ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.185.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 185

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
7 ta' Awwissu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 185/01

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

1

2009/C 185/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5547 – Koninklijke Philips Electronics/Saeco International Group) ( 1 )

3

2009/C 185/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics) ( 1 )

3

2009/C 185/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5063 – BLG Italia/ICO/JV) ( 1 )

4

2009/C 185/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5571 – OAO Lukoil/TRN) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 185/06

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 185/07

Lista ta' Punti ta' Kuntatt tal-Prodott nominati mill-Istati Membri biex jittrattaw il-proċeduri marbuta mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor

6

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 185/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

13

2009/C 185/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/1


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2009/C 185/01

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 346

Is-segwenti huwa miżjud:

8517 12 00   Telefons għal netwerks ċellulari jew netwerks mingħajr fili oħrajn

Dan is-subtitolu jinkludi telefons għal netwerks ċellulari, l-hekk imsejħa ‘telefons ċellulari’.

It-‘telefons ċellulari’ għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

huma ta' daqs żgħir li joqgħodu ġol-but, jiġifieri huma ta' dimensjonijiet li ma jeċċedux 170 mm × 100 mm × 45 mm, meta mkejla fl-aktar mod kompatt tagħhom,

jistgħu joperaw mingħajr sors estern ta’ enerġija elettrika,

għandhom kemm mikrofonu,tista’ tinqala’ kif ukoll kuffja tal-widna u/jew lawdspiker, jew fl-istess unità jew f'forma ta' kuffja tal-widna li jista′ jinqala′ ppreżentat flimkien mat‘-telefon ċellulari’, għax-xandir u riċezzjoni tal-vuċi biex tagħmel possibbli komunikazzjoni vokali,

jinkorporaw komponenti oħra eżempju amplifikatur u antenna għat-telefonija, li jippermettu trażmissjoni ta' vuċi f'żewġ direzzjonijiet f'firxa żgħira fi ħdan netwerk li jikkonsisti fi stazzjonijiet bażi b'subtitolu 8517 61 u li jużaw firxa ta' frekwenza tat-telefon ċellulari,

jistgħu jagħmlu possibbli komunikazzjoni b'mod telefoniku/telefonika billi jużaw netwerks ċellulari meta mgħammra b'SIM (Modulu li Jidentifika l-Abbonat) ta' tipi varji (fiżiku jew softwer) li ġiet attivata. Jistgħu jippermettu li sejħiet ta' emerġenza jsiru mingħajr is-SIM.

‘Telefons Ċellulari’ jistgħu jkollhom karatterisitċi oħra eżempju li tibgħat u tirċievi messaġġi SMS (is-Servizz ta' Messaġġi Qosra) u MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimidja), posta elettronika; bdil tal-pakkett għall-aċċess għall-Internet; li tibgħat u tirċievi sinjali ta' pożizzjoni; navigazzjoni, trażmissjoni, mapep, messaġġi immedjati, VOIP (Protokoll tal-Vuċi fuq l-Internet); PDA (Assistent Personali Diġitali), logħob; li tirċievi sinjali tar-radju u tat-televiżjoni; li tieħu, tirrekordja u tirriproduċi ħsejjes u immaġni

Irrispettivament minn karatteristiċi addizzjonali bħal dawn, il-funzjoni tat-telefonija mobbli ġeneralment hija l-funzjoni prinċipali tat-telefons ċellulari li jkollhom il-karatteristiċi kollha msemmijja hawn fuq. Dan huwa l-każ, eżempju, meta l-funzjoni tat-telefonija tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet l-oħra kollha inkluż meta sejħiet li jkunu deħlin huma normalment notifikati lill-persuna li qed tuża t-telefon irrispettivament mill-funzjonijiet sekondarji użati.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.


7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5547 – Koninklijke Philips Electronics/Saeco International Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 185/02

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5547. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 185/03

Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5480. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5063 – BLG Italia/ICO/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 185/04

Fl-24 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5063. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5571 – OAO Lukoil/TRN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 185/05

Fit-3 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5571. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Awwissu 2009

2009/C 185/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4370

JPY

Yen Ġappuniż

137,31

DKK

Krona Daniża

7,4450

GBP

Lira Sterlina

0,85240

SEK

Krona Żvediża

10,2707

CHF

Frank Żvizzeru

1,5290

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6635

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,944

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,89

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,1450

RON

Leu Rumen

4,2121

TRY

Lira Turka

2,1220

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7067

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5416

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1369

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1435

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0632

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 759,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,5850

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,8164

HRK

Kuna Kroata

7,3359

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 275,85

MYR

Ringgit Malażjan

5,0158

PHP

Peso Filippin

68,626

RUB

Rouble Russu

44,9510

THB

Baht Tajlandiż

48,833

BRL

Real Brażiljan

2,6129

MXN

Peso Messikan

18,7110

INR

Rupi Indjan

68,4010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/6


Lista ta' Punti ta' Kuntatt tal-Prodott nominati mill-Istati Membri biex jittrattaw il-proċeduri marbuta mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (1)

2009/C 185/07

Stat Membru

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

IL-BELĠJU

SPF Économie, PME, Classes Moyennes et Énergie.

Direction générale Qualité et Sécurité. Division Qualité et Innovation. Service Normalisation et Compétitivité/ c/o FOD Economie, KMO, Middenstand en Énergie. Algemene Directie Kwaliteit en Veiligheid. Afdeling Kwaliteit en Innovatie. Dienst Normalisatie en Competitiviteit

WTCIII

Boulevard Simon Bolivar/Simon Bolivarlaan 30

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Personne de contact: Tania Pauwels

Tél. +32 22779347

Fax +32 22775443

Courriel: belspoc@economie.fgov.be

Personne de contact: Paul Caruso

Tél. +32 22776663

Fax +32 22775442

Courriel: belspoc@economie.fgov.be

Il-BULGARIJA

Държавна агенция за метрологичен и технически надзор

Национален информационен център за технически регламенти/State Agency for Metrological and Technical Surveillance. National Enquiry Point for Technical Regulations

ул, 6-ти Септември/21, 6-th September Street

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

За контакти: Violeta Veleva

Тел. +359 29814451 / 29396730

Факс +359 29861707

Електронна поща: nep@damtn.government.bg

Интернет адрес: http://www.damtn.government.bg/

REPUBBLIKA ĊEKA

Odbor vnitřního trhu a služeb EU

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Na Františku 32

11015 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Kontaktní osoba: Barbora Hanáková

Tel. +420 224852470

Fax +420 224853079

E-mail: vyrobky@mpo.cz

ID-DANIMARKA

Danish Enterprise and Construction Authority

Dahlerups Pakhus

Langelinie Allé 17

2100 Copenhagen

DANMARK

Tlf. +45 35466000

Fax +45 35466001

E-mail: ebst@ebst.dk

IL-ĠERMANJA

L-Aġenzija Federali għall-Agrikoltura u Ikel (BLE) se tkun il-punt ta' kuntatt kompetenti għal prodotti tal-ikel, prodotti agrikoli u tal-ħut u prodotti ta' użu ta' kuljum. L-Istitut Federali għar-riċerka ta' Materjali u għall-Ittestjar (BAM) huwa l-punt ta' kuntatt kompetenti għall-prodotti l-oħrajn kollha.

www.product-contact-point.de

Bundesanstalt für Materialforschung und –prüfung (BAM)/Federal Institute for Materials Research and Testing (BAM)

Unter den Eichen 87

12205 Berlin

DEUTSCHLAND

Tel. +49 3081043702

Fax +49 3081041947

E-Mail: produktinfostelle@bam.de

http://www.pcp.bam.de

BLE Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung/BLE Federal Agency for Agriculture and Food

Deichmanns Aue 29

53179 Bonn

DEUTSCHLAND

Tel. +49 22868453499

Fax +49 22868453790

E-Mail: produktinfo@ble.de

http://www.ble.de

L-ESTONJA

Ministry of Economic Affairs and Communications

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6256405

Faks +372 6313660

E-post: el.teavitamine@mkm.ee

L-IRLANDA

National Standards Authority of Ireland

1 Swift Square

Northwood

Santry

Dublin 9

ÉIRE

Tel. +353 18073800

Fax +353 18073838

E-mail: pcp@nsai.ie

IL-GREĊJA

Hellenic Organization for Standardization (ELOT)

Directorate for Quality Policy of the General Secretariat for Industry, via the Information Center of ELOT (Hellenic Organization for Standardization)

Information Center for Standards and Technical Regulations

313 Acharnon St.

11145 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Επικοινωνία: Tzolou Afroditi

Τηλ. +30 2102120300

Φαξ: +30 2102120131

Ηλεκτρονικό ταχυδρομείο: elot_764@elot.gr

Επικοινωνία: Alexandri Evangelia

Τηλ. +30 2102120202

Φαξ: +30 2102120131

Ηλεκτρονικό ταχυδρομείο: elot_764@elot.gr

SPANJA

Subdirección General de Inspección, Certificación y Asistencia Técnica del Comercio Exterior (Secretaría General de Comercio Exterior del Ministerio de Industria, Turismo y Comercio)

Paseo de la Castellana, 162-6a planta

28046 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 913493770/69

Fax +34 913493740

Correo electrónico: pcontactpoint@mcx.es

FRANZA

Ministère de l’économie, de l’industrie et de l’emploi

DGCIS/SQUALPI

12 rue Villiot

75572 Paris Cedex 12

FRANCE

Personne de contact: Josiane Portou-Dupin

Tél. +33 153449824

Fax +33 153449888

Courriel: josiane.portou-dupin@finances.gouv.fr

L-ITALJA

Ministero dello sviluppo economico

Via Veneto 33

00187 Roma RM

ITALIA

Tel. +39 0647051

E-mail: pcp.italia@sviluppoeconomico.gov.it

http://www.sviluppoeconomico.gov.it

ĊIPRU

Cyprus Organization for the Promotion of Quality

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

13-15, A. Araouzou Str.

1421 Nicosia

CYPRUS

Επικοινωνία: Antonis Ioannou

Τηλ. +357 22409409

Φαξ +357 22754103

Ηλεκτρονικό ταχυδρομείο: aioannou@cys.mcit.gov.cy

Επικοινωνία: Thea Andreou

Τηλ. +357 22409404

Φαξ +357 22754103

Ηλεκτρονικό ταχυδρομείο: tandreou@cys.mcit.gov.cy

IL-LATVJA

Ministry of Economics

Str. Brivibas, 55

Rīga, LV-1519

LATVIJA

Tālr. +371 67013143

E-pasts: pcp@em.gov.lv

http://www.em.gov.lv

IL-LITWANJA

Single Point of Contact for Services and Goods

Jogailos str. 4

LT-01116 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Asmuo ryšiams: Lina Sabaitiene

Tel. +370 52194342

Mob. tel. +370 61049943

Faks +370 52120160

El. paštas lina.sabaitiene@lda.lt

http://www.lda.lt

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l’Économie et du Commerce extérieur, Direction de la réglementation des marchés et de la consommation

Personne de contact: Lynn Jacoby

Tél. +352 24784159

Courriel: lynn.jacoby@eco.etat.lu

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal, Ügyfélszolgálati Iroda

Margit körút 85.

1024 Budapest

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel. +36 13367389 / 13376889

Fax +36 13367446

E-mail: info@termekpont.hu

info@productpoint.hu

http://www.termekpont.hu

http://www.productpoint.hu

ΜALTA

Malta Standards Authority

Evans Building, Second Floor

Merchants Street

Valletta

VLT 03

MALTA

Tel. +356 23952000

E-mail: pcp.msa@msa.org.mt

http://www.msa.org.mt

L-OLANDA

Informatieloket Antwoord voor Bedrijven

Antwoord voor bedrijven

PO Box 20105

2500 EC The Hague

NEDERLAND

Juliana van Stolberglaan 148

2595 CL The Hague

NEDERLAND

Tel. +31 703798989

http://www.antwoordvoorbedrijven.nl

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend

Stubenring 1

1010 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 171100-5555

Fax +43 17137995

E-mail: recht@bda.at

http://www.bmwfj.gv.at/Produktinfostelle

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Departament Regulacji Gospodarczych

Pl. Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warsaw

POLSKA/POLAND

Tel. +48 226935852

Faks +48 226934025

E-mail: pcp@mg.gov.pl

http://www.pcp.mg.gov.pl/

IL-PORTUGAL

Finances and Public Administration Ministry

(Artikoli ta' metalli prezzjużi, blokki u muniti ta' metall prezzjuż)

Imprensa Nacional — Casa da Moeda, SA

Departamento de Contrastarias

Av. Dr. António José de Almeida

1000-042 Lisboa

PORTUGAL

Contacto: Carla Caseiro

Tel. +351 217810797

Fax +351 217810726

E-mail: ccaseiro@incm.pt

Internal Affairs Ministry

(Armi u armi tan-nar)

National Direction of the Public Security Police

Departamento de Armas e Explosivos — PSP

Rua Artilharia 1, n.o 21

1269-003 Lisboa

PORTUGAL

Contacto: Luís Farinha

Tel. +351 213703900

Fax +351 213874772 / 213867272

E-mail: lmfarinha@psp.pt

Health Ministry

(Prodotti għas-settur tas-saħħa)

Alto Comissariado da Saúde

Av. João Crisóstomo, n.o 9, 3.o andar

1049-062 Lisboa

PORTUGAL

Contacto: Maria Luísa Gouveia

Tel. +351 213305043/04

Fax +351 213305099

E-mail: mlgouveia@acs.min-saude.pt

Economy And Innovation Ministry

Instituto Português da Qualidade (Portuguese Institute for Quality)

Rua António Gião, n.o 2

2829-513 Caparica

PORTUGAL

Contacto: Cândida Pires

Tel. +351 212948236

Fax +351 212948223

E-mail: reg764@mail.ipq.pt

Dan il-PCP huwa l-koordinatur tan-netwerk tal-PCP u se jkun responsabbli għall-informazzjoni tal-prodotti l-oħrajn kollha.

IR-RUMANIJA

Il-Punt prinċipali ta' Kuntatt tal-Prodott, li jittratta mill-maġġoranza ta' prodotti, huwa stabbilit fil-Ministeru tal-Ekonomija

Ministerul Economiei

Direcția Cooperare Internațională, Afaceri Europene

Calea Victoriei nr. 152

010096 București

ROMÂNIA

Tel. +40 212025244

Fax +40 212025245

E-mail: information_reg764@minind.ro

http://www.minind.ro/

Minbarra dan il-Punt prinċipali ta' Kuntatt tal-Prodott, hemm erba' Punti oħra ta' Kuntatt għal oqsma speċifiċi:

Għall-oqsma veterinarji u s-sikurezza alimentari l-Punt Nazzjonali ta' Kuntatt tal-Prodott huwa stabbilit fl-Awtorità Nazzjonali Sanitarja-Veterinarja u għas-Sikurezza Alimentari:

Autoritatea Națională Sanitar-Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor

Str. Negustori nr. 1B, sector 2

023951 București

ROMÂNIA

Tel. +40 728162269

Fax +40 213124967

E-mail: bortisca@ansv.ro

http://www.ansv.ro

Għall-metroloġija il-Punt ta' Kuntatt tal-Prodott Nazzjonali huwa stabbilit fil-Bureau Rumen tal-Metroloġija Legali:

Biroul Român de Metrologie Legală

Direcția Tehnică

Șos. Vitan Bârzești nr. 11, sector 4

042122 București

ROMÂNIA

Tel. +40 213320954 (interior 246)

Fax +40 213320615

E-mail: Regulament764@brml.ro

http://www.brml.ro

Għall-prodotti ta' kostruzzjoni l-Punt ta' Kuntatt tal-Prodott Nazzjonali huwa stabbilit fil-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u d-Djar:

Ministerul Dezvoltării Regionale și Locuinței

Strada Apolodor nr. 17, Latura Nord, sector 5

050741 București

ROMÂNIA

Tel. +40 372111409

E-mail: info@mdrl.ro

http://www.mdrl.ro

Għall-qasam tas-sikurezza nukleari l-Punt ta' Kuntatt tal-Prodott Nazzjonali huwa stabbilit fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kontroll tal-Attivitajiet Nukleari:

Comisia Națională pentru Controlul Activităților Nucleare

Direcția Relații Internaționale

Bd-ul Libertății nr. 14, sector 5

050706 București

ROMÂNIA

Tel. +40 213173807

Fax +40 318055939

E-mail: raluca.nadoliu@cncan.ro

http://www.cncan.ro

IS-SLOVENJA

Slovenian Institute for Standardisation (SIST)

Šmartinska cesta 152

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Telefon. +386 14783068

Telefaks +386 14783098

Elektronski naslov: info@sist.si

http://www.sist.si

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Slovak Office of Standards, Metrology and Testing

Department of European Affairs

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Kontaktná osoba: Kvetoslava Steinlová

Tel. +421 252493521

Fax +421 252493521

E-mail: productinfo@normoff.gov.sk

IL-FINLANDJA

Ministry of Employment and the Economy/Internal Market and Consumer Policy Group

P.O. Box 32

FI-00023 Government

SUOMI/FINLAND

Yhteyshenkilö: Leila Vilhunen

Puhelin +358 106064686

Faksi +358 106048998

Sähköposti: sisamarkkinat@tem.fi

L-IŻVEZJA

National Board of Trade/Kommerskollegium

Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tfn +46 86904800

Fax +46 8306759

E-post: pcp@kommers.se

http://www.kommers.se/kontaktpunkt/varor

IR-RENJU UNIT

http://www.businesslink.gov.uk/productcontactpoint

E-mail: mutual.recognition@berr.gsi.gov.uk


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

2009/C 185/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SEDANO BIANCO DI SPERLONGA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0481-06.07.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem: Ministero Delle Politiche Agricole e Forestali

Indirizz:

Via XX Settembre n. 20

00187 Roma RM

ITALIA

Tel +39 0646655106

Feks +39 0646655306

posta elettronika: saco7@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem: Associazione produttori Sedano Bianco di Sperlonga

Indirizz:

Viale Europa

LT-04029 Sperlonga

LIETUVA/LITHUANIA

Tel +370 771556388

Feks +370 771556388

posta elettronika: —

Kompożizzjoni: Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex.

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Sedano Bianco di Sperlonga”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-IĠP “Sedano Bianco di Sperlango” huwa riservat esklussivament għall-ekotip ta' karfus ta' Sperlonga li ġej mill-ispeċi Apium gravolens L. var dulce Mill, ekotip “Bianco di Sperlonga”, bi trufijiet bojod jew bajdanin. Il-kulur karatteristiku ċar huwa element intrinsiku tal-ekotip, li xorta waħda jista' jiġi enfasizzat minn densità ta' tiżrigħ aktar sfiqa. Mat-tqegħid fis-suq għal konsum is-“Sedano bianco di Sperlonga” tal-IĠP irid ikollu l-karatteristiċi speċifiċi tal-ekotip lokali “Bianco di Sperlonga” li ġejjin: il-pjanta hi ta' daqs medju, b'forma kompatta, bejn 10 u 15-il werqa ta' kulur aħdar ċar; il-weraq iż-żgħir huwa ta' kulur abjad bi sfumaturi ħfief fl-aħdar ċar, ftit fibruż, karatterizzat minn vini ftit li xejn evidenti. Il-piż ivarja skont id-daqs: id-daqs medju – bejn 500 u 800 gramma; id-daqs kbir iktar minn 800 gramma. It-togħma hija ħelwa u aromatika moderata li jagħmluh partikolarment tajjeb għall-konsum frisk. Barra minn hekk, is-“Sedano Bianco di Sperlonga” għandu kontenut totali ta' aċidi organiċi ta' mhux inqas minn 135.00 mg/100 g; reżistenza għall-qsim ta' mhux inqas minn 20 N u kontenut totali ta' zokkor ta' mhux inqas minn 13.00 mg/g.

4.3.   Żona ġeografika:

Is-“Sedano Bianco di Sperlonga” Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) għandu jkun ikkultivat fit-territorju tal-Comune di Fondi u tal-Comune di Sperlonga.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess ta' produzzjoni tiġi sorveljata billi jiġu ddokumentati d-dħul u l-ħruġ ta' prodotti f'kull fażi. B'dan il-mod, u permezz tar-reġistrazzjoni f'listi apposta, mmaniġġjati mill-organu ta’ spezzjoni, tal-ħbula tal-art li fuqha sseħħ il-kultivazzjoni, tal-produtturi, ta' min jaħdem fl-imballaġġ kif ukoll permezz tad-dikjarazzjoni staġjonali li ssir mal-istruttura ta’ spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti, hija garantita t-traċċabbiltà tal-prodott (matul il-katina kollha tal-produzzjoni). Il-persuni kollha, fiżiċi jew ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, huma soġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skont kif previst tal-pjan ta' kontroll relatat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

It-tiżrigħ għandu jsir mill-bidu tax-xahar ta' Lulju. Iż-żerriegħa tista' titpoġġa kif inhi jew fil-forma miksija f'kaxex (imferrex) jew f'kontenituri mtaqqbin. Sabiex iż-żerriegħa tnibbet, il-preżenza tad-dawl hija indispensabbli. Il-produzzjoni taż-żerriegħa, magħmula permezz tal-għażla fenotipika (jiġifieri l-kisba taż-żerriegħa mill-aħjar xtieli), isseħħ fl-impriżi u/jew fl-irziezet li jaqgħu fiż-żona ta' produzzjoni. Iż-żerriegħa prodotta minn impriżi u/jew irziezet bħal dawn, tista' tingħata lill-produtturi jew irziezet oħra li jaqgħu fiż-żona ta' produzzjoni, li min-naħa tagħhom jieħdu ħsieb il-produzzjoni tax-xtieli. Ix-xtieli prodotti fl-irziezet għandhom jingħataw lura jew jitpoġġew għad-disponibbiltà tal-impriżi li jaqgħu fiż-żona ta' produzzjoni.

Iż-żerriegħa prodotta mill-impriżi lokali individwali, li jaqgħu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.3, għandha tkun dik irreġistrata fir-Reġistru Reġjonali volontarju li jipproteġi l-bijodiversità fl-agrikoltura. Dan ir-reġistru huwa f'idejn l-Arsial (Impriża reġjonali għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-agrikoltura tal-Lazio). It-tħawwil tax-xtieli għandu jseħħ meta dawn ikunu laħqu tul ta' madwar 10 - 15-il ċm. L-ordni ta' tħawwil huwa ta' bejn 25 u 35 ċm bejn ir-ringieli u bejn 25 u 35 ċm fir-ringiela, bl-aħjar tħawwil ikun ta' bejn 10 u 12-il pjanta kull metru kwadru. Huwa permess tħawwil massimu ta' 14-il pjanta kull metru kwadru. Il-bżonn tal-ilma tal-kultivazzjoni tas-“Sedano Bianco di Sperlona” huwa assigurat permezz tal-irrigazzjoni. Huma permessi sistemi ta' irrigazzjoni bix-xita jew ta' mikroirrigazzjoni. Il-fertilizzazzjoni tal-kultivazzjoni tal-karfus għandha ssir b'riferiment lejn is-suċċessjoni taċ-ċikli ta' kultivazzjoni tas-sena sħiħa agrarja. B'mod partikolari, l-użu ta' nitroġenu għandu jkun kumplessivament inqas minn 155 Kg/ha. Il-protezzjoni mill-parassiti għandha ssir skont it-tekniki ta' kontroll integrat bl-għan li jkunu mnaqqsa sal-inqas possibbli jew eliminati r-residwi tas-sustanzi kontra l-parassiti fuq il-karfus.

Il-qtugħ tas-“Sedano Bianco dei Sperlonga”, isir bl-idejn, bil-qtugħ tal-pjanta minn taħt l-għonq. Ix-xtieli għandhom jitpoġġew fil-kontenitur, filwaqt li jiġi evitat li waqt din l-operazzjoni jkun hemm xi irritazzjoni bil-konsegwenza tal-qsim fit-tessuti u l-ħruġ ta' meraq ċellulari. Barra minn hekk, l-espożizzjoni tal-prodott għax-xemx wara li jinqata' trid tkun mill-inqas possibbli.

Il-kultivazzjoni u l-imballaġġ tas-“Sedano Bianco di Sperlonga” għandhom iseħħu fiż-żona msemmija fil-punt 4.3 sabiex il-kwalità tal-prodott ma tinbidilx u jkunu garantiti t-traċċabbiltà u l-kontroll.

4.6.   Rabta:

Is-“Sedano Bianco di Sperlonga” ġie introdott fiż-żoni ta' Fondi u Sperlonga lejn is-snin 60. Il-preżenza tal-kultivazzjoni fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 4.3 hija ppruvata minn għadd kbir ta' dokumentazzjoni fiskali li tmur lura għal bidu tas-snin 60, saż-żminijiet tal-lum, meta s-“Sedano Biano di Sperlona”, wara fażi inizjali ta' introduzzjoni, kiber fil-valur kummerċjali u fil-konsum b'mod rapidu fis-swieq ta' Ruma.

Iż-żona ta' produzzjoni tas-“Sedano Bianco di Sperlona” hija karatterizzata minn kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni tal-karfus. Il-ħamrija hija magħmula f'partijiet minn art bil-ġir u meżożojka u f'partijiet minn art alluvjali bit-tajn u l-ġir. Il-preżenza ta' art bis-saffi tal-ilma kważi għal kollox viżibbli 'l fuq mill-ilma hi tipika taż-żona tal-produzzjoni u tinsab bejn iż-żona ta' reklamazzjoni u l-baħar. U huwa fuq dawn l-artijiet, imsejħa “art mistgħadra”, jew aħjar żoni tal-għadajjar, li żviluppat il-kultivazzjoni tal-karfus, fil-bidu fiż-żona kollha u wara f'kultivazzjoni protetta. Fil-fatt l-artijiet huma karatterizzati minn soluzzjoni ta' ħamrija bi grad għoli ta' salinità li, flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi partikoli, jagħtu lis-“Sedano bianco di Sperlonga” il-kwalitajiet organolettiċi partikolari, jiġifieri l-benna, it-togħma ħelwa u aromatika moderata, il-kontenut ta' aċidi organiċi, ir-reżistenza minuri għall-qsim tat-trufijiet u l-kulur ċar karatteristiku tagħhom, instrinsiku tal-ekotip.

Il-klima taż-żona konċernata mill-IĠP, hija ta' tip marittimu moderat karatterizzata minn: temperatura medja bejn is-17 u t-18 °C; temperatura medja kull xahar ta' inqas minn 10 °C, għal minn xahar sa 3 xhur; u medja tal-inqas temperaturi fix-xahar l-aktar kiesaħ ta' 6,9 °C; ammont ta' xita fis-sena b'medja minn 727 sa 1 133 mm, b'inżul ta' xita fis-sajf minn 61 sa 83 mm. B'mod partikolari fiż-żona fejn il-baħar hemm stat ta' nixfa kbira u jdum minn Mejju sa Awwissu.

Għalhekk l-artijiet u l-karatteristiċi klimatiċi jikkostitwixxu l-ambjent naturali magħżul għall-kultivazzjoni tas-“Sedano Bianco di Sperlonga”.

Mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima hemm ukoll rabta mal-ispeċjalizzazzjoni storika tal-bdiewa lokali li minbarra li adattaw tekniki b'impatt ambjentali baxx, kienu kapaċi jisfruttaw l-artijiet tal-għadajjar tipiċi, u b'hekk taw lok, grazzi għall-fatt li ż-żerriegħa tirriproduċi lilha nfisha permezz tal-għażla fenotipika, għall-konservazzjoni tal-ekotip “Bianco di Sperlonga” u ggarantixxu l-protezzjoni tat-teknika produttiva u tal-attitudnijiet tal-kultivazzjoni.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem: Agroqualità

Indirizz:

Via Montebello 8

00185 Roma RM

ITALIA

Tel +39 0647822463

Feks +39 0647822439

posta elettronika: —

4.8.   Tikkettar:

L-imballaġġ tal-karfus jista' jsir f'kontenituri li jkun fihom ringiela ta' bejn 4 u 5 karfusiet, għall-piż massimu ta' 5 Kg, jew b'kontenituri li jkun fihom żewġ ringieli ta' bejn 8 u 10 karfusiet, għall-piż massimu ta' 10 Kg. Fejn ikun hemm l-imballaġġ ta' minn 1 sa 3 karfusiet, huwa obbligatorju li kull zokk tal-karfusa jkollha tikketta. Il-pakkett għandu jkollu b'mod obbligatorju fuq it-tikketta b'karattri stampati b'mod ċar u li jinqara, barra mis-simbolu grafiku komunitarju u l-kliem relattiv, l-indikazzjonijiet ulterjuri li ġejjin:

“Sedano Bianco di Sperlona” segwita mill-akronimu IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta), f'daqs ikbar mill-indikazzjonijiet l-oħra kollha fuq it-tikketta,

L-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-impriża tal-produzzjoni u tal-imballaġġ.

Ma tista' tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu, huwa permess l-użu ta' ismijiet li jagħmlu riferiment għal ditti privati, sakemm dawn ma jkollhomx sinfikat ta' tifħir jew ikunu b'mod li jingannaw il-konsumatur, tal-isem tal-impriża li l-prodott ikun ġej mill-artijiet tagħha, kif ukoll ta' riferimenti veri oħra u li jistgħu jkunu sostnuti b'dokumentazzjoni li huma permessi mil-leġislazzjoni fis-seħħ u li ma jkunux f'kunflitt mal-għanijiet u l-kontenut ta' din is-sinteżi.

Il-kliem “Sedano Bianco di Sperlonga” ma jistax jiġi tradott.

Il logo bl-isem “Sedano Bianco di Sperlona” huwa magħmul minn rettangolu li fuq ġewwa tiegħu hemm kwadru bi xbieha ta' żewġ karfusiet li min-naħa tagħhom qegħdin fuq erba' mewġiet.

Image


7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2009/C 185/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FARINE DE PETIT ÉPEAUTRE DE HAUTE PROVENCE”

Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0476-20.06.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment Responsabbli Fl-Istat Membru:

Isem:

Institut National de l’Origine et de la Qualité

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 153898000

Feks

+33 142255797

Posta elettronika:

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat du Petit Épeautre de Haute Provence

Indirizz:

Quartier Aumage

26560 Mevouillon

FRANCE

Tel.

+33 475285186

Feks

+33 475285186

Posta elettronika:

petit.epeautre@orange.fr

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip Ta’ Prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

4.   Speċifikazzjonijiet:

(sommarju tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Farine de Petit Épeautre de Haute Provence”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-qamħ “Petit Épeautre” Triticum monococcum huwa ċereali tat-tibna, mill-familja tal-ħaxix “Gramineae”. Jingħaraf minn sbul ċatt bis-sifa u jikber fuq żewġ naħat. Il-qamħa, mhux miksura u fil-ħliefa, trid tiġi mnaddfa (u aktarx imbajda) qabel ma tiġi kkunsmata. Il-qamħa mbajda hija qamħa mnaddfa li tkun għaddiet minn proċess addizzjonali ta' tfesdiq. Ġie stabbilit għadd ta' kriterji ta' kwalità. Il-perċentwal massimu totali tal-elementi li mhumiex ċereali ta' bażi ta' kwalità perfetta huwa ta' 5 %, li minnu:

 

2 % ta' qmuħ miksura

 

1,5 % ta’ impuritajiet tal-qmuħ (midbiela, ċereali oħra, ħsara mill-pesti, ikun marilhom il-kulur, imsaħħna żżejjed, nexfin)

 

1 % ta' qmuħ imnibbta

 

0,5 % ta’ impuritajiet varji (qmuħ barranin, qmuħ imħassra, ħlifiet, sadid tal-qamħ, qmuħ imħassra, insetti mejta jew biċċiet tal-insetti)

Il-piż speċifiku minimu huwa ta' 77 kg/hl. Il-qamħ gross għandu jkollu kontenut ta’ umdità ma jaqbiżx l-14 %.

Il-kontenut tal-proteini tal-qamħ imnaddaf għandu jkun ta' aktar minn 10,5 %.

Il-qamħ jiġi pproċessat fi dqiq krema lewn l-avorju. Id-dqiq tal-“petit épeautre de Haute Provence” ma jogħliex daqskemm jogħla d-dqiq tal-qamħ minħabba l-kontenut baxx ta' glutina li fih.

L-IĠP tirrigwarda d-dqiq integrali kkaratterizzat minn rata minerali ogħla minn 1,8 % u d-dqiq mgħarbel li r-rata minerali tiegħu hija inqas minn 1,8 %. Għal dawn iż-żewġ tipi ta' dqiq, l-umdità għandha tkun inqas minn 14 % u r-rata ta' proteini trid tkun ogħla minn 10,5 %.

Id-dqiq tal-mitħna li jinkiseb bit-tħin (ara 4.5) jista' jkun ippakkjat f'boroż ta' 500 g, 1, 10, 25 jew 50 kg, iżda jista' wkoll jintbagħat bl-ingrossa lil kwalunkwe operatur. It-taħħan mhuwiex l-unika persuna li tieħu ħsieb l-ippakkjar.

Id-dqiq tradizzjonali, miksub bit-tħin tradizzjonali tal-ħaġra (ara 4.5) jista' jiġi ppakkjat f'boroż ta' 500 g, 1, 10 u 25 kg.

L-aħjar data sa meta jista' jintuża d-dqiq hija ta' 9 xhur mid-data tat-tħin.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona tal-I.Ġ.P. (produzzjoni tal-qmuħ u ż-żrieragħ, tindif, u tħin bil-ħaġra) tinkludi 235 komun li jinsabu f’għoli ta’ aktar minn 400 metru u huma mifruxa fuq erba’ départements (Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Drôme u Vaucluse) fix-Xlokk ta’ Franza. It-tqassim huwa kif ġej:

 

Għad-département tal-Alpes de Haute Provence:

Il-komuni kollha tal-cantons ta’ Banon, Forqualquier, Manosque, Noyers-sur-Jabron, Reillanne, Saint Etienne les Orgues,

Fil-canton ta’ Château-Arnoux, il-komuni li ġejjin: Aubignosc, Château Arnoux, Chateauneuf Val St Donat, Montfort u Peipin,

Fil-canton ta’ Peyruis, il-komuni li ġejjin: Ganagobie, La Brillanne, Lurs u Peyruis.

 

Għad-département Hautes Alpes:

Il-komuni kollha tal-cantons ta’ Aspres/Büech, Orpierre, Rosans, Ribiers u Serres,

Fil-canton ta’ Laragne, il-komuni li ġejjin: Eyguians, Laragne-Montéglin, Lazer, Le Poët, Upaix, Ventavon.

 

Għad-département ta’ Drôme:

Il-komuni kollha tal-cantons ta’ Buis les Baronnies, La Motte Chalencon, Rémuzat, Séderon,

Fil-canton ta’ Luc en Diois, il-komuni li ġejjin: Beaumont en Diois, Beaurières, Charens, Jonchères, La Bâtie des Fonds, Les Près, Lesches en Diois, Luc en Diois, Miscon, Poyols, Val Maravel, Valdrôme,

Fil-canton ta’ Nyons, il-komuni li ġejjin: Arpavon, Aubres, Chateauneuf de Bordette, Chaudebonne, Condorcet, Curnier, Eyrolles, Les Pilles, Montaulieu, Saint Ferréol Trente Pas, Sainte Jalle, Valouse.

 

Għad-département ta' Vaucluse:

Il-komuni kollha tal-canton ta’ Sault,

Fil-canton ta’ Apt, il-komuni li ġejjin: Apt, Auribeau, Caseneuve, Castellet, Gignac, Lagarde d'Apt,

Rustrel, Saignon, Saint Martin de Castillon, Saint Saturnin d'Apt, Viens, Villars,

Fil-canton ta’ Bonnieux, il-komuni li ġejjin: Buoux u Sivergues,

Fil-canton ta’ Gordes, il-komuni li ġejjin: Lioux u Murs,

Fil-canton ta’ Malaucène, il-komuni li ġejjin: Brantes, Savoillan, u Saint Léger du Ventoux,

Fil-canton ta’ Mormoiron, il-komuni li ġejjin: Blauvac, Flassan, Méthamis u Villes sur Auzon,

Fil-canton ta’ Pertuis, il-komuni li ġejjin: Beaumont de Pertuis, Cabrières d'Aygues, Grambois, La Bastide des Jourdans, La Motte d'Aygues, Peypin d'Aygues, Vitrolles.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Għal kull farm, il-ħbula tal-art jiġu identifikati skont pjanta tal-ħbula mir-reġistru tal-farms. L-oriġini taż-żrieragħ tiġi vverifikata permezz tal-fattura tax-xiri. Il-kwantitajiet maħsuda għal kull ħabel jiddaħħlu fil-formoli dwar l-uċuħ fir-reġistru tal-farms.

Kull lott ta’ produzzjoni u/jew tal-ħżin jiġi identifikat fuq l-unitajiet tal-ħżin permezz tal-formoli ta’ identifikazzjoni tal-lott. Dawn il-formoli juru wkoll il-kwantitajiet maħsuda u mnaddfa u l-kodiċi tal-identità ta’ min naddaf u d-data tat-tindif. Kull fażi tat-tindif – it-tfesdiq, it-tħin, u l-ippakkjar – tiġi ċċekkjata fi proċess ta' verifika tal-istokk u tiġi rrekordjata għal kull lott. L-aspetti tat-traċċabbiltà meħuda flimkien jagħmluha possibbli li jiġi ttraċċat il-proċess miż-żrigħ sal-bejgħ lill-konsumatur.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Il-qamħ “petit épeautre” kopert mill-IĠP jitkabbar fiż-żona ġeografika ta' produzzjoni ta' Haute-Provence f'għoli ta' aktar minn 400 metru. Jitkabbar skont metodu ta' produzzjoni tradizzjonali: newba, użu ta’ żrieragħ li ġejjin miż-żona ġeografika, miżrugħa fis-sajf u fil-ħarifa, projbizzjoni tal-użu ta’ prodotti kimiċi. Il-fertilizzazzjoni hija limitata għal mhux iktar minn 60 unità ta' nitroġenu (unità ta' nitroġenu tikkorrispondi għal 1 kg ta' N), 60 unità ta' potassju (unità ta' potassju tikkorrispondi għal 1 kg ta' ossidu tal-potassju jew K2O) u 60 unità ta' fosfru (unità ta' fosfru tikkorrispondi għal 1 kg ta' pentossidu tal-fosfru jew P2O5) kull ettaru. Il-“petit épeautre de Haute Provence” tagħmel l-aħjar użu mix-xita ta' Mejju li tgħin il-qamħa tikber. Lulju, li huwa sħun u niexef, jgħin għal maturazzjoni b'saħħitha mingħajr żvilupp ta' mard. Ir-rendiment massimu tal-qamħ mhux imnaddaf huwa ta' 40 qantar l-ettaru.

Ladarba jkun inġabar, il-qamħ “petit épeautre”, li jkun għadu fil-ħliefa, jinħażen fiż-żona ġeografika qabel ma jitnaddaf. It-tindif huwa fażi indispensabbli qabel kull użu fit-tisjir jew fit-tħin; isir minn naddafa li jinsabu fiż-żona ġeografika. It-tindif jikkonsisti mis-separazzjoni tal-ħliefa mill-qamħa. It-tindif huwa proċess li jitlob ħila u dedikazzjoni kbira kif ukoll l-użu ta' għodod apposta. Il-qamħa ma tistax tkun irvinata jew imfesdqa ħażin, u għalhekk min inaddaf għandu jkun ħafif ħafna b’idejh. Il-fażijiet differenti tal-għażla u tal-qmuħ u t-tindif jagħtu qmuħ ta’ tul bejn 5 u 10 mm u ħxuna ta' 1,5 mm. It-tindif jista’ jsir sa sentejn wara l-ħsad.

It-tħin isir mingħajr żieda ta' additivi u mingħajr ma l-qamħa titħalla tixxarrab (dan jinkuraġixxi l-ħażna tad-dqiq billi jillimita l-ossidazzjoni tiegħu), bl-użu ta' qamħ imnaddaf u/jew maqtugħ waqt it-tindif. Il-ħila qiegħda fl-abbiltà li jiġi rregolat il-livell ta' estrazzjoni li bih jinkiseb id-dqiq mixtieq. L-ipproċessar fi dqiq jinkiseb fi żmien sitt xhur wara t-tindif. Il-lottijiet iridu jiġu mitħuna fi żmien tliet xhur wara li jaslu fil-mitħna. Żewġ tipi ta' tħin huma possibbli: it-tħin bil-ħaġra u dak tradizzjonali.

It-tħin tradizzjonali bil-ħaġra jsir fiż-żona ġeografika. Dan jagħmlu l-produttur li fil-farm tiegħu stess jitħon il-qamħ li jkun ipproduċa.

Il-qamħ jiġi misħuq u mgħarbel b'mitħna tal-ħaġra. Dan it-tħin huwa operazzjoni li tisħaq il-qamħ mingħajr ma ssaħħnu. It-tħin isir fi proċess wieħed bejn żewġ ħaġriet mħaffra (ħaġra minnhom wieqfa u l-oħra ddur). Il-qamħ mferra’ fit-toqba ċentrali jiżloq minn ġol-ħofra fil-ħaġra, jiġi mitħun u jitneħħa b'forza ċentrifuga 'l barra mill-mitħna tal-ħaġra. L-imballaġġ, l-użin u l-għeluq tal-boroż isiru bl-idejn.

It-tħin jista' jsir barra miż-żona ġeografika. L-ipproċessar jinkiseb bl-użu ta' bosta proċeduri ta' tħin u konvertituri. It-tgħarbil (bl-użu ta' apparat li jgħarbel id-dqiq) isir bejn kull operazzjoni ta' tisħiq u trasformazzjoni. Sistema ta' ventilazzjoni permezz tal-makkinarju li jgħarbel (plansichter) tiggwida l-prodott lest lejn kamra tad-dqiq (il-ħżin tal-prodott lest) u tiggwida mill-ġdid il-prodotti intermedjarji lejn operazzjonijiet ta' tisħiq u trasformazzjoni.

Id-dqiq li jinkiseb miż-żewġ tipi ta' tħin huwa integrali u jiġi mgħarbel b'sistema ta' tgħarbil.

4.6.   Rabta:

Iż-żona ġeografika koperta mill-isem “Haute Provence” hija żona omoġenea bi klima Mediterranja kkaratterizzata l-aktar mill-altitudni tagħha li ttaffilha l-klima. Is-sjuf nexfin iwasslu għal xtiewi kesħin għall-aħħar.

Il-“Petit Epeautre de Haute Provence” hija adattata għal dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi ħorox li huma tipiċi taż-żona minħabba l-fatt li ż-żrigħ bikri jagħtiha lok biex tiflaħ għall-kundizzjonijiet ibsin tax-xitwa. Ix-xita li tasal tard f’Mejju tagħmel tajjeb lill-kwalità tal-qamħa, filwaqt li sikwit jaslu tard wisq għall-qamħ u x-xgħir miżrugħa xahar qabel.

Ir-reġjun jinsab fuq ħamrija kalkarja ta' tip karstiku, mimlija qsim ġeoloġiku u li tmur lura għaż-Żmien Terzjarju. Il-“Petit Épeautre de Haute Provence” jippermetti l-aqwa użu tal-iktar ħamrija dgħajfa (imsejħa “épeautrières”) li fiha tikber ukoll il-lavanda. It-twaqqif tal-installazzjonijiet għall-ipproċessar juri r-rabta b'saħħitha li hemm bejn il-“petit épeautre” u ż-żona ġeografika. It-tindif isir f'lantijiet artiġjanali mqassma tul iż-żona. Bosta mtieħen, li llum ma għadhomx jintużaw, kienu nbnew tul ix-xmajjar u n-nixxigħat, u kienu wkoll jipproduċu d-dqiq; kienu mgħammra bi mtieħen tal-ħaġra li setgħu jintużaw għal bosta għanijiet. Bil-progress tekniku u permezz tal-ħila mwassla minn ġenerazzjoni għall-oħra, in-naddafa llum jużaw għodod speċjali li jvarjaw skont il-lott li jkun se jinħadem u li jagħmluha possibbli li jinkiseb prodott akbar billi jitnaqqas l-għadd tal-qmuħ miksura waqt il-proċess tat-tindif u tal-għażla. Il-kundizzjoni tal-qamħ imnaddaf hija waħda mill-aħjar kriterji biex wieħed iqis il-kwalità. Il-ħila mitluba għal din il-biċċa xogħol tinvolvi li wieħed jagħti l-ħin ix-xieraq lit-tindif tal-qamħa. Fi żminijiet oħra u minkejja l-isforzi li saru, id-dqiq magħmul mill-“petit épeautre” (li fih ħafna lipidi (xaħmijiet)) kien jiswa inqas mid-dqiq tal-qamħ u l-imtieħen li setgħu jipproċessaw il-“petit épeautre” kienu bosta fl-Haute Provence.

Dawn l-imtieħen kienu essenzjali ladarba kienu jipproduċu d-dqiq u jnaddfu l-qamħa. Id-dqiq tal-“petit épeautre” li jsir skont il-ħtieġa sabiex jiġi evitat li jitħassar kien jiġu użat fl-Haute Provence bħad-dqiq tal-qamħ fil-pjanuri. Għalkemm il-produzzjoni tiegħu hija marġinali meta tqabbilha mal-produzzjoni tad-dqiq tal-qamħ, id-dqiq tal-“petit épeautre” baqa’ dejjem jiġi prodott.

Mill-aspett storiku, hemm xhieda li fil-Haute Provence il-“Petit Épeautre” kienet diġà preżenti f'bosta siti preistoriċi. L-okkupazzjoni Rumana tal-“Provincia” (Provence) irrelegat it-tkabbir ta’ dawn l-għelejjel għas-saltus (xagħri) tan-naħa ta’ ġewwa tar-reġjun, li ma kinitx daqstant Romanizzata. Wara li waqa’ l-Imperu Ruman, il-popli Nordiċi invadew il-Provence u kkawżaw eżodu tal-popolazzjoni lejn in-naħa ta’ ġewwa. Il-kwalità robusta tal-“Petit Épeautre” u l-fatt li tinħażen tajjeb ippermettew li l-popolazzjoni maqlugħa minn darha setgħet tibqa’ tgħix. Il-“Petit Épeautre” tibqa’ preżenti tul il-Medju Evu fil-Provence. Xhieda tal-preżenza ta' din il-kultivazzjoni fil-partijiet varji tal-Haute Provence tinsab f'atti amministrattivi (1338), inkjesti (1775) u statistiċi agrikoli (1804-1874).

Madankollu, hemm tradizzjoni kulinarja ġenwina tad-dqiq tal-“Petit Épeautre” fl-Haute Provence u hija magħrufa ħafna. Id-distributuri u l-proċessuri spiss jassoċjaw il-qamħa mal-Haute Provence għaliex hija prodott tipiku ta' din iż-żona. L-Haute Provence hija magħrufa bħala ż-żona anċestrali tal-produzzjoni tal-“petit épeautre”.

Id-dqiq tal-“petit épeautre” tal-Haute Provence huwa magħruf li jagħti ħobż dehbi b'togħma delikata ta' ġewż.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem:

ULASE, Organisme Certificateur

Indirizz:

ZA Champgrand

26270 Loriol sur Drome

FRANCE

Tel.

+33 475611300

Feks

+33 475856212

Posta elettronika:

info@ulase.fr

4.8.   Tikkettar:

It-tikkettar għandu bilfors jinkludi l-isem tal-bejgħ flimkien mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, l-identifikazzjoni tal-lott tat-tħin, il-piż nett, id-data sa meta l-prodott jibqa’ ideali għall–użu, l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz ta' min jippakkja.