laqgħa kulturali ġenwin; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti sodi għal attivitajiet għal 2008 u biex b'mod attiv tinkludi r-reġjuni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet;

78.

Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-fatt li d-diversità kulturali u lingwistika tal-UE hija vantaġġ kompetittiv ewlieni; ifakkar lill-Istati Membri li t-tagħlim tal-lingwi u l-programmi ta' skambju edukattivi u kulturali fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha jeħtieġu appoġġ kontinwu; ifakkar fl-irwol tax-xandir televiżiv fil-qasam tal-iskambju interkulturali;

79.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-inizjattivi kulturali fil-proġetti ta' koperazzjoni reġjonali, inkluż fill-livell ta' belt, b'mod speċjali fi bliet żgħar u ta' daqs medju, fosthom permezz tal-programm Interreg IV C, u sabiex tinkorpora dimensjoni kulturali fl-inizjattiva għar-reġjuni għall-bidla ekonomika;

80.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw il-kultura fir-reġjuni billi jinvestu fl-infrastruttura kulturali, billi jagħmlu użu mill-fondi strutturali, u sabiex ifasslu programmi reġjonali ta' żvilupp kulturali f'konsultazzjoni mas-setturi kulturali u edukattivi u mas-soċjetà ċivili;

81.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jistipulaw regoli sempliċi, trasparenti u preċiżi għall-implimentazzjoni tal-PPPs, sabiex dawn ikunu jistgħu isiru mezz effettiv ta' ffinanzjar ta' inizjattivi kulturali fir-reġjuni u jkunu jistgħu jiffaċilitaw aktar involviment attiv mill-SMEs;

82.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni sabiex toħloq Fond Kulturali EU-ACP bħala kontribuzzjoni tal-UE għad-distribuzzjoni tal-oġġetti kulturali tal-ACP u tal-Pajjiżi u t-Territorji Esterni (OCT); huwa tal-opinjoni li għandhom jiġu implimentati arranġamenti simili b'mod partikulari għall-pajjiżi li jipparteċipaw fil-politika għall-viċinat;

83.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Unesco u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15.

(3)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 142.

(5)  ĠU C 76, 25.3.2004, p. 459.

(6)  ĠU C 301E, 13.12.2007, p.64.

(7)  Tweġiba għall-Mistoqsija bil-Miktub P-5554/07.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/41


Il-Ħamis, 10 ta’April 2008
Il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa — alternattivi għall-azzjoni tal-UE”

P6_TA(2008)0125

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa — alternattivi għall-azzjoni tal-UE” (COM(2007)0354 finali)

2009/C 247 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa – alternattivi għall-azzjoni tal-UE” (COM(2007)0354) (Green Paper dwar l-Adattament għall-Bidla Klimatika),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u l-Artikolu 4(1)(b), (e) u (f) tagħha, il-Protokoll ta’Kyoto għall-UNFCC u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tiegħu,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata‘Strateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospetti Futuri’ (COM(2007)0507),

wara li kkunsidra ir-Raba’Rapport ta’Evalwazzjoni (AR4) tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) u, b’mod partikolari, il-kontribut tat-Tieni Grupp ta’Ħidma għal dak ir-rapport,

wara li kkunsidra d-dibattitu tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ 2007 dwar l-impatt tal-bidla fil-klima fuq il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra t-13-il Konferenza tal-Partijiet (COP 13) tal-UNFCCC u t-tielet Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta’Kyoto (COP/MOP 3) li se jsiru f’Bali, l-Indoneżja, bejn it-3 u l-15 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b’mod partikolari dawk tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar suċċess fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima globali (1), tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-bidla fil-klima (2), li jitrattaw ir-riżultati tal-Konferenza ta’Montreal (COP 11-COP/MOP 1), tal-4 ta’ Lulju 2006 dwar it-tnaqqis tal-impatt tal-bidla fil-klima fuq l-avjazzjoni (3), tal-14 ta’ Frar 2007 dwar il-bidla fil-klima (4), u tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar tnaqqis fil-bidla fil-klima globali għal żewġ gradi Celsius – it-triq ’il quddiem għall-Konferenza ta’Bali dwar il-bidla fil-klima u lil hinn minn dan (COP 13 and COP/MOP3) (5),

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali B6-0014/2008 tal-Kumitat Temporanju għall-Bidla fil-Klima mressqa skond l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’Proċedura tiegħu u wara li kkunsidra l-istqarrijiet f’dak il-kuntest tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’Brussell tat-8 sad-9 ta’ Marzu 2007,

wara li kkunsidra l-Programm ta’Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’Proċedura tiegħu,

A.

billi skond il-Kontribut tat-Tieni Grupp ta’Ħidma għall-IPCC AR4, huwa mistenni li kważi r-reġjuni Ewropej kollha se jkunu affetwati b’mod negattiv b’xi impatti futuri tal-bidla fil-klima; billi dawk l-impatti se joħolqu sfidi għal ħafna setturi ekonomiċi, iżda bl-istess mod se joħolqu theddida oħra għall-bijodiversità tal-Unjoni Ewropea u se jtellfu l-iżvilupp soċjali,

B.

billi osservazzjoni xjentifika reġjonali mill-kontinenti kollha u minn ħafna oċeani tipprovdi evidenza li n-natura qed tkun affetwata mill-bidla fil-klima speċjalment minħabba ż-żieda fit-temperatura iżda wkoll minħabba impatti oħra tal-bidla fil-klima, billi din iż-żieda fit-temperatura osservata hija kkawżata minn attività tal-bniedem u qed tinfluwenza s-sistemi fiżiċi u bijoloġiċi,

C.

billi l-UE għandha tikkunsidra sa liema punt l-adattament għall-bidla fil-klima jista’jwitti t-triq għal mudell ġdid għall-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku li jħares l-ambjent, iżid l-impjiegi u jagħti dimensjoni ġdida lill-politiki soċjali,

D.

billi l-bidla fil-klima hija problema li tikkonċerna lis-soċjetajiet moderni kollha kemm huma u għalhekk il-livelli kollha ta’governanza, mil-livell tal-UE u l-awtoritajiet pubbliċi sa ċ-ċittadin individwali u jistgħu u għalhekk għandu jkollhom irwol importanti fil-miżuri ta’adattament,

E.

billi miżuri ta’adattament li jevitaw il-ħsara mhumiex bżonnjużi biss biex iwieġbu għall-impatti futuri tal-bidla fil-klima fl-Ewropa u barra l-Ewropa, iżda għandhom ukoll jiġu żviluppati u applikati issa biex iwieġbu kemm fuq livell reġjonali u kemm fuq livell lokali għall-konsegwenzi tal-livelli attwali tat-tisħin globali minħabba raġunijiet storiċi ta’emissjonijiet ta’gass li għandu effett ta’serra; billi, adattazzjoni bħal din teħtieġ approċċ verament komuni u l-inklużjoni ta’aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali f’sens wiesa’,

F.

billi jeżistu diversi studji u mudelli fuq skala reġjonali u lokali dwar l-impatti mistennija tal-bidla fil-klima, billi, f’ħafna studji, m’hemm l-ebda eżami ekwivalenti tad-dimensjoni soċjo-ekonomika u tal-konsegwenzi prevedibbli għall-popolazzjonijiet ikkonċernati,

G.

billi, fuq il-livell tal-UE, il-monitoraġġ tal-bidla fil-klima u l-koordinazzjoni tal-miżuri biex din tiġi indirizzata għandhom jingħataw prijorita’sabiex tiġi ffaċilitata strateġija komuni fir-rigward ta’din il-problema,

H.

billi l-investiment kemm pubbliku kif ukoll privat f’attivitajiet ta’riċerka u żvilupp dwar il-bidla fil-klima se jkun ta’importanza kbira biex jiġi żgurat li l-isforzi ta’adattament u ta’mitigazzjoni jkunu kemm jista’jkun possibbli effettivi fil-limitazzjoni tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima,

I.

billi hemm bżonn li r-riċerka nazzjonali dwar il-bidla fil-klima tkun ikkoordinata mar-riċerka li titwettaq taħt is-Seba’Programm ta’Qafas,

J.

billi l-adattazzjoni tal-bidla fil-klima kienet inqas fiċ-ċentru tad-dibattitu pubbliku wara enfasi ċara dwar il-miżuri ta’mitigazzjoni neċessarji biex jiġi llimitat it-tisħin globali;

K.

billi l-ilħuq tal-mira li jitwaqqaf it-tisħin globali f’2 °C jibqa’jfisser tisħin għall-Ewropa kkaratterizzat mill-bidliet reġjonali fil-klima, b’diversi konsegwenzi għall-popolazzjonijiet ikkonċernati, għall-ekonomija lokali u reġjonali u għall-ambjent, karatteristiċi li jwasslu għal iktar tisħiħ tal-inugwaljanzi eżistenti u d-differenzi reġjonali rigward ir-riżorsi u l-assi fl-Ewropa,

L.

billi r-riċerka fil-prekundizzjonijiet għal u l-fehim ta’kundizzjonijiet estremi tat-temp għandhom ikunu intensifikati bħala bażi neċessarja għall-miżuri preventivi, inkluża l-implimentazzjoni ta’sistemi ta’twissija bikrija u azzjonijiet fil-futur biex jiġu evitati diżgrazzji u ħsarat u billi jridu jiġu żviluppati għodod għall-evalwazzjoni tal-effettività ta’miżuri bħal dawn,

M.

billi approċċ lejn mekkaniżmi ta’adattament ibbażati biss fuq analiżi tal-ispiża meta mqabbla mal-benifiċċju ma jidhirx xieraq peress li huwa previst li anke fl-Ewropa, l-iktar li se jintlaqtu ħażin huma l-iktar foqra minħabba li huma ġeneralment m’għandhomx biżżejjed assikurazzjoni, informazzjoni u mobilità biex iwieġbu għal ambjent li qed jinbidel,

N.

billi approċċ minn isfel għal fuq jinvolvi komunitajiet li jesperjenzaw il-konsegwenzi negattivi tal-bidla fil-klima biex jippreżentaw liema tekniki sabu li huma suċċess biex jiġu miġġielda dawk il-konsegwenzi, se jkun indikatur utli għall-UE biex din taħdem bħala umbrella fil-promozzjoni ta’strateġiji, fl-iżvilupp ta’programmi ta’appoġġ relevanti u fil-koordinazzjoni ta’politika ta’tmexxija permezz ta’netwerks u sħubijiet reġjonali u lokali,

O.

billi komponent ewlieni tar-reazzjoni għall-impatt tal-bidla fil-klima huwa li tiżdied u titjieb l-edukazzjoni professjonali u dik pubblika fir-rigward tal-azzjonijiet ta’adattament,

P.

billi huwa evidenti li l-bidla fil-klima taffetwa l-kisbiet tal-iżvilupp u thedded l-iżvilupp b’suċċess fl-Ewropa, iżda għandha impatt iktar qawwi fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, billi l-kwistjoni tal-iffinanzjar tal-miżuri ta’adattament għandha tkun evalwata iktar fil-fond kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’termini ta’appoġġ provdut lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

Q.

billi skond il-kunċett ta’integrazzjoni sistematika, l-adattament tal-bidla fil-klima għandha tkun inkluża fil-proċess tat-teħid ta’deċiżjonijiet wara li jkunu saru ċertu mistoqsijiet dwar kif u meta wieħed għandu jinvesti, billi d-dibattiti matul dan il-proċess ta’teħid ta’deċiżjonijiet għandu jinvolvi kemm lill-parteċipanti kkonċernati lokali u reġjonali kif ukoll lil dawk involuti fit-teħid ta’deċiżjonijiet,

R.

billi l-Green Paper dwar l-Adattament għall-Bidla fil-Klima ma tirrikonoxxix b’mod speċifiku l-eċċezzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi u ta’żvilupp tar-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-UE li probabilment għandhom dgħjufijiet differenti minn dawk li wieħed jistenna li jsib fil-kontinent Ewropew, u lanqas ma teżamina l-kundizzjonijiet tal-klima tal-inħawi urbani u tal-partijiet l-iktar ippopolati fl-Ewropa,

S.

billi l-bidla fil-klima x’aktarx li taffetwa dawk ir-reġjuni li, minħabba l-karatteristiċi topografiċi tagħhom, huma partikolarment dipendenti fuq id-dinamika tan-natura (inter alja z-zoni glaċjali u r-reġjuni muntanjużi), u b’hekk l-ekonomija lokali, il-kultura u l-popolazzjoni b’mod ġenerali jiġu esposti għal pressjoni u spejjeż għoljin ta’adattament, filwaqt li potenzjalment tkompli żżid id-disparitajiet reġjonali,

T.

billi l-Ewropa tan-Nofsinnhar u l-Baċir Mediterranju huma tnejn miz-zoni l-aktar vulnerabbli fl-Ewropa li diġà qed jaffaċjaw nuqqas ta’ilma, nuqqas ta’xita u nirien fil-foresti,

U.

billi strateġiji ta’adattament b’suċċess biex tintlaqa’l-bidla inevitabbli fil-klima se jeħtieġu l-appoġġ tal-edukazzjoni u tal-komunikazzjoni permezz tal-involviment tal-midja tal-massa u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fi kwistjonijiet ambjentali,

V.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tistma li 60 000 mewt fis-sena jistgħu jkunu diġa’attribwiti għad-diżastri naturali relatati mal-bidla fil-klima, billi l-iktar rapport riċenti tal-IPCC AR4 jenfasizza l-impatt tal-bidla fil-klima fuq is-saħħa pubblika, billi hemm tħassib serju dwar il-propagazzjoni ta’mard tropikali u l-vektors ta’dan il-mard lejn reġjuni bi klima moderata, billi, bħala konsegwenza partikulari ta’dan, il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mmirati lejn l-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tas-soċjetà x’aktarx huma l-aktar li jkollhom jadattaw għall-bidla fil-klima,

W.

billi l-bidla fil-klima se tikkawża aktar danni serji lill-ekosistemi u l-bijodiversità li diġà huma vulnerabbli u mhedda u tħalli impatt fuq il-bijodiversità Ewropea; billi danni bħal dawn se jinħassu l-aktar indirettament, permezz tad-degradazzjoni tal-ekosistemi li huma fundamentali għall-benesseri tal-bniedem, billi l-ħarsien tal-ekosistemi se jkun għalhekk fil-bażi ta’strateġija ta’adattament tal-UE, billi l-ħamrija hija l-akbar riżerva ta’karbonju organiku tal-art, u billi prattiki ta’mmaniġġjar tal-ħamrija li mhumiex adattati qed jikkontribwixxu biex din ir-riżerva tiċkien; billi huwa neċessarju li din it-tendenza tinbidel u li jiġi żgurat li miżuri li huma xierqa sabiex il-karbonju organiku tal-ħamrija jiġi ppreservat u – fejn dan ikun possibbli – jiżdied, ikunu parti integrali minn strateġija ta’adattament tal-UE;

1.

Jilqa’b’sodisfazzjon il-Green Paper dwar l-Adattament għall-Bidla fil-Klima u l-proċess ta’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha;

2.

Jenfasizza l-importanza tal-interkonnettività bejn l-isforzi ta’adattament u ta’mitigazzjoni biex jintużaw sinerġiji li għandhom jillimitaw il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina kif se tibbilanċja ż-żewġ sforzi b’mod reċiproku biex itejbu l-effettività tagħhom bil-għan li tiġi żviluppata strateġija ċara u ħolistika;

3.

Jirrikonoxxi li għalkemm fil-Green Paper dwar l-Adattament għall-Bidla fil-Klima l-kwistjonijiet huma ppreżentati fuq bażi settorjali, ħafna minn dawk is-setturi msemmija fiha huma interdipendenti bis-sħiħ; iqis li l-impatti fuq settur wieħed u d-deċiżjonijiet ta’adattament meħuda dwaru ta’sikwit se jkollhom effett fuq setturi oħra, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tqis dawn l-interazzjonijiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’adattament;

4.

Itenni l-bżonn għal iktar studji u mudelli xjentifiċi dwar approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jiġu analizzati, miftiehma u previsti aħjar l-impatti umani u soċjali tal-bidla fil-klima b’relazzjoni mal-mira ta’mitigazzjoni tal-UE ta’2 °C u d-dimensjoni tal-adattamenti lokali u reġjonali meħtieġ;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar l-ekonomiji tal-adattament, biex jiġu żviluppati sitwazzjonijiet li jistabbilixxu l-karta tal-bilanċ tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-adattament u biex tiġi stimulata u antiċipata l-azzjoni ekonomika; Jissottolinja l-importanza li jintuża approċċ settorjali minn isfel ghal fuq li jqis id-differenzi fl-ambjenti naturali tal-Ewropa bhal ma huma z-zoni muntanjużi; Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel rendikont tat-trasferimenti fl-impjieg kemm fis-setturi li qed jikbru kif ukoll fis-setturi li qed jiċkienu;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina u tappoġġja l-preparazzjoni xjentifika ta’bażijiet ta’data komuni Ewropej dwar id-dgħjufijiet sabiex wieħed jifhem kif gruppi tas-soċjetà u l-kultura Ewropea u l-wirt nazzjonali se jkunu affetwati u kif is-soċjetajiet jistgħu jirreaġixxu għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fil-futur; Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti bażijiet ta’data li jinkludu informazzjoni importanti oħra dwar attivitajiet u politiki ta’adattament, bħal indiċijiet, politiki u miżuri, eċċ.;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina n-netwerks eżistenti ta’monitoraġġ ta’data ambjentali u, fejn xieraq, biex tgħaqqadhom ma’strutturi ġodda, bil-għan li jiġu kkompilati bażijiet ta’data b’miżuri omoġenji li jistgħu jintużaw biex jinħolqu mudelli li jippermettu li tiġi identifikata l-azzjoni l-aktar meħtieġa fuq livell kontinentali, reġjonali u lokali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina kif tiżviluppa u tappoġġja iktar lil netwerk pan-Ewropew ta’universitajiet, lill-imsieħba soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikulari lill-organizzazzjonijiet nazzjonali għat-tbassir tat-temp, li għandhom riżorsi estensivi tad-data, u lil dawk involuti fit-teħid ta’deċiżjonijiet lokalment u reġjonalment sabiex jippromwovu sħubijiet transettorjali dwar adattamenti għall-iskambju tal-għarfien u l-politiki kif ukoll għall-iżvilupp ta’għodod li jkejlu s-suċċess tal-miżuri adottati u l-komunikazzjoni u t-tixrid ta’sejbiet u xenarji xjentifiċi dwar adattamenti neċessarji għat-tibdil tal-klima għall-pubbliku;

9.

Iqis li, sabiex ir-riċerka dwar l-impatt tal-bidla fil-klima tkun iktar effiċjenti, ir-riċerka li titwettaq taħt is-Seba’Programm ta’Qafas għandha tkun koordinata mar-riċerka li titwettaq fuq livell nazzjonali (b’mod partikulari l-programmi ta’osservazzjoni tad-Dinja mill-ispazju);

10.

Iqis li l-UE trid tagħmel sforzi sostanzjali biex jiżdied l-iżvilupp teknoloġiku fil-miżuri ta’adattament biex tiġi appoġġjata l-ekonomija tagħha u biex dawn it-teknoloġiji jiġu ttrasferiti lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; Jemmen li l-iżvilupp ta’teknoloġiji effettivi, sikuri u rħas huwa wieħed mill-modi essenzjali għall-adattament għall-bidla fil-klima u jqis li l-Konferenza/Laqgħa li jmiss tal-Partijiet f’Poznan (COP 14) għandha tiffoka fuq din il-kwistjoni;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi adattament fit-tfassil u l-modifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji u tal-proġetti ta’finanzjament b’impatt spazjali, eżistenti u dawk kollha li għad iridu jsiru, sabiex ikunu limitati l-effetti tal-bidla fil-klima; Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi komprensiva tal-istrumenti finanzjarji Ewropej eżistenti u l-użu tagħhom fil-miżuri ta’adattament għal bidla fil-klima fl-oqsma ta’applikazzjoni oriġinali tagħhom u biex tindika fejn se jkunu meħtieġa fondi;

12.

Iħeġġeġ b’qawwa lill-Kunsill biex jasal għal deċiżjoni, mingħajr aktar dewmien, dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta’Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF), filwaqt li jżomm f’moħħu li l-Parlament ilu li adotta l-pożizzjoni tiegħu mit-18 ta’ Mejju 2006 (6); jemmen li r-regolament propost, flimkien ma’miżuri oħra, jbaxxu l-limiti għall-mobilizzazzjoni tal-EUSF, se jippermetti li tiġi indirizzata l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem b’mod iktar effettiv, flessibbli u f’waqtu; Jinsisti li strument finanzjarju bħal dan huwa importanti ħafna, speċjalment minħabba li d-diżastri naturali huma mistennija wkoll li jiżdiedu fil-futur anki minħabba l-bidla fil-klima;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tinkludi miżuri finanzjarji ta’adattament fil-qafas finanzjarju għal żmien twil li jmiss għall-politiki reġjonali u għall-fondi strutturali kif ukoll sabiex tipproponi li r-riżorsi addizzjonali jiġu allokati sabiex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-bidla fil-klima;

14.

Jinnota li l-linji gwida strateġiċi għall-politika ta’koeżjoni tal-UE jiddiskrivu b’mod ċar il-bżonn li jissaħħu s-sinerġiji bejn l-ambjent u t-tkabbir; Jiddikjara li l-programmi ta’politika reġjonali jinvestu f’infrastruttura fl-oqsma tal-ilma, l-iskart u l-arja, fil-bijodiversità, il-promozzjoni tal-ippjanar tal-użu tal-art u t-trasport pubbliku; Jenfasizza li dawn jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-impenji marbuta mal-klima u jrawmu miżuri ta’prevenzjoni tar-riskju permezz ta’politiki ta’mmaniġġjar pubbliku inkluż, pereżempju, il-monitoraġġ preventiv; Jirreferi wkoll għall-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsaħħu l-bżonn ta’koordinazzjoni tal-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni ċivili u l-ippjanar għal dak li jista’jinqala’; Jinnota, f’dan ir-rigward, għall-ħidma tal-Istrateġija Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Programm ta’Tnaqqis tad-Diżastri;

15.

jenfasizza l-bżonn għall-Istati Membri li jużaw il-fondi għall-Iżvilupp Rurali biex jissaħħaħ l-adattament għall-bidla fil-klima fl-agrikoltura u fl-imsaġar; ifakkar fl-irwol li għandha l-materja organika tal-ħamrija fir-rigward tal-fertilità tal-ħamrija u l-kapaċità tagħha li żżomm l-ilma u bħala baċin tal-karbonju, u jistieden lill-Komunità biex tadotta u tappoġġja prattiki xierqa ta’mmaniġġjar tal-ħamrija li jippreservaw il-livelli tal-materja organika tal-ħamrija fit-tipi kollha tal-ħamrija fl-Ewropa bħala mod effettiv biex ikun hemm adattament għaż-żieda fit-temperaturi u l-bidliet fl-ammont ta’xita li tagħmel; jenfasizza l-bżonn ta’prevenzjoni xierqa tal-kriżijiet u ta’miżuri għall-immaniġġjar tar-riskju kemm fuq livell tal-Komunità u kemm fuq livell nazzjonali u reġjonali minħabba li n-numru ta’kriżijiet fil-futur se jiżdied b’mod ċar, b’refernza partikulari għal sforz ta’mmaniġjar sistematiku tal-art li jiżgura perjodi itwal ta’preservazzjoni tal-ilma u piż inqas ta’nirien fuq il-foresti; jemmen li l-immaniġjar tar-riskju għandu jkun parti integrali u espliċita mill-politika ta’koeżjoni tal-UE;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas li japplika madwar l-UE kollha għall-ippjanar tal-adattament u t-tħejjija; jenfasizza l-bżonn li l–prinċipju ta’sussidjarjetà jitqies kif suppost meta jiġu trattati l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima permezz ta’miżuri adattivi, minħabba li reġjuni u awtoritajiet lokali fl-Ewropa se jkunu jistgħu jirrispondu iktar permezz ta’tweġibiet politiċi għall-esperjenzi tagħhom stess, jenfasizza madankollu l-bżonn ta’koerenza u koordinazzjoni fil-pjanijiet ta’adattament fil-livell tal-UE;

17.

Jenfasizza l-irwol ewlieni tal-komunitajiet lokali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għalhekk jitlob l-implimentazzjoni ta’strateġiji integrati ta’żvilupp urban, reġjonali u rurali sostenibbli, li jqis b’mod sħiħ il-miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni u l-adattament u biex jitwettqu studji xjentifiċi biex jiġi analizzat liema huma l-infrastrutturi l-iktar xierqa tista’tgħin biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima;

18.

Jitlob kooperazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki bejn istituzzjonijiet Ewropej u awtoritajiet reġjonali u lokali u bejn dawk fl-iżvilupp ta’kostruzzjonijiet, utilitajiet u servizzi mmirati biex jinkiseb status newtrali ta’karbonju fl-oqsma rispettivi tagħhom, bħal skemi ta’tisħin distrettwali, servizzi ta’riċiklaġġ imtejba, trasport pubbliku integrat, bini effiċjenti f’sens ta’enerġija u ilma, il-produzzjoni u l-użu ikbar ta’enerġija alternattiva, u aktar għoti ta’informazzjoni pubblika dwar il-konsum tal-enerġija;

19.

Jenfasizza l-fatt li s-settur agrikolu huwa wieħed mill-aktar vulnerabbli għall-bidla fil-klima iżda li fl-istess ħin dan is-settur ġie akkużat li wettaq ħsara ambjentali; jemmen li l-miżuri ta’adattament f’dan is-settur għandhom jaħdmu lejn it-tnaqqis tal-vulnerabilità u ż-żieda tas-sostenibilità kemm minn perspettiva ambjentali u kif ukoll minn dik ekonomika;

20.

Jenfasizza l-fatt li l-adattament gradwali tas-settur tal-agrikoltura għall-bżonnijiet il-ġodda li jirriżultaw mill-bidla tal-klima għandu jkun eżaminat fil-kuntest tal-‘kontrolli tas-saħħa’;

21.

Jenfasizza li s-settur tal-agrikoltura jista’jadatta ruħu għall-bidla fil-klima u jnaqqas l-effetti tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li żżid is-sostenibilità u tippromwovi metodi ġodda dwar l-użu u l-immaniġġjar tal-ilma u riżorsi naturali oħra;

22.

Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’infrastruttura tat-trasport li l-iktar li tista’tkun affetwata mill-kundizzjonijiet tal-bidla fil-klima u meta jkun hemm bżonn ta’sforzi addizzjonali li jiżguraw iffunzjonar kontinwu u sikur;

23.

Ifaħħar ir-riżultat sinifikanti tal-MOP 3 f’Bali għat-tħaddim tal-Fond għall-Adattament li jiġbor flimkien proġetti konkreti ta’adattament permezz ta’finanzjament minn imposta fuq proġetti ta’Mekkaniżmi ta’Żvilupp Nadif (CDM) imwettqa f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma Partijiet għall-Protokoll ta’Kyoto; jenfasizza li din id-deċiżjoni rivoluzzjonarja biex jiġi ffinanzjat l-adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw indipendentement mid-donaturi ttieħdet qabel ma ġie adottat il-Pjan ta’Azzjoni għal Bali;

24.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li, bħala parti mill-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, il-permessi kollha għall-bini u l-pjanijiet urbani jqisu x-xenarji ta’adattament differenti sabiex jiġu evitati investimenti f’infrastrutturi inkompatibbli; jinnota li f’ħafna każi ikun aktar xieraq li z-zoni vulnerabbli ma jiġux żviluppati, jew li jerġa’jiġi rrestawrat l-istat naturali taz-zoni li diġà ġew żviluppati, milli jinbnew difiżi bħala preparazzjoni għall-effetti negattivi tal-klima;

25.

Iqis li l-kooperazzjoni biex jiġu appoġġjati r-reġjuni ifqar tal-Ewropa u l-partijiet tad-dinja li għadhom qed jiżviluppaw bħala importanti ħafna peress li dawn iz-zoni x’aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-bidla fil-klima iżda huma l-inqas kapaċi li jaffaċċjaw il-konsegwenzi; jiddispjaċih li l-Green Paper dwar l-Adattament tal-Bidla fil-Klima ma tindirizzax b’mod suffiċjenti l-bżonn ta’kooperazzjoni dwar l-adattament bejn l-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw; b’mod partikulari jenfasizza l-bżonn tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini ta’kapacità; f’dan il-kuntest jilqa’b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniedi Alleanza Globali dwar il-Bidla fil-Klima iżda jenfasizza li attwalment din hija nieqsa għall-aħħar mill-fondi;

26.

Jirrikonoxxi rabta kondizzjonali bejn l-għanijiet ta’żvilupp u kemm il-mitigazzjoni kif ukoll l-adattament għall-bidla fil-klima; jenfasizza li l-bida fil-klima għandha tkun integrata sistematikament fil-kooperazzjoni kollha tal-UE għall-iżvilupp, inklużi programmi eżistenti ta’sħubija bħad-djalogu EUROMED jew is-sħubija tal-enerġija bejn l-UE u l-Afrika; jenfasizza wkoll l-importanza kbira li jissaħħu s-sħubiji mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiżdiedu l-isforzi biex tiġi evitata d-deforestazzjoni, u jiġu pprovduti benefiċċji kemm ta’mitigazzjoni kif ukoll ta’adattament;

27.

Jitlob li jiġu żviluppati strumenti finanzjarji sinifikanti u prevedibbli fil-qafas tal-politiki tal-UE, bħall-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet, sabiex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jadattaw għall-impatti tal-bidla fil-klima u kif ukoll biex jipprovdu finanzjament għall-politiki ta’adattament fl-Istati Membri;

28.

Jinnota li l-bidla fil-klima tista’taċċellera t-tnaqqis tal-aċċess għar-riżorsi naturali; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri ulterjuri għall-adattament għal sfidi ġodda biex tiġi żgurata sigurtà fil-provvista tal-ikel u tal-enerġija;

29.

Jistieden lill-Kummisjoni biex teżamina fuq livell Ewropew u, fil-kuntest internazzjonali, kif jiġi inkorporat adattament neċessarju bħala tweġiba għall-bidla fil-klima fil-pjanijiet għall-iżvilupp u fin-negozjati dwar il-baġit; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga kif tapplika miżuri bħal dawn fil-politiki settorjali biex tmexxi fondi u investimenti pubbliċi u privati; jenfasizza li din l-inkorporazzjoni se tkopri l-oqsma tax-xjenza, tal-integrazzjoni sistematika, tal-ħolqien ta’kuxjenza, tal-informazzjoni, tal-kooperazzjoni u tal-monitoraġġ, filwaqt li b’mod ċar isegwi l-kriterji kkontrollati regolarment għall-konformità biex wieħed jiġġustifika iktar appoġġ u jirrapporta lura lill-Parlament u lill-Kunsill;

30.

Jenfasizza l-importanza ta’ħtieġa akbar ta’użu razzjonali tal-ilma permezz ta’‘mmaniġġjar tad-domanda għall-ilma’, peress li l-ilma qed isir riżors skars; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri integrattivi biex ikunu żgurati d-disponibilità, l-aċċessibilità, l-użu u l-konservazzjoni tal-ilma, u biex ikunu promossi teknoloġiji u prattiki innovattivi inklużi proġetti pilota li jgħinu biex jitnaqqas id-dannu tal-perjodi bla xita u r-riskji tal-għargħar; f’dan il-kuntest, jirrikonoxxi l-importanza ta’approċċ ibbażat fuq l-ekosistema fil-prevenzjoni u l-assorbiment tal-impatti tal-erożjoni tal-ħamrija, l-għargħar, id-deżertifikazzjoni, żieda fil-livelli tal-baħar, speċi aljeni li jinfirxu fl-ambjent, u reżistenza akbar għan-nirien tal-foresti;

31.

Jirrikonoxxi li l-bidla fil-klima tikkontribwixxi għall-piż globali tal-mard u l-imwiet prematuri billi taffettwa b’mod partikulari l-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni; jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa biex jadattaw għall-effetti avversi tal-bidla fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni sabiex twaqqaf sistema mifruxa mal-UE għall-immonitorjar u s-sorveljanza tal-effetti tal-bidla fil-klima fuq is-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li t-theddid mill-bidla fil-klima għas-saħħa tal-bniedem ikunu fiċ-ċentru tal-politika ta’adattament u ta’mitigazzjoni tal-UE;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’approċċ iddivrenzjat klimatiku u tal-iżvilupp f’dak li għandu x’jaqsam ma’oqsma u reġjuni partikularment vulnerabbli għall-bidla fil-klima, bħal ma huma zoni muntanjużi jew kostali, gżejjer jew, per eżempju, is-seba’reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, li, minħabba l-karatteristiċi topografiċi tagħhom u l-iżvantaġġi strutturali, huma dipendenti b’mod speċjali fuq id-dinamika ta’avvenimenti naturali; jistieden f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni sabiex tespandi l-lista taz-zoni l-aktar vulnerabbli u sabiex tikkopera ma’inizjattivi reġjonali eżistenti bħal ma huma l-Konvenzjoni Alpini u l-Konvenzjoni ta’Karpazja sabiex jagħmlu l-aħjar użu minn għarfien eżistenti li nkiseb minn inizjattivi bħal dawn;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-irwol vitali li ekosistemi b’saħħithom jista’jkollhom fil-politika tal-adattament; jenfasizza l-fatt li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (i.e. id-Direttiva tal-Għasafar (7) u d-Direttiva dwar l-habitat naturali (8), Natura 2000 u d-Direttiva ta’Qafas dwar l-Ilma (9)) jistgħu jgħinu sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu l-ogħla prijorità għall-implimentazzjoni ta’din il-politika, sabiex jassiguraw adattament rapidu u effiċjenti għall-bidla fil-klima;

34.

Jilqa’b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex twaqqaf Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Adattament għall-Bidla fil-Klima u jenfasizza l-bżonn li dan il-grupp ta’esperti jipprovdi l-kapacitajiet għar-realizzazzjoni ta’strateġiji intersettorjali koerenti fil-livell tal-UE kif ukoll għat-tisħiħ tal-oqfsa ta’politika li jistgħu jipprovdu inċentivi għall-investiment fl-attivitajiet ta’mitigazzjoni u adattament għall-bidla fil-klima;

35.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni bħala l-kontribut tal-Parlament għall-proċess ta’konsultazzjoni dwar il-Green Paper mibdi mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 280E, 18.11.2006, p. 120.

(2)  ĠU C 287E, 24.11.2006, p. 182.

(3)  ĠU C 303E, 13.12.2006, p. 119.

(4)  ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 344.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0537.

(6)  ĠU C 297E, 7.12.2006, p. 331.

(7)  Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

(8)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/105/KE.

(9)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/48


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Inklużjoni tas-sottotitoli fil-programmi kollha tat-televiżjoni ta' servizz pubbliku fl-UE

P6_TA(2008)0127

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inklużjoni tas-sottotitoli fil-programmi kollha tat-televiżjonita' servizz pubbliku fl-UE

2009/C 247 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 13, 149 u 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess indaqs għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura,

B.

billi t-telf parzjali jew sħiħ tas-smigħ huwa kundizzjoni li taffettwa iktar minn 83 miljun persuna fl-Ewropa, billi, ladarba l-popolazzjoni Ewropea qed tixjieħ, din il-problema ser tkompli tikber,

C.

billi l-aċċess għat-televiżjoni fl-Ewropa hu universali; billi t-televiżjoni ta' servizz pubbliku għandha missjoni ta' servizz pubbliku li tikkonsisti, fost affarijiet oħra, fl-informazzjoni u l-edukazzjoni tat-telespettaturi,

D.

billi t-teknoloġija tal-lum tippermetti li l-programmi tat-televiżjoni (inklużi programmi f'xandira diretta) jkunu sottotitolati hekk kif qed ikunu mxandra, eżempju wieħed ta' dan huma programmi tal-BBC, li impenjat ruħha li tagħmel is-sottotitoli fil-programmi kollha tagħha minn April 2008,

1.

Iqis li l-inklużjoni tas-sottotitoli fil-programmi kollha tat-televiżjoni ta' servizz pubbliku fl-Unjoni Ewropea hija essenzjali sabiex ikun żgurat li t-telespettaturi kollha, inklużi dawk torox u li għandhom problemi ta' smigħ, ikollhom aċċess sħiħ għalihom, huwa tal-fehma li dan jgħin ukoll fit-tagħlim ta' lingwi barranin;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva li tirrikjedi li x-xandara ta' televiżjoni ta' servizz pubbliku fl-Unjoni Ewropea jinkludu s-sottotitoli fil-programmi kollha tagħhom;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Lista ta' firmatarji

 

Gabriele Albertini, Jan Andersson, Alfonso Andria, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Irena Belohorská, Monika Beňová, Rolf Berend, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Adam Bielan, Slavi Binev, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Jens-Peter Bonde, Vito Bonsignore, Josep Borrell Fontelles, Victor Boștinaru, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Jan Březina, Elmar Brok, Danutė Budreikaitė, Wolfgang Bulfon, Nicodim Bulzesc, Ieke van den Burg, Niels Busk, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Joan Calabuig Rull, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Carlos Carnero González, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Alejandro Cercas, Giles Chichester, Giulietto Chiesa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlățean, Paolo Costa, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Crețu, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Dragoș Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Nirj Deva, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Alexandra Dobolyi, Valdis Dombrovskis, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Cristian Dumitrescu, Saïd El Khadraoui, Edite Estrela, Harald Ettl, Jonathan Evans, Robert Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Claudio Fava, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Armando França, Monica Frassoni, Urszula Gacek, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Giuseppe Gargani, Jean-Paul Gauzès, Jas Gawronski, Evelyne Gebhardt, Eugenijus Gentvilas, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Norbert Glante, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Vasco Graça Moura, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, Klaus Hänsch, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Jutta Haug, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Edit Herczog, Jim Higgins, Krzysztof Hołowczyc, Mary Honeyball, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Alain Hutchinson, Iliana Malinova Iotova, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Jałowiecki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Anne E. Jensen, Karin Jöns, Dan Jørgensen, Madeleine Jouye de Grandmaison, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constanze Angela Krehl, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Helmut Kuhne, Jan Jerzy Kułakowski, Aldis Kušķis, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Klaus-Heiner Lehne, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Marie-Noëlle Lienemann, Andrea Losco, Caroline Lucas, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Linda McAvan, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Erika Mann, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, Sérgio Marques, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Viktória Mohácsi, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Hartmut Nassauer, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, James Nicholson, null Nicholson of Winterbourne, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Josu Ortuondo Larrea, Reino Paasilinna, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Ioan Mircea Pașcu, Vincent Peillon, Maria Petre, Rihards Pīks, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Paweł Bartłomiej Piskorski, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Guido Podestà, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, Lydie Polfer, Bernd Posselt, Christa Prets, Pierre Pribetich, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Karin Resetarits, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Wojciech Roszkowski, Dagmar Roth-Behrendt, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Aloyzas Sakalas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Daciana Octavia Sârbu, Jacek Saryusz-Wolski, Christel Schaldemose, Karin Scheele, Olle Schmidt, György Schöpflin, Jürgen Schröder, Inger Segelström, Esko Seppänen, Adrian Severin, Czesław Adam Siekierski, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Francesco Enrico Speroni, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Theodor Dumitru Stolojan, Margie Sudre, László Surján, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, Andrzej Jan Szejna, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Elena Valenciano Martínez-Orozco, Frank Vanhecke, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Johannes Voggenhuber, Diana Wallis, Graham Watson, Renate Weber, Jan Marinus Wiersma, Glenis Willmott, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Roberts Zīle, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 9 ta’ April 2008

15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/50


L-Erbgħa, 9 ta' April 2008
Parlament Ewropew L-approvazzjoni tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni

P6_TA(2008)0108

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2008 li tapprova l-ħatra tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni

2009/C 247 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 214(2), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 215 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Ftehima ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (1),

wara l-kkunsidra r-riżenja tas-Sur Markos Kyprianou bħala Membru tal-Kummissjoni, imressqa fit-28 ta' Frar 2008,

wara li kkunsidra n-nomina mill-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/184/KE tad-29 ta' Frar 2008 li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju nnominat mill-kumitat parlamentari responsabbli fl-1 ta' April 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Japprova l-ħatra tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummisjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 18.


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008

15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/51


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Il-kundizzjonijiet sanitarji applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I

P6_TA(2008)0109

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni (COM(2007)0572 — C6-0334/2007 — 2007/0202(COD))

2009/C 247 E/11

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0572),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 37 u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0334/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0051/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
P6_TC1-COD(2007)0202

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' April 2008 bil-hsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni

2009/C 247 E/12

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 454/2008.)


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/52


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni *

P6_TA(2008)0110

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (COM(2007)0466 — C6-0303/2007 — 2007/0167(CNS))

2009/C 247 E/13

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0466),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0303/2007),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0066/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 1

Titolu

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil

Emenda 2

Premessa 6

(6)

L- EMN għandu jevita li jidduplika x-xogħol ta' strumenti jew strutturi eżistenti tal-Komunità li għandhom l-għan li jiġbru u jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u ażil u għandu jipprovdi valur miżjud meta mqabbel magħhom, b'mod partikolari permezz tal-firxa wiesgħa tal-karigi tiegħu, attenzjoni qawwija fuq analiżi, rabtiet mal-komunità akkademika u disponibbiltà pubblika tal-outputs tiegħu.

(6)

L- EMAN għandu jevita li jidduplika x-xogħol ta' strumenti jew strutturi eżistenti tal-Komunità li għandhom l-għan li jiġbru u jiskambjaw informazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u ażil u għandu jipprovdi valur miżjud meta mqabbel magħhom, b'mod partikolari permezz tan-newtralità tiegħu , tal-firxa wiesgħa tal-karigi tiegħu, l-attenzjoni qawwija fuq analiżi, ir-rabtiet mal-komunità akkademika, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), organizzazzjonijiet internazzjonali u amministrazzjonijiet ċentrali, u l-aċċess pubbliku għall-ħidmiet tiegħu.

(l-emenda li tirrigwarda l-abbrevjazzjoni “EMAN” tapplika fit-test kollu, minbarra l-Premessi 1 sa 5)

Emenda 3

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Fost strumenti u strutturi esistenti oħra, ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (1) huwa qafas ta' referenza importanti għat-tħaddim tal-EMAN. Għandha wkoll tingħata attenzzjoni lix-xogħol ta' siwi li jsir miċ-CIREFI (2) u lid-Direttiva tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta' Marzu 2005 li twaqqaf Netwerk sikur, ibbażat fuq l-internet, dwar Informazzjoni u Koordinazzjoni għas-Servizzi tal-Immaniġġjar tal-Migrazzjoni tal-Istati Membri (3) (ICOnet).

Emenda 4

Premessa 8

(8)

Sabiex ikun żgur li l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom l-esperjenża meħtieġa biex jindirizzaw l-aspetti varji ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ażil, għandhom ikunu ffurmati minn tal-inqas tliet esperti li, individwalment jew flimkien, għandhom kompetenzi fit-tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika. Dawn l-esperti jistgħu jiġu mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jew minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra.

(8)

Sabiex ikun żgur li l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom l-esperjenża meħtieġa biex jindirizzaw l-aspetti varji ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ażil, għandhom ikunu ffurmati minn tal-inqas tliet esperti minn sfondi differenti (dipartimenti tal-gvern, NGOs u universitajiet) li, individwalment jew flimkien, għandhom kompetenzi fit-tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika. Dawn l-esperti jistgħu jiġu minn amministrazzjonijiet ta' Stati Membri, NGOs, universitajiet jew ċentri ta' riċerka. Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu wkoll, b'mod kollettiv, ikollu esperjenza xierqa fit-teknoloġija informatika, fit-twaqqif ta' skemi ta' kollaborazzjoni u ta' netwerks ma' organizzazzjonijiet u entitajiet nazzjonali oħra, u fil-kollaborazzjoni f'ambjent multilingwu fuq il-livell Ewropew.

Emenda 5

Premessa 9

(9)

Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jwaqqaf netwerk ta' migrazzjoni nazzjonali, iffurmat minn organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, u li jinkludu , pereżempju, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u riċerkaturi, organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tingħata vuċi lill-partijiet interessati kollha.

(9)

Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jwaqqaf netwerk ta' migrazzjoni nazzjonali, iffurmat minn organizzazzjonijiet u individwi attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Sabiex tkun garantita l-affidabilità u l-komparabilità tal-informazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil prodotta min-netwerk, il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jinkludu rappreżentanti minn, bħala eżempju, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u riċerkaturi, organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tingħata vuċi lill-partijiet interessati kollha.

Emenda 6

Premessa 12

(12)

Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, l- EMN għandu jkun jista' jwaqqaf relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' entitajiet oħra attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Meta jitwaqqfu relazzjonijiet bħal dawn, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat grad tajjeb ta' kooperazzjoni ma' entitajiet fid-Danimarka, in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-Russja.

(12)

Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, l- EMAN għandu jkun jista' jwaqqaf relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' entitajiet oħra attivi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Meta jitwaqqfu relazzjonijiet bħal dawn, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat grad tajjeb ta' kooperazzjoni ma' entitajiet fid-Danimarka, in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-Russja, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka u mal-pajjiżi minn fejn jiġu u ta' tranżitu ta' dawk li jitolbu l-ażil u tal-migranti.

Emenda 7

Premessa 14

(14)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u fuq iċ-ċirkolazzjoni libera ta' dak it-tagħrif, u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u fuq iċ-ċirkolazzjoni libera ta' dak it-tagħrif għandha tapplika fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, (4) id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u fuq iċ-ċirkolazzjoni libera ta' dak it-tagħrif, u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u fuq iċ-ċirkolazzjoni libera ta' dak it-tagħrif għandhom jiġi kkunsidrati fil-kuntest tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni tal-EMAN.

Emenda 8

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, ir-Renju Unit mhux jieħu parti fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

Emenda 9

Premessa 14 b (ġdida)

 

(14b)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, l-Irlanda m'hix tieħu parti fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u m'hix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

Emenda 10

Artikolu 1, paragrafu 2

L-għan tal- EMN għandu jkun li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, u l-pubbliku ġenerali dwar migrazzjoni u ażil, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar migrazzjoni u ażil, bil-għan li jappoġġja t-tfassil ta' politika u deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma.

L-għan tal- EMAN għandu jkun li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, u l-pubbliku ġenerali kif ukoll pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-aspetti kollha tal- migrazzjoni u ażil, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar migrazzjoni, ażil u integrazzjoni, inkluża statistika dettaljata li turi l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE, bil-għan li jappoġġja t-tfassil ta' politika u deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma.

Emenda 11

Artikolu 2, punt (a)

(a)

jiġbor u jiskambja data u informazzjoni aġġornata minn firxa ta' sorsi, inkluża d-dinja akkademika;

(a)

jiġbor u jagħmel skambju ta' data u informazzjoni aġġornata u affidabbli minn firxa ta' sorsi, inkluża d-dinja akkademika u l-NGOs ;

Emenda 12

Artikolu 2, punt (b)

(b)

Janalizza d-data u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u jipprovdiha f'format faċilment aċċessibbli;

(b)

Janalizza d-data u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u jipprovdiha f'format faċilment aċċessibbli, li jiftiehem u li jista' jkun imqabbel ;

Emenda 13

Artikolu 2, punt (c)

(c)

jiżviluppa metodi għat-titjib tal-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad-data fil-livell Komunitarju bit-twaqqif ta' indikatur u kriterji li jtejjbu l-konsistenza tal-informazzjoni u jgħinu fl-iżvilupp ta' attivitajiet tal-Komunità relatati mal-istatistika migratorja;

(c)

jiżviluppa metodi għat-titjib tal-kumparabbiltà, l-oġġettività u l-affidabbiltà tad-data fil-livell Komunitarju bit-twaqqif ta' indikaturi u kriterji li jtejbu l-konsistenza tal-informazzjoni u jgħinu fl-iżvilupp ta' attivitajiet tal-Komunità relatati mal-istatistika migratorja u mal-ażil, (pereżempju, data u statistiki relatati man-numru ta' immigranti legali u illegali, ta' immigranti li jintbagħtu lura, ta' talbiet għall-ażil li jiġu aċċettati u ta' dawk li jiġu rrifjutati u ta' pajjiżi ta' oriġini) sabiex iwasslu għall-armonizzazzjoni ta' dawn l-indikaturi u ta' dawn il-kriterji fil-livell Ewropew, b'kollaborazzjoni mal-organi Ewropej kompetenti l-oħra;

Emenda 14

Artikolu 2, punt (d)

(d)

jippubblika rapporti perjodiċi dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u ażil fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha;

(d)

jipproduċi u jippubblika rapporti perjodiċi dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u ażil fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha;

Emenda 15

Artikolu 2(d a) (ġdid)

 

(da)

jiġbor u jippubblika il-liġijiet dwar il-migrazzjoni u l-ażil tal-UE u tal-Istati Membri kif ukoll kull informazzjoni oħra relevanti dwar is-suġġett (kwoti, regolamenti, pattijiet u kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu minn dawk li jixitequ japplikaw għall-istatus ta' refuġjati, prattiki u każistika relatata, etc). L-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-rekwiżiti differenti tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri jista' jirrappreżenta pass ’il quddiem fl-immaniġġjar ta' migranti ekonomiċi bħala parti minn metodu komprenziv fuq il-livell tal-UE;

Emenda 16

Artikolu 2, punt (d b) (ġdid)

 

(db)

fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill jipproduċi analizi, evalwazzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni, fl-Istati Membri, tad-Direttivi tal-KE dwar il-migrazzjoni u l-ażil u dwar il-konformità tar-regoli nazzjonali mar-regoli Ewropej u internazzjonali, bil-għan li joffri assitenza u appoġġ fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom;

Emenda 17

Artikolu 2, punt (f)

(f)

iżid l-għarfien dwar l- EMN , billi jipprovdi aċċess għall-informazzjoni li jiġbor u jxerred l-output tal- EMN ;

(f)

iżid l-għarfien dwar l- EMAN , billi jipprovdi aċċess għall-informazzjoni li jiġbor u jxerred l-output tal- EMAN b'mod kemm jista' jkun wiesgħa ;

Emenda 18

Artikolu 2(g)

(g)

jikoordina l-informazzjoni u l-kooperazzjoni ma' korpi Ewropej u internazzjonali oħra rilevanti.

(g)

jikoordina l-informazzjoni u jikkopera ma' korpi oħra governattivi u mhux governattivi nazzjonali , Ewropej u internazzjonali rilevanti.

Emenda 19

Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-EMAN għandu jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jkunu konsistenti u koordinati mal-istrumenti u l-strutturi Komunitarji rilevanti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

Emenda 20

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a)

jipparteċipa fi t-tħejjija tal-programm annwali ta' attivitajiet tal- EMN , fuq il-bażi ta' abbozz mill-President;

(a)

jikkontribwixxi lejn it-tħejjija u japprova l-programm annwali ta' attivitajiet tal- EMAN , inkluż ammont indikattiv ta' baġit minimu u massimu għal kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, li jiżgura li jkunu koperti l-ispejjeż bażiċi li jinbtu mit-tħaddim tajjeb tal-EMAN, skond l-Artikolu 5, fuq il-bażi ta' abbożż miċ-Ċhairman;

Emenda 21

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (d)

(d)

jidentifika r-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni strateġika l-aktar xierqa ma' entitajiet oħra kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u japprova, fejn meħtieġ, l-arranġamenti amministrativi għal tali kooperazzjoni, skond l-Artikolu 10;

(d)

jidentifika r-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni strateġika l-aktar xierqa ma' entitajiet oħra governattivi u mhux governattivi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u japprova, fejn meħtieġ, l-arranġamenti amministrativi għal tali kooperazzjoni, skond l-Artikolu 10;

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 1

1.

Kull Stat Membru jagħżel entità waħda li taġixxi bħala Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

1.

Kull Stat Membru jagħżel entità newtrali waħda li taġixxi bħala Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

 

Sabiex tkun faċilitata l-ħidma tal-EMAN u tkun żgurata lkisba tal-objettivi tiegħu, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, fejn meħtieġ, il-bżonn ta' koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija u l-Punt Nazzjonali tagħhom ta' Kuntatt.

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jikkonsisti minn tal-inqas tliet esperti. Wieħed minn dawn l-esperti, li jkollu r-rwol ta' koordinatur nazzjonali, ikun uffiċjal jew impjegat tal-entità magħżula. L-esperti l-oħra jistgħu jappartjenu għal din lentità jew għal organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali oħra, pubbliċi jew privati, ibbażati fl-Istat Membru.

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jikkonsisti minn mhux inqas minn tliet esperti minn sfondi differenti (dipartimenti tal-gvern, NGOs u universitajiet). Wieħed minn dawn lesperti, li jkollu r-rwol ta' koordinatur nazzjonali, ikun uffiċjal jew impjegat tal-entità magħżula.

 

Għat-totalità tal-kompetenzi tagħhom, il-punti ta' kuntatt nazzjonali huma suġġetti għall-prinċipji ta' imparzjalità u oġġettività.

Emenda 23

Artikolu 5, paragrafu 2, punt (a)

(a)

esperjenza fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni, li jkopru l-aspetti ta' tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika;

(a)

esperjenza wiesa’ fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni, li jkopru l-aspetti ta' tfassil ta' politika, liġi, riċerka u statistika;

Emenda 24

Artikolu 5, paragrafu 3, punt (b)

(b)

jikkontribwixxu data nazzjonali għas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

(b)

jikkontribwixxu data nazzjonali, analiżi u evalwazzjonijiet lis-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

Emenda 25

Artikolu 5, paragrafu 3, punt (c)

(c)

jiżviluppaw il-kapaċità li joħorġu rikjesti ad hoc indirizzati lejh u li jwieġbu malajr tali rikjesti minn Punti ta' Kuntatt Nazzjonali oħra;

(c)

jiżviluppaw il-kapaċità li joħorġu rikjesti ad hoc indirizzati lejh u li jwieġbu malajr tali rikjesti minn Punti ta' Kuntatt Nazzjonali oħra kif ukoll għal talbiet min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Emenda 26

Artikolu 5, paragrafu 3, punt (d)

(d)

iwaqqfu netwerk ta' migrazzjoni nazzjonali, iffurmat minn firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet u individwi attivi fil- qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jirrappreżentaw il-partijiet interessati kollha. Membri tan-netwerk nazzjonali ta' migrazzjoni jistgħu jiġu mitluba jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal- EMAN , b'mod partikolari skond l-Artikoli 8 u 9.

(d)

iwaqqfu netwerk ta' migrazzjoni u ażil nazzjonali, iffurmat minn firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi , b'mod partikulari universitajiet, ċentri ta' riċerka u assoċjazzjonijiet ta' professjonisti , u individwi attivi fil-bosta oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil, li jirrappreżentaw il-partijiet interessati kollha u li jkunu kapaċi jipprovdu għarfien partikulari . Membri tan-netwerk nazzjonali ta' migrazzjoni u ażil għandhom jintalbu jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal- EMAN , b'mod partikolari skond l-Artikoli 8 u 9.

Emenda 27

Artikolu 6, paragrafu 3

3.

Wara konsultazzjoni tal -Bord ta' Tmexxija u l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti tal-għan ġenerali u l-karigi definiti fl-Artikoli 1 u 2, tadotta l-programm annwali ta' attivitajiet tal- EMN . Il-programm għandu jispeċifika l-għanijiet u prijoritajiet tematiċi. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-eżekuzzjoni tal-programm annwali ta' attivitajiet u tagħti rapport regolari dwar l-eżekuzzjoni tiegħu u l-iżvilupp tal- EMN lill-Bord ta' Tmexxija.

3.

Wara konsultazzjoni mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, u mal-Parlament Ewropew, u l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija , il-Kummissjoni, skond ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u fil-limiti tal-għan ġenerali u l-karigi definiti fl-Artikoli 1 u 2, għandha tadotta l-programm annwali ta' attivitajiet tal- EMAN . Il-programm għandu jispeċifika l-għanijiet u prijoritajiet tematiċi. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-eżekuzzjoni tal-programm annwali ta' attivitajiet u tagħti rapport regolari dwar l-eżekuzzjoni tiegħu u l-iżvilupp tal- EMAN lill-Bord ta' Tmexxija.

Emenda 28

Artikolu 7, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a.

L-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 5, jekk mhux pjanifikatii fil-programm attwali ta' attivitajiet, għandhom ikunu kkomunikati fi żmien xieraq lil Punti Nazzjonali ta' Kuntatt.

Emenda 29

Artikolu 8, titolu

Sistema ta' skambju ta' informazzjoni

Pubblikazzjoni, tixrid u skambju ta' informazzjoni

Emenda 30

Artikolu 8, paragrafu 1

1

Għandha titwaqqaf sistema ta' skambju ta' informazzjoni bbażata fuq l-Internet, aċċessibbli permezz ta' websajt apposta, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

1

Għandha titwaqqaf sistema ta' publikazzjoni, tixrid u skambju ta' informazzjoni bbażata fuq l-Internet, aċċessibbli permezz ta' websajt apposta, kif stipulat f'dan l-Artikolu.

Emenda 31

Artikolu 8, paragrafu 2, subparagrafu 1

2

Il-kontenut ta' din is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni jkun normalment pubbliku.

2

Il-kontenut ta' din is-sistema ta' publikazzjoni, tixrid u skambju ta' informazzjoni jkun normalment pubbliku.

Emenda 32

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (f)

(f)

direttorju ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet ta' riċerka fil-qasam tal-migrazzjoni u ażil.

(f)

direttorju ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet ta' riċerka fil-qasam tal-migrazzjoni u ażil, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-organizzazzjonijiet nazzjonali, Ewropej, internazzjonali u intergovernattivi li jkunu attivi f'dan il-qasam.

Emenda 33

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (f a) (ġdid)

 

(fa)

bibljografija Ewropea li ssemmi l-ħidmiet akkademiċi ppubblikati jew le, u b'mod partikulari r-rapporti, il-fuljetti jew it-testi tal-konferenzi;

Emenda 34

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (f b) (ġdid)

 

(fb)

aġenda Ewropea li tħabbar konferenzi u avvenimenti prinċipali previsti fir-rigward tal-aspetti kollha tal-migrazzjoni u tal-ażil;

Emenda 35

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (f c) (ġdid)

 

(fc)

ġabra ta' data fejn ir-riċerkaturi u l-istudenti li qed jagħmlu dottorat ikunu jistgħu jqiegħdu l-informazzjoni dwar it-teżijiet u l-istudji tagħhom li jkunu għaddejjin .

Emenda 36

Artikolu 9, paragrafu 1

1.

Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali kull sena għandu jipproduċi rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ta' migrazzjoni u ażil fl-Istat Membru, li jinkludu żviluppi politiċi u data statistika.

1.

Kull Punt ta' Kuntatt Nazzjonali kull sena għandu jipproduċi rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ta' migrazzjoni u ażil fl-Istat Membru, li jinkludu żviluppi legali (liġijiet u każistika) politiċi u data ta' natura statistika.

Emenda 37

Artikolu 10, paragrafu 1

1.

L- EMN għandu jikkoopera ma' entitajiet fl-Istati Membri jew f' pajjiżi terzi inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

1.

L- EMAN għandu jikkoopera ma' korpi governattivi u mhux governattivi, korpi u organizzazzjonijiet fuq il-livell Ewropew u fl-Istati Membri u f' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

L-EMAN għandu jagħti prijorità lill-interazzjoni ma' pajjiżi terzi ta' oriġini u ta' tranżitu għall-migranti fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 38

Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.

Il-kooperazzjoni tal-EMAN mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu ta' dawk li jitolbu l-ażil u tal-migranti għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni tal-politika komuni fil-qasam tal-immigrazzjoni u tal-ażil. Din il-kooperazzjoni għandha l-għan li tikseb grad ta' kooperazzjoni xieraq mal-pajjiżi ġirien sabiex tikkonsolida l-politika Ewropea għall-Viċinat.

Emenda 39

Artikolu 13

Mhux iktar minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-iżvilupp tal- EMAN lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Mar-rapport għandhom jintbagħtu, jekk dan ikun meħtieġ, proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni.

Mhux iktar minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-iżvilupp tal- EMAN lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Mar-rapport għandhom jintbagħtu, jekk dan ikun meħtieġ, proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni bil-ħsieb li possibilment jinħoloq Ċentru Ewropew ta' Osservazzjoni tal-flussi Migratorji.

Emenda 40

Artikolu 15, paragrafu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 41

Artikolu 15 a (ġdid)

 

Artikolu 15 a

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona.


(1)   ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

(2)   Ċentru ta' Informazzjoni, Diskussjoni u Skambju dwar il-Qsim tal-Fruntieri u l-Immigrazzjoni (CIREFI), kif imwaqqaf wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 (ĠU C 274, 19.09.1996, paġna 50).

(3)   ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48.

(4)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/60


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Emenda tar-regolament dwar ir-regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivingarigati bit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità *

P6_TA(2008)0111

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar l-Abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1653/2004 dwar ir-regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu ngarigati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (SEC(2007)0492 — C6-0123/2007 — 2007/0901(CNS))

2009/C 247 E/14

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni (SEC(2007)0492),

wara li ġie kkonsultat permezz ta’ ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2007 (C6-0123/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0068/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel l-abbozz ta’ regolament tagħha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 1

PREMESSA 3 A (ġdida)

 

(3a)

Il-fatt li l-kwittanza lid-direttur tal-aġenzija fir-rigward tal-baġit amministrattiv hi distinta mill-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni, mill-aġenzija, tal-approprjazzjonijiet operattivi li għandhom x’jaqsmu mal-programmi tal-Komunità, tista’ tqiegħed fil-periklu ċ-ċarezza tal-proċedura tal-kwittanza fil-każ li jkun hemm proliferazzjoni ta’ aġenziji eżekuttivi.

Emenda 2

PREMESSA 3 B (ġdida)

 

(3b)

Meta titqies id-differenza fid-dati ta’ skadenza tad-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-baġit ġenerali, li hi l-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, u d-deċiżjoni tal-kwittanza tiegħu fir-rigward tal-aġenziji eżekuttivi, li hi d-29 ta’ April tas-sena N+2, kull min hu involut għandu jipprova jevita diffikultajiet prattiċi u jaħdem sabiex, fil-ġejjieni, jiġu armonizzati l-bażijiet legali .

Emenda 4

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a)

Għandu jiġi ċċarat li l-bord tat-tmexxija jew il-kumitat tat-tmexxija — li jinħatar mill-Kummissjoni u għalhekk il-Kummissjoni hi responsabbli biex tiżgura li l-membri tal-bord għandhom il-kwalifiki meħtieġa u li ma jkunux suġġetti għall-ebda konflitt ta’ interess — iġorr ċerti responsabilitajiet għall-baġit u għall-kwistjonijiet tal-kontroll u għandu għalhekk jinżamm responsabbli għall-awtorità tal-kwittanza .

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid)

Artikolu 9, paragrafu 4 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(1a)

Fl-Artikolu 9, ir-raba’ paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 15 jinġarru awtomatikament. L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorispondu mad-dħul assenjat li jkun inġarr iridu jintużaw l-ewwel. Sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, l-aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat li jkun inġarr. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport fil-qosor tal-użu tad-dħul assenjat tal-aġenziji eżekuttivi kollha lill-awtorità baġitarja sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju tas-sena wara.

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)

Artikolu 13, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(2a)

Fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, għal raġunijiet ta’ likwidità, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-aġenzija eżekuttiva jista’, f’każijiet ġustifikati, jaħdem bil-muniti nazzjonali. […]”

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 19a, paragrafu 2, punt (c) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

(c)

ħarsien tal-assi u t-tagħrif;

(c)

ħarsien tal-assi u t-trasparenza ta t-tagħrif;

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (A)

Artikolu 20, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

Il-baġit u l-baġits ta’ emenda, kif adottati finalment, għandhom jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni u ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-aġenzija kkonċernata. Taqsira tal-baġits u l-baġits ta’ emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati.

Il-baġit u l-baġits ta’ emenda, kif adottati finalment, għandhom jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni u ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-aġenzija kkonċernata. Taqsira tal-baġits u l-baġits ta’ emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati.; Din it-taqsira għandha tinkludi l-punti li ġejjin: dħul u nefqa, b’referenza għal tibdil fir-rigward tas-sena preċedenti; il-ħames linji tal-baġit tan-nefqa ewlenin għall-baġits amministrattivi u operattivi; il-ħames linji ewlenin tal-baġit tad-dħul; u l-pjan ta’ stabbiliment inklużi uffiċjali u staff temporanju, kif ukoll ħarsa ġenerali ta’ staff kuntrattwali u esperti nazzjonali, u referenza għal tibdil fir-rigward tas-sena preċedenti.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 5 (B)

Artikolu 20, paragrafu 2 a (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

L-aġenzija għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni , b’mod xieraq, tagħrif dwar il-benefiċjarji ta’ fondi li joħorġu mill-baġit tagħha. Dan it-tagħrif għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni b’rispett xieraq għall-obbligi tal-kunfidenzjalità, b’mod partikolari l-ħarsien tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data u r-rekwiżiti tas-sigurtà.

L-aġenzija għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni fuq il-paġna tagħha tal-internet tagħrif dwar il-benefiċjarji ta’ fondi li joħorġu mill-baġit tagħha. Il-pubblikazzjoni għandha tinstab faċilment minn partijiet terzi, tkun trasparenti u komprensiva. Dan it-tagħrif għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni b’rispett xieraq għall-obbligi tal-kunfidenzjalità, b’mod partikolari l-ħarsien tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data u r-rekwiżiti tas-sigurtà. Fejn it-tagħrif ma ma jkunx ippublikat kollun, id-data dwar il-benefiċjarji għandha tingħata b’mod xieraq lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew. Informazzjoni dwar il-fondi tal-baġit irċevuti għandha tiġi ppubblikata f’forma anonima, billi jiġu ddikjarati r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità u l-unità responsabbli għad-deċiżjoni dwar il-kunfidenzjalità, b’konformità mal-ewwel żewġ sentenzi ta’ dan il-paragrafu.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 6 A (ġdid)

Artikolu 21, punt (a) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6a)

Fl-Artikolu 21, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

pjan ta’ stabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta’ postijiet temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, skond il-grad u l-kategorija, kif ukoll bħala stima maħduma tajba tan-numru ta’ staff kuntrattwali ppjanat u bbaġitjat provviżorjament” ;

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 6 B (ġdid)

Artikolu 21, punt (b) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6b)

Fl-Artikolu 21, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

dokumentazzjoni dettaljata dwar id-dħul assenjat;”

Emenda 12

ARTIKOLU 1, PUNT 6 C (ġdid)

Artikolu 21, punt (c) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6c)

Fl-Artikolu 21, il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

tagħrif dwar kemm kienu ntlaħqu mill-għanijiet stabbiliti qabel għall-attivitajiet diversi kif ukoll għanijiet ġodda imkejlin b’indikaturi; riżultati ta’ evalwazzjoni għandhom ikunu kkonsultati u użati bħala evidenza ta’ kemm jaqbel li ssir emenda proposta fil-baġit.”

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 6 D (ġdid)

Artikolu 22, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6d)

Fl-Artikolu 22, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-awtorita tal-baġit għandha taddotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-aġenziji kollha u kull emenda li ssirlu skond l-Artikolu 24. Il-pjan ta’ stabbiliment approvat għandu jiġi ppubblikat f’anness tat-Taqsima III — Kummissjoni — tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ stima tan-numru ta’ aġenti kuntrattwali ppjanati u bbaġitjati provviżorjament għas-sena finanzjarja kkonċernata.”

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT 6 E (ġdid)

Artikolu 23, punt 1 (b) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6e)

Fl-Artikolu 23(1), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

id-dħul tas-sena finanzjarja ta’ qabel u d-dħul għas-sena N-2, inkluż dħul assenjat;”

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 6 F (ġdid)

Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(6f)

Fl-Artikolu 24 (1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.    Il-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 21 għandu juri, ma’ ġenb in-numbru ta’ positijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat għas-sena ta’ qabel u n-numru ta’ postijiet li mtlew fir-realtà, kif ukoll in-numru ta’ aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali b’analoġija, l-istima imsejsa fuq is-sod tan-numru ta’ aġenti kuntrattwali ppjanati u bbaġitjati proviżorjament għas-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 21, għandha tinkludi ukoll in-numru stmat tal-istaff kuntrattwali għas-sena ta’ qabel u n-numru ta’ staff li ġew impjegati fir-realtà.

Il-pjan ta’ stabbiliment għandu jikkostitwixxi limitu assolut għall-aġenzija; m’għandha ssir ebda ħatra aktar mil-limitu stipulat.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 8

Artikolu 27, paragrafu 1 (Regolament (KE) nru 1653/2004)

1.

L-atturi finanzjarji kollha fit-tifsira tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll tal-baġit għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-aġenzija jew tal-Komunitajiet. F’każ bħal dan, il-persuna ikkonċernata m’għandhiex tieħu tali miżuri u għandha tirreferi l-każ lis-superjur tagħha. Id-direttur għandu jirreferi l-każ lill-bord tat-tmexxija.

1.

L-atturi finanzjarji kollha fit-tifsira tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll tal-baġit għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-aġenzija jew tal-Komunitajiet. Ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll r-Regoli tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-uffiċjali l-oħra tal-Komunità japplikaw konsegwentement. F’każ bħal dan, il-persuna ikkonċernata m’għandhiex tieħu tali miżuri u għandha tirreferi l-każ lis-superjur tagħha. Id-direttur għandu jirreferi l-każ lill-bord tat-tmexxija.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 8 A (ġdid)

Artikolu 29, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(8a)

Fl-Artikolu 29, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni […] għandu jistabbilixxi, b’konformità mal-istandards minimi li ġew adottati mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha, filwaqt li jqis ir-riskji speċifiċi assoċjati mal-ambjent tal-immaniġġjar u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, l-istruttura organizzattiva u l-proċeduri ta’ immaniġġjar u ta’ kontroll interni li jkunu adattati għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu/tagħha, inklużi, fejn ikun xieraq, verifiki ex post.”

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 9 A (ġdid)

Artikolu 29, paragrafu 5 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(9a)

L-Artikolu 29(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Skond l-Artikolu 9 (7) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni għandu jippreżenta lill-bord ta’ tmexxija rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu ta’ kull sena baġitarja. F’dan ir-rapport l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni għandu jikkonferma f’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ffirmata minnu, li l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport annwali tippreżenta stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni fl-aġenzija eżekuttiva, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riserva.”

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 30, parti introduttorja (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

Il-bord tat-tmexxija għandu jappunta uffiċjal tal-kontijiet, li għandu jkun uffiċjal sekondat jew membru tal-persunal temporanju reklutat direttament mill-aġenzija u li għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:

Il-bord tat-tmexxija għandu jaħtar uffiċjal tal-kontijiet, li għandu jkun uffiċjal sekondat u li għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 10

Artikolu 30, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

Qabel ma l-bord tat-tmexxija japprova l-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b’dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-aġenzija.

Qabel ma l-bord tat-tmexxija japprova l-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom, u b’hekk jiċċertifika f’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-aġenzija.

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 12 A (ġdid)

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafu 2 (Regolament (KE) nru 1653/2004)

 

(12a)

Fl-Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Fuq il-bażi tal-fehma ta’ dan il-panel, id-direttur għandu jiddeċiedi jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas il-kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, huwa għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal li jawtorizza u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-direttur, il-panel għandu jibgħatha lill-bord tal-amministrazzjoni u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. L-indikazzjonijiet tad-direttur dwar dawn il-każijiet u l-ispjegazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ segwitu għandhom jiżdiedu mar-rapport tal-aġenzija lill-awtorità baġitarja dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja.”

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 15

Artikolu 42 a (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-aġenzija jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ tagħhom. Il-lista għandha tiġi miżjuda mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-aġenzija. L-aġenzija għandha tistabbilixxi lista tal-intitolamenti tal-aġenzija li tagħti l-ismijiet tad-debituri u l-ammont tad-dejn, fejn id-debitur ikun ġie ordnat iħallas b’deċiżjoni tal-Qorti li jkollha s-saħħa ta’ res judicata u fejn l-ebda ħlas, jew l-ebda ħlas sinifikanti, ma jkun sar matul sena mill-pronunzja tagħha. Il-lista għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-ħarsien tad-data.

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-aġenzija jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ tagħhom. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-aġenzija lill-awtorità baġitarja dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja. Din għandha tispeċifika wkoll kwalunkwe ordnijiet ta’ rkupru li tneħħew jew tneħħew parzjalment .

 

L-aġenzija għandha tistabbilixxi lista tal-intitolamenti tal-aġenzija relatati mal-baġit tal-aġenzija nnifisha, li tagħti l-ismijiet tad-debituri u l-ammont tad-dejn, fejn id-debitur ikun ġie ordnat iħallas b’deċiżjoni tal-Qorti li jkollha s-saħħa ta’ res judicata u fejn l-ebda ħlas, jew l-ebda ħlas sinifikanti, ma jkun sar matul sena mill-pronunzja tagħha. Il-lista għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-ħarsien tad-data.

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 16 A (ġdid)

Artikolu 48, paragrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(16a)

Fl-Artikolu 48, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej :

“Fil-każ ta’ sistemi ta’ ħlas ibbażati fuq l-IT, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sigurtà u l-affidabilità ta’ dawn is-sistemi.”

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 19

Artikolu 50 a (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu japplika mutatis mutandis għall-għażla tal-esperti, li għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, għall-għajnuna lill-aġenzija, b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet u offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta’ għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-aġenziji jistgħu wkoll jużaw il-listi ta’ esperti mfassla mill-Kummissjoni.

Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu japplika mutatis mutandis għall-għażla tal-esperti, li għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, għall-għajnuna lill-aġenzija, b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet u offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta’ għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-aġenziji jistgħu wkoll jużaw il-listi ta’ esperti mfassla mill-Kummissjoni. Il-lista tal-ismijiet tal-esperti li kkoperaw mal-aġenzija fis-sena finanzjarja kkonċernata u l-ħlas li rċevew dawn l-esperti għandhom jiġu mehmuża mar-rapport tal-aġenzija eżekuttiva lill-awtorità baġitarja dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, filwaqt li jitqies kif jixraq il-ħarsien tad-data personali.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 21 A (ġdid)

Artikolu 66, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1653/2004)

 

(21a)

Fl-Artikolu 66, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li għandu jiddeċiedi bil-maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit amministrattiv għas-sena N mhux aktar tard mid-29 ta’ April tas-sena N+2. Id-direttur għandu jinforma lill-bord ta’ tmexxija bl-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew stipulati fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza.”


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/67


Il-Ħamis, 10 ta' April 2008
Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 *

P6_TA(2008)0112

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (SEC(2007)1013 — C6-0417/2007 — 2007/0151(CNS))

2009/C 247 E/15

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (SEC(2007)1013),

wara li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni bil-miktub fl-20 ta' Lulju 2007 (C6-0417/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0069/2008),

1.

Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel l-abbozz ta' regolament tagħha skond dan;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 1

PREMESSA 3 A (ġdida)

 

(3a)

Minħabba d-differenzi fl-iskadenzi bejn id-deċiżjoni ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-baġit ġenerali, li hija l-15 ta' Mejju tas-sena n+2, u d-deċiżjoni ta' kwittanza tiegħu fir-rigward tal-aġenziji, li hija t-30 ta' April tas-sena n+2, il-partijiet involuti kollha għandhom jippruvaw jevitaw diffikultajiet fil-prattika u jistinkaw sabiex fil-ġejjieni jkun hemm armonizzazzjoni tal-bażijiet legali.

Emenda 2

ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)

Artikolu 2, punt 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(-1)

Fl-Artikolu 2, il-punt 1 huwa sostitwit b'li ġej:

1.

“Entità tal-Komunità” tfisser kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Entitajiet tal-Komunità li fil-fatt jirċievu kontribuzzjonijiet li huma mħallsa mill-baġit kif imsemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali tfisser kwalunkwe entitajiet tal-Komunità li jirċievu għotjiet diretti mill-baġit u kwalunkwe entitajiet oħra tal-Komunità li jirċievu kontribuzzjonijiet mill-baġit;

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (C A) (ġdid)

Artikolu 10, paragrafu 7 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(ca)

Il-paragrafu 7 għandu jinbidel bit-test li ġej:

7.   L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 19 jinġarru awtomatikament.

L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorispondu mad-dħul assenjat li jkun inġarr iridu jintużaw l-ewwel. Sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, l-entità tal-Komunità għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat li jkun inġarr. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport fil-qosor dwar l-użu tad-dħul assenjat tal-entitajiet tal-Kummissjoni kollha lill-awtorità baġitarja sa mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

Emenda 5

Artikolu 1, Punt 7

Artikolu 23, paragrafu 4 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

4.

Id-Direttur għandu/ha j/tinforma lill-bord ta' tmexxija bit-trasferimenti mwettqa malajr kemm jista' jkun.

4.

Id-Direttur għandu/ha j/tinforma lill-bord ta' tmexxija bit-trasferimenti mwettqa malajr kemm jista' jkun. Id-Direttur għandu j/informa lill-awtorità baġitarja bit-trasferimenti kollha mwettqa skond paragrafu 2.

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 9, PUNT (A)

Artikolu 26, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

2.

Taqsira tal-baġits u l-baġits ta' emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati.

2.

Taqsira tal-baġits u l-baġits ta' emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati. Din it-taqsira għandha tindika d-dħul u l-infiq, il-bidliet imqabbla mas-sena ta' qabel, il-ħames intestaturi prinċipali tal-infiq għall-amministrazzjoni u l-baġit operazzjonali, il-ħames intestaturi prinċipali tad-dħul, il-pjan ta' stabbiliment bil-ipersunal permanenti u temporanju, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn in-numru ta' aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali u l-bidliet imqabbla mas-sena preċedenti.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 9, PUNT (B)

Artikolu 26, paragrafu 3 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

3.

Il-baġit u l-baġits ta' emenda, kif adottati finalment, għandhom jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-entità Komunitarja kkonċernata fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.

3.

Il-baġit u l-baġits ta' emenda, kif adottati b' mod definittiv, inkluża l-organigramma (bl-ipersunal permanenti u temporanju ,, għandhom, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn in-numru ta' aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali) jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-entità Komunitarja kkonċernata fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.

Emenda 8

Artikolu 1, Punt 9 B

Artikolu 26, paragrafu 4 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

4.

L-entità tal-Komunità għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni, b'mod xieraq , tagħrif dwar il-benefiċjarji ta' fondi li jirriżultaw mill-baġit tagħha. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, partikolarment il-ħarsien tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.

L-entità tal-Komunità għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni, fuq is-sit tagħha tal-Internet , tagħrif dwar il-benefiċjarji ta' fondi li jirriżultaw mill-baġit tagħha. Il-pubblikazzjoni għandha tkun b'mod li tinstab faċilment, ċara u komprensiva (pubblikazzjoni sħiħa). Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, partikolarment il-ħarsien tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data. Sakemm ma ssirx pubblikazzjoni sħiħa, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji għandha tiġi mgħarrfa b'mod xieraq lill- tal-kumitat għall-kontroll tal-baġit tal-Parlament Ewropew. L-informazzjoni dwar il-fondi mogħtija mill-baġit għandha tiġi ppubblikata b'mod anonimizzat, tistipula r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità u t-taqsima responabbli għad-deċiżjoni dwar iż-żamma tal-kunfidenzjalità, b'konformità mal-ewwel żewġ sentenzi ta' dan il-pargrafu.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 9 A (ġdid)

Artikolu 27, paragrafu 3, punt (b a) (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(9a)

Fl-Artikolu 27(3), il-punt li ġej (ba) hu miżjud:

“(ba)

dokumentazzjoni dettaljata dwar id-dħul assenjat, b'mod partikulari stima tal-bilanċ pożittiv operazzjonali mis-sena n-1 sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni diġà disponibbli dwar il-bilanċ pożittiv ta' n-2;”

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 9 B (ġdid)

Artikolu 27, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(9b)

Fl-Artikolu 27(3), il-punt li ġej (da) hu miżjud:

“(da)

stima tal-bilanċ tal-kont tal-eżitu skond it-tifsira tal-Artikolu 81 mis-sena n-1.”

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 9 C) (ġdid)

Artikolu 27, paragrafu 3 a (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(9c)

Fl-Artikolu 27, jidħol il-paragrafu 3a li ġej:

3a.     L-entità tal-Komunità għandha wkoll tibgħat lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena:

(a)

l-abbozz tal-programm ta' ħidma tagħha,

(b)

il-pjan multiannwali aġġornat tagħha tal-politika tal-ipersunal, stabbilit skond il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni,

(c)

informazzjoni dwar in-numru ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali għas-sena n-1 u n kif ukoll stima għas-sena n+1,

(d)

informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mogħtija mill-Istat Membru ospitanti lill-entità tal-Komunità.

Emenda 12

ARTIKOLU 1, PUNT — 9 D) (ġdid)

Artikolu 27, paragrafu 5 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(9d)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'li ġej:

5.   L-awtorità tal-budget taddotta l-organigramma tal-entità tal-Komunità u kull emenda li ssirlu skond l-Artikolu 32(1). L-organigramma approvata għandha tiġi ppubblikata f'anness għal Taqsima III — Kummissjoni — tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma' stima tan-numru ta' persunal kuntrattwali ppjanat u maħsub fil-baġit b'mod proviżorju għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 9 e (ġdid)

Artikolu 31, punt 1 (b) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(9e)

Fl-Artiklu 31, il-punt 1(b) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

id-dħul stmat għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n-2, inkluż id-dħul assenjat;”

Emenda 15

Artikolu 1, Punt 15

Artikolu 40, paragrafu 1, subparagrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

1.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jirrapporta lill-bord ta' tmexxija dwar il-qadi ta' dmirijietu fil-forma ta' rapport ta' attività annwali, flimkien mal-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma' oqsma ta' dħul u nfiq definiti.

1.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jirrapporta lill-bord ta' tmexxija dwar il-qadi ta' dmirijietu fil-forma ta' rapport ta' attività annwali, flimkien mal-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma f'dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma' oqsma ta' dħul u nfiq definiti.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 15 A (ġdid)

Artikolu 40, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(15a)

L-Artikolu 40, paragrafu 2 jiġi sostitwit bit-test li ġej:

2.     Sa mhux iktar tard mil-15 ta' Ġunju ta' kull sena, il-bord ta' ġestjoni għandu jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport annwali tal-uffiċċjal li jawtorizza dwar is-sena finanzjarja ta' qabel, li tinkludi d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni, lill-awtorita tal-budget u lill-Qorti tal-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport annwali tal-entità tal-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet tal-istrument kostitwenti.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 16

Artikolu 43, paragrafu 2 a, subparagrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

2a.

Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid- Direttur , l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b'dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità Komunitarja.

2a.

Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill- bord ta'ġestjoni , l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b'dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità Komunitarja.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 19

Artikolu 47, paragrafu 4 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

4.

Il-panel speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 66(4) tat-Trattat tal-KE għandu jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward tal-entità Komunitarja li jeżerċita fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni, sakemm il-bord ta' tmexxija ma jiddeċidix li jwaqqaf panel funzjonalment indipendenti, jew li jipparteċipa f'panel konġunt imwaqqaf minn diversi entitajiet Komunitarji.

4.

Il-panel speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandu jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward tal-entità Komunitarja li jeżerċita fir-rigward ta' Dipartimenti tal-Kummissjoni.

Għal każijiet dwar aġenziji, il-panel għandu jipprevedi siġġu għar-rappreżentant tal-aġenziji.

Fuq il-bażi tal-fehma ta' dan il-panel, id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, dan għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur, il-panel għandu jibgħatha lill-bord ta' tmexxija u awditur intern tal-Kummissjoni.

Fuq il-bażi tal-fehma ta' dan il-panel, id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, dan għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill- uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur, il-panel għandu jibgħatha lill-bord ta' tmexxija u awditur intern tal-Kummissjoni.

L-indikazzjonijiet tad-direttur f'dawn il-każijiet u l-ispjega tad-deċiżjonjiet tas-segwitu tiegħu għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-attivitajiet tad-direttur .

Emenda 19

Artikolu 1, Punt 22

Artikolu 58a, paragrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tal-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Komunità jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ tal-ordni ta' rkupru. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja.

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tal-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Komunità jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ tal-ordni ta' rkupru. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Din għandha tispeċifika wkoll l-ordnijiet ta' rkupru li ġew parzjalment jew kompletament irrinunzjati.

Emenda 20

Artikolu 1, Punt 23

Artikolu 59, punt 1 (b) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

(b)

Fejn id-drittijiet u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta' leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jastjeni milli joħriġ ordnijiet ta' rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta' debitu. F'dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-intitolament tal-entità Komunitarja.

(b)

Fejn id-drittijiet u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta' leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jastjeni milli joħriġ ordnijiet ta' rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta' debitu. F'dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-intitolament tal-entità Komunitarja. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tan-noti ta' debitu. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Din għandha tispeċifika wkoll in-noti ta' debitu li ġew parzjalment jew kompletament irrinunzjati.

Emenda 21

Artikolu 1, Punt 25 a (ġdid)

Artikolu 69 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(25a)

L-Artikolu 69 hu sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 69

Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tal-ispejjeż għandhom isiru fiż-żmien stipulat fir-Regolament Finanzjarju ġenerali, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu u mar-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tiegħu. F'każ ta' sistemi ta' ħlas ibbażati fuq l-IT, l-uffiċjali tal-kontijiet għandu jivvalida s-sigurtà ta' dawn is-sistemi, u li jkunu ta' min jorbot fuqhom.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 28

Artikolu 74a (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

Fl-għażla ta' esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta' ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-entità Komunitarja, b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta' għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-entità Komunitarja tista' tuża l-listi ta' esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn.

Fl-għażla ta' esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a ta' Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta' ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-entità Komunitarja, b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta' għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-entità Komunitarja tista' tuża l-listi ta' esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn. Lista bl-ismijiet tal-esperti li kkoperaw mal-entità Komunitarja matul is-sena finanzjarja kkonċernata u l-ħlas li rċevew dawn l-esperti għandha tiġi mehmuża mar-rapport tal-entità Komunitarja lill-awtorità baġitarja dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, filwaqt li tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lill-ħarsien tad-data personali .

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 30

Artikolu 82, paragrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet irid jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq it-tmexxija tal-baġit u finanzjarja matul is-sena, msemmi fl-Artikolu 76(7) ta' dan ir-Regolament, biex l-uffiċjal tal-kontijiet ikun jista' jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet irid jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq it-tmexxija tal-baġit u finanzjarja matul is-sena, msemmi fl-Artikolu 76(7) ta' dan ir-Regolament, biex l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jipprovdi lill-awtorità baġitarja b'rapport dwar il-konsolidazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji kollha.

Emenda 24

Artikolu 1, Punt 30

Artikolu 82, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, flimkien mad-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni tiegħu , lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 30

Artikolu 83, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

2.

Id-direttur, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-entità tal-Komunità, irid iħejji l-kontijiet finali tal-entità tal-Komunità skond l-Artikolu 43, b'responsabbilta tiegħu stess, u jibgħathom lill-bord ta' tmexxija, li jagħti fehma fuq dawn il-kontijiet .

2.

Id-direttur, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-entità tal-Komunità, irid iħejji l-kontijiet finali tal-entità tal-Komunità skond l-Artikolu 43, b'responsabbiltà tiegħu stess. Il-kontijiet finali jridu jiġu approvati mill -bord ta'ġestjoni.

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 30

Artikolu 83, paragrafu 3 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

3.

Id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-fehma tal -bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 Lulju tas-sena ta' wara.

3.

Id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, kif approvati mill -bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 30 A (ġdid)

Artikolu 94, paragrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002

 

(30a)

Fl-Artikolu 94, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.     Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 t'April tas-sena n+2, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n; id-direttur għandu javża lill-bord ta' ġestjoni dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew imdaħħla fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza.

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 30 B (ġdid)

Artikolu 94, paragrafu 3 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(30b)

Fl-Artikolu 94, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti kwittanza, id-direttur, f'koperazzjoni mal-bord ta' tmexxija , irid jagħmel l-isforzi kollha biex malajr kemm jista' jkun jieħu miżuri biex ineħħi jew jgħin it-tneħħija tal-ostakli sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni.

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 31 A (ġdid)

Artikolu 98 a (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

 

(31a)

L-Artikolu 98a li ġej huwa mdaħħal:

Sentejn qabel l-iskadenza ta' perspettiva finanzjarja jew ta' qafas finanzjarju plurijennali, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'opinjoni li tikkonċerna t-tħaddim u l-ħtieġa ta' kull aġenzija.

Emenda 30

ARTIKOLU 1, PUNT 32

Artikolu 99, (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)

(32)

Fl- Artikolu 99, tiżdied is-sentenza li ġejja : “Id-Direttur għandu jgħaddi dawn ir-regoli lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.”;

(32)

L-Artikolu 99 hu sostitwit b'dan li ġej

Artikolu 99

Sa fejn meħtieġ, u bi qbil mal-Kummissjoni, il-bord ta' ġestjoni għandu jaddotta regoli dettaljati biex jimplimenta r-Regolament Finanzjarju tal-entità tal-Komunità, fuq proposta tad-Direttur tagħha.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/75


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Malta u l-Portugall)

P6_TA(2008)0114

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2008)0094 — C6-0085/2008 — 2008/2043(ACI))

2009/C 247 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0094 – C6-0085/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0083/2008),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għall-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b’mod effiċjenti u malajr kemm jista’ jkun,

C.

billi Malta u l-Portugall talbu għajnuna fir-rigward ta’ sensji fis-settur tat-tessuti f’Malta u fis-settur tal-karozzi fil-Portugall, permezz tal-ittri tat-12 ta’ Settembru 2007 u d-9 ta’ Ottubru 2007 (3),

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi neċessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;

2.

Jenfasizza t-tħassib tiegħu rigward in-natura ta’ miżuri ffinanzjati mill-Fond sabiex jitnaqqas in-numru tal-persuni li għadhom qiegħda; jitlob lill-Kummissjoni, b’koperazzjoni mal-awtoritajiet Portugiżi, biex jimmoniterjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u biex jirrapportaw lill-awtoritajiet leġiżlattivi u baġitarji;

3.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Applikazzjonijiet EGF/2007/008 u EGF/2007/010.


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ April 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li qed isofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħinhom biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2007, Malta ressqet applikazzjoni sabiex tkun tista’ tuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-VF(Malta)Ltd u mill-Bortex Clothing Ind. Co. Ltd. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)

Fid-9 ta’ Ottubru 2007, il-Portugall ressaq applikazzjoni sabiex jkun jista’ juża l-Fond, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-karrozzi, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Opel f’Azambuja, Alcoa Fujikura f’Seixal u Johnson Controls f’Portalegre. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(5)

Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 3 106 882 f’approprjazzjonijiet għall-impennji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ April 2008

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/78


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Orjentazzjonijiet għall-proċedura baġitarja 2009

P6_TA(2008)0115

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar l-orjentazzjonijiet għall-proċedura baġitarja 2009, Sezzjoni I — Il-Parlament Ewropew, Sezzjoni II — Il-Kunsill, Sezzjoni IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja, Sezzjoni V — Il-Qorti tal-Awdituri, Sezzjoni VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni, Sezzjoni VIII — L-Ombudsman Ewropew, Sezzjoni IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2008/2021(BUD))

2009/C 247 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE;

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fiskali u l-immaniġġjar finanzjarju sod, (1)

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali mis-Segretarji Ġenerali tal-Istituzzjonijiet dwar ix-xejriet fl-intestatura 5 tal-prospettivi finanzjarji ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0082/2008),

A.

billi f’dan l-istadju tal-proċedura annwali, il-Parlament Ewropew qed jistenna l-estimi tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-proposti tal-Bureau tiegħu għall-Baġit tal-2009,

B.

billi ġie miftiehem eżerċizzju pilota li fih se jiġu applikati koperazzjoni u relazzjonijiet imsaħħa bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Bagits waqt il-proċedura baġitarja għall-2009,

C.

billi l-limitu massimu tal-intestatura 5 fl-2009 hu ta’ EUR 7 777 000 000 (5), li jirrapreżenta żieda ta’ 4,3 % meta mqabbel mal-2008,

D.

billi l-baġit tal-Parlament Ewropew għall-2008 jammonta għal EUR 1 452 517 167, li jirrapreżentaw 19,68 % tal-intestatura 5 din is-sena,

Parlament Ewropew

Qafas ġenerali u sfidi ewlenin

1.

Jisħaq li l-2009 se tkun sena ta’ bidla b’effetti fit-tul għall-Parlament u jemmen li dan għandu jidher fil-proċedura baġitarja tiegħu; jemmen li din hi opportunità ġdida biex jiġi żgurat li l-prijoritajiet politiċi tiegħu ikunu finanzjati sew waqt li, fl-istess ħin, jiġu skrutinjati sabiex jiġi identifikat fejn hu possibbli li jiġu frankati xi flus u tiġi żgurata s-sostenibilità tal-baġit;

2.

Jikkunsidra li l-isfidi ewlenin li ġejjin iridu jintrebħu waqt li jinsisti fuq l-użu l-aktar effettiv tar-riżorsi:

l-isfidi relatati mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona,

l-isfidi relatati mal-2009 bħala sena elettorali għall-Parlament,

l-isfidi relatati mal-Istatut il-ġdid għall-Membri u mal-bidla tal-leġiżlatura;

3.

Jinnota li nfetħet il-kwistjoni dwar is-sehem volontarju ta’ 20 % tal-Parlament ippreżentatat fid-dokument tal-Bureau; jixtieq ifakkar li baġits suċċessivi wrew bilanċi favorevoli fl-aħħar tas-sena u, għalkemm huwa lest li jikkunsidra nfiq addizzjonali għat-talbiet partikulari tal-2007, jixtieq jirrevedi l-punti ta’ nfiq kollha waqt li jibqa’ fis-sehem ta’ 20 %;

4.

Hu tal-opinjoni li, meta jkun qed jiġi stabbilit il-baġit, tendenza għall-moderazzjoni hija virtù, għalkemm mhux bilfors li dan jgħodd ukoll f’ċirkostanzi oħra; jilqa’, għalhekk, l-intenzjoni tas-Segretarju Ġenerali biex jeżamina b’attenzjoni kull infiq qabel ma jagħmel proposti dettaljati; jinsisti li l-abbozz tal-istimi li ġej jirrifletti mill-qrib kemm jista’ jkun il-proposta finali għall-ispiża tal-PE mill-amministrazzjoni u l-Bureau, b’mod speċjali issa li l-Bureau u s-COBU adottaw proċedura pilota ġdida għall-konċiljazzjoni; jemmen li approċċ ta’ dan it-tip jibgħat messaġġ tajjeb lil min iħallas it-taxxi fl-Unjoni Ewropea u jkun ukoll utli għall-Parlament fil-perjodu qabel ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali; jikkunsidra li dan l-eżami għandu jkun disponibbli fi żmien utli għat-tħejjija tal-ewwel qari;

5.

Jindika madankollu li l-evoluzzjoni tal-limitu finanzjarju massimu trid tkompli tkun ikkontrollata b’attenzjoni waqt il-bqija tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali 2009-2013, b’mod speċjali minħabba li l-aġġustament annwali jsir skond rata fissa (+ 2 %) u kull varjazzjoni f’inflazzjoni reali se jkollha impatt fuq il-marġni; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha biex jevalwaw b’reqqa l-ħtiġijiet baġitarji tagħhom fid-dawl tal-mezzi disponibbli fil-Qafas Finanzjarju Plurijennali attwali;

6.

F’dan ir-rigward jixtieq ukoll jesplora fil-baġit kif l-istituzzjonijiet differenti jistgħu jadattaw ruħhom għall-ħtiġjiet ta’ staff li qed jinbidlu; jinnota li l-Kummissjoni, bil-kontra tal-istituzzjonijiet l-oħra, tiffinanzja sehem dejjem jikber ta’ staff mill-proġrammi operazzjonali tagħhom (b’hekk mhux mill-intestatura 5), normalment bil-ħolqien ta’ aġenziji permezz ta’ proċess ta’ outsourcing; jirrikonoxxi li l-Parlament ma jistax jirrikorri għal possibilitajiet ta’ dan it-tip u jeħtieġlu jiffinanzja l-bżonnijiet kollha tiegħu taħt l-intestatura 5;

7.

Jilqa’ l-eżerċizzju pilota tal-2008 biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits tiegħu, li għandu jittestja proċedura baġitarja simplifikata u anke jippermetti konsultazzjoni aktar f’waqtha u trasparenti dwar l-affarijiet parlamentari kollha b’implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi; jenfasizza li l-eżerċizzju pilota għandu jiġi evalwat b’attenzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni fit-tul;

L-isfidi relatati mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona

8.

Jikkunsidra li r-responsabilitajiet tal-Parlament li żdiedu wara li ġie ratifikat it-Trattat ta’ Liżbona għandhom ikunu l-preokkupazzjoni ewlenija meta jiġi formulat il-baġit għall-2009, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-irwol tiegħu bħala legiżlatur ekwivalenti għall-Kunsill; jisħaq li naturalment l-irwol tiegħu bħala fergħa waħda tal-awtorità għadu validu, imma b’dispożizzjonijiet mibdula f’dak li jirrigwarda kemm il-klassifikazzjoni tal-infiq u kemm il-proċeduri baġitarji;

9.

Jikkunsidra li għandhom isiru l-isforzi kollha biex il-Membri jiġu assistiti b’mod sħiħ biex iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom f’dan il-kuntest ġdid u biex jitwaqqfu l-istrutturi u l-faċilitajiet xierqa, inklużi faċilitajiet adegwati u faċilment aċċessibbli biex jiltaqgħu l-Membri individwali; jenfasizza li l-Parlament mhux ġdid għal tibdiliet ta’ dan it-tip u li s-setgħat dejjem jikbru ta’ kodeċiżjoni ġew integrati bla problemi fl-istrutturi tiegħu wara tibdil preċedenti tat-trattati; b’ħerqa jistenna l-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma tar-Riżorsi Umani u Finanzjarji imwaqqaf mis-Segretarju Ġenerali, b’mod speċjali dwar ir-rekwiżit li jirrispondi għall-irwol leġiżlattiv imtejjeb tal-kumitati parlamentari u r-responsabilitajiet l-oħra l-ġodda tal-Parlament;

10.

M’huwiex tal-fehma, madankollu, li din hi awtomatikament kwistjoni ta’ riżorsi finanzjarji, imma hu aktar tal-fehma li jridu jinstabu modi aktar relevanti u effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż biex jiġi organizzat ix-xogħol, inkluża konċentrazzjoni aktar qawwija fuq l-attivitajiet fundamentali, l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-istaff fejn ikun possibbli, ir-ristrutturar tas-servizzi biex jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi ġodda, użu aħjar tat-teknoloġiji moderni kif ukoll iżjed koperazzjoni interistituzzjonali;

11.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex janalizza b’aktar dettall liema dmirijiet u responsabilitajiet jistgħu ġenwinament jitqiesu bħala ġodda meta mqabbla ma’ dawk attwali bħala riżultat tat-Trattat ta’ Liżbona, u forsi dan iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ prattiki tax-xogħol ġodda u li jistgħu jiġġustifikaw it-talbiet għal ċertu kwantità ta’ riżorsi ġodda kif indikati fil-dokument bil-linji gwida tal-Bureau; jenfasizza li t-talbiet għal riżorsi ġodda għandhom ikunu akkumpanjati b’rendikonti ċari dwar x’inkiseb b’żidiet preċedenti ta’ staff u fin-nefqa, bħall-użu u r-riżultati tal-“postijiet ta’ kumitoloġija” l-ġodda li ngħataw fl-2008;

12.

Jisħaq ukoll l-importanza ta’ analiżi bir-reqqa dwar l-impatt possibbli fuq il-baġit għall-2009 li jirriżulta mill-proposti tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riforma Parlamentari tiegħu, li, flimkien mat-tibdiliet fit-Trattat, hu ċert li se jinfluwenza il-metodi ta’ ħidma tiegħu;

13.

Jixtieq jara evalwazzjoni tal-istruttura u tal-kapaċità tas-segretarjati tal-kumitati sabiex jiġu żgurat li huma lesti li jgħollu l-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva tagħhom; jistqarr ruħu sorpriż jara lil min jisħaq li 6 % biss tal-istaff jaħdem f’kumitati u jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi qabel l-1 ta’ Lulju 2008, evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani, inkluża informazzjoni aktar preċiża dwar il-ħtiġijiet tal-kumitati varji, kif ukoll organigramma dettaljata tal-istaff kollu (uffiċjali u staff) li jaħdem fl-amministrazzjoni u sabiex jissuġġerixxi soluzzjonijiet xierqa, inkluża organizzazzjoni mill-ġdid tal-istaff, sabiex tissaħħaħ il-qalba tal-attività tax-xogħol leġiżlattiv;

14.

Itenni l-fehma tiegħu li l-introduzzjoni ta’ Sistema għall-Immaniġġjar tal-Għerf, li tigbor flimkien diversi għejjun ta’ informazzjoni, testi u referenzi f’sistema b’punt ta’ aċċess uniku kemm għall-Membri u kemm għall-istaff, tkun tikkostitwixxi għodda siewja tal-immaniggjar; isegwi b’interess id-diskussjoni reċenti dwar din il-kwistjoni fil-Bureau; jitlob għal skambju bikri ta’ opinjonijiet u għal informazzjoni, inklużi l-istimi tal-ispejjeż, kif diġà ġie mitlub fl-2007; iħeġġeġ lill-Bureau biex jiddeċiedi dwar il-passi li jmiss waqt il-proċedura baġitarja;

15.

Jilqa’ l-proġett pilota dwar l-interpretazzjoni individwali għall-Membri u jistenna b’antiċipazzjoni t-tnedija ta’ malajr tiegħu; jinnota li dan hu dirett, fl-ewwel stadju, lejn ir-rapporteurs u/jew ix-shadow rapporteurs “fil-proċeduri leġiżlattivi jew baġitarji”; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex isegwi dan il-proġett waqt is-6 xhur li se jdum, u biex, fi żmien xieraq qabel l-ewwel qari, jippreżenta analiżi tal-effettività tiegħu meta mqabbla mal-ispejjeż;

16.

Ifakkar li EUR 2 miljun kienu tqiegħdu fir-riżerva matul il-proċedura baġitarja tal-2008 sabiex l-amministrazzjoni titħeġġeġ tagħti prijorità lil appoġġ lingwistiku iżjed effiċjenti għall-Membri matul il-laqgħat uffiċjali; jitlob lill-amministrazzjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u l-progress magħmul biex jitjiebu s-servizzi lingwistiċi waqt laqgħat uffiċjali;

17.

Jistenna li r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-proġett pilota għas-servizz analitiku jingħata lill-Membri billi jitpoġġa fil-Librerija tal-Parlament u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-2009; ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-linji gwida tal-proċedura baġitarja tal-2008 (6), il-Parlament talab għall-possibilita li jippubblika t-tweġibiet għal dan it-tip ta’ mistoqsijiet fuq l-Intranet tiegħu li se jiġi pprovdut; isemmi li din il-pubblikazzjoni se taqdi t-trasparenza u tagħti lok lill-membri kollha sabiex jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ servizz;

L-isfidi relatati mal-2009 bħala sena elettorali għall-Parlament,

18.

Jenfasizza li l-2008 se tkun sena ta’ elezzjonijiet Ewropej u jikkunsidra li dan hu aspett essenzjali tal-baġit li jrid jiġi miftiehem; itenni l-konvinzjoni tiegħu li ċ-ċittadini Ewropej iridu jkunu infurmati b’mod xieraq dwar il-ħidma mwettqa mir-rappreżentanti eletti tagħhom u anke dwar l-irwol politiku u leġiżlattiv tal-Parlament;

19.

Jiġbed attenzjoni partikulari għall-importanza li jorbot mal-miżuri ta’ komunikazzjoni deċentralizzata li tinvolvi wkoll lill-midja reġjonali u lokali; jikkunsidra li dan hu l-iktar mod effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż biex tinkiseb l-informazzjoni mmirata meħtieġa u, barra minn hekk, jinsisti li l-Membri għandhom jieħdu sehem b’mod attiv f’inizjattivi ta’ dan it-tip;

20.

Jemmen li l-bidliet relatati mas-sena elettorali jridu madankollu jitqiesu fil-kuntest ta’ mmaniġġjar finanzjarju prudenti u mhux awtomatikament jiġu kkunsidrati bħala nfiq addizzjonali li jiżdied fuq attivitajiet oħra; jemmen li sena elettorali teħtieġ ukoll ċertu ammont ta’ ffukar tal-azzjonijiet u n-nefqa f’dik is-sena partikulari;

21.

Se jimmoniterja, f’dan ir-rigward, l-iffinanzjar ta’ tliet proġetti relatati mal-informazzjoni li huma intenzjonati li jkunu kompletament operazzjonali sa l-2009 u indirizzati lejn iċ-ċittadini, i.e. iċ-ċentru tal-viżitaturi u ċ-ċentru awdjoviziv, filwaqt li l-proġett Web-TV għandu jibda jaħdem fl-1 ta’ Lulju 2008; filwaqt li jinnota li dan is-settur diġa ra tkabbir sostanzjali f’dawn l-aħħar snin, huwa tal-fehma li l-proġett Web-TV se jakkwista valur miżjud mill-investiment taħt il-politika dwar il-komunikazzjoni, għaliex joffri aċċess faċli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea għal proċeduri tal-Parlament; jitlob li jirċievi aktar informazzjoni b’mod regolari li tevalwa r-riżultati billi tagħmel referenza għal għadd ta’ indikaturi dwar l-implimentazzjoni;

22.

Jinnota wkoll il-proposta li jiġu allokati fondi għall-proġett għal “Dar l-Istorja Ewropea” fid-dokument tal-Bureau u, minħabba li hemm spazju limitat għal manuvrar finanzjarju u minħabba l-ħtiġijiet kbar tal-kompetenzi baziċi tal-Parlament, jistenna li jirċievi analiżi aktar dettaljata dwar l-elementi finanzjarji u baġitarji, kif ukoll dwar ir-riżultat tax-xogħol tal-kumitat tal-esperti; jixtieq jesplora l-possibilità ta’appoġġ għal dan il-proġett importanti wkoll mill-Kummissjoni;

L-isfidi relatati mal-Istatut il-ġdid għall-Membri u mal-bidla tal-leġiżlatura;

23.

Jorbot importanza kbira mal-istatut unifikat għall-Membri tiegħu li se jiġi introdott fit-tieni nofs tal-2009; jinnota li, waqt li jitqiesu l-arranġamenti ta’ tranżizzjoni li jistgħu jintużaw għal perjodu ta’ mhux aktar minn għaxar snin, l-infiq addizzjonali hu approssimattiv s’issa u jilqa’ l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali li ċ-ċifri se jerġgħu jiġu eżaminati qabel l-istadju tal-Estimi;

24.

Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex kemm jista’ jkun malajr jipprovdi estimi baġitarji aġġornati għal dan l-infiq minħabba l-fatt li hu probabbli li aktar Membri milli tbassar oriġinalment se jagħżlu s-sistema l-ġdida; jixtieq ukoll aġġornament dwar l-impatt finanzjarju tar-regoli l-ġodda dwar allowances li għandhom jiġu riformati fl-istess waqt mal-Istatut il-ġdid;

25.

Jaqbel li jista’ jitbassar ammont provviżorju għall-possibilità li jiġu ammessi osservaturi Kroati fl-aħħar tal-2009 u jistenna bil-ħerqa stima tal-implikazzjonijiet finanzjarji;

26.

Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tar-regoli interni tal-Parlament dwar ir-rimbors tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari u li jinkarigaw lill-gruppi ta’ ħidma tal-Istatut tal-Membri, tal-Istatut tal-Assistenti u tal-Fond ta’ Penzjoni tal-Bureau sabiex jevalwaw l-operat tar-regoli eżistenti b’reqqa u b’mod urġenti, u, minħabba l-importanza tal-kwistjoni, jippreżentaw proposti għall-emendar ta’ dawn ir-regoli; jistieden lill-Grupp ta’ Ħidma fi ħdan il-Bureau jresssaq, flimkien mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, proposti li jirrigwardaw l-Istatut tal-Assistenti tal-Membri li għandhom jintbagħtu b’urġenza lill-Kunsill sabiex jiġu adottati taħt il-Presidenza Franċiża sabiex ikun jista’ jiġi applikat fl-istess ġurnata mal-Istatut il-ġdid tal-Membri; jemmen li dan l-istatut propost ikun jista’ jiżgura trattament ugwali għall-assistenti tal-Membri li jkun ukoll trasparenti u jgħin biex jiżgura li jitwettqu taxxi u obbligi soċjali, bħalma huma salarji u drittijiet għas-sigurtà soċjali; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Marżu 2008 dwar l-assistenti tal-Membri Parlamentari u jqisha bħala l-ewwel pass lejn il-konformità mat-talba magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2008 (7); jistieden lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jagħtu rapporti dwar il-progress f’din il-kwistjoni fi żmien xieraq qabel l-ewwel qari;

Bini

27.

Jilqa’ t-tħejjija ta’ proposta għal strateġija fit-tul għall-politika tiegħu dwar il-bini, inkluż l-iżvilupp mistenni tal-ispejjeż għall-manutenzjoni, li għandhom ikunu analizzati waqt il-proċedura tal-2009; jikkunsidra li huma partikolarment importanti l-implikazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-arranġamenti tal-kiri, minn naħa, u x-xiri, min-naħa l-oħra; jixtieq jara l-argumenti li jiġu preżentati u diskussi matul is-sena; jifraħ lis-Segretarju Ġenerali għall-inizjattiva interistituzzjonali tiegħu sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet rigward l-akkwist pubbliku, b’mod speċjali sabiex jiġu evitati kartelli u sitwazzjonijiet monopolistiċi; jistenna li tingħata aktar informazzjoni sabiex ikun jista’ jsegwi l-proċess mill-qrib hafna;

28.

Jirrikonoxxi li ġew iffrankati ħafna flus bil-ħlasijiet minn qabel li saru fuq il-bini f’dawn l-aħħar għaxar snin; iqis li l-politiki għall-akkwisti tal-Parlament fuq perjodu itwal ta’ żmien jeħtieġ li jiġu evalwati fid-dawl tal-limitu massimu finanzjarju u tal-ħtiġijiet partikulari fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu; jilqa’ l-possibilità li jsir dibattitu dwar din il-kwistjoni wara li tiġi preżentata l-istrateġija fit-tul;

29.

Jinsisti li l-preokkupazzjonijiet ambjentali għandhom ikunu element fundamentali tal-politika tiegħu; jemmen li hemm bżonn ta’ aktar titjib f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll aktar passi lejn l-użu tal-għejun ta’ energija li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-binjiet kollha li juża l-Parlament; jistenna li jiġu onorati l-impenji meħuda fil-qafas tal-EMAS u jistenna aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-pjan ta’ azzjoni tal-EMAS, kif ukoll dwar l-użu ta’ panils solari, dwar il-possibbilità li tiġġedded il-flotta tal-karozzi tal-Parlament b’karozzi aktar favorevoli għall-ambjent u dwar il-punt ġdid dwar il-mobilità, li għandu jkun magħmul disponibbli online aktar faċilment;

30.

Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Parlament talab lill-amministrazzjoni sabiex tippreżenta pjan ta’ azzjoni sabiex l-emissjonijiet ta’ CO2 kkawżati mill-attivitajiet tal-Parlament jitnaqqsu u jiġu bilanċjati;

31.

Jixtieq jara rapport dwar il-limiti, kemm regolatorji u kemm prattiċi, li setgħu wasslu għal spejjeż ta’ manutenzjoni għoljin bla bżonn għall-bini tal-UE, inklużi dawk tal-Parlament; jixtieq li r-rapport ikun sforz transversali biex jiġu stabbiliti l-kawżi fundamentali, jekk humiex marbuta ma’ suq ristrett fi kwalunkwe mod, il-piżijiet imposti mir-Regolament Finanzjarju u t-tfigħ ta’ offerti, jew kwalunkwe fattur relevanti ieħor; jixtieq li tiġi infurzata r-regola li titlob li jsir “blacklisting” ta’ impriżi li ressqu spejjeż ogħla milli hu meħtieġ; jemmen li l-Parlament għandu jfittex modi sabiex jikseb tnaqqis fl-ispejjeż fil-baġit għall-bini;

32.

Jinnota bi pjaċir li l-prattiki ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-qsim tal-uffiċċji esterni mal-Kummissjoni (Djar l-Ewropa) qegħdin attwalment jiġu modifikati sabiex jidher aħjar is-sehem li tokkupa kull istituzzjoni; jifraħ lis-Segretarju Ġenerali għall-ħidma f’din id-direzzjoni, kif intalab is-sena l-oħra, u jitlob li jinżamm infurmat f’kull stadju tal-proċess;

Staff

33.

Jikkunsidra li l-livelli tal-istaff issa daħlu f’fażi ta’ konsolidazzjoni wara ż-żidiet sinifikanti ħafna li saru bit-tkabbir tal-aħħar; jistieden lis-servizzi u l-gruppi politiċi kollha biex jipprovdu analiżi dettaljata u ġustifikazzjoni għal organizzazzjoni mill-ġdid ta’ persunal fid-dipartimenti varji tal-Parlament qabel ma jsiru kwalunwe talbiet għal staff u għal ħolqien ta’ impjiegi ġodda, u sabiex jużaw il-possibilitajiet ta’ organizzazzjoni mill-ġdid kull meta jkun possibbli; jikkunsidra li dan l-ezerċizzju baġitarju għandu jservi ta’ tkomplija ta’ sforzi ta’ dan it-tip fl-2008, waqt li jirrikonoxxi l-isfidi speċjali għall-2009 u l-fatt li l-possibilitajiet ta’ organizzazzjoni mill-gdid se jvarjaw minn sena għall-ohra;

34.

Hu għalhekk ippreparat biex jikkunsidra talbiet raġonevoli għal impjiegi ġodda wara li l-amministrazzjoni tkun preżentat analiżi ċara, li tinkludi wkoll kull proġamm ta’ taħriġ u żvilupp meħtieġ; jilqa’ l-intenzjoni tas-Segretarju Ġenerali li jagħmel sforz intensiv f’dan ir-rigward;

35.

Jikkunsidra li l-analiżi msemmija qabel dwar x’jista’ jitqies bħala dmirijiet u responsabilitajiet ġenwinament ġodda mnissla mit-Trattat ta’ Liżbona, u l-implikazzjonijiet finanzjarji possibbli, inklużi l-organigrammi, se tkun element kruċjali għall-baġit;

Istituzzjonijiet oħra

36.

Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jippreżentaw talbiet baġitarji realistiċi u bbażati fuq l-ispejjeż u li jqisu kompletament il-kuntest ġenerali ta’ dixxiplina finanzjarja, maniġġjar effettiv tar-riżorsi u valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej;

37.

Hu interessat ħafna dwar kif Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna futur se jkun integrat globalment fil-baġit tal-UE u, fil-każ li dan is-Servizz, jew partijiet tiegħu, jiġu assorbiti fis-sezzjoni tal-Kunsill, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikunu kompletament trasparenti u proattivi dwar l-implikazzjonijiet li dan se jkollu, inklużi l-linji diviżorji bejn in-nefqa amministrattiva u operazzjonali;

38.

Jinnota bi ftit inkwiet iż-żidiet sinifikanti fin-nefqa għall-bini fuq perjodu ta’ żmien medju u jistieden lill-istituzzjonijiet kollha biex jeżaminaw pjanijiet ta’ dan it-tip b’attenzjoni u biex jippreżentaw il-pjanijiet u/jew is-soluzzjonijiet għall-iffinanzjar kollha f’format miftuħ u li jiftiehem faċilment; jirrikonoxxi li hemm ukoll bżonnijiet li ma jistgħux jiġu evitati għal infiq ta’ dan it-tip f’ċerti każi, pereżempju marbuta mar-rekwiżiti legali u biex jinkisbu kundizzjonijiet sodisfaċenti għall-istaff;

39.

Jistieden lir-rapporteur tiegħu għall-2009 biex iwettaq żjarat individwali lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sabiex jismagħhom qabel l-istadju tal-Estimi u jirraporta lura lill-Kumitat għall-Baġits tiegħu;

*

* *

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.


(1)  GU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  GU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(4)  GU C 273, 15.11.2007, p. 1.

(5)  Inklużi EUR 78 000 000 f’kontribuzzjonijiet tal-istaff għall-pensjonijiet.

(6)  ĠU C 27 E 31.01.2008, p. 225.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0474.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/83


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Eurostars ***I

P6_TA(2008)0116

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri (COM(2007)0514 — C6-0281/2007 — 2007/0188(COD))

2009/C 247 E/18

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0514),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172 (2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0281/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0064/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/84


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *

P6_TA(2008)0117

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida tekniċi multijannwali għall-programm ta’ riċerka tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0393 — C6-0248/2007 — 2007/0135(CNS))

2009/C 247 E/20

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0393),

wara li kkunsidra Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità (Ewropea), dwar il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (1), skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0248/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0039/2008)

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 2

Artikolu 4, Paragrafu 1, Subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Dan it-tip ta’ proġetti se jagħmlu l-faħam aktar kompetittiv fis-swieq lokali tal-enerġija, sakemm isir użu effiċjenti tar-riservi tal-faħam lokali

Emenda 3

Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c a) (ġdid)

 

(ca)

konverżjoni aktar effiċjenti tal-enerġija primarja latenti mill-faħam għal forom oħra ta’ enerġija, pereżempju permezz tal-użu ta’ teknoloġiji konvenzjonali ta’ sabiex il-faħam jinbidel f’gass jew f’likwidu;

Emenda 4

Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c b) (ġdid)

 

(cb)

teknoloġiji aktar ekonomiċi u aktar affidabbli.

Emenda 5

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (d)

(d)

ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu industrjali ta’ residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;

(d)

ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu ta’ residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;

Emenda 6

Artikolu 7, paragrafu 1

Il-proġetti ta’ riċerka b’dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta’ provvista ta’ enerġija fil-medda t-twila u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar — f’termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta mal-enerġija — ta’ depożiti ta’ faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b’tekniki ta’ tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta’ strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta’ teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.

Il-proġetti ta’ riċerka b’dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta’ ħarsien tal- provvista ta’ enerġija fuq medda twila ta’ żmien u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar u t-trasport effiċjenti — f’termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta mal-enerġija — ta’ faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b’tekniki ta’ tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta’ strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta’ teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.

Emenda 7

Artikolu 7, paragrafu 2

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam, u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta’ taħt l-art.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam u użat bħala sors ta’ enerġija, il-ħruq effiċjenti tal-faħam fi proċessi ta’ ġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku, u metodi mhux konvenzjonali u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta’ taħt l-art.

Emenda 8

Artikolu 8, punt (j a) (ġdid)

 

(ja)

l-azzar fondut, l-azzar maħdum u prodotti magħquda mit-trab miksuba mill-metallurġija tat-trab minn trabijiet tal-ħadid u taħlitiet metalliċi li fihom il-ħadid bħala prodotti semi-proċessati lesti sabiex ikomplu jiġu proċessati;

Emenda 9

Artikolu 9, punt (b)

(b)

karatteristiċi tal-azzar li jindirizzaw il-bżonnijiet mekkaniċi f’temperaturi għoljin jew baxxi bħal saħħa u durabilità , reżistenza għall-użu, ttikil , żamma tal-forma, korrużjoni, u reżistenza kontra l-ksur;

(b)

karatteristiċi tal-azzar li jindirizzaw il- kwalitajiet mekkaniċi ta’ tipi differenti ta’ azzar f’temperaturi għoljin jew baxxi bħas-saħħa f’livelli differenti ta’ tensjoni, l-ebusija, ir-reżistenza għax-xokkijiet , l-istrapazz mekkaniku u termiku , ir- reżistenza għat -telf tal-forma u għall- ksur, ir-reżistenza milli jittiekel mal-brix u r-reżistenza kontra l-korrużjoni ;

Emendi 10 u 11

Artikolu 9, punt (c)

(c)

tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b’mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza tal-azzar u tal-istrutturi tal-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni;

(c)

tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b’mod partikolari billi tiġi mtejba r-reżistenza tal-azzar u tal-istrutturi tal-azzar għall-ittikil minħabba temperaturi għolja , għall-korrużjoni u għal influwenzi oħrajn ;

Emenda 12

Artikolu 9, punt (d)

(d)

komposti li fihom l-azzar u strutturi f’saffi

(d)

komposti u strutturi fibrużi u f’saffi

Emenda 13

Artikolu 9, punt (e)

(e)

mudelli għal simulazzjoni ta’ previżjoni fuq mikrostrutturi u kwalitajiet mekkaniċi;

(e)

mudelli għal simulazzjoni ta’ previżjoni fuq mikrostrutturi, kwalitajiet mekkaniċi, eċċ ;

Emenda 14

Artikolu 10, punt (b)

(b)

kategoriji ta’ azzar u disinn ta’ strutturi mibnija sabiex jiffaċilitaw il-ġbir tal-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f’azzar li jista’ jintuża;

(b)

tfassil ta’ strutturi tal-azzar li jiżżarmaw faċilment fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz tagħhom, għall- ġbir tal-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f’azzar li jista’ jintuża;

Emenda 15

Artikolu 13

Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta’ riċerka jew stabbiliment tal-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta’ proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta’ Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità.

Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta’ riċerka jew stabbiliment tal-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta’ proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta’ Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità u sakemm il-parteċipant ikun jista’ jipprovdi r-riżorsi bażiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett .

Emenda 16

Artikolu 20

Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa ’l quddiem “Il-Gruppi Konsultattivi”) għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni.

Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa ’l quddiem “Il-Gruppi Konsultattivi”) għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni li jkunu magħmula minn speċjalisti kkwalifikati kif jixraq .

Emenda 17

Artikolu 22, paragrafu 3

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta’ għarfien espert u l-usa’ rappreżentazzjoni ġeografika possibbli.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta’ għarfien espert u l-usa’ rappreżentazzjoni ġeografika u ġeo-ekonomika possibbli , b’referenza speċjali għal [l-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni Ewropea fl-2004 u wara .

Emenda 18

Artikolu 25, paragrafu 3, subparagrafu 1

3.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta’ informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta’ amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta’ applikazzjoni, ir-regoli ta’ kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta’ ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta’ Riċerka.

3.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta’ informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta’ amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta’ applikazzjoni ( inklużi l-istruzzjonijiet dwar kif dawn għandhom jiġu mlestija) , ir-regoli ta’ kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta’ ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta’ Riċerka.


(1)  ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22.


15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 247/87


Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u ta’ pajjiżi terzi *

P6_TA(2008)0118

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji u l-aċċess għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet Komunitarji (COM(2007)0330 — C6-0236/2007 — 2007/0114(CNS))

2009/C 247 E/21

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0330),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0236/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0072/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI TAL-PARLAMENT

Emenda 1

Artikolu 1, punt (b)

(b)

l-awtorizzazzjoni ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, imma ma jkunx bastiment tas-sajd tal-Komunità, biex jippartecipa f’attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet Komunitarji fil-qafas ta’ ftehim;

imħassar

Emenda 2

Artikolu 2, punt (m)

(m)

Kontravenzjoni serja: kontravenzjoni serja hija kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 tal-24 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta’ mġieba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew kontravenzjoni serja jew ksur serju skond il-ftehim ikkonċernat;

(m)

Kontravenzjoni serja: kontravenzjoni serja hija kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 tal-24 ta’ Gunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta’ mġieba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew kontravenzjoni serja jew ksur serju skond il-ftehim ikkonċernat; ksur għandu jiġi konfermat permezz ta’ prosekuzzjoni b’suċċess skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti;

Emenda 3

Artikolu 2, punt (n)

(n)

lista IUU: lista ta’ bastimenti tas-sajd identifikati fil-qafas ta’ RFMO, bħala bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;

(n)

lista IUU: lista ta’ bastimenti tas-sajd identifikati fil-qafas ta’ RFMO jew mill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru… ta’ … [li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat] (1) bħala bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;

Emenda 5

Artikolu 3

Bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan ir-Regolament biss jistgħu jingħataw permess li jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet abbażi ta’ ftehim .

Bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan ir-Regolament biss jistgħu jingħataw permess li jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd barra mill-ibħra Komunitarji .

Emenda 6

Artikolu 4, paragrafu 1

1.

Meta jiġi konkluż ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma b’dan lill-Istati Membri.

1.

Il-Kummissjoni tista’ tfittex espressjonijiet ta’ interess mingħand l-Istati Membri qabel jibdew in-negozjati dwar xi ftehima, suġġetti għal konferma malli jiġu konklużi n-negozjati u malli jkunu saru l-allokazzjonijiet. Meta jiġi konkluż ftehim, minn pajjiż terz u approvat mill-Kunsill , il-Kummissjoni, għandha tinforma lill-Istati Membri tagħhom.

Emenda 7

Artikolu 7, paragrafu 1, punt (a)

(a)

li ma jkunux eleġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew mhumiex inklużi fil-lista tal-bastimenti notifikati skond l-Artikolu 4 ;

(a)

li ma jkunux eleġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat;

Emenda 8

Artikolu 7, paragrafu 1, punt (a)

(b)

li tul it-tnax-il xahar preċedenti ta’ attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta’ ftehim ġdid, ta’ attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim li ppreċeda dak il-ftehim, ikunu wettqu kontravenzjoni serja, jew, fejn xieraq, ikunu għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet skond dak il-ftehim għal dak il-perjodu;

(b)

li tul it-tnax-il xahar preċedenti ta’ attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta’ ftehim ġdid, ta’ attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim li ppreċeda dak il-ftehim, ikunu wettqu kontravenzjoni serja, jew, fejn xieraq, ikunu għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet skond dak il-ftehim għal dak il-perjodu ħlief meta diġà tkun ġiet imposta piena fuq il-bastiment konċernat, fejn ikun hemm evidenza li l-ksur ma jkunx serju, u/jew meta s-sid tal-bastiment ikun inbidel u s-sid il-ġdid jipprovdi garanziji li l-kundizzjonijiet ikunu se jintlaħqu ;

Emenda 9

Artikolu 7, paragrafu 1, punt (d)

(d)

li jkollhom l-informazzjoni fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità jew fis-sistema tal-informazzjoni Komunitarja dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-tifsita ta’ Artikolu 16 mhux kompluta jew impreċiża ;

(d)

sakemm id-data dwarhom li ma tkunx kompluta jew li tkun impreċiża fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità jew fis-sistema tal-informazzjoni Komunitarja dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-tifsira ta’ Artikolu 16 tkun ġiet ikkoreġuta ;

Emenda 10

Artikolu 9, paragrafu 1, introduzzjoni

1.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tittrażmetti lill-awtorità awtorizzanti applikazzjonijiet, li għalihom:

1.

Il-Kummissjoni , wara li tkun tat lill-Istati Membri l-opportunità sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, m’għandhiex tittrażmetti lill-awtorità awtorizzanti applikazzjonijiet, li għalihom:

Emenda 11

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a)

(a)

id-dejta pprovduta mill-Istat Membru ma tkunx kompluta;

(a)

id-dejta pprovduta mill-Istat Membru ma tkunx kompluta fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ftehimiet tas-sajd konċernati ;

Emenda 12

Artikolu 10

Fejn il-Kummissjoni jkollha x’tifhem li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta’ ftehim speċifiku, hi għandha tinforma lill-Istat Membru b’dan u tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu. F’każ li l-Kummissjoni tiddetermina , fid-dawl ta’ kwalunkwe osservazzjonijiet sottomessi mill-Istat Membru, li kien hemm ksur ta’ dawk l-obbligi, hi għandha tiddeċiedi, bil-prinċipji tal-aspettattiva leġittima u l-proporzjonalità meqjusa kif xieraq, li teskludi l-bastimenti ta’ dak l-Istat Membru milli jkomplu jipparteċipaw f’dak il-ftehim.

Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ fatti sustanzjati kif xieraq, issir taf li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta’ ftehim speċifiku, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru b’dan u tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk , fid-dawl ta’ kwalunkwe osservazzjonijiet sottomessi mill-Istat Membru, jiġu ppruvat li kien hemm ksur ta’ dawk l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, filwaqt li tqis kif jixraq il-prinċipji tal-aspettattiva leġittima u l-proporzjonalità, li teskludi l-bastimenti ta’ dak l-Istat Membru milli jkomplu jipparteċipaw f’dak il-ftehim.

Emenda 13

Artikolu 17, paragrafu 1

1.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titoli II u IIa tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, bastimenti tas-sajd Komunitarji li tkun nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-Taqsima II jew it-Taqsima III għandhom jittrażmettu kuljum lill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħhom id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforzi tas-sajd tagħhom.

1.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titoli II u IIa tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, bastimenti tas-sajd Komunitarji li tkun nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-Taqsima II jew it-Taqsima III għandhom jittrażmettu lill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħhom id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforzi tas-sajd tagħhom bi frekwenza xierqa għal kull ftehima u kull zona ta’ sajd konċernata. Ir-rekwiżiti tal-preżentazzjoni għandhom ikunu kompatibbli ma’ dawk li jinsabu fir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament (2) .

Emenda 14

Artikolu 19, paragrafu 1

1.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, fejn Stat Membru jqis li l-opportunitajiet tas-sajd li ġew allokati lilu ġew eżawriti, hu għandu minnufih jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd fiż-żona, stokk jew grupp ta’ stokkijiet rispettivi.

1.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, fejn Stat Membru jqis li l-opportunitajiet tas-sajd li ġew allokati lilu ġew eżawriti, hu għandu minnufih jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd fiż-żona, stokk jew grupp ta’ stokkijiet rispettivi, u jissospendi dawk l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu ngħataw .

Emenda 15

Artikolu 19, paragrafu 3

3.

Meta l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu nħarġu għal sajd imħallat u wieħed mill-istokkjiiet jew grupp ta’ stokkijiet ikkonċernati jitiqies eżawrit, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi kull attività tas-sajd li tkun marbuta mas-sajdiet imħallta .

3.

Meta l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu nħarġu għal sajd imħallat u wieħed mill-istokkjiiet jew grupp ta’ stokkijiet ikkonċernati jitiqies eżawrit, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi l-attivitajiet speċifiċi li jheddu l-istokkijiet li jinsabu fil-periklu .

Emenda 16

Artikolu 20, paragrafu 1

1.

Jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità wettaq kontravenzjoni serja, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti ma jitħallewx aktar jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skond il-ftehim ikkonċernat jew għall-perjodu li jkun fadal ta’ dik l-awtorizzazzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien, bi trażmissjoni elettronika.

1.

Jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità ikun wettaq kontravenzjoni serja meta jkun qiegħed jistad skond xi ftehima , l-Istat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti ma jitħallewx aktar jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skond il-ftehim ikkonċernat jew għall-perjodu li jkun fadal ta’ dik l-awtorizzazzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien bi trażmissjoni elettronika.

Emenda 17

Artikolu 20, paragrafu 3

3.

Rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi tal-Istati Membri jew mill-ispetturi ta’ pajjiż terz, li jkunu parti mill-ftehim ikkonċernat, għandhom jitqiesu bħala evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta’ kwalunkwe Stat Membru. Biex jiġu stabbiliti fatti, għandhom jiġu trattati l-istess bħal rapporti ta’ spezzjonar u sorveljanza tal-Istat Membru.

3.

Rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi tal-Istati Membri jew mill-ispetturi ta’ pajjiż terz, li jkunu parti mill-ftehim ikkonċernat, għandhom jitqiesu bħala evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta’ kwalunkwe Stat Membru. Biex jiġu stabbiliti l-fatti, dawn għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal rapporti ta’ spezzjoni u sorveljanza tal-Istat Membru, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti .

Emenda 18

Artikolu 21, paragrafu 1, punt (a)

(a)

Għall- utenti kollha kkonċernati fl-Istati Membru u l-awtoritajiet awtorizzanti kkonċernati fuq is-sit elettroniku b’link mas-sistema Komunitarja ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

(a)

Għall-awtoritajiet awtorizzanti kkonċernati fuq is-sit elettroniku b’link mas-sistema Komunitarja ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Emenda 19

Artikolu 21, paragrafu 1, punt (a)

(b)

Għall- utenti kollha kkonċernati l-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjoni fuq is-sit elettroniku b’link mas-sistema Komunitarja ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom ta’ spezzjoni.

(b)

Għall-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjoni fuq is-sit elettroniku b’link mas-sistema Komunitarja ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom ta’ spezzjoni.


(1)   COM(2007)0602.

(2)   ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1.