ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
15 ta' Awwissu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 193/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 180, 1.8.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 193/02

Kawża C-165/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fl-4 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Greenpeace Nederland, B. Meijer, E. Zwaag, F. Pals vs College van Gedeputeerde Staten van Groningen, derde belanghebbende: RWE Power AG

2

2009/C 193/03

Kawża C-166/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (L-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland; intervenjenti: Electrabel Nederland NV u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

3

2009/C 193/04

Kawża C-167/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, partijiet terzi interessati: E.On Benelux u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

4

2009/C 193/05

Kawża C-182/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Mejju 2009 — Seaport (NI) Limited vs Department of the Environment for Northern Ireland

5

2009/C 193/06

Kawża C-188/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta’ Mejju 2009 — Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku vs Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska spółka jawna w Białymstoku

6

2009/C 193/07

Kawża C-191/09 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2009 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-249/06, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

7

2009/C 193/08

Kawża C-193/09 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2009 minn Kaul GmbH mis-sentenza mogħtija fil-25 ta’ Marzu 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) fil-Kawża T-402/07, Kaul GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Bayer

8

2009/C 193/09

Kawża C-194/09 P: Appell ippreżentat fl-1 ta' Ġunju 2009 minn Alcoa Trasformazioni Srl mis-sentenza mogħtija tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) fil-25 ta' Marzu 2009 fil-Kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

8

2009/C 193/10

Kawża C-195/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Patents Court) (England and Wales) tad-29 ta’ Mejju 2009 — Synthon BV vs Merz Pharma Gmbh & Co KG

9

2009/C 193/11

Kawża C-196/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej fid-29 ta' Mejju 2009 — Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald vs Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

9

2009/C 193/12

Kawża C-199/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Il-Latvja) fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu Dienests

10

2009/C 193/13

Kawża C-200/09 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-249/06: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), preċedentement Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT, u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), preċedentement Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

10

2009/C 193/14

Kawża C-204/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Flachglas Torgau GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

11

2009/C 193/15

Kawża C-208/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (L-Awstrija) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien

12

2009/C 193/16

Kawża C-209/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Lahti Energia Oy

12

2009/C 193/17

Kawża C-211/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

13

2009/C 193/18

Kawża C-214/09 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2009 minn Anheuser-Busch, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-191/07: Anheuser-Busch, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), Budějovický Budvar, národní podnik

13

2009/C 193/19

Kawża C-215/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki

14

2009/C 193/20

Kawża C-220/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

15

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 193/21

Kawża T-259/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Kittien tal-fibra — Qanneb — Banana — Rapport tal-OLAF — Rapport tal-Qorti tal-Awdituri — Laqgħa bilaterali msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Prattika abbużiva — Eżistenza ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG)

16

2009/C 193/22

Kawża T-435/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Danjaq vs UASI — Mission Productions (Dr. No) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Dr. No — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks verbali mhux irreġistrati u tas-sinjali Dr. No u Dr. NO — Kundizzjoni għal trade marks preċedenti mhux sodisfatta — Nuqqas ta’ sinjal distintiv użat fil-kummerċ — Artikolu 8(1)(a) u (b), (2)(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b), 2(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament(KE) Nru 207/2009))

16

2009/C 193/23

Kawża magħquda T-273/06 u T-297/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — ISD Polska et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur tal-azzar — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka — Rikors għal annullament — Locus standi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Aspettattivi leġittimi — Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Rata ta’ imgħax li għandha tiġi applikata għar-rimbors tal-għajnuna inkompatibbli — Obbligu ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru — Rata ta’ imgħax kompost — Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004)

17

2009/C 193/24

Kawża T-288/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Regionalny Fundusz Gospodarczy vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha — Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka — Rata ta’ imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli — Obbligu ta’ kooperazzjoni stretta mal-Istat Membru — Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004)

17

2009/C 193/25

Kawża T-291/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Operator ARP vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sistema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ benefiċjarju — Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru (KE) Nru 659/1999)

18

2009/C 193/26

Kawża T-24/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — ThyssenKrupp Stainless vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ħlas addizzjonali fuq il-liga — Poter tal-Kummissjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Res judicata — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Preskrizzjoni — Prinċipju ta’ non bis in idem — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)

18

2009/C 193/27

Kawżi magħquda T-81/07, T-82/07, u T-83/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — KG Holding et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi lil KG Holding NV — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà parzjali — Irkupru tal-għajnuna mingħand impriżi benefiċjarji li ġew iddikjarati falluti — Linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà)

19

2009/C 193/28

Kawża T-414/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Euro-Information vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ id iżżomm kard bi tliet trijangoli) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta id iżżomm kard bi tliet trijangoli — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

19

2009/C 193/29

Kawża T-419/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Okalux vs UASI Messe Düsseldorf (OKATECH) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali OKATECH — Revoka parzjali — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Artikoli 57 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 58 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali — Dritt għal smigħ)

20

2009/C 193/30

Kawża T-444/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni (FSE — Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja — Rapport tal-OLAF)

20

2009/C 193/31

Kawża T-16/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Perfetti Van Melle vs UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CENTER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

20

2009/C 193/32

Kawża T-311/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Fitoussi vs UASI (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja IBIZA REPUBLIC — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti fil-forma ta’ stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

21

2009/C 193/33

Kawża T-258/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Punt ta’ tluq — Tardività — Inammissibbiltà)

21

2009/C 193/34

Kawża T-524/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ġunju 2009 — AVLUX vs Il-Parlament (Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2009/C 193/35

Kawża T-550/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji (rimbors tal-multa diġà mħallsa u rinunzja għal garanzija bankarja) — Assenza ta’ fumus boni juris u nuqqas ta’ urġenza)

22

2009/C 193/36

Kawża T-173/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Z vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess ta’ terza persuna interessata għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa u li għadha ma ġietx ippubblikata — Talba għal miżuri provviżorji — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

22

2009/C 193/37

Kawża T-184/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Meju 2009 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

23

2009/C 193/38

Kawża T-212/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2009 — Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

23

2009/C 193/39

Kawża T-226/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — British Telecommunications vs Il-Kummissjoni

24

2009/C 193/40

Kawża T-227/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Feng Shen Technology vs UASI — Majtczak (FS)

24

2009/C 193/41

Kawża T-230/09: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2009 — BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

25

2009/C 193/42

Kawża T-236/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

26

2009/C 193/43

Kawża T-237/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Région Wallonne vs Il-Kummissjoni

27

2009/C 193/44

Kawża T-238/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2009 — Sniace vs Il-Kummissjoni

28

2009/C 193/45

Kawża T-239/09 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-31 ta’ Marzu 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-146/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

28

2009/C 193/46

Kawża T-244/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Accenture Global Services vs UASI

29

2009/C 193/47

Kawża T-245/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Shell Hellas vs Il-Kummissjoni

29

2009/C 193/48

Kawża T-246/09: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2009 — Insula vs Il-Kummissjoni

30

2009/C 193/49

Kawża T-250/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2009 — Cesea Group vs UASI — Mangini & C. (mangiami)

31

2009/C 193/50

Kawża T-251/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Société des Pétroles Shell vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 193/51

Kawża T-255/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2009 — Caixa Geral de Depósitos vs UASI — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (iktar ’il quddiem la Caixa)

32

2009/C 193/52

Kawża T-218/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Lemans vs UASI — Turner (ICON)

33

2009/C 193/53

Kawża T-389/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Lemans vs UASI — Turner (ICON)

33

2009/C 193/54

Kawża T-435/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Tokita Management Sevice vs UASI — Eminent Food (Tomatoberry)

33

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 193/55

Kawża F-39/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Campos Valls vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Nomina — Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Ċaħda tal-kandidatura ta’ rikorrent — Kundizzjonijiet meħtieġa mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

34

2009/C 193/56

Kawża F-137/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Sergio et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Drittijiet u obbligi — Libertà trejdjunjinistika — Protokoll ta’ Ftehim Kummissjoni-Organizzazzjonijiet Trejdjunjinistiċi u Professjonali — Deċiżjonijiet individwali ta’ kollokament/eżenzjoni mis-servizz ibbażati fuq protokoll — Att li jikkawża preġudizzju — Locus standi — Uffiċjal li jaġixxi f’ismu u mhux f’isem organizzazzjoni trejdjunjinistika — Inammissibbiltà — Notifika taċ-ċaħda tal-ilment lill-avukat tar-rikorrenti — Punt ta’ tluq tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors)

34

2009/C 193/57

Kawża F-43/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Spee vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ għażla)

35

2009/C 193/58

Kawża F-72/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikorsi — Ilment amministrattiv imressaq qabel — Risposta temporanja — Żball skużabbli — Nuqqas — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Ilment tardiv — Inammissibbiltà — Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja — Fatt ġdid sostanzjali — Assenza)

35

2009/C 193/59

Kawża F-81/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidou vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors — Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja — Fatt ġdid sostanzjali — Assenza)

35

2009/C 193/60

Kawża F-61/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

36

2009/C 193/61

Kawża F-62/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

36

2009/C 193/62

Kawżi magħquda F-14/05 u F-20/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Albert-Bousquet et u Johansson et vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 193/63

Kawża F-21/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — De Geest vs Il-Kunsill

37

2009/C 193/64

Kawża F-38/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Delplancke u Governatori vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 193/65

Kawża F-49/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Bethuyne et vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 193/66

Kawża F-80/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — De Geest vs Il-Kunsill

37

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/1


2009/C 193/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 180, 1.8.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 167, 18.7.2009

ĠU C 153, 4.7.2009

ĠU C 141, 20.6.2009

ĠU C 129, 6.6.2009

ĠU C 113, 16.5.2009

ĠU C 102, 1.5.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fl-4 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Greenpeace Nederland, B. Meijer, E. Zwaag, F. Pals vs College van Gedeputeerde Staten van Groningen, derde belanghebbende: RWE Power AG

(Kawża C-165/09)

2009/C 193/02

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il-fondazzjoni Stichting Natuur en Milieu et; Il-fondazzjoni Greenpeace Nederland; B. Meijer u l-konjuġi tiegħu; E. Zwaag u F. Pals.

Konvenuti: Het college van gedeputeerde staten van Groningen (Gvern provinċjali tal-provinċja ta’ Groningen).

Domandi preliminari

1

L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-direttiva jimplika li l-obbligi tad-Direttiva 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (attwalment id-Direttiva 2008/1/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż), trasposti fil-Wet milieubeheer (liġi dwar l-amministrazzjoni tal-ambjent), jistgħu u għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta jkollha tittieħed deċiżjoni fuq applikazzjoni għal permess ambjentali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ il-livell massimu ta’ emissjonijiet ta’ SO2 tad-Direttiva 2001/81/KE dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva NEC”), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligi tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 96/61/KE, li attwalment saret id-Direttiva 2008/1/KE?

2.a

L-obbligu li Stat Membru għandu li jastjeni milli jadotta miżuri li jistgħu jikkompromettu b’mod serju t-twettiq tar-riżultat stabbilit minn direttiva, japplika wkoll għall-perijodu mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva NEC?

2.b

Matul il-perijodu mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, jeżistu obbligi pożittivi tal-Istati Membri kkonċernati, minbarra dan indipendentement mill-obbligu ta’ astensjoni tagħhom jew minfloku, peress illi jkun hemm qbiż tal-livell nazzjonali ta’ produzzjoni ta’ SO2, jew meta jkun hemm ir-riskju li din il-produzzjoni tinqabeż fi tmiem il-perijodu inkwistjoni?

2.ċ

Sabiex tingħata risposta għad-domandi 2.a u 2.b, huwa neċessarju li mill-applikazzjoni għal permess ambjentali, li jkun jirrigwarda installazzjonijiet li jikkontribwixxu jew li hemm riskju li jikkontribwixxu għall-qbiż tal-livell nazzjonali massimu tal-emissjonijiet ta’ SO2 tad-Direttiva NEC, jkun jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati sejrin ikunu mħaddma mhux qabel l-2011?

3.a

L-obbligi msemmija fid-domanda 2 għandhom il-konsegwenza li l-Istat Membru kkonċernat għandu jiċħad il-permess ambjentali li ntalab jew għandu jinkludi fih preskrizzjonijiet jew restrizzjonijiet, jekk xejn ma jkun jippermetti li jiġi ggarantit li l-installazzjonijiet li għalihom il-permess ġie mitlub mhumiex ser jikkontribwixxu jew m’hemmx riskju li jikkontribwixxu għall-qbiż tal-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet ta’ SO2 tad-Direttiva NEC? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sa fejn l-installazzjonijiet inkwistjoni ser jikkontribwixxu jew hemm riskju li jikkontribwixxu għal dan il-qbiż tal-livell?

3.b

Jew inkella, b’mod kuntrarju, jirriżulta mid-Direttiva NEC li Stat Membru, anki f’każ li jinqabeż jew f’riskju li jinqabeż il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet ta’ SO2, għandu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet previsti mid-direttiva, u b’hekk jista’ ma jirrifjutax l-għoti tal-awtorizzazzjoni jew ma jinkludix fiha preskrizzjonijiet jew restrizzjonijiet, iżda minflok jadotta miżuri oħra, bħal miżuri ta’ kumpens?

4.

Individwu jista’, peress li huma imposti fuq l-Istati Membri l-obbligi msemmija fid-domandi 2 u 3, jinvoka l-osservanza tal-imsemmija obbligi quddiem il-qorti nazzjonali?

5.a

Individwu jista’ jinvoka direttament l-Artikolu 4 tad-Direttiva NEC?

5.b

Jekk iva, dan l-individwu jista’ jinvoka dan l-Artikolu mis-27 ta’ Novembru 2002, jew sa mill-31 ta’ Diċembru 2010 biss? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa neċessarju li mill-applikazzjoni għal permess ambjentali jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati sejrin ikunu mħaddma mhux qabel l-2011?

6.

Individwu, b’mod partikolari, meta l-għoti ta’ permess ambjentali u/jew ta’ miżuri oħra li jikkontribwixxu għall-qbiż tal-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet ta’ SO2 tad-Direttiva NEC, jew li hemm riskju li jikkontribwixxu għal dan il-qbiż, jista’jinvoka abbażi tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva:

a.

dritt ġenerali li jiġu adottati mill-Istat Membru kkonċernat, numru ta’ miżuri li permezz tagħhom, mhux iktar tard mill-2010, l-emissjonijiet nazzjonali annwali ta’ SO2 ma jilħqux livell ogħla minn dak tal-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet tad-Direttiva NEC jew, jekk dan ma jseħħx, numru ta’ miżuri li permezz tagħhom dawn l-emissjonijiet ikunu, fl-inqas żmien possibbli wara din id-data, limitati għal dan il-livell;

b.

dritt konkret sabiex jiġu adottati mill-Istat Membru kkonċernat, miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ installazzjonijiet partikolari — pereżempju taħt forma ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ żieda ta’ preskrizzjonijiet jew restrizzjonijiet supplementari ma’ din l-awtorizzazzjoni — li jikkontribwixxu sabiex, sa mhux iktar tard mill-2010, l-emissjonijiet nazzjonali annwali ta’ SO2 ma jilħqux livell ogħla minn dak tal-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet tad-Direttiva NEC jew, jekk dan ma jseħħx, numru ta’ miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu sabiex dawn l-emissjonijiet ikunu, fl-iqsar żmien possibbli wara din id-data, limitati għal dan il-livell?

6.ċ

Huwa neċessarju, sabiex tingħata risposta għad-domandi 6.a u 6.b, li jkun magħruf sa fejn l-installazzjonijiet inkwistjoni ser jikkontribwixxu għal dan il-qbiż jew għal dan ir-riskju ta’ qbiż?


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (L-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland; intervenjenti: Electrabel Nederland NV u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

(Kawża C-166/09)

2009/C 193/03

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne

Konvenuta: Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland

Intervenjenti: Electrabel Nederland NV u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

Domandi preliminari

1)

L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-direttivi jimplika li l-obbligi tad-Direttiva 2008/1/KE (1) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, kif trasposti fil-Wet Milieubeheer, jistgħu u għandhom jiġu interpretati li jfissru li, fid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-permess ambjentali, il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet SO2 u NOx stabbilit mid-Direttiva 2001/81/KE (2) dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva LNME”) għandu jiġi kkunsidrat, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi taħt l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2008/1/KE?

2)

(a)

L-obbligu li Stat Membru jastjeni milli jadotta miżuri li jistgħu jtellfu r-riżultat stabbilit minn direttiva japplika wkoll waqt il-perijodu mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva LNME?

(b)

F’każ li l-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż, jew jekk hemm riskju li fl-aħħar ta’ dan il-perijodu dan jinqabeż, l-obbligi pożittivi huma, waqt il-perijodu rilevanti mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, b’mod paralleli mal-imsemmi obbligu li jastjeni, jew minfloku, ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat?

(ċ)

Fir-risposti għad-domandi 2(a) u 2(b), huwa sinjifikattiv li applikazzjoni għal permess ambjentali għal impjant li jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż jew ikun hemm ir-riskju li jinqabeż, tindika li l-impjant sejjer jopera mhux iktar kmieni mis-sena 2011?

3)

(a)

L-obbligi msemmija fid-domanda 2 jimplikaw li, fin-nuqqas ta’ garanziji li l-impjant li għalih intalab permess ambjentali mhux sejjer jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż jew ikun hemm riskju li jinqabeż, l-Istat Membru għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għal permess ambjentali jew li jinkludi iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet mal-applikazzjoni? Fir-risposta ta’ din id-domanda, huwa sinjifikattiv kemm l-impjant jikkontribwixxi sabiex il-livell massimu ta’ emissjonijiet sejjer jinqabeż jew hemmx ir-riskju li huwa jinqabeż?

(b)

Jew id-Direttiva LNME timplika li, meta l-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx jinqabeż jew hemm ir-riskju li jinqabeż, Stat Membru għandu wkoll id-diskrezzjoni li jikseb ir-riżultat stabbilit fid-Direttiva, mhux billi jirrifjuta l-permess jew li jissuġġetta l-permess għal iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet, iżda billi jadotta miżuri oħra bħalma huma forom oħra ta’ kumpens?

4)

Meta l-obbligi msemmija fid-domandi 2 u 3 huma tal-Istat Membru, jista’ individwu privat iressaq il-kwistjoni ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi quddiem qorti nazzjonali?

5)

(a)

Jista’ individwu juża direttament l-Artikolu 4 tad-Direttiva LNME?

(b)

Jekk iva, dan huwa possibbli li jsir mis-27 ta’ Novembru 2002 jew biss mill-31 ta’ Diċembru 2010? Huwa sinjifikattiv, għar-risposta ta’ din id-domanda, li l-applikazzjoni għal permess ambjentali jindika li l-impjant sejjer jopera mhux iktar kmieni fis-sena 2011?

6)

B’mod partikolari, jekk l-għoti ta’ permess ambjentali u/jew miżuri oħra, jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx fid-Direttiva LNME jinqabeż jew hemm ir-riskju li jinqabeż, jista’ individwu, abbażi tal-Artikolu 4 ta’ dik id-direttiva:

a)

isostni b’mod ġenerali li l-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta pakkett ta’ miżuri li, mhux iktar tard mill-2010, jillimitaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tal-SO2 u tan-NOx għal ammonti mhux ikbar mil-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni stabbilit fid-Direttiva LNME, jew, jekk dan ma jirnexxix, pakkett ta’ miżuri li jillimita dawn l-ammonti ta’ emissjonijiet mill-iktar fis possibbli?

b)

isostni b’mod speċifiku li l-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ impjant individwali — pereżempju, billi jirrifjuta permess jew li jissuġġetta l-permess għal iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet — li, mhux iktar tard mill-2010, jikkontribwixxu sabiex jillimitaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tal-SO2 u tan-NOx għal ammonti mhux ikbar mil-livell massimu stabbilit fid-Direttiva LNME, jew, jekk dan ma jirnexxix, miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu sabiex jillimitaw l-emissjonijiet għal dawk l-ammonti mill-iktar fis possibbli?

c)

Huwa sinjifikattiv, fir-risposta għad-domandi 6(a) u 6(b), kemm l-impjant jikkontribwixxi sabiex il-livell massimu ta’ emissjoni jinqabeż jew li hemm riskju li jinqabeż?


(1)  Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 24, 29.1.2008, p.8)

(2)  Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22)


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, partijiet terzi interessati: E.On Benelux u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

(Kawża C-167/09)

2009/C 193/04

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne

Konvenut: Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland

Partijiet terzi interessati: E.On Benelux u Burgemeester en Wethouders Rotterdam

Domandi preliminari

1.

L-obbligu ta’ interpretazzjoni b’mod konformi mad-direttiva jimplika li l-obbligi tad-Direttiva 96/61/KE (1) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (li issa hija d-Direttiva 2008/1/KE (2) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż) trasposti fil-Wet milieubeheer jistgħu u għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ il-livelli massimi għal SO2 u/jew NOx tad-Direttiva 2001/81/KE (3) ta’ emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu (iktar ’il quddiem id-“Direttiva NEC”), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligi taħt l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 96/61/KE, li issa hija d-Direttiva 2008/1/KE?

2.a

L-obbligu ta’ Stat Membru li jastjeni milli jadotta miżuri ta’ natura li jikkompromettu serjament it-twettiq tar-riżultat stabbilit minn direttiva japplika wkoll għall-perijodu bejn is-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva NEC?

2.b

Matul il-perijodu bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, obbligi pożittivi huma imposti fuq l-Istat Membri kkonċernati, flimkien mal-obbligu li jastjenu jew minfloku, jekk il-limiti massimi ta’ SO2 u/jew NOx tal-livelli nazzjonali ta’ emissjoni jinqabżu jew jekk jeżisti riskju li huma jinqabżu fi tmiem dan il-perijodu?

2.ċ

Sabiex tingħata risposta għad-domandi 2.a u 2.b, huwa importanti li mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali, fir-rigward ta’ installazzjonijiet li jikkontibwixxu jew jistgħu jikkontribwixxu għall-qbiż tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC, jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati ser jibdew joperaw mhux iktar kmieni mill-2011?

3.a

L-obbligi msemmija fit-tieni domanda għandhom bħala konsegwenza li l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali jew jissuġġettaha għal rekwiżiti jew għal restrizzjonijiet oħrajn, jekk xejn ma jippermetti li jiġi ggarantit li l-installazzjonijiet li għalihom intalbet l-awtorizzazzjoni mhumiex ser jikkontibwixxu għall-qbiż tal-livelli ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC? Għandha tiġi kkunsidrata, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, il-miżura li fiha l-installazzjonijiet inkwistjoni jikkontibwixxu jew jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-qbiż?

3.b

Bil-kontra, jirriżulta mid-Direttiva NEC li Stat Membru, anki fil-każ ta’ qbiż jew tar-riskju ta’ qbiż tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx, jkollu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiżgura t-twettiq tal-għanijiet previsti mid-Direttiva, u jista’ b’hekk ma jirrifjutax li joħroġ l-awtorizzazzjoni jew li ma jissuġġettahiex għal rekwiżiti jew restrizzjonijiet, iżda jieħu miżuri oħra minflok dawn, bħal miżuri ta’ kumpens?

4.

Fejn l-obbligi previsti fid-domandi 2 u 3 huma imposti fuq l-Istati Membri, jista’ individwu jinvoka l-osservanza tal-imsemmija obbligi quddiem qorti nazzjonali?

5.a

Individwu jista’ jinvoka direttament l-Artikolu 4 tad-Direttiva NEC?

5.b

Jekk iva, dan l-individwu jista’ jinvoka dan l-Artikolu mis-27 ta’ Novembru 2002, jew biss mill-31 ta’ Diċembru 2010? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa importanti li mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati ser jibdew joperaw mhux iktar kmieni mill-2011?

6.

B’mod iktar partikolari, individwu jista’, jekk l-għoti ta’ awtorizzazzjoni ambjentali u/jew miżuri oħrajn jikkontibwixxu għall-qbiż tal-livelli ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC, jew jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-qbiż, ikun intitolat, abbażi tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva:

a.

għal dritt ġenerali sabiex jiġi adottat, mill-Istat Membru kkonċernat, pakkett ta’ miżuri li permezz tagħhom, mhux iktar mill-2010, l-emissjonijiet nazzjonali annwali ta’ SO2 u/jew NOx, jiġu limitati għal ammonti mhux ogħla minn dak tal-limiti nazzjonali ta’ emissjonijiet tad-Direttiva NEC, jew, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, pakkett ta’ miżuri li permezz tagħhom, l-emissjonijiet jiġu, mill-iktar fis wara din id-data, limitati għal dan il-livell;

b.

għal dritt konkret sabiex jiġu adottati, mill-Istat Membru kkonċernat, miżuri speċifiċi għal installazzjonijiet partikolari — per eżempju taħt il-forma ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ rekwiżiti jew restrizzjonijiet supplementari marbuta ma’ din l-awtorizzazzjoni — li jikkontribwixxu sabiex, mhux iktar tard mill-2010, l-emissjonijiet annwali ta’ SO2 u/jew NOx, ma jilħqux livell ogħla minn dak tal-limiti nazzjonali ta’ emissjonijiet tad-Direttiva NEC, jew, fejn dan ma jseħħx, pakkett ta’ miżuri li permezz tagħhom, l-emissjonijiet ikunu, mill-iktar fis wara din id-data, limitati għal dan il-livell?

ċ.

Sabiex tingħata risposta għad-domandi 6.a u 6.b, hija importanti l-miżura li fiha l-installazzjonijiet inkwistjoni jikkontribwixxu għal dan il-qbiż jew għal dan ir-riskju ta’ qbiż?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26)

(2)  Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, p. 8).

(3)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, p. 22)


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Mejju 2009 — Seaport (NI) Limited vs Department of the Environment for Northern Ireland

(Kawża C-182/09)

2009/C 193/05

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Seaport (NI) Limited.

Konvenut: Department of the Environment for Northern Ireland

Domandi preliminari

1)

X’inhi l-portata tas-setgħa mogħtija lill-Istati Membri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2001/42/KE (1) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (“id-Direttiva SEA”) sabiex jiddeċiedu li mhuwiex possibbli li jintalab li ssir stima [evalwazzjoni] ambjentali għal pjan jew programm li l-ewwel att preparatorju formali għalih sar qabel il-21 ta’ Lulju 2004, kif ukoll il-kwistjonijiet li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, fuq bażi ta’ każ b’każ, sabiex jaslu għad din id-deċiżjoni?

2)

Setgħet l-awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru, wara li kienet iddeċidiet fl-2004 li kien possibbli għal pjan li jikkonforma mal-eżiġenzi tad-Direttiva SEA [u wara li sostniet din il-pożizzjoni iktar tard u quddiem il-qorti nazzjonali], tibdel din id-deċiżjoni u tiddeċiedi f’Novembru 2007 li ma kienx possibbli li dan il-pjan jikkonforma mad-Direttiva SEA?

3)

Il-proċess ta’ deċiżjoni msemmi fit-tieni mistoqsija huwa ekwivalenti għal deċiżjoni retroattiva ta’ jekk kienx possibbli għal pjan li jikkonforma mal-eżiġenzi tad-Direttiva SEA, u jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva SEA jippermetti deċiżjonijiet retroattivi bħal dawn, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

4)

Il-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali f’dan il-każ sabiex kien deċiż fis-6 ta’ Novembru 2007 li ma kienx possibbli li ssir evalwazzjoni ambjentali tal-Abbozz tal-Pjan għaż-Żona fit-Tramuntana (Draft North Area Plan) kienu suġġetti li hija kienet awtorizzata tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tieħu din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva SEA?


(1)  ĠU L 197, p. 30


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta’ Mejju 2009 — Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku vs Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska spółka jawna w Białymstoku

(Kawża C-188/09)

2009/C 193/06

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku.

Konvenuti: Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska spółka jawna w Białymstoku.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (1), flimkien mal-Artikoli 2, 10(1) u (2), kif ukoll 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2), jipprekludu dispożizzjoni, bħall-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu, tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (Dz. U. Nru 54, p.535, liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar il-VAT, iktar ’il quddiem il-“liġi dwar il-VAT tal-2004”), li tistabbilixxi li l-persuni taxxabbli, li jbiegħu lill-persuni fiżiċi li ma jeżerċitawx attività ekonomika u lil persuni fiżiċi li jeżerċitaw attivitajiet ekonomiċi fil-kuntest ta’ impriża agrikola individwali, jitilfu b’mod temporanju d-dritt li jnaqqsu l-ammont tat-taxxa dovut b’somma ekwivalenti għal 30 % tal-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi, meta huma ma jissodisfawx l-obbligu li jużaw cash registers sabiex iżommu data dwar id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovut?

2)

Il-“miżuri speċjali” msemmija fl-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, jistgħu, fid-dawl tan-natura u l-għan tagħhom, jikkonsistu, kif jipprovdi l-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu tal-liġi dwar il-VAT tal-2004, f’limitazzjoni temporanja tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fir-rigward tal-persuni taxxabbli li ma jirrispettawx l-obbligu li jżommu data, permezz ta’ cash registers, dwar id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovut, u, jekk ikun il-każ, huwa meħtieġ li l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2) sa (4) tas-Sitt Direttiva?

3)

Id-dritt li l-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva jagħti lill-Istati Membri jippermettilhom jimponu sanzjoni, fuq il-persuni taxxabbli li ma jirrispettawx l-obbligu li jużaw cash registers sabiex iżommu data dwar id-dħul mill-bejgħ tagħhom u l-ammont tat-taxxa dovut, li tikkonsisti fit-telf temporanju tad-dritt li jnaqqsu l-ammont tat-taxxa dovut b’somma ekwivalenti għal 30 % tal-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi, kif stabbilit fl-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu, tal-liġi dwar il-VAT tal-2004?


(1)  ĠU 71, p. 1301.

(2)  ĠU L 145, p. 1.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/7


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2009 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-249/06, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-191/09 P)

2009/C 193/07

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, G. Berrisch, Rechtsanwalt)

Appellati: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mogħtija fl-10 ta’ Marzu 2009 (1) inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 1 tar-Regolament ikkontestat sa fejn id-dazju antidumping impost fuq l-esportazzjonijiet fil-Komunità Ewropea ta’ prodotti manifatturati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa ogħla mid-dazju li kien japplika li kieku l-prezz ta’ esportazzjoni ma ġiex aġġustat minħabba l-kummissjonijiet li jitħallsu meta l-prodotti jinbiegħu mill-aġent intermedjarju tan-negozjant assoċjat, Sepco SA (punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata) u (2) sa fejn ikkundannat lill-Kunsill għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal kwart tal-ispejjeż tar-rikorrenti fl-ewwel istanza (punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata);

tiddeċiedi l-kawża b’mod definittiv u tiċħad ir-rikors inizjali fit-totalità tiegħu;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-appell u għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill jilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza:

1.

wettqet żball ta’ liġi meta applikat, b’analoġija, il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda għall-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament antidumping bażiku (1) sa fejn injorat li l-kalkolu tal-valur normali, il-kalkolu tal-prezz ta’ esportazzjoni kif ukoll il-kwistjoni ta’ jekk jistgħux isiru aġġustamenti huma rregolati minn regoli distinti u, barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ssodisfatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

2.

wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-oneru tal-prova tal-istituzzjonijiet meta jwettqu aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku sa fejn ma applikatx ir-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova fil-każijiet antidumping u, konsegwentement, wettqet żball ta’ liġi meta ma applikatx in-normi korretti ta’ stħarriġ ġudizzjarju li jirregolaw evalwazzjoni ekonomika tal-istituzzjonijiet;

3.

wettqet żball ta’ liġi meta applikat kriterju ġuridiku żbaljat għall-evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet li jwettqu aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) sa fejn eżaminat din id-deċiżjoni billi bbażat ruħha fuq il-premessa li l-kunċett ta’ entità ekonomika waħda japplika għall-paragun bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni;

4.

wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi applikaw l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku;

5.

wettqet żball ta’ liġi meta applikat interpretazzjoni stretta wisq tal-obbligu ta’ informazzjoni;

6.

wettqet żball ta’ liġi meta ma applikatx b’mod korrett il-kriterju ġuridiku ta’ ksur tad-drittijiet ta’ difiża li kienet identifikat (b’mod korrett).

7.

wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-effett tal-allegata irregolarità fil-proċedura sa fejn ibbażat ruħha fuq il-konstatazzjonijiet żbaljati fil-liġi li jirrigwardaw il-legalità tal-aġġustament imwettaq skont l-Artikolu 2(10)(i).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ĠU L 56, p. 1-20.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/8


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2009 minn Kaul GmbH mis-sentenza mogħtija fil-25 ta’ Marzu 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) fil-Kawża T-402/07, Kaul GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Bayer

(Kawża C-193/09 P)

2009/C 193/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kaul GmbH (rappreżentanti: R. Kunze, avukat u Solicitor, G. Würtenberger, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bayer AG

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-25 ta’ Marzu 2009, fil-Kawża T-402/07, Kaul GmbH vs UASI — Bayer (is-sentenza appellata), li biha hija ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Awwissu 2007, li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li kienet ċaħdet l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 000 195 370“ARCOL”;

tiffissa seduta wara t-tmiem tal-proċedura bil-miktub;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u tikser, barra minn hekk, il-prinċipji fundamentali tad-dritt proċedurali. L-appell ippreżentat kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-25 ta’ Marzu 2009 huwa fondat peress li:

il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, u konsegwentement, kisret din id-dispożizzjoni meta tat s-sentenza appellata;

fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat u kisret l-Artikolu 61(2) u l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 billi kkunsidrat li ksur tad-dritt ta’ smigħ ma kienx sinjifikattiv għall-eżitu tal-proċedura;

il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta kkonfermat l-evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Appell f’dak li jirrigwarda l-kriterju ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.


(1)  Regolament tal Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 11, p. 1


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/8


Appell ippreżentat fl-1 ta' Ġunju 2009 minn Alcoa Trasformazioni Srl mis-sentenza mogħtija tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) fil-25 ta' Marzu 2009 fil-Kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-194/09 P)

2009/C 193/09

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alcoa Trasformazioni Srl (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold, T. Graf, F. Salerno, avvocati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009, fil-kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/C 214/03, innotifikata lir-Repubblika Taljana fid-19 ta’ Lulju 2006, sa fejn tirrigwarda t-tariffi tal-elettriku applikabbli għall-istabbilimenti tal-aluminju li huma ta’ proprjetà ta’ Alcoa Trasformazioni Srl.

Sussidjarjament,

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex terġa tiddeċiedi skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja,

U f’kull każ,

tordna lill-Kummissjoni tħallas lilll-appellanti l-ispejjeż u l-infiq legali skont l-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Aggravji u argumenti prinċipali

Fid-dawl tal-konstatazzjoni li saret mill-Kummissjoni li t-tariffi tal-elettriku applikabbli għall industriji b’enerġija intensiva fl-Italja ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, tqum il-kwistjoni ta’ liema livell ta’ investigazzjoni u raġunament għandha tapplika l-Kummissjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi qabel ma tiftah proċeduri formali. Alcoa ssostni li f’sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni kienet preċedentement ikkonstatat li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna, il-Kummissjoni ma tistax tiftah dawn il-proċeduri dment li qabel tkun wettqet investigazzjoni preliminari dettaljata sabiex tiġġustifika għaliex il-konstatazzjoni preċedenti ma tkunx għadha valida. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet tagħha b’mod suffiċjentement ċar fid-deċiżjoni li tiftah proċeduri formali. Alcoa ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni setgħet tiftah proċeduri formali migħajr ma teżamina jekk l-analiżi oriġinali tad-deċiżjoni tal-1996 kinitx saret invalida. Il-konstatazzjoni li wettqet il-Kummissjoni fil-passat li l-miżura ma kinitx għajnuna mill-Istat tqajjem il-kwistjoni ta’ liema proċedura għandha tapplika fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-kwistjoni u li tiftah proċeduri formali kontra l-miżura inkwistjoni. Isegwi kemm mir-regoli proċedurali applikabbli u l-prinċipji fundamentali ta’ ċertezza legali kif ukoll tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li f’dawn iċ-ċirkustanzi għandha tapplika l-proċedura ta’ investigazzjoni tal-għajnuna kurrenti. Qed jiġi sostnut li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni ġustament ibbażat ruħha fuq il-proċedura għal għajnuna ġdida meta investigat it-tariffi ta’ Alcoa.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Patents Court) (England and Wales) tad-29 ta’ Mejju 2009 — Synthon BV vs Merz Pharma Gmbh & Co KG

(Kawża C-195/09)

2009/C 193/10

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Synthon BV

Konvenuta: Merz Pharma Gmbh & Co KG

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92 (1), awtorizzazzjoni tammonta għal “l-ewwel awtorizzazzjoni […] biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” jekk hija tkun ingħatat b’mod konformi ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE (2), jew huwa neċessarju li barra minn hekk ikun stabbilit li, fl-għoti tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni, l-awtoritajiet nazzjonali evalwaw l-informazzjoni kif meħtieġ mill-proċedura amministrattiva stabbilita f’din id-direttiva?

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92, l-espressjoni “l-ewwel awtorizzazzjoni […] biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” tinkludi l-awtorizzazzjonijiet li l-koeżistentza tagħhom ma’ sistema ta’ awtorizzazzjoni li hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE kienet permessa mil-liġi nazzjonali?

3.

Prodott li jibbenefika mill-ewwel awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea mingħajr ma jkun għadda mill-proċedura amministrattiva stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92 kif definit fl-Artikolu 2 tiegħu?

4.

Jekk it-tielet domanda tingħata risposta fin-negattiv, iċ-ċertifikat li jkopri dan il-prodott huwa null?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1768/92 tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p. 1-5).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mediċinali (ĠU 1962, 22, p. 369).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej fid-29 ta' Mejju 2009 — Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald vs Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

(Kawża C-196/09)

2009/C 193/11

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald

Konvenuta: Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

Domandi preliminari

1)

L-artikolu 234 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti bħal ma hija l-Bord tal-Appell, imwaqqaf bl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej (1), jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u, peress li huwa jiddeċiedi fl-aħħar istanza, huwa marbut li jagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 12 u 39 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ħlas tas-salarju bħal dik fis-seħħ fl-iskejjel Ewropej, liema sistema, filwaqt li tirreferi espressament għal dik tal-uffiċjali Komunitarji, ma tippermettix li jittieħed kompletament inkunsiderazzjoni, anki b’mod retroattiv, id-deprezzament ta’ valuta li twassal għat-telf tal-poter tal-akkwist għall-għalliema ssekondati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, differenza fis-sitwazzjoni kif ikkonstatata bejn, minn naħa, l-għalliema ssekondati fl-iskejjel Ewropej, li s-salarju tagħhom huwa kopert fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u mill-iskola Ewropea li fiha jgħallmu u, min-naħa l-oħra, l-uffiċjali tal-Komunità Ewropea, li s-salarju tagħhom huwa kopert esklużivament minnha, tista’ tiġġustifika, fid-dawl tal-prinċipji li jinsabu fl-artikoli ċċitati iktar ’il fuq u filwaqt li r-regolamenti [tal-persunal issekondat fl-iskejjel Ewropej] jirreferi espressament għal dak tal-uffiċjali Komunitarji, li r-rati tal-kambju użati sabiex tiġi żgurata ż-żamma tal-poter tal-akkwist ma jkunux l-istess?


(1)  ĠU 1994, L 212, p. 3.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Il-Latvja) fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu Dienests

(Kawża C-199/09)

2009/C 193/12

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schenker SIA.

Konvenut: Valsts ieņēmumu Dienests.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (1) tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ssir applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja obbligatorja, għandha tingħata informazzjoni obbligatorja dwar merkanzija identika, li għandha l-istess isem kummerċjali, l-istess numru li jidentifika l-oġġett jew kwalunkwe kriterju distintiv ieħor tal-merkanzija, jiġifieri li jidentifikaha?


(1)  ĠU L 253, p. 1.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/10


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-249/06: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), preċedentement Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), preċedentement Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-200/09 P)

2009/C 193/13

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet, C. Clyne, aġenti)

Appellati: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), preċedentement Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), preċedentement Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tas-sentenza;

tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-Kummissjoni sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell

Aggravji u argumenti prinċipali

L-EWWEL AGGRAVJU — Applikazzjoni tal-kunċett ta’ entità ekonomika waħda għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni

Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet żewġ żbalji ta’ liġi meta ddikjarat: “Skont ġurisprudenza kostanti li tikkonċerna l-kalkolu tal-valur normali, iżda applikabbli b’analoġija għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni, id-diviżjoni tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ fi grupp iffurmat minn kumpanniji ġuridikament distinti ma jista’ bl-ebda mod ibiddel il-fatt li l-grupp huwa entità ekonomika waħda li b’dan il-mod torganizza attivitajiet, li f’każijiet oħra, isiru wkoll, minn entità li hija waħda anke mill-perspettiva ġuridika”.

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat billi ma tat l-ebda motivazzjoni għaliex ’l hekk imsejjaħ kunċett ta’ entità ekonomika waħda huwa applikabbli wkoll b’analoġija għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping.

It-tieni nett, il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat billi ma segwietx il-ġurisprudenza preċedenti u stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddeċidiet bil-kontra dwar il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda, inklużi, inter alia, Sharp Corporation, Minolta Camera, Ricoh u Canon-II.

IT-TIENI AGGRAVJU — Oneru tal-prova u livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju

Dan l-aggravju jirrigwarda l-oneru tal-prova u l-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju. Il-Kummissjoni tqis f’dan ir-rigward li, fil-punti 180 sa 190, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet diversi żbalji ta’ liġi billi ma applikatx il-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju addattat. Filwaqt li ċċitat is-sentenza Kundan u Tata, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tikkunsidra l-fatt li wara din is-sentenza, il-kliem tal-Artikolu 2(10)(i) tar-regolament bażiku ġie emendat preċiżament sabiex ikopri sitwazzjonijiet bħal dik inkwistjoni. Dan iħalli b’mod ċar ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lill-istituzzjonijiet. Il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat kriterju legali żbaljat, u konsegwentement applikat oneru ta’ prova ogħla fil-konfront tal-istituzzjonijiet, f’qasam li fih normalment għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma urietx, b’mod suffiċjenti kif trid il-liġi, li kien hemm żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti kommessi mill-istituzzjonijiet.

IT-TIELET AGGRAVJU — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(10) tar-regolament bażiku

Dan it-tielet aggravju jikkontesta l-punti 193 sa 197 tas-sentenza appellata. Minn dan jirriżulta li jekk l-ewwel u/jew it-tieni aggravji kellhom jiġu kkunsidrati bħala fondati, allura mir-raġunament tal-Qorti tal-Prim’Istanza stess jirriżulta li d-deċiżjoni tagħha li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(10) inkiser mill-istituzzjonijiet, hija legalment żbaljata.

IR-RABA’ AGGRAVJU — Id-drittijiet ta’ difiża

Dan l-aggravju huwa indirizzat lejn il-punti 200 sa 211 tas-sentenza appellata. Il-Kummissjoni tqis li, f’dawn il-punti, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat kriterju strett wisq u għalhekk mhux ġustifikat f’dak li jirrigwarda d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti. L-ammont tal-aġġustament u t-tranżazzjonijiet ikkonċernati b’dan tal-aħħar kienu diġà magħrufa mir-rikorrenti għal xi żmien (sa mill-ewwel dokument ta’ informazzjoni finali). Barra minn hekk, fit-tieni dokument ta’ informazzjoni finali, b’risposta għal kumment li r-rikorrenti għamlu wara li rċevew dan id-dokument, il-Kummissjoni kkjarifikat li r-riferiment għall-Artikolu 2(9) bħala bażi legali għall-aġġustament inkwistjoni kien żbaljat. Għalhekk, ir-rikorrenti kienu infurmati, b’mod sħiħ, dwar ir-raġunijiet eżatti li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tapplika aġġustament, jiġifieri għaliex ikkunsidrat li Sepco kienet negozjant li l-funzjonijiet tagħha, fil-konfront tar-rikorrenti, kienu simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li tat lir-rikorrenti biżżejjed informazzjoni sabiex tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet żball ta’ liġi meta, fil-punt 201, implikat li l-komunikazzjoni finali kellu jkollha iktar informazzjoni f’dan ir-rigward. Kuntrarjament għal dak li timplika l-Qorti tal-Prim’Istanza, ir-rikorrenti kienu jafu bir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tipproponi dan l-aġġustament lill-Kunsill, jiġifieri li r-rabtiet ta’ Sepco mar-rikorrenti kienu koperti bit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(10)(i). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni tagħha hija appoġġjata minn ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (pereżempju l-kawża EFMA).

Finalment, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet żball ta’ liġi fil-punt 209 meta “tħallat” il-kwistjoni sostantiva dwar il-legalità li jiġi applikat aġġustament mal-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti ġewx irrispettati. Il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddikjara “Issa … iktar ’il fuq intwera li [l-istituzzjonijiet aġixxew illegalment billi applikaw l-aġġustament]. Għalhekk, għandu jiġi konkluż li” billi ma tawx il-motivazzjoni finali tagħhom fit-tieni dokument ta’ informazzjoni finali, l-istituzzjonijiet kisru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Madankollu, kuntrarjament għal dak li timplika l-Qorti tal-Prim’Istanza, m’hemm l-ebda rabta każwali bejn iż-żewġ kwistjonijiet. Is-sempliċi fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi li l-aġġustament kien, fil-fehma tagħha, applikat illegalment, ma jfissirx li d-drittijiet ta’ difiża tal-appellanti kienu ġew miksura. Il-kwistjoni hija jekk l-istituzzjonijiet pprovdewx lir-rikorrenti, matul il-proċedura amministrativa, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw informazzjoni. Il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra l-aġġustament bħala illegali ma jfissirx li “għalhekk” matul il-proċedura amminstrattiva d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti ġew miksura.

DWAR IL-KWISTJONI JEKK IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TISTAX TIDDEĊIEDI L-AGGRAVJI HI STESS (JEW JEKK GĦANDHIEX TIRRINVIJA L-KAWŻA LILL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA)

Skont il-Kummissjoni, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-aggravji hawn fuq imsemmija huma fondati, u tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, allura jkollha proċess komplet biżżejjed quddiemha sabiex tiddeċiedi l-aggravji rilevanti hija stess (u sabiex tiċħadhom). Madankollu din hija kwistjoni li għandha tiddeċidiha l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni mhux se tidħol iktar fiha.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Flachglas Torgau GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-204/09)

2009/C 193/14

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flachglas Torgau GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1.

a)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li huma biss il-korpi u l-istituzzjonijiet li, skont id-dritt nazzjonali, jadottaw id-deċiżjoni finali (vinkolanti) fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva, jew fis-sens li anki l-korpi u l-istituzzjonijiet li d-dritt nazzjonali jagħtihom kompetenzi u drittijiet ta’ parteċipazzjoni fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva li jippermettulhom, b’mod partikolari, jippreżentaw abbozzi ta’ liġi u li jagħtu opinjonijiet fuq tali abbozzi, jaġixxu f’din il-kapaċità?

b)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kunċett ta’ awtorità pubblika jeskludi l-korpi u l-istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja u leġiżlattiva biss jekk, fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom ma jipprovdux għal proċeduri ta’ rikors fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva?

c)

Il-korpi u l-istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva huma esklużi mill-kamp tad-definizzjoni tal-awtorità pubblika biss matul l-iżvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva?

2.

a)

Il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, tkun stabbilita fil-liġi meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/4 jipprovdu, b’mod ġenerali, li t-talba għal aċċess għal informazzjoni ambjentali għandha tiġi miċħuda meta l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tippreġudika l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-amministrazzjonijiet pubbliċi suġġetti għall-obbligu ta’ informazzjoni, jew inkella hija meħtieġa dispożizzjoni legali speċifika li timponi l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti?

b)

Il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, tkun stabbilita fil-liġi meta, minħabba prinċipju ġenerali tad-dritt nazzjonali, il-proċeduri amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux pubbliċi?


(1)  ĠU L 41, p. 26


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (L-Awstrija) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-208/09)

2009/C 193/15

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshofs.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilonka Sayn.

Konvenut: Landeshauptmann von Wien.

Domanda preliminari

L-Artikolu 18 KE jipprekludi regola li tipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jirrifjutaw milli jirrikonoxxu kunjom, li ġie ddefinit fi Stat Membru ieħor, ta’ tifla adottata (adulta) meta dan il-kunjom jinkludi titolu ta’ nobbiltà li mhux aċċettat fl-ewwel Stat Membru (anki skont id-dritt kostituzzjonali ta’ dan l-Istat)?


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Lahti Energia Oy

(Kawża C-209/09)

2009/C 193/16

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lahti Energia Oy

Partijiet oħrajn interessati: Lahden seudun ympäristölautakunta, Hämeen ympäristökeskus u Salpausselän luonnonystävät ry

Domandi preliminari

1)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala attività prevista mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE (1), il-kombustjoni fil-boiler ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija, bħala kombustibbli addizzjonali, ta’ gass prodott f’fabbrika tal-gass, jekk dan il-gass ma jiġix ippurifikat wara l-gassifikazzjoni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun, fil-prinċipju tagħha, fin-negattiv, il-karatteristiċi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew il-kontenut ta’ partikoli jew ta’ impuritajiet oħra fil-gass intiż sabiex jiġi maħruq, għandhom impatt fuq l-evalwazzjoni?


(1)  Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/13


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-211/09)

2009/C 193/17

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u L. Balta)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m’adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-15 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/13


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2009 minn Anheuser-Busch, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2009 fil-Kawża T-191/07: Anheuser-Busch, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), Budějovický Budvar, národní podnik

(Kawża C-214/09 P)

2009/C 193/18

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anheuser-Busch, Inc. (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, B. Goebel, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Budějovický Budvar, národní podnik

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-25 ta’ Marzu 2009, fil-Kawża T-191/07 u

tordna li l-ispejjeż tal-proċeduri għandhom jiġu sostnuti mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Anheuser-Busch tressaq tliet aggravji, li huma, l-ewwel nett, ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) inkonnessjoni mar-Regoli 16(1), (3) u 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (2), tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (3) dwar it-trade mark tal-Komunità, it-tieni nett, ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, u t-tielet nett, ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

L-ewwel żewġ aggravji jikkonċernaw kwistjonijiet proċedurali. Anheuser-Busch issostni li dawn huma importanti hawnhekk. Huwa biss billi jieħu inkunsiderazzjoni r-reġistrazzjoni preċedenti IR 238 203 li l-Bord tal-Appell jista’ jiddeċiedi oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(a) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn hija kienet tikkonċerna l-birer. Dan ifisser ukoll li l-argumenti magħmulin qabel matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar jekk il-kelma “Budweiser” iddominatx it-trade marks figurattivi ta’ Budvar ġew injorati.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta kkunsidrat li Budvar ma kellha ebda obbligu legali li tipproduċi provi tal-validità kontinwata (jiġifieri, tiġdid) tar-reġistrazzjoni IR 238 203. Dan l-obbligu jirriżulta mit-tielet sentenza tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 207/2009 moqrija flimkien mar-Regoli 16(1), (3) u 20(2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni 1995, u n-notifika li saret mill-UASI fit-18 ta’ Jannar 2002, li tenniet l-istedina lil Budvar sabiex tissottometti “iktar fatti, provi u argumenti insostenn tal-oppożizzjoni tagħha”. L-obbligu kien li dawn il-provi jiġu prodotti fit-terminu stabbilit fin-notifika, jiġifieri s-26 ta’ Frar 2002. Madankollu, huma ma ġewx prodotti qabel il-21 ta’ Jannar 2004.

Għalhekk, il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma kien japplikax għall-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ tiġdid, peress li ma kien ebda “terminu” għal din il-produzzjoni, kienet ukoll żbaljata, u rriżultat fi ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt kien hemm “terminu” u l-Bord tal-Appel kellu għall-inqas jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 76(2) dwar jekk kienx ser jieħu l-provi inkunsiderazzjoni. Il-Qorti tal-Prim’Istanza fehmet id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fis-sens li ċ-ċertifikat ta’ tiġdid ġie ppreżentat fi żmien validu. Għalhekk, il-ksur tal-Artikolu 76(2) kien jinsab fin-nuqqas ta’ użu ta’ diskrezzjoni mill-Bord tal-Appell u l-konferma ta’ tali nuqqas ta’ użu mill-Qorti tal-Prim’Istanza.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset ukoll li tirrikonoxxi li l-provi ta’ użu prodotti minn Budvar insostenn tal-oppożizzjoni tagħha kienu insuffiċjenti u rreferiet, barra minn hekk, għal trade marks oħrajn għajr dik li fuqha kienu bbażati d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, u b’hekk kisret l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1)

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki

(Kawża C-215/09)

2009/C 193/19

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj

Konvenuta: Oulun kaupunki

Domandi preliminari

1)

Ftehim fejn awtorità kontraenti muniċipali tistipula, flimkien ma’ kumpannija privata indipendenti minnha, kuntratt għat-twaqqif ta’ kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata fejn il-kapital u l-poter deċiżjonali huma maqsuma b’mod ugwali u li permezz tagħha l-awtorità kontraenti muniċipali tintrabat, ladarba titwaqqaf din il-kumpannija, li tikseb is-servizzi ta’ saħħa u benesseri fuq il-post tax-xogħol sabiex jibbenefikaw minnhom l-impjegati tagħha, huwa suġġett għall-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi billi grupp ta’ ftehim korrispondenti huma analizzati f’għoti ta’ kuntratti ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] jew dan jitlob li titwaqqaf impriża komuni u t-trasferiment tal-attivitajiet irregolati mil-gvern muniċipali, fejn f’dan il-każ id-direttiva ċċitata iktar ’il fuq u l-obbligu li timponi fir-rigward tal-kompetizzjoni ma jkunux applikabbli?

2)

Barra minn dan, għandu jiġi kkunsidrat bħala rilevanti f’din il-kawża l-fatt li

a)

fil-kwalità tagħha ta’ awtorità kontraenti muniċipali, il-belt ta’ Oulu ntrabtet li tikseb is-servizzi ċċitati ’il fuq bi ħlas matul perijodu tranżitorju ta’ erba’ snin, fejn meta jiskadi hija biħsiebha, b’mod konformi mad-deċiżjoni tagħha, li tagħmel sejħa ġdida għal offerti għall-provvista tas-servizzi ta’ saħħa fuq ix-xogħol li hija qed titlob?

b)

qabel il-ftehim inkwistjoni, id-dħul tal-gvern muniċipali, li kien strutturalment marbut mal-belt ta’ Oulu, kien jirriżulta prinċipalment mill-provvista ta’ servizzi oħra minn dawk tas-saħħa u tal-benesseri fuq ix-xogħol ipprovduti lill-ħaddiema tal-belt?

c)

l-impriża l-ġdida twaqqfet billi ġew ittrasferiti, bħala kontribut in specie, attivitajiet tal-gvern muniċipali, li jikkonsistu f’servizzi ta’ saħħa u benesseri fuq ix-xogħol ipprovduti fl-istess ħin lill-ħaddiema tal-belt u lill-klijenti privati?


(1)  ĠU L 134, p. 114


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/15


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-220/09)

2009/C 193/20

Lingwa tal-kawża: Il-Malti

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Aquilina, W. Wils, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta

Talbiet

tiddikjara li, minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni korretta, fil-liġi nazzjonali, tal-anness imsemmi fl-Artikolu 3(3) u t-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 93/13/KEE;

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej issostni li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli tittrasponi b’mod korrett fil-liġi nazzjonali l-anness imsemmi fl-Artikolu 3(3) u t-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) u għalhekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

Il-Kummissjoni targumenta li filwaqt li azzjoni leġiżlattiva min-naħa ta’ kull Stat Membru mhijiex meħtieġa sabiex tkun implementata direttiva, huwa essenzjali li l-liġi nazzjonali tiggarantixxi li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw effettivament id-direttiva b’mod sħiħ, li l-pożizzjoni legali skont il-liġi nazzjonali tkun preċiża u ċara biżżejjed u li l-individwi jkunu informati dwar id-drittijiet tagħhom u, fejn ikun il-każ, ikunu jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali.

Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-anness imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva, il-Kummissjoni ssostni li t-traspożizzjoni ta’ dan l-anness fil-liġi Maltija hija neċessarja u importanti. Hija targumenta li sa fejn il-lista inkluża fl-anness tad-Direttiva hija ta’ valur indikattiv u illustrattiv, hija tikkostitwixxi sors ta’ informazzjoni kemm għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli sabiex japplikaw il-miżuri implementattivi u kemm għall-individwi affettwati minn dawn il-miżuri. Għalhekk, l-Istati Membri, sabiex jiksbu r-riżultati mixtieqa mid-Direttiva, għandhom jagħżlu forma u metodu ta’ implementazzjoni li joffru garanzija biżżejjed li l-pubbliku jista’ jikseb tagħrif dwarha.

Il-Kummissjoni targumenta li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli tieħu miżuri li jipprovdu garanzija biżżejjed li l-pubbliku se jiġi informat dwar il-lista kollha inkluża fl-Anness tad-Direttiva, b’mod partikolari dwar il-punti 1(a), (f), (g), (h) u dwar il-punt 1(q) kollu. Barra minn hekk, ir-Repubblika ta’ Malta ma indikatx li l-anness tad-Direttiva ġie rriprodott kompletament fil-ħidma preparatorja tal-liġi li timplementa d-Direttiva, ħidma preparatorja li skont it-tradizzjoni legali Maltija tikkostitwixxi għajnuna importanti għall-interpretazzjoni tal-liġi. Minbarra dan, ma ngħatat ebda indikazzjoni fis-sens li din l-informazzjoni kienet se tingħata lill-pubbliku b’xi mod ieħor.

Fir-rigward tat-traspożizzjoni fil-liġi Maltija tat-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva, il-Kummissjoni targumenta li t-traspożizzjoni ta’ din is-sentenza fil-liġi Maltija hija neċessarja u importanti sa fejn il-preċiżjoni li tinsab f’din is-sentenza tikkostitwixxi dispożizzjoni leġiżlattiva vinkolanti li tagħti drittijiet u protezzjoni iktar wiesa’ lill-konsumaturi u li tgħin fid-definizzjoni tar-riżultat li tipprova tilħaq id-Direttiva.


(1)  ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/05) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Kittien tal-fibra - Qanneb - Banana - Rapport tal-OLAF - Rapport tal-Qorti tal-Awdituri - Laqgħa bilaterali msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Prattika abbużiva - Eżistenza ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG”)

2009/C 193/21

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn, L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 112, p.14).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, hija annullata sa fejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja taħt l-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni tal-qanneb fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 1996/1997 sa 1999/2000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 217, 3.09.2005.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Danjaq vs UASI — Mission Productions (Dr. No)

(Kawża T-435/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Dr. No - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks verbali mhux irreġistrati u tas-sinjali Dr. No u Dr. NO - Kundizzjoni għal trade marks preċedenti mhux sodisfatta - Nuqqas ta’ sinjal distintiv użat fil-kummerċ - Artikolu 8(1)(a) u (b), (2)(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b), 2(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament(KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 193/22

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Danjaq, LLC (Santa Monica, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hobbs, QC, G. Hollingworth, barrister, S. Skrein u L. Berg, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Mission Productions Gesellschaft für Film-, Fernseh- und Veranstaltungsproduktion mbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lewinsky, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Settembru 2005 (Każ R 1118/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Danjaq, LLC u Mission Productions Gesellschaft für Film-, Fernseh- und Veranstaltungsproduktion mbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danjaq, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/17


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — ISD Polska et vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-273/06 u T-297/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rikors għal annullament - Locus standi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Aspettattivi leġittimi - Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Rata ta’ imgħax li għandha tiġi applikata għar-rimbors tal-għajnuna inkompatibbli - Obbligu ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru - Rata ta’ imgħax kompost - Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004”)

2009/C 193/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-273/06: ISD Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); u Industrial Union of Donbass Corp. (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: inizjalment C. Rapin u E. Van den Haute, sussegwentement C. Rapin, E. Van den Haute u C. Pétermann, avocats)

Rikorrenti fil-Kawża T-297/06: ISD Polska sp. o.o. (li qabel kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) (Varsavja) (rappreżentanti: inizjalment C. Rapin u E. Van den Haute, sussegwentement C. Rapin, E. Van den Haute u C. Pétermann, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU 2006, L 366, p. 1), sa fejn tiddikjara ċertu għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lir-Repubblika tal-Polonja tirkupraha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

ISD Polska sp. z o.o. u Industrial Union of Donbass Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/17


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Regionalny Fundusz Gospodarczy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rata ta’ imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli - Obbligu ta’ kooperazzjoni stretta mal-Istat Membru - Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004”)

2009/C 193/24

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Regionalny Fundusz Gospodarczy S.A. (li qabel kienet Huta Częstochowa S.A.) (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Sadkowski u D. Sałajewski, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2006/937/KE tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttriċi tal-azzar Huta Częstochowa SA (ĠU 2006, L 366, p. 1), safejn din tiddikjara xi għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lill-Polonja tirkuprahom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Regionalny Fundusz Gospodarczy S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Operator ARP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ benefiċjarju - Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru (KE) Nru 659/1999”)

2009/C 193/25

Lingwa tal-kawża: Il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Operator ARP sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: iniżjalment J. Szymanowska, sussegwentement J. Szymanowska u P. Rosiak, u fl-aħħar nett P. Rosiak, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-anullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU 2006, L 366, p. 1), sa fejn din tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni ċerta għajnuna u tordna lir-Repubblika tal-Polonja sabiex tipproċedi għall-irkupru tagħha.

Dispożittiv

1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A., huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Operator ARP sp. z o.o.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — ThyssenKrupp Stainless vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/07) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Ħlas addizzjonali fuq il-liga - Poter tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Res judicata - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Preskrizzjoni - Prinċipju ta’ non bis in idem - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”)

2009/C 193/26

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Stainless AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, R. Sauer u O. Weber aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] (Każ COMP/39.234 — Ħlas addizzjonali fuq il-liga, adozzjoni mill-ġdid), u, sussidjarjament talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Stainless permezz tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ThyssenKrupp Stainless AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — KG Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-81/07, T-82/07, u T-83/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi lil KG Holding NV - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà parzjali - Irkupru tal-għajnuna mingħand impriżi benefiċjarji li ġew iddikjarati falluti - Linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà”)

2009/C 193/27

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-81/07: Jan Rudolf Maas, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ KG Holding NV (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-82/07: Jan Rudolf Maas u Cornelis van den Bergh, fil-kapaċità tagħhom bħala stralċaturi ta’ Kliq BV (Rotterdam) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-83/07: Jean Leon Marcel Groenewegen, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ Kliq Reïntegratie (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. van Vliet, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE tad-19 ta’ Lulju 2006, dwar l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV (ĠU L 366, p. 40).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, dwar l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV huwa annullat.

2)

Il-bqija tar-rikorsi huma miċħuda.

3)

Jan Rudolf Maas, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ KG Holding NV, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T 81/07.

4)

Jan Rudolf Maas u Cornelis van den Bergh, fil-kapaċità tagħhom bħala stralċaturi ta’ Kliq BV, għandhom ibatu l-ispejjeż kollha tagħhom fil-Kawża T-82/07.

5)

Jean Leon Marcel Groenewegen, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ Kliq Reïntegratie, għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu fil-kawża T-83/07, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-83/07.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-81/07 u T-82/07.


(1)  ĠU C 117, 29.5.2007.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Euro-Information vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ id iżżomm kard bi tliet trijangoli)

(Kawża T-414/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta id iżżomm kard bi tliet trijangoli - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 193/28

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, M. Chaminade u L. Paudrat, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto et R. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2007 (Każ R 290/2007-1) li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal li jirrappreżenta id iżżomm kard bi tliet trijangoli

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Okalux vs UASI Messe Düsseldorf (OKATECH)

(Kawża T-419/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali OKATECH - Revoka parzjali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikoli 57 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 58 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali - Dritt għal smigħ”)

2009/C 193/29

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment I. Friedhoff, sussegwentement S. von Petersdorff-Campen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 766/2007-2) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Messe Düsseldorf GmbH u Okalux GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/07) (1)

(FSE - Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja - Rapport tal-OLAF)

2009/C 193/30

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tikkanċella l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Perfetti Van Melle vs UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)

(Kawża T-16/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CENTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 193/31

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Cloetta Fazer AB (Ljungsbro, l-Iżvezja) (rappreżentanti: inizjalment J. Runsten u S. Sparring, sussegwentement M. Treis, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Novembru 2007 (Każ R 149/2006-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cloetta Fazer AB u Perfetti Van Melle SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perfetti Van Melle SpA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Fitoussi vs UASI

(Kawża T-311/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja IBIZA REPUBLIC - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti fil-forma ta’ stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 193/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Fitoussi (Vincennes, Franza) (rappreżentanti: K. Manhaeve, T. van Innis u G. Glas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Bianchi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Bernadette Nicole J. Loriot (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008, (Każ R 1135/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P. Fitoussi u B. Nicole J. Loriot.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Fitoussi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/21


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/04) (1)

(“Rikors għal annullament - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Tardività - Inammissibbiltà”)

2009/C 193/33

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Pietras, u E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement minn T. Nowakowski, u fl-aħħar minn M. Dowgielewicz, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn L. Visaggio u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement minn T. van Rijn, L. Visaggio u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis, aġent)

Suġġett

Annullament tal-Artikoli 5, 6(1) sa (3), 7(1) u 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 9, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 251, 9.10.2004.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ġunju 2009 — AVLUX vs Il-Parlament

(Kawża T-524/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 193/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AIB-Vinçotte Lussumburgu (AVLUX ASBL) (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u D. Petersheim, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tat-2 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (ĠU 2008, S 193-254240).

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji (rimbors tal-multa diġà mħallsa u rinunzja għal garanzija bankarja) - Assenza ta’ fumus boni juris u nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 193/35

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Dallmann u U. Krauthause, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, sa fejn hija timponi multa fuq ir-rikorrenti — Talba li r-rikorrenti tinħeles mill-obbligu li tagħti garanzija bankarja bħala kundizzjoni għat-tneħħija tal-obbligu ta’ ħlas — Talbiet oħrajn għal miżuri provviżorji

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Z vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess ta’ terza persuna interessata għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa u li għadha ma ġietx ippubblikata - Talba għal miżuri provviżorji - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 193/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Z (X, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Sauer, V. Bottka u A. Bouquet, aġenti)

Suġġett

L-aċċess għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 fi proċeduri taħt l-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Pajpijiet tal-baħar) u l-eliminazzjoni tal-isem tar-rikorrent fit-test ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda minħabba li saret bla skop.

2)

Dan id-digriet jannulla u jibdel id-digriet tas-6 ta’ Mejju 2009.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/23


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Meju 2009 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-184/09)

2009/C 193/37

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, E. Levtheriotou u B. Karra)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tnaqqas il-korrezzjoni finanzjarja għal 5 % jew, sussidjarjament, tapplika l-korrezzjoni ta’ 10 % biss fir-rigward tal-kwantità li tikkorrispondi għaz-zokkor importat minn E.V.Z;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2009, “li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima ‘Garanzija’”, innotifikata bin-Nru C(2009)1945 u ppubblikata bin-Nru 2099/253/KE (ĠU L 75, p. 15), u li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għar-restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-OKS fil-qasam taz-zokkor minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli, ir-Repubblika Ellenika tinvoka s-segwenti motivi ta’ annullament:

L-ewwel motiv ta’ annullament jirrigwarda l-annullament tal-proċedura għall-verifika tal-kontijiet minħabba ksur tar-regoli proċedurali sostantivi, previsti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru°1663/95 (1) u li jirigwardaw diskussjoni bilaterali dwar il-korrezzjonijiet li għandhom isiru fir-rigward ta’ restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ zokkor inkorporat fi prodotti li ma jinsabux fl-Anness I.

It-tieni motiv ta’ annullament jirrigwarda l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, il-motivazzjoni insuffiċjenti u l-qbiż tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskju għall-FAEGG.

It-tielet motiv ta’ annullament jirrigwarda l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (ĠU L 158, p. 6).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/23


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2009 — Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/09)

2009/C 193/38

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg, aġent, assistit minn P. Biering u J. Pinborg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2009 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn tikkonċerna l-esklużjoni mill-finanzjament Komunitarju tal-infiq iddikkjarat mid-Danimarka;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn tikkonċerna l-esklużjoni mill-finanzjament Komunitarju tal-infiq iddikkjarat mid-Danimarka, sa fejn l-esklużjoni mill-finanzjament Komunitarju hija bbażata fuq:

allegat ksur tar-regoli dwar il-kontrolli ta’ art imserrħa u nuqqas ta’ dawn il-kontrolli fl-2002, 2003 u/jew 2004; u/jew

allegat ksur tar-regoli dwar il-kontrolli permezz ta’ sorveljanza mill-bogħod jew nuqqas ta’ dawn il-kontrolli fl-2003 u/jew 2004.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), f’dak li jikkonċerna l-esklużjoni mill-finanzjament Komunitarju tal-infiq iddikkjarat mid-Danimarka (1).

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija bbażata f’diversi punti fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-bażi legali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni tal-manutenzjoni tal-artijiet imserrħa u tar-rekwiżiti tal-kontrolli permezz ta’ kontroll mill-bogħod.

Sussegwentement ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqasijiet fil-motivazzjoni u li d-deċiżjoni f’ċerti punti hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Fl-aħħar nett, huwa rrilevat li d-deċiżjoni tal-korrezzjoni saret kuntrarjament għall-Linji Gwida tal-Kummissjoni, mhijiex suffiċjentement ipprovata fil-mertu u hija sproporzjonata għall-fatt li, f’dan il-każ, il-Fond Ewropew dwar Gwida u Garanzija ma kienx ġie espost għal riskju finanzjarju reali.


(1)  ĠU L 75, p. 15; innotifikata bin-numru C(2009) 1945.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — British Telecommunications vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/09)

2009/C 193/39

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Telecommunications plc (Londra, l-Ingilterra) (rappreżentanti: G. Robert u M. M. Newhouse, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 685 finali tal-11 ta’ Frar 2009 li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Brittaniċi favur ir-rikorrenti permezz tal-garanzija pubblika lill-Fond tal-Pensjoni tal-BT (Għajnuna mill-Istat Nru C 55/2007 (ex NN 63/2007, CP 106/2006)).

Ir-rikorrenti tressaq seba’ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel, ir-rikorrenti ssostni li billi kkonkludiet li r-rikorrenti għandha vantaġġ ekonomiku selettiv, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 87(1) KE u l-kunċett tal-għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-kuntest sħiħ ekonomiku u fattwali li fih taġixxi r-rikorrenti.

It-tieni, ir-rikorrenti ssostni li billi kkonkludiet li r-rikorrenti tgawdi minn vantaġġ ekonomiku selettiv peress li t-trustees tal-BT Pension Scheme (BTPS) ma jikkontribwixxux għall-Pension Protection Fund (PPF) fir-rigward tal-pensjonijiet tal-membri tal-BTPS koperti mill-garanzija pubblika, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi naqset milli tikkompara sitwazzjonijiet simili. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra differenzi bejn skemi tas-settur privat koperti mill-PPF u skema tat-tip tas-servizz pubbliku li r-rikorrenti kisbet fiż-żmien tal-privatizzazzjoni.

It-tielet, ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u kisret il-prinċipju tal-aspettativi leġittimi meta kklassifikat mill-ġdid miżura li ma kinitx għajnuna, fiż-żmien meta ġiet konċessa bħala r-“raġuni għaliex” għandha tiġi kkunsidrata li hija għajnuna, għoxrin sena wara, għaliex fil-frattemp ġiet introdotta liġi ġdida.

Ir-raba’, ir-rikorrenti ssostni li billi eżiġiet lill-BTPS Trustees jikkontribwixxu għall-PPF, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali u tal-proporzjonalità.

Il-ħames, hija ssosti li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tinvestiga jekk il-vantaġġ ekonomiku selettiv allegat mill-Kummissjoni jikkawżax distorsjoni għall-kompetizzjoni u jaffettwax il-kummerċ bejn Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.

Is-sitt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi meta kkonkludiet li kien jeżisti trasferiment tar-riżorsi tal-istat.

Is-seba’, hija ssostni li, billi naqset milli tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 253 KE.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/24


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Feng Shen Technology vs UASI — Majtczak (FS)

(Kawża T-227/09)

2009/C 193/40

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Feng Shen Technology Co. Ltd (Gueishan, Tajwan) (rappreżentanti: W. Festl-Wietek u P. Rath, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jarosław Majtczak (Łódź, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ April 2009, fil-Każ R 529/2008-4;

tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 4 431 391 invalida; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark “FS” għal prodotti fil-klassi 26 — Trade mark Komunitarja Nru 4 431 391

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Diversi reġistrazzjonijiet ta’ trade marks preċedenti għas-sinjal figurattiv “FS” f’Tajwan, iċ-Ċina, u l-Gana fir-rigward ta’ żippijiet u prodotti relatati

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa b’mod xieraq il-provi u d-dokumenti mressqa mill-partijiet u naqas milli janalizza b’mod xieraq il-fatti bħala kundizzjoni preliminari sabiex jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni kienet saret in mala fede


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/25


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2009 — BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-230/09)

2009/C 193/41

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BT Pension Scheme Trustees Ltd (Londra, l-Ingilterra) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn jirreferi għall-fatt li l-għajnuna mill-Istat ġiet implementata illegalment, kif ukoll l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, sa fejn jirreferu għal irkupru tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat mit-Trustee of the British Telecommunications Pension Scheme (iktar ’il quddiem il-“BTPS”) — l-iskema ta’ pensjonijiet stabbilita mill-British Telecommunications plc (iktar ’il quddiem “BT”) — li hija responsabbli għat-tmexxija tal-iskema, jiġifieri il-ġbir, l-investiment tal-kontribuzzjonijiet, u l-ħlas tal-benefiċċji lill-impjegati rtirati ta’ BT u d-dipendenti tagħhom, skont l-att tat-trust li jirregola l-BTPS u l-liġi ġenerali.

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 685 finali tal-11 ta’ Frar 2009 [għajnuna mill-Istat C 55/2007 (ex NN 63/2007, CP 106/2006)], sa fejn hija tikklassifika l-miżura inkwistjoni — “l-eżenzjoni”, favur il-BTPS tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet fil-Fondi ta’ Protezzjoni tal-Pensjoni (iktar ’il quddiem il-“PPF”), “għal dak li jikkonċerna r-responsabbiltajiet tal-pensjoni tal-benefiċjarji koperti mill-Garanzija tal-kuruna” — bħala għajnuna mill-Istat li hija illegali u inkompatibbli fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u sa fejn hija tipprovdi li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mill-benefiċjarji flimkien mal-interessi, mid-data tal-implementazzjoni tagħha sad-data tal-irkupru tagħha.

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kisret l-Artikolu 87(1) KE fir-rigward ta’ erba’ punti:

Fl-ewwel lok, skont ir-rikorrenti, il-kundizzjoni ta’ selettività nkisret, inkwantu d-deċiżjoni ma stabbilietx b’mod ċar is-sistema ta’ referenza xierqa u l-għan tagħha, u konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod żbaljat li s-sistema tal-BTPS ibbenefikat minn allegata “eżenzjoni”.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tilmenta li l-kundizzjoni tal-vantaġġ ekonomiku nkisret, inkwantu l-Kummissjoni ma wrietx li BT tibbenefika minn vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, peress li t-Trustee jħallas kontribuzzjoni mnaqqsa fil-PPF, mingħajr ma qabblet is-sitwazzjoni globali tal-BT ma dik tal-kompetituri tagħha li ma jsofrux mill-istess żvantaġġi strutturali bħall-BT, fir-rigward ta’ nfiq fir-rigward ta’ pensjonijiet.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tqis li l-kundizzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ inkisret minħabba l-fatt li fin-nuqqas ta’ kull vantaġġ, kif muri fit-tieni parti tal-motiv, ma jistax ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u/jew effett fuq il-kummerċ.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjoni tat-trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi nkisret minħabba l-fatt li d-deċiżjoni ma setgħetx tikklassifika t-trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi marbuta mal-garanzija tal-kuruna bħala t-trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi rilevanti, sabiex tikklassifika l-inammissibblità tal-BTPS fil-PPF bħala għajnuna mill-Istat.

Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tisker l-Artikolu 253 KE sa fejn hija tonqos milli tagħti l-motivazzjoni tal-punti li ġejjin:

il-motivazzjoni li tikkonċerna l-evalwazzjoni tas-sistema ġenerali ta’ referenza, fl-analiżi tagħha rigward jekk jeżistix vantaġġ selettiv, hija kontradittorja;

fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ selettività, b’mod partikolari billi naqset milli twettaq fid-dettall l-analiżi fit-tliet fażijiet skont il-ġurisprudenza rilevanti;

il-Kummissjoni allegatament ma ġġustifikatx biżżejjed ir-raġuni għaliex hija tikkunsidra li r-responsabbiltajiet addizzjonali ta’ BT, minħabba l-privatizzazzjoni tagħha, huma irrilevanti għall-paragun bejn is-sitwazzjoni globali ta’ BT fuq is-suq, meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħha;

il-Kummissjoni allegatament naqset milli tispjega kif it-trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi li huma tal-Garanzija tal-kuruna seta’ jikkostitwixxi t-trasferiment rilevanti ta’ riżorsi pubbliċi għal diversi eżenzjonijiet (skont id-dispożizzjonijiet tal-Pensions Act 2004) li jirriżultaw mill-eżistenza tal-garanzija tal-kuruna.

Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċizjoni kisret il-kunċett ta’ għajnuna illegali skont l-Artikolu 88(3) KE moqri flimkien mal-Artikoli 1(f) u 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (1), tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE. (ĠU L 83, p. 1) sa fejn ma hemm ebda għajnuna li għandha tiġi rkuprata sew jekk minn għand BT jew mingħand il-BTPS u t-Trustee tagħha, peress li allegata għajnuna ma ġietx implementata b’riżultat ta’ ftehim relattiv għal depożitu ta’ garanzija.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/09)

2009/C 193/42

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għas-sejħa għal offerti RTD-R4-2007-001, Lott 1 għal “Perizja dwar żvilupp fuq il-post (intra-muros)” u għal Lott 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra l-post (extra-muros)” (ĠU 2007/S 239-288854) innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ żewġ ittri separati tas-27 ta’ Marzu 2009 u d-deċiżjonijiet kollha ulterjuri tal-Kummissjoni inkluż dik li tassenja l-kuntratt lill-kontraenti magħżul;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li sofriet ir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni għall-ammont ta’ EUR 69 445 200 (33 271 920 għal Lott 1 u 36 173 280 għal Lott 2);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra mġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħha ppreżentata b’risposta għas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizz estern għall-iżvilupp, studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni (RTD-R4-2007-001-ISS-FP7) kemm għal Lott 1 għal “Perizja dwar żvilupp fuq il-post (intra-muros)” kif ukoll għal Lott 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra l-post (extra-muros)” u li tassenja l-kuntratt lill-kontraenti magħżul. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għall-allegati danni kkawżati permezz tal-proċedura għas-sejħa għal offerti.

Ir-rikorrenti tressaq is-segwenti motivi insostenn tat-talba tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta għamlet żbalji varji u manifesti ta’ evalwazzjoni u li rrifjutat li tipprovdi kwalunkwe ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni lir-rikorrenti bi ksur tar-regolament finanzjarju (1) u r-regoli ta’ implementazzjoni tiegħu kif ukoll bi ksur tad-Direttiva 2004/18 (2) u tal-Artikolu 253 KE.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret ir-regolament finanzjarju billi obbligat lill-offerenti jestendu l-offerti tagħhom kontra l-volontà tagħhom. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li anki fl-ipoteżi li l-konvenuta kellha d-dritt tagħmel dan, quod non, kien fi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni xierqa, trasparenza u trattament ugwali li ddeċidiet li tipproċedi bit-tkomplija tal-proċedura tal-assenjazzjoni tal-kuntratt anki wara li kienet skadiet l-estensjoni peress li, fl-opinjoni tar-rikorrenti, l-ebda kuntratt ma jista’ jiġi ffirmat meta offerta waħda jew aktar ma jkunux għadhom iktar validi.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li r-riżultat tal-proċedura stabbilita bis-sejħa għal offerti kien distort minħabba ħruġ ta’ informazzjoni relatat ma’ tentattiv sabiex ir-rikorrenti ta’ titħalliex teżerċita d-drittijiet tagħha.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tressaq argumenti speċifiċi rigward kull lott.

Fir-rigward tal-Lott 1, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali u amministrazzjoni xierqa billi naqset milli tosserva l-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti bl-Artikoli 93(1) u 94 tar-regolament finanzjarju fir-rigward ta’ wieħed mill-membri tal-konsorzju magħżul li kien fi ksur tal-obbligi kuntrattwali fil-konfront tar-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-offerent magħżul tħalla b’mod illegali juża r-riżorsi minn kumpanniji bbażati f’pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO/GPA u li din il-prassi hija illegali.

Fir-rigward tal-Lott 2, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta m’għandhiex tħalli lill-offerenti li jagħtu subappalt lil pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO/GPA jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti; jekk tagħmel dan, ir-rikkorrenti tqis li hija għandha tipproċedi b’mod ġust, trasparenti u non-diskriminatorju, filwaqt li tiċċara l-kriterji ta’ selezzjoni li hija tuża sabiex teskludi ċerti kumpanniji u taċċetta oħrajn. Għalhekk, fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-konvenuta applikat approċċ partikolarment diskriminatorju billi naqset milli tiddeskrivi l-kriterji ta’ selezzjoni li użat sabiex tagħżel l-offerenti. Barra minn hekk, hija ssostni li l-konvenuta naqset milli tosserva l-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti bl-Artikoli 93(1) u 94 tar-regolament finanzjarju u l-Artikoli 133a u 134 tar-regoli ta’ implementazzjoni u l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 intiż sabiex jeskludi mill-proċeduri ta’ kuntratt pubbliku kumpanniji li jew kienu ġew ikkundannati jew li kienu involuti f’attivitajiet illegali bħal frodi, korruzzjoni, tixħim u kondotta professjonali kontra l-etika. Ir-rikorrenti ssostni li f’dan il-każ l-offerent magħżul irrikonoxxa l-involviment tiegħu f’dawn l-attivitajiet u kien ikkundannat mill-qrati Ġermaniżi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-konvenuta għamlet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żewġ lottijiet u fir-rigward tal-kwalità tal-proposta tal-offerent għall-ġestjoni kollha tas-servizz, servizzi ta’ ordnijiet u għall-provvista ta’ servizzi kif ukoll il-proposta teknoloġika tal-offerent fil-qasam tal-lottijiet.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi]


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Région Wallonne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/09)

2009/C 193/43

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région Wallonne (rappreżentanti: J.-M. De Backer, A. Lepièce, I.-S. Brouhns, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009 dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni Belġjan sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-allokazzjoni ta’ kwoti għall-istallazzjoni Nru 116 għall-perijodu 2008 — 2012 u tippermetti allokazzjoni permezz ta’ fażijiet annwali skont l-Anness Va tal-PNA;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Marzu 2009, dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mill-Belġju għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012, li biha l-Kummissjoni ċaħdet il-korrezzjoni tat-tabella “pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti” għall-installazzjoni Nru 116.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni erba’ motivi bbażati fuq:

ksur tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (1), sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq motivi li ma kinux previsti mid-dispożizzjoni applikabbli;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li din ma tippermettix li jiġi ddeterminat fejn il-korrezzjoni tat-tabella “pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti” tal-Belġju dwar l-installazzjoni Nru 116 ma tistax tiġi bbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ gassijiet serra nnotifikat mill-Belġju u appprovat mill-Kummissjoni qabel;

ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-pjan nazzjonali Belġjan ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ gassijiet serra approvata mill-Kummissjoni;

ksur tal-prinċipju ta’ lealtà Komunitarja u ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tmur kontra l-ewwel deċiżjoni adottata sitt xhur qabel.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 tal-21 ta’ Diċembru 2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 386, p. 1).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2009 — Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/09)

2009/C 193/44

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sniace, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: F. J. Moncholí Fernández, abogado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tqis li ġie ppreżentat dan ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 230 KE u li tiddikjarah bħala fondat.

tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2009, li jistabbilixxi li s-segwenti għajnuna mill-istat imwettqa minn Spanja favur Spiace hija inkompatibbli mas-suq komuni: i) il-ftehim tat-8 ta’ Marzu 1996 bejn Sniace u t-Tesorería General de la Seguridad Social dwar it-tqassim mill-ġdid tad-djun; (ii) l-eżekuzzjoni tal-ftehim tal-5 ta’ Novembru 1993 bejn Sniace u FOGASA, u (iii) il-ftehim tal-31 ta’ Ottubru 1995 bejn Sniace u FOGASA.

tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u 3 tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2009, fit-tieni paragrafu tagħha, li jimponu fuq Spanja li:

(i)

tikseb mingħand il-benefiċjarju l-ħlas lura tal-għajnuna mogħtija, kif ukoll l-interessi korrispondenti b’mod immedjat u effettiv, u

(ii)

iżżomm lill-Kummissjoni informata, sa mhux iktar tard minn xahrejn, tal-ammont totali, tal-mezzi adottati u previsti għat-twettiq tad-deċiżjoni u tressaq dokumentazzjoni li permezz tagħha turi li hija ordnat ir-rimbors tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarja.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

L-att ikkontestat f’din il-kawża huwa d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 1479 finali, tal-10 ta’ Marzu 2009, dwar il-miżura Nru C5/2000 (ex NN 118/1997) imwettqa minn Spanja favur ir-rikorrenti (SNIACE), u li permezz tagħha d-Deċiżjoni 1999/395/KE tat-28 ta’ Ottubru 1998 hija emendata. Din id-deċiżjoni kkunsidrat bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Fondo de Garantía Salarial (FOGASA) u mit-Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) favur SNIACE, li fiha din id-deċiżjoni tgħid li l-ftehim ta’ ħlas lura tad-djun li saru bejn din tal-aħħar u l-FOGASA u l-ftehim ta’ tqassim mill-ġdid li sar bejn SNIACE u t-TGSS ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tas-suq minħabba r-rata ta’ interess applikabbli (1).

Id-deċiżjoni kkontestata ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna msemmija fit-tieni paragrafu tat-talbiet.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tallega, l-ewwel nett, li, meta analizzat il-ftehim ta’ għajnuna u kkonkludiet li la l-FOGASA u lanqas it-TGSS ma aġixxew bl-istess mod kif kien jagħmel kreditur privat, il-Kummissjoni interpretat il-leġiżlazzjoni applikabbli b’mod żbaljat. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-pożizzjoni tal-konvenuta hija bbażata fuq il-paragun tal-pożizzjoni tal-kreditur privat BANESTO ma’ dik tal-FOGASA, li fiha għamlet ġeneralizzazzjoni li tikkonsisti f’estrapolazzjoni mingħajr raġuni tal-aġir ta’ BANESTO ma’ dak ta’ kull kreditur privat.

F’kull każ, skont ir-rikorrenti, fil-pożizzjoni tagħha bħala kreditur privat, hija aġixxiet b’mod pratikament identiku għal dak ta’ BANESTO.

SNIACE tallega wkoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Hawnhekk għandu jiġi osservat, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma mmotivat “it-theddida tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni” li huwa aspett ċentrali sabiex jitqies li għajnuna tkun ġejja mill-Istat.


(1)  Ara s-sentenzi Spanja vs Il-Kummissjoni (C-342/96, Ġabra 1999; p. I-2459), Spanja vs Il-Kummissjoni (C-525/04 P, Ġabra 2007; p. I-9947) u Lentzig AG vs Il-Kummissjoni (T-36/99, Ġabra 2004; p. II-3597).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/28


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-31 ta’ Marzu 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-146/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/09 P)

2009/C 193/45

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Fi kwalunkwe każ:

tannulla in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni id-digriet ikkontestat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza, li fuqu ddeċieda d-digriet ikkontestat, kien perfettament ammissibili in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

Prinċipalment:

tilqa’ in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni il-petitum inkluż fir-rikors tal-ewwel istanza, kif ukoll tikkundanna lill-appellata għall-ħlas lura tal-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha mħallsa għall-kawża de qua f’kull istanza.

Subordinatament:

tirrinvija l-kawża de qua lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid il-mertu tal-istess.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell qed isir mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-31 ta’ Marzu 2009, fil-Kawża F-146/07. Dan id-digriet ċaħad bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat rikors intiż għall-anullament tad-deċiżjoni tal-appellata li ma tilqax talba tal-appellant li ssir investigazzjoni dwar ittra allegatament ikkontaminata bl-anthrax u li tagħha r-rikorrent stess safa vittima fil-perijodu meta kien assenjat mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Angola, kif ukoll għall-kumpens tad-danni mġarrba minħabba din id-deċiżjoni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni li hemm żbalji ta’ liġi f’diversi dikjarazzjonijiet tat-TSP dwar l-inammissibbiltà u l-infondatezza tat-talbiet tiegħu, kif ukoll distorsjoni u żnaturament tal-fatti.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Accenture Global Services vs UASI

(Kawża T-244/09)

2009/C 193/46

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Accenture Global Services GmbH (Shaffhausen, l-Iżvizzera) (rappreżentant: R. Niebel, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Silver Creek Properties SA (Panama, Panama)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-20 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 802/2008-2;

tannulla d-deċiżjoni tad-Dipartiment tat-Trade Marks tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-25 ta’ Marzu 2008 fil- proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1019274; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “acsensa”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38, 33, 41 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ġermaniża rreġistrata “ACCENTURE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “accenture” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; trade mark verbali Komunitarja “ACCENTURE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; trade mark figurattiva Komunitarja “accenture” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta ddeċieda li m’hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat injora l-fatti ppreżentati mir-rikorrenti.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Shell Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/09)

2009/C 193/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Shell Hellas Oil and Chemical SA (Shell Hellas AE) (Attica, il-Greċja) (rappreżentant: P. Hubert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, totalment jew parzjalment, ir-risposta negattiva impliċita tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2009 għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni (referenza GESTDEM 6159/2008), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni, tannulla, totalment jew parzjalment, l-ittra tal-15 ta’ April 2009 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni li fiha ġie indikat li ma kienx possibbli li tingħatha risposta għat-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni (referenza GESTDEM 6159/2008), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħtiha aċċess għall-korrispondenza kollha, li tirrigwarda l-investigazzjoni dwar is-suq tal-karburant, li saret bejn il-Kummissjoni u l-awtorità Griega tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni espliċita ta’ rifjut, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-ittra tas-Segretarjat Ġenerali li tindika li l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tagħti risposta għat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem tliet motivi.

Permezz tal-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 253 KE, ir-rikorrenti ssostni li, peress illi r-rifjut kien impliċitu, il-konvenuta ma pprovdietx, minħabba n-natura stess tad-deċiżjoni, motivazzjoni li setgħet tippermetti lir-rikorrenti tkun taf x’kienu l-motivi għar-rifjut.

Permezz tat-tieni motiv, imqajjem sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqis, jew li l-ittra tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni hija d-deċiżjoni kkontestata, jew li l-ittra l-ġdida tas-Segretarjat Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2009 tipprovdi l-motivi veri għad-deċiżjoni impliċita, il-motivazzjoni pprovduta ma tikkorrispondix għar-rekwiżiti ta’ motivazzjoni tal-Artikolu 253 KE u tikser il-kelma u l-ispirtu tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

Permezz tat-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 255 KE u tar-Regolament Nru 1049/2001, ir-rikorrenti ssostni li d-dokumenti li ntalab l-aċċess għalihom ma jaqgħux taħt l-eċċezzjonijiet tal-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit mir-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni ma għamlitx analiżi dokument b’dokument iżda evalwat b’mod ġenerali l-eċċezzjonijiet tar-Regolament fid-dawl tal-kategoriji ta’ dokumenti;

il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonsulta direttament lill-awtorità Griega tal-kompetizzjoni, abbażi tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tikseb il-pożizzjoni tagħha dwar il-komunikazzjoni tad-dokumenti, peress li l-Istat Membru biss seta’ jirrifjuta l-komunikazzjoni ta’ dokumenti fuq din il-bażi;

il-Kummissjoni wettqet żball meta bbażat ruħha fuq l-eċċezzjoni li tirrigwarda l-ħarsien tal-interessi kummerċjali (l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001) sabiex tirrifjuta l-komunikazzjoni tad-dokumenti fl-intier tagħhom, għaliex hija tista’ tneħħi l-informazzjoni kunfidenzjali mid-dokumenti;

il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-eċċezzjoni li tirrigwarda l-ħarsien tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001) għaliex l-awtorità Griega tal-kompetizzjoni kienet diġà adottat id-deċiżjoni finali tagħha fil-każ inkwistjoni;

hija lanqas setgħet tibbaża ruħha fuq l-eċċezzjoni li tirrigwarda l-ħarsien tal-proċess deċiżjonali, jew għaliex id-dokumenti li ntalab l-aċċess għalihom ma jifformawx parti mill-proċess deċiżjonali, jew għaliex l-effett negattiv fuq il-proċess deċiżjonali ma jistax ikun serju.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, jeżisti interess pubbliku imperattiv li tinkiseb il-komunikazzjoni tad-dokumenti inkwistjoni, jiġifieri, li l-applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju tkun tista’ ssir b’mod effikaċi.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/30


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2009 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/09)

2009/C 193/48

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Marsal u J.-D. Simonet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tiddikjara li t-talba tal-Kummissjoni li tingħata lura s-somma ta’ EUR 189 241,64 hija infondata u, għaldaqstant, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex toħroġ nota ta’ kreditu għall-ammont ta’ EUR 189 241,64;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas id-danni ta’ EUR 212 597;

sussidjarjament, tiddikjara li r-rikorrent għandu dritt għal kumpens ta’ EUR 230 025;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors preżenti, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex tikkonstata n-nonkonformità tan-noti ta’ debitu tal-25 ta’ Settembru 2008, tas-26 ta’ Marzu 2009 u tas-26 ta’ Mejju 2009, li bihom il-Kummissjoni titlob, wara r-rapport ta’ verifika tal-OLAF, il-ġbir lura tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija lir-rikorrent, skont il-klawżoli tal-kuntratti IST-2001-35077 DIAS.NET u IST-1999-20896 MEDIS, konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku għal azzjonijiet Komunitarji ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fis-settur tas-soċjetà tal-informatika (1998-2002). Sussidjarjament, ir-rikorrent iressaq talba għad-danni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iqajjem erba’ motivi.

Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, huwa jikkontesta li d-dejn mitlub mill-Kummissjoni huwa dovut u jqis li l-ispejjeż kollha li huwa ddikjara lill-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala eliġibbli.

Permezz tat-tieni motiv tiegħu, huwa jsostni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u ta’ bona fide waqt l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fis-sens li hija ma wettqitx kif suppost l-obbligi kuntrattwali tagħha, b’mod partikolari billi ħalliet ħafna żmien jgħaddi mingħajr ma tat risposta lir-rikorrent għall-proposta tiegħu ta’ azzjoni kumplementarja u billi tterminat b’mod żbaljat il-kuntratt MEDIS minħabba nuqqas ta’ riżultati minkejja li dan in-nuqqas qatt ma tqajjem qabel u li dan, skont ir-rikorrent, seta’ jiġi imputat biss fuq il-Kummissjoni.

Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent jinvoka n-natura sproporzjonata tas-sanzjoni pekunarja imposta mill-Kummissjoni għall-allegata nonosservanza ta’ ċerti obbligi finanzjarji li, anki li kieku ġew stabbiliti, ma jagħtux, skont il-prinċipji tad-dritt amministrattiv u tad-dritt ċivili Belġjan, dritt għall-rimbors ta’ kważi l-ħlasijiet bil-quddiem kollha awtorizzati. B’hekk, ir-rikorrent jinvoka d-dritt għal kumpens għas-servizzi mwettqa.

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrent jinvoka n-nonosservanza mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża fl-amministrazzjoni tal-proċess ta’ kontroll u ta’ verifika.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/31


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2009 — Cesea Group vs UASI — Mangini & C. (mangiami)

(Kawża T-250/09)

2009/C 193/49

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cesea Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone, avvocato, D. Demarinis, avvocato, J. Wrede, Rechtsanwalt,)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mangini & C. Srl (Sestri Levante, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla jew, sussidjarjament, temenda u tillimita, skont dak li jirriżulta mill-motivi tar-rikors, id-deċiżjoni, tal-20 ta’ April 2009, innotifikata fl-24 ta’ April 2009, tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI li permezz tagħha ġie ddefinit l-appell Nru R982/2008-2, ippreżentat wara l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Mangini & C.Srl.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva li fiha t-terminu “mangiami” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 113 933), għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Cesea Group Srl

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Mangini & C.Srl.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ir-reġistrazzjoni Taljana Nru 819 926 tat-trade mark verbali “MANGINI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark figurattiva Taljana Nru 668 388 li fiha l-kelma “Mangini”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark figurattiva Taljana Nru 648 507 li fiha l-kelma “Mangini”, għal prodotti fil-klassi 30, ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 738 072 tat-trade mark verbali “MANGINI”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark verbali “MANGINI” magħrufa sew fl-Italja fis-sens tal-Artikolu 6A tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għal “produzzjoni tal-għaġina, ħlewwiet, kafe, ġelati u prodotti tal-ħelu ġenerali, servizzi ta’ bar, kafetterija, kejtering”; u d-denominazzjoni kummerċjali “MANGINI”, użata fil-prattika kummerċjali normali fl-Italja għal “produzzjoni tal-għaġina, ħlewwiet, kafe, ġelati u prodotti tal-ħelu ġenerali, servizzi ta’ bar, kafetterija, kejtering”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa parzjalment.

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 40(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1), peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-eżami ta’ dokumenti li ma ġewx ippreżentati quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, minkejja li kienu dokumenti li ma kinux disponibbli u li ma ġewx ippreżentati fit-terminu stabbilit mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

Illegalità tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 29 li mhijiex mitluba mit-trade mark internazzjonali ta’ Mangini & C.Srl u fir-rigward tal-klassi 30 li ma tapplikax għall-ħelu.


(1)  ĠU L 303, p. 1.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Société des Pétroles Shell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/09)

2009/C 193/50

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Pétroles Shell SAS (Colombes, Franza) (rappreżentant: P. Hubert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, totalment jew parzjalment, ir-risposta negattiva impliċita tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Mejju 2009 għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni (referenza GESTDEM 372/2009), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni, tannulla, totalment jew parzjalment, l-ittra tas-7 ta’ Mejju 2009 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni li fiha ġie indikat li ma kienx possibbli li tingħata risposta għat-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni (referenza GESTDEM 372/2009), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħtiha aċċess għad-dokumenti li jirrigwardaw investigazzjoni dwar il-prattiċi fis-suq tal-provvista ta’ fjuwil tal-ġettijiet f’Réunion, li huma miżmuma mill-Kummissjoni jew li servew bħala korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtorità Franċiża tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni espliċita ta’ rifjut, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-ittra tas-Segretarjat Ġenerali li tindika li l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tagħti risposta għat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motivi identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-kuntest tal-Kawża T-245/09, Shell Hellas vs Il-Kummissjoni.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2009 — Caixa Geral de Depósitos vs UASI — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (iktar ’il quddiem “la Caixa”)

(Kawża T-255/09)

2009/C 193/51

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Caixa Geral de Depósitos, SA (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: F. de la Rosa u M. Lobato García-Miján, abogados)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

tikkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti f’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: CAIXA D’ESTALVIS I PENSIONS DE BARCELONA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “la Caixa” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 685 145), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36, 38 u 45.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CAIXA GERAL DE DEPÓSITOS S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Diversi trade marks verbali Portugiżi li jinkludu l-prefiss “caixa” (Nri 357 311, 261 198, 268 466, 302 708, 303 290, 325 155, 325 156, 325 224, 330 542 u 342 311), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36, u t-trade mark figurattiva Portugiża (Nru 357 310) li tinkludi t-terminu “caixa”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u deċiżjoni appellata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u, sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Lemans vs UASI — Turner (ICON)

(Kawża T-218/08) (1)

2009/C 193/52

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2009 — Lemans vs UASI — Turner (ICON)

(Kawża T-389/08) (1)

2009/C 193/53

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Tokita Management Sevice vs UASI — Eminent Food (Tomatoberry)

(Kawża T-435/08) (1)

2009/C 193/54

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Campos Valls vs Il-Kunsill

(Kawża F-39/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Nomina - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Ċaħda tal-kandidatura ta’ rikorrent - Kundizzjonijiet meħtieġa mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2009/C 193/55

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Campos Valls (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni Spanjola fid-DĠ A, Direttorat III — Traduzzjoni u produzzjoni tad-dokumenti — Dipartiment lingwistiku, imsemmi mill-Komunikazzjoni lill-Persunal CP46/06 u, min-naħa l-oħra, in-nomina ta’ kandidat ieħor għal din il-kariga.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007, p. 28.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Sergio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-137/07) (1)

(Servizz pubbliku - Drittijiet u obbligi - Libertà trejdjunjinistika - Protokoll ta’ Ftehim Kummissjoni-Organizzazzjonijiet Trejdjunjinistiċi u Professjonali - Deċiżjonijiet individwali ta’ kollokament/eżenzjoni mis-servizz ibbażati fuq protokoll - Att li jikkawża preġudizzju - Locus standi - Uffiċjal li jaġixxi f’ismu u mhux f’isem organizzazzjoni trejdjunjinistika - Inammissibbiltà - Notifika taċ-ċaħda tal-ilment lill-avukat tar-rikorrenti - Punt ta’ tluq tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors)

2009/C 193/56

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giovanni Sergio (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-“Protokoll ta’ Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet Trejdjunjinistiċi u Professjonali (OTP) u d-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u tal-Amministrazzjoni (DĠ ADMIN)”, kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra kkonfermati mill-Protokoll tad-19 ta’ Diċembru 2006 u tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2006 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni taħt il-forma tal-ħlas simboliku ta’ EUR 1

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sergio, Blanchard, Marquez-Garcia, Scheuer u Wurzler huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008, p. 37.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Spee vs Europol

(Kawża F-43/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Pożizzjoni vakanti - Proċedura ta’ għażla)

2009/C 193/57

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: David Spee (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentanti: inizjalment P. de Casparis, avukat, sussegwentement I. Blekman, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li tirtira l-offerta ta’ impjieg li r-rikorrent kien ressaq il-kandidatura tiegħu għaliha u li terġa’ tippubblikaha, kif ukoll talba għad-danni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

D. Spee huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 83, 19.7.2008, p. 33.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikorsi - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Risposta temporanja - Żball skużabbli - Nuqqas - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Ilment tardiv - Inammissibbiltà - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza)

2009/C 193/58

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

M. Ketselidis huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008, p. 51


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/08) (1)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza”)

2009/C 193/59

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Ketselidou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrenti fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu ta’ snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Z. Ketselidou hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008, p. 59


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/36


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-61/09)

2009/C 193/60

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej

Deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għall-aċċess tal-fajls tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet impliċiti u espliċiti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari dawk li ngħataw fl-okkażjoni ta’ sessjonijiet ta’ konsultazzjoni tal-fajls tat-12 ta’ Settembru 2008, tat-3 ta’ Ottubru 2008 u tal-14 ta’ Novembru 2008, id-deċiżjoni tas-Sur Jansen tad-19 ta’ Settembru 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni mogħtija fil-25 ta’ Marzu 2009 li tiċħad l-ilment R/554/08 tar-rikorrent, sa fejn dawn ipprekludew jew illimitaw l-aċċess sħiħ tar-rikorrent għad-data jew għad-dokumenti kollha li l-Kummissjoni żżomm fir-rigward tiegħu, kif ukoll għall-fajls individwali, mediċi u oħrajn korrettament miżmuma, omoġenji, kompluti u li ma fihomx problemi ta’ lingwa jew ta’ forma li jillimitaw il-komprensività jew l-aċċessibbiltà għar-rikorrent fir-rigward tagħhom, jiġifieri, essenzjalment, skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 26 u 26a tar-Regolamenti tal-Persunal u li setgħu kienu preċedentement is-suġġett tat-titjib neċessarju f’dan ir-rigward, u b’hekk ċaħdu minn tal-inqas parzjalment it-talbiet tar-rikorrent, fost oħrajn dawk tal-10 ta’ Lulju 2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 u tat-28 ta’ Novembru 2008;

jikkundanna lill-Kummissjoni, minħabba l-aġir illegali tagħha deskritt f’dan ir-rikors, għall-ħlas tad-danni adegwati lir-rikorrent, fid-dawl tal-enfasi li l-ammont ta’ dawn id-danni jitħalla għall-evalwazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jiddeċiedi skont il-prinċipji ta’ ekwità, iżda li normalment m’għandux ikun inqas minn EUR 2 500;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent id-danni għal kull xahar mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, sa meta l-Kummissjoni tagħtih aċċess effettiv u sħiħ għad-data u d-dokumenti inkwistjoni kollha, kif ukoll għall-fajl individwali tiegħu u għall-fajl mediku tiegħu fil-forma korretta, fid-dawl tal-enfasi li l-ammont ta’ dawn id-danni jitħalla għall-evalwazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jiddeċiedi skont il-prinċipji ta’ ekwità, iżda li normalment m’għandux ikun inqas minn EUR 200;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrimborsa lir-rikorrent il-ħlasijiet u l-ispejjeż li rriżultaw minħabba sessjonijiet supplementari neċessarji ta’ konsultazzjoni tal-fajls, billi japplika b’analoġija r-regoli tiegħu li jikkonċernaw ir-rimbors tal-ispejjeż tal-missjoni jew, sussidjarjament, l-ispejjeż li r-rikorrent diġà kellu jirrimborsa sabiex jivvjaġġa lejn il-Lussemburgu fit-12 ta’ Settembru 2008 u fl-14 ta’ Novembru 2008, skont l-istess regoli;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-62/09)

2009/C 193/61

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta’ Novembru 2008 peress li kien mingħajr suġġett, kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla ċ-ċaħda impliċita mill-Kummissjoni tat-talba tar-rikorrent tat-8 ta’ Mejju 2008, li seħħet fit-8 ta’ Novembru 2008 u, sakemm huwa neċessarju għal dan il-għan jew għall-finijiet tar-raba’ motiv tar-rikors preżenti, jannulla wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009 li tiċħad l-ilment tiegħu;

jordna lill-Kummissjoni tħallas danni xierqa ta’ minn tal-inqas EUR 15 000 għad-dewmien u għad-dannu li jkunu kkawżati, sakemm ikun għadu pendenti r-rikors preżenti, minħabba l-aġir illegali adottat sal-lum il-ġurnata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni u minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni tas-sentenzi T-85/04 u T-394/04;

barra minn hekk, jordna lill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ dannu simili ieħor ikkawżat, tħallas danni ta’ mill-inqas EUR 10 kuljum b’effett mid-data wara l-preżentazzjoni tar-rikors preżenti, sad-data meta s-sentenzi T-85/04 u T-394/04 jiġu kompletament u legalment implementati permezz tat-tmiem legali tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni fir-rigward tar-rikorrent inkwistjoni f’dawn is-sentenzi, tmiem li jimplika, fil-każ li jintlaqa’ l-ħames motiv tar-rikors preżenti, il-ħlas tal-kumpens kollu;

jordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent danni ta’ mill-inqas EUR 5 000 minħabba allegazzjonijiet foloz inklużi fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Marzu 2009 u li, lil hinn minn sempliċi ċaħda tal-ilment, affettwaw l-unur tar-rikorrent u r-reputazzjoni professjonali tiegħu;

jordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent kumpens ta’ ammont xieraq, ta’ mill-inqas EUR 25 000, talli ċaħħdet lil dan tal-aħħar mill-possibbiltà li jibbenefika minn proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni mwettqa legalment, fatt li għalih hija esklużivament responsabbli;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Albert-Bousquet et u Johansson et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-14/05 u F-20/05) (1)

2009/C 193/62

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawżi magħquda.


(1)  ĠU C 132, 28.5.2005, p. 31 u ĠU C 171, 9.7.2005, p. 27.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — De Geest vs Il-Kunsill

(Kawża F-21/05) (1)

2009/C 193/63

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 9.7.2005, p.28


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Delplancke u Governatori vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/05) (1)

2009/C 193/64

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 193, 6.8.2005, p. 37.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — Bethuyne et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/05) (1)

2009/C 193/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205, 20.8.2005, p. 31.


15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2009 — De Geest vs Il-Kunsill

(Kawża F-80/05) (1)

2009/C 193/66

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 281, 12.11.2005, p. 25.