ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.235.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
30 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 235/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2009/C 235/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5610 – Predica/SFL/Parholding) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 235/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

2009/C 235/04

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa’ ( 1 )

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 235/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5549 – EDF/Segebel) ( 1 )

26

2009/C 235/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5502 – Merck/Schering-Plough) ( 1 )

27

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 235/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

28

2009/C 235/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 235/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.7.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 32/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Enterprise Management Incentives (EMI)

Il-bażi legali

Income Tax (Earnings and Pensions) Act 2003, Taxation of Chargeable Gains Act 1992 (TCGA), Social Security Contributions and Benefits Act 1992

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Impriżi ta' daqs żgħir u medju, Impjiegi, Kapital ta' riskju

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-estimi

Baġit annwali: GBP 210 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-6.4.2018

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

HM Revenue & Customs

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.8.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 220/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie für die Übernahme von Bürgschaften des Landes Mecklenburg-Vorpommern zugunsten von Unternehmen in Schwierigkeiten (Sanierungs-Bürgschaftsrichtlinie)

Il-bażi legali

Haushaltsgesetz des Landes Mecklenburg-Vorpommern in der jeweils gültigen Fassung, insb. § 14 Abs. 1;

Landeshaushaltsordnung und dazu erlassene Verwaltungsvorschriften, insbesondere § 39 LHO

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà, Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit annwali: EUR 10 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.3.2009-1.3.2019

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanzministerium Mecklenburg-Vorpommern und zuständiges Fachministerium Finanzministerium Mecklenburg-Vorpommern

Schloßstr. 9—11

19053 Schwerin

DEUTSCHLAND

und zuständiges Fachministerium, i.d.R. das Ministerium für Wirtschaft, Arbeit und Tourismus Mecklenburg-Vorpommern

Johannes-Stelling-Str. 14

19053 Schwerin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.9.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 355/09

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation and modification of the Hungarian bank support scheme N 664/08

Il-bażi legali

Reinforcement of the Stability of the Financial Intermediary System (2008. évi CIV. törvény a pénzügyi közvetítőrendszer stabilitásának erősítéséről)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Rikapitalizzazzjoni

L-estimi

Baġit globali ta’: HUF 300 biljun għar-rikapitalizzazzjoni u HUF 1 500 biljun għall-garanzija

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of finance

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.6.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 356/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Anglo-Irish Bank

Il-bażi legali

The Credit Institutions (Financial Support) Act 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 4 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

26.6.2009-26.12.2009

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Minister, acting on behalf of the Government, in accordance with the Act. Department of Finance

Government Building

Upper Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.9.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 376/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Förderrichtlinie des Ministerium für Wirtschaft zur Gewährung von Zuwendungen zur Konsolidierung und Standortsicherung für kleine und mittlere Unternehmen im Land Brandenburg — Konsolidierungs- und Standortsicherungsprogramm (KoSta)

Il-bażi legali

Haushaltsordnung des Landes Brandenburg (Landeshaushaltsordnung — LHO) mit den dazugehörigen Verwaltungsvorschriften (VV-LHO)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà, Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

Baġit annwali: EUR 10 miljun; Baġit globali: EUR 30 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.10.2009-9.10.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitionsbank des Landes Brandenburg (ILB)

Steinstraße 104—106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5610 – Predica/SFL/Parholding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 235/02

Fl-24 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5610. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Settembru 2009

2009/C 235/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4549

JPY

Yen Ġappuniż

130,91

DKK

Krona Daniża

7,4440

GBP

Lira Sterlina

0,91180

SEK

Krona Żvediża

10,2330

CHF

Frank Żvizzeru

1,5124

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5150

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,180

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7063

PLN

Zloty Pollakk

4,2135

RON

Leu Rumen

4,1926

TRY

Lira Turka

2,1680

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6690

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5861

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2758

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0361

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0641

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 725,71

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8180

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,9341

HRK

Kuna Kroata

7,2708

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 148,90

MYR

Ringgit Malażjan

5,0711

PHP

Peso Filippin

69,240

RUB

Rouble Russu

43,8814

THB

Baht Tajlandiż

48,906

BRL

Real Brażiljan

2,6088

MXN

Peso Messikan

19,7575

INR

Rupi Indjan

70,0030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/7


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni

Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa’

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 235/04

1.   INTRODUZZJONI

1.

Il-konnettività mal-faxx wiesa' hija komponent ewlieni għall-iżvilupp, l-adozzjoni u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (TIK) fl-ekonomija u fis-soċjetà. Il-faxx wiesa' għandu importanza strateġika minħabba l-kapaċità tiegħu li jħaffef il-kontribut ta' dawn it-teknoloġiji għat-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali. Il-Kummissjoni tappoġġja attivament id-disponibbiltà mifruxa sew tas-servizzi tal-faxx wiesa’ għaċ-ċittadini Ewropej kollha, kif preskritt fl-istrateġija ta' Liżbona u fil-Komunikazzjonijiet sussegwenti (1).

2.

Fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (il-“Pjan ta' Rkupru”) (2) bħala mezz biex tixpruna l-irkupru tal-Ewropa mill-kriżi finanzjarja u ekonomika. L-istrateġija tal-faxx wiesa’ hija parti importanti mill-Pjan ta' Rkupru (3). B'mod partikulari, l-għan tal-pjan huwa li tingħata spinta lill-investiment tal-UE f'setturi strateġiċi definiti, bħalma hu l-faxx wiesa', li jista' jgħin fis-sostenn tal-ekonomija fuq medda qasira ta' żmien u, fuq medda twila ta' żmien, joħloq infrastrutturi essenzjali għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.

3.

Bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru u bil-għan li sal-2010 jkun hawn kopertura 100 % tal-internet b'ħeffa kbira għaċ-ċittadini kollha, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjetta EUR 1.02 biljun fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) Parti minn dan l-ammont se tintuża għat-tusigħ ta' infrastrutturi tal-faxx wiesa’ fi nħawi rurali sabiex tgħin ħalli jitwasslu s-servizzi tal-internet fi nħawi rurali, biex jinħolqu impjiegi ġodda u biex tgħin lin-negozji jkomplu jikbru (4). Barra minn hekk, għadd ta' Stati Membri diġà ħabbru pjanijiet biex isostnu investiment mhux biss fl-infrastruttura tal-faxx wiesa’ b’ħeffa kbira għal inħawi rurali u mhux moqdijin tajjeb, iżda wkoll biex iħaffu t-tusigħ tan-netwerks b'ħeffa kbira ħafna b'aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (next generation access - “NGA”) (5) f'partijiet kbar tat-territorji tagħhom, inklużi nħawi urbani jew inħawi li huma diġà moqdija b'infrastrutturi tal-faxx wiesa’ bażiku.

4.

Wieħed għandu jfakkar li fil-'Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat – Inqas għajnuna mill-Istat, u immirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009' (6), il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat jistgħu, f'ċerti kundizzjonijiet, iservu bħala għodod effettivi għall-kisba ta' objettivi ta' interess komuni. B'mod partikulari, l-għajnuna mill-Istat tista' tikkoreġi nuqqasijiet tas-suq, biex b'hekk ittejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq u tkattar il-kompetittività. Barra minn hekk, fejn is-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma dawn jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti mil-lenti tal-politika dwar il-koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ġust. B'mod partikulari, intervent immirat sew mill-Istat fil-qasam tal-faxx wiesa’ jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-“qasma diġitali” (7) li tifred inħawi jew reġjuni f'pajjiż fejn jiġu offruti servizzi tal-faxx wiesa’ kompetittivi u bi prezzijiet konvenjenti minn inħawi fejn wieħed ma jsibx dawn is-servizzi.

5.

Fl-istess ħin, wieħed għandu jiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma toqtolx l-inizjattiva tas-suq fil-qasam tal-faxx wiesa’. Jekk l-għajnuna mill-Istat għall-faxx wiesa' tintuża f'oqsma fejn l-operaturi tas-suq normalment jagħżlu li jinvestu jew diġà investew, dan jista' jaffettwa l-investimenti li jkunu diġà saru mill-operaturi tal-faxx wiesa’ bil-kundizzjonijiet tas-suq u jista' jimmina b'mod sinifikanti mill-ewwel l-inċentivi tal-operaturi tas-suq biex jinvestu fil-faxx wiesa'. F'każijiet bħal dawn, l-għajnuna mill-Istat għall-faxx wiesa' tista' tispiċċa kontroproduttiva għall-mira li wieħed ikun jixtieq jilħaq. Il-mira ewlenija tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-faxx wiesa’ hija li jiġi żgurat li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat jissarrfu f'livell ogħla ta' kopertura u penetrazzjoni tal-faxx wiesa’, jew f'rata aktar mgħaġġla, milli kien ikun il-każ mingħajr l-għajnuna, u li jiġi żgurat li l-effetti tajbin tal-għajnuna jegħlbu l-effetti ħżiena tagħha f'termini ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

6.

Wieħed għandu jfakkar li l-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika jitratta wkoll ma' kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-faxx wiesa' (8). B'hekk, is-swieq tal-faxx wiesa’ bl-ingrossa s'issa huma suġġetti għal regolazzjoni ex ante fl-Istati Membri kollha. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni (9) u l-awtoritajiet nazzjonali (10) diġà ħadu għadd ta' inizjattivi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi l-ġodda li n-netwerks tat-tip NGA iqajmu mill-aspett regolatorju, b'mod partikulari fejn jidħlu kwistjonijiet ta' aċċess.

7.

Il-Linji Gwida preżenti jippreżentaw fil-qosor il-linja politika tal-Kummissjoni meta tiġi biex tapplika r-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri Statali li jsostnu t-tusigħ ta' netwerks tal-faxx wiesa’ tradizzjonali (Taqsima 2) u wkoll jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-evalwazzjoni ta' miżuri li jkollhom l-għan li jħeġġu u jsostnu l-introduzzjoni ta' malajr u opportuna tan-netwerks tat-tip NGA (Taqsima 3).

8.

Il-Kummissjoni se tapplika l-Linji Gwida mniżżla f'din il-Komunikazzjoni fl-evalwazzjoni ta' għajnuna mill-Istat għall-faxx wiesa', u b'hekk tkabbar iċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-prattika deċiżjonali tagħha.

2.   IL-LINJA POLITIKA TAL-KUMMISSJONI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL PROĠETTI TAL-FAXX WIESA’

2.1.   L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

9.

Il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni favorevoli ħafna rigward miżuri Statali għat-tusigħ tal-faxx wiesa’ għal inħawi rurali u mhux moqdijin tajjeb, filwaqt li kienet aktar kritika fejn jidħlu miżuri ta' għajnuna f'inħawi fejn diġà teżisti infrastruttura tal-faxx wiesa’ u diġà hemm il-kompetizzjoni. Fejn l-intervent Statali biex jiġi sostnut it-tusigħ tal-faxx wiesa’ ssodisfa l-kundizzjonijiet ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1), s'issa l-kompatibbiltà tiegħu ġiet evalwata mill-Kummissjoni primarjament skont l-Artikolu 87(3). Il-linja politika tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fejn jidħlu miżuri statali biex jiġi sostnut it-tusigħ tan-netwerks tal-faxx wiesa’ hija mqassra fit-Taqsimiet 2.2 u 2.3 hawn taħt.

2.2.   L-Artikolu 87.1: Preżenza ta' għajnuna

10.

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”. Minn dan jirriżulta li sabiex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-miżura trid tingħata mir-riżorsi tal-Istat,

(b)

trid tagħti vantaġġ ekonomiku lil impriżi,

(c)

il-vantaġġ irid ikun selettiv u jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni,

(d)

il-miżura trid tolqot lill-kummerċ intra-Komunitarju.

11.

Kif turi l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni rigward l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-faxx wiesa’, sostenn pubbliku għal proġetti tal-faxx wiesa’ spiss jinvolvi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. (11)

12.

L-ewwel nett, il-miżuri tipikament ikunu jinvolvu r-riżorsi tal-Istat, (ngħidu aħna, fejn l-Istat isostni proġetti tal-faxx wiesa’ permezz ta' sussidji, tnaqqis tat-taxxi jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet preferenzjali ta' finanzjament) (12).

13.

It-tieni nett, fejn jidħol is-sostenn mogħti għal attività ekonomika, miżuri Statali li jsostnu proġetti tat-tusigħ tal-faxx wiesa’ s-soltu jindirizzaw it-twettiq ta' attività ekonomika (bħall-bini, it-tħaddim, u l-għoti tal-aċċess għall-infrastruttura tal-faxx wiesa’ inklużi l-faċilitajiet backhaul u t-tagħmir ta' mal-art, bħal dawk fissi, terrestri mingħajr fil, imejsa fuq is-satellita, jew taħlita ta' dawn). Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali fejn in-netwerk iffinanzjat b'dan il-mod ma jintużax għal skopijiet kummerċjali (eż. jekk in-netwerk jipprovdi aċċess għall-faxx wiesa' biss lil siti fuq l-internet, servizzi u tagħrif li ma jkunux kummerċjali) (13), tali intervent Statali ma jkunx jinvolvi l-għotja ta' vantaġġ ekonomiku lil impriżi, u konsegwentement ma tkunx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

14.

It-tielet nett, fir-rigward tal-għoti ta' vantaġġ, l-għajnuna s-soltu tingħata direttament lill-investituri (14) tan-netwerk, li fil-biċċa l-kbira tal-każi jintgħażlu permezz ta' sejħa miftuħa għall-offerti (15). Filwaqt li l-użu ta' sejħa għall-offerti jiżgura li kwalunkwe għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu meħtieġ għall-proġett partikulari, is-sostenn finanzjarju jista' jippermetti lill-appaltatur li jirnexxi jwettaq attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li, kieku, ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. Benefiċjarji indiretti jistgħu jinkludu operaturi terzi li jiksbu aċċess fuq skala kbira għall-infrastruttura li tkun inbniet b'dan il-mod, kif ukoll negozji li jitqabbdu mal-faxx wiesa' b'termini u kundizzjonijiet li ma japplikawx mingħajr l-intervent mill-Istat (16).

15.

Ir-raba' nett, fir-rigward tal-kriterju tas-selettività, miżuri Statali li jsostnu t-tusigħ ta' netwerks tal-faxx wiesa’ huma min-natura tagħhom selettivi minħabba li jimmiraw għal impriżi li huma attivi biss f'ċerti reġjuni jew f'ċerti partijiet tas-suq ġenerali tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Barra minn hekk, rigward id-ditorsjoni tal-kompetizzjoni, l-intervent mill-Istat għandu t-tendenza li jibdel il-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq, b'mod li għadd ta' ditti jagħżlu li jinqdew bis-servizzi pprovduti mill-fornituri magħżula minflok bis-soluzzjonijiet alternattivi msejsa fuq is-suq li jkunu aktar għaljin (17). Għalhekk, il-fatt innifsu li servizz tal-faxx wiesa’ jsir disponibbli, jew jekk ikun offrut bi prezz orħos milli kien ikun il-każ kieku ma kienx hemm l-intervent mill-Istat, ikollu effett ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, is-sostenn għall-faxx wiesa' jista' jnaqqas il-possibbiltá ta' profitt u jaqta' barra l-investiment mill-parteċipanti tas-suq li, f'sitwazzjoni differenti, kienu jkunu lesti jinvestu fiż-żona li għaliha jkun immirat is-sostenn, jew f'partijiet minnha.

16.

Fl-aħħar nett, safejn l-intervent mill-Istat jista’ jaffettwa lill-fornituri tas-servizzi minn Stati Membri oħrajn, ikollu wkoll effett fuq il-kummerċ ladarba s-swieq għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (inklużi s-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tal-faxx wiesa’) huma miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz (18).

2.2.1.   L-assenza ta' għajnuna: l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq

17.

Fejn l-Istat isostni l-introduzzjoni tal-faxx wiesa’ permezz ta’ partecipazzjoni azzjonarja jew injezzjoni ta’ kapital fil-kumpanija li tkun se twettaq il-proġett, jinħtieġ li ssir evalwazzjoni dwar jekk dan l-investiment ikunx jinvolvi għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 295 tat-Trattat jipprovdi li “[d]an it-Trattat għandu jkun bla ebda preġudizzju għas-sistema ta' proprjetà fl-Istati Membri”. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (“il-Qorti”), mill-prinċipju tat-trattament ugwali jirriżulta li l-kapital imqiegħed mill-Istat, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta' impriża f'ċirkustanzi li jikkorrispondu għal kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat.

18.

Meta l-parteċipazzjoni azzjonarja jew l-injezzjoni ta' kapital minn investitur pubbliku ma tagħtix biżżejjed prospetti ta' possibbiltà ta' qligħ, lanqas fuq medda twila ta' żmien, tali intervent għandu jitqies bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat, u l-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni għandha tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-kriterji preskritti f'dik id-dispożizzjoni (19).

19.

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat fl-ekonomija tas-suq fil-qasam tal-faxx wiesa’ fid-deċiżjoni tagħha ta' Amsterdam (20). Kif enfasizzat f'din id-deċiżjoni, il-konformità ta' investiment pubbliku mat-termini tas-suq trid tintwera bl-akbar reqqa u b'mod komprensiv, jew permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti ta' investituri privati jew inkella permezz tal-eżistenza ta' pjan għaqli tan-negozju li juri redditu adegwat fuq l-investiment. Fejn fil-proġett jieħdu sehem investituri privati, hija kundizzjoni sine qua non li jkunu jridu jassumu r-riskju kummerċjali marbut mal-investiment bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-investitur pubbliku.

2.2.2.   L-assenza ta' għajnuna: Kumpens għal servizzi pubbliċi u l-kriterji ta' Altmark

20.

F'ċerti każi, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' netwerk tal-faxx wiesa’ għandu jitqies bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) skont it-tifsira tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat (21).

21.

Skont il-każistika tal-Qorti, sakemm jiġu sodisfatti erba' kriterji ewlenin (magħrufin komunement bħala l-kriterji Altmark), il-finanzjament mill-Istat għall-forniment ta' SIEĠ jista' jaqa' barra mill-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat (22). L-erba' kundizzjonijiet huma: (a) il-benefiċjarju ta' mekkaniżmu ta' finanzjament mill-Istat għal SIEĠ irid ikun fdat formalment bil-forniment u t-twettiq ta' SIEĠ, li l-obbligi tiegħu jridu jkunu definiti b'mod ċar (b) il-parametri biex jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'manjiera oġġettiva u trasparenti, sabiex jiġi evitat li jagħti vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi lill-impriża li tkun qed tirċevih kontra impriżi kompetituri; (c) il-kumpens ma jistax ikun ikbar milli jkun meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mit-twettiq tas-SIEĠ, jew parti minnhom, meta wieħed iqis l-irċevuti rilevanti u jippermetti qligħ raġjonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi u (d) fejn il-benefiċjarju ma jkunx magħżul skont proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell tal-kumpens li jingħata jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li kien ikollha impriża tipika, immexxija tajjeb, fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, meta wieħed iqis l-irċevuti rilevanti u jippermetti qligħ raġjonevoli.

22.

F'żewġ deċiżjonijiet (23) rigward miżuri meħuda minn awtoritajiet reġjunali biex jagħtu konċessjoni (sussidjata) għal servizz pubbliku (24) lil operaturi privati għat-tusigħ ta' netwerks tal-faxx wiesa’ bażiku f'reġjuni li mhumiex moqdijin tajjeb, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-iskemi ta' sostenn li ġew notifikati kienu konformi mal-erba' kriterji preskritti f'Altmark, u għaldaqstant ma kinux jaqgħu taħt l-Artikolu 87(1) (25). B'mod partikulari, fiż-żewġ każi, l-appaltatur li ngħata x-xogħol intgħażel fuq il-bażi tal-inqas ammont ta' għajnuna mitluba u l-ammont ta' kumpens li ngħata ġie stabbilit fuq il-bażi ta' kriterji determinati minn qabel u trasparenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza jew riskju ta' kumpens aktar milli kien imiss.

23.

Bil-maqlub ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kunċett ta' x'inhu SIEĠ u d-dipendenza sussegwenti fuq il-każistika Altmark ma jistgħux jiġu aċċettati fejn il-fornitur la kellu mandat ċar u lanqas kellu xi obbligu li jipprovdi l-aċċess għall-faxx wiesa' liċ-ċittadini u n-negozji kollha f'inħawi mhux moqdijin tajjeb, u jqabbadhom miegħu, iżda kien aktar orjentat lejn it-tqabbid tan-negozji (26).

24.

Barra minn hekk, skont il-każistika, għalkemm l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu x'inhu dak li huma jqisu bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni tista' tqajjem mistoqsijiet dwar d-definizzjoni ta' tali servizzi jew biċċiet ta' xogħol minn Stat Membru f'każ ta' żball dieher (27). Fi kliem ieħor, għalkemm id-determinazzjoni tan-natura u l-ambitu ta' missjoni ta' SIEĠ taqa' taħt il-kompetenza u s-setgħat diskrezzjonarji tal-Istati Membri, tali kompetenza la hija bla limiti u lanqas ma tista' tiġi eżerċitata arbitrarjament (28). B'mod partikulari, biex attività titqies bħala SIEĠ, irid ikollha karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma' attivitajiet ekonomiċi ordinarji (29). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tqis li f'inħawi fejn investituri privati diġà investew f'infrastruttura ta' netwerk tal-faxx wiesa’ (jew jinsabu fil-proċess li jkomplu jifirxu l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom) u diġà qed jipprovdu servizzi kompetittivi tal-faxx wiesa’ b’kopertura adegwata tal-faxx wiesa’, il-ħolqien ta' infrastruttura parallela tal-faxx wiesa’ li tkun kompetittiva u ffinanzjata b'fondi pubbliċi m'għandux jitqies bħala SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 86 tat-Trattat (30). Fejn, madankollu, ikun jista' jiġi ppruvat li l-investituri privati jistagħu ma jkunux f'qagħda li jipprovdu, fil-ġejjieni qrib (31), kopertura adegwata tal-faxx wiesa’ liċ-ċittadini jew lill-konsumaturi kollha, u b'hekk iħallu biċċa mdaqqsa mill-popolazzjoni mhux imqabbda, jista' jingħata kumpens għal servizz pubbliku lil impriża fdata bit-twettiq ta' SIEĠ dment li l-kundizzjonijiet iffissati fil-paragrafi (25) sa (29) ikunu sodisfatti. Bħala punt preliminari, wieħed għandu jenfasizza li l-kunsiderazzjonijiet iffissati f'dawk il-paragrafi huma msejsa fuq l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-faxx wiesa’ u jirriflettu l-esperjenzi miksubin s'issa mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Hekk, il-kundizzjonijiet iffissati f'dawk il-paragrafi, għalkemm mhumiex eżawrijenti, huma indikattivi tal-mod kif taħdem il-Kummissjoni biex tivvaluta każ b'każ jekk l-attivitajiet inkwistjoni jistgħux jiġu definiti bħala SIEĠ, u jekk il-finanzjament pubbliku mogħti f'dan ir-rigward jikkonformax mar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat.

25.

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-ambitu ta' missjoni ta' SIEĠ biex wieħed jiżgura li jkun hemm tusigħ mifrux ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’, l-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu r-raġunijiet għaliex iqisu li s-servizz inkwistjoni, minħabba n-natura speċifika tiegħu, jixraqlu jiġi kkaratterizzat bħala SIEĠ u li jingħażel minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn (32). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-missjoni ta' SIEĠ tissodisfa ċerti kriterji minimi komuni għal kull missjoni ta' SIEĠ u juru li dawk il-kriterji huma tabilħaqq sodisfatti fil-każ partikulari.

26.

Dawn il-kriterji jinkludi, għall-inqas, (a) il-preżenza ta' att tal-awtorità pubblika, li tagħti lill-operatur inkwistjoni r-responsabbilta ta' missjoni ta' SIEĠ u (b) in-natura universali u ta' bilfors ta' dik il-missjoni (33). Hekk, meta tivvaluta jekk id-definizzjoni ta' SIEĠ għat-tusigħ tal-faxx wiesa’ ma twassalx għal żball dieher ta' apprezzament, l-Istai Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura tal-faxx wiesa’ li tkun se titqiegħed għandha tipprovdi konnettività universali għall-konsumaturi kollha f'żona partikulari, kemm għall-konsumaturi residenzjali kif ukoll għal dawk tan-negozju. Aktar minn hekk, in-natura ta' bilfors tal-missjoni ta' SIEĠ timplika li l-fornitur tan-netwerk li se jitqiegħed mhux se jkun jista' jirrifjuta li l-aċċess għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja (għax, ngħidu aħna, jista' ma jkunx jagħmel sens kummerċjali li jipprovdi s-servizzi ta' aċċess f'żona partikulari).

27.

Minħabba l-istat tal-kompetizzjoni li nkiseb minn mindu seħħet il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika fil-Komunità, u b'mod partikulari l-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq bl-imnut tal-faxx wiesa’, għandu jkun disponibbli għall-operaturi disponibbli kollha netwerk iffinanzjat pubblikament maħluq fil-kuntest ta' SIEĠ. Għalhekk, l-għarfien ta' missjoni ta' SIEĠ għat-tusigħ tal-faxx wiesa’ għandu jkun imsejjes fuq il-fornitura ta' infrastruttura passiva, newtral (34) u b'aċċess miftuħ. Tali netwerk għandu jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bil-forom kollha possibbli ta' aċċess għan-netwerk sabiex jippermetti kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b'mod li jiżgura l-fornitura ta' servizzi kompetittivi u bi prezz konvenjenti lill-konsumaturi aħħarin (35). Għalhekk, il-missjoni ta' SIEĠ għandha tkopri biss it-tusigħ ta' netwerk tal-faxx wiesa’ li jipprovdi konnettività universali u l-fornitura tas-servizzi relatati ta' aċċess bl-ingrossa, mingħajr ma tinkludi s-servizzi bl-imnut ta' komunikazzjoni (36). Fejn il-fornitur ta' missjoni ta' SIEĠ ikun ukoll operatur integrat vertikalment tal-faxx wiesa’, għandom isiru salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni abbużiva jew kwalunkwe vantaġġi indiretti moħbijin oħraj (37).

28.

Minħabba li s-suq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa liberalizzat għal kollox, SIEĠ għat-tusigħ tal-faxx wiesa’ ma jistax ikun ibbażat fuq l-għoti ta' jedd esklussiv jew speċjali lill-fornitur ta' SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 86(1).

29.

Biex jikkonforma mal-missjoni tiegħu ta' kopertura universali, fornitur ta' SIEĠ jista' jkun jeħtieġ iqiegħed infrastruttura ta' netwerk mhux biss fi nħawi li minnhom ma jsirx qligħ iżda wkoll fi nħawi li minnhom isir qligħ, jiġifieri nħawi fejn operaturi oħrajn jista' jkun li diġà qiegħdu n-netwerk tagħhom stess jew ikunu qed jippjanaw li jagħmlu dan fil-ġejjieni qrib. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-faxx wiesa’, f’dan il-każ kwalunkwe kumpens mogħti għandu jkopri biss l-ispejjeż biex titqiegħed infrastruttura fl-inħawi fejn mhemmx qligħ (38). Fejn SIEĠ għat-tusigħ ta' netwerk tal-faxx wiesa’ ma jkunx ibbażat fuq it-tusigħ ta' infrastruttura bi sjieda pubblika, għandhom isiru mekkaniżmi adegwati ta' reviżjonijiet u ta' treġġigħ lura sabiex wieħed jevita li l-fornitur tas-SIEĠ jikseb vantaġġ abbużiv billi jżomm is-sjieda tan-netwerk li tkun ġiet iffinanzjata b'fondi pubbliċi meta tintemm il-konċessjoni tas-SIEĠ. Fl-aħħar nett, il-kumpens għas-SIEĠ għandu fil-prinċipju jingħata permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja għall-offerti li titlob lill-operaturi kandidati kollha jiddefinixxu b'mod trasparenti l-inħawi fejn hemm il-qligħ u fejn mhemmx, jistmaw id-dħul mistenni u jitolbu l-ammont korrispondenti ta' kumpens li jqisuh strettament meħtieġ, filwaqt li jevitaw kwalunkwe riskju ta' kumpens żejjed. Sejħa għall-offerti organizzata b'tali kundizzjonijiet għandha tiggarantixxi li r-raba' kundizzjoni preskritta f'Altmark tiġi sodisfatta (ara l-paragrafu (21)).

30.

Fejn l-erba' kriterji ffissati f'Altmark ma jkunux sodisfatti, u jekk il-kriterji ġenerali għall-applikabbiltà tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat ikunu sodisfatti, kumpens għal servizz pubbliku għat-tusigħ ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’ jkun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jkun suġġett għall-Artikoli 73, 86, 87 u 88 tat-Trattat. F'dan il-każ, l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi mogħtija r-responsabbiltà tat-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali [ara l-paragrafi (25)-(29) hawn fuq] tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mir-rekwiżit tan-notifika preskritt fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat jekk ir-rekwiżiti ffissati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005“dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta” kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi mogħtijin ir-responsabbiltà tat-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jkunu sodisfatti (39).

2.3.   L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 87(3)

31.

Fejn il-Kummissjoni tkun sabet li miżura nnotifikata tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà s'issa ġiet ibbażata direttament fuq l-Artikolu 87(3)(c) (40).

32.

L-inħawi koperti minn proġett tal-faxx wiesa’ li jinvolvi għajnuna mill-Istat jistgħu jkunu wkoll inħawi assistiti skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3) (a) u (c), u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjunali (41). F'dan il-każ, l-għajnuna lill-faxx wiesa' tista' wkoll tikkwalifika bħala għajnuna għall-investiment tal-bidu skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjunali. Madankollu, f'bosta mill-każi eżaminati s'issa mill-Kummissjoni kien hemm ukoll inħawi oħra, li l-miżuri nnotifikati kienu jimmiraw għalihom, li ma kinux “assistiti”, u b'riżultat ta' dan l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma setgħetx issir skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjunali (42).

33.

Fejn miżura tkun taqa' fl-ambitu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjunali (“LGGħR”) u fejn tkun maħsuba biex tagħti għajnuna ad hoc individwali lil ditta waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta' attività, hija r-responsabbilta tal-Istat Membru li juri li l-kundizzjonijiet tal-LGGħR jkunu sodisfatti. Dan jinkludi b'mod partikulari li l-proġett inkwistjoni jikkontribwixxi għal strateġija koerenti għall-iżvilupp reġjunali u li, meta wieħed iqis in-natura u d-daqs tal-proġett, ma jkunx se jwassal għal distorsjonijiet mhux aċċettabbli tal-kompetizzjoni.

2.3.1.   It-test tal-ibbilanċjar u l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għat-tusigħ tan-netwerks tal-faxx wiesa’

34.

Fl-evalwazzjoni ta' jekk miżura ta' għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna fil-kisba ta' għan ta' interess komuni kontra l-effetti sekondarji negattivi potenzjali tagħha, bħad-distorsjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni.

35.

Meta tkun qed tapplika dan it-test tal-ibbilanċjar, il-Kummissjoni tevalwa l-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

Il-miżura ta' għajnuna hija mmirata lejn objettiv definit kif imiss ta' interess komuni, jiġifieri l-għajnuna proposta tindirizza nuqqas tas-suq jew objettiv ieħor? (43)

(b)

L-għajnuna hi mfassla tajjeb sabiex tikseb l-għan ta' interess komuni? B'mod partikulari:

(i)

l-għajnuna mill-Istat hija l-għodda politika xierqa, jiġifieri hemm għodod oħrajn, li huma iktar f'lokhom?

(ii)

jeżisti effett ta' inċentiv, jiġifieri l-għajnuna tibdel l-imġiba tal-impriżi?

(iii)

Il-miżura ta' għajnuna hi proporzjonali, i.e. tista' l-istess bidla fl-attitudni tinkiseb b'inqas għajnuna?

(c)

Id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ huma limitati, sabiex il-bilanċ globali jkun pożittiv?

36.

Il-passi individwali tat-test tal-ibbilanċjar fil-qasam tal-faxx wiesa’ huma mniżżlin f’aktar dettall fit-Taqsimiet 2.3.2 u 2.3.3.

2.3.2.   L-għan tal-miżura

37.

Kif ġie indikat fid-daħla, l-aċċess mifrux u offrut bi prezz konvenjenti għall-faxx wiesa' għandu importanza kbira minħabba l-kapaċità tiegħu li jħaffef il-kontribut ta' dawn it-teknoloġiji għat-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali.

38.

L-ekonomija tal-forniment tal-faxx wiesa’ hija tali li s-suq ma jsibhiex dejjem vantaġġjuża li jinvesti fih. Minħabba l-ekonomija tad-densità, ġeneralment ikun iktar vantaġġjuż li n-netwerks tal-faxx wiesa’ jiġu introdotti fejn it-talba potenzjali tkun ikbar u kkonċentrata, jiġifieri f'inħawi fejn ikun hemm densità għolja ta' popolazzjoni. Minħabba spejjeż fissi għolja tal-investiment, l-ispejjeż unitarji jiżdiedu bil-kbir hekk kif id-densità tal-popolazzjoni tiċkien. B'riżultat ta' dan, in-netwerks tal-faxx wiesa’ għandhom it-tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Bl-istess mod, f'ċerti nħawi, jista' jkun hemm qligħ biss jekk ikun fornitur wieħed biss, u mhux tnejn jew aktar, li jistabbilixxi netwerk.

39.

Fejn is-suq ma jkunx jipprovdi biżżejjed kopertura tal-faxx wiesa’ jew il-kundizzjonijiet ta' aċċess mhumiex adegwati, l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha rwol utli. Speċifikament, l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-faxx wiesa’ tista’ tirrimedja nuqqas tas-suq, jiġifieri sitwazzjonijiet fejn investituri individwali tas-suq ma jinvestux, anki jekk dan jista' jkun effiċjenti minn perspettiva ekonomika usa’, eż. minħabba l-effetti pożittivi indiretti. Inkella, wieħed jista' jara l-għajnuna mill-Istat għall-faxx wiesa' bħala għodda biex jinkisbu objettivi ta' ekwità, jiġifieri bħala mod kif jitjieb l-aċċess għal mezz essenzjali ta' komunikazzjoni għall-parteċipanti kollha fis-soċjetà, u b'hekk titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali.

40.

Mill-bidu nett ikun utli li tiddaħħal distinzjoni fundamentali bejn it-tipi ta' nħawi li jistgħu jitpoġġew fil-mira, u dan ikun jiddependi mil-livell ta' kemm in-nies ikollhom diġà l-faċilità li jaqbdu mal-faxx wiesa’. Il-Kummissjoni konsistentement għamlet distinzjoni bejn inħawi fejn ma teżisti l-ebda infrastruttura tal-faxx wiesa’ jew fejn huwa improbabbli li tiġi żviluppata dalwaqt (inħawi bojod), inħawi fejn hemm biss operatur wieħed ta' netwerk tal-faxx wiesa’ (inħawi griżi) u inħawi fejn hemm mill-inqas żewġ fornituri jew aktar ta' netwerks tal-faxx wiesa’ (inħawi suwed) (44).

2.3.2.1.   “Inħawi bojod”: il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u tal-objettivi għall-iżvilupp ekonomiku

41.

Bħala kwistjoni ta' linja politika, il-Kummissjoni dejjem qieset li s-sostenn għat-tusigħ ta' netwerks tal-faxx wiesa’ f'inħawi bojod rurali u mhux moqdijin tajjeb huwa konformi mal-linji politiċi eżistenti tal-Komunità, ġaladarba jippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika u jindirizza n-nuqqasijiet tas-suq. Fi kważi d-deċiżjonijiet kollha tagħha f'dan il-qasam, il-Kummissjoni saħqet li n-netwerks tal-faxx wiesa’ għandhom it-tendenza li jkopru bi qligħ biss parti mill-popolazzjoni, b'mod li jkun meħtieġ sostenn mill-Istat biex tinkiseb kopertura ta' kullimkien.

42.

Il-Kummissjoni taċċetta li meta jipprovdu sostenn finanzjarju għall-fornitura ta' servizzi tal-faxx wiesa’ fi nħawi fejn il-faxx wiesa' bħalissa mhux disponibbli u fejn m'hemm l-ebda pjani minn investituri privati biex jintroduċu tali infrastruttura fil-ġejjieni qrib, l-Istati Membri jfittxu li jilħqu objettivi ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku, u għaldaqstant l-intervent tagħhom x'aktarx li jkun konformi mal-interess komuni (45). It-terminu fil-“ġejjieni qrib” għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal perjodu ta' tliet snin. F'dan ir-rigward, sforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li għall-inqas isir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fi żmien tliet snin, u t-tlestija tal-investiment ippjanat tkun prevista li sseħħ fi żmien raġonevoli minn hemm 'il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull proġett u ta' kull qasam). L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitolbu li jitressaq pjan ta' direzzjoni, flimkien ma' pjan kalendarju dettaljat tat-tusigħ kif ukoll prova ta' finanzjament adegwat jew kwalunkwe tip ieħor ta' evidenza li turi l-karattru kredibbli u plawsibbli tal-investiment ippjanat mill-operaturi privati tan-netwerks.

2.3.2.2.   “Inħawi suwed”: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat

43.

Meta f'żona ġeografika partikulari jkun hemm mill-inqas żewġ fornituri ta' netwerks tal-faxx wiesa’ u s-servizzi tal-faxx wiesa’ jkunu fornuti f'kundizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura), ma jkun hemm l-ebda nuqqas tas-suq. Għal din ir-raġuni, ma tant hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji. Għall-kuntrarju, sostenn mill-Istat għall-finanzjament tal-bini ta' netwerk addizzjonali tal-faxx wiesa’ jwassal, fil-prinċipju, għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni, u l-qlugħ 'il barra tal-investituri privati. Għalhekk, jekk ma jkunx hemm nuqqas tas-suq li jkun jista' jintwera b'mod ċar, il-Kummissjoni se tħares b'mod negattiv lejn miżuri li jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' infrastruttura addizzjonali tal-faxx wiesa’ f “żona sewda” (46).

2.3.2.3.   “Inħawi griżi”: ħtieġa ta' evalwazzjoni aktar dettaljata

44.

L-eżistenza ta' operatur ta' netwerk f'żona partikulari ma timplikax bilfors li m'hemm l-ebda nuqqas tas-suq jew problema ta' koeżjoni. L-għoti ta' monopolju jista' jaffettwa l-kwalita tas-servizz jew il-prezz li bih is-servizzi jiġu offruti liċ-ċittadini. Mill-banda l-oħra, f'inħawi fejn hemm biss operatur wieħed ta' netwerk tal-faxx wiesa’, sussidji għall-bini ta' netwerk alternattiv jistgħu minnhom infushom jgħawġu d-dinamika tas-suq. Għalhekk, is-sostenn mill-Istat għat-tusigħ ta' netwerks tal-faxx wiesa’ fl-inħawi “griżi” jitlob analiżi aktar dettaljata u evalwazzjoni b'attenzjoni tal-kompatibbiltà.

45.

Għalkemm operatur ta' netwerk jista' jkun preżenti fiż-żona li għaliha jkun immirat l-intervent mill-Istat, ċerti kategoriji ta' utenti tas-servizz xorta jistgħu ma jkunux moqdijin b'mod adegwat, fis-sens li jew ċerti servizzi tal-faxx wiesa’ mitluba minnhom ma jkunux disponibbli għalihom jew inkella, fin-nuqqas ta' tariffi rregolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet bl-imnut ma jkunux konvenjenti meta mqabblin mal-istess servizzi offruti fi nħawi jew reġjuni oħrajn tal-pajjiż, li jkunu aktar kompetittivi (47). Jekk, minbarra dan, ikun hemm biss prospetti limitati li partijiet terzi jkunu se jibnu infrastruttura alternattiva, il-finanzjament ta' infrastruttura alternattiva jista' jkun miżura xierqa. Dan jirrimedja għall-assenza ta' kompetizzjoni tal-infrastruttura u b'hekk inaqqas il-problemi li ġġib magħha l-pożizzjoni ta' monopolju de facto tal-operatur li diġa qiegħed hemm (48). Madankollu, l-għoti ta' għajnuna f'dawn iċ-ċirkustanzi huwa suġġett għal għadd ta' kundizzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat irid jissodisfa.

46.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tista' tiddikjara bħala kompatibbli, f'ċerti kundizzjonijiet, miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jimmiraw għal inħawi fejn il-forniment ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’ għadu de facto monopolju, kemm-il darba (i) ma jkunux offruti servizzi bi prezzijiet konvenjenti jew adegwati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini jew tan-negozji li jużaw dawn is-servizzi u (ii) ma jkunx hemm disponibbli miżuri li jgħawġu inqas is-suq (inklużi r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-istess għanijiet. Biex tasal biex tistabbilixxi dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni se tevalwa b'mod partikulari jekk:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq ma jkunux adegwati, billi teżamina, fost oħrajn, il-livell tal-prezzijiet ta' dak il-mument tal-faxx wiesa’, it-tip ta' servizzi offruti lill-utenti aħħarin (tat-tip residenzjali jew tan-negozju) u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

(b)

fin-nuqqas ta' regolazzjoni ex ante imposta minn awtorità regolatorja nazzjonali (“ARN”), l-aċċess effettiv għal netwerk ma jkunx qed jiġi offrut lil partijiet terzi jew jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunux iwasslu għal kompetizzjoni effettiva;

(c)

ix-xkiel ġenerali għad-dħul fis-suq ikunx jipprekludi d-dħul potenzjali ta' operaturi oħrajn tal-komunikazzjoni elettronika, u

(d)

kwalunkwe miżuri meħuda jew rimedji imposti mill-awtorità nazzjonali regolatorja jew tal-kompetizzjoni kompetenti fir-rigward tal-fornitur eżistenti ta' netwerk ma rnexxielhomx jegħlbu tali problemi.

2.3.3.   Il-fasla tal-miżura u l-ħtieġa li jiġu mrażżna d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

47.

Meta l-kopertura tal-faxx wiesa’ titqies li ma tkunx biżżejjed, jista’ jkun meħtieġ intervent mill-Istat. L-ewwel mistoqsija li wieħed għandu jistaqsi hija jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx strument tal-politika xieraq biex tiġi indirizzata l-problema u jekk ikunx hemm strumenti oħrajn, li jkunu iktar f'lokhom.

48.

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat f’deċiżjonijiet ta' qabel li filwaqt li r-regolamentazzjoni ex ante f'bosta każi ħaffet it-tusigħ tal-faxx wiesa’ f’inħawi urbani u b'densità ogħla tal-popolazzjoni, tista' ma tkunx strument suffiċjenti biex ikun jista' jseħħ il-forniment tas-servizz tal-faxx wiesa’, speċjalment f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb fejn il-qligħ inerenti li jista' jsir mill-investiment ikun baxx (49).

49.

Hekk ukoll, miżuri fil-livell ta' min juża s-servizz favur il-faxx wiesa' (bħal vawċers għall-konsumaturi aħħarin) għalkemm jistgħu jikkontribwixxu pożittivament għall-penetrazzjoni tal-faxx wiesa’ u għandhom jiġu inkuraġġiti bħala alternattiva jew bħala miżuri li jmorru ma' miżuri pubbliċi oħrajn, ma jistgħux isolvu dejjem in-nuqqas ta' fornitura tal-faxx wiesa’ (50). Għaldaqstant, f'tali sitwazzjonijiet, jista' ma jkun hemm l-ebda triq ħlief dik li jingħata finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' possibbilta ta' tqabbid mal-faxx wiesa'.

50.

Rigward l-effett li jinċentiva tal-miżura, wieħed irid jeżamina jekk l-investiment ikkonċernat f’netwerk tal-faxx wiesa’ ma kienx isir mingħajr għajnuna mill-Istat.

51.

Waqt l-evalwazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżuri notifikati fl-inħawi “bojod” jew “griżi”, permezz tal-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat għadd ta' kundizzjonijiet meħtieġa biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-għajnuna mill-Istat u d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni. Jekk ma jkunx hemm xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin f'(a) sa (h) ikun meħtieġ li ssir evalwazzjoni fil-fond (51) u x'aktarx din twassal għal konklużjoni negattiva dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni.

(a)

Analiżi dettaljata tal-mappatura u tal-kopertura: L-Istati Membri għandhom jidentifikaw b'mod ċar liema nħawi ġeografiċi jkunu se jiġu koperti mill-miżura ta' sostenn inkwistjoni. Billi, fl-istess ħin, jagħmlu analiżi tal-kundizzjonijiet u l-istruttura tal-kompetizzjoni prevalenti fiż-żona partikulari u jikkonsultaw ma' dawk kollha li għandhom interess u li jkunu milquta mill-miżura relevanti, l-Istati Membri jimminimizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma' fornituri eżistenti u ma' dawk li diġà għandhom pjanijiet ta' investiment għall-ġejjieni qrib u jippermettu lil dawn l-investituri li jippjanaw l-attivitajiet tagħhom (52). Eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u eżerċizzju ta' konsultazzjoni bl-akbar reqqa jiżguraw, għalhekk, mhux biss livell għoli ta' trasparenza iżda jservu wkoll bħala għodda essenzjali biex tiġi ddefinita l-eżistenza ta' żoni “bojod”, “griżi” u “suwed” (53).

(b)

Proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti: Il-metodu tas-sejħa miftuħa għall-offerti jiżgura li jkun hemm trasparenza għall-investituri kollha li jixtiequ jagħmlu offerta għat-twettiq tal-proġett sussidjat. Hija kundizzjoni indispensabbli għal sejħa miftuħa għall-offerti li l-appaltaturi kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Sejħa miftuħa għall-offerti hija mezz biex jitnaqqas għall-inqas livell possibbli l-vantaġġ potenzjali involut tal-għajnuna mill-Istat u fl-istess ħin iċċekken in-natura selettiva tal-miżura minħabba li l-għażla tal-benefiċjarju ma tkunx magħrufa minn qabel (54).

(c)

L-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża: Fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa miftuħa għall-offerti, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' għajnuna li tkun se tingħata, meta l-kundizzjonijiet tal-kwalita jkunu simili jekk mhux idnetiċi, l-appaltatur li jitlob l-inqas ammont ta' għajnuna għandu fil-prinċipju jikseb aktar punti ta' prijorità fl-evalwazzjoni ġenerali tal-offerta tiegħu (55). B'dan il-mod l-Istat Membru jista' jgħaddi għal fuq is-suq ir-responsabbiltà ta' kemm għajnuna hija tabilħaqq meħtieġa u b'hekk inaqqas l-asimetrija tat-tagħrif li ħafna drabi jgawdu minnha l-investituri privati.

(d)

In-newtralità teknoloġika: Ġaladarba s-servizzi tal-faxx wiesa’ jistgħu jitwasslu permezz ta' għadd kbir ta' infrastrutturi ta' netwerks ibbażati fuq teknoloġiji bil-fil (xDSL, kejbil), mingħajr fil (Wi-Fi, WiMAX), tas-satellita u mobbli, l-Istati Membri m'għandhomx jiffavorixxu xi teknoloġija jew pjattaforma ta' netwerks sakemm ma jkunux f'qagħda li juru li jkun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għal dan (56). L-appaltaturi għandhom ikunu intitolati li jipproponu l-forniment tas-servizzi meħtieġa tal-faxx wiesa’ bl-użu jew bit-taħlit ta' liema teknoloġiji jħossu li jkunu l-aktar adattati.

(e)

Użu tal-infrastruttura eżistenti: Fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-appaltaturi biex jagħmlu użu minn kwalunkwe infrastruttura eżistenti disponibbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-riżorsi u l-ħela li din tfisser. Sabiex wieħed jipprova jillimita l-impatt ekonomiku fuq operaturi eżistenti tan-netwerks, dawn l-operaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkontribwixxu l-infrastruttura tagħhom għal proġett notifikat. Fl-istess ħin, din il-kundizzjoni m'għandhiex tispiċċa tiffavorixxi lill-operaturi li diġà qegħdin hemm, speċjalment f'każ li partijiet terzi jista' ma jkollhomx aċċess għal din l-infrastruttura jew għal inputs li huma meħtieġa biex jikkompetu ma' operatur li diġà qiegħed hemm. Bl-istess mod, fil-każ ta' “nħawi griżi”, fejn ikun muri li d-dipendenza fuq l-operatur li jkun diġà qiegħed hemm tkun parti mill-problema, jista' jkun meħtieġ li wieħed jippermetti aktar kompetizzjoni msejsa fuq il-faċilitajiet.

(f)

Aċċess bl-ingrossa: Li l-aċċess effettiv bl-ingrossa lil partijiet terzi għal infrastruttura ssussidjata tal-faxx wiesa’ jkun mandatarju huwa komponent meħtieġ ta' kwalunkwe miżura mill-Istat biex jiġi ffinanzjat il-bini ta' infrastruttura ġdida tal-faxx wiesa’. B’mod partikulari, l-aċċess bl-ingrossa jippermetti lil operaturi terzi li jikkompetu mal-appaltatur magħżul (meta dan ikun preżenti wkoll fil-livell tal-bejgħ bl-imnut), u b'hekk jissaħħu l-għażla u l-kompetizzjoni fl-inħawi kkonċernati mill-miżura filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat il-ħolqien ta' monopolji reġjunali tas-servizzi. L-aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata għandu jiġi offrut għal mill-inqas perjodu ta' 7 snin. Din il-kundizzjoni mhix kontinġenti fuq xi analiżi minn qabel tas-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tad-direttiva Qafas (57). Madankollu, jekk fi tmiem il-perjodu ta' 7 snin l-operatur tal-infrastruttura inkwistjoni jiġi indikat mill-ARN skont il-qafas regolatorju applikabbli bħala li jkollu saħħa sinifikanti fis-suq (SSS) fis-suq speċifiku kkonċernat (58), l-obbligu tal-aċċess għandu jiġi estiż.

(g)

Eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment rigward il-prezzijiet: Sabiex jiġi żgurat l-aċċess effettiv bl-ingrossa u biex titnaqqas kemm jista' jkun id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni, huwa kruċjali li jiġi evitat li l-appaltatur magħżul jagħmel prezzijiet bl-ingrossa li jkunu eċċessivi jew, b'kuntrast, jagħmel prezzijiet predatorji jew ma jħallix biżżejjed marġni bejn il-prezzijiet bl-ingrossa u dawk bl-imnut tiegħu. L-aċċess għall-prezzijiet bl-ingrossa għandu jkun imsejjes fuq il-prezzijiet bl-ingrossa medji ppubblikati (regolati) li jeżistu f'inħawi oħrajn paragunabbli u aktar kompetittivi tal-pajjiż jew tal-Komunità jew, fin-nuqqas ta' tali prezzijiet ippubblikati, fuq il-prezzijiet iffissati jew approvati mill-ARN għas-swieq u s-servizzi kkonċernati. B'dal-mod, fejn diġà jkun hemm regolazzjoni ex ante (i.e., f'żona griża) il-prezzijiet bl-ingrossa tal-aċċess għal infrastruttura ssussidjata m'għandhomx ikunu inqas mill-prezz tal-aċċess iffissat mill-ARN għall-istess qasam. L-iffissar ta' punti ta' riferiment huwa protezzjoni importanti minħabba li jippermetti lill-Istati Membri li jevitaw li jippreżentaw bil-quddiem prezzijiet dettaljati tal-aċċess bl-imnut jew bl-ingrossa, kif ukoll li jiżguraw li l-għajnuna mogħtija sservi biex tirriproduċi kundizzjonijiet tas-suq bħal dawk ta' swieq oħra, kompetittivi, tal-faxx wiesa’. Il-kriterji tal-punti ta' riferiment għandhom ikunu indikati b'mod ċar fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.

(h)

Mekkaniżmu tat-treġġigħ lura sabiex jiġi evitat kumpens żejjed: Sabiex jiżguraw li l-appaltatur magħżul ma jiġix kumpensat iżżejjed jekk it-talba għall-faxx wiesa' fiż-żona li tkun fil-mira tikber lil hinn mil-livelli mbassra, l-Istati Membri għandhom jinkludu mekkaniżmu ta' ħlas lura fil-kuntratt mal-appaltatur li jintgħażel (59). Jekk ikun hemm mekkaniżmu bħal dan, jista' jiġi mminimizzat ex post u b'mod retroattiv l-ammont ta' għajnuna li fil-bidu wieħed ikun ħaseb li kienet se tkun meħtieġa.

3.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL NETWERKS TAT-TIP NGA

3.1.   Is-sostenn għat-tusigħ ta' malajr tan-netwerks tat-tip NGA

52.

Sal-lum, għadd ta' Stati Membri qed ifittxu sostenn għal netwerks tal-faxx wiesa’ li jistgħu jfornu s-servizzi b'ħeffa kbira ħafna u jifilħu kotra kbira ta' servizzi konverġenti diġitali avvanzati. Dawn in-netwerks tat-tip NGA huma primarjament ibbażati fuq il-fibra ottika jew fuq netwerks avvanzati u bi kwalita mtejba tal-kejbil li huma maħsuba li jieħdu post, għal kollox jew fil-biċċa l-kbira tagħhom, in-netwerks eżistenti tal-faxx wiesa’ li huma bbażati fuq ir-ram jew in-netwerks ta' bħalissa tal-kejbil.

53.

In-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess bil-fil li jikkonsistu għal kollox, jew f'partijiet minnhom, minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-faxx wiesa' b'karatteristiċi mtejba (bħal ammont ikbar ta' dejta pproċessata) meta mqabbla ma' dawk fornuti permezz tan-netwerks eżistenti tar-ram (60).

54.

Essenzjalment, in-netwerks tat-tip NGA se jkollhom il-ħeffa u l-kapaċità li fil-ġejjieni jwasslu kontenut b'definizzjoni għolja, isostnu applikazzjonijiet li jitniżżlu skont it-talba li jirrikjedu ħafna wisa’ tal-faxx kif ukoll joffru lin-negozji bi prezzijiet konvenjenti konnessjonijiet simetriċi tal-faxx wiesa’ li llum ġeneralment huma disponibbli biss għan-negozji l-kbar. Kollox ma’ kollox, in-netwerks tat-tip NGA għandhom il-potenzjal li jiffaċilitaw it-titjib tal-aspetti kollha tat-teknoloġija tal-faxx wiesa’ u tas-servizzi tal-faxx wiesa’.

55.

Il-Kummissjoni diġà ttrattat ma' xi notifiki dwar għajnuna mill-Istat li kienu jinkludu s-sostenn għall-introduzzjoni ta' netwerks imsejsa fuq il-fibra ottika. Dawn il-każi kienu jinvolvu jew il-bini ta' netwerk reġjunali “ċentrali” tat-tip NGA (61) jew il-forniment ta' konnettività bil-fibra ottika għal għadd limitat ta' konsumaturi negozjanti biss (62).

56.

Bħal fil-każ tal-hekk imsejħa introduzzjoni “tal-ewwel ġenerazzjoni” ta' netwerks bażiċi tal-faxx wiesa’, l-awtoritajiet Statali, muniċipali u reġjunali jiġġustifikaw is-sostenn tagħhom għall-introduzzjoni ta' malajr ta' netwerks tal-fibra ottika billi jġibu n-nuqqas tas-suq jew it-tir tal-koeżjoni bħala raġunijiet. Filwaqt li fil-każ tal-introduzzjoni ta' infrastruttura bażika tal-faxx wiesa’, l-eżempji ta' intervent mill-Istat kellhom x'jaqsmu l-iktar ma' komunitajiet/inħawi rurali (popolazzjoni b'densità żgħira, spiża kapitali kbira) jew inħawi li mhumiex żviluppati biżżejjed ekonomikament (kapaċità baxxa ta' ħlas għas-servizzi), did-darba qed jingħad li l-ekonomija tal-mudell tan-netwerks tat-tip NGA tiskoraġġixxi t-tusigħ ta' netwerks tat-tip NGA mhux biss f'inħawi b'popolazzjoni żgħira, iżda saħansitra f'ċerti żoni urbani. B'mod partikulari, il-kwistjoni ewlenija li taffettwa t-tusigħ ta' malajr u mifrux tan-netwerks NGA jidher li hi l-ispejjeż u, fuq skala iżgħar, id-densita tal-popolazzjoni (63).

57.

Għall-awtoritajiet pubbliċi, l-intervent dirett jista' għaldaqstant ikun ġustifikat sabiex jiġi żgurat li nħawi li jitqiesu mill-operaturi tan-netwerks bħala li ma jħallux qligħ xorta waħda jgawdu mill-effetti indiretti sostanzjali li n-netwerks tat-tip NGA jistgħu joħolqu għall-ekonomija u ma jbatux minn “qasma” diġitali ġdida tal-NGA. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jixtiequ jinkoraġġixxu żviluppi ta' netwerks tat-tip NGA f'inħawi fejn investimenti minn operaturi eżistenti ta' netwerks tal-faxx wiesa’ jieħdu diversi snin biex iseħħu minħabba li huma finanzjarjament inqas attraenti minn ċerti żoni urbani ewlenin. F’ċerti każi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinvestu huma stess jew jipprovdu sostenn finanzjarju lil operaturi privati sabiex jiksbu l-konnettività ma' netwerk tat-tip NGA, jew sabiex jiksbu l-konnettività qabel ma kien maħsub, sabiex jiżguraw li x-xogħol u opportunitajiet ekonomiċi oħrajn jiġu influwenzati malajr kemm jista' jkun.

58.

Kwalunkwe intervent pubbliku li jfittex li jsostni l-forniment jew it-tħaffif tat-tusigħ ta' netwerk NGA għandu jiżgura li jkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.2.   Tipi ta’ intervent pubbliku

59.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu livelli differenti ta' intervent fis-suq sabiex jinkoraġġixxu jew iħaffu t-tusigħ tan-netwerks NGA. F'dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet iffissati iktar 'il fuq fit-Taqsima 2.2.1 u 2.2.2 (l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, tal-kumpens għal servizz pubbliku u tal-kriterji Altmark) japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-interventi mill-Istat fil-qasam tat-tusigħ tan-netwerks tat-tip NGA. Skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jistgħu ikunu meħtieġa modi differenti ta' kif wieħed janalizza l-affarijiet skont in-natura u l-effetti tal-intervent magħżul.

60.

F'inħawi fejn investituri privati huma mistennija li, fil-ġejjieni, jintroduċu netwerks tat-tip NGA, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadottaw sensiela ta' miżuri biex iħaffu ċ-ċiklu tal-investiment u b'hekk jinkuraġġixxu lill-investituri biex imexxu 'l quddiem il-pjanijiet tagħhom għall-investiment. Dawn il-miżuri mhux bilfors jeħtieġu l-involviment ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1). Ġaladarba parti kbira mill-ispiża tat-tusigħ tan-netwerks tal-fibra ottika qiegħda fix-xogħol ta' inġinerija ċivili (ngħidu aħna tħaffir, tqegħid ta' kejbils, mogħdija tal-wajers internament, eċċ.), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu skont il-qafas regolatorju tal-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ngħidu aħna, li jillaxkaw il-proċess tal-akkwist ta' jeddijiet ta' mogħdija, jitolbu li l-operaturi tan-netwerks jikkoordinaw ix-xogħlijiet ta' inġinerija ċivili tagħhom u/jew li jaqsmu bejniethom parti mill-infrastruttura tagħhom (64). Bl-istess mod, Stat Membru jista' jiddigrieta li għal kwalunkwe xogħlijiet strutturali ġodda (inklużi netwerks ġodda tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport jew tad-drenaġġ) u/jew binjiet, trid titqiegħed konnessjoni tal-fibra ottika.

61.

Bl-istess mod, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jwettqu xi xogħlijiet ta' inġinerija ċivili (bħat-tħaffir ta' proprjetà pubblika, il-bini ta' kanali) sabiex jippermettu u jtejbu t-tusigħ mill-operaturi kkonċernati tal-elementi proprji tan-netwerks. Madankollu, tali xogħlijiet ta' inġinerija ċivili m'għadhomx ikunu “speċifiċi għal industrija jew settur”, iżda għandhom fil-prinċipju jkunu miftuħin għal dawk kollha li potenzjalment jistgħu jagħmlu użu minnhom u mhux biss għall-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri servizzi essenzjali tal-elettriku, il-gass, l-ilma eċċ.). Sakemm tali interventi pubbliċi jimmiraw biex joħolqu l-kundizzjonijiet minn qabel li jkunu meħtieġa għat-tusigħ minn operaturi ta' servizzi essenzjali tal-infrastruttura proprja mingħajr ma jiddiskriminaw favur xi settur jew kumpanija partikulari (billi jbaxxu b'mod partikulari l-ispejjeż kapitali ta' dan tal-aħħar), jaqgħu barra mill-ambitu tal-Artikolu 87(1).

62.

Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jiġu adottati mill-ARN sabiex jipprovdu għal aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-poli jew għat-tqassim tal-kanali li jkunu proprjetà ta' operaturi ta' servizzi essenzjali jew ta' netwerks eżistenti.

63.

Kif turi l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-faxx wiesa’ bażiku, fil-biċċa l-kbira tal-każi l-għajnuna mill-Istat għan-netwerks tal-faxx wiesa’ tingħata minn awtoritajiet lokali jew reġjunali li jkollhom l-għan li jew jirrimedjaw għan-nuqqas ta' konnettività mal-faxx wiesa' fir-reġjun jew li jkabbru l-kompetittività tar-reġjun billi jkomplu jtejbu l-kopertura eżistenti tal-faxx wiesa’ u l-konnettività tan-netwerk. Sabiex jiksbu dawn iż-żewġ objettivi, l-awtoritajiet pubbliċi s'issa jew taw b'offerta pubblika l-bini u l-ġestjoni ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’ li tkun proprjetà tal-Istat jew inkella sostnew finanzjarjament il-bini ta' netwerk tal-faxx wiesa’ li jkun proprjetà privata (65).

64.

Jekk l-interventi pubbliċi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE, iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, li tevalwa l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni f'konformità mal-prinċipji fundamentali preskritti fit-Taqsimiet 3.3 u 3.4s (66).

3.3.   Id-distinzjoni bejn l-inħawi bojod, griżi u suwed għan-netwerks tat-tip NGA

65.

Kif imfakkar fil-paragrafu (40), il-Kummissjoni evalwat il-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-faxx wiesa’ tradizzjonali billi rreferiet għad-distinzjoni bejn inħawi “bojod”, “griżi” u “suwed”. Il-Kummissjoni tqis li din id-distinzjoni għadha rilevanti biex wieħed jevalwa jekk għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA tkunx kompatibbli skont l-Artikolu 87(3)(c), iżda titlob definizzjoni aktar irfinuta biex tagħti kas tal-ispeċifiċitajiet tan-netwerks tat-tip NGA.

66.

F'dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f'moħħu li fuq medda twila ta' żmien in-netwerks tat-tip NGA huma mistennijin li jieħdu post in-netwerks eżistenti tal-faxx wiesa’ bażiku. Minħabba li n-netwerks tat-tip NGA jimplikaw binja ta' netwerk differenti, li toffri servizzi tal-faxx wiesa’ ta’ kwalità li jkun aħjar b'mod sinifikanti minn dawk tal-lum, kif ukoll il-forniment ta' servizzi li ma jistgħux jiġu sostnuti min-netwerks ta' bħalissa tal-faxx wiesa’, x'aktarx fil-ġejjieni se jiżviluppaw differenzi ċari bejn inħawi li se jkunu koperti min-netwerks tat-tip NGA u oħrajn li mhumiex se jkunu koperti (67).

67.

Fil-preżent, xi netwerks avvanzati tal-faxx wiesa’ bażiku (ngħidu aħna l-ADSL 2+ (68)) jistgħu, sa ċertu punt, isostnu wkoll xi wħud mit-tipi ta' servizzi tal-faxx wiesa’ li fil-ġejjieni qrib x'aktarx ikunu offruti fuq in-netwerks tat-tip NGA (bħas-servizzi triple play bażiċi). Madankollu, u bla ħsara għall-impożizzjoni ta' regolamentazzjoni ex ante, wieħed għandu jinnota li prodotti jew servizzi ġodda li mhumiex sostitwibbli kemm mill-perspettivi tat-talba kif ukoll tal-provvista jistgħu jitfaċċaw u jkunu jeħtieġu ħeffa tal-faxx wiesa’ ikbar mill-ogħla limiti fiżiċi tal-infrastruttura tal-faxx wiesa’ bażiku.

68.

Għal din ir-raġuni, għall-fini tal-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA, żona fejn tali netwerks fil-preżent ma jeżistux u fejn x'aktarx li ma jinbnewx u ma jkunux qed jitħaddmu għal kollox fil-ġejjieni qrib minn investituri privati għandha titqies bħala żona “bajda għall-NGA” (69). F'dak ir-rigward, it-terminu “fil-ġejjieni qrib” għandu jikkorrispondi għal perjodu ta' tliet snin (70). L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu intitolati li jintervjenu, taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' koeżjoni soċjali, żvilupp reġjunali jew nuqqas tas-suq meta jkun jista' jiġi muri li l-investituri privati ma jkollhom l-ebda ħsieb li jlestu netwerks tat-tip NGA għall-użu fit-3 snin li jkun imiss. L-isforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li għall-inqas isir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fi żmien tliet snin, u t-tlestija tal-investiment ippjanat tkun prevista li sseħħ fi żmien raġonevoli minn hemm 'il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam u ta' kull proġett). Ma jkunx xieraq li wieħed jagħti żmien itwal biex matulu jsir l-investiment minħabba li dan jista’ jagħmel ħsara lill-interessi ta' reġjuni li mhumiex moqdijin tajjeb meta mqabbla ma' partijiet oħra ta' pajjiż li huma moqdijin b'mod adegwat minn tali netwerks avvanzati tal-faxx wiesa’. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitolbu li jitressaq pjan ta' direzzjoni, flimkien ma' pjan kalendarju dettaljat tat-tusigħ kif ukoll prova ta' finanzjament adegwat jew kwalunkwe tip ieħor ta' evidenza li turi l-karattru kredibbli u plawsibbli tal-investiment ippjanat mill-operaturi privati tan-netwerks.

69.

Bl-istess mod, żona għandha titqies bħala “griża għall-NGA” fejn ikun hemm biss netwerk wieħed tat-tip NGA jew jekk dan ikun se jkun disponibbli fit-tliet snin li jkun imiss u ma jkunx hemm pjani minn xi operatur biex ilesti netwerk NGA fit-tliet snin li jkun imiss (71). Fl-evalwazzjoni ta' jekk investituri oħra tan-netwerks jistgħux iqiegħdu netwerk NGA addizzjonali f'żona partikulari, wieħed għandu jqis kwalunkwe miżuri regolatorji jew leġiżlattivi eżistenti li jistgħu jkunu baxxew ix-xkiel għal tali tqegħid ta' netwerks (aċċess għall-kanali, il-qsim ta' infrastruttura eċċ.).

70.

Jekk ikunu jeżistu aktar minn netwerk wieħed tat-tip NGA f'żona partikulari, jew ikunu se jitqiegħdu fit-tliet snin li jkun imiss, tali żona għandha, fil-prinċipju, titqies bħala “sewda għall-NGA” (72).

3.4.   L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà

71.

Kif issemma fil-paragrafi (66)u (67), għalkemm in-netwerks tat-tip NGA huma kwalitattivament ħafna iktar avvanzati min-netwerks tradizzjonali eżistenti msejsa fuq ir-ram, fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-tqegħid ta' netwerk tat-tip NGA mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni se tħares ukoll lejn l-effetti ta' tali għajnuna fuq in-netwerks eżistenti tal-faxx wiesa’ meta wieħed iqis il-livell ta' sostituzzjoni li jidher li jeżisti bħalissa fir-rigward tas-servizzi tal-faxx wiesa’ offruti kemm fuq in-netwerks tal-faxx wiesa’ kif ukoll fuq dawk tal-NGA. Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat lil netwerks tat-tip NGA, il-Kummissjoni se tapplika wkoll it-test tal-ibbilanċjar [ara l-paragrafu (35)]. B'mod partikulari, fl-evalwazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżura nnotifikata l-Kummissjoni se teżamina jekk il-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu (51)ikunux sodisfatti (eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u analiżi tal-kopertura, proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, newtralità teknoloġika, użu tal-infrastruttura eżistenti, aċċess miftuħ bl-ingrossa mandatarju, eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment u mekkaniżmu tat-treġġigħ lura). Il-punti li ġejjin, madankollu, huma speċifikament rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-netwerks tat-tip NGA.

3.4.1.   Inħawi bojod għall-NGA: sostenn għat-tqegħid ta' netwerks tat-tip NGA f'inħawi li mhumiex moqdijin tqjjeb

72.

Bħal fil-każ tas-servizzi tal-faxx wiesa’ bażiku, jekk l-Istati membri jissodisfaw sensiela ta' kundizzjonijiet (ara l-paragrafi (50) u (71), il-Kummissjoni se tqis bħala kompatibbli mar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat dawk il-miżuri li jsostnu t-tusigħ ta' netwerks tal-NGA f'inħawi fejn bħalissa ma teżisti l-ebda infrastruttura tal-faxx wiesa’ jew għal inħawi fejn l-operaturi eżistenti tal-faxx wiesa’ iqisu t-tqegħid ta' netwerks tal-NGA bħala investiment li ma jrendix.

73.

F'inħawi bojod għall-NGA, fejn ikun diġà jeżisti netwerk bażiku tal-faxx wiesa’ (żona griża tradizzjonali), l-għoti ta' għajnuna għal netwerks tat-tip NGA huwa suġġett għat-turija mill-Istat Membru kkonċernat (i) li s-servizzi tal-faxx wiesa’ pprovduti fuq l-imsemmija netwerks ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u ta' konsumaturi negozjanti fl-żona inkwistjoni (anki meta wieħed jagħti kas it-titjib li jista’ jsir fil-futur), u li (ii) ma jkunx hemm mezzi li jgħawġu inqas (inkluża r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati.

3.4.2.   Inħawi griżi għall-NGA: Ħtieġa ta' analiżi aktar dettaljata

74.

F'inħawi fejn investitur privat wieħed ikun diġà qiegħed netwerk tat-tip NGA jew jista' jkun fil-proċess li jqiegħdu fit-tliet snin li jkun imiss (ara wkoll il-paragrafu (68)) u ma jkun hemm l-ebda pjani minn xi investitur privat biex iqiegħed it-tieni netwerk tal-NGA fit-tliet snin li jkun imiss, il-Kummissjoni jkun jeħtiġilha twettaq analiżi aktar dettaljata sabiex tivverifika jekk l-intervent mill-Istat f'tali nħawi jkunx jista' jitqies bħala kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, l-intervent mill-Istat f'inħawi bħal dawn jirriskja li jimbotta 'l barra investituri eżistenti u jgħawweġ il-kompetizzjoni.

75.

Biex il-Kummissjoni ssib li jkun hemm kompatibbiltà, l-Istati Membri jridu jkunu kapaċi juru l-ewwel nett li n-netwerk eżistenti jew ippjanat tal-NGA ma jkunx jew ma jkunx se jkun biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tal-konsumaturi negozjanti fl-inħawi inkwistjoni, u t-tieni nett li ma jkunx hemm mezzi li jgħawġu inqas (inkluża r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni dettaljata tagħha l-Kummissjoni se tevalwa b'mod partikulari jekk:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq ikunux adegwati, billi tħares, fost affarijiet oħrajn, lejn il-livell tal-prezzijiet attwali tal-faxx wiesa tat-tip NGA, lejn it-tipi ta' servizzi offruti lil konsumaturi residenzjali u negozjanti u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom u lejn jekk teżistix, jew x'aktarx titfaċċa, talba għal servizzi ġodda li ma tistax tintlaqa' mill-operatur eżistenti tan-netwerk tat-tip NGA;

(b)

fin-nuqqas ta' regolazzjoni ex ante imposta minn ARN, l-aċċess effettiv għal netwerk ma jkunx qed jiġi offrut lil partijiet terzi jew jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunux iwasslu għal kompetizzjoni effettiva;

(c)

kollox ma' kollox ix-xkiel għad-dħul ikunx jipprekludi dħul potenzjali minn investituri tan-netwerks tat-tip NGA;

(d)

in-netwerk tat-tip NGA li diġà jkun hemm ikunx inbena fuq il-bażi ta' użu/aċċess privileġġjat għal kanali li la jkunu aċċessibbli għal operaturi oħrajn tan-netwerks u lanqas maqsumin magħhom;

(e)

kwalunkwe miżuri meħuda jew rimedji imposti mill-awtorità nazzjonali regolatorja jew tal-kompetizzjoni kompetenti fir-rigward tal-fornitur eżistenti ta' netwerk ma rnexxielhomx jegħlbu il-problemi.

3.4.3.   Inħawi suwed għall-NGA: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat

76.

F'inħawi fejn diġà jkunu jeżistu aktar minn netwerk wieħed tat-tip NGA jew fejn investituri privat jistgħu jkunu fil-proċess li jqiegħdu netwerks kompetituri tat-tip NGA, il-Kummissjoni se tqis li s-sostenn mill-Istat għal netwerk addizzjonali, iffinanzjat minn fondi pubbliċi, tat-tip NGA x'aktarx jgħawweġ serjament il-kompetizzjoni u jkun inkompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.4.4.   Il-każ speċifiku ta' nħawi suwed (għall-faxx wiesa’ bażiku) eżistenti: xi protezzjonijiet ulterjuri

77.

Il-Kummissjoni tqis li nħawi suwed tradizzjonali, jiġifieri nħawi fejn is-servizzi tal-faxx wiesa’ ta' bħalissa qed jingħataw minn infrastrutturi tal-faxx wiesa’ li jikkompetu kontra xulxin (xDSL u netwerks tal-kejbil), huma nħawi fejn l-operaturi eżistenti tan-netwerks għandu jkollhom l-inċentivi li jtejbu n-netwerks tradizzjonali attwali tal-faxx wiesa' tagħhom biex jagħmluhom netwerks b'ħeffa kbira tat-tip NGA li jkunu jistgħu jċaqilqu lill-konsumaturi eżistenti tagħhom lejhom. F'inħawi bħal dawn fil-prinċipju m'għandu jkun meħtieġ l-ebda intervent mill-Istat.

78.

Madankollu, Stat Membru jista’ jirribatti tali argument billi juri li l-operaturi eżistenti tal-faxx wiesa’ bażiku m’għandhomx il-ħsieb li jinvestu f'netwerks tat-tip NGA fit-tliet snin li jkun imiss, billi jipprova, ngħidu aħna, li l-mod kif l-investituri eżistenti tan-netwerks ikunu għamlu l-investimenti tagħhom fl-aħħar snin fejn għandu x’jaqsam it-titjib tal-infrastruttura tagħhom tal-faxx wiesa’ biex jipprovdu ħeffa ikbar b’rispons għat-talbiet tal-konsumaturi ma kienx sodisfaċenti. F'każi bħal dawn, is-sostenn mill-Istat għat-tqegħid ta' netwerks tat-tip NGA ikun suġġett għall-analiżi dettaljata tal-paragrafu (74) u għall-issodisfar tas-sensiela ta' kundizzjonijiet li huma diskussi f'aktar dettall fit-Taqsima 3.4.5.

3.4.5.   Il-fasla tal-miżura u l-ħtieġa li jiġu mrażżna d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

79.

Bħal fil-każ tal-linja politika segwita fir-rigward tat-tqegħid tal-faxx wiesa’ bażiku, l-għajnuna mill-Istat favur it-tusigħ ta' netwerk tat-tip NGA tista’ tikkostitwixxi għodda xierqa u ġustifikata, sakemm wieħed jirrispetta għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali. Bl-eċċezzjoni tal-inħawi bojod għall-NGA li huma wkoll inħawi bojod fir-rigward tal-faxx wiesa’ bażiku (fejn mhumiex meħtieġa rekwiżiti addizzjonali), il-Kummissjoni tqis li, minbarra l-protezzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2.3.3 u b'mod partikulari fil-paragrafu (51) (eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u analiżi tal-kopertura, proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, newtralità teknoloġika, użu tal-infrastruttura eżistenti, aċċess miftuħ bl-ingrossa mandatarju, eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment u mekkaniżmu tat-treġġigħ lura), iridu jiġu sodisfatti wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Talli jirċievi s-sostenn mill-Istat, il-benefiċjarju għandu jintalab jipprovdi lil partijiet terzi b'aċċess bl-ingrossa effettiv għal mill-inqas seba' snin. B'mod partikulari, l-obbligu impost tal-aċċess għandu jkun jinkludi wkoll id-dritt li wieħed juża l-kanali jew il-kaxex tat-toroq sabiex il-partijiet terzi jkun jista' jkollhom aċċess mhux biss għall-infrastruttura attiva iżda wkoll għal dik passiva. Dan ikun mingħajr ħsara għal kwalunkwe obbligi regolatorji simili li jistgħu jiġu imposti mill-ARN fis-suq speċifiku kkonċernat sabiex tinkuraġġixxi l-kompetizzjoni effettiva jew għal miżuri adottati wara li jiskadi dak il-perjodu (73). Obbligu ta' “aċċess miftuħ” huwa iktar u iktar kruċjali sabiex wieħed jindirizza s-sostituzzjoni temporanja bejn is-servizzi offruti mill-operaturi eżistenti tal-ADSL u dawk offruti mill-operaturi futuri tan-netwerks tat-tip NGA. Obbligu ta' aċċess miftuħ se jiżgura li l-operaturi tal-ADSL ikunu jistgħu jċaqilqu lill-konsumaturi tagħhom għal netwerk tat-tip NGA hekk kif ikun tqiegħed f'postu netwerk sussidjat u b'hekk jibdew jippjanaw l-investimenti futuri tagħhom mingħajr ma jsofru xi żvantaġġ kompetittiv reali.

Barra minn hekk, meta jiffissaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess bl-ingrossa għan-netwerks, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti. Huwa mistenni li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-ġejjieni jissoktaw jew jirregolaw ex ante jew jikkontrollaw mill-qrib ħafna l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq ġenerali tal-faxx wiesa’ u jimponu, fejn ikun xieraq, ir-rimedji li jipprovdi għalihom il-qafas regolatorju applikabbli. B’hekk, billi jitolbu li l-kundizzjonijiet tal-aċċess jiġu approvati jew iffissati mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont ir-regoli Komunitarji applikabbli, l-Istati Membri se jiżguraw li fis-swieq kollha tal-faxx wiesa’ identifikati mill-ARN kkonċernata japplikaw kundizzjonijiet tal-aċċess li, jekk mhux uniformi, almenu jkunu simili ħafna.

Barra minn hekk, ikun xi jkun it-tip ta' binja tan-netwerk tat-tip NGA li tgawdi minn għajnuna mill-Istat, għandha ssostni separazzjoni effettiva u sħiħa u tissodisfa t-tipi differenti kollha ta' aċċess għan-netwerk li l-operaturi jistgħu jfittxu (inklużi, iżda mhux biss, l-aċċess għal kanali, fibra ottika u bitstream). F’dan ir-rigward wieħed għandu jinnota li l-binja b’“fibra multipla” tippermetti indipendenza sħiħa bejn dawk li jfittxu l-aċċess biex jipprovdu offerti tal-faxx wiesa’ b’ħeffa kbira u għaldaqstant twassal għal kompetizzjoni sostenibbli fuq medda twila ta' żmien. Barra minn hekk, it-tusigħ ta' netwerks tat-tip NGA ibbażati fuq aktar minn linja waħda tal-fibra ottika jieħu topoloġiji kemm “minn punt sa punt” kif ukoll “minn punt għal diversi punti” u għaldaqstant huwa teknoloġikament newtrali.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

80.

Dawn il-Linji Gwida se jiġi applikati mill-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

81.

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri nnotifikati kollha ta' għajnuna li dwarhom hija mitluba tieħu deċiżjoni wara li dawn il-Linji Gwida jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, anki fejn il-proġetti ġew innotifikati qabel dik id-data.

82.

B'konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna Statali illegali (74), il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata mogħtija wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

83.

Mhux aktar tard minn 3 snin mill-pubblikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida l-Kummissjoni se tirrevedi l-Linji Gwida preżenti fuq il-bażi ta' żviluppi importanti futuri fis-suq, fit-teknoloġija u fir-regolamentazzjoni.


(1)  Ara, ngħidu aħna, i2010 – Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-tkabbir u x-xogħol, COM(2005) 229 finali, 1 ta' Ġunju 2005; “eEwropa 2005: Soċjetà tal-Informazzjoni għal kulħadd” COM(2002) 263 finali, “It-tnaqqis tad-distakk eżistenti fir-rigward tal-broadband”, COM(2006) 129.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, COM(2008) 800.

(3)  Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell, 19/20 ta’ Marzu 2009 – Konklużjonijiet tal-Presidenza.

(4)  Ara r-Regolament (KE) Nru 473/2009 tal-25.5.2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, (ĠU L 144, 9.6.2009, p. 3).

(5)  Għall-fini ta' dan id-dokument, in-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess bil-fil li jikkonsistu għal kollox, jew f'partijiet minnhom, minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-faxx wiesa' b'karatteristiċi mtejba (bħal ammont ikbar ta' dejta pproċessata) meta mqabbla ma' dawk fornuti permezz tan-netwerks eżistenti tar-ram (ara wkoll hawn taħt in-nota 60 ta' qiegħ il-paġna).

(6)  COM(2005) 107 finali.

(7)  Fl-aħħar perjodu ta' għaxar snin, it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK) saru aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u offruti lilu bi prezzijiet konvenjenti. It-terminu 'qasma diġitali' jintuża l-aktar biex jiddefinixxi l-lakuna bejn dawk l-individwi u komunitajiet li għandhom aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u dawk li m'għandhomx. Għalkemm hemm diversi raġunijiet għal din il-“qasma diġitali”, l-aktar waħda importanti hija n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-faxx wiesa’. Jekk wieħed iħares lejn id-dimensjoni reġjunali, fattur importanti għal kemm komunita jkollha aċċess għat-TIK u għal kemm tagħmel użu minnhom huwa kemm il-komunita tkun urbanizzata. Il-penetrazzjoni tal-internet, għalhekk, tibqa’ ħafna iktar dgħajfa f'inħawi fl-Unjoni Ewropea fejn ma tantx joqogħdu nies.

(8)  Ara d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, p. 24.4.2002, p. 21) u d-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

(9)  Ara l-abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni “dwar l-aċċess regolat għan-Netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA)”, f'http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/doc/library/public_consult/nga/dr_recomm_nga.pdf

(10)  Ara, ngħidu aħna, l-Istqarrija tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej dwar l-iżvilupp tal-Aċċess għall-NGA, ERG (08) 68, f'http://www.erg.eu.int/doc/publications/erg_08_68_statement_on_nga_devolopment_081211.pdf; Ofcom, “Inwasslu l-faxx wiesa' ta' ħeffa eċċezzjonali fir-RU. Nippromwovu l-investiment u l-kompetizzjoni”, Stqarrija, 3 ta' Marzu 2009. Ara wkoll il-leġiżlazzjoni riċenti adottata fi Franza fil-15 ta' Jannar 2009 biex tippromwovi t-tusigħ ta' netwerks imsejsa fuq il-fibra ottika: Journal Officiel de la république française, 16 janvier 2009.

(11)  Għal lista tad-deċiżjonijiet kollha li ħadet il-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-faxx wiesa’, ara http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf

(12)  Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2. dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomikja tas-suq.

(13)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30.5.2007 fil-każ NN 24/07 – Ir-Repubblika Ċeka, Netwerk Muniċipali Mingħajr Fil ta' Praga.

(14)  It-terminu “investituri” jindika impriżi jew operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvestu fil-bini u t-tusigħ ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’.

(15)  Il-Kummissjoni approvat każ wieħed biss ta' miżura li ma kinitx tinvolvi sejħa miftuħa għall-offerti iżda li kienet tinvolvi skema ta' kreditu tat-taxxa biex issostni l-introduzzjoni tal-faxx wiesa’ f'inħawi mhux moqdijin tajjeb tal-Ungerija. Ara d-Deċiżjoni N 398/05 – L-Ungerija “Żvilupp ta' Benefiċċju tat-Taxxa għall-Faxx Wiesa'”.

(16)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 570/07 – Il-Ġermanja, Il-faxx wiesa' fl-inħawi rurali ta' Baden-Württemberg. Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire; Deċiżjoni N 262/06 – L-Italja, Faxx wiesa' għat-Toskana rurali; Deċiżjoni N 201/06 – Il-Greċja, Żvilupp għall-aċċess tal-faxx wiesa’ f’territorji li mhumiex moqdijin tajjeb; u d-Deċiżjoni N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ FibreSpeed f'Wales. Dawk li jużaw is-servizz f'residenzi, għalkemm huma wkoll benefiċjarji ta' tali miżuri, mhumiex suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li la huma impriżi u lanqas operaturi ekonomiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1).

(17)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 266/08 – Il-Ġermanja, Il-faxx wiesa' fl-inħawi rurali ta' Bayern.

(18)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 237/08 – Il-Ġermanja, Sostenn għall-faxx wiesa' f'Niedersachsen

(19)  Kawża C-303/88, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra p. I-1433, fil-para. 20-22.

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-każ C 53/2006 Citynet Amsterdam - investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk tat-tip fibre-to-the home (FTTH), ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27. Il-każ kien dwar il-bini ta' netwerk ta' aċċess għall-faxx wiesa', tat-tip “Fibre-to-the-Home” (FTTH), li jqabbad 37 000 dar f'Amsterdam, li kienu diġà moqdijin b'diversi netwerks kompetituri tal-faxx wiesa’. Il-muniċipalita ta' Amsterdam kienet qatgħetha li tinvesti fis-saff passiv tan-netwerk flimkien ma' żewġ investituri privati u ħames korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni. L-infrastruttura passiva kienet tippossediha u timmaniġġjaha entità separata li l-muniċipalità ta' Amsterdam kellha f'idejha terz tal-ishma tagħha, żewġ investituri privati oħra (“ING Real Estate” u “Reggefiber”) kellhom terz iehor, filwaqt li korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni kellhom it-terz li jifdal.

(21)  Skond il-każistika, impriżi fdati bit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jkunu ngħataw dik il-biċċa xogħol permezz ta' att ta' awtorità pubblika. F'dan ir-rigward, servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jiġi fdat f'idejn operatur permezz tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku; ara l-Kawżi Magħqudin T-204/97 u T-270/97 EPAC vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-2267, punt 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra p. II-2031, punti 186, 188-189.

(22)  Ara l-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, [2003] Ġabra p. I-7747 (“Is-sentenza Altmark”).

(23)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 381/04 – Franza, Projet de réseau de télécommunications haut débit des Pyrénées-Atlantiques, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Deċiżjoni N 382/04 – Franza, Mise en place d'une infrastructure haut débit sur le territoire de la région Limousin (DORSAL).

(24)  Għalkemm f'dawn il-linji gwida ssir referenza għal “konċessjoni” ta' servizz pubbliku, il-forma tal-istrument kuntrattwali magħżul għall-għoti ta' missjoni ta' servizz pubbliku jew ta' SIEĠ tista' tvarja bejn Stat Membru u ieħor. Madankollu, l-istrument għandu jispeċifika, għall-inqas, in-natura preċiża, l-ambitu u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti kif ukoll l-identità tal-intrapriżi kkonċernati, u l-ispejjeż li għandhom jinġarru mill-intrapriża kkonċernata.

(25)  B'mod partikulari, ġaladarba l-Istati Membri jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa meta jiġu biex jiddefinixxu l-ambitu ta' SIEĠ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet fiż-żewġ deċiżjonijiet ta' hawn fuq li sal-punt li l-forniment ta' infrastruttura tal-faxx wiesa’ li tkopri kullimkien ikun miftuħ għall-fornituri kollha l-oħra tan-netwerks u jirrimedja nuqqas tas-suq u jipprovdi konnettività għal dawk kollha li jużaw is-servizz fir-reġjuni kkonċernati, l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ikkommetta żball dieher meta jkun qies li l-forniment ta' tali servizz jaqa' taħt it-tifsira ta' SIEĠ.

(26)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, 'Programm Reġjonali tal-Faxx Wiesa’: Netwerks Metropolitani (Metropolitan Area Networks - “MANs”), fażijiet II u III, fil-paragrafi (23, 37-40). F'dak il-każ il-Kummissjoni qieset li s-sostenn mogħti għall-introduzzjoni u t-tħaddim ta' Netwerks Metropolitani (MANs) f'għadd ta' bliet fl-Irlanda ma kienx kumpens għal SIEĠ għar-raġuni li l-miżura li ġiet notifikata iktar kienet tixbah lil “sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat” milli lil każ ta' responsabbiltà għal SIEĠ u għall-implimentazzjoni tiegħu. Ara wkoll id-Deċiżjoni N 890/06 – Franza, 'Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit'. F'dak il-każ, il-Kummissjoni osservat li l-miżura nnotifikata kellha x'taqsam ma' sostenn għall-forniment tal-konnettività mal-faxx wiesa' għal ċentri tan-negozju u organizzazzjonijiet taċ-ċivil biss f'parti ta' Toulouse, bl-esklużjoni tal-qasam residenzjali. Barra minn hekk, il-proġett kien qed ikopri biss parti mir-reġjun. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni sabet li dan ma kienx SIEĠ minħabba li l-miżura nnotifikata ma kellhiex l-għan li taqdi l-interessi taċ-ċittadini, iżda dawk tal-qasam tan-negozju.

(27)  Ara l-Kawża T-289/03, Bupa et. vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-000, paragrafu 165, u l-Kawża T-106/95 FFSA et. vs il-Kummissjoni [1997] Ġabra II-229, paragrafu 99. Ara wkoll il-paragrafu 14 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa, (ĠU C 17, 19.1.2001, p.4).

(28)  Ara l-Kawża T-442/03, SIC vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra p. II-000, punt 195, il-Kawża T-289/03, op.cit., fil-punt 166, u l-Kawża T-17/02, op.cit., fil-punt 216. Skont il-paragrafu 22 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa, Il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu [servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali] tfisser li l-Istati Membri huma primarjament responsabbli biex jiddefinixxu x'inhu dak li huma jqisu bħala [tali] servizzi… fuq il-bażi tal-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet. Din id-definizzjoni tista’ tkun suġġetta għall-kontroll biss f'każ ta’ żball dieher.

(29)  Dan jimplika li l-objettiv ta' interess ġenerali li jridu jaslu għalih l-awtoritajiet pubbliċi ma jistax ikun sempliċiment dak tal-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi kif hemm fl-Artikolu 87(3)(c). Ara d-Deċiżjoni N 381/04 – Franza, Projet de réseau de télécommunications haut débit des Pyrénées-Atlantiques, punt 53, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 382/04 – Franza, Mise en place d'une infrastructure haut débit sur le territoire de la région Limousin (DORSAL).

(30)  F'dan ir-rigward, in-netwerks li wieħed irid iqis biex jivvaluta l-ħtieġa għal SIEĠ għandhom ikunu dejjem ta' binja paragunabbli, jiġifieri jew netwerks tal-faxx wiesa’ bażiku jew inkella netwerks tat-tip NGA.

(31)  It-terminu “fil-ġejjieni qrib” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin. F'dan ir-rigward, sforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li almenu jsir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fil-perjodu ta' tliet snin, bit-tlestija tal-investiment ippjanat maħsuba li sseħħ f'perjodu raġonevoli ta' żmien minn hemm 'il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam u ta' kull proġett).

(32)  Fin-nuqqas ta' raġunijiet bħal dawn, lanqas reviżjoni marġinali mill-Kummissjoni fuq il-bażi kemm tal-ewwel kundizzjoni Altmark kif ukoll tal-Artikolu 86(2) KE fir-rigward tal-eżistenza ta' żball dieher mill-Istat Membru fil-kuntest tad-diskrezzjoni tiegħu ma jkun possibbli. Kawża T-289/03, BUPA u Oħrajn vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-0000, punt 172.

(33)  Mill-każistika dwar l-Artikolu 86(2) jirriżulta li Stat Membru jrid jindika r-raġunijiet għaliex iqis li s-servizz inkwistjoni, minħabba n-natura speċifika tiegħu, jixraqlu li jiġi kkaratterizzat bħala SIEĠ u li jingħażel minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn. Fin-nuqqas ta' raġunijiet bħal dawn, lanqas reviżjoni marġinali mill-Kummissjoni fuq il-bażi kemm tal-ewwel kundizzjoni Altmark kif ukoll tal-Artikolu 86(2) KE fir-rigward tal-eżistenza ta' żball dieher mill-Istat Membru fil-kuntest tad-diskrezzjoni tiegħu ma jkun possibbli. Kawża T-289/03, BUPA u Oħrajn vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-0000, punt 172.

(34)  Netwerk għandha tkun teknoloġikament newtrali u b'hekk tippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess jużaw kwalunkwe mit-teknoloġiji disponibbli biex jipprovdu servizzi lill-konsumaturi aħħarin. Għalkemm tali rekwiżit jista' jkollu applikazzjoni limitata fejn jidħol it-tusigħ ta' infrastruttura ta' netwerk tal-ADSL, dan jista' ma jkunx il-każ fir-rigward ta' netwerk tat-tip NGA imsejjes fuq il-fibra ottika fejn l-operaturi jistgħu jużaw teknoloġiji differenti tal-fibra ottika biex jipprovdu servizzi lil konsumaturi aħħarin (i.e., minn punt sa punt jew G-PON).

(35)  Ngħidu aħna, netwerk ADSL għandu jipprovdi seperazzjoni tal-bitstream u sħiħa, filwaqt li netwerk tat-tip NGA imsejjes fuq il-fibra ottika għandu jipprovdi għall-inqas aċċess għall-fibra mitfija, għall-bitstream, u jekk ikun qed jitqiegħed netwerk FTTC, aċċess għal separazzjoni subloop.

(36)  Din ir-restrizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li, ladarba netwerk tal-faxx wiesa’ li tipprovdi konnettività universali tkun tqiegħdet, il-qawwiet tas-suq normalment ikunu biżżejjed biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni lill-konsumaturi kollha bi prezz kompetittiv.

(37)  Tali salvagwardji jistgħu jinkludu, b'mod partikulari, obbligu ta' separazzjoni tal-kontijiet, u jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment. Tali entità għandu jkollha waħedha r-responsabbiltà li tikkonforma mal-missjoni ta' SIEĠ assenjata lilha u li twettaqha.

(38)  Huwa f'idejn l-Istati Membri biex, minħabba l-partikularitajiet ta' kull każ, isibu l-aktar metodoloġija xierqa biex jiżguraw li l-kumpens mogħti jkopri biss l-ispejjeż biex il-missjoni ta' SIEĠ titwettaq fl-inħawi fejn mhemmx qligħ. Ngħidu aħna, il-kumpens mogħti jista' jkun ibbażat fuq paragun bejn dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali tal-infrastruttura fl-inħawi fejn hemm il-qligħ u d-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali fl-inħawi fejn mhemmx qligħ. Kwalunkwe qligħ eċċessiv, jiġifieri qligħ ogħla mir-redditu medju tal-industrija fuq il-kapital għat-tusigħ ta' infrastruttura partikulari tal-faxx wiesa’, jista’ jiġi assenjat għall-finanzjament tas-SIEĠ fl-inħawi fejn mhemmx qligħ filwaqt li dak li jifdal ikun is-suġġett tal-kumpens finanzjarju mogħti.

(39)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67. Ara wkoll, “Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku”, ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.

(40)  Wieħed għandu jfakkar li, skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat, anki “għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell ta' l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impieg” tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(41)  Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjunali nazzjonali għall-2007-2013, ĠU C 54, 4.3.2006, paġni 13-45.

(42)  Barra minn hekk, għalkemm l-għajnuna mogħtija f'ċerti każi kienet limitata għal “inħawi assistiti” u setgħet anki tiġi kkwalifikata bħala għajnuna għall-investiment tal-bidu skont it-tifsira tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, spiss l-intensità tal-għajnuna setgħet taqbeż il-limitu permess għal għajnuna reġjunali f'inħawi bħal dawn.

(43)  Ngħidu aħna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 508/08 – Ir-Renju Unit, Il-forniment ta' servizzi remoti tal-Faxx Wiesa’ fl-Irlanda ta' Fuq, id-Deċiżjoni N 201/06 – Il-Greċja, Żvilupp fl-aċċess għall-faxx wiesa' f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb, u d-Deċiżjoni N 118/06 – Il-Latvija, L-iżvilupp ta' netwerks ta' komunikazzjoni bil-faxx wiesa' f'inħawi rurali.

(44)  Ara, ngħidu aħna, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni N 201/06 – Il-Greċja “Żvilupp fl-aċċess għall-faxx wiesa' f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb”.

(45)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni N 118/06 – Il-Latvija, “L-iżvilupp ta' netwerks ta' komunikazzjoni bil-faxx wiesa' f'inħawi rurali”.

(46)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006 dwar il-miżura Nru C 35/05 (ex N 59/05) li l-Pajjiżi l-Baxxi qed jippjanaw li jimplimentaw rigward infrastruttura tal-faxx wiesa’ f’Appingedam, ĠU L 86, 27.3.2007, p.1. Il-każ kien jinvolvi t-tusigħ ta' netwerk passiv (i.e. il-kanali u l-kejbils) li kien se jkun il-proprjetà tal-muniċipalità, filwaqt li s-saff attiv (jiġifieri l-ġestjoni u t-tħaddim tan-netwerk) kien se jingħata b'sejħa għall-offerti lil operatur bl-ingrossa mis-settur privat li jkun marbut li joffri bl-igrossa servizzi ta' aċċess lil fornituri oħra tas-servizz. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni nnotat li s-suq tal-faxx wiesa’ fil-Pajjiżi l-Baxxi kien suq li qed javvanza malajr u li fih il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi l-operaturi tal-kejbil u l-Fornituri tas-Servizzi tal-Internet, kienu fil-proċess li jdaħħlu servizzi tal-faxx wiesa’ b’kapaċita għolja ħafna mingħajr l-ebda sostenn mill-Istat. Il-qagħda f'Appingedam ma kienet bl-ebda mod differenti minn dik tal-bqija tas-suq tal-faxx wiesa’ fil-Pajjiżi l-Baxxi. Kemm il-fornitur ta' servizz bil-linja fissa, li kien diġà jeżisti, kif ukoll l-operatur tas-servizz bil-kejbil kienu diġà qed joffru 'servizzi triple play' f'Appingedam (telefonija, faxx wiesa' u TV diġitali/analogu) u ż-żewġ operaturi kellhom il-kapaċitajiet tekniċi biex ikomplu jkabbru l-kapaċità tal-wisa' tal-faxx tan-netwerks tagħhom.

(47)  Kif imsemmi fil-paragrafu (6), wieħed għandu jfakkar li l-aċċess għall-faxx wiesa' s'issa huwa rregolat ex ante fil-pajjiżi kollha tal-UE.

(48)  Fid-Deċiżjoni tagħha N 131/05 – Ir-Renju Unit, “Proġett tal-Faxx Wiesa’ FibreSpeed f'Wales”, il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk is-sostenn finanzjarju mogħti mill-awtoritajiet ta' Wales għall-bini ta' netwerk tal-fibra ottika miftuħ u li jista' jintuża minn operaturi differenti, li jgħaqqad flimkien 14-il ċentru ta' negozju setax xorta waħda jiġi ddikjarat kompatibbli anki jekk il-lokalitajiet li fuqhom jiffoka n-netwerk kienu diġà moqdijin mill-operatur tan-netwerk li kien diġà jeżisti, li kien jipprovdi linji mikrija rregolati mill-prezz. Il-Kummissjoni sabet li l-offerta tal-linji mikrija mill-operatur li diġà kien jeżisti kienet għalja wisq, tant li l-IŻM kważi ma setgħux jaffordjawha. Iċ-ċentri tan-negozju li għalihom kien immirat is-sostenn lanqas ma setgħu jiksbu servizzi simetriċi tal-ADSL 'il fuq minn 2 Mbps minħabba d-distanza tagħhom miċ-ċentrali telefoniċi tal-operatur li diġà kien jeżisti. Barra minn hekk, l-operatur li diġà kien hemm ma kienx qed ipoġġi l-kanali u l-fibra ottika mitfija tiegħu għad-dispożizzjoni ta' partijiet terzi. Għalhekk, il-preżenza tal-operatur li kien hemm diġà fl-inħawi fil-mira ma setgħetx tiggarantixxi servizzi b'ħeffa kbira bi prezzijiet raġjonevoli lill-IŻM. Ma kien hemm l-ebda prospett li partijiet terzi jibnu infrastruttura alternattiva biex jipprovdu servizzi b'veloċità kbira liċ-ċentri tan-negozju inkwistjoni. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 890/06 – Franza, “Għajnuna tas-Sicoval għal netwerk ta' ħeffa kbira ħafna” u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, “Programm Reġjonali tal-Faxx Wiesa”: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III.

(49)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 473/07 – L-Italja, Tqabbid mal-faxx wiesa’ għall-Alto Adige, id-Deċiżjoni N 570/07 – Il-Ġermanja, Il-faxx wiesa’ fl-inħawi rurali ta' Baden-Württemberg, id-Deċiżjoni N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ FibreSpeed f’Wales, id-Deċiżjoni N 284/05 – L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Faxx Wiesa’: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III, id-Deċiżjoni N 118/06 – Il-Latvija, L-iżvilupp ta' netwerks tal-komunikazzjoni bil-faxx wiesa' f'inħawi rurali, u d-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire.

(50)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 222/06 – L-Italja, Għajnuna biex tingħalaq il-qasma diġitali f'Sardinja, id-Deċiżjoni N 398/05 – L-Ungerija, Benefiċċju għall-faxx wiesa' mit-taxxa tal-iżvilupp, u d-Deċiżjoni N 264/06 – L-Italja, Il-faxx wiesa' għat-Toskana rurali.

(51)  Normalment fil-qafas ta' proċedura tal-Artikolu 88(2).

(52)  F'każ fejn ikun jista' jintwera li l-operaturi eżistenti ma pprovdew l-ebda tagħrif li għandu sinifikat lil awtorità pubblika għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' mappatura rikjest, tali awtoritajiet ikollhom jistrieħu biss fuq kwalunkwe tagħrif li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom.

(53)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni Nru 201/06 – Il-Greċja, 'Żvilupp fl-aċċess għall-faxx wiesa' f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb’, id-Deċiżjoni Nru 264/06 – L-Italja, 'Il-faxx wiesa’ għat-Toskana rurali', id-Deċiżjoni Nru 475/2007 – L-Irlanda, “Skema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa” (“‘NBS’)”, u d-Deċiżjoni Nru 115/2008 – Il-Ġermanja, “Il-faxx wiesa' f'inħawi rurali tal-Ġermanja”.

(54)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 508/08 – Ir-Renju Unit “Il-Forniment ta' Servizzi Remoti tal-Faxx Wiesa’ fl-Irlanda ta' Fuq”, id-Deċiżjoni N 475/07 – L-Irlanda, “Skema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa’ (NBS)”, id-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, “Proġett tal-Faxx Wiesa’ tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire”.

(55)  Għall-finijiet li wieħed jiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, l-awtorità li tagħti l-kuntratt għandha tispeċifika bil-quddiem l-ippeżar relattiv li tkun se tagħti lil kull waħda mill-kriterji (kwalitattivi) magħżulin.

(56)  S'issa kien f'każ wieħed biss li l-Kummissjoni aċċettat l-użu ġustifikat ta' soluzzjoni teknoloġika speċifika. ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 222/06 – L-Italja, “Għajnuna biex tingħalaq il-qasma diġitali f'Sardinja”. F'dak il-każ il-Kummissjoni ddeċidiet li meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi, jiġifieri 't-topografija tar-reġjun, in-nuqqas ta' netwerks tal-kejbil u l-ħtieġa li jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tal-għajnuna, jidher li l-użu tat-teknoloġija tal-ADSL huwa t-teknoloġija xierqa biex jitwettqu l-għanijiet tal-proġett', fil-paragrafu 45.

(57)  Barra minn hekk, kulmeta Stat Membru jagħżel mudell ta' ġestjoni li permezz tiegħu l-infrastruttura ssussidjata tal-faxx wiesa’ toffri lill-partijiet terzi aċċess bl-ingrossa biss, u mhux servizzi bl-imnut, id-distorsjonijiet li jista' jkun hemm tal-kompetizzjoni jkomplu jonqsu minħabba li tali mudell ta' ġestjoni tan-netwerk jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet potenzjalment kumplessi ta' pprezzar predatorju u għamliet moħbijin ta' diskriminazzjoni fl-aċċess.

(58)  F'dan ir-rigward, l-ARN għandha tagħti kas tal-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi li fil-bidu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna lill-operatur tal-infrastruttura inkwistjoni.

(59)  F'ċirkustanzi eċċezzjonali ppruvati kif għandu jkun mill-Istat Membru li jkun innotifika, il-ħolqien ta' mekkaniżmu bħal dan għal ammonti żgħar ħafna ta' għajnuna jew għal proġetti “ta' darba”, fuq skala żgħira, imsejsa fuq prinċipji sempliċi tal-akkwist jista' jimponi piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet li jkunu qed jagħmlu l-għotja u għaldaqstant ma jkunx mitlub mill-Kummissjoni.

(60)  F'dan l-istadju ta' żvilupp tat-teknoloġija u tas-suq, la t-teknoloġija tas-satellita u lanqas dik tan-netwerk mobbli ma jidhru li huma kapaċi jipprovdu servizzi simetriċi tal-faxx wiesa’ b’ħeffa kbira ħafna, għalkemm fil-ġejjieni s-sitwazzjoni tista' tinbidel, speċjalment fejn jidħlu s-servizzi mobbli (il-pass ewlieni li jmiss fil-komunikazzjonijiet bir-radju mobbli, “Evoluzzjoni Fuq Medda Twila ta' Żmien” teoretikament jista' jilħaq, jekk u meta jiġi adottat, l-ogħla rati ta' dejta ikbar ta' 10Mbps0 għal link minn fuq għal isfel u ta' 50 Mbps għal link minn isfel għal fuq).

(61)  Ara d-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, “Proġett tal-Faxx Wiesa’ tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire” u d-Deċiżjoni N 284/05 – L-Irlanda, “Programm Reġjonali tal-Faxx Wiesa”: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III.

(62)  S'issa kien biss f'żewġ każi (Appingedam u Amsterdam) li s-sostenn mill-Istat ingħata għall-introduzzjoni ta' netwerk ta' “aċċess” tal-ġenerazzjoni li jmiss biex jagħti l-konnettività bil-fibra ottika lill-qatgħa residenzjali tas-suq.

(63)  Operaturi tan-netwerks tal-faxx wiesa’ argumentaw li l-introduzzjoni ta' netwerk imsejjes fuq il-fibra ottika għadu investiment għali u riskjuż ħafna, ħlief f'inħawi fejn id-densità tal-popolazzjoni jew l-għadd ta' negozji huma kbar u fejn l-operaturi jkollhom diġà bażi sostanzjali ta' konsumaturi tal-faxx wiesa’ li jistgħu jiċċaqilqu lejn servizzi b'ħeffa ikbar. F'ċerti każi, jingħad li l-ispiża għat-tusigħ ta' NGAs u netwerks tal-fibra ottika huma għalja wisq meta mqabbla mad-dħul li wieħed jista' jistenna, b'mod li ħadd mill-fornituri mis-settur privat, jew numru żgħir wisq minnhom, jidħlu fis-suq.

(64)  Tali miżuri m'għandhomx ikunu mmirati speċifikament għal operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi imma għandhom japplikaw mingħajr distinzjoni għall-operaturi kollha fis-setturi kollha kkonċernati (inklużi, ngħidu aħna, operaturi oħra ta' servizzi essenzjali, bħal impriżi tal-gass, tad-dawl u/jew tal-ilma). Miżuri li japplikaw biss għal operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jikkostitwixxu għajnuna settorjali u b'hekk jaqgħu taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(65)  Ara, ngħidu aħna, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire, N 201/06 – Il-Greċja, Żvilupp għall-aċċess tal-faxx wiesa’ f'territorji li mhumiex moqdijin tajjeb, u N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa’ FibreSpeed f'Wales, N 284/05 – L-Irlanda, “Programm Reġjunali tal-Faxx Wiesa”: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III, id-Deċiżjoni N 381/04 - Franza, Proġett ta' netwerks ta' telekomunikazzjonijiet ta' ħeffa kbira fil-Pirinej Atlantiċi, id-Deċiżjoni N 382/05 - Franza, Tqegħid ta' infrastruttura ta' ħeffa kbira fit-territorju tar-reġjun Limousin (DORSAL), N 57/05 – Ir-Renju Unit, Sostenn Reġjonali Innovattiv għall-Faxx Wiesa’ f'Wales, u d-Deċiżjoni N 14/08 – ir-Renju Unit, Il-Faxx Wiesa' fl-Iskozja – L-Estensjoni tal-Medda tal-Faxx Wiesa’

(66)  Dan bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjunali kif imsemmi hawn fuq fil-paragrafu (39).

(67)  Jekk illum il-ġurnata d-differenza bejn post fejn huwa disponibbli biss l-internet b'faxx dejjaq (bil-linja tat-telefown) u post fejn il-faxx wiesa’ jeżisti tfisser li tal-ewwel hija żona “bajda”, hekk ukoll żona mingħajr infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-faxx wiesa’, iżda li xorta jista' jkollha installata infrastruttura waħda bażika tal-faxx wiesa’, għandha titqies bħala żona “bajda”.

(68)  L-ADSL 2+ jestendi l-kapaċità ta' netwerk tal-ADSL bażiku sa wisa’ tal-faxx massimu ta' 24 Mbps.

(69)  Żona bajda għall-NGA tista’ tikkonsisti f’żona fejn ma jkun hemm installata l-ebda infrastruttura bażika tal-faxx wiesa’ (żoni bojod tradizzjonali), kif ukoll f'żona fejn ikun hemm biss fornitur wieħed tal-faxx wiesa’ bażiku (i.e. żona griża tradizzjonali) jew ikun hemm diversi fornituri tal-faxx wiesa’ bażiku (i.e. żona sewda tradizzjonali). Kif indikat fit-Taqsima 3.4, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-faxx wiesa’ f’dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(70)  Dan il-perjodu jidher li jikkorrispondi ma' perjodu medju meħtieġ għat-tusigħ ta' netwerk ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss li tkopri belt żgħira jew belt kbira. F'dan ir-rigward, operatur għandu jkun kapaċi juri li f'perjodu ta' 3 snin, li jkun għadu se jibda, se jkun wettaq l-investimenti infrastrutturali meħtieġa sabiex sa dak il-punt ikun kopra parti sostanzjali mit-territorju u mill-popolazzjoni kkonċernati b'dan.

(71)  Żona griża għall-NGA tista’ tikkonsisti f’żona fejn (a) m’hemm l-ebda infrastruttura oħra tal-faxx wiesa’ bażiku minbarra l-NGA, (b) kif ukoll f'żona fejn hemm ukoll fornitur wieħed jew aktar tal-faxx wiesa’ bażiku (li tista' titqies bħala żona tradizzjonali griża jew sewda). Kif indikat fit-Taqsima 3.4, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-faxx wiesa’ f’dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(72)  Żona sewda għall-NGA tista’ tkun tikkonsisti wkoll f’żona b’fornitur wieħed tal-faxx wiesa’ (żona griża tradizzjonali) jew b'aktar (żona sewda tradizzjonali). Kif indikat hawn taħt, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-faxx wiesa’ f’dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(73)  F'dan ir-rigward, il-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi li fil-bidu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna għall-infrastruttura inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata.

(74)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5549 – EDF/Segebel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 235/05

1.

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru (1) li permezz tagħha l-impriża Electricité de France S.A. (“EDF”, Franza), proprjetà tal-EDF Group takkwista, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tal-SPE S.A. (“SPE”, il-Belġju) permezz tal-akkwist, bix-xiri tal-ishma tas-Segebel S.A. (“Segebel”, il-Belġju) li hi għandha s-sjieda ta’ 51 % tal-interess azzjonarju fl-SPE.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EDF Group: attiva fil-ġenerazzjoni u fil-kummerċ bl-ingrossa tal-elettriku; it-trażmissjoni, tqassim u fornitura bl-ingrossa tal-elettriku. u fil-bejgħ bl-ingrossa, kummerċ u fornitura tal-gass fi Franza, il-Belġju u l-Olanda u pajjiżi oħrajn,

SPE: attiva fil-produzzjoni tal-elettriku u fil-kummerċ u fil-provvista ta’ elettriku u gass fil-Belġju, Franza u l-Olanda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5549 – EDF/Segebel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5502 – Merck/Schering-Plough)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 235/06

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2009 il-Kummisjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Merck & Co. Inc. (“Merck”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa, skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill, mal-impriża Schering-Plough Corporation (“Schering-Plough”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Merck: kumpanija farmaċewtika globali mmexxija mir-riċerka li tiskopri, tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza firxa vasta ta’ prodotti innovattivi għas-saħħa tal-bniedem,

għal impriża Schering-Plough: kumpanija globali għall-kura tas-saħħa fuq bażi xjentifika attiva fi tliet segmenti ta’ negozju: farmaċewtiċi għas-saħħa tal-bniedem bl-obbligu ta’ preskrizzjoni, saħħa tal-annimali u kura tal-konsumatur mingħar l-obbligu ta’ preskrizzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5502 – Merck/Schering-Plough, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/28


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 235/07

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CANESTRATO DI MOLITERNO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0487-20.07.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem:

Ministero delle Politiche Agricole e Forestali Dipartimento delle Politiche di sviluppo economico e rurale, Direzione Generale per lo sviluppo agroalimentare, qualità e tutela del Consumatore, Ufficio SACO VII

Indirizz:

Via XX Settembre 20

00187 RM Roma

ITALIA

Tel.

+39 0646655104

Feks

+39 0646655306

posta elettronika:

saco7@politicheagricole.it

2.   Grupp:

Isem:

Consorzio per la tutela del Pecorino «Canestrato di Moliterno»

Indirizz:

Via Roma

85047 Moliterno PZ

ITALIA

Tel.

+39 0975668511 / 0975668519

Feks

+39 0975668537

posta elettronika:

canestrato_moliterno@virgilio.it

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3

Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Canestrato di Moliterno”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-IĠP “Canestrato di Moliterno” hija riżervata għall-ġobon tal-mogħoż u tan-nagħaġ tal-għamla iebsa, magħmul mill-ħalib sħiħ tan-nagħaġ, ta’ kwantità mhux anqas minn 70 % u mhux aktar minn 90 %, u mill-ħalib sħiħ tal-mogħoż ta’ kwantità mhux anqas minn 10 % u mhux aktar minn 30 %. Jinħareġ għall-konsum, wara mill-inqas 60 jum ta’ maturazzjoni, f’forma ċilindrika bi ġnub ċatti b’qoxra ftit ibbuzzata’l barra; b’diametru tal-uċuħ minn 15 sa 25 ċm, l-għoli tal-ġnub minn 10 sa’ 15 ċm; bil-piż li jvarja bejn 2 sa 5.5 kg skont id-daqs tal-forma; bil-qoxra tal-kulur li jvarja minn pjuttost skur fil-varjetà “primitivo” għal kannella fil-varjetà “stagionato”; bl-għamla tal-ġobon magħquda u bi dbabar żgħar imferrxin b’mod mhux regolari; meta jinqata’ l-ġobon huwa ta’ kulur abjad jew kemmxejn safrani lewn it-tiben fil-varjetà “primitivo”, u lewn it-tiben pjuttost skur fil-varjetajiet “stagionato” u “extra”. It-togħma hija pjuttost ħelwa u delikata fil-bidu tal-maturazzjoni, u aktar qawwiija u pikkanti aktar tard f’dan l-istess stadju. Il-kontenut tax-xaħam fil-materjal niexef ma jistax ikun anqas minn 30 %. Jista’ jintuża bħala ġobon ta’ fuq il-mejda jew bħala ġobon maħkuk.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona tal-oriġini tal-ħalib u tal-produzzjoni tal-“Canestrato di Moliterno” hija magħmula mill-Muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Potenza u ta’ Matera kif ġej:

fil-provinċja ta’ Potenza: Armento, Brienza, Calvello, Calvera, Carbone, Castelluccio Inferiore, Castelluccio Superiore, Castelsaraceno, Castronuovo Sant’Andrea, Cersosimo, Chiaromonte, Corleto Perticara, Episcopia, Fardella, Francavilla in Sinni, Gallicchio, Grumento Nova, Guardia Perticara, Lagonegro, Latronico, Lauria, Marsiconuovo, Marsicovetere, Missanello, Moliterno, Montemurro, Nemoli, Noepoli, Paterno, Rivello, Roccanova, Rotonda, San Chirico Raparo, San Costantino Albanese, San Martino d’Agri, San Paolo Albanese, San Severino Lucano, Sant’Arcangelo, Sarconi, Senise, Spinoso, Teana, Terranova del Pollino, Tramutola, Viggianello, Viggiano;

fil-provinċja ta’ Matera: Accettura, Aliano, Bernalda, Craco, Cirigliano, Ferrandina, Gorgoglione, Montalbano Jonico, Montescaglioso, Pisticci, Pomarico, Scanzano Jonico, Stigliano, Tursi.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess ta' produzzjoni għandha tkun sorveljata billi jiġu ddokumentati d-dħul u l-ħruġ tal-prodotti. B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'reġistri speċifiċi tal-produtturi agrikoli, ġestiti mill-korp ta' spezzjoni, tiġi rreġistrata wkoll id-dejta dwar il-ħalib li jintbagħat għall-produzzjoni tal-“Canestrato di Moliterno”, tal-produtturi u/jew proċessuri, tal-persuni responsabbli għall-maturazzjoni u tal-pakkeġġaturi, kif ukoll permezz taż-żamma tar-reġistri tal-produzzjoni u tal-ippakkjar, u tan-notifika lill-korp ta' spezzjoni tal-kwantità prodotta, tiġi ggarantita t-traċċabbiltà tal-prodott. Il-persuni kollha, fiżiċi jew ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-korp ta' spezzjoni, skont kif previst mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

L-ispeċifikazzjoni tirrikjedi, fost l-oħrajn, li l-azjendi agrikoli li jissupplixxu l-ħalib maħsub għall-ipproċessar f'ġobon tal-IĠP “Canestrato di Moliterno”, ikunu jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. L-ikel tal-annimali għandu jikkonsisti prinċipalment minn għalf frisk u ħuxlief li jitkabbru fiż-żona msemmija fil-punt 4.3. L-ikel jista' jiġu ssupplementat biss minn ċereali bħall-ħafur, ix-xgħir, il-qamħ, il-qamħirrun u minn ħaxix bħall-ful, il-fażola u ċ-ċiċri. L-użu ta' prodotti minn annimali u tas-sajlos huwa pprojbit. Il-ħalib li jiġi minn ħlib wieħed jew aktar għandu jiġi pproċessat mhux aktar minn 48 siegħa wara l-ewwel ħlib. Il-ħalib għandu jiġi min-nagħaġ tar-razez “Gentile di Puglia”, “Gentile di Lucania”, “Leccese”, “Sarda”, “Comisana” u mir-razez imħalltin tagħhom; u mill-mogħoż tar-razez “Garganica”, “Maltese”, “Jonica”, “Camosciata” mir-razez imħalltin tagħhom fir-rigward tal-mogħoż.

Il-produzzjoni tal-IĠP tista' ssir matul is-sena kollha. Il-ħalib jista' jintuża nej jew inkella jiġi ttrattat bis-sħana; f'dan il-każ jiġi injettat suċċessivament b'kulturi ta' fermentazzjonijiet naturali tal-ħalib jew b'kulturi awtoktoni magħżula Il-koagulazzjoni ssir permezz tat-tames tal-ħaruf jew tal-gidi fl-għamla ta' pejst, f'temperaturi ta' bejn 36 u 40 °C għal mhux aktar minn 35 minuta. Imbagħad il-baqta titkisser f'biċċiet tad-daqs ta' rossa. Wara li jingħata l-forma l-ġobon jiddaħħal fix-xorrox f'temperaturi mhux ogħla minn 90 °C għal mhux aktar minn tliet minuti. Jingħata l-melħ kemm fl-istat niexef kif ukoll fis-salmura; it-tnixxif isir fl-azjenda tal-ipproċessar u jdum bejn 30 u 40 jum wara li l-ġobon jingħata l-forma. Il-maturazzjoni għandha ssir esklussivament fil-fondaci (l-imħażen) taż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni jew fil-muniċipalità ta' Moliterno (PZ); Din tibda minn 31 sa 41 jum wara li l-ġobon jingħata l-forma. Matul din il-fażi l-IĠP tista' tiġi ttrattata biss biż-żejt taż-żebbuġa jew biż-żejt taż-żebbuġa miżjud bil-ħall. Il-“Canestrato di Moliterno” jista' jiġi ttratat ukoll bl-ilma tal-ġmied jew inkella bl-ilma li jitgħalla għal 25/30 minuta miżjud bil-faħam iswed miċ-ċumniji tal-injam u li mbagħad jitħalla jibred għal temperatura normali.

4.6.   Rabta:

ir-raġuni għar-reġistrazzoni tad-denominazzjoni “Canestrato di Moliterno” hija r-reputazzjoni li din id-denominazzjoni stess tgawdi. Ir-reputazzjoni rinomata tal-IĠP saħansitra fil-livell internazzjonali hija dovuta prinċipalment għal żewġ fatturi fundamentali: ir-razza tan-nagħaġ tat-territorju tal-oriġini u t-teknika partikolari ta' maturazzjoni. Ir-rażża tan-nagħaġ l-aktar mifruxa fit-territorju hija l-“Gentile di Lucania” karaterizzata mill-fatt li hija razza rustika ħafna u adattata tajjeb għall-kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi taż-żona. Hija talita ta' Merino li rriżultat mit-taħlit tar-razez li nbeda fis-seklu XV bejn il-merħliet lokali u l-imtaten tal-Merinos Spanjoli. Dan it-tip ta' taħlit tar-razez dak iż-żmien kien inbeda minħabba l-ħtieġa għal produzzjoni tajba tas-suf kif ukoll ta' kapaċità akbar ta' produzzjoni tal-laħam tal-merħliet lokali tan-nagħaġ, u b'riżultat inkisbet razza li toffri attitudnijiet ta' produzzjoni dupliċi. Madanakollu n-nuqqas ta' produttività tal-ħalib ifisser li r-razza ma trendix ħafna ħalib, iżda l-ħalib huwa ta' kwalità eċċellenti, diffiċli biex jinkiseb minn merħliet oħrajn u kkaratterizzat minn livell għoli ta' xaħam u proteini.

Iċ-ċiklu produttiv tar-razez flimkien ukoll mal-għan li l-mergħat montanjużi jiġu sfruttati bl-aħjar mod possibbli, ġabu magħhom id-drawwa ta' merħliet imħallta, ta' nagħaġ u mogħoż. Ir-razez tal-mogħoż lokali minbarra li jipproduċu ħalib ta' kwalità għolja, jipproduċuh ukoll f'kwantitajiet għoljin.

Il-karatteristika ewlenija tal-Canestrato di Moliterno tirriżulta mill-fażi tal-maturazzjoni tal-ġobon fil-kantini (fondaci) tipiċi li jinsabu fil-Muniċipalità ta' Moliterno.

Fil-fatt sal-lum il-manifatturi tal-Canestrato di Moliterno jużaw dawn il-postijiet partikolari ħafna li indiskutibbilment jikkaratterizzaw dan il-prodott u jagħtuh il-karatteristiċi organolettiċi li minn dejjem iddistingwewh. Il-fondaco jipprovdi ambjent arjuż u frisk ħafna fejn it-tagħqida ta' diversi fatturi tiddetermina l-formazzjoni tal-mikroklima li hija indispensabbli biex jinkiseb prodott kwalitattivament eċċellenti. Fil-fatt is-suċċess tal-proċess ta' maturazzjoni huwa attribwit għall-klima kiesħa u niexfa tal-post. Fl-aħħar nett, bosta fatturi, bħall-kwalità tal-materja prima, it-tekniki tal-ħidma artiġjanali u fuq kollox il-maturazzjoni jikkontribwixxu biex il-“Canestrato di Moliterno” jkollu l-karatteristiċi tipiċi li jiddistingwuh.

Skont l-ewwel xhieda storiċi tas-seklu tmintax, għan-nies ta' Moliterna, it-trobbija tan-nagħaġ kienet ix-xogħol prinċipali tagħhom. Xhieda tar-reputazzjoni famuża tal-prodott tinsab f'għadd ta' dokumenti. Fl-imgħoddi l-“Canestrato di Moliterno” kien apprezzat mhux biss fis-swieq nazzjonali, iżda wkoll fis-swieq barranin, billi b'mod partikolari kien jiġi esportat lejn l-Amerika.

4.7.   Korp ta’ spezzjoni:

Il-korp ta’ spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istandard EN 45011.

Isem:

IS.ME.CERT S.r.l.

Indirizz:

Via G.Porzio — Centro Direzionale Is. G1

80143 Napoli NA

ITALIA

Tel.

+39 0815625775

Feks

+39 0815626561

posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

L-indikazzjoni ġeografika “Canestrato di Moliterno” hija riżervata biss għall-prodott b’maturazzjoni ta’ mill-inqas 60 jum u hija pprojbita ż-żieda ta’ kwalunkwe deskrizzjoni oħra inklużi l-aġġettivi fine (fin), scelto (magħżul), selezionato (selezjonat) jew aġġettivi simili. Min-naħa l-oħra jistgħu jintużaw dawn it-termini li ġejjin skont l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni: primitivo (primittiv): riżervat għall-prodott b’maturazzjoni ta’ mill-inqas 6 xhur); stagionato (immaturat): riżervat għall-prodott b’maturazzjoni ta’ aktar minn 6 xhur u mhux aktar minn 12-il xahar); extra: riżervat għall-prodott b’maturazzjoni ta’ aktar minn 12-il xahar).

Il-“Canestrato di Moliterno” jinbiegħ għall-konsum b' marka apposta mikwija fuqu, irrappreżentata minn żewġ ċrieki konċentriċi, l-ewwel wieħed fih il-kliem “Canestrato di Moliterno”, filwaqt li t-tieni fih kastell bi tliet turretti, is-simbolu tal-muniċipalità ta’ Moliterno, tad-diametru ta’ 15-il ċm, stabbilit mill-Consorzio per la Tutela del Pecorino “Canestrato di Moliterno” (Għaqda għall-Protezzjoni tal-Isem tal-ġobon tan-nagħaġ “Canestrato di Moliterno”) taħt il-kontroll tal-korp imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont ir-regoli indikati fil-pjan ta’ kontroll approvat mill-Ministeru għall-Politika Agrikola u tal-Forestrija, fil-formoli adegwati u ċ-ċertifikati.

Image


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/32


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 235/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“KRAŠKI PRŠUT”

Nru tal-KE: SI-PGI-005-0417-29.10.2004

DOP ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jistipula l-elementi ewlenin tal-ispeċifkazzjoni tal-prodotti għal għanijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem:

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano RS

Indirizz:

Dunajska cesta 58

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14789109

Feks

+386 14789055

Posta elettronika:

varnahrana.mkgp@gov.si

2.   Grupp li qed japplika:

Isem:

GIZ Kraški pršut

Indirizz:

Šepulje 31

SI-6210 Sežana

SLOVENIJA

Tel.

+386 57310300

Feks

+386 57310330

Posta elettronika:

Kompost minn:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Grupp 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Kraški pršut”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-Kraški pršut huwa prodott tal-laħam imnixxef/immaturat mir-riġlejn ta’ wara tal-majjal frisk.

Karatteristika li tiddistingwixxi l-“Kraški pršut” hija l-forma standard u li tingħaraf tiegħu. Ir-riġlejn ta’ wara friski jiġu ppreparati mingħajr is-saqajn, iżda bil-ġilda u x-xaħam, jekk ikun fihom. Riġel ta’ wara frisk għandu jkun jiżen mill-inqas 9 kg. Il-laħam tal-muskolu jrid jestendi 5-7 ċm minn taħt ir-ras tal-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris). Fuq in-naħa ta’ ġewwa tar-riġel ta’ wara, il-laħam tal-muskolu jinkixef; il-ġilda u x-xaħam jitraqqmu kemm kemm iktar lejn il-qasba.

Kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli fil-Kras (Karst) jippermettu li jitnixxfu riġlejn ta’ wara sħaħ. Karatteristika tal-“Kraški pršut” huwa t-tnixxif bl-użu ta’ melħ tal-baħar oħxon biss Il-proprjetajiet organolettiċi karatteristiċi tiegħu, li jidhru mill-kontenut aktar baxx ta’ likwidu minħabba livell ogħla ta’ deidratazzjoni, jiżviluppaw matul perjodu twil biżżejjed ta’ tnixxif/maturazzjoni. Tipikament għandu kontenut kemmxejn ogħla ta’ melħ (sa 7,4 %), u l-qatgħat tal-laħam jinħassu fil-ħalq bħala aktar fermi. Il-grad ta’ deidratazzjoni u perjodu twil biżżejjed ta’ maturazzjoni jgħinu biex jipproduċu l-kulur karatteristiku tal-perżut meta jinqata', li huwa aħmar fir-roża b’kulur iktar skur madwar it-truf. Għandu aroma u togħma qawwijin. L-aroma pikkanti ħafna tiegħu hija karatteristika tal-grad ta’ maturazzjoni, u din ukoll tiddistingwixxih minn prieżet oħrajn.

4.3.   Żona ġeografika:

Ir-reġjun tal-Kras jinstab fil-punent tal-Primorska ċentrali. It-tmelliħ, it-tnixxif u l-maturazzjoni tal-“Kraški pršut” isiru fiż-żona limitata tal-Kras fejn il-prieżet jiġu prodotti b'mod tradizzjonali.

Il-konfini ta’ din iż-żona jwasslu minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje selo, minn hemm għall-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja u tul dik il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera ta' Lipica , minn hemm matul it-triq lejn Lokev, inkluża din il-belt, imbagħad tul it-triq lejn Divača, minn hemm f'linja dritta lejn ir-raħal ta’ Brestovica pri Povirju u jkomplu lejn l-irħula ta’ Štorje, Kazlje, Dobravlje, Ponikve, Kobdilj u Štanjel, u mbagħad f’linja dritta li tgħaddi minn Mali Dol għal Škrbina, biex ikomplu lejn Lipa u Temnica u jerġgħu lura lejn Kostanjevica na Krasu.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Il-produtturi kollha tal-“Kraški pršut” għandhom jipproduċuh fiż-żona ġeografika stipulata għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”. Sabiex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-kwalità, l-istadji kollha tal-produzzjoni jseħħu fi ħdan dik iż-żona ġeografika. Jinżamm reġistru tal-produtturi u l-istabbilimenti li jipproduċu l-“Kraški pršut”. Il-kwantità ta’ “Kraški pršut” prodott tiġi rreġistrata għal kull produttur. L-istadji kollha tal-produzzjoni jiġu mmonitorjati mill-entità ta' spezzjoni speċifikata fil-punt 4.7., li hi akkreditata skont l-istandard Ewropew EN 45011.

Qabel ma jitmelħu, ir-riġlejn ta’ wara friski tinkwilhom timbru f’post fuq il-ġilda li jkun jidher. Il-marka jkun fiha s-serje u l-jum, ix-xahar u s-sena. Dawn l-indikazzjonijiet huma obbligatorji u jiffurmaw parti integrali mill-kontrolli fuq il-proċess tal-produzzjoni kollu u t-traċċabbiltà. Jinżamm reġistru għal kull produttur, bl-għadd ta' prieżet għal kull lott. In-numru tal-lott jidher flimkien mad-dettalji tal-kontrolli fuq il-proċessi ewlenin tal-produzzjoni.

Meta t-tnixxif u l-maturazzjoni jitlestew, il-prieżet jgħaddu minn testijiet sensorji u tal-laboratorju biex tiġi ddeterminata l-kwalità, u tingħatalhom il-marka “Kraški pršut”. Prieżet sħaħ, nofsijiet u kwartijiet għandhom il-logo “Kraški pršut” ittimbrat fuq il-ġilda. Dan it-timbru juru wkoll in-numru tal-produttur.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Ebda razza speċifika ta’ ħnieżer ma hija speċifikata għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”.

Ir-riġlejn ta’ wara friski jinġabru mill-inqas 24 siegħa, iżda mhux iżjed minn 120 siegħa, wara l-qatla, iżda r-riġlejn ta’ wara li huma b’xi ħsara u dawk li jiżnu inqas minn 9 kg ma jiġux aċċettati. Ir-riġlejn ta’ wara jridu jinżammu f'ħażna mkessha f'temperatura ta' - 1 °C sa + 4 °C. Ma għandhomx jiġu ffriżati. Il-ħxuna tax-xaħam li jkopri n-naħa ta’ barra tar-riġel ta’ wara frisk u mirqum, imkejjel minn taħt r-ras l-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris), ma għandhiex tkun inqas minn 10 mm.

Il-bidu tat-tmelliħ huwa mmarkat permezz ta' kiwi bis-sħana. il-jum, ix-xahar, is-sena u l-lott.

Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef: jingħorok, jitħalla joqtor id-demm, l-użu ta’ melħ tal-baħar oħxon; l-ammont tal-melħ huwa determinat mill-piż tar-riġlejn ta’ wara.

Ir-riġlejn ta’ wara mmelħa jitpoġġew fuq xkaffi.

It-tmelliħ u t-tmelliħ mill-ġdid jitwettaq f’temperatura ta’ + 1 °C sa + 4 °C; it-tul tal-proċess tat-tmelliħ jiddependi mill-piż tar-riġlejn ta’ wara.

Jitneħħa l-melħ minn fuq il-wiċċ tar-riġlejn ta’ wara.

It-tnixxif fil-ksieħ f’arja li tiċċirkola ta’ temperatura ta’ of + 1 °C sa + 5 °C.

It-tnixxif fil-ksieħ f’arja li tiċċirkola bil-mod f’temperatura ta’ + 1 °C sa + 7 °C. Il-tul tal-istadju kollu tat-tnixxif fil-ksieħ, inkluż it-tmelliħ, huwa mill-inqas ta’ 75 jum, il-grad tat-tnixxif li jinkiseb huwa mill-inqas 16 %.

Ir-riġlejn ta’ wara jinħaslu f’ilma sħun, jitnixxfu billi jiġu xxottati u jiġu ppreparati għat-tnixxif/il-maturazzjoni.

Il-laħam tal-muskoli madwar ir-ras tal-għadma tal-koxxa (Caput ossis femoris) jitraqqam u, jekk meħtieġ, il-postijiet fejn tkun tneħħiet l-għadma tal-pelvi.

It-tnixxif/il-maturazzjoni f’temperaturi ta’ + 12 °C sa + 18 °C. Jekk ir-riġlejn ta’ wara jiżnu 9 kg fil-bidu tal-proċess, il-perjodu sħiħ tal-produzzjoni huwa mill-inqas 12-il xahar. il-perjodu ta’ produzzjoni huwa korrispondentement itwal jekk ikunu jiżnu iżjed.

Il-laħam tal-muskolu jixxaħħam f’diversi stadji matul il-proċess ta’ tnixxif/maturazzjoni. L-ammont tax-xaħam jiddependi mill-kontenut tal-ilma, il-valur aw u l-grad ta’ tnixxif milħuq. Ix-xaħam tal-majjal bil-melħ, bżar, dqiq u (jekk meħtieġ) antiossidanti miżjuda jintuża għat-tħaxxim.

Jitkejjel i-grad tat-tnixxif miksub li għandu jkun mill-inqas 33 % tal-piż inizjali tar-riġlejn ta’ wara.

Il-prieżet immaturati jitħallew f’post niexef b'ventilazzjoni tajba. Prieżet u perżut imqatta’, ippakkjat bil-vakum jew imgeżwer f’atmosfera kontrollata, jinżammu f’temperatura li ma taqbiżx + 8 °C.

It-testijiet sensorji biex jiddeterminaw jekk l-aroma hix korretta jitwettqu billi tiddaħħal il-ponta ta’ labra tal-għadam taż-żiemel fil-laħam tal-muskolu.

It-testijiet tal-laboratorju jitwettqu biex jiddeterminaw il-kontenut tal-melħ (il-massimu tal-kontenut tal-melħ huwa 7,4 %) u l-valur aw għandu jkun inqas minn 0,93).

Wara jsir l-ittimbrar bil-kiwi (għal aktar dettalji, ara l-punt 4.8: Tikkettar), il-“Kraški pršut” jista’ jinbiegħ sħiħ, bil-għadma jew bla għadma, ippakkjat sħiħ, jew f'nofsijiet jew kwarti jew, ippakkjat b’mod xieraq, f'qatgħat irqaq. It-timbru fuq il-ġilda u l-ippakkjar ma jitħassarx. Sabiex jinżammu l-proċeduri speċifiċi ta’ kwalità, il-“Kraški pršut” tista’ jitneħħielu l-għadma, jitqatta' f’biċċiet (nofsijiet jew kwarti) u jitgeżwer f’imballaġġ tal-imnut biss fi stabbilimenti ċċertifikati għall-produzzjoni tal-“Kraški pršut”. Biex tkun żgurata is-sikurezza mikrobijoloġika u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tipiċi organolettiċi tal-perżut, bħall-aroma, il-kulur, u l-għamla, dawn l-istabbilimenti biss jistgħu jqattgħu il-perżut u jippakkjaw il-biċċiet f’vakum jew f’atmosfera modifikata.

4.6.   Rabta:

L-indikazzjoni ġeografika hija fuq kollox ibbażata fuq it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-“Kraški pršut” u l-fama tiegħu stabbilita għal tul ta’ żmien.

Il-Kras (Karst) hija qortin b'pajżagg varjat fil-Lbiċ tas-Slovenja. Tifforma unità naturali distinta u hija definita b’mod ċar mir-reġjuni oħrajn fil-qrib. Il-Kras kien l-ewwel reġjun fl-Ewropa, u saħansitra fid-dinja, deskritta bħala li għandu karatteristiċi tal-aħrax (karst). Il-ħamrija hija kalkarja; il-parti tal-art li tinħadem, il-“ħamrija l-ħamra”, trendi ftit li xejn. Il-Kras huwa l-post fejn klima Meditteranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali li tonfoħ ’l isfel mill-Grigal lejn il-Golf ta’ Trieste, ġeneralment magħruf bħala “Bora”. Il-varjetà tal-qortin tal-Kras u l-qrubija mmedjata tal-baħar ifissru li dejjem hemm riħ jew fewġa u li l-umdità relattiva hija komparattivament baxxa, u dawn, flimkien mal-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-veġetazzjoni, ipprovdew minn żmien il-qedem kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli lin-nies tal-lokal biex inixxfu l-laħam.

Is-suċċess f’termini ta’ kobor, fama u żvilupp attwali tal-produzzjoni tal-perżut fil-Kras ġej mit-tekniki tradizzjonali u individwali użati mill-bdiewa. It-tnixxif ta’ biċċiet tal-laħam imur lura għaż-żmien meta l-Kras kellha l-ewwel popolazzjoni. L-iżvilupp ta’ Trieste bħala ċentru urban ewlieni u l-iżvilupp ta’ rotot bħal dawk li jgħaqqdu Vjenna ma’ Trieste, li kienu jgħaddu mill-Kras, żiedu d-domanda għal perżut fost il-kummerċjanti u s-sidien tal-lukandi żgħar. Il-fama tal-perżut kibret fl-istess waqt. Hekk kif żdiedet id-domanda għall-perżut, kif ukoll il-fama tiegħu, hekk ukoll żdied l-interess fil-produzzjoni tal-“Kraški pršut”.

Fl-1689 Valvasor kiteb hekk fuq in-nies tal-Kras:

“Dawn in-nies twajba jgħinu lilhom infushom kif jistgħu u jgħixu ħajja fqira; ikunu ferħanin ħafna jekk ikolhom biċċa xaħam tal-majjal (li jistgħu jiddiġerixxuha minħabba x-xogħol iebes tagħhom), basla, u kisra ħobż tal-maħlut b'xejn fuqha. F’xi lokalitajiet hemm nuqqas konsiderevoli ta’ injam, u speċjalment fis-sajf, ta’ ilma nadif.” (Rupel, 1969)

Fl-1960, fil-ktieb “Slovensko Primorje”, A. Melik kiteb hekk:

“It-trobbija tal-ħnieżer hija żviluppata sew fil-Kras. Hija x-xewqa ta’ kull bidwi li jkun jista’ joqtol il-ħnieżer għall-ħtiġijiet tiegħu stess. It-trobbija tal-ħnieżer għandha rabta mal-produzzjoni alimentari fil-ġonna u l-għelieqi għas-suq. It-temperaturi fix-xitwa huma adattati, u l-laħam jiġi ppreżervat ‘nej’, imnixxef fil-forma ta’ ‘Kraški pršut’.”

Għalhekk, matul iż-żminijiet, is-sengħa teknika evolviet mal-esperjenza u saret tradizzjoni. Fil-produzzjoni ta' prodotti ta' laħam imnixxef, in-nies tal-Kras dejjem jużaw il-metodu tat-trattament bil-melħ u jużaw il-melħ b'moderazzjoni, sabiex il-prodotti tagħhom ikollhom dak il-bilanċ tajjeb fit-togħma ta’ bejn mielħa u ħelwa. Ir-riġlejn ta’ wara u l-ispalel jitmellħu sħaħ. F’żoni oħrajn tas-Slovenja r-riġlejn ta’ wara normalment jinqasmu f’biċċiet iżgħar u tintuża s-salmura, b’taħlita ta’ tmelliħ niexef u mxarrab.

Il-kwalità titlob standards eżatti u sorveljanza permanenti matul il-proċess tal-produzzjoni. Ħidma konsiderevoli minn individwi wasslet għal esperjenza għanja, li saret tradizzjoni. Is-sengħa tal-fażijiet individwali tal-produzzjoni taħt kundizzjonijiet klimatiċi naturali wasslet, bis-saħħa tal-proċess ta’ maturazzjoni, għall-iżvilupp tal-karatteristiċi tipiċi organolettiċi tal-perżut, ir-riħa, it-togħma, il-kulur u l-għamla tiegħu. Dawn il-karatteristiċi issa saru n-norma u jikkontribwixxu għall-fama tal-Kraški pršut. dan huwa eżempju tal-armonija bejn il-bnedmin u n-natura. L-għarfien ibbażat fuq l-esperjenza żviluppa matul iż-żmien, u dan wassal biex il-Kraški pršut ikollu l-forma rikonoxxibbli u l-karatteristiċi organelettiċi tiegħu.

Fl-1953, seħħ xiri organizzat ta’ prieżet. Il-koperattiva tal-bdiewa ta' Štanjel xtrat 3 000-4 000 perżuta fis-sena f’dak iż-żmien. Il-prieżet kienu jinxtraw minn bdiewa fiż-żoni ta’ Štanjel u Vrhov u fiż-żona tal-Kras. Il-prieżet kienu jiżnu aktar minn 8 kg u l-perjodu tat-tnixxif u l-maturazzjoni kien ta' 18-il xahar. Xi wħud mill-prieżet kienu esportati lejn is-suq Taljan. Lukandi kbar u żgħar fis-Slovenja kienu jixtru wkoll il-prieżet, li kkontribwixxew għal dak li seta' joffri s-settur tal-lukandi u tal-ikel. Sabiex tintlaħaq id-domanda fis-suq, koperattivi u impriżi daħlu għall-produzzjoni tal-perżut. Mill-1963 sal-1977, it-tekniki tat-tmelliħ, l-iffumigar u t-tnixxif użati kienu l-istess eżatt bħal dawk użati fil-farms. Il-perżut beda jingħata t-tikketta “Kraški pršut” wkoll fl-1963.

L-1977 ġabet epoka ġdida fil-produzzjoni ta' “Kraški pršut” u speċjalitajiet ta’ laħam mnixxef ieħor, meta l-produtturi bdew joperaw unitajiet tal-produzzjoni tal-perżut mgħammra b’teknoloġija speċjali (magħrufa bħala “pršutarne”). Id-dehra tipika u l-karatteristiċi organolettiċi tal-perżut jirriflettu l-kultura gastronomika tal-Kras.

4.7.   Entità li tispezzjona:

Isem:

Bureau Veritas, d.o.o.

Indirizz:

Linhartova 49a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14757670

Feks

+386 14747602

Posta elettronika:

info@bureauveritas.si

4.8.   Tikkettar:

Proprjetà rikonoxxuta tal-“Kraški pršut” hija l-logo fil-forma ta’ perżuta, bl-iskrizzjoni “Kraški pršut”. Ma’ din il-logo hemm ukoll in-numru tal-produttur. Il-logo titqiegħed fuq il-ġilda ta’ prieżet sħaħ bil-għadma, prieżet bla għadma u nofsijiet u kwarti ta' prieżet permezz ta’ kiwi ta’ timbru. Meta jinbiegħ imqatta’, il-perżut iżomm parti tal-ġilda li fiha jkun hemm it-timbru mikwi.

Il-kiwi tal-timbru jiggarantixxi l-kwalità tal-prodott u li kien prodott fiż-żona ġeografika speċifika skont l-ispeċifikazzjoni u li kien soġġett għal sorveljanza adegwata. Il-produtturi kollha tal-“Kraški pršut” li jkunu kisbu ċ-ċertifikat tal-konformità tal-produzzjoni mal-ispeċifikazzjonijiet għandhom dritt jużaw it-tikketta tal-logo.

Huma biss il-prieżet bil-għadma, prieżet bla għadma, nofsijiet u kwarti u perżut imqatta' li għandhom il-marka mikwija fuqhom, li jista’ jkollhom fuq it-tikketta tagħhom il-logo ta’ “Kraški pršut” bil-kliem “indikazzjoni ġeografika protetta”. Perżut imqatta’ u ppakkjat f’vakum jew f’atmosfera modifikata għandu l-logo “Kraški pršut” stampata fuq it-tikketta tiegħu.

Il-logo jiġi stampat fuq il-lemin tal-iskrizzjoni “Kraški pršut”. Il-pożizzjoni tiegħu hija obbligatorja għal kull produttur. It-tikketta għandha l-iskrizzjoni “indikazzjoni ġeografika protetta” u n-numru taċ-ċertifikat imsemmi. Il-prodott jiġi mmarkat ukoll bis-simbolu tal-kwalità tar-Repubblika tas-Slovenja u/jew is-simbolu Komunitarju korrispondenti.