ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.220.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
12 ta' Settembru 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 220/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 205, 29.8.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 220/02

Kawża C-208/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Landessozialgericht — Il-Ġermanja) Petra von Chamier-Glisczinski vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse (Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Titolu III, Kapitolu 1 — Artikoli 18 KE, 39 KE u 49 KE — Benefiċċji f’oġġetti [in natura] intiżi sabiex ikopru r-riskju għal min ma jistax jgħin lilu nnifsu — Residenza fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti — Sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza li ma tinkludix benefiċċji in natura relatati mar-riskju għal min ma jistax igħin lilu nnifsu [riskju ta’ dipendenza])

2

2009/C 220/03

Kawża C-385/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Interseroh Dienstleistungs GmbH, Vfw GmbH, Landbell AG für Rückhol-Systeme, BellandVision GmbH (Appell — Kompetizzjoni — Artikolu 82 KE — Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ imballaġġi użati fil-Ġermanja — Logo Der Grüne Punkt — Dritt dovut skont il-kuntratt għall-użu tal-logo — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Dritt esklużiv ta’ proprjetarju ta’ trade mark — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva — Artikoli 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2009/C 220/04

Kawża C-427/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Aċċess għall-ġustizzja — Direttiva 2003/35/KE)

3

2009/C 220/05

Kawża C-428/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — l-Ingilterra) — Mark Horvath vs Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs) (Politika agrikola komuni — Skemi diretti ta’ appoġġ — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Artikolu 5 u Anness IV — Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba — Manutenzjoni ta’ mogħdijiet li fir-rigward tagħhom hemm servitujiet ta’ jedd ta’ mogħdija — Implementazzjoni minn Stat Membru — Trasferiment ta’ kompetenzi lill-awtoritajiet reġjonali ta’ Stat Membru — Diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju)

4

2009/C 220/06

Kawża C-440/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Franċiża (Appell — Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Regolament (KEE) Nru 4064/89 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Annullament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità minħabba l-illegalità kkonstatata — Kundizzjonijiet)

4

2009/C 220/07

Kawża C-481/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol — Dannu reali u ċert)

5

2009/C 220/08

Kawża C-537/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA (Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri — Drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jkunu kweżiti fid-data li fiha jibda l-leave — Kontinwità fil-ġbir tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali matul il-leave — Direttiva 79/7/KEE — Prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali — Ksib ta’ drittijiet għal pensjoni ta’ invalidità permanenti matul il-leave tal-ġenituri)

6

2009/C 220/09

Kawża C-554/07: Rikors imressaq fil-11 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

6

2009/C 220/10

Kawża C-5/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — Id-Danimarka) — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening (Drittijiet tal-awtur — Soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikoli 2 u 5 — Xogħlijiet letterarji u artistiċi — Kunċett ta’ riproduzzjoni — Riproduzzjoni parzjali — Riproduzzjoni ta’ siltiet qosra minn xogħlijiet letterarji — Artikli tal-istampa — Riproduzzjonijiet temporanji u tranżitorji — Proċess tekniku li jikkonsisti fl-iskanjar diġitali ta’ artikli segwit minn tibdil f’fajl ta’ test, mill-ipproċessar elettroniku tar-riproduzzjoni, mill-ħażna ta’ parti minn din ir-riproduzzjoni u mill-istampar tagħha)

7

2009/C 220/11

Kawża C-12/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-cour du travail de Liège — il-Belġju) — Mono Car Styling SA, fi stralċ vs Dervis Odemis et (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 98/59/KE — Artikoli 2 u 6 — Proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-persunal f’każ ta’ tkeċċijiet kollettivi — Obbligi ta’ min iħaddem — Dritt ta’ rikors tal-ħaddiema — Ħtieġa ta’ interpretazzjoni konformi)

7

2009/C 220/12

Kawża C-56/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Pärlitigu OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Subintestatura NM 05119110 — Subintestatura NM 03032200 — Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku — Regolament (KE) Nru 85/2006 — Dazji antidumping)

8

2009/C 220/13

Kawża C-69/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro — l-Italja) — Raffaello Visciano vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Politika soċjali — Protezzjoni tal-impjegati — Insolvenza ta’ min iħaddem — Direttiva 80/987/KEE — Obbligu ta’ ħlas tal-intier ta’ krediti mhux imħallsa sa limitu massimu stabbilit minn qabel — Natura tal-krediti tal-impjegat fil-konfront tal-istituzzjoni ta’ garanzija — Terminu ta’ preskrizzjoni)

9

2009/C 220/14

Kawżi magħquda C-124/08 u 125/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Gilbert Snauwaert, Algemeen Expeditiebedrijf Zeebrugge BVBA, Coldstar NV, Dirk Vlaeminck, Jeroen den Haerynck, Ann de Wintere (C-124/08), Géry Deschaumes (C-125/08) vs Belgische Staat (Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Dejn doganali — Ammont ta’ dazju — Komunikazzjoni lid-debitur — Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri f’qorti kriminali)

9

2009/C 220/15

Kawża C-126/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Distillerie Smeets Hasselt NV vs L-Istat Belġjan, Louis De Vos, Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV, Daniel Van den Langenbergh, Firma De Vos NV u L-Istat Belġjan vs Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV u Louis De Vos vs L-Istat Belġjan (Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi doganali tal-Komunità — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji — Reġistrazzjoni fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti — Rapport li jservi ta’ dħul fil-kontijiet — Għoti ta’ kopja tar-rapport bħala komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji legalment dovuti)

10

2009/C 220/16

Kawża C-165/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Organiżmi modifikati ġenetikament — Żerriegħa — Projbizzjoni ta’ tpoġġija fis-suq — Projbizzjoni ta’ inklużjoni fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet — Direttivi 2001/18/KE u 2002/53/KE — Invokazzjoni ta’ motivi ta’ natura etika u reliġjuża — Oneru tal-prova)

10

2009/C 220/17

Kawża C-168/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Franza) — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady) (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Artikolu 64 — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Applikazzjoni għal sentenza mogħtija fi Stat Membru li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-2004 — Artikolu 3(1) — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ divorzju — Elementi ta’ rabta rilevanti — Residenza abitwali — Ċittadinanza — Konjuġi residenti fi Franza u li għandhom, it-tnejn, ċittadinanza Franċiża u Ungeriża)

11

2009/C 220/18

Kawża C-189/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV/SA (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kunċett tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq)

11

2009/C 220/19

Kawżi magħquda C-202/08 P u 208/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — American Clothing Associates SA u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Proprjetà intellettwali — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trademark Komunitarja — Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali — Raġunijiet assoluti għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Trade marks identiċi jew li jixxiebhu ma’ emblema ta’ Stat — Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru — Applikabbiltà għal trade marks għal servizi)

12

2009/C 220/20

Kawża C-244/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sitt Direttiva VAT — Artikolu 17 — Tmien Direttiva 79/1072/KEE — Artikolu 1 — Tlettax-il Direttiva VAT — Artikolu 1 — Rifużjoni jew tnaqqis tal-VAT — Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Istat Membru kkonċernat)

12

2009/C 220/21

Kawża C-254/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — L-Italja) — Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl vs Comune di Casoria) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/12/KE — Artikolu 15(a) — Nuqqas ta’ attribuzzjoni tal-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni effettiva tiegħu — Kompatibbiltà mal-prinċipju li min iniġġes iħallas)

13

2009/C 220/22

Kawża C-344/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Kościanie — Repubblika tal-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach (Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi — Speċi elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 — Prova tan-natura legali tal-ksib ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi — Oneru tal-prova — Preżunzjoni tal-innoċenza — Drittijiet tad-difiża)

14

2009/C 220/23

Kawża C-574/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Suq intern — Moviment liberu tal-kapital — Ġlieda kontra l-frodi u kontra l-ħasil ta’ flus)

14

2009/C 220/24

Opinjoni 1/09: Talba għal opinjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 300(6) KE

15

2009/C 220/25

Kawża C-483/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2009 — Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Riżervazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem tad-dominju galileo.eu — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE — Deċiżjoni li tikkonċerna individwalment persuna fiżika jew ġuridika — Rikors manifestament infondat)

15

2009/C 220/26

Kawża C-565/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 2009 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), American Medical Systems, Inc. (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva AMS Advanced Medical Services — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Appell li sar irrilevanti — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

15

2009/C 220/27

Kawża C-136/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2009 — Japan Tobacco, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Torrefacção Camelo Lda (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(5) — Ħsara lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Profitt indebitu bbażat fuq il-karattru distintiv jew fuq ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Riskju — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal figurattiv CAMELO — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi CAMEL)

16

2009/C 220/28

Kawża C-300/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Leche Celta, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark imħallta, verbali u figurattiva, Celia — Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni — Xebh tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma’ trade mark preċedenti — Trade mark li tropri prodotti identiċi — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Appell manifestament inammissibbli)

16

2009/C 220/29

Kawża C-394/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Zipcar, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Artikolu 8(1))(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark verbali ZIPCAR — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali CICAR)

17

2009/C 220/30

Kawża C-454/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Ottubru 2008 — Seaport Investments Ltd vs Department of the Environment for Northern Ireland

17

2009/C 220/31

Kawża C-218/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (Il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2009 — I. SGS Belgium NV v Belgisch Interventie-en Restitutiebureau, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV u II. Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV vs SGS Belgium NV u Belgisch Interventie en Restitutiebureau

17

2009/C 220/32

Kawża C-222/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ Ġunju 2009 — Kronospan Mielec sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie

18

2009/C 220/33

Kawża C-226/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

18

2009/C 220/34

Kawża C-229/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Rechtsanwaltssozietät Lovells vs Bayer CropScience AG

19

2009/C 220/35

Kawża C-230/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Koblenz vs Kurt Etling u Thomas Etling GbR; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

19

2009/C 220/36

Kawża C-231/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Oldenburg vs 1. Theodor Aissen, 2. Hermann Rohaan; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

19

2009/C 220/37

Kawża C-232/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Dita Danosa vs SIA LKB Līzings

20

2009/C 220/38

Kawża C-233/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — G.A. Dijkman u M.A. Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat

20

2009/C 220/39

Kawża C-237/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2009 — L-Istat tal-Belġju vs Nathalie de Fruytier

20

2009/C 220/40

Kawża C-239/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2009 — SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

21

2009/C 220/41

Kawża C-242/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Albron Catering BV vs FNV Bondgenoten, John Roest

21

2009/C 220/42

Kawża C-245/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

21

2009/C 220/43

Kawża C-248/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (il-Latvja) fis- 7 ta’ Lulju 2009 — SIA Pakora Pluss vs Valsts ieņēmumu dienests

22

2009/C 220/44

Kawża C-249/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (L-Estonja) fis-7 ta’ Lulju 2009 — Novo Nordisk AS vs Ravimiamet

22

2009/C 220/45

Kawża C-250/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Vassil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet Sofia, filial Plovdiv

23

2009/C 220/46

Kawża C-256/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2009 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

23

2009/C 220/47

Kawża C-258/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

23

2009/C 220/48

Kawża C-259/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

24

2009/C 220/49

Kawża C-260/09 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2009 minn Activision Blizzard Germany GmbH (li qabel kienet CD-Contact data GmbH) mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ April 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-18/03, CD-Contact Data GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

24

2009/C 220/50

Kawża C-261/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2009 — Proċedura ta’ estradizzjoni kontra Gaetano Mantello

25

2009/C 220/51

Kawża C-263/09: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 minn Edwin Co. Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Mejju, fil-Kawża T-165/06, Elio Fiorucci vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

25

2009/C 220/52

Kawża C-267/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

27

2009/C 220/53

Kawża C-268/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Vasil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv

28

2009/C 220/54

Kawża C-269/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

28

2009/C 220/55

Kawża C-272/09 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 minn KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Mejju 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-127/04, KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

29

2009/C 220/56

Kawża C-278/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-16 ta’ Lulju 2009 — Olivier Martinez, Robert Martinez vs Société MGN Ltd.

29

2009/C 220/57

Kawża C-294/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

30

2009/C 220/58

Kawża C-213/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

30

2009/C 220/59

Kawża C-435/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

30

2009/C 220/60

Kawża C-459/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

31

2009/C 220/61

Kawża C-500/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

31

2009/C 220/62

Kawża C-503/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

31

2009/C 220/63

Kawża C-534/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — KLG Europe Eersel BV vs Reedereikontor Adolf Zeuner GmbH

31

2009/C 220/64

Kawża C-10/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

31

2009/C 220/65

Kawża C-11/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

31

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 220/66

Kawża T-106/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Nota ta’ debitu — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att konfermatorju — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

32

2009/C 220/67

Kawża T-504/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mologen vs UASI (dSLIM) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2009/C 220/68

Kawża T-545/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Nuqqas ta’ żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta)

32

2009/C 220/69

Kawża T-238/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Lulju 2009 — Sniace vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddijara għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

33

2009/C 220/70

Kawża T-235/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco

33

2009/C 220/71

Kawża T-256/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

33

2009/C 220/72

Kawża T-257/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

34

2009/C 220/73

Kawża T-259/09: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni vs Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari u Gessa

34

2009/C 220/74

Kawża T-260/09 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Mejju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-27/08, Simões Dos Santos vs UASI

35

2009/C 220/75

Kawża T-261/09 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fit-28 April 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi magħquda F-5/05, Violetti et vs Il-Kummissjoni, u F-7/05, Schmit vs Il-Kummissjoni

35

2009/C 220/76

Kawża T-264/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk

36

2009/C 220/77

Kawża T-270/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2009 — PVS vs UASI — MeDiTA Medizinischer Kurierdienst (medidata)

36

2009/C 220/78

Kawża T-271/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI — British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)

37

2009/C 220/79

Kawża T-272/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Pineapple Trademarks vs UASI — Dalmau Salmons (KUSTOM)

37

2009/C 220/80

Kawża T-274/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Bahn AG vs UASI — DSB (IC4)

38

2009/C 220/81

Kawża T-275/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 — Sepracor Pharmaceuticals (l-Irlanda) vs Il-Kummissjoni

38

2009/C 220/82

Kawża T-278/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter vs UASI (GG)

39

2009/C 220/83

Kawża T-279/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri)

39

2009/C 220/84

Kawża T-282/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru ta’ lewn aħdar)

40

2009/C 220/85

Kawża T-285/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 220/86

Kawża T-286/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Intel vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 220/87

Kawża T-291/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Carrols vs UASI — Gambettola (Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL)

42

2009/C 220/88

Kawża T-297/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Lulju 2009 — Mepos Electronics vs UASI (MEPOS)

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 220/89

Kawża F-65/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 220/90

Kawża F-67/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Angulo Sanchez vs Il-Kunsill

43

2009/C 220/91

Kawża F-68/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Barbin vs Il-Parlament

43

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/1


2009/C 220/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 205, 29.8.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 193, 15.8.2009

ĠU C 180, 1.8.2009

ĠU C 167, 18.7.2009

ĠU C 153, 4.7.2009

ĠU C 141, 20.6.2009

ĠU C 129, 6.6.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Landessozialgericht — Il-Ġermanja) Petra von Chamier-Glisczinski vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

(Kawża C-208/07) (1)

(“Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Titolu III, Kapitolu 1 - Artikoli 18 KE, 39 KE u 49 KE - Benefiċċji f’oġġetti [in natura] intiżi sabiex ikopru r-riskju għal min ma jistax jgħin lilu nnifsu - Residenza fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti - Sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza li ma tinkludix benefiċċji in natura relatati mar-riskju għal min ma jistax igħin lilu nnifsu [riskju ta’ dipendenza]”)

2009/C 220/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Landessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petra von Chamier-Glisczinki.

Konvenuta: Deutsche Angestellten-Krankenkasse.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerisches Landessozialgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149 p.2), fid-dawl tal-Artikoli 18, 39 u 49 KE flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għal ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p.2) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li membru tal-familja ta’ persuna impjegata, li jirrisjiedi ġewwa Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti, u li jibbenefika, f’dan Istat Membru tal-aħħar, minn servizzi għal kura mħallta (benefiċċji fi flus u benefiċċji in natura) għandu biss dritt għal allowance ta’ dipendenza (“Pflegegeld”), ikkalkolata skond id-dritt tal-Istat kompetenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza ma tipprovdix benefiċċji in natura għas-servizzi ta’ kura li huwa jirċiervi f’dan l-Istat Membru — Esportazzjoni tal-benefiċċji in natura fi Stat Membru ieħor li fih is-sistema ta’ sigurtà soċjali tinkludi biss il-benefiċċji fi flus.

Dispożittiv

1)

Meta, għad-differenza tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat kompetenti, dik tal-Istat Membru fejn tirrisjedi persuna li ma tistax tgħin lilha nnifisha, assigurata bħala membru tal-familja ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għal ħaddiema impjegati, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendat tiegħu u rivedut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, ma tipprevedix l-għoti ta’ benefiċċji in natura f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza bħal dawk ta’ din il-persuna, l-Artikoli 19 jew 22(1)(b) tal-imsemmi regolament ma jirrikjedux, per se, l-għoti ta’ benefiċċji tali barra mill-Istat kompetenti minn jew f’isem l-istituzzjoni kompetenti.

2)

Meta, għad-differenza tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat kompetenti, dik tal-Istat Membru ta’ residenza ta’ persuna li ma tistax tieħu ħsieb tagħha nnifisha, assigurata bħala membru tal-familja ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u rriveduta mir-Regolament Nru 118/97, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 1386/2001, ma tipprevedix is-servizz ta’ benefiċċji in natura f’sitwazzjonijiet partikolari ta’ persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom, l-Artikolu 18 KE ma jipprekludix f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni bħal dik stabbilita mill-Artikolu 34 tat-Titolu XI tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Sozialgesetzbuch), li abbażi tagħha istituzzjoni kompetenti tirrifjuta li tieħu akkarigu tagħha, irrispettivament mill-mekkaniżmi stabbiliti mill-Artikolu 19 jew, meta jkun il-każ, l-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament u għal perijodu ta’ żmien indeterminat, l-ispejjeż relatati mar-residenza fi stabbiliment tal-kura li jinsab fl-Istat Membru ta’ residenza sa ammont ekwivalenti għall-benefiċċji li l-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom li kieku tingħatalha l-istess assistenza fi stabbiliment irrikonoxxut li jinsab fl-Istat kompetenti.


(1)  ĠU C 155, 07.07.2007.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Interseroh Dienstleistungs GmbH, Vfw GmbH, Landbell AG für Rückhol-Systeme, BellandVision GmbH

(Kawża C-385/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ imballaġġi użati fil-Ġermanja - Logo “Der Grüne Punkt” - Dritt dovut skont il-kuntratt għall-użu tal-logo - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Dritt esklużiv ta’ proprjetarju ta’ trade mark - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva - Artikoli 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2009/C 220/03

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Wagner u B. Meyring, Rechtsanwälte)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u R. Sauer, aġenti), Vfw GmbH (rappreżentant: H. Wissel, Rechtsanwalt), Landbell AG für Rückhol-Systeme (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte), BellandVision GmbH (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Interseroh Dienstleistungs GmbH (rappreżentanti: M. W. Pauly, A. Oexle u J. Kempkes, Rechtsanwälte)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-24 ta’ Mejju 2007, fil-Kawża T-151/01, Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/463/KE, tal-20 ta’ April 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (Każ COMP D3/34493 — DSD) (ĠU L 166, p. 1) — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ mballaġġi kkumerċjalizzati fil-Ġermanja u li għandhom il-logo “Der Grüne Punkt”

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-istanza preżenti sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet, minn Intersoh Dienstleistungs GmbH, minn Vfw GmbH, minn Landbell AG für Rückhol-Systeme u minn BellandVision GmbH.


(1)  ĠU C 269 10.11.2009


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-427/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Aċċess għall-ġustizzja - Direttiva 2003/35/KE”)

2009/C 220/04

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia, P. Olivier u J,-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, M. Collins SC, D. McGrath, BL)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3 u mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)

Dispożittiv

1)

L-Irlanda,

billi ma adottatx, b’mod konformi mal-Artikolu 2(1) u mal-Artikolu 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1995, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex, qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent li jaqgħu fil-kategorija tal-bini tat-toroq koperta mill-punt 10(e) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, ikunu suġġetti, b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-direttiva, għal proċedura ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u għal stima fir-rigward tal-effetti tagħhom, u

billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 3(3) sa (7), u mal-Artikolu 4(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, u billi ma nnotifikatx uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt id-Direttiva 85/337 kif emendata bid-Direttiva 97/11 u taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — l-Ingilterra) — Mark Horvath vs Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs)

(Kawża C-428/07) (1)

(“Politika agrikola komuni - Skemi diretti ta’ appoġġ - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 5 u Anness IV - Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba - Manutenzjoni ta’ mogħdijiet li fir-rigward tagħhom hemm servitujiet ta’ jedd ta’ mogħdija - Implementazzjoni minn Stat Membru - Trasferiment ta’ kompetenzi lill-awtoritajiet reġjonali ta’ Stat Membru - Diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju”)

2009/C 220/05

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mark Horvath

Konvenut: Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 u tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1) — Kriterji tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ddefiniti mill-Artikolu 5 u mill-Anness IV tar-Regolament — Possibbiltà li jiġu inklużi rekwiżiti dwar il-manutenzjoni ta’ servitujiet ta’ jedd pubbliku ta’ mogħdija viżibbli — Sistema interna ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-awtoritajiet reġjonali għandhom kompetenza leġiżlattiva għall-partijiet differenti li jikkostitwixxu dan l-Istat Membru bil-konsegwenza li l-partijiet differenti jkollhom standards differenti fil-qasam tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba

Dispożittiv

1)

Stat Membru jista’ jinkludi, fost l-istandards tal-kundizzjoni agrikola ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 5 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, rekwiżiti dwar il-manutenzjoni tal-mogħdijiet viżibbli li fir-rigward tagħhom hemm servitujiet ta’ jedd pubbliku ta’ mogħdija, sakemm l-imsemmija rekwiżiti jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ dawn il-mogħdijiet bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ jew, jekk ikun il-każ, sabiex jiġi evitat it-taħsir tal-ambjenti naturali

2)

Meta s-sistema kostituzzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li l-awtoritajiet reġjonali għandhom kompetenza leġiżlattiva, l-adozzjoni biss, mill-imsemmija awtoritajiet, ta’ standards differenti dwar il-kundizzjoni agrikola ambjentali tajba skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV tar-Regolament Nru 1782/2003 ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni kuntrarja għad-dritt Komunitarju.


(1)  ĠU C 297, 08.12.2007


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-440/07 P) (1)

(Appell - Konċentrazzjonijiet bejn impriżi - Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Annullament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità minħabba l-illegalità kkonstatata - Kundizzjonijiet)

2009/C 220/06

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Petite, F. Arbault, T. Christoforou, C.-F. Durand u R. Lyal, aġenti)

Appellati: Schneider Electric SA, (rappreżentanti: M. Pittie u A. Winckler, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-351/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza kkundannat lill-Komunità Ewropea tagħmel tajjeb, minn naħa, għall-ispejjeż sostnuti minn Schneider Electric sabiex tipparteċipa fit-tkomplija tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-310/01 u T-77/02) u, min-naħa l-oħra, għal żewġ terzi tad-dannu mġarrab minn Schneider Electric minħabba l-ammont tat-tnaqqis fil-prezz ta’ trasferiment ta’ Legrand SA li Schneider Electric kellha tagħti lill-akkwirenti bħala korrispettiv għall-posponiment tad-data finali għat-twettiq effettiv tal-bejgħ ta’ Legrand sal-10 ta’ Diċembru 2002 — Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Kunċetti ta’ nuqqas, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn in-nuqqas imwettaq u d-dannu mġarrab — Ksur “suffiċjentement serju” tad-dritt Komunitarju li jivvizzja proċedura ta’ kontroll tal-kompatibbbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il Kummissjoni (T-351/03), hija annullata sa fejn:

tikkundanna lill-Komunità Ewropea tikkumpensa żewġ terzi tad-dannu invokat minn Schneider Electric SA minħabba l-ammont tat-tnaqqis fil-prezz tat-trasferiment ta’ Legrand li hija tat lill-akkwirenti bħala korrispettiv għall-posponiment sal-10 ta’ Diċembru 2002 tat-twettiq effettiv tal-bejgħ;

ordnat perizja sabiex jiġi stmat dan il-kap tad-dannu;

tat interessi fuq il-kumpens korrispondenti għal dan id-dannu.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, f’terminu ta’ tliet xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, l-istima tad-dannu kkostitwit mill-ispejjeż sostnuti minn Schneider Electric SA sabiex tipparteċipa fit-tkomplija tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-22 ta’ Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-310/0l u T-77/02), stima stabbilita bi ftehim komuni skont il-metodi indikati fil-punt 216 ta’ din is-sentenza.

4)

Fin-nuqqas ta’ tali ftehim, il-partijiet għandhom jippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu.

5)

Il-kumplament tar-rikors ta’ Schneider Electric SA huwa miċħud.

6)

Schneider Electric SA hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza u ma’ din il-proċedura, żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill Kummissjoni fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 22, 26.01.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-481/07 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol - Dannu reali u ċert)

2009/C 220/07

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: SELEX Sistemi Integrati SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u A. Neri, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Awwissu 2007, SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni (T-186/05) li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata fil-liġi t-talba għall-ħlas ta’ kumpens għal danni allegatament subiti mill-appellanti b’riżultat tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2004, li tiċħad l-ilment tal-appellanti fir-rigward ta’ allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SELEX Sistemi Integrati SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA

(Kawża C-537/07) (1)

(Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri - Drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jkunu kweżiti fid-data li fiha jibda l-leave - Kontinwità fil-ġbir tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali matul il-leave - Direttiva 79/7/KEE - Prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali - Ksib ta’ drittijiet għal pensjoni ta’ invalidità permanenti matul il-leave tal-ġenituri)

2009/C 220/08

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-punti 6 u 8 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996 (ĠU L 145, p. 4) u tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 6, p. 24) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni ta’ invalidità skont il-paga li wieħed jaqla’ matul ċertu perijodu qabel is-seħħ tal-fatt li jagħti lok għall-pensjoni — Leave tal-ġenituri part-time matul dan il-perijodu — Effetti

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 2, punt 6, tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jidher fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, tista’ tiġi invokata minn individwi quddiem qorti nazzjonali.

2)

Il-Klawżola 2, punti 6 u 8, tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri ma tipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-pensjoni ta’ invalidità permanenti ta’ ħaddiem, tal-fatt li dan tal-aħħar ibbenifika minn perijodu ta’ leave tal-ġenituri part time li matulu huwa ħallas kontribuzzjonijiet u kiseb drittijiet ta’ pensjoni fi proporzjon mas-salarju rċevut.

3)

Il-Klawżola 2, punt 8, tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri ma timponix obbligi fuq l-Istati Membri, għajr dak li jeżaminaw u jiddeterminaw il-kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali marbuta ma’ dan il-ftehim qafas b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. B’mod partikolari, hija ma tobbligahomx jipprovdu, matul il-perijodu tal-leave tal-ġenituri, għall-kontinwità tal-ġbir tal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali. L-imsemmija Klawżola 2, punt 8, ma tistax tiġi invokata quddiem qorti nazzjonali minn individwi kontra l-awtoritajiet pubbliċi.

4)

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, ma jipprekludux li, matul il-perijodu ta’ leave tal-ġenituri part time, ħaddiem jikseb drittijiet għal pensjoni ta’ invalidità permanenti skont il-ħin ta’ xogħol imwettaq u s-salarju rċevut, u mhux bħallikieku eżerċita attività full time.


(1)  ĠU C 64, 8.03.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/6


Rikors imressaq fil-11 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-554/07)

2009/C 220/09

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li billi naqset milli tittrasponi korrettament fil-leġiżlazzjoni Irlandiża l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/112 (inkluż l-Anness 1 għad-Direttiva) u konsegwentement, billi eskludiet mill-portata tat-taxxa l-attivitajiet ekonomiċi kollha, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, li jitwettqu mill-Istat, minn awtoritajiet lokali u minn korpi oħra rregolati mid-dritt pubbliku, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lill-Irlanda tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-Irlanda, l-Istat u l-awtoritajiet lokali huma meqjusa bħala persuni taxxabbli fil-każ biss li tinħareġ ordni speċifika għal dan il-għan mill-Ministru tal-Finanzi. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-iskema stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-VAT fir-rigward ta’ ħafna aspetti. L-ewwel nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni għall-intaxxar tal-korpi pubbliċi meta ma jaġixxux fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi. It-tieni nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni ġenerali għall-intaxxar ta’ l-awtoritajiet pubbliċi meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi iżda jwettqu attività ekonomika li n-nuqqas ta’ intaxxar tagħha jirriżulta f’distorsjoni sinjifikanti tal-kompetizzjoni. L-intaxxar ta’ korpi pubbliċi huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-Ministru tal-Finanzi; l-ebda kriterju għad-deċiżjoni tiegħu ma jinsab fid-dispożizzjonijiet rilevanti. It-tielet nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni għall-intaxxar ta’ l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva tal-VAT.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — Id-Danimarka) — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-5/08) (1)

(Drittijiet tal-awtur - Soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikoli 2 u 5 - Xogħlijiet letterarji u artistiċi - Kunċett ta’ “riproduzzjoni” - Riproduzzjoni “parzjali” - Riproduzzjoni ta’ siltiet qosra minn xogħlijiet letterarji - Artikli tal-istampa - Riproduzzjonijiet temporanji u tranżitorji - Proċess tekniku li jikkonsisti fl-iskanjar diġitali ta’ artikli segwit minn tibdil f’fajl ta’ test, mill-ipproċessar elettroniku tar-riproduzzjoni, mill-ħażna ta’ parti minn din ir-riproduzzjoni u mill-istampar tagħha)

2009/C 220/10

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenut: Danske Dagblades Forening

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5(1) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10) — Kumpannija li l-attività prinċipali tagħha tikkonsisti fir-redazzjoni ta’ sunti ta’ artikli ta’ ġurnali bl-użu tal-iskanjar — Ħażna ta’ silta minn artiklu li tikkonsisti f’kelma minn riċerka, flimkien mal-ħames kelmiet li jippreċeduha u l-ħames kelmiet li jiġu warajha — Atti temporanji ta’ riproduzzjoni

Dispożittiv

1)

Att li twettaq matul proċess ta’ ksib ta’ data, li jikkonsisti fil-ħażna informatika ta’ silta minn xogħol protett komposta minn ħdax-il kelma kif ukoll fl-istampar ta’ din is-silta, jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ riproduzzjoni parzjali skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jekk, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, l-elementi li ttieħdu huma l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess.

2)

L-att ta’ stampar ta’ silta komposta minn ħdax-il kelma, li jitwettaq waqt proċess ta’ ksib tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar in-natura temporanja stabbilita fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 u għalhekk, dan il-proċess ma jistax jitwettaq mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-cour du travail de Liège — il-Belġju) — Mono Car Styling SA, fi stralċ vs Dervis Odemis et

(Kawża C-12/08) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/59/KE - Artikoli 2 u 6 - Proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-persunal f’każ ta’ tkeċċijiet kollettivi - Obbligi ta’ min iħaddem - Dritt ta’ rikors tal-ħaddiema - Ħtieġa ta’ interpretazzjoni konformi)

2009/C 220/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mono Car Styling SA, fi stralċ

Konvenut: Dervis Odemis et

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour du travail de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi (ĠU L 225, p. 16) — Regolarità tal-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-persunal fil-każ ta’ tkeċċija — Nuqqas ta’ komunikazzjoni bil-miktub dwar, b’mod partikolari, ir-raġunijiet tal-pjan ta’ tkeċċija, in-numru u l-kategorija ta’ ħaddiema li għandhom jitkeċċew u l-kriterji maħsuba għall-għażla tal-imsemmija ħaddiema — Effett tan-nuqqas ta’ konsultazzjoni, minn naħa tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq id-dritt tal-ħaddiema li jressqu rikors sabiex jikkontestaw ir-regolarità tal-proċedura ta’ tkeċċija — Portata tar-rekwiżiti ta’ interpretazzjoni konformi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, moqri flimkien mal-Artikolu 2 ta’ dan, għandu jiġi interpretat bħala li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali milli tistabbilixxi proċeduri li jippermettu kemm lir-rappreżentanti tal-ħaddiema kif ukoll lil dawn tal-aħħar li individwalment jiżguraw l-osservanza tal-obbligi previsti minn din id-direttiva, iżda li jillimita d-dritt individwali tal-ħaddiema li jippreżentaw rikors f’dak li jirrigwarda l-ilmenti li jistgħu jiġu invokati u li jagħmlu suġġett għall-fatt li l-oġġezzjonijiet ikunu fformulati minn qabel fir-rigward ta’ min iħaddem mir-rappreżentanti tal-ħaddiema, kif ukoll li l-ħaddiem ikkonċernat jikkomunika minn qabel lil min iħaddem, dwar il-fatt li jikkontesta li l-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni ġiet osservata.

2)

Iċ-ċirkustanza li leġiżlazzjoni nazzjonali, li tistabbilixxi għar-rappreżentanti tal-ħaddiema proċeduri li jippermettulhom li jiżguraw l-osservanza minn min iħaddem tal-obbligi kollha ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni stabbiliti mid-Direttiva 98/59, hija suġġetta għal limiti u tagħmel kundizzjoni fuq id-dritt individwali ta’ kull ħaddiem suġġett għal tkeċċija kollettiva li jippreżenta rikors mhijiex ta’ natura li tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva.

3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas mill-obbligi ta’ min iħaddem li biħsiebu jipproċedi għal tkeċċijiet kollettivi meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti f’dan l-Artikolu 2. Fl-applikazzjoni tad-dritt intern, il-qorti nazzjonali għandha, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali, tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha ta’ dan u tinterpretahom sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-għan tad-Direttiva 98/59 sabiex jintlaħaq ir-riżultat mistenni minnha. Konsgewentement, għandha tiżgura fil-kuntest tal-ġuriżdizzjoni tagħha, li l-obbligi ta’ min iħaddem ma jitnaqqsux meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Pärlitigu OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

(Kawża C-56/08) (1)

(“Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Subintestatura NM 05119110 - Subintestatura NM 03032200 - Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku - Regolament (KE) Nru 85/2006 - Dazji antidumping”)

2009/C 220/12

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pärlitigu OÜ

Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tallinna Halduskohus — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p. 1), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali — Validità tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1) — Klassifikazzjoni fl-intestatura 0303220015 (salamun tat-trobbija ffriżat, oħrajn) jew 0511911000 (skart tal-ħut), għall-finijiet tal-ġbir ta’ dazji antidumping — Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xewk tad-dahar iffriżat tas-salamun tat-trobbija tal-Atlantiku (Salmo salar), miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 0303 22 00 bil-kundizzjoni li l-merkanzija tkun adattata għall-konsum mill-bniedem fil-mument tal-iżdoganar, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro — l-Italja) — Raffaello Visciano vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-69/08) (1)

(Politika soċjali - Protezzjoni tal-impjegati - Insolvenza ta’ min iħaddem - Direttiva 80/987/KEE - Obbligu ta’ ħlas tal-intier ta’ krediti mhux imħallsa sa limitu massimu stabbilit minn qabel - Natura tal-krediti tal-impjegat fil-konfront tal-istituzzjoni ta’ garanzija - Terminu ta’ preskrizzjoni)

2009/C 220/13

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raffaello Visciano

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli Sezione Lavoro — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE tal-20 ta’ Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23) — Garanzija tal-pagi li jikkorrispondu għall-aħħar tliet xhur tal-kuntratt ta’ impjieg, fil-limitu ta’ livell stabbilit minn qabel — Tnaqqis tal-kumpens imħallas mill-pagi mħallsa bil-quddiem minn min iħaddem — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti differenza fil-klassifikazzjoni tal-istess servizz skont il-persuna marbuta li tipprovdih u li tippermetti bdil fit-terminu ta’ preskrizzjoni sabiex tittieħed azzjoni ġudizzjarja

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE tal-20 ta’ Ottubru 1980 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-krediti mhux imħallsa tal-impjegati jiġu kklassifikati bħala “benefiċċji tas-sigurtà soċjali” meta dawn jitħallsu minn istituzzjoni ta’ garanzija.

2)

Id-Direttiva 80/987 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża bħala sempliċi terminu ta’ paragun il-kreditu inizjali marbut mal-paga tal-impjegat sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju li għandu jiġi ggarantit permezz tal-intervent minn fond ta’ garanzija.

3)

Fil-kuntest ta’ talba minn impjegat għall-ksib minn fond ta’ garanzija tal-ħlas ta’ krediti ta’ paga mhux imħallsa, id-Direttiva 80/987 ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sena (prinċipju ta’ ekwivalenza). Madankollu, huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li teżamina jekk il-formulazzjoni tiegħu jirrendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ drittijiet rikonoxxuti mill-ordni ġuridiku Komunitarju (prinċipju ta’ effettività).


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Gilbert Snauwaert, Algemeen Expeditiebedrijf Zeebrugge BVBA, Coldstar NV, Dirk Vlaeminck, Jeroen den Haerynck, Ann de Wintere (C-124/08), Géry Deschaumes (C-125/08) vs Belgische Staat

(Kawżi magħquda C-124/08 u 125/08) (1)

(“Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Dejn doganali - Ammont ta’ dazju - Komunikazzjoni lid-debitur - Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri f’qorti kriminali”)

2009/C 220/14

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gilbert Snauwaert, Algemeen Expeditiebedrijf Zeebrugge BVBA, Coldstar NV, Dirk Vlaeminck, Jeroen den Haerynck, Ann de Wintere (C-124/08), Géry Deschaumes (C-125/08)

Konvenuta: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof can Cassatie can België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 221(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (verżjoni fis-seħħ fl-1992) (ĠU L 302, p. 1) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew tad-dazji fuq l-esportazzjoni — Bżonn jew le tad-dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazju qabel il-komunikazzjoni lid-debitur — Terminu ta’ preskrizzjoni — Frodi tad-dwana — Kundanna in solidum

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni mill-awtoritajiet doganali lid-debitur, skont il-proċeduri xierqa, tal-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li għandu jitħallas tista’ ssir b’mod validu biss jekk l-ammont ta’ dawn id-dazji jkun iddaħħal fil-kontijiet preċedentement mill-imsemmija awtoritajiet.

2)

L-Artikolu 221(3) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkomunikaw b’mod validu lid-debitur l-ammont tad-dazji legalment dovuti wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data li fiha jinħoloq id-dejn doganali meta l-ammont eżatt tal-imsemmija dazji ma setax jiġi ddeterminat mill-imsemmija awtoritajiet bħala riżultat ta’ att li jista’ jagħti lok għal proċeduri f’qorti kriminali, inkluż meta l-imsemmi debitur ma jkunx l-awtur ta’ dan l-att.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Distillerie Smeets Hasselt NV vs L-Istat Belġjan, Louis De Vos, Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV, Daniel Van den Langenbergh, Firma De Vos NV u L-Istat Belġjan vs Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV u Louis De Vos vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-126/08) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi doganali tal-Komunità - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji - Reġistrazzjoni fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti - Rapport li jservi ta’ dħul fil-kontijiet - Għoti ta’ kopja tar-rapport bħala komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji legalment dovuti)

2009/C 220/15

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Distillerie Smeets Hasselt NV, L-Istat Belġjan, Louis De Vos

Konvenuti: L-Istat Belġjan, Louis De Vos, Bollen, Mathay & Co BVBA, liquidateur de Transterminal Logistics NV, Daniel Van den Langenbergh, Firma De Vos NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 217(1) u 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (verżjoni fis-seħħ fl-1992)(ĠU L 302, p. 1) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Neċessità jew le ta’ dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji qabel il-komunikazzjoni lid-debitur — Kunċett ta’ “dħul fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti”

Dispożittiv

Artikolu 217 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dħul tal-ammont tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali jsir permezz tad-dħul tal-imsemmi ammont fir-rapport redatt mill-awtoritajiet doganali kompetenti u li jikkonstata ksur tal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-165/08) (1)

(Organiżmi modifikati ġenetikament - Żerriegħa - Projbizzjoni ta’ tpoġġija fis-suq - Projbizzjoni ta’ inklużjoni fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet - Direttivi 2001/18/KE u 2002/53/KE - Invokazzjoni ta’ motivi ta’ natura etika u reliġjuża - Oneru tal-prova)

2009/C 220/16

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u A. Szmytkowska, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, p.1), u tal-Artikoli 4(4) u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, p.1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ġenetikament modifikati kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet

Dispożittiv

1)

Billi pprojbixxiet iċ-ċirkulazzjoni libera ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ġenetikament modifikati kif ukoll l-introduzzjoni tal-varjetajiet ġenetikament modifikati fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, kif ukoll taħt l-Artikoli 4(4) u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Franza) — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)

(Kawża C-168/08) (1)

(“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Artikolu 64 - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni għal sentenza mogħtija fi Stat Membru li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-2004 - Artikolu 3(1) - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ divorzju - Elementi ta’ rabta rilevanti - Residenza abitwali - Ċittadinanza - Konjuġi residenti fi Franza u li għandhom, it-tnejn, ċittadinanza Franċiża u Ungeriża”)

2009/C 220/17

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iaszlo Hadadi (Hadady)

Konvenuta: Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU L 160, p. 19) u tal-Artikoli 3 u 64 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1) — Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent ta’ sentenza ta’ divorzju — Elementi ta’ rabta rilevanti: domiċilju jew ċittadinanza tal-partijiet ?

Dispożittiv

1)

Meta l-qorti ta’ Stat Membru mitluba tirrikonoxxi sentenza għandha tivverifika, skont l-Artikolu 64(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, jekk il-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini ta’ sentenza kellhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan l-istess regolament, din l-aħħar dispożizzjoni tipprekludi lill-qorti tal-Istat Membru mitluba tirrikonoxxi sentenza milli tikkunsidra lill-konjuġi li għandhom iż-żewġ ċittadinanzi kemm ta’ dan l-Istat kif ukoll tal-Istat Membru tal-oriġini bħala ċittadini tal-Istat Membru li ntalab jirrikonoxxi sentenza biss. Din il-qorti għandha, għall-kuntrarju, tikkunsidra l-fatt li l-konjuġi għandhom ukoll iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru tal-oriġini u li, għalhekk, il-qrati ta’ dan tal-aħħar jista’ jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu l-kawża.

2)

Meta kull wieħed mill-konjuġi għandu ċittadinanza tal-istess żewġ Stati Membri, l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprekludi li l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri tiġi eskluża minħabba l-fatt li l-attur ma jurix elementi ta’ rabta oħra ma’ dan l-Istat. Min-naħa l-oħra, il-qrati tal-Istati Membri li tagħhom il-konjuġi għandhom iċ-ċittadinanza għandhom ġurisdizzjoni skont din id-dispożizzjoni, u dawn jistgħu jagħżlu l-qorti tal-Istat Membru li quddiemu ser tinstema’ l-kawża.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV/SA

(Kawża C-189/08) (1)

(“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq””)

2009/C 220/18

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuid-Chemie BV

Konvenuta: Philippo’s Mineralenfabriek NV/SA

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Interpretazzjoni tal-kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” — Il-post fejn l-avveniment dannuż ikun twettaq — Il-post tal-avveniment kawżattiv (“Handlungsort”) u l-post fejn seħħet il-ħsara (“Erfolgsort”) — Kriterji ta’ rabta

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ kontestazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-frażi “post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] ikun twettaq” tirreferi għall-post fejn id-dannu inizjali seħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — American Clothing Associates SA u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawżi magħquda C-202/08 P u 208/08 P) (1)

(“Appell - Proprjetà intellettwali - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trademark Komunitarja - Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali - Raġunijiet assoluti għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark - Trade marks identiċi jew li jixxiebhu ma’ emblema ta’ Stat - Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru - Applikabbiltà għal trade marks għal servizi”)

2009/C 220/19

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: American Clothing Associates NV (rappreżentanti: P. Maeyaert, advocaat, N. Clarembeaux u C. De Keersmaeker, avocats) (C-202/08 P), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-208/08)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-202/08), American Clothing Associates NV (rappreżentanti: P. Maeyaert, advocaat, N. Clarembeaux u C. De Keersmaeker, avocats) (C-208/08 P)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2008, American Clothing Associates vs UASI (T-215/06) li permezz tagħha l-Qorti ta’ Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2006, li ċaħdet ir-reġistrazzjoni bħala trademark Komunitarja ta’ sinjal ta’ werqa tal-aġġru għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks — Ksur tal-Artikoli 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trademark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) u 6(b)(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali tal-20 ta’ Marzu 1993, kif irriveduta u emendata — Raġunijiet assoluti għal rifjut ta’ reġistrazzjoni — Trademarks identiċi jew simili għal emblema ta’ Stat — Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru

Dispożittiv

1)

L-appell ippreżentat minn American Clothing Associates NV fil-Kawża C-202/08 P huwa miċħud.

2)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta’ Frar 2008, American Clothing Associates vs UASI (T-215/06) hija annullata, sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2006 (Każ R-1463/2005-1) li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta werqa tal-aġġru bħala trade mark Komunitarja.

3)

Ir-rikors ippreżentat minn American Clothing Associates NV fil-Kawża T-215/06 huwa miċħud.

4)

American Clothing Associates NV hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C-202/08 P u C-208/08 P.


(1)  ĠU C 209. 15.08.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-244/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sitt Direttiva VAT - Artikolu 17 - Tmien Direttiva 79/1072/KEE - Artikolu 1 - Tlettax-il Direttiva VAT - Artikolu 1 - Rifużjoni jew tnaqqis tal-VAT - Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Istat Membru kkonċernat)

2009/C 220/20

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, G. De Bellis u G. Calmieri, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, p. 11) u tal-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 1986, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus [fuq id-dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [rifużjoni] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità — Rifużjoni tal-VAT lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Italja

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Taljana naqset, fil-qasam tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuna taxxabbli li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Istat Membru kkonċernat, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, u tal-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 1986, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus [fuq id-dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [rifużjoni] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, billi obbligat lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Italja u li, matul il-perijodu kkonċernat, ipprovdiet merkanzija jew provvista ta’ servizzi fl-Italja, sabiex titlob ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq l-input skont il-proċeduri previsti minn dawn id-direttivi pjuttost milli tnaqqasha meta x-xiri li għalih tkun qed tintalab ir-rifużjoni ta’ din it-taxxa ma jkkun sar bl-involviment ta’ dan l-istabbiliment fiss, iżda direttament mill-istabbiliment prinċipali ta’ din il-persuna taxxabbli.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — L-Italja) — Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl vs Comune di Casoria)

(Kawża C-254/08) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/12/KE - Artikolu 15(a) - Nuqqas ta’ attribuzzjoni tal-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni effettiva tiegħu - Kompatibbiltà mal-prinċipju li min iniġġes iħallas)

2009/C 220/21

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl

Konvenut: Comune di Casoria

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9) — Sistema nazzjonali li ma tattribwix l-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni jew iż-żamma tiegħu sabiex jinġabar minn kollettur jew minn impriża responsabbli għar-rimi tiegħu — Kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”

Dispożittiv

L-Artikolu 15(a) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-finanzjament ta’ servizz ta’ mmaniġġjar u ta’ rimi tal-iskart urban, taxxa li hija kkalkolata abbażi ta’ evalwazzjoni tal-volum ta’ skart iġġenerat li dawn tal-aħħar kienu effettivament ipproduċew u ppreżentaw għall-ġbir.

Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li ġew ippreżentati quddiemha, jekk it-taxxa għar-rimi tal-iskart solidu urban intern twassalx għall-attribuzzjoni lil ċerti “detenturi”, f’dan il-każ l-istabbilimenti ta’ lukandi, ta’ spejjeż manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-volumi jew man-natura tal-iskart li huma jistgħu jipproduċu.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Kościanie — Repubblika tal-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach

(Kawża C-344/08) (1)

(“Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Speċi elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 - Prova tan-natura legali tal-ksib ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi - Oneru tal-prova - Preżunzjoni tal-innoċenza - Drittijiet tad-difiża”)

2009/C 220/22

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Kościanie

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Tomasz Rubach

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Kościanie (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, p. 1) — Kunċett ta’ “prova” tan-natura legali tal-ksib tal-ispeċi elenkati fl-Anness B

Dispożittiv

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra persuna akkużata li kisret din id-dispożizzjoni, il-mezzi ta’ prova kollha li huma ammissibbli skont ir-regoli tal-proċedura tal-Istat Membru kkonċernat fi proċeduri simili huma, bħala prinċipju, ammissibbli sabiex jiġi deċiż jekk il-ksib ta’ kampjuni ta’ speċi ta’ annimali elenkati fl-Anness B ta’ dan ir-regolament huwiex legali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tali persuna tista’ tuża dawn il-provi kollha sabiex tipprova li hija daħlet fil-pussess tal-imsemmija kampjuni b’mod legali, skont il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-574/08) (1)

(Suq intern - Moviment liberu tal-kapital - Ġlieda kontra l-frodi u kontra l-ħasil ta’ flus)

2009/C 220/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, p. 29)

Dispożittiv

1)

Billi m’adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Talba għal opinjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 300(6) KE

(Opinjoni 1/09)

2009/C 220/24

Lingwa tal-proċedura: Il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa mill-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-C. Piris, F. Florindo Gijón, G. Kimberley, aġenti)

Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-ftehim previst li joħloq sistema unifikata għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi (attwalment imsejjaħ “Qorti għal Privattivi Ewropej u Komunitarji”) (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


(1)  Dokument ta’ ħidma tal-Kunsill rigward test rivedut tal-Presidenza dwar Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Qorti għal Privattivi Ewropej u Komunitarji u Abbozz ta’ Statut (Dokument 7928/09 tat-23 ta’ Marzu 2009).


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2009 — Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-483/07 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Riżervazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem tad-dominju “galileo.eu” - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE - Deċiżjoni li tikkonċerna individwalment persuna fiżika jew ġuridika - Rikors manifestament infondat)

2009/C 220/25

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG (rappreżentant: K. Bott, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Awwissu 2007, fil-kawża T-46/06, Galileo Lebensmitte vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-Ogħla Livell the.eu [.eu] u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, p. 40), l-isem tad-dominju “galileo.eu” bħala isem ta’ dominju riżervat għall-użu tal-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità — Rekwiżit li r-rikorrent ikun ikkonċernat individwalment mid-deċiżjoni kkontestata — Ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 2009 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), American Medical Systems, Inc.

(Kawża C-565/07 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva AMS Advanced Medical Services - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Appell li sar irrilevanti - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2009/C 220/26

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: AMS Advanced Medical Services GmbH (rappreżentant: S. Schäffler, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: G. Schneider, aġent), American Medical Systems, Inc. (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, Rechtsanwälte)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2007, AMS vs UASI — American Medical Systems (AMS Advanced Medical Services) (T-425/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva Komunitarja “AMS Advanced Medical Services” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 42 kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2003, li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “AMS” — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Ammissibbiltà ta’ talba għal provi tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba mill-applikant quddiem il-Bord ta’ l-Appell

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn AMS Advanced Medical Services GmbH.

2)

AMS Advanced Medical Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.


(1)  GU C 64, 08.03.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2009 — Japan Tobacco, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Torrefacção Camelo Lda

(Kawża C-136/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Ħsara lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Profitt indebitu bbażat fuq il-karattru distintiv jew fuq ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Riskju - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal figurattiv “CAMELO” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi CAMEL)

2009/C 220/27

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Japan Tobacco, Inc. (rappreżentanti: A. Ortiz López, S. Ferrandis González u E. Ochoa Santamaría, abogados)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Torrefacção Camelo Lda

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008, Japan Tobacco vs UASI u Torrefacção Camelo (T-128/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tobacco vs Torrefacção Camelo — Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p.1) — Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Profitt indebitu bbażat fuq il-karattru distintiv tat-trade mark jew il-ħsara magħmula lil din tal-aħħar

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Japan Tobacco Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 209, 15.08.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Leche Celta, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA

(Kawża C-300/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark imħallta, verbali u figurattiva, Celia - Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni - Xebh tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma’ trade mark preċedenti - Trade mark li tropri prodotti identiċi - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli)

2009/C 220/28

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Leche Celta, SL (rappreżentant: J. Calderón Chavero, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Celia SA (rappreżentanti: D. Masson u F. de Castelnau, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-23 ta’ April 2008, Leche Celta vs L-UASI (T-35/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti magħmul kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2006, rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leche Celta SL u Celia SA — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) — Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Probabbiltà ta’ konfużjoni marbuta ma’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark simili għal trade mark preċedenti għal prodotti identiċi — Paragun tas-sinjali fuq il-livell viżiv, fonetiku u kunċettwali

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Leche Celta SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Zipcar, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-394/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Artikolu 8(1))(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark verbali ZIPCAR - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali CICAR)

2009/C 220/29

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Zipcar, Inc. (rappreżentanti: M. Elmslie, solicitor)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008, Zipcar vs UASI (T-36/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZIPCAR” għal prodotti fil-klassijiet 9, 39 u 42 kontra d-deċiżjoni R 122/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Novembru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “CICAR” għal servizzi fil-klassi 39

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Zipcar Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 285, 08.11.2008


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Ottubru 2008 — Seaport Investments Ltd vs Department of the Environment for Northern Ireland

(Kawża C-454/08)

2009/C 220/30

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Seaport Investments Ltd

Konvenut: Department of the Environment for Northern Ireland

B’digriet tal-20 ta’ Mejju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari inammissibbli.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (Il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2009 — I. SGS Belgium NV v Belgisch Interventie-en Restitutiebureau, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV u II. Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV vs SGS Belgium NV u Belgisch Interventie en Restitutiebureau

(Kawża C-218/09)

2009/C 220/31

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel.

Partijiet fil-kawża prinċipali

I.

SGS Belgium NV

vs

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Firme Derwa NV

Centraal Beheer Achmea NV

II.

Firme Derwa NV

Centraal Beheer Achmea NV

vs

SGS Belgium NV

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Domandi preliminari

Il-frażi “force majeure”, li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 (1), tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dannu lil-laħam taċ-ċanga matul it-trasportazzjoni tiegħu fl-ippakjar korrett u f’container imkessaħ, li jżomm it-temperatura meħtieġa b’mod kostanti, jikkostitwixxi, bħala regola, force majeure?


(1)  ĠU 1987 L 351, p. 1.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ Ġunju 2009 — Kronospan Mielec sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie

(Kawża C-222/09)

2009/C 220/32

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kronospan Mielec sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie

Domandi preliminari

a)

It-tielet inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1, iktar ’il quddiem is-“Sitt Direttiva”), li issa jikkorrispondi għall-Artikolu 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112/KE”), għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ inġiniera pprovduti lil persuna suġġetta għall-VAT li tagħmel ordni li tinkludi l-imsemmija servizzi għal konsumatur stabbilit fi Stat Membru ieħor, huma ntaxxati fil-post fejn il-konsumatur (li jkun talab is-servizz) ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss,

b)

jew għandu jiġi aċċettat li l-provvista ta’ dawn is-servizzi, bħala servizzi li għandhom bħala suġġett attivitajiet xjentifiċi, huma ntaxxati fil-post fejn dawn ikunu fiżikament imwettqa, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tas-Sitt Direttiva (li issa sar l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112/KE),

peress li dawn is-servizzi għandhom in-natura ta’ xogħlijiet ta’ studju u ta’ kejl tal-emissjonijiet, bħal dawk previsti fid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent u b’mod partikolari t-twettiq ta’ studju fuq l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u tal-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet CO2, l-istabbilliment u l-kontroll tad-dokumentazzjoni marbuta max-xogħlijiet iċċitati iktar ’il fuq kif ukoll l-analiżi tas-sorsi ta’ tniġġiż potenzjali, u jitwettqu bil-ħsieb li jiġu akkwistati esperjenzi ġodda u tagħrif teknoloġiku li jippermetti l-manifattura ta’ materjali, prodotti u installazzjonijiet ġodda u li jiġu applikati proċessi teknoloġiċi ġodda fil-proċess ta’ produzzjoni?


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/18


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-226/09)

2009/C 220/33

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Konstantinidis, A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi attribwixxiet piż lill-kriterji għall-għoti ta’ kuntratt wara d-data tal-egħluq għas-sottomissjoni tal-offerti, u billi emendathom wara r-reviżjoni inizjali tal-offerti mitfugħa, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-każ tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni, l-awtorità kontraenti ppubblikat kundizzjonijiet u termini fejn kien raġonevoli li jitqies li l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt kienu ser jiġu applikati f’ordni ta’ importanza dixxendenti. Wara d-data tal-egħluq tal-offerti mitfugħa, hija ddeċidiet li tattribwixxi piż relattiv lill-kriterji għall-għoti ta’ kuntratt. Wara reviżjoni inizjali tal-offerti mitfugħa, il-grupp ta’ evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti ddiskuta l-possibbiltà li jiġi varjat dan il-piż, u eventwalment li jiġi emendat.

Il-piż relattiv mogħti lill-kriterji għall-għoti tal-kuntratt wara s-sottomissjoni tal-offerti u r-reviżjoni inizjali biddel l-enfasi fost il-kriterji għall-għoti ta’ kuntratt u alloka importanza relattiva materjalment differenti minn dik li offerent kien raġonevolment mistenni li jifhem mid-dokumenti tal-kuntratt.

Peress li l-proċedura għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni hija għall-provvista ta’ servizzi li mhumiex elenkati fl-Anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE (1), ir-regoli proċedurali ddettaljati ta’ dik id-direttiva ma japplikawx. Għaldaqstant, anki l-Artikolu 40 tad-direttiva, li jistabbilixxi li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw fis-sejħa tal-offerti, tal-anqas, il-piż relattiv ta’ kriterji għall-għoti tal-kuntratt, jew l-ordni dixxendenti ta’ importanza tagħhom, ma japplikax. Madankollu, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, l-awtorità kontraenti hija marbuta li tosserva l-prinċipji fundamentali tat-Trattat, inklużi l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

Il-Kummissjoni ssostni li billi emendat il-kriterji għall-għoti ta’ kuntratt waqt il-proċedura għall-għoti, l-awtorità kontraenti, li kellha l-obbligu li tosserva r-regoli u l-prinċipji fundamentali tat-Trattat KE, kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi

ĠU L 134, p. 114


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Rechtsanwaltssozietät Lovells vs Bayer CropScience AG

(Kawża C-229/09)

2009/C 220/34

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rechtsanwaltssozietät Lovells

Konvenuta: Bayer CropScience AG

Domanda preliminari

L-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) tiddependi esklużivament fuq l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE (2) jew ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll abbażi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE?


(1)  ĠU L 198, p. 30

(2)  ĠU L 230, p. 1


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Koblenz vs Kurt Etling u Thomas Etling GbR; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

(Kawża C-230/09)

2009/C 220/35

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Koblenz.

Konvenuta: Kurt Etling u Thomas Etling GbR.

Intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

Domanda preliminari

Id-dritt Komunitarju, b’mod speċjali l-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur, matul il-perijodu li matulu kwantità ta’ referenza tkun ġiet ittrasferita lilu minn produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fuqha xi ħalib ikun diġà ġie ttrasferit minn dan il-produttur l-ieħor matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar meħud inkunsiderazzjoni?


(1)  ĠU L 270, p. 123.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Oldenburg vs 1. Theodor Aissen, 2. Hermann Rohaan; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

(Kawża C-231/09)

2009/C 220/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent

:

Hauptzollamt Oldenburg

Konvenuti

:

1.

Theodor Aissen,

2.

Hermann Rohaan

Intervenjent

:

Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur li, matul perijodu kurrenti ta’ tnax-il xahar, jakkwista azjenda agrikola mingħand produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fir-rigward tagħha, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni, il-ħalib ġie kkunsinnat mill-produttur l-ieħor qabel it-trasferiment tal-azjenda agrikola?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jew prinċipji ġenerali li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali mal-provvisti ta’ kwantitajiet eċċessivi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 fis-sitwazzjoni inkwistjoni fl-ewwel domanda, tawtorizza lill-prodottur, li jkun akkwista l-azjenda agrikola matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar, jinkludi l-parti tal-kwantità ta’ referenza li diġà ġiet ikkunsinnata mill-prodottur l-ieħor sabiex jipparteċipa fl-allokazzjoni tal-parti mhux użata?


(1)  ĠU L 2003 L 270, p. 123.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Dita Danosa vs SIA LKB Līzings

(Kawża C-232/09)

2009/C 220/37

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dita Danosa

Konvenuta: SIA LKB Līzings

Domandi preliminari

1)

Membru ta’ bord li jmexxi kumpannija ta’ kapital għandu jitqies bħala ħaddiem skont id-dritt Komunitarju?

2)

Il-fatt li l-Artikolu 224(4) tal-Kodiċi tal-Kummerċ Latvjan jippermetti t-tneħħija ta’ membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija ta’ kapital mingħajr ebda restrizzjoni, u b’mod partikolari mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni t-tqala ta’ tali membru, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KEE (1) u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ĠU L 348, p. 1


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — G.A. Dijkman u M.A. Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat

(Kawża C-233/09)

2009/C 220/38

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Dijkman u Maria Dijkman-Lavaleije

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Il-fatt li residenti Belġjani li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus barra mill-pajjiż, pereżempju fl-Olanda, sabiex jevitaw li jħallsu t-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92, jiġu obbligati jużaw is-servizzi ta’ intermedjarju Belġjan sabiex jiksbu l-ħlas tad-dħul min proprjetà mobbli filwaqt li r-residenti li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus fil-Belġju dejjem jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ ħlas minn ras il-għajn fuq proprjetà mobbli liberatorju stabbilita bl-Artikolu 313 WIB 92 u b’dan il-mod li jistgħu jevitaw it-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92 minħabba li l-ħlas bil-quddiem fuq proprjetà mobbili diġa seħħ f’ras il-għajn, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 56(1) KE?


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2009 — L-Istat tal-Belġju vs Nathalie de Fruytier

(Kawża C-237/09)

2009/C 220/39

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat tal-Belġju

Konvenuta: Nathalie de Fruytier

Domanda preliminari

Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani, imwettqa bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu, għal sptarijiet u laboratorji tikkostitwixxi provvista ta’ organi, demm u ħalib uman, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud taħt l-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1)?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2009 — SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

(Kawża C-239/09)

2009/C 220/40

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG

Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

Domanda preliminari

It-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 5(1) tal-Flächenerwerbsverordnung, adotatti b’implementazzjoni tal-Artikolu 4(3)(1) tal-Ausgleichsleitungsgesetz, li jipprovdu li meta jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għall-artijiet użati għar-raba’ u għall-mergħa, il-valur ta’ dawn l-artijiet għandu jiġi stabbilit skont dawn il-kriterji, u li l-kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għandhom jiġu ppubblikati mill-Ministru federali tal-finanzji fil-Bundesanzeiger (ġurnal ta’ avviżi uffiċjali tal-Gvern federali), jiksru l-Artikolu 87 tat-Trattat KE?


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Albron Catering BV vs FNV Bondgenoten, John Roest

(Kawża C-242/09)

2009/C 220/41

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Albron Catering BV

Konvenuti: FNV Bondgenoten, John Roest

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2001/23/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasferiment ta’ drittijiet u obbligi lil min lilu jsir it-trasferiment previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) iseħħ biss jekk min jagħmel it-trasferiment tal-impriża li għandha tiġi ttrasferita ikun ukoll il-persuna formali li timpjega lill-ħaddiema kkonċernati, jew il-protezzjoni tal-ħaddiema intiża mid-Direttiva timplika li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ kumpannija operattiva li tappartjeni għal grupp, id-drittijiet u l-obbligi eżistenti fir-rigward tal-ħaddiema li jaħdmu f’din l-impriża jiġu ttrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment jekk il-persunal kollu li jaħdem fi ħdan il-grupp ikun impjegat minn kumpannija (li tappartjeni wkoll għal dan il-grupp) li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal u li tiffunzjona bħala persuna li timpjega ċentrali?

2)

Kif għandha tkun ir-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda jekk il-ħaddiema msemmija iktar ’il fuq li jaħdmu f’waħda mill-impriżi tal-grupp ikunu impjegati minn kumpannija oħra li tappartjeni wkoll għall-istess grupp iżda li mhijiex kumpannija li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal kif deskritt fl-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16).


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

(Kawża C-245/09)

2009/C 220/42

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Brussel.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Omalet NV

Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

Domandi preliminari

1)

Qorti nazzjonali għandha tapplika l-Artikolu 49 KE f’kawża bejn ir-Rijksdienst voor Sociale Zekerheid u imprenditur prinċipali stabbilit fil-Belġju, meta jintalab li l-imsemmi imprenditur prinċipali jiġi kkundannat, skont l-Artikolu 30a(3) tal-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 1969, li temenda d-Digriet Legali tat-28 ta’ Diċembru 1944 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema (fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma ġie emendat bl-Artikolu 55 tal-Liġi Programm tas-27 ta’ April 2007), bħala responsabbli in solidum għal parti mid-dejn ta’ subappaltatur mhux irreġistrat stabbilit fil-Belġju, jew meta jintalab li l-imsemmi imprenditur jiġi kkundannat talli ma osservax l-obbligu ta’ tnaqqis, previst bl-Artikolu 30(4) tal-Liġi?

2)

(Sussidjarjament) L-Artikolu 49 tat-Trattat jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik prevista bl-Artikolu 30a(3) u (4) tal-Liġi Belġjana tas-27 ta’ Ġunju 1969, li temenda d-Digriet Legali tat-28 ta’ Diċembru 1944 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema (fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma ġie emendat bl-Artikolu 55 tal-Liġi Programm tas-27 ta’ April 2007?


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (il-Latvja) fis- 7 ta’ Lulju 2009 — SIA Pakora Pluss vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-248/09)

2009/C 220/43

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Pakora Pluss

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Il-formalitajiet tal-esportazzjoni jistgħu jitqiesu li kienu kompleti għall-finijiet tal-punt 1 [tal-Kapitolu 5 tal-Anness IV] tal-Att ta’ Adeżjoni, meta lista tat-tagħbija kienet redatta iżda l-atti msemmija fl-Artikolu 448 tar-Regolament Nru 2453/93 ma kinux imwettqa (is-servizzi tad-dwana Ġermaniża ma nnotifikawx debitament bit-talba tal-Kumpannija Marittima lis-Servizzi tad-Dwana Litwana) ?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, f’ċirkustanzi bħala dawk ta’ din il-kawża, ir-regoli relatati mal-proċeduri doganali (ir-Regolamenti Nru 2913/92 u 2454/93) jistgħu jitqiesu li mhumiex assolutament applikabbli ?

3)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-Kapitolu 5, Punt 1 tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk merkanzija ttrasportata fil-Komunità mkabbra wara li kienet is-suġġett ta’ formalitajiet tal-esportazzjoni mhijiex irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera, hija ma tibbenefikax mill-eżenzjoni ta’ dazji tad-dwana jew miżuri doganali oħra minkejja li mhemmx dubju fuq in-natura Komunitarja ta’ din il-merkanzija?

Fi kliem ieħor, hija deċiżiva fiċ-ċirkustanza tal-kawża li l-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kinitx kompleta?

4)

It-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tkun inkluża fost id-dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 (10) tar-Regolament Nru 2913/92 ?

5)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda, l-obbligu li titħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud li hija dovuta, skont id-dażji tad-dwana għall-importazzjoni tal-merkanzija, jaqa’ fuq id-debitur prinċipal jew fuq id-destinatarju tal-merkanzija? Dan l-obbligu jista’ jinqasam, u f’liema ċirkustanzi?


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (L-Estonja) fis-7 ta’ Lulju 2009 — Novo Nordisk AS vs Ravimiamet

(Kawża C-249/09)

2009/C 220/44

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Nordisk AS

Konvenuta: Ravimiamet

Domandi preliminari

a)

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal kwotazzjonijiet, minn ġurnali mediċi jew xogħlijiet xjentifiċi oħrajn, li huma inklużi fir-reklamar għal prodott mediċinali intiż għal persuni li huma awtorizzati jippreskrivu l-imsemmi prodott mediċinali?

b)

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprjobixxi l-pubblikazzjoni, fir-reklamar ta’ prodotti mediċinali, ta’ affermazzjonijiet li jmorru kontra s-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott, iżda li ma jeżiġix li l-affermazzjonijiet kollha fir-reklamar għal prodotti mediċinali għandhom ikunu inklużi fis-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott jew għandhom ikunu jistgħu jiġu dedotti mill-informazzjoni fis-sunt?


(1)  ĠU L 311, p. 67.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Vassil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet Sofia, filial Plovdiv

(Kawża C-250/09)

2009/C 220/45

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vassil Ivanov Georgiev.

Konvenuta: Tehnicheski universitet Sofia, filial Plovdiv.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li ma tawtorizzax il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indefinit minn professuri li jkunu għalqu l-65 sena? F’dan ir-rigward, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(6) tal-Liġi dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, tipprovdi limiti ta’ età għal ċerti karigi, hija miżura ġġustifikata b’mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu u hija proporzjonata, meta jitqies li d-direttiva hija kompletament trasposta fil-leġiżlazzjoni Bulgara?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju ta’ professuri li jkunu għalqu t-68 sena? Fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, u meta titqies l-inkompatibbiltà li teżisti bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78/KE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li biha ġiet trasposta d-direttiva, huwa possibbli li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju twassal sabiex il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiġix applikata?


(1)  ĠU L 303, 02.12.2000, p. 16.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2009 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

(Kawża C-256/09)

2009/C 220/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Purrucker

Konvenut: Guillermo Vallés Pérez

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (ir-Regolament Brussell IIa), dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Brussell IIa, japplikaw ukoll għal miżuri provviżorji infurzabbli, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Brussell IIa?


(1)  ĠU 2003 L 338, p. 1


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-258/09)

2009/C 220/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi awtorizza, fir-reġjuni tal-Vallonja, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikli 3, 7, 9, 10, 13, 14, punti a) u b), u 15(2), u dan minkejja l-iskadenza tat-30 ta’ Ottubru 2007, kif inhu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex l-impjanti eżistenti li jistgħu jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġiż isiru konformi skada fit-30 ta’ Ottubru 2007, b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma dan ir-rekwiżit fir-reġjuni tal-Vallonja jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 24, p. 8.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/24


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-259/09)

2009/C 220/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Marghelis, P. Van den Wyngaert, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tar-rikorrenti:

tiddikjara li, billi m’adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni, u fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Mejju 2008.


(1)  ĠU L 102, p. 15


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/24


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2009 minn Activision Blizzard Germany GmbH (li qabel kienet CD-Contact data GmbH) mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ April 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-18/03, CD-Contact Data GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-260/09 P)

2009/C 220/49

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Activision Blizzard Germany GmbH (li qabel kienet CD-Contact Data GmbH) (rappreżentanti: J.K. de Pree u E.N.M. Raedts, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni ppreżentat minn Contact Data;

tannulla d-Deċiżjoni, għall-inqas sa fejn tikkonċerna lil CD Contact;

sussidjarjament, tanulla s-sentenza appellata sa fejn tikkonċerna ċ-ċaħda tar-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni ppreżentat minn Contact Data u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ proċeduri

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet kwalifika ġuridika żbaljata tal-fatti meta kkonkludiet li kien hemm ftehim illegali, fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, bejn Nintendo of Europe GmbH (“Nintendo”) u Contact Data, mingħajr ma eżaminat minn qabel jekk dan il-ftehim kellux l-għan li jiġi limitat il-kummerċ parallel attiv jew il-kummerċ parallel passiv.

Il-ftehim ta’ distribuzzjoni, li kien perfettament legali, kien jipprojbixxi l-kummerċ parallel attiv filwaqt li kien jawtorizza l-kummerċ parallel passiv. Madankollu, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonkludiet li minn numru ta’ faxes mibgħuta minn Contact Data kien jirriżulta li din tal-aħħar kienet ħadet sehem fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni stabbilita minn Nintendo, bil-għan li tirrapporta l-importazzjonijiet paralleli, bi ksur tal-Artikolu 81(1) KE. Din il-konklużjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala kwalifika ġuridika żbaljata tal-fatti jew, għall-inqas, bħala ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tiddetermina jekk l-aġir kienx relatat mal-importazzjonijiet paralleli passivi jew attivi.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat il-provi meta kkunsidrat li d-dokumenti ċċitati fil-punti 56 sa 68 tas-sentenza appellata kellhom għan illegali. F’dawn id-dokumenti, Contact Data lmentat dwar esportazzjonijiet li kienu sar lejn il-Belġju bi ksur tad-drittijiet esklużivi tagħha, filwaqt li użat informazzjoni fuq il-prezz ta’ importazzjoni bħala mezz sabiex tinnegozja prezz aħjar mingħand Nintendo u għamlet riferiment għal “importazzjonijiet paralleli”. Il-konklużjoni li dawn id-dokumenti kienu relatati ma’ xi ħaġa oħra ħlief ma’ restrizzjoni ta’ bejgħ attiv fit-territorju mogħti esklużivament lil Contact Data, jew mal-mod kif Contact Data kienet għamlet pressjoni fuq il-fornitur tagħha sabiex jitnaqqas il-prezz tax-xiri tagħha, hija inkonsistenti mal-formulazzjoni ta’ dawn id-dokumenti.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li d-dokumenti msemmija kienu jikkostitwixxu prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ ftehim fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE. Fin-nuqqas ta’ prova dokumentata diretta ta’ ftehim, il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tistabbilixxi l-eżistenza ta’ qbil ta’ volontà bil-għan li jiġi limitat il-kummerċ parallel, li kien jimplika li l-politika unilaterali adottata minn Nintendo, li għandha għan antikompetittiv, tikkostitwixxi stedina lil Contact Data, kemm jekk espressa jew taċita, sabiex jintlaħaq b’mod komuni dan l-għan u, għall-inqas, il-kunsens taċitu ta’ Contact Data. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma pprovatx b’mod sodisfaċenti li dawn il-kriterji ġew sodisfatti.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma stabbilitx b’mod korrett li Contact Data kienet qablet mal-politika adottata unilateralment minn Nintendo. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza b’mod żbaljat irrifjutat li tikkunsidra r-rilevanza ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti magħmula minn Contact Data, billi tirreferi għall-ġurisprudenza dwar ftehim orizzontali, filwaqt li tali esportazzjonijiet jistgħu, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta’ ftehim vertikali, joħolqu dubju dwar il-qbil tad-distributur mal-politika illegali intiża li tostakola l-kummerċ parallel.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2009 — Proċedura ta’ estradizzjoni kontra Gaetano Mantello

(Kawża C-261/09)

2009/C 220/50

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gaetano Mantello

Domandi preliminari

1.

Il-kwistjoni ta’ jekk ikunx hemm “l-istess atti” fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (1) għandha tiġi evalwata:

a)

skont id-dritt tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat jew

b)

skont id-dritt tal-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat jew

ċ)

billi tingħata lill-kunċett ta’ “l-istess atti” interpretazzjoni awtonoma, speċifika għall-Unjoni Ewropea?

2.

F’sitwazzjoni fejn, meta ngħatat is-sentenza ta’ kundanna għal importazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi, l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kellhom informazzjoni u provi li jqanqlu suspett ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni li għandha bħala għan it-traffikar ta’ drogi narkotiċi, iżda, fl-interess tal-investigazzjoni, għażlu li ma jissottomettux din l-informazzjoni u provi lill-qorti u li ma jagħtux bidu għall-proċeduri ta’ prosekuzzjoni fuq din il-bażi, l-imsemmija importazzjoni illeċita tikkostitwixxi “l-istess att”, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafas, bħall-parteċipazzjoni f’tali organizzazzjoni?


(1)  ĠU L 190, pg 1


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/25


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 minn Edwin Co. Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Mejju, fil-Kawża T-165/06, Elio Fiorucci vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-263/09)

2009/C 220/51

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Edwin Co. Ltd (rappreżentanti: D. Rigatti, M. Bertani, S. Verea, K.P. Muraro, M. Balestriero, avukati)

Parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Elio Fiorucci

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil Elio Fiorucci jħallasha lura l-ispejjeż taż-żewġ istanzi jew, fil-każ ta’ ċaħda tal-appell, tordna li tiġi kkumpensata.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Is-sentenza appellata hija qabel kollox ivvizzjata bi ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(2)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1). L-impediment relattiv li abbażi ta’ din id-dispożizzjoni jwassal għall-invalidità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark komposta minn isem ta’ persuna li mhux dak ta’ min qed jitlob ir-reġistrazzjoni jikkonsisti fil-fatt li min qed jitlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità għandu, taħt id-dritt nazzjonali, dritt ta’ użu esklużiv ta’ dan l-isem. Skond l-Artikolu 8.3 tas-CPI (2), invokat ex adverso, E. Fiorucci m’għandu l-ebda dritt b’dan il-kontenut. Kieku stess l-Artikolu 8.3 tas-CPI jagħtih biss dritt ta’ reġistrazzjoni tas-sinjal “Elio Fiorucci”, li huwa ma jkun jista’ qatt juża, għaliex it-trade mark irreġistrata b’dan il-mod tmur kontra dawk ta’ Edwin fuq il-kelma “Fiorucci”. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat invalida t-trade mark “Elio Fiorucci” ta’ Edwin abbażi ta’ impediment ineżistenti u li qatt ma jista’ jkun jeżisti. Din tant tinvolvi ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(5)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja li jekk dan jiġi korrettament interpretat dan ikun jista’ jiġi applikat biss meta min qed jitlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità huwa diġà proprjetarju ta’ (jew tal-inqas, għandu l-possibbiltà li jikseb) dritt ta’ użu esklużiv tal-isem tiegħu bħala trade mark.

2.

Is-sentenza appellata hija wkoll ivvizzjata bi ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8.3 tas-CPI. B’kuntrast ma’ dak li kkonstatat il-Qorti tal-Prim’Istanza, din id-dispożizzjoni hija fil-fatt applikata biss għall-ismijiet ta’ persuni li kisbu reputazzjoni f’kuntest extrakummerċjali: u għalhekk ma tapplikax għall-isem personali “Elio Fiorucci”, li abbażi ta’ aċċertament fattwali inkontestabbli kiseb oriġinarjament reputazzjoni fil-kuntest kummerċjali.

Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8.3 tas-CPI hija ssuġġerita qabel xejn mill-formulazzjoni letterali tad-dispożizzjoni hawn iċċitata, li tiddikjara espressament li trid tirriżerva l-protezzjoni hawn prevista għall-ismijiet biss ta’ persuni li saru famużi “fil-kamp artistiku, letterarju, xjentifiku, politiku jew sportiv”. Din il-konklużjoni hija sussegwentement ikkonfermata minn analiżi sistematika tad-dritt Taljan dwar it-trade marks, li minnu jirriżulta li r-reputazzjoni li oriġinat minn kuntest kummerċjali hija protetta mill-Artikolu 12(1)(b) u (f) tas-CPI, filwaqt li l-Artikolu 8.3 tas-CPI jirrigwarda biss ir-reputazzjoni li toħroġ oriġinarjament minn kuntest extrakummerċjali. Lanqas mhija possibbli l-applikazzjoni fl-istess ħin ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għal dan is-sinjal, peress li dan ikun jirriżulta f’żewġ drittijiet esklużivi għal trade mark li huma inkompatibbli bejniethom. Billi rreġistra kunjomu bħala trade mark (li wara ġiet ittrasferita lil Edwin), Elio Fiorucci eżawrixxa b’hekk l-istrumenti kollha sabiex jivvalorixxa r-reputazzjoni tiegħu għal finijiet kummerċjali. Għaldaqstant, huwa ma jistax jinvoka l-Artikolu 8.3 tas-CPI sabiex isostni l-invalidità tat-trade mark “Elio Fiorucci” ta’ Edwin.

Min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8.3 tas-CPI proposta minn Edwin u l-konsegwenti nuqqas ta’ applikabbiltà għal din il-kontroversja huma konsistenti mar-ratio ta’ din id-dispożizzjoni, li trid timpedixxi t-tgawdija parassitarja ta’ min jirreġistra sinjal li kiseb reputazzjoni permezz tal-mertu ta’ ħaddieħor. Ebda komportament parassitarju mhuwa fil-fatt imputabbli lil Edwin, peress li meta kisbet it-trade marks “Fiorucci” għal ċifra sostanzjali, ir-rikorrenti ħalset prezz għoli għad-dritt li tibbenefika mir-reputazzjoni marbuta mal-isem tal-istilist famuż Milaniż.

L-argument tal-Qorti tal-Prim’Istanza li l-protezzjoni prevista mill-Artikolu 8.3 tas-CPI hija iktar wiesa’ u mhux suġġetta għal dik prevista biex tipproteġi r-reputazzjoni miksuba mis-sinjali distintivi fil-kuntest kummerċjali lanqas mhuwa konvinċenti. Fil-fatt skont l-aħjar duttrina Taljana r-riżerva ta’ reġistrazzjoni tas-sinjali li għandhom reputazzjoni extrakummerċjali ex l-Artikolu 8.3 tas-CPI mhijiex assoluta. Iżda b’mod partikolari din mhijiex iktar estiża minn dik prevista mill-Artikolu 12(1)(b) u (f) tas-CPI għas-sinjali li għandhom reputazzjoni kummerċjali/huma kummerċjalment famużi. Il-koinċidenza bejn il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tikkonferma għal darb’oħra l-ħtieġa ta’ applikazzjoni alternattiva tagħhom.

B’kuntrast ma’ dak superfiċjalment ritenut mill-Qorti tal-Prim’Istanza, analiżi attenta u ddettaljata tad-duttrina Taljana dwar l-Artikolu 8.3 tas-CPI [li qabel kien l-Artikolu 21(3)(1)(m)] turi sussegwentement li skont l-opinjoni dominanti din id-dispożizzjoni tapplika għat-trade marks biss li kisbu reputazzjoni fil-kuntest extrakummerċjali. Dan il-fatt huwa kkonfermat mill-ftit sentenzi deċiżi s’issa mill-qrati Taljani dwar l-Artikolu 8.3 tas-CPI.

Min-naħa l-oħra lanqas mhuwa konvinċenti l-argument tal-Qorti tal-Prim’Istanza li billi kiseb ukoll reputazzjoni extrakummerċjali (u preċiżament: fil-kamp artistiku, kulturali, ekoloġiku u tal-protezzjoni tat-tfal) Elio Fiorucci jista’ jibbenefika xorta waħda mill-protezzjoni ex Artikolu 8.3 tas-CPI. Kieku stess skont l-aħjar duttrina Taljana meta isem personali diġà rreġistrat minn oħrajn u li sar famuż jikseb reputazzjoni extrakummerċjali, il-proprjetarju tiegħu (f’dan il-każ, Elio Fiorucci) ma jistax jibbenefika mill-Artikolu 8.3 tas-CPI, inkwantu jipprevali r-rekwiżit li jiġi protett il-proprjetarju (f’dan il-każ: Edwin) tat-trade mark famuża (f’dan il-każ: is-sinjal “Fiorucci”) preċedentement irreġistrata.

3.

Is-sentenza appellata hija wkoll illegali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset li teżamina l-argumenti u l-provi li abbażi tagħhom Edwin sostniet li kisbet mingħand Elio Fiorucci l-kunsens sabiex tirreġistra l-isem personali tiegħu bħala trade mark. Sussidjarjament, Edwin tinnota li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija u l-Qorti tal-Prim’Istanza m’għandhomx ġurisdizzjoni biex jeżaminaw l-argumenti issa mfakkra hija għandha titlob espressament l-eżami tagħhom (kif għall-kuntrarju m’għamlitx il-Qorti tal-Prim’Istanza) lill-Bord tal-Appell (jew lil uffiċċju jew sezzjoni oħra tal-UASI), skont l-Artikolu 63(6) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-Artikolu 1(e) tar-Regolament KE Nru 216/96 (3).

4.

Is-sentenza appellata hija min-naħa l-oħra illegali minħabba ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu Artikolu 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, u kif ukoll minħabba ċaħda tal-ġustizzja, inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljatament irrifjutat li teżamina l-argumenti ta’ Edwin ibbażati fuq il-fatt li l-istess rikorrenti kisbet mingħand il-kumpannija Fiorucci s.p.a. trade mark de facto fuq (jew inkella kwalunkwe dritt ieħor li jipprova r-reputazzjoni ta’) l-isem personali “Elio Fiorucci”. Sussidjarjament Edwin tinnota li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija u l-Qorti tal-Prim’Istanza m’għandhomx ġurisdizzjoni biex jeżaminaw l-argumenti issa mfakkra hija għandha titlob espressament l-eżami tagħhom (kif għall-kuntrarju m’għamlitx il-Qorti tal-Prim’Istanza) lill-Bord tal-Appell (jew lil uffiċċju jew sezzjoni oħra tal-UASI), skont l-Artikolu 63(6) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-Artikolu 1(e) tar-Regolament KE Nru 216/96.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-Trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).

(2)  Codice della Proprietà industriale Italiano.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU L 28, p. 11)


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/27


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-267/09)

2009/C 220/52

Lingwa tal-kawża: Il-portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u G. Braga da cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi approvat u żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijet legali li jinsabu fl-Artikolu 130 tal-Codigo do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares (CIRS) (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-dħul Personali), li jobbligaw lill-persuni taxxabbli li mhumiex residenti fil-Portugall sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18 u 56 tat-Trattat KE u tal-artikoli korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 130 tal-Codigo do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares jistabbilixxi obbligu ġenerali impost fuq il-persuni li mhumiex residenti fit-territorju Portugiż sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxi residenti fil-Portugall, liema obbligu mhuwiex kompatibbli mal-Artikoli 18 u 56 KE u mal-artikoli korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE:

a)

minn naħa, obbligu impost fuq il-persuni li mhumiex residenti fit-territorju Portugiż li jirċievu biss dħul suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’ras il-għajn b’mod definittiv sabiex jantru rappreżentant tat-taxxi residenti fil-Portugall;

b)

min-naħa l-oħra, obbligu impost fuq il-persuni li mhumiex residenti fit-territorju Portugiż li jirċievu dħul li jirrikjedi li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tat-taxxa sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxi residenti fil-Portugall.

Skont il-Kummissjoni, obbligu ġenerali bħal dak imsemmi fl-Artikolu 130 taċ-CIRS imur kontra l-moviment liberu tal-persuni u tal-kapital, stabbilit fl-Artikoli 18 u 56 KE u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE, ġaladarba huwa diskriminatorju (fir-rigward tal-persuni li mhumiex residenti fit-territorju Portugiż) filwaqt li fl-istess ħin mhuwiex proporzjonat fir-rigward tal-għan imfittex.

Huwa diskriminatorju peress li, fil-prattika, dan l-obbligu jirrappreżenta oneru finanzjarju impost fuq persuni li mhumiex residenti, fid-dawl tal-fatt li filmaġġoranza tal-każijiet dawn ir-rappreżentanti tat-taxxi ma joffrux is-servizzi tagħhom mingħajr ħlas. Barra minn hekk, anki kieku s-servizzi ta’ rappreżentant tat-taxxi kellhom jiġu offerti b’xejn, is-sempliċi fatt li l-ħatra tiegħu hija obbligatorja huwa ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni u tal-kapital, fejn — sabiex dan l-ostakolu ma jeżistix — għandha tkun il-persuna taxxabbli nnifisha li tiddeċiedi jekk għandhiex taħtar rappreżentant tat-taxxi jew le.

Barra minn hekk, anki li kieku r-rappreżentant tat-taxxi ma kellu ebda tip ta’ obbligu jew responsabbiltà għall-ħlas tat-taxxa, iżda kellu sempliċement jissodisfa ċerti doveri ta’ natura formali, is-sempliċi fatt li huwa obbligatorju li jinħatar rappreżentant huwa, fih innifsu, ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni u tal-kapital, fejn — sabiex dan l-ostakolu ma jeżistix — għandha tkun il-persuna taxxabbli nnifisha li tiddeċiedi jekk għandhiex taħtar rappreżentant tat-taxxi jew le.

Dan l-obbligu lanqas ma huwa proporzjonali ġaladarba l-għan imfittex — jiġifieri dak li jiġi żgurat il-kontroll fiskali effiċjenti u l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali — filwaqt li huwa leġittimu, jista’ jinkiseb billi jintużaw metodi inqas restrittivi.

Minn naħa, id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2008/55/KE (1), tas-26 ta’ Mejju 2008, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra, li jikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE, tal-15 ta’ Marzu 1976, jipprovdi għall-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward taxxi, u għaldaqstant fuq taxxi fuq id-dħul (ara l-Artikolu 2(g)), kif inhu l-każ tas-CIRS (taxxa fuq id-dħul personali). Min-naħa l-oħra, skont id-Direttiva tal-Kunsill Nru 771799/KEE (2), dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ dejjem titlob lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor sabiex tipprovdilha l-informazzjoni neċessarja sabiex tiġġieled l-evażjoni fiskali.


(1)  ĠU 2008 L 150, p. 28.

(2)  ĠU 1977 L 366, p.15.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Vasil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv

(Kawża C-268/09)

2009/C 220/53

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vasil Ivanov Georgiev.

Konvenuta: Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li ma tawtorizzax il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indefinit minn professuri li jkunu għalqu l-65 sena? F’dan ir-rigward, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(6) tal-Liġi dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, li tipprovdi limiti ta’ età għal ċerti karigi, hija miżura ġġustifikata b’mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu u hija proporzjonata, meta jitqies li d-direttiva hija kompletament trasposta fil-leġiżlazzjoni Bulgara?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju ta’ professuri li jkunu għalqu t-68 sena? Fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, u meta titqies l-inkompatibbiltà li teżisti bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78/KE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li biha ġiet trasposta d-direttiva, huwa possibbli li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju twassal sabiex il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiġix applikata?

3)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi l-għeluq ta’ età speċifika bħala l-unika kundizzjoni sabiex tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol għal perijodu indefinit u sabiex din ir-relazzjoni tkun tista’ titkompla bħala waħda għal perijodu definit bejn l-istess ħaddiem u l-istess persuna li timpjega, għall-istess kariga? Sa fejn, wara li l-kuntratt għal perijodu indefinit jiġi mibdul għal kuntratt għal perijodu definit, il-liġi nazzjonali tistabbilixxi limitu massimu għall-kontinwazzjoni u numru massimu ta’ prorogi tar-relazzjoni ta’ xogħol għal perijodu definit mal-istess ħaddiem, meta ma jibqax iktar possibbli li r-relazzjoni ta’ xogħol titkompla bejn il-partijiet?


(1)  ĠU L 303, 02.12.2000, p. 16.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/28


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-269/09)

2009/C 220/54

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li billi adotta u żamm fis-seħħ, bl-Artikolu 14 tal-Liġi 35/2006, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u li temenda parzjalment il-liġijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji, fuq id-dħul tal-persuni mhux residenti u fuq il-patrimonju, dispożizzjoni li tipprovdi li l-persuni taxxabbli li jitrasferixxu r-residenza tagħhom lejn pajjiż barrani huma obbligati li jinkludu kull dħul li ma jkunx ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matulha huma kienu kkunsidrati persuni taxxabbli residenti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 19, 38 u 43 KE u taħt l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE.

Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 14 tal-Liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u li temenda parzjalment il-liġijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji, fuq id-dħul tal-persuni mhux residenti u fuq il-patrimonju, id-dħul huwa suġġett għat-taxxa tas-sena ta’ meta nkiseb. Madankollu, l-Artikolu 14(2) jipprovdi regoli speċjali li jagħmluha possibbli li ċertu tipi ta’ dħul jiġu intaxxati matul perijodi taxxabbli differenti. Madankollu, fil-każ fejn il-persuna taxxabbli titrasferixxi r-residenza tagħha lejn pajjiż barrani, l-Artikolu 14(3) jipprovdi li kull dħul li jkun għadu ma ġiex intaxxat għandu jiġi inkluż fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matula l-imsemmija persuna taxxabbli kien ikkunsidrat residenti.

2.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-leġiżlazjoni Spanjola tippermetti trattament diskriminatorju fil-każijiet fejn persuna fiżika titrasferixxi r-residenza tagħha barra minn Spanja u li l-leġiżlazzjoni Spanjola għandha taplika l-imsemmija regola indipendentement minn jekk il-persuna fiżika żżomx jew le r-residenza tagħha fit-territorju Spanjol.

3.

L-imsemmija leġiżlazzjoni tikser il-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni previst bl-Artikoli 18, 39 u 43 tat-Trattat KE u l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/29


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 minn KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Mejju 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-127/04, KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-272/09 P)

2009/C 220/55

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KME Germany AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Rizza, M. Piergiovanni, avvocati, A. Winckler, avocat T. Graf, Rechtsanwalt)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitlobu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza;

sa fejn huwa possibbli abbażi tal-fatti esposti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni u tnaqqas l-ammont tal-multa ta’ KME, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u ta’ dawk quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza

jew, sussidjarjament, jekk l-istat tal-proċeduri ma jippermettix dan,

tannulla s-sentenza (inkluż f’dak li jikkonċerna l-kundanna ta’ KME għall-ispejjeż mill-Qorti tal-Prim’Istanza) u tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza sa fejn din iddeċidiet li l-Kummissjoni kienet ipprovat suffiċjentement skont il-liġi li l-Level Wound Coils Arrangements (Ftehim dwar il-Bobini) kellhom impatt fuq is-suq ikkonċernat u li, għaldaqstant, dan l-element kellu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont inizjali tal-multa ta’ KME. Billi rraġunat b’dan il-mod u billi ddeċidiet li tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors ta’ KME, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt Komunitarju u mmotivat b’mod illoġiku u inadegwat is-sentenza tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat b’mod manifest il-fatti u l-provi li kienu ġew ippreżentati quddiemha meta kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummisjsoni li l-provi ta’ natura ekonomika pprovduti minn KME ma kinux juru li l-ksur fit-totalità tiegħu ma kellux impatt fuq is-suq.

Fit-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza sa fejn din approvat ir-riferiment li tagħmel il-Kummissjoni — sabiex jiġi stabbilit id-daqs tas-suq milqut mill-ksur, għall-finijiet li jiġi stabbilit l-element ta’ gravità tal-multa ta’ KME — għal valur tas-suq li kien jinkludi, b’mod żbaljat, id-dħul mill-bejgħ magħmul f’suq tal-input distint mis-suq “ta’ kartell”, minkejja li l-membri tal-kartell mhumiex vertikalment integrati fis-suq tal-input. Billi rraġunat b’dan il-mod u billi ddeċidiet li tiċħad it-tieni motiv tar-rikors ta’ KME, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt Komunitarju u mmotivat b’mod inadegwat is-sentenza tagħha.

Fit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza sa fejn din ċaħdet it-tielet motiv tar-rikors, li abbażi tiegħu l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-Linji gwida dwar il-multi tal-1998 u kisret il-prinċipji ta’ proporżjonalità u ta’ trattament ugwali billi imponiet il-persentaġġ massimu ta’ żieda fl-ammont inizjali tal-multi minħabba d-dewmien. L-appellanti jqisu li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt Komunitarju u mmotivat b’mod konfuż, illoġiku u inadegwat is-sentenza tagħha meta kkonfermat din il-parti tad-Deċiżjoni.

Fir-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jallegaw li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt Komunitarju billi ċaħdet ir-raba’ parti tar-raba motiv tar-rikors u billi kkonfermat din il-parti tad-Deċiżjoni, li fiha l-Kummissjoni rrifjutat lil KME l-benefiċċju ta’ tnaqqis mill-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħha barra mill-iskop tal-Avviż tal-1996 dwar il-klemenza, u dan bi ksur tal-Linji gwida dwar il-multi tal-1998 kif ukoll tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ trattament ugwali.

Fil-ħames u l-aħħar aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt Komunitarju u d-drittijiet fondamentali tal-appellanti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv u mingħajr ostakoli, billi naqset milli teżamina b’attenzjoni u b’reqqa l-argumenti ta’ KME u billi adottat approċċ ippreġudikat fir-rigward tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-16 ta’ Lulju 2009 — Olivier Martinez, Robert Martinez vs Société MGN Ltd.

(Kawża C-278/09)

2009/C 220/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olivier Martinez, Robert Martinez

Konvenuta: Société MGN Limited

Domandi preliminari

L-Artikoli 2 u 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu ġurisdizzjoni lil qorti ta’ Stat Membru sabiex tiddeċiedi dwar rikors li jirrigwarda ksur tad-drittijiet relatati mal-personalità li jista’ jitwettaq minħabba li informazzjoni u/jew ritratti jitqiegħdu online fuq sit tal-Internet ippubblikat fi Stat Membru ieħor minn kumpannija rreġistrata f’dan it-tieni Stat — jew inkella fi Stat Membru ieħor, li fi kwalunwke każ huwa differenti mill-ewwel wieħed:

jew abbażi tal-kundizzjoni li dan is-sit tal-Internet ikun jista’ jiġi kkonsultat minn ġewwa dan l-ewwel Stat,

jew unikament meta bejn il-fatt li jikkawża ħsara u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat teżisti rabta suffiċjenti, sostanzjali jew sinjifikattiva u, f’dan it-tieni każ, jekk din ir-rabta tistax tirriżulta:

min-numru ta’ konnessjonijiet għall-paġna inkwistjoni minn ġewwa dan l-ewwel Stat Membru, f’valur assolut jew relattiv għall-konnessjonijiet kollha għall-imsemmija paġna,

mir-residenza, jew anki min-nazzjonalità, tal-persuna li tilmenta minn ksur tad-drittijiet tagħha relatati mal-personalità jew, b’mod iktar ġenerali, tal-persuni kkonċernati,

mil-lingwa li fiha tkun imxandra l-informazzjoni inkwistjoni jew minn kull element ieħor li jista’ juri l-volontà tal-editur tas-sit li jindirizza speċifikament lill-pubbliku ta’ dan l-ewwel Stat,

mill-post fejn iseħħu l-fatti msemmija u/jew fejn ittieħdu r-ritratti li eventwalment tqiegħdu online,

minn kriterji oħrajn?


(1)  ĠU 2001, L 12, p. 1.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/30


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-294/09)

2009/C 220/57

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva 84/253/KEE jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li fih kellha tiġi trasposta d-Direttiva skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.


(1)  ĠU L 157, p. 87.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-213/08) (1)

2009/C 220/58

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-435/08) (1)

2009/C 220/59

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-459/08) (1)

2009/C 220/60

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-500/08) (1)

2009/C 220/61

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-503/08) (1)

2009/C 220/62

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — KLG Europe Eersel BV vs Reedereikontor Adolf Zeuner GmbH

(Kawża C-534/08) (1)

2009/C 220/63

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-10/09) (1)

2009/C 220/64

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-11/09) (1)

2009/C 220/65

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55 07.03.2009


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/32


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Nota ta’ debitu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

2009/C 220/66

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3240912189, tas-17 ta’ Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999.

Dispożittiv

1)

It-talba għal annullament hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

It-talba għad-danni hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt.

3)

Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/32


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mologen vs UASI (dSLIM)

(Kawża T-504/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 220/67

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1077/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “dSLIM” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44 21.2.2009.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/32


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-545/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)

2009/C 220/68

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Thérèse Nicole Thoss (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Steiner, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2006 tal-Qorti tal-Awdituri li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta’ ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li l-kundizzjoni ta’ ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kinitx sodisfatta (kawża rreġistrata bir-referenza F-46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008 (li kienet Kawża F-46/08)


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Lulju 2009 — Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddijara għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2009/C 220/69

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sniace, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F.J. Moncholi Fernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Urraca Caviedes, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 1479 finali, tal-10 ta’ Marzu 2009, dwar il-Miżura C 5/2000 (ex NN 118/1997) implementata minn Spanja favur l-impriża Sniace, SA, Torrelavega, Cantabria, u li temenda d-Deċiżjoni 1999/395/KE, tat-28 ta’ Ottubru 1998.

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco

(Kawża T-235/09)

2009/C 220/70

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Valero Jordana, aġent)

Konvenuta: Edificios Inteco, SL (Valladolid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti s-somma ta EUR 157 238,07 flimkien mal-interessi ta’ EUR 81 686,22 dovuti sal-1 ta’ Ġunju 2009, flimkien mal-interessi għal kull ġurnata ta’ dewmien, li jammontaw għal EUR 21.73796/kuljum, b’effett mit-2 ta’ Ġunju 2009 sar-rimbors totali tad-dejn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea titlob il-ħlas lura parzjali tas-somom imħallsa bil-quddiem lill-kumpannija Edificios Inteco, S.L. fil-kuntest ta’ kuntratt dwar il-proġett “Energy — Comfort 2000 Phase I”, li kellu bħala għan il-bini ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju fil-belt ta’ Valladolid (Spanja), u li ġie mħassar mill-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/09)

2009/C 220/71

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção, Obras Públicas e Serviços (AECOPS) (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tirrigwarda l-Fajl Nru 890771 P1, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li biha qed titnaqqas bi PTE 48 504 201 l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C(89) 0570, tat-22 ta’ Marzu, filwaqt li teżiġi li tingħata l-ammont ta’ PTE 53 310 198;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt ta’ smigħ minn qabel: ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva ta’ tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja, li jirrifletti esklużjoni ta’ formalità essenzjali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha timplika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni.

Ksur tal-principju ta’ ċertezza legali minħabba preskrizzjoni tal-proċedura u dewmien eċċessiv għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix, lanqas fil-qosor, ir-raġunijiet li taw lok għat-tnaqqis fl-għajnuna.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/34


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/09)

2009/C 220/72

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção, Obras Públicas e Serviços (AECOPS) (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tirrigwarda l-Fajl Nru 890979 P3, tat-22 ta’ Ġunju 2005, li biha qed titnaqqas bi PTE 426 070 l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C(89) 0570, tat-22 ta’ Marzu, filwaqt li teżiġi li tingħata l-ammont ta’ PTE 1 591 128;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt ta’ smigħ minn qabel: ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva ta’ tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja, li jirrifletti esklużjoni ta’ formalità essenzjali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha timplika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni.

Ksur tal-principju ta’ ċertezza legali minħabba preskrizzjoni tal-proċedura u dewmien eċċessiv għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix, lanqas fil-qosor, ir-raġunijiet li taw lok għat-tnaqqis fl-għajnuna.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/34


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni vs Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari u Gessa

(Kawża T-259/09)

2009/C 220/73

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Moretto, avukat, A.M. Rouchaud-Joët, N. Bambara, aġenti)

Konvenuta: Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari (Cagliari, l-Italja), Alberto Gessa (Cagliari, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lil Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari, kif ukoll lil Alberto Gessa personalment u in solidum, sabiex iħallsu lura s-somma prinċipali dovuta ta’ EUR 1 567 500, kif ukoll l-interessi ta’ dewmien fil-ħlas bir-rata ta’ 7.32 % mill-20 ta’ Mejju 2007 sal-ħlas tas-somma kollha dovuta;

tikkundanna lil Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari kif ukoll lill- Alberto Gessa personalment u in solidum għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti għandu bħala għan il-kundanna tal-assoċjazzjoni msemmija iktar ’il fuq u, in solidum tal-president tagħha, għall-ħlas ta’ somma ekwivalenti għall-ammont imħallas mir-rikorrenti għat-twettiq tal-azzjoni msemmija “ONG-2003-204-Cagliari-ARCI-l’Europa dei Migranti”. Din l-azzjoni tinkludi serje ta’ attività ta’ karattru informattiv u ta’ dokumentazzjoni, bil-lingwi tal-pajjiżi varji ta’ oriġini, fuq l-istituzzjonijiet Ewropej, fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fuq l-istadji tal-kostruzzjoni u tat-tkabbir tal-Ewropa, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-migranti.

Il-ftehim kien jipprovdi l-obbligu li jintbagħat, f’terminu ta’ żmien partikolari, ir-rapport finali rigward it-twettiq tal-azzjoni, il-kont finanzjarju definittiv tal-ispejjeż ammissibbli li effettivament saru, kif ukoll ir-rendikont sħiħ tad-dħul u tal-ħruġ konness mal-azzjoni.

Peress li dan l-obbligu ma ġiex rispettat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/35


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Mejju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-27/08, Simões Dos Santos vs UASI

(Kawża T-260/09 P)

2009/C 220/74

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Manuel Simões Dos Santos (Madrid, Spanja)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fil-Kawża F-27/08, inklużi t-talbiet dwar l-ispejjeż;

tilqa’ t-talbiet li l-appellant kien ippreżenta fl-ewwel istanza, jiġifieri tiċħad ir-rikors bħala infondat;

tikkundanna lill-konvenut fl-appell għall-ispejjeż tal-istanza preżenti u ta’ dik li saret quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell preżenti, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) jitlob l-annulament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP), tal-5 ta’ Mejju 2009, mogħtija fil-kawża Simões Dos Santos vs UASI, F-27/08, li permezz tagħha t-TSP annulla d-Deċiżjoni PERS-01-07 u l-ittra tal-15 ta’ Ġunju 2007 tal-UASI, sa fejn dawn fihom id-dikjarazzjoni ta’ tneħħija tal-bilanċ tal-punti ta’ mertu ta’ Simões Dos Santos wara l-promozzjoni tiegħu.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-UASI jressaq tliet argumenti bbażati:

fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP, bi ksur tal-ġurisprudenza dwar il-kundizzjonijiet relattivi għall-applikazzjoni retroattiva ta’ att u għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ikkonstata li l-UASI kiser il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-prinċipju ta’ nonretroattività;

fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP ikkunsidra li l-UASI kien kiser l-Artikolu 233 KE u l-prinċipju ta’ res iudicata li jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza mogħtija fl-14 ta’ Frar 2007 fil-Kawża T-435/04, Simões Dos Santos vs UASI, filwaqt li l-miżuri meħuda mill-UASI għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza huma l-uniċi permessi sakemm ma jinkisirx il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni;

fuq illegalità tal-għoti, mit-TSP, ta’ kumpens għal allegat dannu morali, peress li l-UASI ma wettaq l-ebda żball u t-TSP iddeċieda ultra petita.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/35


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fit-28 April 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawżi magħquda F-5/05, Violetti et vs Il-Kummissjoni, u F-7/05, Schmit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/09 P)

2009/C 220/75

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u J.-P. Keppenne, aġenti)

Partijiet oħra għall-proċedimenti: Antonello Violetti (Cittiglio, l-Italja), Nadine Schmit (Ispra, l-Italja), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Anna Bassi Perucchini (Reno di Leggiuno, l-Italja), Marco Basso (Varano Borghi, l-Italja), Ernesto Brognieri (Barasso, l-Italja), Sergio Brusorio (Sesto Calende, l-Italja), Natale Cao (Ispra), Renato Cazzaniga (Ispra), Elvidio Flammini (Varese, l-Italja), Luigi Magistri (Ispra), Reginella Molinari Canale (Ispra), Giuseppe Morelli (Besozzo, l-Italja), Nadia Valentini (Varese) u Giuseppe Zara (Ispra)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-28 ta’ April 2009, fil-kawżi magħquda Violetti et vs Il-Kummissjoni, F-5/05 u F-7/05, sa fejn dik is-sentenza iddeċidiet li kienu ammissibbli r-rikorsi għal annullament ippreżentati kontra d-deċiżjoni tal-OLAF li jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani;

tiddeċiedi hija stess dawn il-kawżi u tiddikjara inammissibbli r-rikorsi għal annullament tar-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-istanza, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

B’dan l-appell, il-Kummissjoni qed titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tat-28 ta’ April 2009, mogħtija fil-kawżi magħquda Violetti et vs Il-Kummissjoni, F-5/05 u F-7/05, li permezz tagħha t-TSP annulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jipprovdi informazzjoni dwar ir-rikorrenti fl-ewwel istanza lill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani u ordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas somma ta’ EUR 3 000 lil kull rikorrent fl-ewwel istanza bħala danni.

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni aggravju wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, sa fejn it-TSP kiser id-dritt Komunitarju u wettaq numru ta’ żbalji ta’ motivazzjoni meta injora l-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li l-atti preparatorji bħalma huma l-ftuħ ta’ investigazzjoni mill-OLAF, ir-rapport finali tal-OLAF u l-ftuħ tal-proċedura dixxiplinarja ma jikkawżawx preġudizzju. Il-Kummissjoni ssostni li din il-ġurisprudenza hija applikabbli għall-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej rigward il-possibbiltà li jsir ilment kontra l-atti tal-OLAF.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/36


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk

(Kawża T-264/09)

2009/C 220/76

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avvocato)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Marokk

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikolu 232 KE, in-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tad-Delegazzjoni tal-UE f’Rabat u tal-Komunità Ewropea.

tikkonstata, abbażi tal-Artikolu 288 tat-Trattat, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tad-Delegazzjoni u tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rikorrenti u tikkundannahom, in solidum, iħallsu lir-rikorrenti d-dannu li hija sofriet fl-ammont ta’ EUR 1 000 000 (EUR miljun).

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali topera f’diversi setturi tas-suq industrijali. B’effett mill-2002, Tecnoprocess topera fis-suq tal-għoti ta’ kuntratti mmexxija minn EuropAid, ta’ proġetti intiżi għal għajnuna esterna mogħtija mill-Kummissjoni lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, iffinanzjati mill-baġit tal-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Gustizzja tistħarreġ l-aġir tal-konvenuti fir-rigward tal-implementazzjoni tal-kuntratti segwenti:

Kuntratt EuropeAid 1144205/D/S/MA (marché 14/2003/meda/b7 — 4100/ib/96/0587) — RISTORAZIONE;

Kuntratt EuropeAid 114194/D/S/MA (marché 15/2003/meda/b7 — 4100/ib/96/0587) — FREDDO;

Kuntratt EuropeAid 114194/D/S/MA (marché 16/2003/meda/b7 — 4100/ib/96/0587) — FREDDO; u

Kuntratt EuropeAid/12088/D/S/MA — Centre Assistance Technique des Industriels des Equipements pour véchicules (Cetiev) Lottijiet 3 u 6.

L-għan tal-ewwel tliet kuntratti, li ġew konklużi bħala parti mill-programm MEDA 1, kien il-provvista ta’ tagħmir u aċċessorji għas-servizzi ta’ ristorant u ta’ kantin tal-Office de la Formation professionnelle et de la Promotion du Travail (OFPPT) f’Rabat.

Fl-implementazzjoni ta’ dawn il-kuntratti, l-OFPPT irrifjuta li jiffirma l-irċevuti għall-prodotti, minkejja li dan uża l-prodotti inkwistjoni, li ġew legalment ipprovduti mir-rikorrenti.

Kien hemm diffikultajiet simili fir-rigward tar-raba’ kuntratt, li ġie konkluż bħala parti mill-programm MEDA 2 u li kien relatat ma’ provvista ta’ tagħmir speċjalizzat li kien intiż sabiex isiru testijiet fuq filters ta’ vetturi bil-mutur.

Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-konvenuti, li jikkonsisti fin-nuqqas tagħhom li jsibu soluzzjoni li tissodisfa l-interessi tar-rikorrenti fid-dawl tan-nuqqasijiet gravi fl-implementazzjoni tal-kuntratti inkwistjoni, jista’ jirriżulta fir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-ksur tal-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Finanzi, tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal kunfidenzjalità.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/36


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2009 — PVS vs UASI — MeDiTA Medizinischer Kurierdienst (medidata)

(Kawża T-270/09)

2009/C 220/77

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PVS — Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Lindenberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- u. Handelg. mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannnulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 1724/2007/4 u ticħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut fil-kontumaċja, mingħajr trattazzjoni, jekk ir-risposta ma tkunx ippreżentata fil-forom u fit-termini previsti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “mediata” fil-kuluri blu, griż u abjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 44 (Applikazzjoni għar- reġistrazzjoni Nru 4 495 842)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- u. Handelg. mbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “MeDiTA” għal servizzi fil-klassjiet 35 u 39, fejn l-oppożizzjoni kienet diretta kontra r-reġistrazzjoni għall-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li m’hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/37


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI — British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)

(Kawża T-271/09)

2009/C 220/78

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Fitzner u U. Fitzner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British-American Tobacco Polska S.A. (Augustów, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni — UASI), tat-13 ta’ Mejju 2009 (Każ R 771/2008-4);

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Marzu 2008 u;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg” għal prodotti fil-klassijiet 33 u 34 (Applikazzjoni Nru 4 583 761)

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: British-American Tobacco Polska S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Pollakka “JAN III SOBIESKI” għal prodotti fil-klassi 34 (Nru 110 327) u t-trade mark verbali u figurattiva “JAN III SOBIESKI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 30, 32 u 33 (Nru 160 417), bl-oppożizzjoni diretta kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet 33 u 34

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 (2) u tal-Artikolu 60 flimkien mal-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2869/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU 1995, L 303, p. 33)


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/37


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Pineapple Trademarks vs UASI — Dalmau Salmons (KUSTOM)

(Kawża T-272/09)

2009/C 220/79

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pineapple Trademarks Pty Ltd (Burleigh Heads, l-Awstralja) (rappreżentant: N. Saunders, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Angel Custodio Dalmau Salmons (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 383/2008-1 u tibgħat mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja lill-UASI sabiex huwa jkun jista’ jipproċedi; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Pineapple Trademarks Pty Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KUSTOM”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali “CUSTO”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti peress li l-Bord tal-Appell għamel konstatazzjonijiet fir-rigward tax-xebh fuq livell ta’ smigħ u kunċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà tikkummenta u li ma kinux sostnuti minn ebda prova rilevanti.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Deutsche Bahn AG vs UASI — DSB (IC4)

(Kawża T-274/09)

2009/C 220/80

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Haag, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DSB (Copenhagen, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta’ April 2009 u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta’ Lulju 2007.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm ta’ din l-istanza u kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: DSB

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IC4” għal prodotti fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 4 255 411)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “ICE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 12, 19, 37, 38, 39, 41 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 170 605) u t-trade mark figurattiva Ġermaniża “IC” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42 (Nru 1 009 258)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/38


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2009 — Sepracor Pharmaceuticals (l-Irlanda) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/09)

2009/C 220/81

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, Solicitor, D. Anderson, QC u J. Stratford, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dawn il-proċeduri;

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 230 KE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni, filwaqt li kkonfermat l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA), tat l-awtorizzazzjoni għall-marketing tal-prodott “Lunivia” tar-rikorrenti iżda kkunsidrat li l-“eszopiclone” kontenut fih ma kienx sustanza attiva ġdida taħt l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 726/2004 (1).

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tapplika l-kriterji legali korretti għal sustanza attiva ġdida bi ksur tal-liġi, b’mod partikolari tal-Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva 2001/83 (2) u tat-taqsima III tal-Parti II tal-Anness I tal-istess direttiva, kif ukoll il-gwida applikabbli bħall-Avviż lill-Applikanti, b’mod partikolari l-volum 2A u l-volum 3 tiegħu. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-approċċ adottat mill-konvenuta fil-deċiżjoni kkontestata rigward il-kundizzjoni sabiex sustanza attiva tiġi kklassifikata bħala ġdida jikser l-għan u l-iskop tas-sistema leġiżlattiva li mhijiex ibbażata fuq il-kunċetti ta’ “valur miżjud” jew effikaċja komparattiva, imma fuq standards assoluti ta’ kwalità, sigurtà u effikaċja.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret id-drittijiet proċedurali essenzjali tagħha peress li l-EMEA rċeviet u ħadet inkunsiderazzjoni r-rappreżentazzjonijiet magħmula minn terz mingħajr ma informat lill-applikant bl-eżistenza tagħhom jew mingħajr ma tatu l-opportunità li jikkummenta fuhom.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, p. 1)

(2)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67)


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter vs UASI (GG)

(Kawża T-278/09)

2009/C 220/82

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter eV (Gau-Algesheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1568/2008-1) u;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GG” għal prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni Nru 6 388 284)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 75 minħabba stqarrija inadegwata tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni hija bbażata u ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu meħtieġ u għaliex ma jeżistix ir-rekwiżit ta’ disponibbiltà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri)

(Kawża T-279/09)

2009/C 220/83

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Antonino Aiello (Vico Equense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Coccia, avvocato, L. Pardo, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2009, innotifikata permezz ta’ faks fl-14 ta’ Mejju 2009, mogħtija fil-proċediment R 1148/2008-1 bejn Antonio Aiello u Cantoni ITC S.p.A. u, bħala korrezzjoni, tiċħad l-oppożizzjoni B 856 163 għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “100 % CAPRI” għal prodotti fil-klassi 3, 18 u 25 (Nru 003563848).

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element numeriku verbali “100 % Capri”) (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 563 848), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CANTONI L.T.C. S.p.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 689 891) u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “CAPRI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda għall-prodotti inkwistjoni kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll l-Artikoli 50(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (sostitwit bir-Regolament Nru 207/2009).


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — Fédération Internationale des Logis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru ta’ lewn aħdar)

(Kawża T-282/09)

2009/C 220/84

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale des Logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Brisset, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fit-22 ta’ April 2009 fil-Każ R 1511/2008-1 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kwadru ta’ lewn aħdar għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 — Applikazzjoni Nru 6 468 789

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li r-rappreżentazzjoni ta’ kwadru bil-ġnub konvessi ta’ lewn aħdar partikolari u speċifiku hija distintiva fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, sa fejn dawn l-elementi jagħtu lit-trade mark dehra partikolari għal dawn il-prodotti u servizzi.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/09)

2009/C 220/85

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d’Étude et de Valorisation des Algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

minn naħa, tikkonstata n-nuqqas ta’ motivazzjoni tat-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009 tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2009;

min-naħa l-oħra, tikkonstata r-riskju tal-arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni fil-każ ta’ rimbors mis-CEVA tas-somma ta’ EUR 173 435 flimkien mal-imgħaxijiet minħabba ħlas tardiv;

konsegwentement, tannulla t-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009;

fl-aħħar nett, tikkonstata n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-kuntratt Nru Q5RS-2000-31334 imsejjaħ SEAPURA;

b’mod partikolari n-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 22(5)(3) tal-Anness II, tal-Artikolu 3.5 tal-Anness II tal-kuntratt Nru Q5RS-2000-31334;

konsegwentement, tannulla t-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tat-titoli eżekuttivi li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tal-intier tal-ħlasijiet bil-quddiem li saru lir-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt SEAPURA Nru Q5RS-2000-31334 dwar proġett ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi bbażati:

fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti, inkwantu l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-allegat ksur tal-obbligi kuntrattwali min-naħa tar-rikorrenti mingħajr ma esponiet ir-raġunijiet ta’ dritt u ta’ fatt insostenn ta’ din l-allegazzjoni;

fuq ksur tal-prinċipju tan-nonarrikkiment indebitu, peress li r-rimbors tal-intier tas-somma mitluba mill-Kummissjoni għandu bħala konsegwenza l-arrikkiment indebitu tagħha, inkwantu hija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha xogħlijiet u studji mwettqa mir-rikorrent mingħajr ma tkun ħallset għalihom;

fuq in-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Kummissjoni, tas-setgħa ta’ stħarriġ tagħha matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Intel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/09)

2009/C 220/86

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intel Corp. (Wilmington, L-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: N. Green, I. Forrester, QC, M. Hoskins, K. Bacon, S. Singla, Barristers, A. Parr u R. MacKenzie, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3726 finali, tat-13 ta’ Mejju 2009, fil-Każ COMP/C-3/37.990 — Intel;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa imposta;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3726 finali, tat-13 ta’ Mejju 2009, fil-Każ COMP/C-3/37.990 — Intel, li tikkonstata li hija kienet wettqet ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 82 KE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE minn Ottubru 2002 sa Diċembru 2007 billi implementat strateġija li l-għan tagħha kien li teskludi kompetituri mis-suq ta’ unitajiet ċentrali ta’ pproċessar (central processing units, iktar ’il quddiem “CPUs”) tat-tip x86. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuqha.

Ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi:

(a)

ikkonstatat li t-tnaqqis fil-prezz mogħti taħt ċerti kundizzjonijiet minn Intel lill-klijenti tagħha kien abbużiv fih innifsu minħabba l-fatt li dan kien suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, mingħajr ma stabbilixxiet jekk dan it-tnaqqis kienx attwalment kapaċi jeskludi l-kompetizzjoni;

(b)

ibbażat ruħha fuq forma ta’ abbuż li jeskludi l-kompetizzjoni, imsejjaħ “restrizzjonijiet mhux moħbija” u naqset milli twettaq kwalunkwe analiżi ta’ esklużjoni (anki tal-kapaċità jew tal-probabbiltà ta’ esklużjoni) fil-konfront tiegħu;

(c)

naqset milli tanalizza jekk l-arranġamenti ta’ tnaqqis bejn Intel u l-klijenti tagħha kinux implementati fit-territorju tal-Komunità Ewropea u/jew jekk kellhomx effetti immedjati, sostanzjali, diretti u prevedibbli fil-Komunità Ewropea.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-livell ta’ prova meħtieġ fl-analiżi tagħha tal-provi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni naqset milli turi li l-arranġamenti ta’ tnaqqis bejn Intel u l-klijenti tagħha kienu suġġetti għall-kundizzjoni li l-klijenti tagħha jixtru s-CPUs tat-tip x86 li jkollhom bżonn kollha jew kważi kollha mingħand Intel. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat l-eżami msejjaħ “daqs kompetitur effiċjenti” (“as efficient competitor”, iktar ’il quddiem l-“eżami AEC”) sabiex tiddetermina jekk it-tnaqqis ta’ Intel setax jillimita l-kompetizzjoni iżda wettqet diversi żbalji fl-analiżi u fl-evalwazzjoni tal-provi li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ dan l-eżami. Il-Kummissjoni naqset ukoll milli tindirizza kategoriji ta’ provi oħra rilevanti għall-effetti tat-tnaqqis ta’ Intel. B’mod partikolari l-Kummissjoni naqset milli:

(a)

tindirizza l-provi li juru li waqt il-perijodu tal-ksur allegat, wieħed mill-kompetituri ta’ Intel żied is-sehem fis-suq tiegħu u l-profittabbiltà tiegħu sostanzjalment iżda li n-nuqqas ta’ suċċess tiegħu f’ċerti oqsma tas-suq u/jew ma’ ċerti produtturi ta’ tagħmir oriġinali (“OEMs”) kien ir-riżultat tan-nuqqasijiet tiegħu stess;

(b)

tistabbilixxi rabta kawżali bejn dak li kkonstatat li huwa tnaqqis kundizzjonali u d-deċiżjonijiet tal-klijenti ta’ Intel li ma jixtrux mingħand dak il-kompetitur;

(c)

tanalizza l-provi tal-impatt tat-tnaqqis ta’ Intel fuq il-konsumaturi.

It-tielet nett, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni naqset milli turi li Intel bdiet strateġija fuq medda twila ta’ żmien sabiex teskludi l-kompetituri. Tali konstatazzjoni mhijiex sostnuta minn provi u huwa impossibbli li tiġi rrikonċiljata man-natura frammentarja tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni (fir-rigward tal-prodotti koperti u tal-perijodu ta’ żmien) fir-rigward ta’ kull konsumatur ta’ Intel.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kollha jew parti minnha għandha tiġi annullata fuq il-bażi li l-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali sostanzjali matul il-proċedura amministrattiva b’tali mod li kisret id-drittijiet ta’ difiża ta’ Intel. B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli:

(a)

tisma’ lil Intel f’seduta rigward id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali u l-ittra tal-fatti, minkejja li f’dawn tqajmu allegazzjonijiet u provi ġodda li jidhru b’mod prominenti fid-deċiżjoni kkontestata;

(b)

tiġbor ċerti dokumenti interni mingħand il-kompetitur għall-atti tal-fajl meta ntalbet tagħmel dan mir-rikorrenti, u dan minkejja li, fl-opinjoni tar-rikorrenti, id-dokumenti:

(i)

kienu direttament rilevanti għall-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni kontra Intel,

(ii)

setgħu potenzjalment jeħilsu lil Intel mill-akkużi mressqa kontriha u

(iii)

kienu ġew identifikati bi preċiżjoni minn Intel;

(c)

tieħu nota adegwata tal-laqgħa tagħha ma’ xhud prinċipali minn wieħed mill-klijenti ta’ Intel, li probabbilment seta’ jressaq provi li jeħilsuha mill-akkużi mressqa kontriha.

Skont l-Artikolu 229 KE, ir-rikorrenti tikkontesta wkoll l-ammont tal-multa imposta fuqha abbażi ta’ tliet motivi.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-multa ta’ EUR 1 060 000 000 (l-ogħla multa qatt imposta fuq impriża waħda mill-Kummissjoni) hija manifestament sproporzjonata peress li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi xi dannu għall-konsumatur jew esklużjoni tal-kompetituri.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li hija ma kisritx intenzjonalment jew minħabba negliġenza l-Artikolu 82 KE: l-eżami AEC tal-Kummissjoni kien ibbażat fuq informazzjoni li hija ma setgħatx tkun taf fiż-żmien meta kienet qiegħda tagħti t-tnaqqis lill-klijenti tagħha.

It-tielet nett, ir-rikorrenti tqis li meta ffissat il-multa, il-Kummissjoni naqset milli tapplika l-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006 tagħha, u ħadet inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet irrilevanti jew inadegwati.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Carrols vs UASI — Gambettola (Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL)

(Kawża T-291/09)

2009/C 220/87

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Carrols Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giulio Gambettola (Los Realejos, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors kif ukoll l-annessi tiegħu ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fl-aspetti kollha tagħha fir-rigward tar-raġunijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażati fuq l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL” (Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Nru 002938801) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 41 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Giulio Gambettola.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva nazzjonali (Nru 2 201 552) li fiha l-element verbali “Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL” u t-trade mark verbali nazzjonali “POLLO TROPICAL” (Nru 2 201 543) għal servizzi fil-klassi 41 (“servizzi ta’ restoranti”).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal annullament hija miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/99 dwar it-trade mark Komunitarja.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Lulju 2009 — Mepos Electronics vs UASI (MEPOS)

(Kawża T-297/08) (1)

2009/C 220/88

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/43


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/09)

2009/C 220/89

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li biha l-konvenuta tiċħad talba għar-rimbors għal 100 % ta’ xi spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tal-25 ta’ Novembru 2002, sa fejn neċessarju u skont l-Artikolu 241 KE, minħabba li ma tapplikax għall-kawża inkwistjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-leġiżlazzjoni kif ukoll l-allegat opinjoni tal-kunsill mediku;

tannulla n-nota tal-5 ta’ Awwissu 2008;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-1 ta’ Novembru 2008;

sa fejn neċessarju, tannulla n-nota tal-4 ta’ Marzu 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 25 000, jew kull somma oħra li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-miżuri tagħha, li l-annullament tagħhom qed jintalab f’dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/43


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Angulo Sanchez vs Il-Kunsill

(Kawża F-67/09)

2009/C 220/90

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Angulo Sanchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħdu t-talbiet għal leave speċjali magħmula mir-rikorrent minħabba mard serju tal-ġenituri tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru u tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent għal leave speċjali minħabba mard serju ħafna tal-ġenituri tiegħu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/43


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2009 — Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-68/09)

2009/C 220/91

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta’ Novembru 2008 li r-rikorrenti ma tiġix promossa għal Grad 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2006.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropej li r-rikorrenti ma tiġix promossa għal Grad 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2006;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.