ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.175.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
28 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

449 sessjoni plenarja tal-KTR fil-3 u t-4 ta' Diċembru 2008

2009/C 175/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Investimenti futuri fl-industrija nukleari u r-rwol tagħhom fil-politika tal-enerġija tal-UE

1

2009/C 175/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Aċċess għal servizz b’veloċità għolja għal kulħadd: riflessjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-firxa tas-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika

8

2009/C 175/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Gvernanza effettiva tal-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda

13

2009/C 175/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-Demokrazija ekonomika fis-suq intern

20

2009/C 175/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-approċċ proattiv tal-liġi: pass ieħor ’il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE

26

2009/C 175/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Nilqgħu l-isfidi tal-ġestjoni tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) fl-UE

34

2009/C 175/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni konġunta fil-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex tissaħħaħ is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda

37

2009/C 175/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Konsegwenzi soċjali tal-iżvilupp fil-binomju tat-trasport u l-enerġija

43

2009/C 175/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-Sitwazzjoni attwali u l-prospettivi tal-industrija ajrunawtika Ewropea

50

2009/C 175/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Iżviluppi fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut u l-impatt fuq il-fornituri u l-konsumaturi

57

2009/C 175/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Bidliet industrijali, żvilupp tat-territorju u responsabbiltà tal-intrapriżi

63

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

449 sessjoni plenarja tal-KTR fil-3 u t-4 ta' Diċembru 2008

2009/C 175/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Green Paper — infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri

73

2009/C 175/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu

78

2009/C 175/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: Sħubija Ewropea għal riċerkaturi

81

2009/C 175/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

84

2009/C 175/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nindirizzaw l-isfida tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

87

2009/C 175/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarl-iżvilupp tal-internet — Pjan ta’Azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa

92

2009/C 175/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/… li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

97

2009/C 175/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-kompetittività tal-industriji tal-metalli — kontribut għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Impjiegi tal-UE

100

2009/C 175/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar industriji bbażati fuq il-foresti innovattivi u sostenibbli fl-UE — Kontribut għall-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Impjiegi tal-UE

105

2009/C 175/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati

109

2009/C 175/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

116

2009/C 175/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti

122

2009/C 175/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (kodifikazzjoni)

123

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

449 sessjoni plenarja tal-KTR fil-3 u t-4 ta' Diċembru 2008

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Investimenti futuri fl-industrija nukleari u r-rwol tagħhom fil-politika tal-enerġija tal-UE”

(2009/C 175/01)

F’ittra ddatata s-27 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jfassal opinjoni esploratorja dwar:

l-Investimenti futuri fl-industrija nukleari u r-rwol tagħhom fil-politika tal-enerġija tal-UE

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur IOZIA.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’122 vot favur, 15-il vot kontra u 16-il astensjoni.

1.   Kummenti u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-produzzjoni tal-elettriku minn impjant nukleari teħtieġ madwar għaxar snin, bejn il-prattiki amministrattivi u l-bini fih innifsu. L-ispejjeż ta’ investiment jistgħu jvarjaw bejn EUR 2 u 4,5 biljun għal 1 000 MWe jew 1 600 MWe. Huwa indispensabbli li jkun hemm qafas politiku u legali stabbli, b’konsiderazzjoni tal-perijodu bejn l-investimenti u t-tnedija tal-kummerċjalizzazzjoni tal-enerġija. L-għażla tal-enerġija nukleari u l-leġiżlazzjoni għandha tkun appoġġjata minn maġġoranza kbira taċ-ċittadini kif ukoll minn maġġoranza politika.

1.2   Sal-2030, fuq il-bażi tal-programmi attwali, bejn wieħed u ieħor nofs l-impjanti ser ikollhom jiġu diżattivati. Il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li jiġu adottati miżuri stretti li jiggarantixxu riżorsi finanzjarji adegwati mmirati lejn id-diżattivazzjoni, skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema u taċ-ċittadini, u jappoġġja bis-sħiħ il-proposti tal-Kummissjoni biex ir-rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom issir kemm jista’ jkun malajr direttiva li tipproponi l-ħolqien ta’ awtoritajiet indipendenti inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi ta’ diżattivazzjoni u żmuntaġġ.

Il-KESE:

1.3   jemmen li l-ostakoli prinċipali huma l-inċertezza politika u l-proċeduri għall-ksib ta’ permess, in-nuqqas ta’ trasparenza, ta’ informazzjoni sħiħa, ċara u vverifikata dwar ir-riskji effettivi kif ukoll ta’ deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tas-siti definittivi u sikuri għall-ħżin tal-iskart. Ir-riskju għall-investituri privati huwa għoli wisq u l-kriżi finanzjarja qiegħda taggrava l-problema tad-disponibbiltà tal-kapital fuq perijodu medju/twil, bħal dak meħtieġ mill-industrija nukleari. Jekk wieħed jeskludi l-għajnuna statali għas-settur, il-finanzjamenti jistgħu jiġu ffaċilitati permezz ta’ qafas stabbli u żgur għall-investituri u mill-possibbiltà li jiġu stipulati kuntratti ta’ provvista fuq perijodu twil, li jiggarantixxu r-ritorn fuq l-investiment. Id-diffikultajiet involuti fiż-żieda modesta tar-riżorsi tal-Euratom allokati għall-finanzjament (Euratom loans) ma jippermettux li wieħed jipprevedi bidliet rapidi fil-politika tal-Unjoni;

1.4   huwa konvint li hemm bżonn involviment demokratiku taċ-ċittadini, li għandu jkollhom il-possibbiltà li jkunu jafu kollox dwar ir-riskji u l-opportunitajiet kollha marbutin mal-enerġija nukleari, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod konxju fl-għażliet li jikkonċernawhom. Il-KESE jixtieq iwassal din l-eżiġenza lill-Kummissjoni u jitlobha tħeġġeġ lill-Istati Membri jħejju kampanja ta’ trasparenza u ta’ ċertezzi dwar il-ħtiġijiet tal-Ewropa fil-qasam tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u d-diversi possibbiltajiet, inkluża l-enerġija nukleari;

1.5   jemmen li bħalissa s-soluzzjoni li wieħed itawwal iż-żmien ta’ użu tal-impjanti hija għażla ekonomikament iġġustifikata, dejjem sakemm l-istandards ta’ sikurezza jiġu rrispettati b’mod rigoruż, anke jekk b’dan il-mod wieħed ikun qed jabbanduna l-idea ta’ żieda sinifikattiva fl-effiċjenza termodinamika (15-20 %);

1.6   jemmen li l-investimenti fir-riċerka dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ħaddiema u taċ-ċittadini għandhom jiġu orjentati favur programmi ta’ taħriġ, apprentistati u żvilupp professjonali li għandhom l-għan li jżommu, b’mod kostanti, il-livell għoli tal-kapaċitajiet tekniċi u teknoloġiċi fl-industrija tas-settur u fl-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolamentazzjoni u ta’ kontroll. Investimenti ta’ dan it-tip għandhom jiġu ffinanzjati wkoll permezz ta’ programmi pubbliċi nazzjonali kif ukoll mis-Seba’ Programm Qafas tal-Euratom;

1.7   jemmen li d-diversi skemi ta’ kumpens u ta’ tqassim tar-responsabbiltajiet huma insuffiċjenti u mhux iġġustifikati f’każ ta’ inċident. Jemmen li għandha ssir armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet ta’ Pariġi u ta’ Vjenna li ma jistipulawx l-istess tip ta’ qafas legali u l-istess miżuri ta’ kumpens għall-ħsara marbuta mas-settur nukleari. Ikun xieraq li tiġi adottata direttiva, b’konformità mal-previżjonijiet tal-Artikolu 98 tat-Trattat tal-Euratom dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskji, li tispeċifika ċarament li l-ispejjeż f’każ ta’ inċident jiġġarbu mill-operaturi tal-enerġija nukleari. Minħabba n-natura tar-riskju, għandu jiġi promoss qsim tar-riskju bejn l-operaturi Ewropej tas-settur, fuq il-bażi tal-eżempji eżistenti;

1.8   jemmen li sabiex tiffaċċja domanda ipotetika kbira għal impjanti ġodda, l-industrija Ewropea għandha tippjana investimenti kbar ħafna fl-għarfien u t-taħriġ u fir-riċerka u l-iżvilupp, li huma indispensabbli għall-ġejjieni tas-settur fl-Ewropa. Perċentaġġ ta’ elettriku prodott mill-enerġija nukleari taħt l-10-15 % tal-produzzjoni annwali ma jagħmilx sens, billi l-ispejjeż amministrattivi u l-ġestjoni tal-iskart jeħtieġu massa kritika għall-iżvilupp ta’ ekonomiji ta’ skala;

1.9   huwa konxju li s-soluzzjoni li wieħed jidentifika sit ta’ ħżin Komunitarju uniku jew iktar minn sit wieħed, hekk kif għamlu l-Istati Uniti, mhijiex prattikabbli u jħeġġeġ lill-Istati Membri jgħaġġlu l-proċedura ta’ għażla tas-siti nazzjonali definittivi. Jeħtieġ li jiġu ddefiniti rekwiżiti armonizzati ta’ sigurtà li għalihom diġà ntalbet direttiva mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi (WENRA) u l-Parlament Ewropew;

1.10   iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-programmi ta’ riċerka u żvilupp, b’mod partikulari fir-rigward tal-enerġija nukleari tar-raba’ ġenerazzjoni.

1.11   Ir-riżorsi ta’ riċerka disponibbli lanqas mhuma adegwati fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart u tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni jonizzanti. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jallokaw riżorsi oħra lis-Seba’ Programm Qafas tal-Euratom, u jappoġġjaw inizjattivi teknoloġiċi konġunti speċifiċi, hekk kif qed isir fil-qasam tal-fuel cells u tal-mediċini, pereżempju. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom jagħmlu sforz ikbar biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi. F’Lulju 2008, in-Nuclear Decommissioning Authority (NDA) għolliet ir-rekwiżiti f’termini ta’ fondi pubbliċi meħtieġa għal diżattivazzjoni ta’ 30 % meta mqabbel mal-2003. L-istimi tal-NDA jammontaw għal GBP 73 biljun, jiġifieri l-ekwivalenti ta’ EUR 92 biljun b’tendenza għaż-żieda (1). L-EDF, li għandha livell ta’ standardizzazzjoni għoli, iddikjarat li dawn l-ispejjeż jammontaw għal 15-20 % tal-ispejjeż inizjali tal-bini.

1.12   Fil-fehma tal-Kumitat, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ċerti miżuri biex inaqqsu l-inċertezzi:

Mil-lat politiku, jistgħu jippruvaw isawru kunsens politiku fit-tul fl-isfera politika kollha kemm hi fir-rigward tas-sehem li jista’ jkollha l-enerġija nukleari fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

Mil-lat ekonomiku, għandhom jiċċaraw liema rekwiżiti ser jimponu għall-iżmuntaġġ tal-impjanti u l-ġestjoni tal-iskart nukleari u l-investiment finanzjarju li dan jirrappreżenta għall-operaturi. Flimkien mar-regolaturi, għandhom ukoll jiċċaraw il-kundizzjonijiet li fihom l-enerġija nukleari tista’ tiġi pprovduta fin-netwerk u n-natura tal-kuntratti ta’ provvista fuq perijodu twil li ser jitqiesu aċċettabbli.

Mil-lat tar-riċerka, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni ta’ teknoloġija nukleari (inkluża l-fużjoni), li huma mistennija jkollhom standards ambjentali, ta’ sigurtà u ta’ effiċjenza aħjar mill-ġenerazzjoni ta’ impjanti nukleari attwali.

Mil-lat tal-ippjanar tal-użu tal-art, għandhom jgħaġġlu l-proċessi ta’ identifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ siti adattati.

Mil-lat finanzjarju, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jistgħu jużaw is-sorsi ta’ self finanzjarju li huma kapaċi jħeġġu lil investituri oħra jinvolvu ruħhom u jipparteċipaw.

2.   Il-finanzjament tas-settur nukleari

2.1   Il-bżonnijiet ta’ enerġija tal-Ewropa u ż-żieda tal-ispejjeż prevedibbli

2.1.1   Fl-għoxrin sena li ġejjin, l-Ewropa ser ikollha twettaq investimenti biex tissostitwixxi l-impjanti attwali tagħha tal-produzzjoni elettrika, irrispettivament mill-kombustibbli li jintuża. Wieħed jista’ jqis li bejn 50 u 70 reattur minn 146 ser ikollhom jinbidlu (b’nefqa eventwali ta’ bejn EUR 100 u 200 biljun).

2.1.2   L-ispejjeż biex jiġi estiż il-perijodu ta’ użu tal-impjanti nukleari li attwalment qegħdin jaħdmu jirrappreżentaw madwar 25 % tal-ispejjeż involuti fil-bini ta’ impjant ġdid; l-impjanti jistgħu jkomplu jintużaw għal perijodu varjabbli ta’ bejn 10 snin u 20 sena. Studju reċenti (2) juri li l-ispejjeż involuti mhumiex omoġenji — ivarjaw bejn EUR 80 u 500/Kwe, skont it-teknoloġiji użati, u jirreferu għal proġetti ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ tħaddim ta’ madwar 10 snin.

2.1.3   L-inċertezza fir-rigward tal-għażliet futuri fil-qasam tal-enerġija u l-possibbiltà li wieħed jikseb profitt addizzjonali mill-investiment iwasslu lill-operaturi biex jitolbu estensjoni tal-użu tal-impjanti attwali minflok ma jinvestu somom konsiderevoli f’impjanti ġodda u iktar effiċjenti. L-estensjoni tat-tħaddim, bil-garanzija tal-istess livell ta’ sikurezza, bla dubju hija interessanti mil-lat ekonomiku u fil-kuntest tal-politika tal-klima, iżda ma ssolvix il-problema tal-bżonnijiet enerġetiċi fuq perijodu twil; sempliċement tippostponiha.

2.1.4   F’każ ta’ tnaqqis progressiv tal-produzzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari, il-produzzjoni elettrika ser ikollha tiġi sostitwita b’enerġiji oħra li jiggarantixxu l-istess livell ta’ emissjonijiet u l-istess karika bażika. F’każ ta’ sostituzzjoni tal-impjanti li għandhom jagħlqu, l-ispejjeż ivarjaw bejn EUR 100 u 200 biljun. F’każ ta’ żamma tal-kwota attwali tal-produzzjoni mis-settur nukleari, l-ispejjeż ikunu bejn EUR 200 u 400 biljun, skont id-domanda għall-enerġija elettrika.

2.1.5   Il-prezz ta’ impjant nukleari ġdid huwa stmat bejn EUR 2 u 4,5 biljun. Il-BEI jikkunsidra l-inċertezza fuq perijodu fit-tul tal-iżvilupp tas-settur nukleari u jipprevedi tnaqqis kbir fl-UE ta’ 40 % fl-2030 meta mqabbel mal-2004. F’seduta reċenti fil-KESE, il-President tal-BEI ikkonferma din il-previżjoni. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (AIEA) tipprevedi li l-kapaċità tal-enerġija elettrika mis-settur nukleari għandha titla’, fl-istess perijodu, minn 368 GW għal 416 GW, b’żieda ta’ 13 % fil-livell dinji, filwaqt li fl-Ewropa t-tbassir huwa ta’ tnaqqis ta’ 15 GW (3).

2.2   Il-bidla fil-klima, l-emissjonijiet ta’ CO2 u s-settur nukleari

2.2.1   Sabiex tikseb l-objettivi ta’ Kyoto u dawk saħansitra iktar stretti li għandhom jiġu stabbiliti f’Kopenhagen, l-UE għandha tipproduċi 60 % tal-elettriku mingħajr emissjonijiet ta’ CO2. Bħalissa madwar 40 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-UE ġejjin mill-produzzjoni tal-enerġija. Ir-rwol tas-settur nukleari ma jistax jiġi ttraskurat. L-objettiv ta’ 20 % għall-enerġiji rinnovabbli sal-2020 jista’ jiżdied għal 30 % sal-2030.

2.2.2   Huwa prevedibbli li ser ikun hemm żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 marbutin mal-produzzjoni, it-trasport u t-trattament tal-uranju, essenzjalment minħabba l-eżawriment progressiv tal-istokk ta’ minerali bl-ogħla konċentrazzjoni ta’ uranju kif ukoll minħabba ż-żieda fil-gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu tal-fluworin u l-klorin neċessarji għall-proċessi ta’ preparazzjoni tal-esafluworin tal-uranju u tal-purifikazzjoni taż-żirkonju meħtieġ għat-tubi fejn jiddaħħal l-uranju arrikkit.

2.2.3   Il-marka ekoloġika tas-CO2 emess minħabba l-produzzjoni tal-elettriku mis-settur nukleari ser tibqa’ baxxa ħafna u dan il-fatt għandu jitqies.

2.2.4   Id-domanda għall-elettriku għat-trasport pubbliku u privat ser tikber, hekk kif ser jikbru l-eżiġenzi tal-produzzjoni tal-idroġenu, li bħalissa 95 % minnu qiegħed jinkiseb mill-idrokarburi. L-idroġenu ser jgħinna nsolvu l-problema tal-ħżin tal-elettriku, sakemm dan ikun prodott minn kombustibbli b’emissjonijiet baxxi ħafna.

2.3   Id-diffikultajiet li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-industrija nukleari

2.3.1   L-ikbar diffikultà hija l-inċertezza tal-qafas amministrattiv u regolatorju. F’kull pajjiż il-proċeduri huma differenti u f’ċerti każijiet iż-żmien tal-bini tal-impjanti jista’ jkun darbtejn jew tliet darbiet itwal minħabba fihom. Fil-Finlandja l-Kummissjoni stmat li l-bini ta’ impjant jeħtieġ 10 snin, iżda minħabba l-problemi li ġarrbu, ix-xogħlijiet waqfu u huwa stmat li ser ikun hemm dewmien ta’ mill-inqas 18-il xahar. Il-proċedura amministrattiva bdiet fl-2000 u l-konnessjoni man-netwerk wisq probabbli mhux ser issir qabel l-2011.

2.3.2   L-investimenti fis-settur nukleari huma kkaratterizzati minn kwota partikolarment għolja ta’ kapital inizjali, madwar 60 % tal-investiment globali, u huwa biss 10 snin wara li jibda l-bejgħ tal-elettriku. Hemm bżonn madwar 20 sena biex jiġi rkuprat il-kapital investit u l-valur finanzjarju tiegħu. Dan juri l-importanza ta’ perijodu ta’ tħaddim li jkun twil biżżejjed biex din it-teknoloġija tkun ekonomikament vijabbli.

2.3.3   Dawn huma investimenti fuq perijodu twil ħafna — bejn il-bidu tat-tħaddim, il-perijodu ta’ tħaddim u x-xogħlijiet ta’ tindif u żmuntaġġ, jistgħu jaqbżu l-100 sena. Huwa indispensabbli li tiġi ggarantita l-istabbiltà finanzjarja tal-operaturi għal żmien twil u l-impenn fuq perijodu fit-tul tal-Istati fir-rigward tal-prospettivi tas-settur nukleari.

2.3.4   Il-finanzjament tas-settur nukleari jbati iktar minn setturi oħra mill-għażla politika tal-gvernijiet nazzjonali. L-ewwel fattur ta’ inċertezza huwa ddeterminat sewwasew mill-bżonn li jkun hemm qafas legali sikur u stabbli. Huwa indispensabbli li jkun hemm politika ta’ involviment u sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini li jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-għażla fuq il-bażi ta’ informazzjoni sħiħa u trasparenti, komprensibbli u vera. Xejn għajr proċedura demokratika ma jista’ jwassal għal għażla konxja, li hija l-bażi tal-ġejjieni tal-industrija nukleari Ewropea.

2.3.5   L-impatt kbir tal-investiment finanzjarju jimplika l-bżonn li “tinbiegħ” l-enerġija prodotta kollha, jekk nikkunsidraw li l-impjanti nukleari jridu jipprovdu l-provvista bażika u jwasslu l-elettriku prodott għal għadd kbir ħafna ta’ sigħat fis-sena. Hemm problema fl-ambitu taċ-ċertezza tar-rendiment li jista’ jiġi solvut permezz tal-possibbiltà li jiġu konklużi kuntratti għal perijodu fit-tul, bħalma sar fil-każ tal-Finlandja.

2.3.6   Fattur ta’ inċertezza ieħor huwa l-iskema ta’ kumpens u ta’ tqassim tad-diversi responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri f’każ ta’ inċident. Ikun preferibbli li jkollna sistema Ewropea uniformi ta’ garanzija sabiex intejbu l-iskemi u s-sistemi ta’ assigurazzjoni attwali, li huma assolutament insuffiċjenti f’każ ta’ inċident gravi. Il-produtturi għandhom iġarrbu l-ispejjeż u jerfgħu r-responsabbiltà kollha bħalma jiġri f’kull attività oħra. Minħabba n-natura tar-riskju (spejjeż għoljin ħafna f’każ ta’ inċident u probabbiltà żgħira ħafna li dan iseħħ), għandhom jitħeġġu forom ta’ koassigurazzjoni fuq bażi reċiproka bejn id-diversi produtturi ta’ enerġija nukleari.

2.3.7   L-opinjoni pubblika: L-iktar stħarriġ reċenti tal-opinjoni pubblika (4) juri inversjoni fit-tendenzi rigward is-settur nukleari, b’valutazzjoni pożittiva fil-pajjiżi li jużaw din it-teknoloġija, iżda s’issa fl-UE-27 il-valutazzjoni ġenerali hija waħda negattiva (45 % sa 44 %). In-nuqqas ta’ trasparenza u l-bżonn ta’ informazzjoni ċara u kompluta ġew ikkonfermati mill-Forum Ewropew.

2.4   Ir-riżorsi Komunitarji

2.4.1   It-Trattat tal-Euratom jipprevedi, fi ħdan il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, finanzjamenti speċifiċi għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni.

L-ewwel programm (azzjonijiet indiretti) jikkonċerna s-setturi li ġejjin:

ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (5)

il-fissjoni nukleari u r-radjuprotezzjoni.

It-tieni programm (azzjonijiet diretti) jinkludi investimenti għall-:

fużjoni (EUR 1 947 miljun; mill-inqas EUR 900 minnhom għall-attivitajiet marbutin mal-proġett ITER);

fissjoni nukleari u radjuprotezzjoni (EUR 287 miljun);

attivitajiet nukleari taċ-ċentru komuni tar-riċerka (EUR 517 miljun).

2.4.2   Strument ta’ finanzjament Komunitarju ieħor huwa l-BEI, li wettaq finanzjamenti fis-settur ta’ iktar minn EUR 6 589 miljun, immirati kemm lejn il-bini ta’ impjanti kif ukoll għall-ġestjoni tal-iskart. Dawn jiżdiedu mal-EUR 2 773 miljuni pprovduti mill-Euratom għall-istess skopijiet.

2.4.3   Il-BEI, fl-analiżi tiegħu tal-investimenti, wara li kiseb l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, qiegħed iqis mhux biss ir-riżorsi finanzjarji kbar meħtieġa għall-bini iżda wkoll l-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-iskart u d-diżattivazzjoni. Iżda l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż li qiegħed iħabbar il-BEI ma tinkludix spejjeż indiretti oħra bħal dawk marbutin mad-difiża esterna tal-impjanti nukleari mill-forzi tas-sigurtà jew ix-xogħlijiet ta’ żmuntaġġ eventwali bħad-digi fil-baxx li jinbnew fuq ix-xmajjar sabiex jiggarantixxu l-fluss kostanti tal-ilma sar-reatturi anke fil-perijodi ta’ nixfa.

2.4.4   Id-diversi modi kif jistgħu jiġu kkalkulati l-ispejjeż u l-eżiġenza ta’ sistema ggarantita ta’ fondi ad hoc huma deskritti b’mod ċar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-tieni rapport dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-diżattivazzjoni tal-installazzjonijiet nukleari, u l-ġestjoni tal-kaburant użat u l-iskart radjuattiv (6)”.

2.4.5   Dan ir-rapport jiddeskrivi wkoll l-użu “ħażin” li jista’ jsir f’xi Stati Membri mill-fondi ddedikati għall-iżmuntaġġ u l-ġestjoni tal-iskart. F’ċerti pajjiżi, fondi bħal dawn huma ffinanzjati permezz tar-riżorsi pubbliċi, spiss użati għal skopijiet oħra. Dan għandu impatt sinifikanti fuq il-konkorrenza billi dawn l-ispejjeż suppost jiġu internalizzati skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.

2.4.6   Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2002 għal ġabra tad-deċiżjonijiet 270 tal-1977 u 179 tal-1994 u għal żieda fil-livell ta’ finanzjamenti ma rċevietx l-appoġġ tal-Kunsill. Għalhekk il-fondi disponibbli tal-Euratom (massimu ta’ 20 % tal-ispiża totali) mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw it-talbiet li għad mhumiex uffiċjali iżda li kienu s-suġġett ta’ laqgħat preliminari mal-Kummissjoni.

2.4.7   Il-fondi tal-Euratom u tal-BEI għandhom jintużaw biex jippromovu r-riċerka u l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp sikur u sostenibbli għall-industrija nukleari. Fid-dawl tal-eżiġenzi finanzjarji li qegħdin jiżdiedu dejjem iktar, il-miżuri attwali ma jidhrux adegwati biex jiġu ggarantiti standards ta’ sigurtà għoljin u biex ir-riskji jitnaqqsu sal-iktar livell baxx possibbli. Fondi bħal dawn għandhom ikunu indirizzati speċifikament għall-pajjiżi li juru li għandhom politiki pubbliċi fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart.

2.5   Il-finanzjament fil-livell nazzjonali

2.5.1   L-iskema tal-għajnuniet statali ma tinkludix il-possibbiltà li jiġi ffinanzjat il-bini ta’ impjanti nukleari, anke jekk huwa possibbli u mixtieq li jkun hemm finanzjament pubbliku għat-titjib tal-miżuri ta’ sigurtà, għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ metodoloġiji trasparenti u konġunti għall-għoti tal-permessi u l-għażla tas-siti u għall-appoġġ tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ żvilupp professjonali. Jinbnewx impjanti nukleari ġodda jew le, ser ikollna bżonn ta’ inġiniera u tekniċi ferm speċjalizzati li jkunu jistgħu jiggarantixxu l-ġestjoni f’waqtha tas-sigurtà tal-impjanti kollha, kemm dawk li qegħdin jintużaw kif ukoll dawk li jinsabu fil-fażi ta’ diżattivazzjoni.

2.5.2   L-industrija Ewropea hija attwalment involuta fil-bini ta’ 4 reatturi (2 fil-Bulgarija, 1 fil-Finlandja u 1 Franza). Bħalissa huwa diffiċli li wieħed jipprevedi żvilupp qawwi ta’ dawn il-kapaċitajiet produttivi, b’mod partikulari fir-rigward tal-parti li tikkonċerna l-fissjoni. L-NIA tar-Renju Unit, fi studju reċenti, ikkonfermat li tista’ tappoġġja 70-80 % tal-programm nukleari l-ġdid, bl-eċċezzjoni ta’ komponenti essenzjali tar-reattur bħall-kaldarun ta’ pressjoni (pressure vessel), il-ġeneraturi turbo u komponenti importanti oħra (7). In-nuqqasijiet fl-ambitu tat-teknika u l-inġinerija huma l-iktar fattur li jxekkel żvilupp dinamiku tas-settur. Dan in-nuqqas, li jinħass l-iktar f’dawk l-Istati Membri li ma żviluppawx is-settur tal-enerġija nukleari, jista’ jingħeleb, billi t-taħriġ ta’ inġinier jieħu madwar ħames snin filwaqt li l-perijodu bejn id-deċiżjoni għall-bini ta’ reattur nukleari u l-bidu tal-użu tiegħu huwa ta’ madwar għaxar snin.

2.5.3   Hemm bżonn ta’ investimenti kbar fil-qasam tat-taħriġ tekniku u xjentifiku. Il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar ma ġewx partikolarment imħeġġa jiżviluppaw il-konoxxenzi tagħhom fil-qasam nukleari, bl-eċċezzjoni evidenti ta’ dawk il-pajjiżi li żviluppaw programm nukleari koerenti u b’hekk ħolqu wkoll prospetti professjonali reali. Fil-futur qrib ser ikun hemm bżonn ta’ xjenzjati, tekniċi u inġiniera, u esperti fil-bini industrijali. Huwa essenzjali li l-Istati Membri li jużaw it-teknoloġiji nukleari, b’mod speċjali dawk li ddeċidew li jiżviluppawhom, ikunu attrezzati bi proġetti speċifiċi u mmirati ta’ investiment fit-taħriġ.

2.5.4   Il-Forum tal-Enerġija Nukleari enfasizza l-importanza ta’ armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà. Is-CNS (Convention on Nuclear Safety) u l-istandards ta’ sigurtà tal-IAEA huma rikonoxxuti bħala parametri ta’ referenza fundamentali. L-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) għandha l-intenzjoni li tfassal programm armonizzat għall-Pajjiżi tal-UE u l-Iżvizzera sal-2010. Fuq il-bażi ta’ analiżi SWOT, qiegħed jiġi ssuġġerit li titfassal direttiva Ewropea dwar il-prinċipji fundamentali ta’ sigurtà fl-installazzjonijiet nukleari.

3.   L-opportunitajiet

3.1   Il-problema tal-użu tal-enerġija nukleari u tal-finanzjament tagħha huwa marbut mal-problema tal-bidla fil-klima kkawżat mill-emissjoni ta’ CO2. Bħalissa, madwar terz tal-produzzjoni tal-elettriku u 15 % tal-enerġija kkunsmata fl-Unjoni ġejjin mis-settur nukleari, b’livell baxx ħafna ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Anke jekk nikkunsidraw żieda potenzjali tal-kontribut ipprovdut mis-sorsi rinnovabbli (is-sors l-ieħor ta’ enerġija mingħajr emissjonijiet ta’ CO2 li għandna ninsistu fuqha, flimkien mal-iffrankar tal-enerġija), jidher li huwa ferm diffiċli li niksbu tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 fl-għexieren ta’ snin li ġejjin mingħajr ma nżommu l-produzzjoni tal-enerġija nukleari fil-livell attwali tagħha.

3.2   L-enerġija nukleari hija inqas sensittiva għall-bidliet fil-prezzijiet minħabba l-impatt baxx li għandu l-prezz tal-uranju fuq l-ispejjeż totali.

3.3   Id-diversifikazzjoni tat-taħlita enerġetika żżid l-opportunitajiet, b’mod partikolari għal dawk il-pajjiżi li jiddependu b’mod qawwi mill-importazzjoni.

3.4   Il-prezzijiet tal-kWh prodott mill-enerġija nukleari, skont it-tagħrif ipprovdut mill-Kummissjoni u minn xi wħud mill-operaturi, huma ogħla minn dawk tal-impjanti termali klassiċi iżda iktar baxxi minn dawk tal-enerġiji rinnovabbli; iċ-ċifri la jikkunsidraw l-ispejjeż prevedibbli taċ-ċertifikati għall-emissjoni ta’ CO2 u lanqas l-internalizzazzjoni parzjali tal-ispejjeż prevedibbli għat-tnaddif mit-tniġġis u l-iżmuntaġġ tal-impjanti fl-aħħar taċ-ċiklu ta’ operazzjoni. Għal kull tip ta’ sors ta’ enerġija, jeħtieġ li jiġi adattat il-metodu ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha. Xi operaturi u studji inqas reċenti jistqarru li l-ispejjeż tal-kWh iġġenerat mill-enerġija nukleari huma inferjuri.

3.5   Dewmien tar-riżervi tal-karburanti. Jekk in-numru ta’ impjanti jibqa’ dak li hu u bit-teknoloġija attwali, ir-riżervi magħrufin jistgħu jassiguraw funzjonament konvenjenti mil-lat ekonomiku u b’emissjoni baxxa ta’ CO2 għal perijodu li, skont l-istimi, ivarja bejn ftit għexieren ta’ snin u xi sekli (8)  (9). Din l-inċertezza tiġi mill-fatt li jekk wieħed iqis l-eżawriment progressiv tal-mini tal-iktar uranju “pur”, l-ispejjeż tal-estrazzjoni u r-raffinazzjoni jitilgħu f’termini ta’ enerġija u ta’ użu ta’ sustanzi kimiċi li jipproduċu l-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-ġenerazzjoni futura ta’ impjanti tista’ tnaqqas b’mod assolut il-konsum permezz tal-iżvilupp tar-reatturi awtofertilizzanti. Ikun interessanti li wieħed juża t-torju bħala kombustibbli, li huwa iktar abbondanti mill-uranju u li għandu rendiment u assorbiment newtroniku aħjar u għalhekk jeħtieġ inqas arrikkiment tal-kombustibbli għal kull unità ta’ enerġija prodotta. Barra minn hekk, dan ikun jista’ jintuża f’reatturi awtofertilizzanti mhux rapidi u l-produzzjoni ta’ skart radjutossiku u ta’ plutonju li kapaċi jintuża għal skopijiet ta’ gwerra tonqos.

4.   Ir-riskji

4.1   Possibbiltà ta’ inċidenti katastrofiċi u fallout: Anke jekk il-progress fit-teknoloġija tar-reatturi naqqas ir-riskji sa ma saru oġġettivament minimi permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll supplimentari, wieħed ma jistax jeskludi l-possibbiltà ta’ fużjoni tan-nukleu atomiku. Is-sistemi ta’ sigurtà passivi, bħall-“core catcher” li diġà qiegħed jintuża fl-EPR li qed jinbena fil-Finlandja bħalissa, jiggarantixxu li n-nixi radjuattiv jiġi llimitat anke fil-każ ferm improbabbli ta’ fużjoni tan-nukleu atomiku. Ir-reatturi tal-ġejjieni b’“sigurtà intrinsika” jistgħu jeqirdu dan ir-riskju. Pereżempju, il-proġett Ewropew VHTR Raphael għandu jiggarantixxi, anke f’każ ta’ blukkaġġ tal-impjant ta’ tkessiħ, evoluzzjoni termika gradwali lejn stat ta’ ekwilibriju li fih it-telf ta’ sħana jibbilanċja l-produzzjoni ta’ enerġija, filwaqt li fir-reatturi attwali hemm bżonn ta’ intervenzjoni rapida biex jiġi evitat li t-temperatura tan-nukleu atomiku tiżdied.

4.2   Riskji għas-saħħa marbutin mal-operazzjoni normali tal-impjanti: Fi studju dwar l-inċidenza tal-lewkimja fost it-tfal li kienu jgħixu qrib impjant nukleari bejn l-1990 u l-1998, ġew osservati 670 każ ta’ lewkimja mingħajr evidenza ta’ inċidenza eċċessiva fost it-tfal li kienu jgħixu sa 20 km mis-siti nukleari. Studju epidemjoloġiku aktar reċenti (KIKK) li sar il-Ġermanja fuq inizjattiva tal-Uffiċċju Federali għall-Protezzjoni kontra r-Radjazzjoni (BfS) fuq kampjun estiż (1 592 każ u 4 735 kontroll) madankollu juri korrelazzjoni bejn in-numru ta’ każijiet ta’ kanċer u lewkimja fost it-tfal taħt il-5 snin u d-distanza bejn id-dar fejn jgħixu u impjant nukleari. L-awturi waslu għall-konlużjoni li l-livell ta’ radjazzjoni mkejjel tant huwa baxx li fid-dawl tal-għarfien radjubijoloġiku wieħed ma jistax jikkonferma li l-kawża tal-kanċer hija l-espożizzjoni għar-radjazzjoni jonizzanti. Panel estern ta’ esperti (10) vverifika r-riżultat tal-istudju tal-KIKK. Ir-riżultati huma affidabbli u l-livell baxx ta’ radjazzjoni mkejjel jissuġġerixxi li wieħed għandu japprofondixxi l-istudji fuq ipersuxxettibilità eventwali tat-tfal għar-riskju ta’ radjazzjoni u l-monitoraġġ kostanti tal-komunitajiet li jgħixu qrib impjant nukleari (11). F’Settembru 2008, l-Uffiċċju Federali tas-Saħħa tal-Gvern Żvizzeru nieda l-programm Canupis (Il-kanċer fost it-tfal u l-impjanti nukleari fl-Iżvizzera), b’rabta mal-istudju Ġermaniż u l-analiżi tal-letteratura dwar is-suġġett, li saret fuq ordni tal-ASN, l-Awtorità Franċiża għas-Sigurtà Nukleari, b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Vroussos.

4.3   L-iskart: Għadd żgħir ħafna ta’ pajjiżi rnexxielhom isolvu din il-kwistjoni billi identifikaw siti ta’ ħżin definittivi. L-Istati Uniti kellhom iwarrbu s-sit ta’ New Mexico (Waste Isolation Pilot Plant), li kien ilu attiv mill-1999, minħabba l-infiltrazzjoni ta’ likwidi li, flimkien mal-melħ tal-blat tal-minjiera, kienu qegħdin jipproduċu effett qawwi ta’ korrożjoni fuq ir-reċipjenti, u b’hekk is-siti fil-blat mielaħ ġew ikkunsidrati bħala siti ġeoloġikament instabbli. Fl-Ewropa, il-Finlandja u l-Iżvezja biss ħabbru l-identifikazzjoni ta’ sit definittiv. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iproċessar mill-ġdid tal-iskart. Barra minn hekk, għandhom jitkomplew l-istudji dwar il-ħżin permanenti tal-iskart wara l-ipproċessar mill-ġdid tal-karburant użat. Il-kwalità ta’ dan il-ħżin u t-trattament tal-iskart huma elementi ewlenin tas-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċiklu tal-karburant.

4.4   Proċessar u trasport: Problemi oħra huma marbutin mal-ġestjoni tal-impjanti tal-iproċessar u t-trasport tal-kombustibbli radjuattiv fejn il-persuni responsabbli kellhom imġiba mhux adegwata u mhux kumparabbli ma’ dik tat-tekniċi tal-impjanti nukleari, billi, pereżempju, użaw vapuri mhux adegwati għat-trasport (vapur minnhom għereq, b’xorti tajba meta ma kienx qiegħed iġorr materjal radjuattiv) jew billi tefgħu materjal perikoluż fil-baħar.

4.5   Riskji ġeoloġiċi u idroġeoloġiċi: Element kritiku ieħor huwa l-fatt li ħafna impjanti jinsabu f’żoni sismiċi. Il-Ġappun ippreferixxa jagħlaq is-sit ta’ Kashiwazaki-Kariwa fil-prefettura ta’ Nigata, l-ikbar impjant nukleari fid-dinja, anke jekk dan ifisser li tilef kapaċità ta’ 8 000 MWe. L-għeluq ta’ dan l-impjant wara t-terremot tas-16 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet baxxa l-produzzjoni tal-elettriku min-nukleari għal 25 TWh. Bħalissa qed issir ħidma biex iż-żewġ reatturi jerġgħu jibdew jaħdmu.

4.6   Il-proliferazzjoni nukleari u t-terroriżmu: It-tħassib żdied f’dawn l-aħħar snin minħabba t-theddida l-ġdida tal-gruppi terroristiċi. Impjanti tassew sikuri għandhom jifilħu għall-impatt ta’ ajruplan mingħajr nixi ta’ materjal radjuattiv.

4.7   L-ilma: Aspett estremament importanti ieħor jikkonċerna l-bidla fil-klima u l-iskarsezza progressiva tal-ilma. Bħalma jiġri fl-impjanti termali kollha, inklużi l-impjanti mħaddma bil-faħam, biż-żejt jew bl-enerġija solari, il-bżonn ta’ ilma għall-proċess ta’ tkessiħ huwa kbir ħafna fil-każ tal-impjanti nukleari wkoll, sakemm ma tintużax it-teknoloġija inqas effiċjenti tat-tkessiħ bl-arja. (Fi Franza, il-bżonn ta’ ilma għall-produzzjoni tal-elettriku jammonta għal 57 % tal-konsum totali fis-sena; 19,3 biljun metru kubiku fuq total ta’ 33,7 biljun metru kubiku. Il-biċċa l-kbira tal-ilma jerġa’ jintuża (93 %) wara t-tkessiħ tal-proċess ta’ fissjoni u l-produzzjoni tal-elettriku (12)). It-tisħin ta’ kwantitajiet kbar ta’ ilma mill-impjanti nukleari u t-tnaqqis inkwetanti tal-kanali tal-ilma tal-wiċċ u tas-saffi li jżommu l-ilma (aquifers) iqajjem dubji addizzjonali fir-rigward tas-siti u jġiegħel lill-pubbliku jsaqsi mistoqsijiet li jeħtieġu risposti ċari mill-awtoritajiet. F’ċerti każijiet kellu jsir rikors għat-tnaqqis jew il-waqfa tal-produzzjoni tal-elettriku f’każ ta’ nixfa.

4.8   L-UE m’għandhiex il-materja prima: Fl-2007, 3 % biss tal-bżonnijiet kienu disponibbli fi ħdan il-fruntieri tal-UE. Ir-Russja hija l-ewwel fornitur b’madwar 25 % (5 144 tU), segwita mill-Kanada bi 18 %, in-Niġer bi 17 % u l-Awstralja bi 15 %. Madankollu, l-enerġija nukleari ma tnaqqasx id-dipendenza minn pajjiżi terzi, anke jekk il-fornituri l-oħra huma fil-biċċa l-kbira fornituri politikament stabbli.

4.9   L-aċċess għall-finanzjament u l-kapital fuq perijodu twil: Ir-riżorsi finanzjarji neċessarji huma bla dubju konsiderevoli, iżda jekk wieħed iqis iż-żmien ta’ ppjanar u bini, li jista’ jaqbeż l-10 snin qabel ma impjant jibda jaħdem, l-investimenti fis-settur huma pjuttost riskjużi. Fil-fatt, l-iskadenzi oriġinali għall-bini tal-impjanti qatt ma ġew irrispettati. B’mod ġenerali, iż-żmien li ppreċeda l-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku prodott kien itwal milli mistenni, bir-riżultat li żdiedu xi spejjeż supplimentari.

4.10   Inċidenti reċenti: Waqt it-tfassil ta’ din l-opinjoni, kien hemm għadd ta’ inċidenti: wieħed fis-Slovenja u erbgħa fi Franza. Il-projbizzjoni tal-konsum tal-ilma u l-ħut mix-xmajjar imniġġsin min-nixi ta’ ilma radjuattiv fi Franza kellha impatt negattiv fuq l-opinjoni pubblika Ewropea. Dawn l-avvenimenti u l-impatt medjatiku ferm negattiv tagħhom juru l-bżonn li l-proċeduri ta’ manutenzjoni u ta’ għażla tal-kumpaniji li jaħdmu fis-siti nukleari jsiru bil-galbu.

5.   Kummenti tal-KESE

5.1   L-enerġija elettrika prodotta mis-settur nukleari tant hija importanti li mhux possibbli li tiġi sostitwita fil-futur qrib minħabba l-kontribut indispensabbli li hija tagħti lill-bilanċ enerġetiku tal-UE.

5.2   Il-finanzjament tas-settur nukleari jbati iktar minn setturi oħra mill-għażla politika tal-gvernijiet nazzjonali. L-ewwel fattur ta’ inċertezza huwa ddeterminat sewwasew mill-bżonn li jkun hemm qafas politiku sikur u stabbli. Huwa indispensabbli li jkun hemm politika ta’ involviment u sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini li jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-għażla fuq il-bażi ta’ informazzjoni sħiħa u trasparenti, komprensibbli u vera. Xejn għajr proċedura demokratika ma jista’ jwassal għal għażla konxja, li hija l-bażi tal-ġejjieni tal-industrija nukleari Ewropea.

5.3   Minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza u l-informazzjoni skarsa u kontradittorja dwar temi bħall-allokazzjoni tal-fondi għall-ġestjoni tal-iskart u għall-iżmuntaġġ tal-impjanti diżattivati, hekk kif ġie kkonfermat mill-Kummissjoni stess, l-inċertezza taċ-ċittadini qiegħda tikber. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iħejju kampanja ta’ trasparenza u ta’ ċertezzi dwar il-ħtiġijiet tal-Ewropa fil-qasam tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u d-diversi possibbiltajiet, inkluża l-enerġija nukleari.

5.4   Il-Kumitat jinnota li ħafna impjanti fl-Ewropa (kemm dawk imħaddma bil-karburanti fossili kif ukoll dawk nukleari) ser jaslu fl-aħħar tal-użu tagħhom fl-għoxrin sena li ġejjin, u li dan jista’ jwassal għal tnaqqis fil-provvista tal-elettriku sakemm ma jsirux investimenti sostanzjali ġodda.

5.5   F’bosta opinjonijiet, il-Kumitat qies li l-ogħla prijoritajiet fil-qasam tal-enerġija huma promozzjoni msaħħa tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u espansjoni tas-sehem tal-enerġiji rinnovabbli fil-produzzjoni tal-elettriku.

5.6   Madankollu l-Kumitat huwa konxju tal-fatt li anke bl-ikbar sforz possibbli, huwa improbabbli li l-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet kollha fil-qasam tal-provvista tal-elettriku. B’mod ġenerali fl-Ewropa ser ikun hemm bżonn ta’ xi investimenti ġodda kemm fil-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam kif ukoll fl-impjanti nukleari.

5.7   Fiż-żewġ każijiet il-Kumitat jemmen li huwa ferm importanti li l-aspetti ambjentali u ta’ sigurtà kollha jkunu inklużi fl-evalwazzjoni tal-proġetti ta’ investiment u fl-ispejjeż operattivi.

5.8   Fid-dawl tat-theddida dejjem ikbar tal-bidla fil-klima, kull proġett ta’ impjant ġdid imħaddem bil-karburanti fossili għandu jkun kumpatibbli mal-adozzjoni ta’ sistemi għall-qbid u l-ħżin tas-CO2 u għandu jikkunsidra l-ispejjeż ta’ dan fl-evalwazzjonijiet u l-pjanijiet ta’ negozju. Bl-istess mod, l-ispejjeż involuti fl-iżmuntaġġ eventwali u fil-ġestjoni tal-iskart għandhom jiġu inklużi fl-evalwazzjoni u l-pjanijiet ta’ negozju ta’ kull impjant nukleari li jirċievi l-awtorizzazzjoni li jinbena. M’għandu jkun hemm l-ebda sussidji moħbija għas-sistemi kollha ta’ enerġija li huma żviluppati bis-sħiħ.

5.9   Bħalissa, l-investituri u sorsi oħra ta’ finanzjament qegħdin iżommu lura milli jinvestu riżorsi sinifikanti fil-bini ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ impjanti nukleari fl-Ewropa, minħabba l-inċertezzi kbar li ħakmu l-isfera ekonomika, politika u regolatorja u ż-żmien twil meħtieġ bejn l-investiment kbir involut u r-ritorn ekonomiku miksub.

5.10   L-approċċ Finlandiż, li kkonsista minn kosorzju ta’ utenti kbar li xtraw il-biċċa l-kbira tal-elettriku prodott fuq bażi “take-or-pay” bi prezz stabbli, għandu jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat.

5.11   Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-programmi ta’ riċerka u żvilupp, b’mod partikolari dwar l-enerġija nukleari tar-raba “ġenerazzjoni, anke jekk nafu li din mhux se tkun tista’ tintuża fil-kummerċ qabel l-2030 (13). Ir-raba” ġenerazzjoni għandha l-għan li tipprovdi enerġija nukleari “iktar nadifa” li ssolvi l-problemi marbutin mal-ġestjoni tal-iskart, il-proliferazzjoni u li tkompli tnaqqas ir-riskju ta’ fallout, b’konsum iktar baxx ta’ materjal fissili. Ir-raba’ ġenerazzjoni tista’ tikkontribwixxi b’mod effiċjenti għall-produzzjoni tal-idroġenu. L-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni għandu jiġi appoġġjat bis-sħiħ, sabiex il-vantaġġi kbar ta’ din it-teknoloġija f’termini ta’ sigurtà u riżorsi jkunu jistgħu jinkisbu fit-tieni nofs tas-seklu.

5.12   Ir-riżorsi proposti mill-Euratom għall-appoġġ tal-investimenti permezz ta’ garanziji, sabiex b’hekk jonqsu l-ispejjeż finanzjarji tal-intrapriżi li jistgħu jużaw ir-rating għoli ħafna tal-istituzzjonijiet Ewropej, huma bblukkati, u jistgħu jiġi adattati għall-ispejjeż kbar u l-inflazzjoni li ġġarrbu f’dan il-perijodu, mingħajr ma jiġu ssagrifikati programmi ta’ appoġġ oħra, bħal pereżempju l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew is-sorsi rinnovabbli, permezz ta’ mezzi speċifiċi u ffukati.

5.13   Ir-riżorsi disponibbli u l-programmi ta’ riċerka korrispondenti lanqas mhuma adegwati fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart u tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni jonizzanti. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jallokaw riżorsi oħra lis-Seba’ Programm Qafas tal-Euratom, u jappoġġjaw inizjattivi teknoloġiċi konġunti speċifiċi, hekk kif qed isir fil-qasam tal-fuel cells u tal-mediċini, pereżempju. Il-KESE jappella lill-Istati Membri sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom permezz ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali fl-oqsma tar-radjubijoloġija u r-radjuprotezzjoni, l-epidemjoloġija u l-ħżin permanenti.

5.14   Il-KESE jemmen li l-mudell ta’ finanzjament iddedikat lill-enerġija nukleari, li huwa indipendenti minn programmi qafas oħra, għandu jiġi estiż għal programmi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ta’ żvilupp tal-enerġiji rinnovabbli.

5.15   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw forum dwar l-enerġija nukleari fil-livell nazzjonali fuq l-eżempju ta’ dak organizzat mill-Kummissjoni dwar tliet kwistjonijiet diskussi fi Praga u Bratislava: l-opportunitajiet, ir-riskji u t-trasparenza u l-informazzjoni.

5.16   It-titjib tal-għoti tal-permessi u l-identifikazzjoni tas-siti permezz ta’ proċedura Ewropea komuni jista’ jkun pożittiv għaċ-ċertezza tal-investimenti u taż-żmien ta’ implimentazzjoni, iżda l-opinjoni pubblika mhija ser taċċetta bl-ebda mod regolamentazzjoni Ewropea inqas stretta minn dik nazzjonali. Fir-rigward tas-sigurtà, wieħed għandu jikkunsidra l-interess Ewropew għad-definizzjoni ta’ standards iktar stretti u armonizzati fid-dawl tan-natura transnazzjonali tar-riskji involuti (eż. impjanti viċin ta’ fruntieri nazzjonali). L-ippjanar u r-regoli tal-ġenerazzjoni ta’ reatturi li jmiss jistgħu jiġu armonizzati.

5.17   Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jaqsmu l-benefiċċji ta’ ġenerazzjoni elettrika inqas għalja. Illum il-prezzijiet fil-borża tal-elettriku huma bbażati fuq l-iktar prezz għoli (ċiklu kkombinat gass-karbonju). Ikun xieraq li jingħataw id-diversi sorsi, bi prezzijiet divrenzjati.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  House of Commons Committee of Public Accounts Nuclear Decomissioning Authority 38° Report of Session 2007-2008, UK.

(2)  Österreichisches Ökologie Institut Wien 2007.

(3)  Rapport #:DOE/EIA-0484(2008) Ġunju 2008.

(4)  Ewrobarometru Speċjali 297, Ir-Realtà Soċjali Ewropea, Frar 2008.

(5)  P. Vandenplas, G. H. Wolf, “50 years of controlled nuclear fusion in the European Union”, Europhysics News, 39, 21 (2008).

(6)  COM(2007) 794 finali tat-12 ta’ Diċembru 2007.

(7)  NIA (Nuclear Industry Association, The UK capability to deliver a new nuclear build programme, 2008 update).

(8)  Storm van Leeuwen, Nuclear powerThe energy balance (2008), www.stormsmith.nl

(9)  World Nuclear Association, www.world-nuclear.org/info/info.html

(10)  Dr. Brüske-Hohlfeld, GSF, Neuherberg, Prof. Prof. Greiser BIPS, Bremen; Prof. Hoffmann, Uni Greifswald; Dr. Körblein, Umweltinstitut München; Prof. Jöckel, Uni Essen Duisburg; PD Dr. Küchenhoff, LMU München, Dr. Dr. Pflugbeil, Berlin; Dr. Scherb GSF, Neuherberg, Dr. Dr. Straif IARC, Lyon; Prof. Walther; Uni München; Prof. Wirth, Wuppertal; Dr. Wurzbacher, Umweltinstituts München.

(11)  Mélanie White-Koning, Denis Hémon, Dominique Laurier, Margot Tirmarche, Eric Jougla, Aurélie Goubin, Jacqueline Clave.

(12)  Eau France u IFEN Institut français de l’environnement — data dwar il-konsum, 2004.

(13)  GIF Generation IV International Forum 2008.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/8


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Aċċess għal servizz b’veloċità għolja għal kulħadd: riflessjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-firxa tas-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika”

(2009/C 175/02)

Permezz ta’ ittra ddatata t-3 ta’ Lulju 2008, u b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħejji opinjoni esploratorja dwar:

l-Aċċess għal servizz b’veloċità għolja għal kulħadd: riflessjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-firxa tas-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Hencks.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’125 vot favur u 3 voti kontra.

1.   Rakkomandazzjonijiet

1.1   Illum il-ġurnata, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), li hija l-bażi ta’ soċjetà tal-informazzjoni miftuħa għal kulħadd, għandha tintegra l-bżonnijiet tal-membri kollha tas-soċjetà.

1.2   Madankollu, il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni għadhom inaċċessibbli għal ħafna ċittadini li m’għandhomx aċċess għan-netwerks u s-servizzi jew li m’għandhomx il-kompetenzi meħtieġa. Sal-lum, is-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika, li ġie mitlub jipprovdi servizz minimu stabbilit ta’ kwalità speċifika bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha, ma rnexxielux jegħleb il-qasma diġitali (digital divide).

1.3   Mill-implimentazzjoni tiegħu ’l quddiem, l-ambitu tas-servizz universali prattikament baqa’ l-istess u għadu limitat għal konnessjoni narrowband man-netwerk tat-telefon pubbliku.

1.4   L-aċċess ġenerali għall-broadband mhuwiex biss fattur importanti għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni u aspett importanti tal-aġenda ta’ Liżbona, iżda sar element essenzjali tal-benesseri u l-inklużjoni elettronika.

1.5   Għaldaqstant il-KESE jemmen li hemm bżonn li s-servizz universali jiġi adattat għall-iżvilupp teknoloġiku u għall-ħtiġijiet tal-utenti u għalhekk jipproponi:

li jitwessa’ l-ambitu tas-servizz universali u li d-disponibilità universali ssir obbligatorja fi żmien raġonevoli li jrid jiġi stabbilit u fi ħdan programm multiannwali, fir-rigward tal-aċċess għad-DSL b’veloċità minima ta’ trażmissjoni ta’ 2Mbit/s sa 10Mbit/s jew tal-aċċess mobbli jew mingħajr wajers (WIMAX, satellita, eċċ.) b’veloċitajiet ta’ trażmissjoni simili;

li ma tingħatax attenzjoni esklużiva lill-esklużjoni ġeografika iżda li tiġi kkunsidrata wkoll l-esklużjoni soċjali li tmur id f’id mal-qagħda finanzjarja jew il-kompetenzi limitati ta’ ċerti gruppi ta’ utenti, u li s-servizz universali jiġi estiż sabiex tiġi assigurata d-disponibilità ta’ aċċess għall-utenti kollha, irrispettivament mis-sitwazzjoni ġeografika, finanzjarja jew soċjali tagħhom;

li jiġu appoġġjati l-proġetti nazzjonali u lokali dwar l-inklużjoni diġitali kif ukoll il-proġetti żgħar tal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet li jgħinu lil min għandu diffikultà biex jakkwista għodda teknoloġika. Dan jista’ jsir permezz ta’ mikrofinanzjament għal proġetti ta’ taħriġ lokali, ċentri pubbliċi għal aċċess kollettiv għall-internet u terminals interattivi f’postijiet pubbliċi li jipprovdu aċċess għall-internet b’xejn;

li l-Istati Membri jitħeġġu jipprovdu għajnuna finanzjarja għall-familji jew l-individwi li ma jifilħux iħallsu għat-tagħmir bażiku (il-kompjuter, is-software u l-modem), l-aċċess u s-servizz;

li l-finanzjament tas-servizz universali jiġi ffaċilitat permezz ta’ sussidji pubbliċi nazzjonali u fondi Komunitarji. Din hija l-unika soluzzjoni adattata għall-pajjiżi fejn il-piż finanzjarju tal-obbligu tas-servizz universali jitfa’ piż eċċessiv fuq l-operaturi;

li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tippubblika eżempji tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam b’mod regolari.

2.   Daħla

2.1   Fl-1993 (1), il-Kummissjoni indirizzat għall-ewwel darba fid-dettall il-kunċett ta’ servizz universali fis-settur tat-telekomunikazzjoni, li dak iż-żmien kien ġie żviluppat sabiex jiġi żgurat aċċess għal servizz minimu stabbilit ta’ kwalità speċifika, kif ukoll il-provvista ta’ dan is-servizz lill-utenti kollha irrispettivament minn fejn joqogħdu u fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, bi prezz li jista’ jintlaħaq minn kulħadd.

2.2   Sussegwentement, il-kunċett ta’ servizz universali ġie kkonsolidat permezz ta’ bosta direttivi (2) u minħabba l-konverġenza kontinwa bejn it-telekomunikazzjoni, il-mezzi tax-xandir u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, is-servizz universali twessa’ biex sar is-servizz tal-komunikazzjoni elettronika.

2.3   L-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni kabbar il-qasma diġitali bejn, minn naħa, dawk li jużaw il-possibbiltajiet li joffru n-netwerks tal-kommunikazzjoni elettronika għall-progress personali jew professjonali tagħhom u, min-naħa l-oħra, dawk li mhumiex f’pożizzjoni li jisfruttaw dawn il-possibbiltajiet (il-qasma diġitali) minħabba nuqqas ta’ aċċess għall-ICT, nuqqas ta’ kompetenzi jew ta’ interess.

2.4   Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru (3), 49 % tad-djar fl-UE27 (fix-xitwa 2007) kellhom konnessjoni tal-internet (52 % fl-UE15 u 33 % fit-12-il Stat Membru ġodda) filwaqt li aktar minn nofs l-Ewropej (57 %) kellhom kompjuter id-dar.

2.5   Minkejja l-fatt li l-għadd ta’ konnessjonijiet tal-internet dejjem qiegħed jiżdied, fil-medja dar minn kull tnejn fl-UE u inqas minn kwart tad-djar fil-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija biss għandhom konnessjoni tal-internet.

2.6   B’riżultat ta’ dan, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika, indispensabbli għall-ħolqien ta’ soċjetà tal-informazzjoni, mhumiex aċċessibbli għal ħafna ċittadini filwaqt li ammont kbir ta’ informazzjoni huwa biss disponibbli permezz tal-ICT.

2.7   Għal diversi snin issa, ir-riskju tal-qasma diġitali kien suġġett ta’ tħassib kostanti għall-UE li, b’mod regolari, tadatta u tkompli tibni fuq ir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li tħares is-servizz universali, id-drittijiet tal-utenti kif ukoll il-protezzjoni tad-data personali. Il-KESE ħejja għadd ta’ opinjonijiet dwar dawn l-inizjattivi (4).

2.8   Fid-Dikjarazzjoni ta’ Riga (5) dwar l-inklużjoni elettronika, adottata fil-11 ta’ Ġunju 2006, l-Istati Membri impenjaw ruħhom sabiex inaqqsu, b’mod sinifikanti, id-differenzi reġjonali fir-rigward tal-aċċess għall-internet madwar l-UE billi jżidu l-kopertura tal-broadband f’dawk il-postijiet li mhumiex moqdija kif xieraq, kif ukoll billi, minn issa sal-2010, inaqqsu bin-nofs in-numru ta’ individwi li ma jużawx l-internet li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni.

2.9   Minkejja din id-dikjarazzjoni, l-ambitu ta’ applikazzjoni tas-servizz universali baqa’ l-istess.

2.10   Fl-2007, il-Kummissjoni ressqet proposta ta’ riformulazzjoni wiesgħa tar-regolamentazzjoni Ewropea attwali dwar il-komunikazzjoni elettronika. Din ir-riformulazzjoni tinkludi, fost affarijiet oħra, emenda tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali (6).

2.11   L-emendi prinċipali tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali li ġew proposti huma marbuta mat-titjib tal-informazzjoni għall-utenti aħħarin, l-użu u l-aċċess għall-komunikazzjoni elettronika għall-utenti b’diżabilità, aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza kif ukoll iż-żamma tal-konnettività u ta’ kwalità ta’ servizz bażiku (7).

2.12   Il-persuni b’diżabilità u li għandhom bżonnijiet speċifiċi għadhom jiffaċċjaw ħafna diffikultajiet biex ikollhom aċċess għal servizzi li huma essenzjali għall-ħajja soċjali u ekonomika (8). Għalhekk, il-KESE naturalment jaqbel mal-fatt li fil-proposta tal-2007 għal emenda tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali (9) l-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri speċifiċi favur l-utenti b’diżabilità ġiet sostitwita bl-obbligu espliċitu li jagħmlu dan (10).

2.13   Madankollu, il-proposta għal emenda tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali ma timmodifika la l-ambitu tas-servizz universali u lanqas il-provvista tiegħu lill-konsumaturi u lill-utenti aħħarin.

3.   L-ambitu attwali tas-servizz universali

3.1   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għal konnessjoni f’post fiss ma’ netwerk tat-telefon pubbliku u għal aċċess għas-servizzi telefoniċi disponibbli għall-pubbliku (is-servizz ta’ informazzjoni bit-telefon, id-direttorji, telefons pubbliċi bi ħlas jew miżuri speċjali għall-utenti b’diżabilità) jintlaqgħu minn tal-anqas minn kumpanija waħda.

3.2   Peress li l-liċenzji tal-operaturi nazzjonali tat-telefonija mobbli jeħtieġu kopertura ġeografika u/jew tal-popolazzjoni kompleta, it-telefonija vokali sadattant laħqet saret universali, anke jekk il-prezzijiet sikwit mhumiex trasparenti.

3.3   Madankollu, il-konnessjoni man-netwerk hija limitata għal konnessjoni broadband. M’hemm l-ebda rekwiżit għal rati speċifiċi tad-data jew tal-bit iżda l-konnessjoni għandha tippermetti “aċċess funzjonali għall-internet meta jitqiesu t-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-abbonati u l-fattibbiltà teknoloġika” (11).

4.   It-tkabbir tal-firxa tas-servizz universali

4.1   Kummenti ġenerali

4.1.1   Il-kunċett ta’ servizz universali u l-ambitu tiegħu għandhom jevolvu sabiex jirriflettu r-ritmu tal-progress tekniku, l-iżvilupp tas-suq u t-tibdil fil-bżonnijiet tal-utenti.

4.1.2   Fil-kuntest tat-tieni reviżjoni tal-ambitu tas-servizz universali tal-komunikazzjoni elettronika (12), il-Kummissjoni temmen li l-kondizzjonijiet għat-tkabbir tal-ambitu ta’ applikazzjoni, hekk kif stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali, attwalment mhumiex sodisfatti. Madankollu, tagħraf li “jkun loġiku li jiġi antiċipat li, f’perjodu relattivament qasir, is-servizz tan-narrowband mhux ser jissodisfa l-bżonn li jkun suffiċjenti biex jippermetti l-aċċess funzjonali tal-internet”.

4.1.3   Il-KESE jemmen li diġà hemm bżonn ta’ aġġornament u li dan għandu jiffoka fuq l-elementi li ġejjin:

4.2   Aċċess għal ġabra ta’ servizzi bażiċi

4.2.1   Xi każijiet ta’ esklużjoni diġitali huma r-riżultat tal-imġiba jew tal-kultura, u jistgħu jittaffu biż-żmien, filwaqt li każijiet oħra huma relatati mal-inugwaljanzi strutturali fl-organizzazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà.

4.2.2   Dan iwassal għal inugwaljanzi oħra relatati ma’ aċċess inugwali għall-impjieg, għat-taħriġ, għall-possibbiltajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, għall-prodotti bażiċi u għas-servizzi, għas-servizzi pubbliċi, għall-inklużjoni soċjali, għall-espressjoni taċ-ċittadinanza u għall-parteċipazzjoni demokratika.

4.2.3   L-esklużjoni diġitali tkopri aspetti differenti marbuta mat-tagħmir innifsu, l-aċċess, it-taħriġ neċessarju u l-appoġġ għall-utenti; tirrikjedi li tittieħed azzjoni parallela fir-rigward ta’ dan li ġej:

l-aċċess għat-taħriġ fil-qasam tat-teknoloġiji l-ġodda;

l-aċċess għat-tagħmir;

il-konnessjoni.

4.3   It-taħriġ tal-utenti

4.3.1   Bla dubju ta’ xejn, iż-żjieda fil-livell tal-ħiliet meħtieġa mill-estensjoni tat-teknoloġiji diġitali tkabbar l-inugwaljanzi fl-użu u l-aċċess għal dawn it-teknoloġiji, anke jekk huma miftuħa għal kulħadd.

4.3.2   Il-persuni li ma jafux jużaw kompjuter jew l-internet, li sikwit ma juru l-ebda interess fis-suġġett, jinsabu f’pożizzjoni żvantaġġjata li kulma jmur dejjem qiegħda tikber. Dan joħloq firda soċjali mhux biss għal dawk li huma esklużi iżda wkoll għal min għandu diffikultà biex jadatta għat-teknoloġiji l-ġodda.

4.3.3   F’dan il-kuntest għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-anzjani li jibqgħu lura u ma jsirux midħla tal-ambjent diġitali (il-firda bejn il-ġenerazzjonijiet) u għandhom jitfasslu programmi għall-kompetenza diġitali adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom (13).

4.3.4   Għalhekk hemm bżonn li jingħata appoġġ lill-proġetti nazzjonali u lokali għall-inklużjoni diġitali kif ukoll lill-proġetti żgħar tal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet li jgħinu lil min għandu diffikultà biex jakkwista għodda teknoloġika. Dan jista’ jsir permezz ta’ mikrofinanzjament għal proġetti ta’ taħriġ lokali, ċentri pubbliċi għal aċċess kollettiv għall-internet u terminals interattivi f’postijiet pubbliċi li jipprovdu aċċess għall-internet b’xejn. Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tippubblika eżempji tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam b’mod regolari.

4.4   L-aċċess għat-tagħmir

4.4.1   Ħafna familji jew individwi huma mċaħħda mill-aċċess għan-netwerk u għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika minħabba l-fatt li ma jifilħux iħallsu għat-tagħmir bażiku (il-kompjuter, is-software u l-modem).

4.4.2   Il-KESE jitlob lill-Istati Membri sabiex, fil-qafas tas-servizz universali, jipprovdu għajnuna finanzjarja biex jiffaċilitaw l-aċċess u l-użu tal-internet.

4.5   Il-konnessjoni

4.5.1   Illum il-ġurnata t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li hija l-bażi ta’ soċjetà tal-informazzjoni miftuħa għal kulħadd, għandha tintegra l-bżonnijiet tal-membri kollha tas-soċjetà, b’mod partikolari ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, sabiex tindirizza l-problema tal-qasma diġitali u ta’ soċjetà maqsuma f’żewġ livelli.

4.5.2   L-effetti magħquda tal-konverġenza ta’ dinja bbażata fuq l-internet, in-netwerking u d-diġitalizzazzjoni kulma jmur jeħtieġu konnessjoni b’veloċità għolja man-netwerk meta jintużaw applikazzjonijiet ġodda.

4.5.3   Skont il-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Marzu 2006 (14), “Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband”, “l-aċċess wiesa’ għall-broadband huwa fattur ewlieni għall-iżvilupp tal-ekonomiji moderni u aspett importanti tal-aġenda ta’ Liżbona”. Il-Komunikazzjoni tal-29 ta’ Settembru 2008 tagħraf “li se jkun hemm żoni ġeografiċi fejn x’aktarx is-suq mhux se jipprovdi s-servizz fuq perjodu taż-żmien raġjonevoli” u li għad “jasal żmien fejn l-‘esklużjoni mill-informatika’ ssir kwistjoni sinifikanti”.

4.5.4   Il-KESE ilu bosta snin jitlob li l-aċċess għall-broadband jiġi inkluż fis-servizz universali.

4.5.5   Fl-2002, “l-aċċess funzjonali għall-internet” fl-ambitu tas-servizz universali ġie inkluż fid-Direttiva dwar is-Servizz Universali. Dan l-aċċess funzjonali huwa definit bħala t-trażmissjoni tal-komunikazzjonijiet tad-data b’veloċità suffiċjenti li tippermetti l-aċċess għall-internet.

4.5.6   Dak iż-żmien din iż-żjieda kienet bżonjuża peress li l-komunikazzjoni onlajn kienet isseħħ permezz ta’ netwerk telefoniku kommutat, iżda llum il-ġurnata applikazzjonijiet bħal pereżempju Saħħa-e, Negozju-e, Gvern-e, Tagħlim-e, li huma elementi essenzjali għat-tkabbir u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa tul is-snin li ġejjin, għandhom bżonn il-broadband.

4.5.7   Għalhekk, il-KESE jqis li għandna nispeċifikaw x’nifhmu b’“aċċess funzjonali għall-internet” u jipproponi li l-fornituri tas-servizz universali jkunu obbligati joffru, fi żmien raġonevoli li jrid jiġi stabbilit u fi ħdan programm multiannwali, aċċess DSL b’veloċità minima ta’ trażmissjoni ta’ 2Mbit/s sa 10Mbit/s jew aċċess mobbli jew mingħajr wajers (WIMAX, satellita, eċċ.) b’veloċitajiet ta’ trażmissjoni simili, dawn il-valuri għandhom dejjem jiġu aġġornati skont l-iżviluppi tat-teknoloġija u skont il-bżonnijiet tal-konsumaturi.

4.6   Disponibilità għall-utenti kollha u kullimkien

4.6.1   Fiż-żoni remoti u rurali, speċjalment f’uħud mill-Istati Membri l-ġodda, is-suq sikwit ma jistax joffri aċċess għall-infrastruttura tal-komunikazzzjoni elettronika bi prezz aċċessibbli għal kulħadd u servizz ta’ livell adegwat.

4.6.2   Fir-rigward tal-aċċess għall-broadband, hemm differenzi sinifikanti bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali. Il-kopertura tad-DSL fiż-żoni rurali hija ta’ 71.3 % meta mqabbla mal-94 % fiż-żoni urbani (8). Iżda veloċità ta’ trażmissjoni baxxa tillimita l-użu tal-broadband mill-kumpaniji f’żoni rurali kif ukoll l-introduzzjoni tal-broadband fid-djar li ma jistax ikollhom ambjent multimedju ġenwin.

4.6.3   L-esklużjoni diġitali tolqot lil ħafna kategoriji soċjali skont ċerti fatturi li jistgħu jkunu demografiċi (l-età, is-sess, it-tip ta’ dar), soċjoprofessjonali (l-edukazzjoni, l-impjieg, l-istatus, id-dħul finanzjarju) jew ġeografiċi (l-akkomodazzjoni, il-lok, il-karatteristiċi reġjonali jew lokali, il-fatturi ġeopolitiċi).

4.6.4   Għalhekk, m’għandhiex tingħata attenzjoni esklużiva lill-esklużjoni ġeografika iżda għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-esklużjoni soċjali li tmur id f’id mal-qagħda finanzjarja jew il-kompetenzi limitati ta’ ċerti gruppi ta’ utenti.

4.6.5   Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li s-servizz universali għandu jiġi estiż sabiex tiġi assigurata d-disponibilità ta’ aċċess għall-utenti kollha, irrispettivament mis-sitwazzjoni ġeografika, finanzjarja jew soċjali tagħhom.

4.7   Livell ta’ kwalità stabbilit

4.7.1   Fil-proposta għal emenda tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali, il-Kummissjoni tipproponi li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw li ma jkunx hemm degradazzjoni fil-kwalità tas-servizz, ibblukkar tal-aċċess u tnaqqis tal-attività fit-traffiku tan-netwerks billi jiġu ffissati livelli minimi ta’ kwalità għas-servizzi ta’ trażmissjoni tan-netwerks għall-utenti aħħarin.

4.7.2   Il-KESE jemmen li l-livell minimu ta’ kwalità għandu jkun l-istess għal kull Stat Membru u li għandu jkun leġiżlatur Ewropew u mhux awtorità regolatorja nazzjonali li jistabbilixxi l-istandards minimi għall-kwalità.

4.8   Prezz li jista’ jintlaħaq minn kulħadd

4.8.1   Minflok prezz li jista’ jintlaħaq minn kulħadd jew prezz raġonevoli għandna nitkellmu dwar “prezz li kulħadd jista’ iħallas”, espressjoni li tispjega aħjar l-intenzjoni espressa.

4.8.2   L-aċċess u s-servizz bi prezz li jista’ jintlaħaq minn kulħadd huma inklużi fid-definizzjoni ta’ servizz universali, iżda ma jidħlux fl-ambitu tiegħu fil-livell Komunitarju peress li l-kunċett ta’ prezz “li jista’ jintlaħaq minn kulħadd” jiddependi mill-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi bħal pereżempju d-dħul medju tal-familji.

4.8.3   Il-KESE jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata, fil-livell Komunitarju, il-possibbiltà li l-Istati Membri jintroduċu rati soċjali għall-aċċess u l-użu tal-broadband fis-servizz universali.

5.   Finanzjament

5.1   Il-KESE jagħraf li l-obbligazzjonijiet ta’ servizz universali tal-broadband jinvolvu piż finanzjarju kbir għall-operaturi, li sikwit jista’ biss jintrefa’ b’telf.

5.2   Madankollu, dawn l-ispejjeż jiddependu ħafna mit-teknoloġija li tintuża. Jekk minn naħa dawn l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu billi l-konnessjonijiet fissi jinbidlu f’konnessjonijiet mobbli, peress li ż-żjieda ta’ abbonat ġdid man-netwerk ta’ komunikazzjoni diġitali bir-radju komuni għall-abbonati ma tinvolvix spejjeż kbar, min-naħa l-oħra, ma rridux ninsew li l-prezzijiet għal konnessjoni “fissa” huma orħos minn dawk ta’ konnessjoni “mobbli”.

5.3   Meta l-obbligu ta’ servizz universali jirrappreżenta piż eċċessiv għall-fornitur, id-Direttiva dwar is-Servizz Universali tal-2002 tawtorizza lill-Istati Membri jużaw mezzi ta’ finanzjament, b’mod partikolari:

l-użu ta’ fondi pubbliċi;

taxxi għall-utenti;

kontribuzzjonijiet mill-intrapriżi kollha jew minn ċerti gruppi ta’ intrapriżi speċifiċi.

5.4   Barra minn hekk, il-Fondi Strutturali jew il-Fondi għall-Iżvilupp Rurali jistgħu, f’ċerti kondizzjonijiet, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ żoni reġjonali u rurali żvantaġġati.

5.5   Rigward l-aċċess għan-netwerks tal-ICT fiż-żoni u r-reġjuni Ewropej fejn qed tinħass il-qasma diġitali, il-KESE itenni t-talba tiegħu (15) li jiġu ddedikati ammonti speċifiċi mill-Fondi Strutturali, il-Fondi għall-Iżvilupp Rurali u l-Fondi għar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-inklużjoni elettronika.

5.6   B’riżultat tal-konverġenza ta’ dinja bbażata fuq l-internet u tal-għadd kbir ta’ operaturi (il-fornituri tal-infrastruttura għall-aċċess, il-pjattaforma tal-internet u l-kontenut), qed isir iktar diffiċli li tiġi ddefinita l-firxa ta’ swieq li qed jikkontribwixxu għall-Fondi u dan qed isir sors ta’ kunflitt u ta’ ilmenti konstanti.

5.7   Barra minn hekk, it-taxxi fuq l-operaturi huma ġeneralment riflessi fil-prezz finali (tal-anqas parzjalment).

5.8   Il-KESE jwissi li l-ispejjeż li jifdal tas-servizz universali m’għandhomx jiġu kkumpensati permezz tal-introduzzjoni, diretta jew indiretta, ta’ taxxi jew żjieda fir-rati għall-utenti. Dan imur kontra l-kunċett ta’ “prezz li jista’ jintlaħaq minn kulħadd”.

5.9   Il-KESE jemmen li l-finanzjament tas-servizz universali permezz ta’ sussidji pubbliċi, flimkien ma’ investimenti ffinanzjati mill-fondi Komunitarji huwa l-uniku mezz adattat għall-pajjiżi fejn il-piż finanzjarju tal-obbligu tas-servizz universali huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-kondizzjonijiet ta’ funzjonament normali.

5.10   Il-finanzjament tas-servizz universali permezz ta’ sistema ġenerali ta’ tassazzjoni — li tifrex il-piż tat-taxxa fuq firxa usa’– ifisser li t-telf tal-benesseri soċjali huwa iktar baxx mit-telf li jiġġarrab kieku s-servizz universali jiġi ffinanzjat biss minn taxxi fuq l-operaturi jew il-konsumaturi.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  COM(93) 159 finali.

(2)  Direttivi 95/62/KE; 97/33/KE; 98/10/KE; 2002/22/KE.

(3)  Ewrobarometru speċjali Nru 293/Ġunju 2008: Stħarriġ fid-djar dwar il-komunikazzjoni-e. Novembru-Diċembru 2007.

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-Komunikazzjoni elettronika: lejn ekonomija tal-għarfien”, COM(2003) 65 finali, 11.2.2003; Opinjoni tal-KESE, “L-Ewropa b’veloċità għolja” (rapporteur: is-Sur McDonogh), ĠU C 120, 20.5.2005, p. 22; Opinjoni tal-KESE, “Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband” (rapporteur: is-Sur McDonogh), ĠU C 318, 23.12.2006, p.229; Opinjoni tal-KESE, “i2010 — Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi” (rapporteur: is-Sur Lagerholm), ĠU C 110, 9.5.2006, p. 83; Opinjoni tal-KESE, “L-Aċċessibilità elettronika” (rapporteur: is-Sur Cabra de Luna), ĠU C 110, 9.5.2006, p. 26.

(5)  Ara http://ec.europa.eu/information_society/events/ict_riga_2006/doc/declaration_riga.pdf

(6)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru. 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2007) 698 finali).

(7)  Opinjoni tal-KESE, Netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi/Il-Pakkett ta’ Riforma tat-Telekomunikazzjoni, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50, (rapporteur: is-Sur Hernández Bataller)

(8)  Rapport ta’ progress dwar is-suq waħdieni tal-komunikazzjoni elettronika għall-2007 (it-13-il rapport) COM(2008)153.

(9)  COM(2007) 698 finali

(10)  Opinjoni tal-KESE 404/2006, “Aċċessibilità elettronika” (rapporteur: is-Sur Cabra de Luna), ĠU C 110, 9.5.2006, p. 26.

(11)  Ara COM(2007) 698 finali

(12)  COM(2008) 572 finali

(13)  Ara l-Opinjoni esploratorja tal-KESE 1524/2008, “Inqisu l-ħtiġijiet tal-anzjani”, (rapporteur: is-Sinjura Heinisch).

(14)  COM(2006) 129 finali

(15)  Opinjoni tal-KESE, “Leġiżlazzjoni futura dwar l-Aċċessibilità Elettronika”, (rapporteur: is-Sur Hernández Bataller), ĠU C 175, 27.7.2007, p. 91.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/13


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Gvernanza effettiva tal-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda”

(2009/C 175/03)

Nhar il-11 ta’ Ġunju 2006, f’ittra lis-Sur DIMITRIADIS, il-Kummissjoni Ewropea, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esploratorja dwar

Il-Gvernanza effettiva tal-Istrateġija tal-Liżbona mġedda

Nhar is-25 ta’ Mejju 2008, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tagħha dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-449 Sessjoni Plenarja tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru) li jaħtar lis-Sinjura FLORIO bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’100 vot favur, 5 voti kontra u 2 astensjonijiet.

DAĦLA

Fi żminijiet ta’ inċertezza kbira hemm bżonn ta’ viżjoni fit-tul, politiki konsistenti u l-parteċipazzjoni tal-partijiet kollha interessati. L-istrateġija ta’ Liżbona toffri qafas globali li jippermetti lill-Unjoni Ewropea issaħħaħ il-vuċi unika tagħha fil-livell globali.

Il-parteċipazzjoni aktar attiva tas-soċjetà ċivili organizzata ser tħoll potenzjal moħbi. Il-kunċett u l-implimentazzjoni tal-istrateġija turi li għandha tkun taħlita ta’ strateġiji mil-livelli ta’ fuq għal isfel u minn dawk t’isfel għal fuq. Gvernanza tajba tal-Istrateġija ta’ Liżbona għandha tintuża biex tippromovi l-konverġenzi tal-politiki, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   L-istrateġija ta’ Liżbona hija proġett għas-soċjetà Ewropea kollha kemm hi, li tippermettilha tilqa’ għall-isfidi ta’ dinja globalizzata. Il-KESE jqis li minħabba l-kriżi tas-swieq finanzjarji li hemm bħalissa, il-konsegwenzi ekonomiċi li segwew u l-inċertezzi li dejjem qed jiżdiedu, il-kompetittività Ewropea, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali jibqgħu ta’ importanza ewlenija. Il-Kumitat jsostni li t-tliet pilari tal-Aġenda — it-tkabbir u l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà — jeħtieġu approċċ li huwa kontinwament interattiv u bbilanċjat.

1.2   Din l-opinjoni l-ewwel u qabel kollox hija risposta għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea (1) Tittratta l-gvernanza tal-Istrateġija ta’ Liżbona u tirrappreżenta l-kontinwità tal-kontributi li saru qabel kemm mill-KESE kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-Proċess ta’ Liżbona.

1.3   Il-KESE jenfasizza li l-Istrateġija teħtieġ appoġġ suffiċjenti għall-gvernijiet nazzjonali u għalhekk tenfasizza li għandhom obbligu politiku u morali li jaqblu dwar u jfasslu riformi mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Huwa ta’ importanza kbira li l-partijiet interessati mhux governattivi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fit-tfassil tal-aġenda tal-proċess ta’ Liżbona. Il-Kunsilli nazzjonali Ekonomiċi u Soċjali (KES) jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili simili għandhom jaqdu r-rwol li tagħtihom il-liġi nazzjonali u l-prassi fejn tidħol l-Istrateġija ta’ Liżbona (2).

1.4   Hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri meta niġu għall-gvernanza. F’xi wħud minnhom il-konsultazzjoni u l-proċeduri ta’ informazzjoni huma organizzati tajjeb ħafna iżda f’oħrajn hemm bżonn ta’ titjib mhux ħażin. Għandu jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiki. Għalhekk, il-KESE qiegħed imexxi xi missjonijiet biex jiġu stabbiliti l-fatti fl-Istati Membri biex jiddiskutu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni tar-riformi mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili (3).

1.5   Il-KESE jenfasizza li r-riformi tal-istrateġija joffru liċ-ċittadini stabbiltà ekonomika u soċjali importanti flimkien ma’ miri ta’ żvilupp sostenibbli. Kull attur differenti fis-settur pubbliku u privat għandhu jidentifika r-rwol u l-kontribut pożittiv tiegħu, biex b’hekk jingħaqdu flimkien l-effettività ekonomika u l-ġustizzja soċjali għall-ġid tan-nies fl-Ewropa.

1.6   Il-KESE jqis li tkun ħaġa pożittiva ħafna li l-partijiet interessati kollha (fl-livell nazzjonali, reġjonali u lokali), jipparteċipaw b’mod dirett fid-definizzjoni ta’ gvernanza effettiva fil-livell xieraq. Il-livelli differenti ta’ konsultazzjoni jeħtieġu forom differenti ta’ parteċipazzjoni u metodi ta’ ħidma.

1.7   Meta jqis id-differenzi bejn l-Istati Membri l-KESE jirrakkomanda l-ħolqien ta’ djalogi permanenti fl-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni minn naħa tal-KESijiet nazzjonali u min-naħa l-oħra tal-imsieħba soċjali, u partijiet interessati soċjali oħra (SMEs, l-ekonomija soċjali (4)) u l-universitajiet u l-gruppi ta’ riċerka (think tanks). Organizzazzjonjiet li, qed jaħdmu favur il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs għandhom jieħdu sehem ukoll.

1.8   Il-KESE jipproponi li fit-tmiem ta’ kull ċiklu ta’ Liżbona ssir konferenza (bħala segwitu għad-djalogu permanenti nazzjonali) mal-partijiet interessati kollha u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kkonċernati fejn jiġu diskussi s-suċċessi u n-nuqqasijiet. B’mod ġenerali, l-enfażi u l-promozzjoni tas-suċċessi u l-kisbiet jipprovdu lis-soċjetà bażi aktar b’saħħitha biex il-proċess ta’ riforma jitkompla.

1.9   Il-KESE jisħaq li hemm bżonn ta’ sistema ta’ monitoraġġ aktar dettaljata (ir-rwol u l-azzjonijiet tal-partijiet interessati differenti fil-proċess ta’ implimentazzjoni) u għalhekk jipproponi użu aktar ġenerali tal-mudell tal-punti ta’ riferiment (benchmarking) kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi (ara punt 2.8) li qed tiġi ppruvata f’xi pajjiżi, biex b’hekk ikunu possibbli rwol aktar b’saħħtu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ.

1.10   Il-KESE jemmen li hemm bżonn urġenti għal diskussjoni aktar wiesgħa fil-pubbliku dwar l-aspetti metodoloġiċi u ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija u jappella lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili biex jipparteċipaw f’dibattitu aktar wiesgħa u fil-fond dwar ir-riformi ta’ Liżbona fil-livelli differenti. Ir-rwol speċifiku tal-KESijiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet simili tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri mingħajr KESijiet għandhom jissaħħu fejn dar ir-rwol mhuwiex żviluppat biżżejjed. Il-korpi konsultattivi li jittrattaw aspetti partikolari tal-Istrateġija ta’ Liżbona (kunsilli nazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli, l-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra l-faqar) jridu jipparteċipaw ukoll, flimkien ma korpi ta’ konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali.

1.11   Il-KESE jqis li hemm bżonn jittieħdu passi konkreti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex itejbu l-implimentazzjoni, bl-użu ta’ metodi ta’ komunikazzjoni differenti, b’mod speċjali l-komunikazzjoni elettronika (identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, listi ta’ punti eċċ). Il-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju tal-aħjar prattiki għandhom jiġu mħeġġa.

1.12   Il-KESE jista’ jservi wkoll ta’ pjattaforma għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-KESijiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali u atturi oħra tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej u bħala pjattaforma għall-iskambju ta’ fehmiet u esperjenzi bejn atturi relatati mhux governattivi nazzjonali. Il-KESE japprezza ħafna l-kontributi għad-diskussjoni li jagħtu l-KESijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn.

1.13   Il-KESE jisħaq li fil-każijiet kollha l-koordinaturi nazzjonali ta’ Liżbona għandu jkollhom kooperazzjoni regolari waqt l-elaborazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-PNR mal-partijiet interessati kollha li jiġu definiti tajjeb. Il-KESE jappella lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar ir-riżultati tad-djalogu ċivili u soċjali b’rabta mal-objettivi ta’ Liżbona.

2.   Ir-rwol tal-partijiet interessati fil-proċess ta’ gvernanza — forom u għodod ġodda għal gvernanza effettiva

2.1   Peress li l-ekonomija internazzjonali qed tiffaċċja sfidi u inċertezzi kbar ħafna, is-sentiment ekonomiku pożittiv batta ħafna fl-Ewropa. F’din is-sitwazzjoni l-Aġenda ta’ Liżbona u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali bilanċjati ssir iktar importanti u hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet immedjati.

2.2   Il-KESE jqis li l-gvernanza effettiva tal-Istrateġija hija estremament importanti għall-implimentazzjoni koerenti tagħha u jenfasizza li l-għoti ta’ poter f’livelli differenti (nazzjonli, reġjonali, u lokali) jista’ jqajjem proposti u soluzzjonijiet.

2.3   Il-KESE jinnota li f’ħafna Stati Membri għall-bidu l-Istrateġija kienet tidher bħala interazzjoni bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-Istituzzjonijeit tal-UE. Il-KESE kellu sehem ewlieni flimkien mal-KESijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra biex itejjeb il-gvernanza meta mqabla mas-sitwazzjoni tal-bidu. Il-Kumitat jinnota b’dispjaċir li l-parteċipazzjoni m’għamlitx l-istess progress fl-Istati Membri kollha.

2.4   Il-koordinaturi nazzjonali ta’ Liżbona għandhom ikabbru l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fl-attivitajiet u r-riformi meħtieġa biex jappoġġjaw l-Istrateġija ta’ Liżbona (eż. informazzjoni f’waqtha, ppjanar tal-avvenimenti flimkien, eċċ.), u jikkomunikaw l-istrateġija lill-pubbliku aktar wiesa’ b’mod aktar effettiv.

2.5   Kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-KESijiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jikkontribwixxu għal aspetti pożittivi ta’ politika u joħolqu sinerġiji ġodda. Għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha fosthom ir-rappreżentanti tal-gruppi f’sitwazzjoni żvantaġġjati (nies b’diżabbiltà, immigranti, eċċ).

2.6   Biex l-implimentazzjoni tirnexxi jeħtieġ li jsir użu aktar effettiv tal-fondi tal-UE mill-fondi varji (Fondi Strutturali eċċ) b’mod konsistenti mal-objettivi ta’ Liżbona.

2.7   Gvernanza effettiva f’diversi livelli

2.7.1   Huma meħtieġa forom ġodda u innovattivi ta’ gvernanza biex jirrispondu b’mod xieraq għall-isfidi globali. Il-KESE jirrakkomanda l-ħolqien ta’ djalogi permanenti (bil-parteċipazzjoni tal-KESijiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali, l-SMEs, l-universitajiet, u partijiet interessati oħra tas-soċjetà ċivili fosthom l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, u dawk li qed jaħdmu favur il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs għall-kulħadd). Dawn id-djalogi għandhom jgħinu biex jiġu identifikati l-ostakli fil-proċess ta’ implimentazzjoni u biex jippromovu inċentivi ġodda fiż-żoni li qed jaqgħu lura. B’dan il-mod, il-KESijiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet simili jkunu jistgħu jikkontribwixxu fl-iffurmar ta’ proposti li jkunu jirrispondu għall-problemi li jkunu tqajmu.

2.7.2   Dawn id-djalogi permanenti jistgħu, fil-pajjiżi fejn jidher li hemm bżonn, iservu ta’ strumenti għal gvernanza effettiva f’livelli differenti, b’kooperazzjoni mal-uffiċċju tal-koordinatur nazzjonali ta’ Liżbona. Jistgħu jgħinu fil-valutazzjoni tal-azzjonijiet f’kull qasam ta’ prijorità (ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż tal-Kummissjoni) possibbilment bl-użu ta’ sistema ta’ punti ta’ riferiment fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali (ara punt 2.8). Dan jista’ jgħin ukoll fl-użu ta’ punti ta’ riferiment transkonfinali.

2.7.3   It-trasparenza (aċċess għad-data, konformità mal-iskadenzi) għandha tiġi ggarantita waqt il-laqgħat bejn il-Kummisjoni Ewropea u l-imsieħba soċjali, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet varji tas-soċjetà ċivili.

2.7.4   Strument li jista’ jgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Liżbona huwa l-Metodu Miftuħ ta’ Kooperazzjoni. Il-Kumitat stqarr f’bosta okkażjonijiet li dan il-Metodu jista’ jintuża aħjar u b’mod iktar effettiv. Dan jista’ jseħħ bl-użu tal-approċċ ta’ “prinċipji komuni (5) li għadu kemm iddaħħal u billi jkun possibbli li s-soċjetà ċivili organizzata tipparteċipa kemm fit-tfassil kif ukoll fin-negozjar tal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Liżbona fil-livell Ewropew. Madankollu, fis-sitwazzjoni gravi finanzjarja u ekonomika attwali, hemm bżonn li jittieħdu diversi passi oħrajn mill-gvernijiet u l-partijiet interessati biex jiġu ffisati objettivi aħjar.

2.7.5   Il-partijiet interessati għandhom jiżviluppaw metodi ġodda għat-tqassim tal-aħjar prattiki: netwerking f’livelli differenti jkun jinkludi l-iskambju reċiproku ta’ informazzoni bejn il-livelli differenti ta’ gvern, filwaqt li it-twaqqif ta’ objettivi transkonfinali jirriżulta minn kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn żoni konfinanti f’żewġ Stati Membri jew iktar.

2.8   L-użu ta’ punti ta’ riferiment kwantitattivi u kwalitatttivi

2.8.1   Fost id-differenzi bejn l-Istati Membri hemm differenzi fil-ġabra ta’ data relevanti bħala indikaturi strutturali. Iridu jinstabu l-mezzi biex tinġabar informazzjoni oġġettiva ta’ livell għoli dwar l-indikaturi fost l-Istati Membri. Għal dan l-iskop it-tisħiħ tar-rabtiet eżistenti bejn l-aġenziji kompetenti (pereżempju l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika), kif qed jipprova jagħmel l-Ewrostat, ikun saħansitra aktar ideali biex tinħoloq bażi komuni li hi indispensabbli. Din id-data għandha tkun aċċessibbli faċilment u d-diskussjoni dwar il-kriterji li jridu jiġu magħżula għandhom ikunu trasparenti kemm jista’ jkun.

2.8.2   L-użu tal-punti ta’ riferiment kwantitattivi u kwalitattivi, ibbażati fuq l-għanijiet tal-PNR u stabbiliti mill-partijiet interessati bil-kooperazzjoni tar-rappreżentanti tal-gvern, ikun jipprovdi informazzjoni effettiva u konkreta biex jitkejjel il-progress li jkun sar f’kull Stat Membru dwar l-indikaturi strutturali (6) kif ukoll fir-rigward tal-objettivi ġenerali tal-Istrateġija ta’ Liżbona. Kull KES nazzjonali jew organizzazzjoni simili jkollha bżonn tanalizza u tistabbilixxi l-kriterji prijoritarji tagħha. Il-KESijiet nazzjonali f’pajjiżi bħall-Belġju, il-Bulgarija u Franza diġà bdew jużaw l-14-il indikatur li qablu dwarhom l-Istati Membri u xi indikaturi strutturali oħra, bħala punti ta’ riferiment f’intervalli regolari (pereżempju kull sentejn). Huma wżaw statistika li tinsab aċċessibbli b’xejn minn fuq is-sit elettroniku tal-Ewrostat. KESijiet nazzjonali oħra jistgħu jsegwu dan l-eżempju jekk ikunu jixtiequ.

2.8.3   Il-kriterji nazzjonali jistgħu jitbiddlu skont il-ħtiġijiet ta’ kull livell (nazzjonali, reġjonali, lokali u settorjali (7)) u adattati skont il-bżonn. Punti ta’ riferiment nazzjonali għal kull qasam prijoritarju (kif definiti mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2006) jiffukaw fuq il-ġbir ta’ data nazzjonali u reġjonali biex jipprovdu indikaturi u miżuri konkreti tal-prestazzjoni. Il-bażi tad-data għandha tkun miftuħa għall-KESijiet nazzjonali kif ukoll għall-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati l-oħra tas-soċjetà ċivili. Qed jiġi propost li jittieħdu l-passi prattiċi li ġejjin:

Sistema aċċessibbli ta’ tqabbil mal-punti ta’ riferiment li tkun ibbażata fuq l-internet fuq is-sit tal-KESE (is-sit CESLink (8)) għal ġbir u analiżi tad-data f’ħin reali u effiċjenti (9);

Id-data tista’ tinġabar darba jew iktar għal kull ċiklu ta’ tliet snin ta’ Liżbona mill-KESijiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet simili jew trid tiġi ggarantita mis-sistemi ta’ parteċipazzjoni nazzjonali eżistenti;

Ir-riżultati jistgħu jiġu analizzati wkoll permezz ta’ round-tables li jiġu organizzati perjodikament u ppreżentati fil-konferenza annwali organizzata mill-KESE.

2.8.4   B’dan il-mod il-partijiet interessati jkunu jistgħu jistabbilixxu miri realistiċi u jipprovdu informazzjoni koerenti għar-reviżjoni tal-PNR. Barra minn hekk, jistgħu jiġu aġġornati faċilment u jippermettu li ssir valutazzjoni kontinwa. Fl-istess ħin l-aħjar prattiki madwar l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu identifikati.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario Sepi

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin Westlake


(1)  Is-Sinjura Wallström, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, f’ittra lis-Sur Dimitriadis, President tal-KESE, tal-11 ta’ Ġunju 2008, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esploratorja dwar L-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi. Din it-talba indirizzata lill-KESE mill-Kummissjoni tikkonforma mal-mandat ġenerali tas-Summit tar-Rebbiegħa 2008 li “jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-proċess ta’ Liżbona.”.

(2)  Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li mhuwa qiegħed bl-ebda mod jintervjeni fl-Istati Membri, fil-proċedura eżistenti tal-konsultazzjoni, il-kompetenzi u l-leġittimità ta’ l-imsieħba soċjali.

(3)  Rappreżentanti minn Franza, Spanja, il-Belġju, u l-Olanda esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom bil-gvernanza tal-proċess fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. Jekk jogħġbok sib ir-riżultati tal-ewwel missjoni f’Appendiċi 2.

(4)  “L-ekonomija soċjali hija strutturata madwar tliet familji kbar ta’ organizzazzjonijiet: il-kooperattivi, is-soċjetajiet ta’ mutwalità u l-assoċjazzjonijiet, u reċentement il-fondazzjonijiet”, The Social Economy in the EU (L-Ekonomija Soċjali fl-UE) pġ.11, (CESE/COMM/05/2005) (traduzzjoni libera tat-traduttur, verżjoni Maltija mhux disponibbli).

(5)  Il-metodu tal-prinċipju komuni jiffoka fuq temi speċifiċi ħafna fejn l-Istati Membri jixtiequ li jsir progress anke jekk il-kompetenza tal-UE hija limitata, ref. Opinjoni tal-KESE Programm ta’ Azzjoni Soċjali Ewropew ġdid, ĠU C 27, 3.2.2009, p. 99

(6)  F’Diċembru 2003 sar qbil komuni dwar 14-il indikatur strutturali mill-gvernijiet tal-Istati Membri. L-14-il indikatur strutturali huma: PGD per capita fil-livell tal-poter ta’ l-akkwist, produttività tal-forza tax-xogħol, rata tal-impjiegi, rata tal-impjieg tal-ħaddiema ta’ età aktar avvanzata, il-livell milħuq tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ, in-nefqa domestika gross fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, il-livelli tal-prezzijiet komparattivi, l-investiment tan-negozji, ir-rata ta’ riskju ta’ faqar wara t-trasferimenti soċjali, ir-rata ta’ qagħad fit-tul, ir-rati ta’ dispersjoni tal-impjieg reġjonali, emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, l-ammont ta’ enerġija użata mill-ekonomija, u l-volum tat-trasport tal-merkanzija mqabbel mal-PGD. L-Ewrostat b’mod regolari tipprovid informazzjoni dwar l-indikaturi strutturali:

http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid=1133,47800773,1133_47802588&_dad=portal&_schema=PORTAL

(7)  Settorjali — kull settur tal-attività ekonomika jkollu bżonn ukoll li jiddefinixxi l-passi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ Liżbona (eż. l-innovazzjoni u l-kompetittività)

(8)  http://www.eesc.europa.eu/ceslink/09-fr/presentation-ceslink-fr.html

(9)  Il-KESE jista’ jikkontribwixxi għall-proċess billi jagħti spazju fuq is-sit elettroniku għall-qsim tar-riżultati u l-iskambju ta’ informazzjoni.


APPENDIĊI I

IL-KONTRIBUTI EWLENIN DWAR L-ISTRATEĠIJA TA’ LIŻBONA PPREPARATI MILL-KESE FLIMKIEN MAN-NETWERK TIEGĦU TA’ KESIJIET NAZZJONALI U ORGANIZZAZZJONIJIET SIMILI

Rapporti sommarji għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa:

L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Liżbona — Il-kontribuzzjonijiet wara l-mandat tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Marzu 2005·- Rapport-sommarju ppreparat b’kollaborazzjoni mal-kumitati ekonomiċi u soċjali nazzjonali tal-Unjoni Ewropea — Il-kontribuzzjonijiet taż-żewġ pajjiżi kandidati — Ir-Rapport tal-grupp ta’ kooperazzjoni (Liaison Group)

CESE 1468/2005 riv. (fuq is-sit tal-KESE:

http://www.eesc.europa.eu/lisbon_strategy/events/09_03_06_improving/documents/ces1468-2005_rev_d_en.pdf)

L-Istrateġija ta’ Liżbona 2008-2010. Ir-Rwol tas-Soċjetà Ċivili Organizzata. Rapport lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa (it-13 u l-14 ta’ Marzu 2008). L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ Liżbona: is-sitwazzjoni attwali u l-prospettivi tal-ġejjieni.

CESE 40/2008

Reżoluzzjoni għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa:

Reżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ Liżbona mġedda (Reżoluzzjoni Rebbiegħa 2007)

CESE 298/2007

Rapporteur: Is-Sur van IERSEL

Korapporteur: is-Sur BARABÁS

OPINJONIJIET DWAR L-OQSMA TA’ PRIJORITÀ TAL-ISTRATEĠIJA TA’ LIŻBONA

It-triq lejn soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien — il-kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata lill-Istrateġija ta’ Liżbona (opinjoni esploratorja) (mhux disponibbli bil-Malti)

ĠU C 65, 17.3.2006, p. 94.

Rapporteur: Is-Sur OLSSON

Korapporteurs: is-Sinjura BELABED, is-Sur van IERSEL

Il-potenzjal tal-intrapriża, speċjalment tal-SMEs (l-Istrateġija ta’ Liżbona) (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

ĠU C 256, 27.10.2007, p. 8.

Rapporteur: is-Sinjura FAES

Investiment fl-Għarfien u l-Innovazzjoni (Strateġija ta’ Liżbona) (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

ĠU C 256, 27.10.2007, p. 17.

Rapporteur: is-Sur WOLF

L-impjieg tal-kategoriji ta’ prijorità (L-Istrateġija ta’ Liżbona).

ĠU C 256, 27.10.2007, p. 93.

Rapporteur: Is-Sur GREIF

Id-definizzjoni ta’ Politika Ewropea għall-Enerġija (Strateġija ta’ Liżbona) (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

ĠU C 256, 27.10.2007, p. 31.

Rapporteur: Is-Sinjura SIRKEINEN

DOKUMENTI OĦRAJN LI ĦARĠU MILL-ISTRUTTURI TA’ ĦIDMA DWAR LIŻBONA

Brochure dwar 58 miżura konkreta li jiżguraw is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Liżbona (mhux disponibbli bil-Malti)

OPINJONIJIET OĦRA MFASSLA MIS-SEZZJONIJIET INDEPENDENTEMENT MILL-ISTRUTTURI TA’ ĦIDMA TA’ LIŻBONA

It-tibdil fil-klima u l-Istrateġija ta’ Liżbona

ĠU C 44, 16.2.2008, p. 69.

Rapporteur: Is-Sur EHNMARK

L-ispirtu intraprenditorjali u l-Aġenda ta’ Liżbona (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

ĠU C 44, 16.2.2008, p. 84.

Rapporteur: is-Sinjura SHARMA

Korapporteur: is-Sur OLSSON


APPENDIĊI II

Rapport Sommarju tal-missjoni għall-Bucharest fit-13 ta’ Ottubru 2008

Id-delegazzjoni tal-KESE ltaqgħet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Rumena fil-bini tal-KES nazzjonali. Saru diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta’ 17-il organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.

Min iħaddem u t-trade unions jaqblu fuq numru ta’ kwistjonijiet, iżda l-gvern ma jtihomx widen. Instabu il-punti li ġejjin:

Punti ġenerali:

Il-Gvern jikkonsulta l-partijiet soċjali dwar il-PNR, iżda l-iskadenzi huma spiss qosra wisq. Huwa rari ħafna li s-suġġerimenti li jagħmlu l-partijiet soċjali jitqiesu jew jidhru fil-PNR.

Il-PNR qed jindirizza l-isfidi tal-enerġija u l-bidla fil-klima fil-pajjiż b’mod xieraq.

Id-djalogu soċjali mhux qed jaħdem tajjeb u l-vantaġġi tiegħu jridu jiġu kkomunikati.jitwasslu aħjar liċ-ċittadini.. Għalhekk, l-imsieħba soċjali kollha għandhom jikkooperaw iktar u jaħdmu flimkien biex jirrappreżentaw l-interessi soċjoekonomiċi.

Minħabba fil-politika żbilanċjata tal-pagi ‘l fuq minn tliet miljun mill-iktar ħaddiema kompetittivi telqu l-pajjiż li issa għandu nuqqas serju fil-provvista tal-ħaddiema. Hemm bżonn ta’ mill-anqas 500 000 ħaddiem biex jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-setturi differenti.

Il-qafas legali għall-ħolqien u t-tħaddim tal-SMEs għandu jiġi riformat.

Hemm bżonn ta’ strumenti aktar fiskali li jappoġġjaw it-tkabbir u l-impjiegi fir-Rumanija, b’mod partikolari trid tingħata attenzjoni lis-750 000 persuna b’diżabbiltà.

Is-sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja mhija żviluppata sew xejn.

Is-soċjetà ċivili Rumena hija tinsab mħassba dwar is-sigurtà tal-provvisti tal-kumditajiet, tal-enerġija eċċ.

Il-korruzzjoni għadha qed ixxekkel l-iżvilupp f’ħafna setturi.

Punti speċifiċi:

L-implimentazzjni tal-liġi tax-xogħol tibqa’ problematika u l-Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol mhux qed jaħdem biżżejjed (ekonomija illegali).

L-implimentazzjoni tal-flessigurtà hija problematika; l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet qed toħloq sens ta’ insigurtà.

Is-sistema tat-taħriġ vokazzjonali, flimkien mal-hekk imsejħa “sistema taċ-ċertifikazzjoni” għandhom bżonn jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet tas-setturi differenti. Is-sitwazzjoni attwali qed tfixkel b’mod serju l-kompetittività tal-ekonomija kollha. Hemm bżonn ta’ assistenza fil-fażijiet tal-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni.

It-taxxi parafiskali qed ixekklu l-SMEs.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom problemi ta’ kapaċità u fondi permanenti u għadhom mhumiex żviluppati sew. Hemm preżenza ta’ koalizzjoni ta’ NGOs fil-Kumitati li jmexxu l-Fondi Strutturali, iżda hemm bżonn ta’ parteċipazzjoni akbar.

Programmi edukattivi (b’mod ġenerali l-kurrikula tal-iskola għandhom bżonn jiġu kkordinati aħjar) għandhom jindirizzaw l-isfidi tal-enerġija, il-bidla fil-klima u s-sostenibbiltà.

L-imsieħba soċjali jirċievu l-informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Fil-livell nazzjonali l-imsieħba kollha jappellaw/jitolbu lill-Gvern biex jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jiżviluppa djalogu strutturat aħjar. Dan għandu jkun rifless fir-riforma tal-KES nazzjonali Rumena, peress li l-bażi legali teżisti u kienet proposta fil-bidu mill-Gvern, iżda organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra għadhom mhux rappreżentati.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/20


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-Demokrazija ekonomika fis-suq intern”

(2009/C 175/04)

Nhar is-27 ta’ Settembru 2007 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

Id-demokrazija ekonomika fis-suq intern.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (sessjoni tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’110 voti favur, 29 vot kontra u 22 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Waħda mill-kundizzjonijiet fundamentali biex niżguraw li d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej jiġu rrispettati hija li jkun hemm demokrazija reali fis-suq intern. Huwa biss meta din l-idea tiġi adottata li ser inkunu f’sitwazzjoni fejn il-partijiet kollha involuti fis-suq jifhmu u jappoġġjaw l-importanza tas-suq għall-integrazzjoni Ewropea.

1.2   Il-protezzjoni tal-konsumaturi s’issa kienet il-mezz li ppermetta li nersqu lejn bilanċ bejn il-partijiet involuti fis-suq, anke jekk huwa minnu li l-politika tal-kompetizzjoni Ewropea pprovdiet l-istrumenti leġiżlattivi li jillimitaw ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, li tant tagħmel ħsara lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u liċ-ċittadini b’mod ġenerali.

1.3   Id-demokrazija ekonomika fis-suq teħtieġ li mhux biss ikun hemm ugwaljanza bejn il-partijiet kollha involuti fis-suq, iżda li l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tittejjeb. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’:

l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-istrumenti leġiżlattivi tal-politika tal-kompetizzjoni, kif ukoll l-inklużjoni tal-konsumaturi u l-partijiet involuti l-oħra u l-korpi kompetenti fil-qasam, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f’dak nazzjonali;

espansjoni ta’ din il-politika, sabiex jiġu sodisfatti l-interessi ekonomiċi ta’ dawk li huma direttament milquta mill-prattiki pprojbiti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

1.4   Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jeħtieġ li jiġu żviluppati azzjonijiet konkreti li jtejbu u jiggarantixxu l-kunfidenza ta’ dawk kollha li huma involuti fis-suq intern. Eżempji ta’ kif dan jista’ jsir huma:

l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet kollha b’tali mod li jkunu komparabbli, mill-inqas fil-kwistjonijiet ewlenin kemm tal-liġi sostantiva kif ukoll ta’ dik proċedurali;

il-protezzjoni tal-partijiet involuti fis-suq għandha tkun marbuta mad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fit-Trattati, mingħajr il-bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri ġodda sabiex ma jiżdiedx il-piż amministrattiv;

il-parteċipazzjoni tad-diversi partijiet involuti fis-suq fil-korpi tal-kompetizzjoni u t-twaqqif ta’ netwerk ta’ informazzjoni tajjeb huma proposti li l-KESE ressaq f’bosta opinjonijiet.

1.5   Il-KESE kien attiv fir-rigward tal-promozzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet tal-ugwaljanza fil-politiki kollha, kif ukoll fil-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fil-korpi Komunitarji, u speċjalment fil-politika tal-kompetizzjoni. Il-KESE jemmen li bħalissa l-ksib tal-objettivi tal-Aġenda ta’ Liżbona, permezz ta’ ekonomija iktar kompetittiva u dinamika, jiddependi mill-garanzija tad-demokrazija ekonomika fis-suq intern.

2.   Sfond

2.1   It-Trattat ta’ Liżbona, fl-Artikolu 6 tat-TUE (1), jirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmijin fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), li ser ikollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

2.2   Fost id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, il-Karta tistabbilixxi, fost oħrajn, l-ugwaljanza, id-dritt tal-proprjetà, il-ħarsien tal-konsumaturi u l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali, drittijiet li għandhom impatt fuq il-funzjonament u l-istabbiliment tas-suq intern.

2.3   Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini huwa wieħed mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (Artikolu 2) u fl-istess ħin, bħala prinċipju demokratiku tal-Unjoni, jikkostitwixxi obbligu li, skont l-Artikolu 9 tat-TUE, l-Unjoni għandha tirrispetta fl-attivitajiet kollha tagħha, inklużi l-attivitajiet ekonomiċi tas-suq intern.

L-Unjoni għandha l-kompetenza (3) esklużiva għat-twaqqif tar-regoli tal-politika tal-kompetizzjoni li huma neċessarji għat-tħaddim tas-suq intern (Artikolu 3(1)(b)).

2.4.1   Fil-prattika, dawn huma inkompatibbli mas-suq intern, u l-prattiki kollużivi u l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti (regoli antimonopolju) huma pprojbiti, b’mod speċjali għax fost affarijiet oħra jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-konsumaturi, il-kumpaniji u l-partijiet l-oħra involuti fis-suq, bħall-ħaddiema.

2.4.2   Applikazzjoni inadegwata jew nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-inkorporazzjoni tal-kumpaniji (mergers) tista’ tkun ta’ ħsara kbira għall-konsumaturi, l-intrapriżi u l-partijiet l-oħra involuti fis-suq intern, bħall-ħaddiema.

2.4.3   Il-punt ta’ referenza għall-evalwazzjoni taż-żieda fl-effiċjenza hija li l-konsumaturi ma jbatux minħabba l-inkorporazzjoni. Għal din ir-raġuni, iż-żieda fl-effiċjenza għandha tkun sostanzjali u rapida, u għandha tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi ta’ dawk is-swieq rilevanti li mingħajrha jkollhom problemi ta’ kompetizzjoni.

L-Unjoni għandha kompetenza maqsuma fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi (Artikolu 4(2)(f)).

2.5.1   Meta jiġu ddefiniti u implimentati politiki u azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni, għandhom jitqiesu l-eżiġenzi tal-ħarsien tal-konsumaturi, b’konformità mal-Artikolu 12 il-ġdid tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

2.5.2   Dan huwa approċċ orizzontali għall-politika tal-konsumaturi, li huwa rikonoxxut b’mod espliċitu mil-liġi Komunitarja, li tistipula li huwa kruċjali għas-suq intern li l-interessi tal-konsumaturi jitqiesu fl-oqsma politiċi u ekonomiċi kollha, bil-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta’ ħarsien għal kulħadd fl-Unjoni Ewropea.

2.5.3   Fil-proposti dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-obbligu li tieħu bħala bażi livell għoli ta’ ħarsien (Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE). Dan l-obbligu tal-Kummissjoni jfisser li għandha d-dmir li tippromovi l-interessi tal-konsumaturi u li għandha tiggarantihom permezz ta’ livell għoli ta’ ħarsien min-naħa tal-Unjoni (Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE).

2.5.4   B’mod ġenerali (4), l-armonizzazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi kienet ibbażata fuq il-prinċipju tal-armonizzazzjoni minima, li tistipula li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jadottaw jew iżommu l-miżuri li jiżguraw protezzjoni mtejba, ħaġa li f’ċerti okkażjonijiet wasslet għal kunflitti leġiżlattivi bejn il-ħarsien tal-konsumatur u t-twettiq tas-suq intern.

Fl-opinjoni tiegħu dwar “Ir-regolazzjoni tal-kompetizzjoni u l-konsumaturi” (5), il-KESE enfasizza l-fatt li għalkemm il-kompetizzjoni ħielsa timplika benefiċċju għal dawk kollha li jikkompetu fis-suq, b’mod speċjali għall-konsumaturi, is-setturi liberalizzati ewlenin qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ limitazzjoni serja tal-kompetizzjoni ħielsa, b’effetti ta’ esklużjoni għall-kompetituri u limitazzjoni tad-drittijiet ekonomiċi tal-konsumaturi.

2.6.1   L-opinjoni tenfasizza l-bżonn li jissaħħu s-sistemi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-konsumaturi. Għal dan il-għan, in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni għandu jadatta l-attivitajiet tiegħu biex jinkorpora l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi nazzjonali jew Komunitarji jkunu jixtiequ jressqu sabiex itejjeb l-effiċjenza tal-politiki tal-kompetizzjoni fis-swieq u sabiex jagħmel mezz li d-drittijiet ekonomiċi jkunu rikonoxxuti.

2.6.2   Fir-rigward tal-kumpens għall-ħsara mġarrba minħabba l-ksur tar-regoli tal-ħarsien tal-kompetizzjoni, il-KESE diġà esprima l-fehma tiegħu (6) dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea favur it-tħejjija ta’ linji gwida Komunitarji li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal azzjoni legali kontra l-ħsara mġarrba mill-ksur tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

2.6.3   Barra minn hekk, il-KESE ppronunzja ruħu favur l-istabbiliment ta’ regolazzjoni, fil-livell Komunitarju, tal-azzjoni kollettiva ta’ kumpens min-naħa tal-entitajiet rappreżentattivi tal-partijiet soċjali u ekonomiċi involuti fis-suq intern, b’mod speċjali l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi (7).

2.6.4   Bħalissa qiegħda titfassal l-opinjoni dwar il-White Paper “Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust” (8); dan is-suġġett ser jiġi indirizzat fiha.

2.6.5   Bl-istess mod, din l-opinjoni m’għandhiex l-intenzjoni li tindirizza l-kwistjonijiet marbutin mal-kumpens ċivili għall-ħsara mġarrba minħabba l-ksur tar-regoli tal-ħarsien tal-kompetizzjoni, u lanqas dwar l-azzjoni kollettiva tal-organizzazzjoni tal-konsumaturi fis-suq intern, billi dawn huma suġġetti li l-KESE diġà esprima ruħu dwarhom. F’din l-opinjoni ser nikkonċentraw fuq id-demokrazija ekonomika fis-suq intern.

3.   Il-kunċett tad-demokrazija ekonomika fis-suq intern

3.1   Il-politika tal-kompetizzjoni għandha l-għan li toħloq u tħares il-kundizzjonijiet li jippermettu li s-swieq jaħdmu b’mod kompetittiv, għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-kumpaniji. Dan jimplika:

ġlieda effikaċi kontra l-prattiki li jwasslu għal distorsjoni tal-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq;

il-ħolqien tal-kundizzjonijiet neċessarji għal parteċipazzjoni attiva fil-politika tal-kompetizzjoni tal-konsumaturi u ta’ dawk kollha li għandhom drittijiet ekonomiċi marbutin mal-attivitajiet ekonomiċi tas-suq, inklużi l-ħaddiema;

li l-informazzjoni tingħata b’tali mod li jkollha effett kostanti u li l-konsultazzjoni ssir b’mod effikaċi, b’riżultati viżibbli;

it-twaqqif tal-istrumenti jew miżuri legali għal ħarsien adegwat tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-parteċipanti fis-suq — inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li ser jibbenefikaw ukoll minn din il-politika Komunitarja — id-dritt tal-proprjetà, il-ħarsien tal-konsumaturi u l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali.

3.2   Għalhekk hemm bżonn li tiġi ggarantita “d-demokrazija ekonomika fis-suq intern”. Dan l-għan huwa impliċitu fl-objettivi tal-Aġenda ta’ Liżbona li jsejħu sabiex l-UE ssir l-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika fid-dinja, li tkun kapaċi tikseb tkabbir ekonomiku sostenibbli, b’żieda u titjib tal-impjiegi u koeżjoni soċjali ikbar (9).

Sabiex jiġi ggarantit suq intern fi ħdan demokrazija ekonomika li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Ewropa, hemm tliet oqsma ewlenin fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni u jkompli jsir progress.

L-ewwel qasam jikkonċerna l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-istrumenti tradizzjonali tal-politika tal-kompetizzjoni, jiġifieri r-regoli antimonopolju u r-regoli dwar l-inkorporazzjoni u l-għajnuniet statali, b’attenzjoni partikulari għas-setturi magħżulin, l-ewwel nett is-setturi liberalizzati.

3.3.1.1   Fi kliem ieħor, dan jirreferi għas-servizzi ta’ interess ġenerali, li għaddew minn sistema ta’ monopolju għas-sistema reċenti tas-suq miftuħ, fejn kumpanija waħda jkollha pożizzjoni dominanti fis-suq, ħaġa li twassal għal kompetizzjoni limitata minħabba l-iskarsezza ta’ operaturi ġodda fis-swieq.

3.3.1.2   F’dan il-kuntest, l-intervent tal-konsumaturi għandu jiġi ffaċilitat sabiex ir-regoli antimonopolju jkunu applikabbli. Fi kliem ieħor, għandhom ikunu l-konsumaturi li jagħtu bidu għall-proċeduri rilevanti meta josservaw ksur potenzjali tar-regoli antitrust, billi jkollhom il-kapaċità li jieħdu azzjoni legali. Il-mezzi ewlenin ta’ kif dan jista’ jsir huma l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi stess, kif ukoll billi l-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu awtorizzati jieħdu azzjoni u jingħataw aċċess għall-istituzzjonijiet u l-proċeduri rilevanti.

It-tieni qasam huwa marbut mal-istudju tal-politika tal-kompetizzjoni li taffettwa lill-konsumaturi u b’mod ġenerali lil dawk il-persuni li d-dħul tagħhom jiddependi mill-attivitajiet tagħhom fis-suq, inklużi l-ħaddiema.

3.3.2.1   Il-prattiki li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni, użati mill-kumpaniji li ma jirrispettawx ir-regoli, kemm fil-kuntest ta’ ftehim kif ukoll permezz tal-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, jistgħu eventwalment iwasslu għal tnaqqis fid-dħul tal-partijiet involuti jew żieda fl-ispejjeż ta’ dawk li ġarrbu l-ħsara, ħaġa li taffettwa d-dritt tal-proprjetà tagħhom fir-rigward ta’ dak id-dħul u li tagħmilhom vittmi ta’ ksur tal-liġi.

3.3.2.2   Għaldaqstant, l-effetti tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jistgħu jwasslu għal approprjazzjoni inġusta tad-dħul tal-konsumaturi u tal-persuni kollha li d-dħul tagħhom jiddependi mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u tal-intrapriżi li joperaw fis-suq u jirrispettaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni. Din il-viżjoni l-ġdida tal-politika tal-ħarsien tal-kompetizzjoni għandha ssaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, fatt li huwa rikonoxxut b’mod wiesa’.

It-tielet qasam jikkonċerna l-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn il-membri tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni, bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni u bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsum, l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-konsumaturi u l-Kummissjoni.

3.3.3.1   L-assistenza reċiproka għandha tippermetti li d-deċiżjoni dwar min għandu jieħu l-azzjoni kkonċernata tittieħed fi żmien iqsar, kif ukoll li r-riżoluzzjoni tal-każijiet tkun iktar effikaċi.

4.   Kummenti dwar il-kwistjonijiet marbutin mal-kunċett tad-demokrazija ekonomika

4.1   Sabiex tinkiseb demokrazija ekonomika awtentika, l-UE għandha tadatta l-politika tal-kompetizzjoni tagħha, kif ukoll il-miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, għall-bżonnijiet u l-istennijiet tal-konsumaturi Ewropej u tal-partijiet kollha involuti fis-suq. Għal dan il-għan huwa kruċjali li jittieħdu azzjonijiet konkreti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jiggarantixxu u jtejbu l-kunfidenza tal-partijiet kollha involuti fis-suq intern.

4.2   L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet

Mingħajr leġiżlazzjoni komparabbli, mill-inqas fil-kwistjonijiet ewlenin kemm tal-liġi sostantiva kif ukoll ta’ dik proċedurali, wieħed ma jistax jitkellem dwar demokrazija ekonomika reali fil-qafas tas-suq intern, hekk kif stipulat fl-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u l-Artikoli segwenti, b’mod speċjali l-Artikolu 116.

4.2.1.1   Wieħed jista’ biss jitkellem dwar suq intern meta l-konsumatur ikollu s-sigurtà u l-kunfidenza neċessarji biex jixtri fi kwalunkwe post tal-Unjoni Ewropea biċ-ċertezza li jibbenefika minn ħarsien ekwivalenti u effettiv kontra kwalunkwe tip ta’ ksur tad-drittijiet ekonomiċi tiegħu min-naħa tal-kumpaniji. Il-moviment transkonfinali tal-prodotti u s-servizzi għandu jippermetti lill-konsumaturi li jfittxu offerti favorevoli u prodotti u servizzi innovattivi li jgħinuhom jieħdu l-iktar deċiżjonijiet vantaġġużi. Għalhekk huwa essenzjali li nagħmlu mezz li l-varjazzjonijiet fir-regoli tal-ħarsien tal-konsumaturi fl-UE jkunu kemm jista’ jkun minimi.

Għalkemm l-Istati Membri adottaw dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti fl-Artikoli 101 u 102 (eż. Artikoli 81 u 82), għad hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni. Dawn id-differenzi jinsabu kemm fid-definizzjonijiet materjali tal-kunċetti ta’ dominanza, abbuż u dipendenza ekonomika kif ukoll fid-drittijiet proċedurali tal-konsumaturi, fir-rikonoxxenza tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jew fir-relazzjonijiet bejn dawn tal-aħħar u l-awtoritajiet nazzjonali tal-ħarsien tal-kompetizzjoni.

4.2.2.1   Il-prinċipju tal-“armonizzazzjoni minima” użat bħala mezz ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali huwa l-iktar wieħed adegwat biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti għas-suq intern u għall-ħarsien tal-konsumaturi. Min-naħa l-oħra, meta mqabbel mal-prinċipju tal-“pajjiż ta’ oriġini”, flimkien ma’ tip ieħor ta’ “klawżoli tas-suq intern” dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi, huwa inkompatibbli ma’ “livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi.”

4.2.2.2   Sabiex nilħqu dan il-livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi u b’konformità mal-aħħar strateġiji Komunitarji fil-qasam tal-politika tal-konsumaturi 2002/2006 u 2007/2013, ikun xieraq li nimxu fid-direzzjoni ta’ armonizzazzjoni totali għal kwistjonijiet individwali li huma meqjusin ta’ importanza kruċjali, bħall-prinċipji, id-definizzjonijiet u ċerti aspetti proċedurali.

Il-vittmi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jiksbu kumpens effettiv u sħiħ u l-ħatja m’għandhom jiksbu l-ebda benefiċċju inġust. Għal dan il-għan jistgħu jiġu adottati strumenti bħal dawn li ġejjin:

proċeduri li permezz tagħhom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jikkonfiskaw il-benefiċċji inġusti. Il-fondi illegali miksuba b’dan il-mod għandhom jiġu użati għal skopijiet ta’ interess ġenerali stabbiliti bil-quddiem mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, b’mod speċjali biex jiffinanzjaw miżuri pubbliċi ta’ appoġġ għall-vittmi. Il-miżuri nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-ekwivalenza u l-effettività stipulati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ infurzar amministrattivi jew penali li jkunu effikaċi, dissważivi u proporzjonali, għall-iktar ksur gravi li jaffettwa l-funzjonament u l-istabbiliment tas-suq intern. Id-definizzjoni ta’ “illegali” għandha tkopri oqsma fejn l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva, sabiex tiġi ggarantita l-iktar applikazzjoni effikaċi possibbli tal-liġi Komunitarja permezz ta’ definizzjoni ta’ kriterji minimi u komuni għar-reati (10). It-Trattat ta’ Liżbona jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati dispożizzjonijiet minimi fir-rigward tad-definizzjoni tar-reati u s-sanzjonijiet penali permezz ta’ proċedura ta’ kodeċiżjoni, bit-twaqqif ta’ regoli minimi għal reati partikolarment gravi b’dimensjoni transkonfinali (Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE);

il-fatt li s-sanzjonijiet isiru pubbliċi jista’ jkun miżura effettiva, bl-istabbiliment ta’ għodda aċċessibbli għall-pubbliku bħal bażijiet tad-data dwar dawk li jiksru l-liġi, eċċ. Is-sanzjonijiet għal imġiba antikompetittiva huma element dissważiv għal dawk li huma potenzjalment kapaċi jiksru l-liġi. Jekk is-sanzjonijiet ikunu pubbliċi, il-vittmi tar-reat ikunu infurmati bl-importanza tal-kwistjoni u ċ-ċittadini jsiru jafu iktar dwar il-mezzi ta’ ħarsien tal-kompetizzjoni.

Dawn il-miżuri jikkostitwixxu miżuri komplementarji li jiżdiedu mal-kumpens tal-ħsara mġarrba, li, kif diġà ntqal, mhux ser ikun is-suġġett ta’ din l-opinjoni, billi l-White Paper dwar dan intitolata “Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust” għad trid tiġi adottata.

4.2.3.1   Sabiex il-kumpens għall-ħsara mġarrba jkun iktar effikaċi, ta’ min janalizza l-possibbiltà li l-qrati nazzjonali jkunu awtorizzati jiddeċiedu dwar l-użu finali tal-multi amministrattivi u jinkorporawhom fil-proċedura ċivili ta’ evalwazzjoni tal-kumpens tal-vittmi tar-reat.

4.2.4   Il-mod adattat kif nistgħu niksbu l-armonizzazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjonijiet f’ċerti kwistjonijiet u fl-istess ħin nevitaw tnaqqis fil-livell tal-ħarsien tal-konsumaturi f’ċerti Stati Membri, huwa wieħed mill-objettivi li għandna nqisu fir-riformi leġiżlattivi li jaffettwaw ir-regolazzjoni tas-suq intern.

4.3   L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali

4.3.1   Il-ksur tar-regoli tas-suq intern jaffettwa sensiela ta’ drittijiet fundamentali tal-Unjoni, bħall-prinċipju tal-ugwaljanza (Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), id-dritt tal-proprjetà (Artikolu 17 tal-Qafas Komuni ta’ Riferiment QKR), il-ħarsien tal-konsumaturi (Artikolu 38 QKR) u l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ġenerali (Artikolu 36 QKR), li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom id-dmir li jħarsu. Uħud minn dawn id-drittijiet — b’mod partikulari l-prinċipju tal-ugwaljanza u l-projbizzjoni tat-trattament inġust — ingħataw forma legiżlattiva fl-ambitu tal-kompetizzjoni bħala linja gwida għall-imġiba tal-operaturi ekonomiċi kollha, kemm b’rabta mal-kompetituri tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-konsumaturi (11).

4.3.2   Dan iqajjem il-mistoqsijiet li ġejjin:

Hemm bżonn ta’ miżuri speċjali għall-ħarsien ta’ dawn id-drittijiet?

Liema miżura tista’ tkun l-aħjar fl-ambitu tal-liġi Komunitarja?

Ikun xieraq li, b’konformità mal-Artikoli 17, 20 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-drittijiet tal-konsumaturi, tal-intrapriżi u tal-persuni kollha li d-dħul tagħhom jiddependi mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fis-suq, inklużi l-ħaddiema, jieħdu l-forma ta’ regoli speċifiċi fi ħdan il-liġi Komunitarja tal-kompetizzjoni?

4.3.3   L-istabbiliment ta’ “livell għoli ta’ ħarsien” jista’ jitqies bħala mezz ta’ applikazzjoni u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fis-suq, fuq kollox billi t-twaqqif ta’ metodu speċjali jew proċedura unika kieku jwassal għal piż amministrattiv ikbar. Il-KESE jqis li jkun iktar adattat li jintużaw l-istrumenti li diġà jeżistu, sabiex b’hekk tissaħħaħ il-kapaċità ta’ intervent legali tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Ikun xieraq li bis-saħħa tal-politiki u l-miżuri adattati, tiġi promossa l-inklużjoni fir-regoli speċifiċi tal-UE u tal-Istati Membri — b’mod speċjali f’setturi determinati bħax-xiri tal-prodotti u s-servizzi essenzjali, il-ħarsien tal-kompetizzjoni, il-prattiki inġusti — ta’ klawżoli speċifiċi ta’ rikonoxximent tad-drittijiet tal-konsumatur jew ta’ kwalunkwe persuna oħra bi drittijiet ekonomiċi, inklużi l-ħaddiema, u tal-garanzija li dawn ikunu mħarsa mil-liġi. Dan għandu jgħin ukoll sabiex iċ-ċittadin ikun infurmat u konxju, kundizzjoni li, kif diġà ntqal f’din l-opinjoni, hija essenzjali għall-KESE.

4.4   Il-parteċipazzjoni tad-diversi partijiet involuti fis-suq

4.4.1   It-Trattat ta’ Liżbona, permezz tal-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, jistipula li sabiex tiġi promossa gvernanza tajba u tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-entitajiet tal-Unjoni ser jaġixxu bl-ikbar rispett possibbli għall-prinċipju ta’ ftuħ. It-trasparenza hija prerekwiżit bażiku biex iċ-ċittadini jaċċettaw il-politiki Komunitarji.

Il-parteċipazzjoni għandha tiġi żviluppata permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni effikaċi u effettivi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni preventiva bikrija fir-rigward tar-reati ta’ natura transkonfinali. Għal dan il-għan ikun xieraq li jiġu solvuti l-kwistjonijiet li ġejjin:

Liema miżuri jistgħu jippermettu li tittejjeb il-kooperazzjoni?

Kif jistgħu jissaħħu l-aspetti preventivi?

Il-Parlament Ewropew jipproponi (12) li tinħoloq il-pożizzjoni ta’ “medjatur Ewropew għall-konsumaturi” u jappoġġja l-idea li jiġu nnominati xi kunsilliera inkarigati mir-relazzjonijiet mal-konsumaturi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan ikun xieraq li wieħed jikkunsidra l-ħolqien ta’ korp ad hoc bħala medjatur Ewropew għall-konsumaturi, jew li jiġu estiżi l-kompetenzi tal-medjatur Ewropew attwali. Bil-għan li jiġi introdott kriterju ta’ razzjonalità fir-rigward tal-mezzi użati għall-garanzija ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi fil-politika tal-kompetizzjoni u sabiex ir-riżorsi eżistenti jiġu użati bl-aqwa mod possibbli, il-KESE jemmen li fil-prinċipju jkun biżżejjed li jiġi nnominat Kunsillier inkarigat mir-relazzjonijiet mal-konsumaturi (13) f’dawk id-dipartimenti tal-Kummissjoni li huma partikolarment ikkonċernati mill-politika tal-konsumaturi.

4.4.3   Huwa possibbli li jkun hemm bżonn li l-proċedura amministrattiva fil-Kummissjoni tiġi riformata sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri penali, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tar-riservatezza. Il-problema tista’ tiġi solvuta permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, li jiggarantixxu l-aċċess għall-fajl, id-dritt għal udjenza, ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet u d-dritt għar-rikors.

4.4.4   Għandu jittejjeb il-feedback dwar ir-regoli minimi ta’ konsultazzjoni, billi kull Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni jkollha l-obbligu li twettaq evalwazzjoni ta’ impatt tal-konsultazzjonijiet għall-proposti kollha li jitressqu u mhux għall-proposti strateġiċi biss, hekk kif fakkar il-KESE (14). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kwistjonijiet li huma importanti għaċ-ċittadini Ewropej kollha, kif ukoll il-lingwi li fihom isiru l-konsultazzjonijiet, in-newtralità tal-mistoqsijiet u d-dewmien tat-tweġibiet.

4.4.5   Ir-rwol li jistgħu jaqdu l-għaqdiet tal-konsumaturi u entitajiet rappreżentattivi oħra huwa wieħed mid-dibattiti li jeħtieġ li jiġu solvuti, ġaladarba dawn l-għaqdiet ikunu ngħataw il-kapaċità legali li jipparteċipaw fil-proċess kollu ta’ ilment. Din il-kwistjoni ser teħtieġ strument leġiżlattiv adegwat meta d-dibattitu dwar il-White Paper “Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust” ikun intemm.

4.4.6   Is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-politika tal-kompetizzjoni hija punt fundamentali. Prattiki pprojbiti, bħall-kartelli li jsiru minn ċerti intrapriżi, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala suġġetti li ċ-ċittadini ma jistgħux jikkontrollaw, jew li jistgħu biss jiġu indirizzati fl-isferi politiċi u ekonomiċi għoljin, iżda għandhom jitqiesu bħala attivitajiet li għandhom impatt soċjali gravi u li jistgħu jipperikolaw jew, f’ċerti każijiet, ikunu ta’ ħsara għad-dritt tal-proprjetà tal-vittmi. Għaldaqstant jeħtieġ li jitqajjem dibattitu u li jittieħdu l-iktar miżuri adegwati għall-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur Ewropew sabiex dan tal-aħħar ikun jaf bil-konsegwenzi ta’ dan it-tip ta’ prattiki illegali. Dan ifisser li l-aspetti kollha tal-attivitajiet tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur għandhom ikomplu jiġu appoġġjati. Huwa essenzjali li nkomplu ninvestu fil-ftuħ ta’ ċentri bħal dawn mill-inqas fil-bliet ewlenin kollha ta’ kull Stat Membru, kif ukoll fir-riklamar, kemm permezz ta’ kampanji ġenerali kif ukoll ta’ oħrajn iktar speċifiċi fi ħdan setturi determinati, li jippermetti, b’mod rapidu u sempliċi, li ċ-ċittadini jiġu mgħarrfa bid-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi u biċ-ċentri u entitajiet li għandhom jikkuntattjaw jekk ikunu jixtiequ jressqu ilment jew jitolbu parir.

4.5   Is-servizzi ta’ interess ġenerali

4.5.1   Il-bażi legali tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ġenerali tinsab fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u fil-Protokoll nru 26. Sabiex jitħarsu l-livell għoli ta’ kwalità, sigurtà u aċċessibilità ekonomika, it-trattament ugwali u l-promozzjoni tal-aċċess universali għal dawn is-servizzi u d-drittijiet tal-utenti, jeħtieġ li wieħed iwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Kif għandhom isiru l-evalwazzjonijiet regolari fil-livell Komunitarju?

Liema miżuri għandhom jiġu adottati fid-dawl tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-setturi li ġew liberalizzati reċentement?

Kif nistgħu nagħmlu mezz li l-konsumatur jibbenefika mill-ftuħ tas-swieq?

4.5.2   B’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ trasparenza fil-ġestjoni ta’ dawn is-servizzi u t-tariffi mhux iġġustifikati imposti fuq il-klijenti industrijali u l-konsumaturi jfissru li dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu solvuti.

4.6   Ir-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fis-suq intern

4.6.1   It-twaqqif tar-regoli dwar il-kompetizzjoni neċessarji għat-tħaddim tas-suq intern huwa kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

4.6.2   Il-politika tal-kompetizzjoni għandha tiżgura li l-konsumaturi jkollhom l-aqwa possibbiltajiet f’termini ta’ prezz, kwalità u varjetà, b’mod partikulari fil-qasam tal-prodotti u s-servizzi bażiċi bħall-ikel, id-djar, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet, bi prezzijiet iktar baxxi għall-konsumaturi.

Madankollu, mal-effiċjenza tas-suq wieħed għandu jżid it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u tal-benesseri tal-konsumaturi bħala għan aħħari. Sabiex l-ewwel premessa tinkiseb, jeħtieġ li l-liġi tagħti lill-konsumaturi d-dritt li jipparteċipaw b’mod attiv minflok ma tagħmilhom suġġetti passivi tal-kunċett tal-benesseri.

4.6.3.1   Għal dan il-għan, il-qafas legali attwali għandu jiġi żviluppat billi r-regoli jiġu interpretati b’mod differenti jew billi jinħolqu korpi legali ġodda għall-politika tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar, ikun xieraq li tiġi kkunsidrata l-adozzjoni ta’ miżuri legali ġodda li jikkomplementaw jew jissostitwixxu l-miżuri attwali.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Qed jintużaw in-numri tal-Artikoli tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ppubblikata fil-ĠU C 115, 9.5.2008.

(2)  B’referenza għall-modifika tal-Karta tat-12 ta’ Diċembru 2007, li saret fi Strasburgu, ippubblikata fil-ĠU C 303, 14.12.2007. Din it-tieni verżjoni kienet neċessarja għax l-ispjegazzjonijiet fin-noti ta’ qiegħ il-paġna kienu ġew introdotti fil-Karta wara l-ewwel adozzjoni tagħha f’Diċembru 2000 fis-Summit ta’ Nizza.

(3)  Ara l-linji gwida dwar l-evalwazzjoni u l-konċentrazzjonijiet orizzontali b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn il-kumpaniji, ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5 (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Id-Direttiva 2005/27/KE dwar il-prattiki kummerċjali inġusti hija eċċezzjoni.

(5)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU C 324, 30.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 1.

(8)  COM(2008) 165 finali; ĠU C 309, 16.12.2006, p. 1.

(9)  Konklużjonijiet tal-Presidenza, Kunsill Ewropew ta’ Feira, 2000.

(10)  Ara l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħarsien penali tal-ambjent COM(2007)51 finali, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każijiet C-176/03 u C-440/05.

(11)  Ara l-Artikoli 101(1)(d) u 102(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

(12)  Rapport tal-Membru tal-Parlament Ewropew Lasse Lehtinen dwar il-programm strateġiku dwar il-konsumaturi 2007-2013.

(13)  L-Artikolu 153.2 tat-Trattat tal-Unjoni jistipula li “Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ politika u attivitajiet oħra tal-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur.” Dan l-obbligu għandu jiġi rrispettat mill-uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-funzjoni tal-Kunsillier inkarigat mir-relazzjonijiet mal-konsumaturi tista’ tikkontribwixxi sabiex twissi lill-uffiċjali u tfakkarhom fl-impenn li ħadu fir-rigward taċ-ċittadini fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

(14)  Ara l-Green Paper “Inizjattiva Ewropea favur it-trasparenza” (mhux disponibbli bil-Malti) — ĠU C 324, 30.12.2006.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/26


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “l-approċċ proattiv tal-liġi: pass ieħor ’il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE”

2009/C 000/02

Nhar is-17 ta’ Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mar-Regola 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

l-approċċ proattiv tal-liġi: pass ieħor ’il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pegado Liz.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’155 vot favur, l-ebda vot kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Din l-opinjoni tissejjes fuq il-premess li l-liġi, u mhux il-leġiżlazzjoni ivvintata mill-esperti legali, tirrifletti l-kondotta li soċjetà partikulari taċċetta u tistenna bħala prerekwiżit għall-ordni soċjali; il-liġi ma tikkonsistix f’kunċetti formali li jdumu għal dejjem u li jitnaqqxu fil-ġebel; iżda minn regoli u prinċipji — miktubin u mhux — li jirriflettu l-interessi leġittimi kollettivi ta’ kull ċittadin f’mument partikulari fl-istorja.

1.2   F’kull sistema legali, tradizzjonalment huwa xogħol il-leġiżlatur li jinterpreta l-interessi kollettivi tas-soċjetà, sabiex jiddefenixxi, fil-leġiżlazzjoni, u fejn meħtieġ, kull ma jitqies bħala kondotta xierqa u li tirrispetta l-liġi, u li jippenalizza dawk il-prattiki li jmorru kontra din il-kondotta. Ilu li ġie rikonoxxut li l-liġijiet li jitfasslu b’dan il-mod mhux biss iridu jkunu ġusti u ekwi; iżda wkoll komprensibbli, aċċessibbli, aċċettabbli u inforzabbli. Minkejja dan, fis-soċjetà tal-lum dan m’għadux biżżejjed.

1.3   Għal wisq żmien l-enfasi fil-qasam legali kienet fuq il-passat. Ir-reazzjoni tal-leġiżlaturi u l-ġudikatura għal nuqqasijiet, tilwim, skadenzi li ma jintlaħqux u ksur, l-iskop tal-liġi kien li jfittxu soluzzjonijiet u rimedji. Tilwim, proċeduri u rimedji sabiex tiġi furzata l-konformità jqumu wisq. U l-ispiża ma tistax titkejjel biss f’termini ta’ flus.

1.4   Il-KESE jħeġġeġ biex ikun hemm “bidla radikali”. Wasal iż-żmien li jitqiegħed fil-ġenb l-approċċ reattiv għal-liġi li ilu jintuża għal sekli sħaħ, bil-għan li jiġi adottat “approċċ proattiv”. Wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-liġi b’mod differenti: li nħarsu “’l quddiem” minflok lura, li niffokaw fuq “kif il-liġi tintuża u topera” fil-ħajja ta’ kuljum u kif tiġi meqjusa fil-komunità li hija tfittex biex tirregola. Waqt li r-reazzjoni għal problemi u s-soluzzjoni tagħhom jibqgħu elementi importanti, il-prevenzjoni tal-kawżi tal-problemi hija vitali, flimkien mas-sodisfar tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji u l-iffaċilitar tal-interazzjoni produttiva bejniethom.

1.5   Il-Liġi Proattiva hija kkonċernata bit-twettiq ta’ dak li hu possibbli u l-għoti tal-poter biex dan isir — isseħħ mill-utenti tal-liġi, individwi u negozji, flimkien magħhom u għalihom; hawnhekk qed nitkellmu dwar viżjoni tas-soċjetà fejn in-nies u n-negozji huma konxji tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, jistgħu jiksbu vantaġġ mill-benefiċċji li l-liġi toffrilhom, jafu d-dmirijiet legali tagħhom sabiex jevitaw problemi kull fejn huwa possibbli, u jistgħu jsolvu kmieni kull tilwim li ma jistax jiġi evitat permezz tal-metodi l-iktar xierqa.

1.6   L-approċċ proattiv tal-Liġi jfittex għal taħlita ta’ metodi sabiex jilħaq l-objettivi mixtieqa: l-enfasi mhijiex biss fuq ir-regoli legali u l-infurzar formali tagħhom. Sabiex jiġu stabbiliti l-għanijiet mixtieqa u tiġi żgurata t-taħlita l-iktar xierqa ta’ mezzi sabiex dawn jintlaħqu jenħtieġ li l-partijiet interessati jkunu involuti kmieni fil-proċess, bil-għan li jitqabblu l-objettivi, tinħoloq verżjoni komuni, u jiġi żviluppat appoġġ u gwida għall-implimentazzjoni b’suċċess mill-bidu nett. Il-KESE huwa konvint li dan il-ħsieb ġdid rappreżentat mill-approċċ proattiv ġeneralment huwa applikabbli għal-liġi u għat-tfassil tal-liġi.

1.7   Min-natura tagħha stess, is-sistema legali Komunitarja hija preċiżament dak il-ġeneru ta’ settur fejn l-approċċ proattiv jista’ jiġi adottat fl-ippjanar, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-liġijiet; fuq dan l-isfond, il-KESE jargumenta li r-regoli u r-regolamenti mhumiex l-uniku mod, u mhux bilfors dejjem l-aħjar mezz, biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa; xi drabi r-regolatur jista’ jappoġġja miri ta’ valur billi jżomm lura milli jirregola u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxi l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni. Meta dan huwa l-każ, il-prinċipji fundamentali ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità, prekawzjoni u sostenibbiltà jiksbu importanza u dimensjoni ġdida.

1.8   Il-KESE jemmen li s-suq uniku jista’ jibbenefika ħafna meta l-liġi tal-UE u dawk li jfassluha — il-leġiżlaturi u l-amministraturi fl-iktar sens wiesa’ — jibdlu l-enfasi tagħhom minn ħarsa ġewwiena, minn ġewwa s-sistema, ir-regoli u l-istituzzjonijiet legali, għal approċċ li jħares barra, lejn l-utenti tal-liġi, is-soċjetà, iċ-ċittadini u n-negozji li s-sistema legali hija maħsuba biex isservi.

1.9   Waqt li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġijiet huma passi importanti lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE, is-suċċess regolatorju għandu jitkejjel skont kif jintlaħqu l-miri fil-livell tal-utenti tal-liġi, i.e. iċ-ċittadini tal-UE u n-negozji. Il-liġijiet għandhom jiġu kkomunikata b’mod li jagħmel sens għall-udjenza speċifika, l-ewwel u qabel kollox dawk li l-imġiba tagħhom hija affettwata u mhux biss lill-istituzzjonijiet u l-amministraturi rilevanti.

1.10   L-applikazzjoni tal-approċċ proattiv tal-Liġi għandha tiġi kkunsidrata sistematikament fit-tfassil u l-implimentazzjoni kollha tal-liġi fl-UE. Il-KESE jemmen b’mod qawwi li jekk dan l-approċċ isir mhux biss parti mill-aġenda tar-Regolamentazzjoni Aħjar, iżda wkoll prijorità għal-leġiżlaturi u l-amministraturi fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali, għandu jkun possibbli li jinbnew pedamenti legali b’saħħithom sabiex l-individwi u n-negozji jiffjorixxu.

2.   Rakkomandazzjonijiet

2.1   Iċ-ċertezza legali hija waħda mill-prekundizzjonijiet bażiċi ta’ soċjetà li taħdem sew. L-utenti tal-liġi għandhom ikunu jafu u jifhmu l-liġi biex din taħdem. Fuq dan il-punt il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-“approċċ proattiv tal-Liġi”. Huwa approċċ orjentat lejn il-futur fejn l-għan huwa li jiġi promoss dak li huwa mixtieq u li jiġu massimizzati b’mod ex ante l-opportunitajiet waqt li jiġu minimizzati l-problemi u r-riskji.

2.2   Permezz tal-adottar ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-KESE jenfasizza li “regolamentazzjoni aħjar” għandha tkun immirata lejn taħlita ottimali ta’ mezzi regolatorji li jippromovu bl-aħjar mod l-objettivi soċjetali u ambjent legali li jaħdem tajjeb u li jqis l-interess taċ-ċittadin u n-negozji.

2.3   L-għan ta’ din l-opinjoni huwa li turi kif l-approċċ proattiv tal-Liġi jista’ jgħin ir-regolamentazzjoni aħjar billi jipprovdi mod ta’ ħsieb ġdid li jieħu l-ħtiġijiet reali u l-aspirazzjonijiet tal-individwi u n-negozji bħala l-punt tat-tluq.

2.4   Meta qed jabbozza l-liġijiet, il-leġiżlatur għandu joqgħod attent li jkun qed jipproduċi regoli li joperaw b’mod effiċjenti u li jirriflettu ħtiġijiet reali kif ukoll li jiġu implimentati b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi aħħarija ta’ dawk ir-regoli.

2.5   Iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ biċċa leġiżlazzjoni ma jibdiex bl-abbozzar ta’ proposta u ma jintemmx meta din tkun ġiet adottata formalment. Il-mira mhijiex dik il-biċċa leġiżlazzjoni iżda l-implimentazzjoni b’suċċess tagħha. U l-implimentazzjoni ma tfissirx biss l-infurzar mill-istituzzjonijiet iżda wkoll l-adozzjoni, l-aċċettazzjoni u fejn meħtieġ, bidla fl-imġiba min-naħa tal-individwi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

2.6   Nistgħu nantiċipaw xi konsegwenzi minn dan l-approċċ — inklużi wħud li huma prattiċi:

il-parteċipazzjoni attiva u effettiva, minflok konsultazzjoni biss, tal-partijiet interessati qabel u matul l-abbozzar ta’ kwalunkwe proposta, u matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet,

evalwazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu mhux biss l-aspett ekonomiku iżda dak soċjali u etiku wkoll; mhux biss l-ambjent tan-negozju iżda wkoll il-konsumaturi, mhux biss l-opinjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata, iżda wkoll il-leħen taċ-ċittadin anonimu,

l-antiċipazzjoni ta’ soluzzjonijiet minflok problemi, u l-użu tal-liġi sabiex jintlaħqu u jiġu infurzati miri u bil-għan li d-drittijiet u l-libertajiet isiru realtà f’kuntest kulturali speċifiku,

l-abbozzar tal-liġijiet bl-iktar mod ċar possibbli u qrib kemm jista’ jkun tal-utenti tagħhom, l-iżgurar li l-lingwaġġ użat ikun komprensibbli u ċar,

l-eliminazzjoni ta’ liġijiet skaduti, inkonsistenti, mhux aġġornati u mhux applikabbli, u l-armonizzazzjoni tal-fehim tat-termini, id-definizzjonijiet, id-deskrizzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-interpretazzjonijiet f’oqfsa komuni ta’ riferiment,

li ssir pressjoni sabiex jiġu introdotti oqsma ġodda ta’ libertà kuntrattwali, awtoregolamentazzjoni u koregolamentazzjoni u oqsma li jistgħu jiġu koperti minn standards jew kodiċi ta’ kondotta fil-livell nazzjonali u Ewropew,

l-enfasi fuq l-approċċ tal-“liġijiet mudelli” għal-leġiżlar (“28 reġim”) minflok fuq l-armonizzazzjoni totali ddettaljata u mhux neċessarja.

2.7   Dan jista’ jinbeda permezz ta’ proġetti ta’ riċerka u djalogu mal-partijiet interessati dwar ir-rwol speċifiku tal-approċċ proattiv tal-Liġi matul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-livelli kollha ta’ regolamentazzjoni.

2.8   Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jadottaw l-approċċ proattiv meta jippjanaw, ifasslu, jirrevedu u jimplimentaw il-liġi Komunitarja u jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess kull fejn ikun xieraq.

3.   Daħla: L-ewwel, daqsxejn teorija legali

3.1   Fil-qasam tar-regoli jew “dak li għandu jkun”, id-dispożizzjonijiet “legali” huma kkaratterizzati mill-furzabilità, bil-kontra tar-regoli morali jew estetiċi; il-possibilità li tintalab il-konformità mill-qrati u li l-ksur jista’ jiġi penalizzat. Element tipiku tal-“ius cogens” jew “compelling law” huwa l-possibilità ta’ “infurzar”, fil-prinċipju permezz ta’ mekkaniżmu ġudizjarju, sabiex jiġi żgurat li l-liġi tiġi applikata, jew, jekk dan ma jsirx, li dawk li kissru l-liġi jiġu penalizzati.

3.2   Madankollu, fil-qofol ta’ “dak li għandu jkun” jeżisti l-kunċett li l-konformità mal-liġijiet hija, jekk nitkellmu b’mod ġenerali, volontarja u li r-rikors għall-proċedimenti legali huwa l-eċċezzjoni — l-“ultima ratio”. Mingħajr il-ftehim volontarju u mifrux tal-pubbliku li se jikkonforma mad-dmirijiet imposti mir-regoli, l-effettività tagħhom tkun kompromessa b’mod irrimedjabbli.

3.3   Għalhekk hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur biex jistipula liġijiet li ġeneralment jinkoraġġixxu lin-nies biex josservawhom b’mod volontarju u biex jikkonformaw magħhom b’mod spontanju. Dawn ir-risposti huma, fil-fatt, prerekwiżiti għar-rispett tad-drittijiet ta’ kulħadd u huma l-bażi fundamentali tal-ħajja fi ħdan is-soċjetà. Fuq dan l-isfond, it-tħassib dwar “tfassil tajjeb tal-liġijiet” u “tfassil aħjar tal-liġijiet” (1) għandu sinifikat partikulari u joħloq implikazzjonijiet ewlenin rigward l-interpretazzjoni, l-integrazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet.

3.4   Dan ifisser li, barra milli tkun ekwitabbli jew “ġusta” (2), il-liġi għandha tkun:

komprensibbli,

aċċessibbli,

aċċettabbli (3), u

infurzabbli.

Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux, it-tendenza hi li l-liġi tiġi rifjutata minn dawk hija intenzjonata li tapplika għalihom, u li ma tiġix implimentata minn dawk li huma fid-dmir li jiżguraw li tiġi osservata, u b’hekk tiġi abbandunata, u l-“forza” tal-ġustizzja ma tkunx kapaċi tapplikaha b’mod effettiv.

3.5   Waqt li din hija kwistjoni importanti għas-sistemi legali nazzjonali, tassumi importanza dejjem akbar f’sistema legali bħal tal-Unjoni Ewropea, fejn iż-żewġ taqsimiet tal-istat tad-dritt is-soltu jkunu separati: l-“obbligu” inerenti fit-tfassil tal-liġi huwa kompetenza Komunitarja, waqt li l-applikazzjoni u l-penali relatati jistrieħu fuq il-prinċipju tas-setgħa ta’ koerzjoni tas-sistemi legali nazzjonali.

3.6   Dan il-fatt jista’ jispjega għaliex it-tħassib dwar “tfassil aħjar tal-liġi” li jeżisti fl-Istati Membri kollha, u li bl-ebda mod huwa xi ħaġa ġdida, dan l-aħħar assuma sinifikat partikulari għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

3.7   Il-prevedibbiltà, is-sostenibbiltà u l-previżjoni huma rekwiżiti bażiċi għal ambjent legali li jaħdem tajjeb u li jqis iċ-ċittadini u n-negozji. Il-partijiet interessati jenħtieġu ammont raġjonevili ta’ ċertezza legali sabiex ifasslu l-miri tagħhom, jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom u jilħqu r-riżultati li jkunu pprevedew. Leġiżlaturi, fl-iktar sens wiesa’, għandhom ikunu kkonċernati bl-iżgurar ta’ din iċ-ċertezza u li jipprovdu infrastruttura legali stabbli, waqt li jwettqu kull ma l-leġiżlazzjoni hija maħsuba biex twettaq.

3.8   Dan huwa l-isfond ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, li għandha l-għan li tixħet dawl fuq approċċ innovattiv lejn il-liġi, li joriġina mill-Iskola Nordika tal-Liġi Proattiva u l-preċedessuri tagħha (4), sabiex naraw sa liema punt din tista’ tirrappreżenta pass ieħor ’il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE. Kif jixraq, tqiesu l-ħafna opinjonijiet tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, li diġà jirrappreżentaw korp ta’ studju importanti ħafna, u li l-wirt tagħhom huwa inkluż u milqugħ f’din l-opinjoni.

4.   Ħarsa lejn regolamentazzjoni, implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE

4.1   Il-kunċett ta’ tfassil aħjar tal-liġi, li jiffoka fuq il-perspettiva tal-utenti tal-leġiżlazzjoni (5), iħaddan fih numru ta’ prinċipji li kisbu momentum tul dawn l-aħħar snin: konsultazzjoni preliminarja, il-ġlieda kontra l-inflazzjoni leġiżlattiva, it-tneħħija ta’ leġiżlazzjoni jewproposti li skadew, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-ispejjeż, is-semplifikazzjoni tal-acquis Komunitarju, abbozzar aħjar ta’ proposti leġiżlattivi, inklużi l-evalwazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post, it-tnaqqis fil-leġiżlazzjoni għal dak li huessenzjali u l-konċentrazzjoni fuq l-objettivi u s-sostenibbiltà tal-leġiżlazzjoni waqt li tinżamm flessibbli.

4.2   Il-Kummissjoni Ewropea (6), Il-Parlament Ewropew (7) u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (8) ilhom jippromovu u jargumentaw favur “regolamentazzjoni aħjar”, “semplifikazzjoni” u “komunikazzjoni” bħala objettivi ta’ politika ewlenin fil-kuntest tal-kompletar tas-suq uniku. Fost l-ewwel dokumenti dwar dan is-suġġett m’għandniex ninsew ir-RAPPORT MOLITOR mill-1995, li huwa importanti ħafna, bit-18-il rakkomandazzjoni tiegħu, li għandhom validi sal-lum (9).

4.3   It-tfassil aħjar tal-liġijiet jinkludi wkoll il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà u jista’ jinvolvi l-partijiet interessati fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, i.e. permezz tal-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni, taħt l-iskrutinju mill-qrib tal-leġiżlatur, kif stipulat fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet tal-2003 (10), u kif żviluppat mill-Kummissjoni f’Rapporti Annwali suċċessivi.

4.4   Tfassil aħjar tal-liġijiet mhux neċessarjament ifisser inqas regolamentazzjoni jew id-deregolamentazzjoni (11), u fil-fatt, is-sikurezza legali hija waħda mir-rekwiżiti essenzjali għal Suq Uniku li jaħdem tajjeb (12).

4.5   Mis-sena 2000, l-Osservatorju tas-Suq Uniku (OSU) tal-KESE ilu jiffoka fuq inizjattivi tal-partijiet interessati li jantiċipaw tfassil aħjar tal-liġijiet mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili. Billi segwa mill-qrib il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea bħala forum istituzzjonali ta’ espressjoni għas-soċjetà ċivili organizzata, tul is-snin il-KESE pprovda lill-Kummissjoni b’pariri f’numru ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma’ regolamentazzjoni aħjar (13).

4.6   Flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, l-OSU żviluppa bażi ta’ data ddedikata lill-Awtoregolamentazzjoni u l-Koregolamentazzjoni Ewropea (14). Fuq il-bażi tad-data li ġabar dwar inizjattivi awtoregolatorji, l-OSU issa għandu l-ħsieb li jaħdem fuq mudelli (indikaturi ta’ effiċjenza, linji gwida dwar monitoraġġ u infurzar, eċċ.) u biex jibni cluster ma’ ċirkli akkademiċi, think tanks, partijiet interessati u istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni.

5.   Ftit prevenzjoni: l-approċċ proattiv

5.1   Tradizzjonalment, il-qasam legali jħares l-iktar lejn il-passat. Ir-riċerka legali tikkonċerna ruħha l-iktar dwar il-fallimenti — in-nuqqasijiet, id-dewmien u l-fallimenti fil-konformità mal-liġi.

5.2   L-approċċ proattiv jagħti enfasi differenti; iħares lejn il-futur. Li tkun proattiv huwa l-kontra ta’ reattiv jew passiv. L-approċċ imsejjaħ speċifikament Liġi Proattiva spuntat il-Finlandja fis-snin disgħin. Bħala tweġiba għall-ħtieġa biex jiġu żviluppati iktar metodi prattiċi u teoriji legali f’dan il-qasam emerġenti, ġiet stabbilita fl-2004 l-Iskola Nordika tal-Liġi Proattiva (NSPL) (15).

5.3   Il-kelma “proattiv” timplika li wieħed jaġixxi bil-quddiem, jieħu kontroll u jibda l-azzjoni huwa nnifsu (16). Dawn l-elementi huma kollha parti mill-approċċ proattiv tal-Liġi, li tiddistingwi bejn żewġ aspetti oħra tal-proattività: wieħed minnhom huwa d-dimensjoni “promottiva” (il-promozzjoni ta’ dak li huwa mixtieq; l-inkoraġġiment ta’ imġiba tajba) u l-ieħor huwa d-dimensjoni “preventiva” (il-prevenzjoni ta’ dak li mhuwiex mixtieq, riskji legali jinżammu milli jinħolqu).

5.4   L-approċċ proattiv tal-Liġi tiffoka fuq is-suċċess u mhux fuq il-falliment. Tikkonċerna t-teħid tal-inizjattiva sabiex jiġu promossi u msaħħa fatturi li jġibu s-suċċess. L-oriġini tal-Liġi Proattiva tinsab fil-“Proactive Contracting” (17). Għall-ewwel, l-għan kien li jiġi provdut qafas għall-integrazzjoni tal-previżjoni legali mal-prattika tanġibbli tan-negozju ta’ kuljum u biex jingħaqdu flimkien prattiki tajbin li jirrigwardaw kuntratti, il-qasam legali, proġetti, il-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

5.5   Waqt li l-Liġi Proattiva ħadet ħafna mill-Liġi Preventiva (18), din tal-aħħar tħares lejn kwistjonijiet l-iktar mill-punt ta’ vista ta’ avukat, u tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’ riskji u tilwim legali. Fil-Liġi Proattiva, l-enfasi hija fuq l-iżgurar tas-suċċess, u li wieħed jilħaq l-għanijiet mixtieqa fis-sitwazzjoni attwali. Billi juża l-analoġija tal-kura tas-saħħa u l-mediċina preventiva, nistgħu ngħidu li l-approċċ proattiv tal-Liġi jikkombina aspetti ta’ promozzjoni tas-saħħa ma’ oħrajn ta’ prevenzjoni tal-mard: l-għan huwa li individwi u negozji jiġu megħjuna biex jibqgħu “f’saħħa legali tajba” u li jevitaw “il-mard” ta’ inċertezzi legali, tilwim u litigazzjoni.

6.   Kif l-approċċ proattiv jista’ jikkontribwixxi iktar għal regolamentazzjoni, implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE

6.1   Wieħed mill-objettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea huwa li toffri liċ-ċittadini tagħha żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni; żona msejsa fuq il-prinċipji tat-trasparenza u l-kontroll demokratiku. Iżda l-ġustizzja ma tinħoloqx mix-xejn sempliċiment bħala riżultat tal-aċċess għall-qrati jew azzjonijiet ta’ rimedju wara l-fatt. Hemm bżonn ta’ pedamenti legali sodi sabiex individwi u negozji jkunu jistgħu jirnexxu.

6.2   L-individwi u n-negozji jistennew ammont raġjonevoli ta’ ċertezza, ċarezza u konsistenza min-naħa tal-leġiżlatur sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-għanijiiet tagħhom, jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom, u jiksbu riżultati prevedibbli.

6.3   Huwa minnu li l-leġiżlaturi għandhom ikunu mħassba jekk l-individwi jew n-negozji mhumiex mgħarrfa biżżejjed dwar meta l-liġi tista’ tappika għalihom, jew li jistgħu jsiru jafu iktar dwar il-pożizzjoni legali tagħhom jekk iridu, u li jistgħu jevitaw tilwim fejn possibbli jew isolvu l-problema permezz tal-iktar tekniki xierqa (19). L-esperjenza u r-riċerka jgħidulna li llum il-ġurnata l-individwi u n-negozji, konsumaturi u SMEs b’mod partikulari, mhux dejjem ikunu mgħarrfa biżżejjed.

6.4   Fil-“Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiiet”il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddefinixxu wħud mill-impenji u l-objettivi komuni sabiex tittejjeb il-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u jiġu promossi s-sempliċità, iċ-ċarezza u l-konsistenza meta jiġu abbozzati l-liġijiet kif ukoll it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv.

6.5   Madankollu, huwa ċar li regolamentazzjoni aħjar ma tistax tinkiseb mill-istituzzjonijiet firmatarji waħedhom (20). Is-semplifikazzjoni u programmi oħrajn iridu jiġu żviluppati u rinforzati fil-livell nazzjonali u reġjonali. Huwa meħtieġ impenn koordinat, u jridu jkunu involuti l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, flimkien mal-utenti tal-leġiżlazzjoni (21).

6.6   L-Unjoni Ewropea diġà ħadet passi fid-direzzjoni lejn approċċ proattiv. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’:

id-deċiżjoni li jinħoloq Suq Uniku, u aktar tard, Munita Unika,

l-fatt li, skont it-Trattat, l-imsieħba soċjali jistgħu jinnegozjaw il-leġiżlazzjoni fil-qasam soċjali,

l-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” (Small Business Act — SBA)/“Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” (COM(2008) 394 finali, 25.6.2008) bl-Anness tiegħu: L-iskambju ta’ prattika tajba fil-politika għall-SMEs (22);

l-eżempji ta’ prattika tajba mill-Istati Membri li jservu ta’ ispirazzjoni għall-implimentazzjoni tal-SBA (23), dawk miġbura taħt il-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar, u

il-Premijiet għall-Intrapriża Ewropea li jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-promozzjoni tal-intraprenditorija reġjonali;

il-Linji Gwida Riveduti tal-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni;

Solvit, in-netwerk online għas-soluzzjoni ta’ problemi;

is-servizz ta’ assistenza IPR (Intellectual property rights — drittijiet tal-proprjetà intellettwali);

l-inkoraġġiment min-naħa tal-Kummissjoni tal-iżvilupp tal-Istandards Ewropej;

is-sit u l-bażi tad-data tal-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni tal-KESE;

6.7   S’issa, dawn il-passi jidhru pjuttost imxerdin u mhux organizzati, ma jidhirx li qiegħda ssir daqshekk riċerka jew tagħlim transsettorjali mill-esperjenza miksuba. Ikun tajjeb li jiġu studjati r-riżultati tal-passi meħuda u r-rilevanza, l-implikazzjonijiet u l-valur tagħhom kif jiġu applikati f’oqsma oħrajn. Il-KESE jissuġġerixxi li dawn l-inizjattivi jiġu osservati mill-qrib u użati għar-rikonoxximent u l-qsim tal-aħjar prattiki.

6.8   Min-naħa l-oħra, xi eżempji riċenti ta’ problemi u diffikultajiet mhux neċessarji jistgħu juru l-ħtieġa għal approċċ proattiv:

Id-direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-suq intern għas-servizzi (magħrufa bħala d-Direttiva “Bokestein”) (24).

Id-direttiva 2005/29/KE tat-11/05/2005 dwar prattiki kummerċjali mhux ġusti (25).

Id-direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (26) għalkemm diġà kkontestata b’mod ġenerali minn kwazi l-partijiet interessati kollha (27).

Il-pakkett kollu tal-“acquis” tal-konsumatur (28), rikonoxxut b’mod ġenerali li ma ġiex abbozzat korrettament, traspost sew u implimentat kif xieraq (29).

L-eżerċizzju tal-“qafas komuni ta’ riferiment” (QFR) kellu l-għan għaqli li jissemplifika l-leġiżlazzjoni dwar il-liġi kuntrattwali, iżda spiċċa b’ “mostru” ta’ madwar 800 paġna, biex insemmu l-“parti ġenerali” biss (30)!

Il-proposta riċenti għal direttiva dwar l-immigrazzjoni (31).

Il-falliment rikonoxxut tas-servizz finanzjarji bl-imnut u b’mod partikulari d-dejn żejjed (32).

Id-defiċit li qed jikber fil-proċess ta’ traspożizzjoni fl-Istati Membri, li ġie rikonoxxut anke mill-Kummissjoni (33).

6.9   L-għan ta’ din l-opinjoni kien li turi kif l-approċċ proattiv tal-Liġi jista’ jgħin ir-regolamentazzjoni aħjar billi jipprovdi mod ta’ ħsieb ġdid: wieħed li jieħu l-ħtiġijiet reali u l-aspirazzjonijiet tal-individwi u n-negozji bħala l-punt tat-tluq, minflok l-għodda legali u kif għandha tintuża.

6.10   Dan ifisser li meta qed jabbozza l-liġijiet, il-leġiżlatur għandu joqgħod attent li jkun qed jipproduċi regoli li joperaw b’mod effiċjenti u li jirriflettu l-ħtiġijiet reali kif ukoll li jiġu implimentati b’mod li jintlaħqu l-objettivi aħħarija ta’ dawk ir-regoli. Ir-regoli għandhom jiġu kkomunikati b’mod li jkun intiż għal udjenza speċifika, sabiex jinftiehmu u jkunu jistgħu jiġu segwiti minn dawk li jiġu affettwati.

6.11   Iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ biċċa leġiżlazzjoni ma jibdiex bl-abbozzar ta’ proposta u ma jintemmx meta din tkun ġiet adottata formalment. Il-mira mhijiex biċċa leġiżlazzjoni iżda l-implimentazzjoni b’suċċess tagħha. U l-implimentazzjoni ma tfissirx biss l-infurzar mill-istituzzjonijiet iżda wkoll l-adozzjoni, l-aċċettazzjoni u fejn meħtieġ, bidla fl-imġiba min-naħa tal-individwi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati. Hawnhekk, ir-riċerka turina li meta l-imsieħba soċjali jkunu involuti fin-negozjar ta’ ftehimiet li wara jsiru liġi Ewropea, l-implimentazzjoni jkollha iktar suċċess.

Nistgħu nantiċipaw xi konsegwenzi minn dan l-approċċ — inklużi wħud li huma prattiċi — għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tal-UE.

6.12.1   L-ewwel nett il-parteċipazzjoni attiva u effettiva, minflok konsultazzjoni biss, tal-partijiet interessati qabel u matul l-abbozzar ta’ kwalunkwe proposta, u matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex il-problemi reali u s-soluzzjonijiet tagħhom jkunu l-punt tat-tluq u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun djalogu kontinwu u proċess ta’ tagħlim reċiproku msejjes fuq l-objettiv li jintlaħqu ċerti miri (34).

6.12.2   It-tieni, l-evalwazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu mhux biss l-aspett ekonomiku iżda dak soċjali u etiku wkoll; mhux biss l-ambjent tan-negozju iżda wkoll il-konsumaturi bħala r-riċevituri aħħarija ta’ miżuri u inizjattivi legali; mhux biss l-opinjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata, iżda wkoll il-leħen taċ-ċittadin anonimu (35).

6.12.3   It-tielet, l-antiċipazzjoni ta’ soluzzjonijiet aktar milli l-problemi, u l-użu tal-liġi sabiex jintlaħqu u jiġu infurzati miri u bil-għan li d-drittijiet u l-libertajiet isiru realtà f’kuntest kulturali speċifiku, minflok ma ssir enfasi fuq il-loġika legali formalista (36).

6.12.4   Barra minn hekk, l-abbozzar tal-liġijiet bl-iktar mod ċar possibbli u qrib kemm jista’ jkun tal-utenti tagħhom, l-iżgurar li l-lingwaġġ użat ikun komprensibbli u ċar, u l-komunikazzjoni tal-kontenut tagħhom b’mod xieraq, l-akkumpanjar u l-iggwidar tal-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

6.12.5   Barra minn hekk, l-eliminazzjoni ta’ liġijiet skaduti, inkonsistenti, mhux aġġornati u mhux applikabbli, u l-armonizzazzjoni ta’ kif jiġu mifhuma t-termini, id-definizzjonijiet, id-deskrizzjonijiet, il-limitazjonijiet u l-interpretazzjonijiet dwar oqfsa komuni ta’ riferiment (37). Importanti wkoll li ma jibqgħux jinħolqu termini ġodda jew “Eurospeak” b’tifsiriet mhux ċari, li jintużaw ta’ sikwit mingħajr mal-maġġoranza tkun taf eżatt xi jfissru.

6.12.6   Kif ukoll li ssir pressjoni sabiex jiġu introdotti oqsma ġodda ta’ libertà kuntrattwali, awtoregolamentazzjoni u koregolamentazzjoni u oqsma li jistgħu jiġu koperti minn standards jew kodiċi ta’ kondotta fil-livell nazzjonali u Ewropew (38), u l-identifikar u t-tneħħija ta’ ostakoli leġiżlattivi li jxekkluhom.

6.12.7   U fl-aħħar nett, l-enfasi fuq l-approċċ tal-“liġijiet mudelli” għal-leġiżlazzjoni (“28 reġim”) minflok fuq armonizzazzjoni totali ddettaljata u mhux neċessarja, u li jitħalla spazju konsiderevoli u xieraq għall-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni fejn dawn ikunu xierqa.

6.13   Dan jista’ jinbeda permezz ta’ proġetti ta’ riċerka u djalogu mal-partijiet interessati dwar ir-rwol speċifiku tal-approċċ proattiv tal-Liġi matul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-livelli kollha ta’ regolamentazzjoni. L-ewwel passi jistgħu jinkludu diskussjonijiet round-table jew seminar ma’ ċirkli akkademiċi, think tanks, partijiet interessati u istituzzjonjijiet sabiex jiġi stabbilit qafas u pjan ta’ azzjoni għal aktar inizjattivi, li l-għan tagħhom ikun biex tiġi implimentata konsiderazzjoni kontinwa tal-approċċ proattiv, bl-istess mod kif attwalment is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità dejjem jiġu kkunsidrati. Meta wieħed iqis il-viżjoni ċara tiegħu rigward kwistjonijiet ta’ regolamentazzjoni aħjar, l-OSU jista’ jkun il-pjattforma għal aktar dibattitu dwar l-approċċ proattiv tal-Liġi.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  It-tifsira ta’ “tfassil aħjar tal-liġijiet” għall-użu tal-istituzzjonijiet tal-KE tinsab fl-opinjoni tal-KESE dwar “Tfassil aħjar tal-liġiijiet”, CESE, ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39, rapporteur is-Sur Retureau (mhux disponibbli bil-Malti). Il-kontenut “legali” ta’ din l-idea jinsab fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-2003, ĠU C 321, 31.12.2003.

(2)  Skont xi tfisser din fid-dawl tal-valuri predominanti f’soċjetà partikulari u f’punt speċifiku fl-istorja; numru kbir ta’ traġedji Griegi jeżaminaw dan il-kunflitt bejn il-liġi “leġiżlata” u l-liġi “ġusta”.

(3)  Iż-żewġ kundizzjonijiet ewlenin sabiex regolamenti jkunu aċċettabli huma li jkunu “rilevanti u proporzjonali” Cf. opinjoni tal-KESE ĠU C 48, 21.2.2002, p. 130 dwar “Is-Semplifikazzjoni” tad-29/11/2001, punt 1.6, rapporteur is-Sur Walker.

(4)  Informazzjoni addizzjonali tinsab hawn: Helena Haapio, An Ounce of Prevention — Proactive Legal Care for Corporate Contracting Success, ippubblikat mill-ġurnal legali Finlandiż JFT, Tidskrift utgiven av Juridiska Föreningen i Finland, ħarġa 1/2007, kif ukoll Helena Haapio (Ed.): A Proactive Approach to Contracting and Law, Turku 2008. u Peter Wahlgren & Cecilia Magnusson Sjöberg (Eds): A Proactive Approach, Volum 49 ta’ Scandinavian Studies in Law, Stockholm 2006; ara http://www.cenneth.com/sisl/tom.php?choice=volumes&page=49.html.

(5)  Kif intqal tajjeb ħafna fl-opinjoni tal-KESE dwar Regolamentazzjoni Aħjar (ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39, punt 1.1.2, rapporteur is-Sur Retureau), “Tfassil aħjar tal-liġijiet primarjament ifisser li wieħed iħares lejn sitwazzjoni mill-perspettiva tal-utent tal-istrument legali. Dan jispjega l-importanza ta’ approċċ parteċipattiv, li jinvolvi konsultazzjoni preliminarja u li titqies in-natura rappreżentattiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali …”

(6)  Dokumenti ewlenin tal-Kummissjoni dwar is-suġġett:

Strateġija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE, COM(2001) 264 finali (mhux disponibbli bil-Malti)

Komunikazzjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt, COM(2002) 276 finali (mhux disponibbli bil-Malti)

Pjan ta’ Azzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar — Semplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju, COM(2002) 278 finali (mhux disponibbli bil-Malti)

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien esperti, COM(2002) 713 finali (mhux disponibbli bil-Malti)

L-aġġornar u s-semplifikazzjoni tal-aquis Komunitarju, COM(2003) 71 finali (mhux disponibbli bil-Malti)

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità: Strateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, COM(2005) 535 finali

Reviżjoni strateġika ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea, COM(2006) 689

L-ewwel rapport ta’ progress dwar l-istrateġija għas-semplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, COM(2006) 690 finali

It-tieni rapport ta’ progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, COM(2008) 33 finali

Gwida Prattika Komuni għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (għal persuni involuti fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE).

(7)  Dokumenti ewlenin tal-PE:

RAPPORT dwar Leġiżlazzjoni aħjar 2004: l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà — it-12-il rapport annwali, A6-0082/2006

Rapport dwar il-21 u t-22 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2003 u 2004), A6-0089/2006

Rapport dwar l-implikazzjonijiet istituzzjonali u legali tal-użu ta’ strumenti ta’ “liġi li ma torbotx” (“soft law”), A6-0259/2007

Rapport dwar regolamentazzjoni aħjar fl-Unjoni Ewropra, A6-0273/2007

Rapport dwar l-imminimizzar tal-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni, A6-0275/2007

Rapoort dwar tfassil aħjar tal-liġijiet 2005: l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità — it-13-il rapport annwali, A6-0280/2007

Rapport dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed: negħilbu x-xkiel u l-ineffiċjenzi permezz ta’ implimentazzjoni u infurzar aħjar, A6-0295/2007

Rapport dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005), A6-0462/2007

(8)  Dokumenti ewlenin tal-KESE:

Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-Semplifikazzjoni tar-regoli fis-suq uniku, ĠU C 14, 16.1.2001, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-Semplifikazzjoni, ĠU C 48, 21.2.2002, p. 130 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni esploratorja dwar is-Semplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju, COM(2001) 726 finali, ĠU C 125, 27.5.2002, p. 105 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-Semplifikazzjoni b’referenza partikulari għall-Gvernanza Ewropea: Tfassil aħjar tal-liġijiet, CESE, ĠU C 133, 6.6.2003, p. 5 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni dwar l-aġġornar u s-semplifikazzjoni tal-acquis communautaire, COM(2003) 71 finali, ĠU C 112, 30.4.2004, p. 4 (mhux disponibbli bil-Malti)

Fuljett intitolat “X’inhi l-qagħda tas-Suq Uniku mkabbar? — 25 sejba mill-Osservatorju tas-Suq Uniku” CESE C-2004-07-EN (mhux disponibbli bil-Malti)

Rapport ta’ informazzjoni dwar l-Istat tal-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni fis-Suq Uniku, CESE 1182/2004 fin (mhux disponibbli bil-Malti)

Fuljett intitolat “Intejbu l-qafas regolatorju tal-UE -” il fuq u ’l isfel mill-proċess leġiżlattiv, EESC 2005-16-EN (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni esploratorja fuq talba tal-Presidenza tar-Renju Unit dwar Tfassil aħjar tal-liġijiet, ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar kif għandhom jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunita: Strateġija għas-semplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju COM(2005) 535 finali, ĠU C 309, 16.12.2006, p. 18 (mhux disponibbli bil-Malti)

Opinjoni esploratorja fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-semplifikazzjoni tal-kuntest leġiżlattiv fis-settur tal-makkinarju, ĠU C 10, 15.1.2008, p. 8

(9)  Rapport tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar is-Semplifikazzjoni tal-Leġiżlazzjoni u Amministrattiva (COM(95)0288 — C4-0255/95 — SEC(95)1379). Għanda ssir referenza speċjali għar-RAPPORT MANDELKERN (Novembru 2001) u għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, miġburin fil-qosor fl-opinjoni tal-KESE ĠU C 125, 27.5.2002, p. 105, rapporteur is-Sur Walker (mhux disponibbli bil-Malti).

(10)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri =OJ:C:2003:321:0001:0005:EN:PDF (mhux disponibbli bil-Malti)

(11)  Diġà fl-opinjoni tiegħu CES ĠU C 14, 16.1.2001, p. 1, rapporteur is-Sur Vever (mhux disponibbli bil-Malti), il-KESE irrikonoxxa li “l-għan mhuwiex id-deregolamentazzjoni drastika u simplistika li tista’ tipperikola l-kwalità kemm tal-prodotti u s-servizzi kif ukoll l-interess globali tal-‘utenti’ kollha — ikunu xi jkunu, pereżempju nies tan-negozji, ħaddiema jew konsumaturi. Kemm l-ekonomija kif ukoll is-soċjetà jeħtieġu regoli sabiex ikunu jistgħu joperaw b’mod effettiv” (punt 2.8). Fl-opinjoni tiegħu dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39) (mhux disponibbli bil-Malti), il-KESE ddikkjara li “semplifikazzjoni tfisser it-tnaqqis kemm jista’ jkun tal-kumplessità tal-liġijiet, iżda mhux neċessarjament tnaqqis drastiku fil-korp tal-liġi Komunitarja jew id-deregolamentazzjoni, li tmur kontra l-aspettattivi tas-soċjetà ċivili fir-rigward tas-sikurezza u l-ħtieġa, imsemmi fil-qasam tan-negozju, b’mod partikulari l-SMEs, għal ċertezza legali u stabbiltà”; u fl-opinjoni tiegħu dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku (ĠU C 93, 27.4.2007, p. 25, rapporteur. is-Sur Cassidy) (mhux disponibbli bil-Malti), il-KESE fakkar li “jekk jinħolqu inqas regolamenti mhux bilfors ser jinħoloq qafas regolatorju aħjar” (punt 1.1.7).

(12)  “Less (legislation) is more”, http://bre.berr.gov.uk/regulation/news/2005/050720_bill.asp

(13)  Il-Kumitat ġieli għamel ukoll kontributi lill-Presidenzi tal-Kunsill tal-UE permezz ta’ opinjonijiet (ĠU C 175, 27.7.2007).

(14)  http://eesc.europa.eu/self-and-coregulation/index.asp

(15)  Ara http://www.proactivelaw.org.

(16)  Definizzjonijiet fid-dizzjunarju tal-kelma “proattiv” jenfasizzaw żewġ elementi ewlenin: element antiċpattiv, li jinvolvi li wieħed jaġixxi minn qabel dwar sitwazzjoni futura, bħal “acting in anticipation of future problems, needs, or changes (li wieħed jaġixxi billi jantiċipa problemi, ħtiġjiet u bidliet future)” (Merriam-Webster Online Dictionary), u element fejn wieħed jieħu l-kontroll u jkun il-kawża tal-bidla, pereżempju “controlling a situation by causing something to happen rather than waiting to respond to it after it happens (meta wieħed jikkontrolla sitwazzjoni billi jġiegħel xi ħaġa tiġri minflok ma jistenna li jirreaġixxi għaliha wara)” (proactive. Dictionary.com. WordNet® 3.0. Princeton University). — Riċerka riċenti dwar l-imġiba proattiva tistrieħ fuq definizzjonijiet simili. Parker et al. (2006) jiddefinizzi “imġiba proattiva” bħala azzjoni antiċipattiva mibdija mill-aġent stess li għandha l-għan li tibdel jew ittejjeb is-sitwazzjoni jew lilu nnifsu. Ara l-Programm ta’ Riċerka Proattiva f’Organizzazzjonijiet, http://proactivity.group.shef.ac.uk/.

(17)  L-ewwel ktieb dwar “Proactive Contracting” ġie ppubblikat bil-Finlandiż fl-2002: Soile Pohjonen (Ed.): Ennakoiva sopiminen. Helsinki 2002.

(18)  Louis M. Brown kien l-ewwel li introduċa dan l-approċċ b’dan l-isem fit-teżi tiegħu intitolata Manual of Preventive Law, Prentice-Hall, Inc., New York 1950.

(19)  Ara civil.justice.2000 — A Vision of the Civil Justice System in the Information Age 2000. http://www.dca.gov.uk/consult/meta/cj2000fr.htm#section1.

(20)  Fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-semplifikazzjoni tar-regoli fis-Suq Uniku (ĠU C 14, 16.1.2001, p. 1) (mhux disponibbli bil-Malti) ir-rapporteur is-Sur Vever kien diġà ġibed l-attenzjoni tagħna “għall-fatt li kważi r-regoli kollha tal-UE joriġinaw esklussivament miċ-ċirklu magħluq tal-istituzzjonijiet tal-UE li għandhom poteri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kodeċiżjoni” u li “dan in-nuqqas li tiġi stabbilita kultura xierqa ta’ sħubija mal-atturi soċjoekonomiċi, flimkien mal-adozzjoni ta’ approċċ politiku u amministrattiv essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, ifisser li huwa diffiċli għal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jaqdu rwol responsabbli fl-isforz favur is-semplifikazzjoni” (punt 3.5).

(21)  Ir-rabtiet bejn l-UE u l-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali ġew enfasizzati fl-opinjoni tal-KESE ĠU C 325, 30.12.2006, p. 3 rapportuer is-Sur van Iersel. (mhux disponibbli bil-Malti)

(22)  Opinjoni tal-KESE ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7, rapporteur is-Sur Cappellini u l-opinjoni tal-KESE, rapporteur is-Sur Malosse (għadha qed titfassal).

(23)  Ara l-Anness I tal-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq.

(24)  Opinjoni tal-KESE CESE ĠU C 175, 27.7.2007, p. 14, rapportuer is-Sinjura Alleweldt.

(25)  Opinjoni tal-KESE CESE ĠU C 108, 30.4.2004, p. 81, rapportuer. is-Sur Mr Hernández Bataller. (mhux disponibbli bil-Malti)

(26)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(27)  Opinjoni tal-KESE CESE ĠU C 234, 30.9.2003, p. 1, rapportuer. is-Sur Pegado Liz (mhux disponibbli bil-Malti).

(28)  Mill-inqas it-8 direttivi magħżula mit-22 magħrufa bħala “l-acquis ewlieni dwar il-ħarsien tal-konsumatur” dwar “kuntratti negozjati barra mis-sede tan-negozju (Direttiva 85/577/KEE tal-20/12/85),” safar komprensiv, btajjel komprensivi u vjaġġar komprensiv “(Direttiva 90/314/KEE tat-13/6/1990),” klawżoli inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi “(Direttiva 93/13 tal-5/4/1993),” time-share “(Direttiva 94/47/KE tas-26/10/1994),” kuntratti b“distanza” (Direttiva 97/7/KE tal-20/5/1997, “indikazzjoni tal-prezzijiet” (Direttiva 98/6/KE tas-16/2/1998), “inġunzjonijiet” (Direttiva 98/27/KE tad-19/05/1998) u “bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom” (Direttiva 1999/44/KE tal-25/5/1999) (l-ebda minn dawn huwa disponibbli bil-Malti).

(29)  Opinjoni tal-KESE CESE ĠU C 256, 27.10.2007, p. 27, rapportuer is-Sur Adams.

(30)  Cf. “EC Consumer Law Compendium — Comparative Analysis”, Bielefeld University, (12/12/2006), Profs Hans Schulte-Nolke, Christian Twig-Felsener u Dr. Martin Ebers.

(31)  Opinjoni tal-KESE CESE ĠU C 44, 16.2.2008, p. 91, rapportuer is-Sur Pariza Castaños.

(32)  Ara “Rapport ta’ Progress 2006 dwar Suq Wieħed tas-Servizzi Finanzjarji” tal-21/2/2007) u l-opinjonijiet tal-KESE ĠU C 151, 17.6.2008, p. 1dwar “Il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni”, rapporteurs is-Sur Iozia u s-Sinjura Mader Saussaye; ĠU C 44, 16.2.2008, p. 74dwar “Il-kreditu u l-esklużjoni soċjali f’soċjetà għanja”, rapporteur is-Sur Pegado Liz; ĠU C 65, 17.3.2006, p. 113 dwar “Il-Green Paper dwar il-Kreditu Ipotekarju fl-UE”, rapporteur is-Sur Burani (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 27, 3.2.2009, p. 18 dwar “Il-White Paper dwar l-integrazzjoni tas-swieq ta’ kreditu b’ipoteka fl-UE”, rapporteur is-Sur Grasso.

(33)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa li tikseb ir-riżultati — l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja” (COM(2007) 502 finali), l-opinjoni tal-KESE relatata ĠU C 204, 9.8.2008, p. 9, rapporteur is-Sur Retureau u l-artiklu impressjonanti ħafna dwar “It-Traspożizzjoni attiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE” ta’ Dr. Michael Kaeding (EIPASCOPE 2007/03, pġ. 27).

(34)  Fl-opinjoni tiegħu dwar is-Semplifikazzjoni tas-il-KESE kien diġà ddikjara li “il-proċess formali ta’ konsultazzjoni m’għandux ikun limitat għal interlokuturi li tagħżel il-Kummssjoni. Hemm bżonn li l-partijiet interessati kollha jipparteċipaw fil-proċess (…) Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jitwessa’ billi jiġu mistiedna sottomissjonijiet minn partijiet interessati sabiex il-konsultazzjoni effettivament tkun l-għażla ta’ dak li qed jikkonsulta” (ĠU C 133, 6.6.2003, p. 5, punti 4.1 and 4.1.1.1., rapporteur is-Sur Simpson) (mhux disponibbli bil-Malti).

(35)  Ara, b’mod partikluari, l-opinjonijiet tal-KESE dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39) u dwar “Standards ta’ kwalità li għandhom jiġu rispettati, min-naħa tal-imsieħba soċjali u ta’ atturi oħra tas-soċjetà ċivili, fir-rigward tal-kontenut, tal-proċeduri u tal-metodi tal-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali” (ĠU C 175, 27.7.2007, p. 21), it-tnejn li huma mir-rapporteur is-Sur Retureau.

(36)  Kif kien diġà ġie enfasizzat fl-opinjoni tal-KESE dwar Implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE (ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52 rapporteur is-Sur van Iersel) (mhux disponibbli bil-Malti) “sabiex liġi tkun infurzabbli trid tkun ċara biżżejjed u effettiva sabiex tindirizza b’mod xieraq problemi speċifiċi. Liġijiet ħżiena jwasslu għal proliferazzjoni ta’ liġijiet u ammonti eċċessivi ta’ regoli li jimponu piż ta’ konformità li mhuwiex neċessarju fuq in-negozji u joħloq konfużjoni fiċ-ċittadini” (punt 1.6).

(37)  L-ewwel approċċ għal dan il-metodu ġie definit fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “L-aġġornament u s-semplifikazzjoni tal-acquis Komunitarju” (COM(2003) 71 finali) (mhux disponibbli bil-Malti), suġġett tal-opinjoni tal-KESE CESEĠU C 112, 30.4.2004, p. 4, rapporteur is-Sur Retureau (mhux disponibbli bil-Malti).

(38)  opinjoni dwar “Il-Prijoritajiet tas-Suq Uniku 2005-2010”ĠU C 255, 14.10.2005, p. 22, rapporteur is-Sur Cassidy (mhux disponibbli bil-Malti).


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/34


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Nilqgħu l-isfidi tal-ġestjoni tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) fl-UE

(2009/C 175/06)

Nhar is-17 ta’ Jannar 2008 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja, dwar

il-Ġestjoni tal-WEEE

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Ottubru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura SYLVIA GAUCI.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’119-il vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Id-Direttiva tal-WEEE (WEEE — Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) għandha l-potenzjal li tissemplifika sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-forzi tas-suq.

1.2   Hi u tirrevedi d-Direttiva, l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, għandha tiżgura li d-Direttiva toħloq sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ugwali fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dan għandu jibbenefika l-ambjent, l-operaturi tan-negozji kif ukoll iċ-ċittadini Ewropej.

1.3   Minħabba li materjali huma ta’ valur ogħla issa milli kienu 5-10 snin ilu, ħafna oġġetti tal-WEEE ma jiġux inklużi fir-rotot stabbiliti ta’ġbir. Minħabba f'hekk xi oġġetti ma jiġux trattati b’mod xieraq. Biċċiet perikolużi u tal-ebda valur minn friġġijiet mormija, pereżempju “capacitors”, jitneħħew mingħajr ma jiġu trattati. Illum, il-produtturi jitqiesu responsabbli għall-ġestjoni tal-WEEE li fuqha għandhom ftit, jew l-ebda, kontroll. L-atturi kollha fil-katina, li tinkludi dawk li jinnegozjaw fl-iskart u l-kummerċjanti, għandhom jerfgħu l-istess responsabbiltajiet.

1.4   L-iskejjel jaqdu rwol ewlieni fl-edukazzjoni taċ-ċittadini żgħażagħ fejn jidħol il-kontribut tagħhom fil-ġlieda kontra l-iskart. Għaldaqstant, iċ-ċittadini żgħażagħ għandhom jiġu avżati rigward il-perikli marbutin mal-iskart ta’ tagħmir elettroniku li m’għadux tajjeb għall-użu, sabiex jiġu promossi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ. L-edukazzjoni hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu u fil-fatt jaqdu rwol ewlieni wkoll.

1.5   Ir-reviżjoni tad-Direttiva għandha tippermetti interazzjoni aħjar bejn, fuq naħa d-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u min-naħa l-oħra r-regoli li jaffettwaw it-tħaddim bla xkiel tas-Suq Intern. B’mod partikulari, id-definizzjoni tal-produttur m’għandhiex twassal għal iktar ostakoli għas-Suq Intern. Barra minn hekk, dan ikun iktar konformi mal-każistika reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tesiġi li l-ħarsien ambjentali ma jimxix kontra l-prinċipji tas-Suq Intern.

1.6   Fil-preżent, sistemi kollettivi msejsa fuq is-sehem fis-suq urew li kienu ta’ suċċess fil-ġestjoni xierqa tal-WEEE. Direttiva riveduta m’għandhiex toħloq ostakoli għall-prattika tal-qsim tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE fuq il-bażi tal-ishma attwali fis-suq. It-triq ’il quddiem għall-Anness II hija li partijiet interessati jiġu permessi jkomplu jiżviluppaw standards dwar it-trattament.

1.7   Fl-aħħar nett, l-ittrattar tal-fluss ta’ skart elettriku u elettroniku fl-UE b’mod kosteffettiv għandu jgħin biex jinqered it-trasport ta’ dan it-tip ta’ skart f’pajjiżi terzi, fejn l-istandards ambjentali huma iktar baxxi u r-riskji għall-ħaddiema li jkollhom kuntatt ma’ dan l-iskart huma ikbar. B’hekk, id-Direttiva għandha tissodisfa l-għan tagħha li tħares l-ambjent u tnaqqas l-impatt tal-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem. L-implimentazzjoni ta’ standards ta’ trattament f’pajjiż terzi għandha tiġi promossa.

2.   Daħla

2.1   Id-Direttiva 2002/96/KE (1) dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku hija maħsuba biex tindirizza l-fluss li qed jiżdied malajr ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) u tikkumplimenta l-miżuri tal-Unjoni Ewropea dwar l-irdim u l-inċinerazzjoni tal-iskart.

2.2   Fuq il-bażi ta’ ħafna sorsi u tekniki differenti ta’ stima, huwa stmat li l-ammont ta’ EEE ġodda li jiddaħħlu fis-suq tal-UE27 huwa 10.3 miljun tunnellata fis-sena. Numru ta’ ipoteżijiet ta’ tbassir qed ibassru li sal-2020, it-total ta’ WEEE ser jikber bejn 2.5 % u 2.7 % fis-sena, u jilħaq it-12.3 miljun tunnellata. Il-kwantità totali li nġabret fl-2006 kienet ta’ 2 miljun tunnellata.

2.3   Għaldaqstant huwa importanti f’dan l-istadju li jiġi evalwat jekk id-Direttiva pproduċietx ir-riżultati mistennija f’termini ta’ ħarsien ambjentali. Huwa rilevanti wkoll li nsiru nafu liema titjib huwa possibbli u liema huma l-mezzi l-iktar xierqa biex dan it-titjib jitwettaq.

2.4   B’mod partikulari, id-Direttiva tal-WEEE stabbilixxiet numru ta’ xejriet ta’ ġestjoni tal-iskart sabiex jintlaħaq livell ogħla ta’ riċiklaġġ ta’ t-tagħmir elettriku u elettroniku, u bil-għan li tiġi limitata l-kwantità totali tal-iskart li huwa destinat għal rimi finali.

2.5   Produtturi huma mħeġġa biex joħolqu tagħmir elettriku u elettroniku ambjenttalment aktar effiċjenti, waqt li jqisu bis-sħiħ l-aspetti tal-ġestjoni tal-iskart. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva tal-WEEE tinvolvi l-kunċett ta’ responsabbiltà estiżi tal-produttur. Sabiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, il-produtturi ta’ EEE ser ikollhom jikkonsidraw iċ-ċirklu tal-ħajja kollu kemm hu tal-prodotti elettriċi u elettroniċi, inkluża d-durabilità tal-prodott, l-aġġornar tal-prodott, kemm jista’ jissewwa meta jkun bil-ħsara, iż-żarmar tal-prodott u l-użu ta’ materjali li jistgħu jiġu riċiklati faċilment. Huma responsabbli wkoll biex jieħdu lura u jirriċiklaw tagħmir elettriku u elettroniku, sakemm dawn jaqgħu taħt waħda minn għaxar kategoriji wiesgħa ta’ prodotti (2). Fl-aħħar nett jeħtieġu jipprovdu data bħala evidenza ta’ konformità.

2.6   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tidħol fis-seħħ malli operatur tas-suq jidentifika ruħu permezz tar-reġistri nazzjonali tal-produtturi, li jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru. It-terminu “produttur” ikopri tipi diversi ta’ attivitajiet u jinkludi l-produtturi ta’ prodotti tal-marka tagħhom stess, jew importaturi, jew dawk li jerġgħu jbiegħu (resellers). L-ambitu tat-terminu “produttur” huwa wiesa’ ħafna, u jinvolvi l-ikbar ammont possibbli ta’ attivitajiet tan-negozju, u b’hekk titfassal skema ta’ ġestjoni tal-WEEE li hija kosteffettiva. Madankollu l-problema hija li l-kopertura wiesgħa twassal għal sitwazzjoni fejn prodott wieħed jista’ jkollu ħafna produtturi responsabbli għall-ġestjoni, u din mhijiex aċċettabbli legalment.

2.7   Id-Direttiva tal-WEEE għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-ġbir separat permezz tat-twaqqif ta’ miri kwantitattivi. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006, il-pajjiżi tal-UE kellhom jilħqu livell fejn isir ġbir separat ta’ mill-inqas medja ta’ 4 kg ta’ WEEE fis-sena għal kull abitant minn djar privati. Għandha tiġi stipulata mira obbligatorja ġdida f’Diċembru 2008.

2.8   Id-Direttiva tal-WEEE tippromovi wkoll l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ permezz tat-twaqqif ta’ miri għall-irkupru, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

2.9   L-aħħar pilastru li fuqu tistrieħ id-Direttiva tal-WEEE huwa r-rwol tal-utent aħħari, fi kliem ieħor, il-konsumatur. Il-konsumaturi jistgħu jirritornaw it-tagħmir tagħhom mingħajr ħlas. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ skart EEE perikoluż, ġew stipulati projbizzjonijiet ta’ xi sustanzi u restrizzjonijiet fuq il-bażi tad-Direttiva 2002/95/KE (RoHS) (3).

3.   Kummenti ġenerali — Problemi identifikati

3.1   Mill-azzjonijiet deskritti hawn fuq, l-Istati Membri kienu mistennija jfasslu l-pjanijiet ġestjonali nazzjonali tagħhom rigward il-WEEE sabiex ikunu konformi mad-Direttiva. L-ewwel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni nazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-WEEE twassal għal dawn il-konklużjonijiet li ġejjin:

l-ambitu kopert mid-Direttiva wassal għal interpretazzjonijiet differenti madwar l-UE, fejn l-istess prodott mhux neċessarjament jinsab fl-ambitu fl-Istati Membri kollha, u għaldaqstant dan jaffettwa lill-produtturi fir-rigward il-livelli differenti ta’ konformità madwar l-Ewropa;

il-miri ta’ ġbir jintlaħqu faċilment minn ħafna mill-pajjiżi fl-UE-15, iżda jibqgħu diffiċli għal ħafna mill-Istati Membri l-ġodda;

hemm prestazzjoni fqira fil-ġbir ta’ kategoriji ta’ prodotti barra minn dawk fil-Kategorija 1 (4);

it-tendenza hi li oġġetti żgħar ma jiġux ritornati fil-punti ta’ ġbir u għalhekk jaqgħu barra mill-kanali stabbiliti tal-WEEE;

id-disponibilità ta’ punti ta’ ġbir ta’ WEEE f’numru sostanzjali ta’ Stati Membri mhijiex żviluppata daqs kemm tista’ tkun;

hemm nuqqas ta’ rappurtaġġ (5) dwar il-kwalità tat-trattament tal-WEEE;

iż-żewġ attivitajiet l-iktar kruċjali li jirrappreżentaw il-piż amminsitrattiv huma r-reġistrazzjoni f’reġistri nazzjonali tal-produtturi, u r-rappurtaġġ;

it-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-WEEE saret biss wara t-13 ta’ Awwissu 2004 — u għal xi pajjiżi sal-lum għadha ma tlestietx. Għaldaqstant għadu kmieni wisq għal monitoraġġ soċjali u evalwazzjoni komprensivi.

4.   Kummenti speċifiċi — It-triq ’il quddiem

4.1   Ir-reviżjoni tad-Direttiva għandha timmira lejn il-massimizzazzjoni tar-riżultati ambjentali (iktar ġbir) u ż-żieda fl-effiċjenza fir-rigward tal-ispiża tat-trattament tal-WEEE (trattament aħjar).

4.2   Sabiex jingħelbu l-isfidi tal-ġestjoni tal-WEEE fl-UE jenħtieġ ukoll li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji, sabiex jibqgħu ekonomikament kompetittivi u jkunu jistgħu jinvestu riżorsi fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tagħhom, ikun xi jkun: id-disinn tal-prodott, l-iskemi ta’ ġbir, is-sistemi ta’ ritorn jew l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

4.3   Amministrazzjonijiet nazzjonali u inizjattivi privati jistgħu jiffinanzjaw programmi edukattivi fl-iskejjel, sabiex minn stadju bikri t-tfal isiru konxji ta’ prattiki tajba rigward ir-rimi u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Dawn il-programmi jistgħu jiġu implimentati fil-livell lokali, u għaldaqstant il-kontenut tagħhom għandu jitfassal skont il-kundizzjonijiet u t-tendenzi ta’ konsum lokali.

4.4   L-iktar titjib ambjentali pożittiv u l-aqwa effiċjenza f’termini ta’ spiża jistgħu jintlaħqu billi:

jitranġa l-ambitu tal-orjentament lejn il-prodott (6) sabiex isir ambitu orjentat lejn il-kategorija tat-trattament;

jiġi differenzjat l-istabbiliment tal-miri għall-ammonti li jinġabru, il-persentaġġi ta’ riċiklaġġ u r-rekwiżiti ta’ trattamenti;

tintlaħaq sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ugwali għall-partijiet interessati kollha madwar l-UE; b’mod partikulari:

Id-definizzjoni tal-produttur għandha tkopri l-istess operaturi madwar l-Istati Membri kollha tal-UE. Għal dan il-għan, operatur li jqiegħed prodott fis-suq Komunitarju għandu jitqies bħala produttur fis-swieq nazzjonali kollha tal-UE;

Reġistri nazzjonali tal-produtturi għandhom joperaw b’mod iktar armonizzat: Huwa minnu li r-rekwiżiti amministrattivi differenti tal-iskemi varji ta’ reġistrazzjoni u finanzjament nazzjonali qed iwasslu għal żieda fl-ispejjeż għal produtturi li joperaw b’mod transkonfinali fis-suq intern. Reġistri tal-produtturi jiġbru l-informazzjoni b’mod differenti minn produtturi u l-prinċipji operattivi tagħhom. Fost oħrajn, id-definizzjonijiet ta’ tipi ta’ tagħmir, il-kriterji ta’ piż, il-bażi għaċ-ċifri li jiġu rappurtati u l-konsiderazzjoni ta’ bejgħ lil Stati Membri oħra jvarjaw skont ir-reġistru. L-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu joħorġu rakkomandazzjonijiet u gwida sabiex dan l-objettiv jintlaħaq permezz ta’ konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati;

Jista’ jinħoloq Netwerk Ewropew ta’ reġistri nazzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni. Produtturi jistgħu jirreġistraw fi Stati Membru wieħed, b’mod li l-attivatijiet ta’ min jirreġistra jiġu riflessi fl-UE kollha. Dan jista’ jissemplifika l-piż amministrattiv għal dawk li jirreġistraw u fl-istess waqt iwassal għal infurzar iktar effiċjenti tad-Direttiva. Iktar armonizzazzjoni u inqas burokrazija għandhom jagħmluha itkar faċli biex isir titjib u jintlaħqu l-miri ambjentali;

Għandhom jkun hemm armonizzazzjoni akbar tar-rekwiżiti ta’ tikkettar għall-kummerċjalizzazzjoni tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Jekk dan ma jsirx, il-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq intern se jibqa’ jiġi mxekkel.

jikkjarifika u b’konsegwenza ta’ dan jsaħħaħ b’mod omoġenju l-approċċ armonizzat madwar l-Istati Membri tal-UE;

jirrifletti dwar kif il-gvernijiet nazzjonali jistgħu jinkoraġġixxu r-riċerka għal titjib ambjentali fil-ġestjoni tal-WEEE;

fl-aħħar nett, ir-rwol tal-konsumatur fil-gwida tal-politika tal-WEEE għandu jiġi analizzat iktar. Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-konsumatur li jkollu jirritorna l-iskart elettroniku tiegħu u li jkollu jħallas, ikun x’ikun il-mod ta’ finanzjament stabbilit.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar il-WEEE, ĠU C 116, 20.4.2001, p. 38-43

(2)  Dawn huma l-għaxar kategoriji ta’ EEE koperti mid-Direttiva.

Kategorija 1 — Apparat Domestiku Kbir

Kategorija 2 — Apparat Domestiku Żgħir

Kategorija 3 — Tagħmir tal-IT u tat-Telekomunikazzjoni

Kategorija 4 — Tagħmir għall-Konsumatur

Kategorija 5 — Tagħmir tad-Dwal

Kategorija 6 — Għodod Elettriċi u Elettroniċi

Kategorija 7 — Ġugarelli, Tagħmir tad-Divertiment u tal-Isports

Kategorija 8 — Apparat Mediku

Kategorija 9 — Tagħmir ta’ Monitoraġġ u ta’ Kontroll

Kategorija 10 — Distributuri awtomatiċi

(3)  Id-Direttiva RoHS teżiġi s-sostituzzjoni ta’ bosta metalli tqal (iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, u l-kromju essavelenti) u brominated flame retardants (polybrominated biphenyls (PBB) jew polybrominated diphenyl ethers (PBDE)) f’tagħmir elettriku u elettroniku ġdid li tqiegħed fis-suq mill-1 ta’ Lulju 2006.

(4)  Ara n-nota Nru 2.

(5)  B’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva WEEE dwar “Informazzjoni u rappurtaġġ” produtturi għandhom jiġbru informazzjoni, inklużi stimi sostanzjati, kull sena, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li jitqiegħed fis-suq, li jinġabar mir-rotot kollha, użat mill-ġdid, reċiklat u rkuprat fl-Istati Membri, u dwar l-iskart miġbur li jiġi esportati, f’termini ta’ piż, jew jekk dan ma jkunx possibbli, f’termini ta’ ċifri.

(6)  Ara l-kategoriji tal-prodotti kif deskritti fin-nota Nru 2


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/37


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni konġunta fil-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex tissaħħaħ is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda

(2009/C 175/07)

Nhar is-17 ta’ Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Il-ħtieġa ta’ azzjoni konġunta fil-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex tissaħħaħ is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Ottubru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Kamieniecki.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’107 voti favur, 6 voti kontra u 11-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Għal żmien twil il-politika rurali ffokat biss fuq il-kwistjonijiet marbuta direttament mal-produzzjoni agrikola. Kien biss lejn tmiem is-snin 80 li bdiet tinxtered l-idea li ż-żoni rurali huma differenti wisq minn xulxin biex ikunu jistgħu jużaw strumenti politiċi uniformi li jkunu tfasslu fil-livell Ewropew jew nazzjonali, u l-idea li l-għanijiet tal-iżvilupp, l-opportunitajiet indaqs u oħrajn ma jistgħux jintlaħqu b’mod effettiv mingħajr l-impenn u l-involviment tal-popolazzjoni rurali stess.

1.2   Id-dibattitu li għaddej bħalissa dwar il-kwistjoni tal-Politika Agrikola Komuni u l-azzjoni favur iż-żoni rurali huwa kruċjali għall-ġejjieni taż-żoni rurali Ewropej. Huwa importanti li minbarra l-esperti u l-politiċi, anke ż-żoni rurali stess jesprimu l-fehma tagħhom f’din id-diskussjoni.

1.3   L-inizjattiva LEADER hija eżempju tajjeb f’dan il-kuntest, u għalhekk l-Istati Membri l-ġodda jqisuha bħala opportunità biex tiġi żviluppata l-attività fiż-żoni rurali u biex ir-riżorsi allokati għall-iżvilupp jiġu sfruttati aħjar. Huwa importanti li tingħata l-għajnuna finanzjarja, kemm mill-UE kif ukoll mil-livell nazzjonali, għal azzjonijiet differenti maħsuba biex isaħħu s-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali.

1.4   F’kull pajjiż Ewropew is-soċjetà ċivili fiż-żona rurali tiġi influwenzata mill-bidliet ekonomiċi (żieda fil-kompetizzjoni tas-swieq), dawk soċjali (tnaqqis fil-popolazzjoni taż-żoni rurali) jew dawk ekoloġiċi (bidla fil-klima). Fl-aħħar għexieren ta’ snin dawn il-bidliet kienu intensi ħafna. Dawn il-proċessi attwali qed jaħbtu ma’ fatturi storiċi kbar li jinfluwenzaw l-iżvilupp ekonomiku. Fl-Istati Membri l-ġodda l-bidliet li jolqtu liż-żoni rurali huma partikolarment drastiċi.

1.5   L-adattament tal-istrumenti ta’ żvilupp għall-ħtiġijiet u l-possibbiltajiet konkreti taż-żoni rurali huwa metodu tajjeb biex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fl-irħula. Din l-azzjoni titlob li jintuża iktar l-approċċ minn isfel għal fuq (bottom-up). It-tagħlim jista’ jaqdi rwol essenzjali wkoll f’dan il-kuntest.

1.6   L-ewwel organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant bdew jitwaqqfu sa minn tmiem is-snin 80. Meta mqabbla ma’ dawk li jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE-15, l-NGOs fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant dejjem iħabbtu wiċċhom ma’ iktar ostakli minħabba d-differenzi fil-livell ta’ żvilupp ekonomiku, l-aċċess iktar limitat għat-teknoloġiji l-ġodda u d-diversi sorsi ta’ finanzjament, speċjalment dawk privati, kif ukoll minħabba l-qafas legali u l-attitudni tal-awtoritajiet pubbliċi.

1.7   Irridu noqogħdu iktar attenti milli qgħadna s’issa li lill-organizzazzjonijiet rurali nagħtuhom aċċess għar-riżorsi finanzjarji. Dan il-finanzjament għandu jkun stabbli u flessibbli, u għandu jkun jista’ jintuża biex ikopri l-ispejjeż li jagħmlu għat-tħaddim tagħhom stess (sussidji istituzzjonali).

1.8   Jinħtieġu mekkaniżmi istituzzjonali speċjali biex jiżguraw it-tisħiħ tal-potenzjal li jkollhom l-organizzazzjonijiet rurali, anke f’dawk il-pajjiżi li qed jippreparaw biex jidħlu fl-UE. Barra minn hekk jinħtieġu tipi differenti ta’ strumenti li bis-saħħa tagħhom il-komunitajiet tal-irħula jiksbu aċċess għall-informazzjoni b’mod iktar faċli.

1.9   Billi n-nies li joqogħdu fl-irħula ġeneralment ikunu ta’ inqas skola u ftit li xejn ikollhom aċċess għall-informazzjoni, huma jħabbtu wiċċhom ma’ problemi kbar biex isibu lilhom innifishom f’realtà li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

1.10   Fl-UE kollha l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali jiġi mxekkel:

mill-ostakli b’rabta mal-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni,

min-nuqqas ta’ ħiliet intraprenditorjali,

mill-problemi demografiċi u l-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (1),

minn infrastruttura soċjali ta’ kwalità inferjuri minn dik li tinsab fil-bliet.

1.11   Fil-livell tal-politika nazzjonali tinħtieġ iktar koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu għaż-żoni rurali fil-kuntest tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-għajnuna soċjali u l-politika agrikola fil-veru sens tal-kelma. Jinħtieġu wkoll azzjonijiet li jħeġġu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-bliet u l-irħula.

1.12   L-istrumenti li bis-saħħa tagħhom in-nies li joqogħdu fiż-żoni rurali jkunu jistgħu jsibu sors ta’ dħul ekonomiku li ma jkunx marbut mal-qasam agrikolu għadhom rari wisq. F’dan il-kuntest ir-rwol tal-Istat huwa li joħloq djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetà.

1.13   L-awtoritajiet lokali għandhom rwol essenzjali x’jaqdu. Iridu jixprunaw l-iżvilupp fis-soċjetajiet rurali u jħeġġuhom jieħdu azzjonijiet konġunti.

1.14   Fl-Istati Membri l-ġodda l-problema tan-nuqqas ta’ fiduċja bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali hija partikolarment kritika. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jħossu li l-muniċipalitajiet ixekklu l-inizjattivi Komunitarji, filwaqt li l-kunsilliera lokali jibżgħu mill-kompetizzjoni tal-mexxejja tal-komunitajiet lokali.

1.15   Għandha titqies ukoll l-introduzzjoni fuq skala ikbar ta’ mekkaniżmu li jiċċekkja kif is-soluzzjonijiet legali jew politiċi, li ma jkunux relatati direttament maż-żoni rurali, iżda jkollhom x’jaqsmu pereżempju mal-edukazzjoni jew l-akkwisti pubbliċi, jolqtu s-sitwazzjoni taż-żoni rurali.

2.   L-isfond

2.1   L-iżviluppi li qed iseħħu bħalissa fiż-żoni rurali tal-UE jġegħluna nirriflettu dwar it-triq li ser jaqbad l-iżvilupp tal-komunitajiet li jgħixu fl-irħula, dwar il-ħila tagħhom li jagħżlu l-ġejjieni tagħhom stess, u dwar kif l-azzjoni politika, il-liġi u l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jappoġġjaw ir-relazzjonijiet li jinħolqu bejn in-nies u l-ħtiġijiet ta’ kooperazzjoni li qed jinbtu.

2.2   Billi s-soċjetà ċivili għandha bosta funzjonijiet, nistgħu nsostnu li hija tiffaċilita l-ħajja u timla l-vojt ta’ bejn l-individwi u l-familji u l-istat.

2.3   L-integrazzjoni Ewropea tinfluwenza d-dinamika tal-bidla fiż-żoni rurali, u wieħed mill-kompiti ewlenin tal-KESE huwa li jissorvelja dan il-proċess bil-għan li jqiegħed is-sisien tas-soċjetà ċivili.

2.4   F’kull pajjiż Ewropew is-soċjetà ċivili fiż-żona rurali tiġi influwenzata mill-bidliet ekonomiċi (żieda fill-kompetizzjoni tas-swieq), dawk soċjali (tnaqqis fil-popolazzjoni taż-żoni rurali) jew dawk ekoloġiċi (bidla fil-klima). Fl-aħħar għexieren ta’ snin dawn il-bidliet kienu intensi ħafna. Dawn il-proċessi attwali qed jaħbtu ma’ fatturi storiċi kbar li jinfluwenzaw l-iżvilupp ekonomiku.

2.5   Fl-Istati Membri l-ġodda l-bidliet li jolqtu liż-żoni rurali huma partikolarment drastiċi. Huma jolqtu l-oqsma tal-ħajja kollha f’daqqa — mhux biss l-isfera ekonomika (li tinkludi, pereżempju, is-settur bankarju), iżda wkoll dik soċjali (ir-riforma tal-kura tas-saħħa, is-sistema tal-protezzjoni soċjali), u dik legali (tibdil fir-rwol tal-awtoritajiet lokali, il-liġi dwar l-NGOs, ir-regolamenti fiskali u finanzjarji, eċċ.).

2.6   Dawk li qabel kienu ħaddiema f’irziezet kbar ta’ produzzjoni, fejn seħħet distorsjoni tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-komunità rurali, jirrappreżentaw il-wirt taż-żminijiet bikrija.

2.7   Billi n-nies li joqogħdu fl-irħula ġeneralment ikunu ta’ inqas skola u ftit li xejn ikollhom aċċess għall-informazzjoni, huma jħabbtu wiċċhom ma’ problemi kbar biex isibu lilhom innifishom f’realtà li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

2.8   Fl-UE-15 dawn il-bidliet diġà twettqu, u ħadu iktar żmien. Madankollu, lanqas dawn il-pajjiżi ma rnexxielhom jevitaw l-effetti negattivi li ħolqot il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni agrikola.

2.9   Barra minn dan, l-UE-15 hija bil-wisq iktar konxja tal-valur li għandhom iż-żoni rurali mill-Istati Membri l-ġodda. F’dawn tal-aħħar l-opinjoni pubblika u l-mezzi tax-xandir spiss jixħtu l-attenzjoni tagħhom fuq il-problemi marbuta mal-agrikoltura.

L-ewwel NGOs uffiċjali li appoġġjaw l-iżvilupp rurali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant twaqqfu fi tmiem is-snin 80. Meta mqabbla ma’ dawk li jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE-15, l-NGOs fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant dejjem iħabbtu wiċċhom ma’ iktar ostakli minħabba d-differenzi fil-livell ta’ żvilupp ekonomiku, l-aċċess iktar limitat għat-teknoloġiji l-ġodda u d-diversi sorsi ta’ finanzjament, speċjalment dawk privati, kif ukoll minħabba l-qafas legali u l-attitudni tal-awtoritajiet pubbliċi, li ma tantx għandhom esperjenza u fiduċja fil-kooperazzjoni mas-settur soċjali.

2.10.1   L-istatistika uffiċjali dwar il-proporzjon ta’ NGOs mqabbla mal-popolazzjoni totali tindika li l-livell ta’ involviment huwa iktar baxx fiż-żoni rurali. Madankollu, jekk inqisu kemm il-gruppi informali, kemm in-netwerks tal-viċinat, kif ukoll il-livell ta’ involviment min-naħa tal-popolazzjoni rurali fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu maż-żoni fejn jgħixu jew l-għarfien dwar l-inizjattivi li ttieħdu mill-awtoritajiet lokali, jidher li tali kapital soċjali xi kultant huwa ogħla fiż-żoni rurali milli fil-bliet il-kbar.

2.11   Sa mill-bidu tas-seklu 21, l-organizzazzjonijiet rurali fl-UE bdew jiżviluppaw b’rata mgħaġġla. Barra minn hekk, huma bdew jikkooperaw bejniethom u bdew iwaqqfu strutturi fil-livell reġjonali u nazzjonali. F’ċerti pajjiżi dawn kienu bbażati fuq il-mudell li ntuża fl-Iskandinavja fejn kważi kull raħal iħaddan xi għaqdiet lokali attivi. F’pajjiżi oħra, l-NGOs rurali ħolqu ftehimiet nazzjonali jew “forums” bil-għan li jappoġġjaw il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-esperjenzi u sabiex jirrappreżentaw lill-komunitajiet rurali fil-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet. L-organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip fl-Istati Membri l-ġodda, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet Skandinavi, waqqfu l-programm PREPARE (Sħubiji għall-Ewropa Rurali) li jgħinhom jappoġġjaw lil xulxin u jtejbu l-mod ta’ kif jaħdmu.

3.   L-Unjoni Ewropea u s-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali

3.1   Għal żmien twil il-politika rurali kkonċentrat b’mod esklużiv fuq il-kwistjonijiet marbuta direttament mal-produzzjoni agrikola, li tqieset bħala waħda konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Min-naħa l-oħra, il-politika dwar l-investiment fl-infrastruttura fiż-żoni rurali, pereżempju, tħejjiet b’mod ġenerali fil-livell nazzjonali. Kien biss lejn tmiem is-snin 80 li bdiet tinxtered l-idea li ż-żoni rurali huma differenti wisq minn xulxin biex ikunu jistgħu jużaw strumenti politiċi uniformi li jkunu tfasslu fil-livell Ewropew jew nazzjonali, u l-idea li l-għanijiet tal-iżvilupp, l-opportunitajiet indaqs u oħrajn ma jistgħux jintlaħqu b’mod effettiv mingħajr l-impenn u l-involviment tal-popolazzjoni rurali stess.

3.2   Il-programmi tal-iżvilupp fiż-żoni rurali li tfasslu dan l-aħħar jinkludu strumenti u soluzzjonijiet li sa ċertu punt jaqdu l-ħtiġijiet tas-soċjetà ċivili f’dawn l-istess żoni. Wieħed minn dawn l-istrumenti huwa l-programm LEADER, li għandu rwol ewlieni għall-NGOs fil-Gruppi Lokali ta’ Azzjoni. Ta’ min jinnota li fil-perijodu ta’ programmazzjoni l-ġdid, il-proġett LEADER ser jiġi applikat f’40 % taż-żoni rurali fl-UE.

3.3   Għalkemm l-NGOs jistgħu jgawdu minn miżuri oħra li jinsabu fil-programmi ta’ żvilupp rurali, jeħtieġ jinstabu soluzzjonijiet għal kull pajjiż sabiex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi u jwaqqfu sħubijiet bejn il-pubbliku u s-soċjetà jew bejn il-pubbliku u l-privat li jkunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-NGOs. Inħaseb ukoll li jingħata appoġġ lill-NGOs permezz ta’ netwerks nazzjonali taż-żoni rurali.

3.4   Jista’ jagħti l-każ li l-approċċ propost fil-kuntest tal-inizjattiva LEADER jiġi adattat skont il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet ta’ kull Stat Membru. F’ħafna pajjiżi dan l-approċċ ġie applikat ħafna iżjed milli fil-kuntest tal-inizjattiva LEADER — ir-riżorsi nazzjonali u reġjonali ntużaw biex jappoġġjaw l-inizjattivi lokali b’mod effettiv (dan seħħ, pereżempju, fl-Irlanda, fi Spanja u fil-Ġermanja).

Bl-inizjattiva LEADER l-Istati Membri l-ġodda għandhom l-opportunità li jiżviluppaw l-attività fiż-żoni rurali u li jisfruttaw b’mod iktar effettiv ir-riżorsi allokati għall-iżvilupp. Huwa importanti li tingħata l-għajnuna finanzjarja, kemm mill-UE kif ukoll mil-livell nazzjonali, għall-azzjonijiet differenti maħsuba biex isaħħu s-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali.

3.5.1   L-appoġġ li jingħata lill-attività kollettiva bil-għan li jinqdew il-bżonnijiet lokali tal-komunitajiet rurali huwa ta’ ġid kbir fil-politika tal-UE. Il-ħolqien tas-soċjetà ċivili skont approċċ ibbażat fuq mudell li jibda minn isfel għal fuq (bottom-up) jiltaqa’ ma’ ħafna problemi, l-iktar minħabba l-ħtieġa li jingħelbu l-ostakli amministrattivi.

4.   Il-politiki nazzjonali u s-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali

4.1   Bħalissa għaddej dibattitu dwar il-Politika Agrikola Komuni u l-azzjonijiet li qed jittieħdu għaż-żoni rurali. Ir-riżultat ta’ dan id-dibattitu ser iħalli impatt mhux biss fuq il-bidliet li jista’ jkun hemm fil-fondi ppjanati għaż-żoni rurali fil-perijodu baġitarju attwali, iżda wkoll fuq il-linji gwida tal-politika futura matul il-perijodu 2013-2020 u lil hinn minnu. Huwa importanti immens li minbarra l-esperti u l-politiċi, anke ż-żoni rurali stess jesprimu l-fehma tagħhom f’din id-diskussjoni.

4.2   L-Istati Membri l-ġodda ftit li xejn għandhom esperjenza fil-kollaborazzjoni li għandha tiġi żviluppata bejn is-soċjetà ċivili u l-gvern, kif ukoll bejn il-ministeri u d-dipartimenti differenti fi ħdan l-istess gvern. Għaldaqstant, prattikament m’hemmx koordinazzjoni bejn id-deċiżjonijiet għaż-żoni rurali li jittieħdu fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-għajnuna soċjali, il-politika agrikola u l-politika rurali fil-veru sens tal-kelma.

4.3   Għall-Istati Membri l-ġodda, l-ippjanar tal-infiq tal-fondi Komunitarji fil-kuntest tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 huwa biss it-tieni “eżerċizzju” ta’ din ix-xorta. U din l-innovazzjoni, flimkien mal-ftit esperjenza tal-ħaddiema taċ-ċivil u l-bidliet frekwenti tal-gvern, twassal biex huma ma jisfruttawx għalkollox il-possibbiltajiet ta’ żvilupp fiż-żoni rurali li joffru l-politiki Komunitarji.

4.4   Wieħed ma jistax jinsa li waħda mill-kundizzjonijiet prinċipali biex tiġi żgurata l-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE wara t-tkabbir hija t-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-bliet u l-irħula. Fi żmien meta l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-fondi Komunitarji qed jinbidlu l-ħin kollu u fid-dawl tan-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-proċeduri differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta ma’ dawn il-fondi, il-ħolqien ta’ diviżjonijiet formali, li ta’ spiss ikunu artifiċjali, marbutin, pereżempju, mal-obbligu li jiġu rispettati l-“linji ta’ demarkazzjoni” bejn ir-riżorsi minn fondi Komunitarji differenti (pereżempju l-ERDF u l-EAFRD) jista’ jxekkel miżuri komplementari u jkabbar id-differenza bejn il-bliet u l-irħula.

4.5   Il-parti l-kbira tal-azzjonijiet għaż-żoni rurali huma marbuta mal-produzzjoni agrikola tradizzjonali jew għandhom x’jaqsmu mal-istrumenti tipikament “soċjali”, bħall-għajnuna għan-nies qiegħda jew l-appoġġ għall-irziezet bi produzzjoni baxxa. Għalkemm huma bla dubju ta’ xejn meħtieġa, l-iktar fil-pajjiżi fejn il-faqar jinsab l-iktar fl-irħula, bħal ngħidu aħna fir-Rumanija u l-Polonja, dawn l-azzjonijiet iħallu s-sitwazzjoni kif inhi u ma jipprovdux il-bażi għall-bidla. L-istrumenti li bis-saħħa tagħhom in-nies li joqogħdu fiż-żoni rurali jkunu jistgħu jsibu sors ta’ dħul ekonomiku li ma jkunx marbut mal-qasam agrikolu għadhom rari wisq. Huma l-korpi marbuta mal-agrikoltura li qed ikomplu jħeġġu l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali, u l-programmi li qed jipproponu ma jappoġġjawx biżżejjed il-professjonijiet mhux agrikoli.

4.6   L-Istrateġija ta’ Liżbona tista’ taqdi rwol importanti billi l-ispirtu tal-innovazzjoni u l-kompetittività, fis-sens wiesa’ tagħhom, jista’ jiġi applikat fiż-żoni rurali wkoll. B’xorti ħażina dawn il-kunċetti ta’ spiss jiġu assoċjati biss mat-teknoloġiji l-ġodda u maċ-ċentri l-oħra tar-riċerka fil-bliet il-kbar. B’hekk jitwarrbu għadd ta’ innovazzjonijiet soċjali jew innovazzjonijiet marbuta mal-patrimonju, il-valuri ekoloġiċi u t-tradizzjonijiet lokali.

4.7   Bosta Stati Membri, b’mod partikolari dawk li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea dan l-aħħar, jifhmu l-ispirtu tal-innovazzjoni u l-kompetittività f’sens dejjaq. Eżempju ta’ dan huma l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-appoġġ mill-UE lill-kumpaniji l-kbar. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu limiti ta’ barra minn hawn, li jitilgħu sa bosta miljuni ta’ euros, għall-kumpaniji li japplikaw għal dan l-appoġġ, u b’hekk jiġu esklużi kważi l-benefiċjarji potenzjali kollha li jkunu ġejjin miż-żoni rurali jew mill-bliet iż-żgħar.

4.8   L-attitudni konservattiva u opportunistika li għandhom il-politiċi nazzjonali lejn il-komunitajiet rurali ġejja min-nuqqas ta’ determinazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet meta jiġu biex joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom, min-nuqqas ta’ politika prospettiva għaż-żoni rurali, u mill-biża’ li s-soċjetà ċivili tikseb rwol li jista’ jnaqqas l-importanza tal-partiti politiċi. Fil-kuntest ta’ din il-politika li jadottaw l-awtoritajiet nazzjonali, bosta komunitajiet rurali qed jistennew li l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ il-bidla.

4.9   Madankollu, huwa xogħol l-awtoritajiet nazzjonali li joħolqu l-kundizzjonijiet għad-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetà kif ukoll li jiżviluppaw kultura miftuħa u trasparenti. Din il-kwistjoni qed issir dejjem iktar importanti billi huma ftit dawk in-nies li joqogħdu fiż-żoni rurali (pereżempju, 17 % biss fil-Polonja) u jaħsbu li d-demokrazija taqdi rwol importanti fil-ħajja tal-komunità.

5.   L-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali

5.1   Fiż-żoni rurali r-rwol tal-awtoritajiet lokali biex jappoġġjaw l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili u biex jaħdmu id f’id mar-rappreżentanti tagħha huwa tassew importanti. L-awtoritajiet lokali jridu jixprunaw l-iżvilupp fis-soċjetajiet rurali u jħeġġuhom jieħdu azzjonijiet konġunti.

5.2   Ħafna drabi l-organizzazzjonijiet attivi fiż-żoni rurali u l-awtoritajiet lokali ma jikkooperawx b’mod xieraq. Ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tal-komunità u l-mexxejja tagħhom huma diffiċli f’kull Stat Membru, għalkemm il-livell ta’ din il-problema jvarja. Il-prattiki t-tajba, li nġabru minn ħafna positjiet, iħeġġu attitudni pożittiva u jirriflettu l-iżvilupp attwali u l-opportunitajiet.

5.3   Fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda l-problema tan-nuqqas ta’ fiduċja bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali hija partikolarment kritika. L-awtoritajiet lokali għadhom jitqiesu bħala ostakli għall-inizjattivi tas-soċjetà, u l-kunsilliera lokali jibżgħu mill-mexxejja tas-soċjetà ċivili li jiżviluppaw l-attivitajiet fit-territorju tagħhom, billi jħossu li dawn tal-aħħar ikunu qed jikkompetulhom u jheddu l-pożizzjoni tagħhom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jfittxu l-appoġġ u l-involviment tal-muniċipalitajiet fl-inizjattivi tagħhom jitqiesu bħala suspettużi u mhux mixtieqa.

5.4   L-ostakli li jinħolqu minn dan in-nuqqas ta’ fiduċja jingħelbu hekk kif il-proġetti jitħaddmu tajjeb u b’hekk wieħed iħoss il-vantaġġi ċari għall-muniċipalitajiet (komunitajiet) li fihom l-awtoritajiet lokali u l-mexxejja tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiftiehmu li jikkooperaw b’mod xieraq.

5.5   Fiż-żoni rurali qed isiru sforzi biex jiġu żviluppati relazzjonijiet pożittivi u biex tinħoloq komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dawn l-isforzi qed isiru l-iktar fil-qasam tat-taħriġ għalkemm is-soluzzjoni sostenibbli ta’ din il-problema teħtieġ azzjonijiet iktar avvanzati fis-settur tal-edukazzjoni.

6.   L-ostakli għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali

6.1   Minbarra l-problemi li prinċipalment huma marbuta mal-pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fl-UE kollha l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali jiġi mxekkel:

mill-ostakli b’rabta mal-aċċess għall-għarfien u l-ħtieġa li l-komunitajiet rurali jgawdu minn tipi differenti ta’ edukazzjoni,

minn aċċess limitat għall-informazzjoni u n-nuqqas ta’ ħila biex tintuża,

min-nuqqas ta’ ħiliet intraprenditorjali u d-diffikultajiet biex persuna tgħaddi mis-settur agrikolu għas-settur rurali,

mill-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (1),

mill-problemi demografiċi reġjonali, li jidhru fin-nuqqas kemm ta’ rġiel kif ukoll ta’ nisa li jkunu sħab fit-tmexxija ta’ familji rurali; u f’ċerti reġjuni t-tnaqqis tal-popolazzjoni rurali,

minn infrastruttura soċjali ta’ kwalità inferjuri minn dik li tinsab fil-bliet,

mill-ostakli burokratiċi u min-nuqqas ta’ appoġġ min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika.

7.   Il-prospettivi ta’ żvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali

7.1   L-attività tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali tista’ tiżdied billi jittejbu l-metodi tat-teħid tad- deċiżjonijiet fil-qasam tal-gvernanza f’sens wiesa’ kemm fil-livell nazzjonali (billi jiġu involuti l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp konġunt tal-politiki rurali, minflok ma jiġu sempliċiment ikkonsultati dwar is-soluzzjonijiet li jkunu diġà nstabu mill-ħaddiema taċ-ċivil), kif ukoll fil-livell reġjonali u lokali (billi l-komunitajiet jiġu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ fondi għall-iżvilupp ta’ proġetti speċifiċi).

7.2   Sabiex jiġu adattati l-istrumenti ta’ żvilupp għall-ħtiġijiet u l-possibbiltajiet konkreti taż-żoni rurali jeħtieġ jintuża dejjem iktar l-approċċ minn isfel għal fuq (bottom-up). Dan ifisser li dan l-approċċ mhux talli għandu jintuża b’rabta ma’ azzjonijiet speċifiċi skont il-programm għall-iżvilupp taż-żoni rurali, iżda wkoll bħala parti mill-finanzjament strutturali u mill-politika nazzjonali.

7.3   Il-problemi ewlenin taż-żoni rurali jistgħu jissolvew permezz ta’ sħubija bejn is-settur pubbliku, dak privat (il-kumpaniji) u dak nongovernattiv. Il-fatt li komunità, bħala sħubija lokali, tista’ tingħata l-possibbiltà li tiddeċiedi, jew għall-inqas li tieħu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kif jintużaw il-fondi sabiex jinħolqu l-impjiegi, jitnaqqas il-qgħad jew tiġi evitata l-esklużjoni, jista’ jwassal biex ir-residenti tal-post jerfgħu iktar responsabbiltà għas-sitwazzjoni fiż-żona tagħhom u jkunu iktar lesti li jinvolvu ruħhom għall-ġid tal-komunità lokali tagħhom.

7.4   L-iżvilupp ta’ rabtiet bejn is-settur tar-riċerka u l-organizzazzjonijiet rurali għandu jingħata iktar attenzjoni. Barra minn hekk, tajjeb li wieħed jidentifika u jippromovi l-aħjar prattiki li ġew żviluppati f’dan il-qasam minn pajjiżi differenti.

7.5   L-edukazzjoni għandha influwenza qawwija fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali. Fir-riforma tas-sistemi edukattivi fiż-żoni rurali għandhom jissaħħu l-istrumenti li jiffaċilitaw l-attivitajiet tar-residenti rurali li jiddeċiedu li jwaqqfu skola lokali għaliex dan juri li l-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri qiegħda għal qalbhom u li huma qed jiżviluppaw azzjonijiet soċjali li jeħtieġu sħubija mal-awtoritajiet. Għandhom jixxerdu wkoll il-prattiki t-tajba li jinsabu f’xi Stat Membri fil-qasam tal-edukazzjoni tal-adulti, pereżempju l-“universitajiet tal-poplu”.

7.6   Huwa fil-fatt l-involviment fl-attivitajiet soċjali li jsaħħaħ l-għaqda fis-soċjetà. L-osservazzjonijiet li saru matul dawn l-aħħar snin juru li dawk il-komunitajiet li rnexxielhom jegħlbu l-paraliżi u jirbħu l-inerzja tagħhom — permezz tal-involviment komunitarju — huma lesti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ dawk il-komunitajiet li mhumiex inġenjużi daqshom (2).

7.7   Barra minn dan, irridu noqogħdu attenti iktar milli qgħadna s’issa li lill-organizzazzjonijiet rurali nagħtuhom aċċess għar-riżorsi finanzjarji. Fit-teorija, kemm il-fondi tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali jew internazzjonali joffru dawn l-opportunitajiet. Madankollu, studji reċenti juru li l-NGOs iż-żgħar — l-iktar li huma rappreżentati fost dawk li jaħdmu fiż-żoni rurali — ftit li xejn jużaw is-sorsi ta’ finanzjament disponibbli bħalissa.

7.8   Għalhekk, għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet li jiggarantixxu finanzjament stabbli u flessibbli għall-NGOs, l-iktar għat-tħaddim tagħhom stess (sussidji istituzzjonali, għall-kuntrarju ta’ finanzjament ibbażat fuq il-proġetti) u sabiex jiġu identifikati mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess ta’ dawn l-organizzazzjonijiet fiż-żoni rurali għar-riżorsi finanzjarji, pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ “għoti mill-ġdid tal-fondi” min-naħa ta’ organizzazzjonijiet intermedjarji — bħalma huwa l-każ fil-proġett LEADER, minkejja li dan huwa fuq skala usa’.

7.9   Bis-saħħa ta’ soluzzjonijiet bħal dawn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-fondi ser jiqsar, u dan huwa kruċjali fil-każ ta’ proġetti lokali żgħar.

7.10   Il-fatt li s-soċjetà ċivili ssir iżjed attiva fiż-żoni rurali jista’ jsaħħaħ il-koordinazzjoni bejn tipi differenti ta’ politiki “settorjali” fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa, is-servizzi soċjali, il-ħarsien tal-ambjent, eċċ. — jekk xejn minħabba l-fatt li, meta mqabbla mas-settur pubbliku, l-NGOs għandhom iktar esperjenza fit-twaqqif ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni.

7.11   Iżda ta’ min titqies il-possibbiltà li jiġi introdott mekkaniżmu li janalizza l-kompatibbiltà tal-miżuri mal-interessi taż-żoni rurali fuq skala ikbar, hekk kif ġara f’xi wħud mill-Istati Membri. Dan il-mekkaniżmu għandu jinvolvi l-analiżi ta’ kif is-soluzzjonijiet legali jew politiċi, li ma jkunux relatati direttament maż-żoni rurali, iżda jkollhom x’jaqsmu pereżempju mal-edukazzjoni jew l-akkwisti pubbliċi, jolqtu s-sitwazzjoni taż-żoni rurali. Barra minn hekk, huwa importanti ferm li din l-analiżi ssir bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

7.12   Għandhom jitqiesu wkoll is-soluzzjonijiet istituzzjonali speċifiċi li jistgħu jgħinu sabiex jissaħħaħ il-potenzjal tal-organizzazzjonijiet rurali. Dawn is-soluzzjonijiet, bħall-appoġġ istituzzjonali, l-għajnuna għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kunċett ta’ sħubija bejn il-pubbliku u l-privat, ser ikunu utli għal dawk il-pajjiżi li qegħdin iħejju ruħhom sabiex jissieħbu mal-UE.

7.13   Jinħtieġu strumenti differenti biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-komunitajiet rurali għall-informazzjoni, però dawn l-istrumenti għandhom jiġu adatti għas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull pajjiż (pereżempju bl-involviment tal-mezzi tax-xandir jew tal-amministrazzjoni lokali, u bil-ħolqien ta’ ċentri ta’ informazzjoni), u għandha titqies ir-rata tal-aċċess għall-internet. Flimkien mal-NGOs, l-iskejjel, l-għaqdiet agrikoli u t-trejdjunjins jista’ jkollhom rwol ewlieni f’dan il-proċess ta’ tqassim tal-informazzjoni.

7.14   Fl-istess ħin, għandhom jittieħdu miżuri wkoll biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi kandidati.

7.15   Barra minn dan, ta’ min jiġu identifikati mekkaniżmi li jistgħu jħeġġu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-organizzazzjonijiet urbani u dawk rurali, l-iktar billi jiġu żviluppati b’mod xieraq il-prinċipji għall-użu tal-fondi tal-UE. Madankollu, dan ifisser li rridu nitbiegħdu minn mentalità bbażata fuq “is-setturi”, u li rridu nnaqqsu t-tendenza li nagħmlu distinzjoni stretta bejn id-diversi fondi.

7.16   Id-dibattitu li qed isir bħalissa dwar il-ġejjieni taż-żoni rurali jista’ jservi biex il-popolazzjoni urbana ssir iktar konxja tal-kwistjoni taż-żoni rurali. Matul dawn l-aħħar snin ġew organizzati bosta azzjonijiet interessanti ta’ natura sperimentali, bħall-Panel taċ-Ċittadini Ewropej, li introduċew dan id-dibattitu dwar iż-żoni rurali lil pubbliku kbir (3), li jinkludi persuni li qabel ma kinux jinteressaw ruħhom f’dan is-suġġett. L-organizzazzjonijiet rurali u urbani jistgħu jaħdmu id f’id fil-kuntest tal-inizjattivi li jsiru bil-għan li n-nies isiru iktar konxji.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġeneralital-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Il-KESE ddiskuta l-kwistjoni tan-nisa fiż-żoni rurali fl-opinjoni tiegħu ĠU C 204, 18.7.2000, p. 29.

(2)  Dan ġie osservat mhux biss f’pajjiżi individwali, pereżempju fil-Polonja fejn — fil-kuntest tal-Krajowa Sieć Grup Partnerskich (Netwerk Nazzjonali tal-Gruppi Msieħba) — l-iżjed gruppi żviluppati jgħinu u jappoġġjaw lil dawk il-gruppi li għandhom inqas esperjenza, iżda wkoll bejn il-pajjiżi (pereżempju l-għajnuna mogħtija mill-organizzazzjonijiet rurali Pollakki lill-Ukraina, mill-organizzazzjonijiet Slovakki lis-Serbja, jew mill-organizzazzjonijiet Ungeriżi lill-Albanija). Madankollu, dawn l-attivitajiet jeħtieġu appoġġ istituzzjonali u promozzjoni usa’ bħala l-prattiki t-tajba.

(3)  www.citizenspanel.eu


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/43


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Konsegwenzi soċjali tal-iżvilupp fil-binomju tat-trasport u l-enerġija”

(2009/C 175/08)

Nhar is-17 ta’ Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

il-Konsegwenzi soċjali tal-iżvilupp fil-binomju tat-trasport u l-enerġija.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Batut.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’107 voti favur, 29 vot kontra u 15-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Konklużjonijiet

1.1.1   It-trasport u l-enerġija, binomju inseparabbli u kruċjali għall-kompetittività, l-iżvilupp, il-benesseri u l-koeżjoni, huma taħt tliet tipi ta’ pressjoni — ekonomika, soċjali u ambjentali — f’kuntest ta’ skarsezza fil-provvista tal-enerġija Ewropea u tan-nuqqas ta’ stabilità fil-provvista esterna, li jvarjaw il-prezzijiet tagħhom u li jistgħu jħalluhom jibqgħu jogħlew għal perijodu ta’ snin.

Il-KESE jaħseb li jeħtieġ li tiġi mħeġġa riflessjoni trasversali u prospettiva dwar il-ħtieġa inevitabbli ta’ dan il-binomju għaċ-ċittadini Ewropej, u dwar il-konsegwenzi li għandu fuq l-istil ta’ ħajja tagħhom, b’mod partikolari f’każ ta’ ċirkostanzi koroh, kif ukoll fuq l-azzjonijiet li l-Unjoni Ewropea tista’ tieħu fir-rigward ta’ dan il-binomju bil-għan li l-benesseri taċ-ċittadini jitqies aħjar.

1.1.2   Iż-żamma tal-mudell soċjali Ewropew sa ċertu punt tiddependi minn dan il-binomju tat-trasport u l-enerġija, u ż-żjieda fil-prezz tagħhom fuq perijodu fit-tul qed taffettwa l-ħajja tan-nies, l-intrapriżi, l-impjegati, il-mobilità u l-impjieg b’mod ġenerali. Il-binomju sar ir-raba’ fattur ta’ esklużjoni, wara l-akkomodazzjoni, l-impjieg u l-paga. Il-fatt li għal xi ċittadini l-aċċess għat-trasport u l-enerġija huwa impossibbli, jeskludihom ukoll mis-“soċjetà elettronika”. Is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Liżbona huwa mhedded minn tliet oqsma: il-qasam soċjali, ekonomiku u ambjentali.

1.1.3   Is-suq u l-prezzijiet: il-prezzijiet tal-konsumatur jinkludu fatturi bħal-liberalizzazzjoni, ir-rata tal-kambju tal-euro, l-istat tas-suq finanzjarju, it-tassazzjoni, il-prezz tal-prodotti rinnovabbli, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, u elementi esterni oħra. Is-suq ma jistax jirregola kollox waħdu. Għandhom jitħejjew bosta strumenti sabiex ikun hemm inklużjoni akbar taċ-ċittadini u tqassim aktar ġust tal-ispejjeż u l-prezzijiet.

1.2   Rakkomandazzjonijiet

1.2.1   Il-KESE jemmem li f’perijodu kkaratterizzat minn żjieda fil-prezzijiet ikun utli għas-soċjetà jekk l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ djalogu, tħeġġeġ lil ċerti kategoriji ta’ konsumaturi jiddistingwu bejn użuessenzjali”, li jista’ jibbenifika minn għajnuna, u użufakultattivfil-qasam tat-trasport u l-enerġija.

1.2.2   Jista’ jingħata rwol lill-Fondi Strutturali fil-qasam tas-solidarjetà tal-enerġija u tal-ħarsien tal-mobilità taċ-ċittadini.

1.2.3   L-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għall-attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp għandha tkun ibbilanċjata fil-livell tal-UE sabiex jittejbu l-ħarsien tal-klima u l-awtonomija fil-qasam tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea.

Il-KESE jixtieq jara ħidma kontinwa favur livell ta’ riċerka li jwassal għal avvanzi sinjifikanti u fi żmien qasir li jindirizzaw is-sorsi l-ġodda tal-enerġija u l-użu tagħhom, permezz ta’ impenn kostanti li ma jbattix hekk kif jonqsu l-prezzijiet bħalma ġara fl-ewwel kriżi taż-żejt.

1.2.4   Is-sistema legali tal-għajnuna mill-Istat għandha teżenta, b’mod sistematiku, il-fondi ta’ għajnuna nazzjonali mir-regoli ta’ kompetizzjoni marbuta mar-riċerka, biex b’hekk tagħti garanzija ta’ sigurtà lill-investituri u tħeġġeġ l-użu ta’ teknolġiji ġodda u l-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.

1.2.5   L-estensjoni tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) (1) għall-SMEs innovattivi tippermetti l-iżvilupp tal-kompetittività tagħhom filwaqt li tħeġġeġ azzjoni konkreta għat-titjib tal-binomju tat-trasport u l-enerġija.

1.2.6   L-estensjoni tal-EGF  (2), permezz ta’ kriterji usa’ għall-aċċess, tgħin biex jiġu llimitati l-konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema li jirriżultaw mill-miżuri tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

1.2.7   Biex l-ekonomija Ewropea żżomm il-kompetittività kif ukoll il-koeżjoni soċjali tagħha, il-Kumitat jaqbel li jkun hemm:

pjan ta’ direzzjoni għal politika industrijali komuni bbażata fuq żvilupp sostenibbli u komodalità (3) tat-trasport ta’ suċċess;

politika tal-enerġija, ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u marbuta mal-ħarsien tal-klima;

studji dwar l-opportunitajiet u l-fattibbiltà ta’ servizz ta’ interess ġenerali Ewropew tal-enerġija għall-pubbliku, b’approċċ komuni għall-prezzijiet, it-taxxa fuq il-konsum tal-karburant, ir-regoli finanzjarji għas-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u l-ħarsien tal-klima; ir-rwol tas-servizzi tal-enerġija u t-trasport offruti lill-pubbliku fl-Istati Membri nazzjonali  (4), f’dak li hu relatat mar-regolamenti, ir-reġjuni, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u l-impjieg, għalhekk ser jitjieb;

objettivi kwantitattivi u strumenti ta’ kejl kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi dwar l-effiċjenza tas-separazzjoni tal-attivitajiet tan-netwerk minn dawk tad-distribuzzjoni u l-impatt tagħha fuq il-prezzijiet;

stħarriġ fost il-konsumaturi dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa Ewropea fuq il-konsum tal-karburant, b’żvelar wiesa’ tar-riżultati kif ukoll stħarriġ, wara t-tfassil ta’ indikaturi utli, dwar l-effett tat-trasport pubbliku fuq l-ambjent;

tnedija ta’ djalogu ġenwin dwar il-pjanijiet “klimatiċi” tal-ġejjieni sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u d-dumping soċjali.

1.2.8   Barra min hekk, fil-livell tal-intrapriżi, il-KESE jqis li fl-intrapriżi u s-servizzi tal-Unjoni Ewropea, hemm bżonn:

li tiġi promossa t-tnedija ta’ djalogu soċjali u negozjati dwar l-ispejjeż tat-trasport u tal-enerġija, li ma jistgħux jitnaqqsu, bħala parti mill-paga minima;

li jitniedu negozjati għall-mobilità sostenibbli għall-intrapriża jew is-servizzi jsiru obbligatorji;

li jitwaqqfu sistemi ta’ ċerfikazzjoni għall-intrapriżi, bħall-EMAS;

li jiġu valutati l-benefiċċji li jirriżultaw mit-tnaqqis ċertifikat tal-konsum tal-enerġija u t-trasport fl-intrapriżi jew is-servizzi skont kriterji li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ djalogu, bil-għan li dawn il-benefiċċji jitqassmu skont l-arranġamenti negozjati bejn l-intrapriża u l-impjegati tagħha;

li jitwettqu studji kwalitattivi dwar l-istat tas-saħħa tal-impjegati marbuta mal-użu tat-trasport u tas-sorsi tal-enerġija li huma esposti għalihom, bil-għan li jiġu stabbiliti miżuri ta’ prekawzjoni.

1.2.9   Fil-livell Komunitarju, il-KESE jqis li hemm bżonn li jitnieda djalogu ċivili:

dwar id-dimensjoni kulturali u l-isfida tal-bniedem li jridu jiġu ffaċċjati madwar l-Unjoni sabiex it-trasport u l-enerġija, li huma aċċessibbli għal kulħadd u bi prezzijiet li jilħaqhom kulħadd, jikkontribwixxu għall-benesseri taċ-ċittadini u għall-fehim tad-diversità tal-Unjoni;

dwar il-promozzjoni ta’ edukazzjoni ċivika sa mill-primarja dwar il-ġestjoni tajba tat-trasport u l-enerġija;

dwar is-saħħa taċ-ċittadini b’mod ġenerali permezz ta’ stħarriġ wiesa’ dwar l-użu tat-trasport u tas-sorsi tal-enerġija li huma esposti għalihom, bil-għan li jiġu stabbiliti miżuri ta’ prekawzjoni;

il-KESE jqis li l-Unjoni tista’ twaqqaf sistema ta’ tikkettjar standardizzata, bħal dik tal-VAT (iżda mhux permezz ta’ tikketti addizzjonali) bil-għan li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini kollha rigward il-kwistjonijiet tat-trasport/l-enerġija/l-ambjent, billi fuq it-tikketta ta’ kull prodott li jinxtara jkun hemm miktub: “APCO2 — Added Production of CO2 ” (produzzjoni miżjuda tas-CO2);

il-KESE jemmen li din is-sistema standardizzata mwaqqfa mill-Ewropej tista’ mbagħad tintuża fin-negozjati dwar il-kummerċ dinji u r-riżultati jistgħu jiġu inklużi fid-dokumenti kummerċjali eżistenti, fuq il-bażi tal-mudell Edifact (5), taħt il-kontroll annwali tas-soċjetà ċivili, kif tagħmel il-“Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa” fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti permezz ta’ rapport annwali lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar is-sitwazzjoni tal-Edifact (6), fatt li minnu l-Unjoni tista’ tieħu vantaġġ fil-livell dinji.

2.   Oqsma fejn l-Unjoni tista’ tieħu azzjoni

2.1   Id-diplomazija

2.1.1   L-awtonomija fil-qasam tal-enerġija tal-Unjoni, l-iżvilupp tal-ekonomija, iż-żamma tal-livell ta’ għajxien tal-Ewropej u s-sostenibilità soċjali u ambjentali huma relatati mal-kapaċità tal-provvista tal-Istati Membri.

2.2   Is-swieq

2.2.1   Id-domanda għat-trasport u l-enerġija u l-produzzjoni tal-gass b’effett ta’ serra qegħdin jiżdiedu. Fir-rigward tal-enerġija u l-industriji tan-netwerks, is-swieq Ewropej għadhom frammentati għalkemm sar pass lejn l-integrazzjoni (fl-2006 is-swieq ta’ Franza, il-Belġju u l-Olanda ġew “akkoppjati”, u fl-2009 probabbilment ser jinkludu l-Ġermanja, it-twaqqif ta’ “suq immedjat” Ewropew (7), ir-riċerka għal amalgamazzjonijiet). Id-deċiżjoni meħuda dwar il-liberalizzazzjoni bis-separazzjoni tan-netwerks (gass u elettriku) minkejja kollox tista’ ġġib magħha perikli bħal pereżempju x-xiri b’fondi minn barra l-Unjoni Ewropea (fondi sovrani), kriżijiet mingħajr kapaċità ta’ riżerva ġestita b’mod konġunt, politiki ta’ prezzijiet mhux ikkontrollati b’effetti katastrofiċi għall-konsumaturi. L-enerġija nukleari reġgħet saret kwistjoni kruċjali għall-Unjoni: ikun irresponsabbli jekk ma tiġix indirizzata fil-livell Komunitarju.

2.2.2   Il-mobilità tipprovdi x-xogħol, it-turiżmu u l-għarfien ta’ Ewropej oħra u tal-Ewropa. Din tiġi llimitata meta l-prezzjiet tal-enerġija jkunu għoljin wisq u taffettwa b’mod serju l-ħajja tan-nies, il-kumpaniji, l-impjieg u l-attività ekonomika.

2.2.3   Hemm bżonn ta’ taħlita enerġetika u ta’ solidarjetajiet intra-Ewropej biex jiġu evitati frammentazzjonijiet ġodda tas-suq. Soċjetà mobbli u inklużiva għandha bżonn regolazzjoni koerenti u korpi ta’ regolazzjoni li jassiguraw ir-rispett ta’ dawn ir-regoli. Is-soċjetà ċivili tista’ twitti t-triq.

2.3   Il-formazzjoni tal-prezzijiet

2.3.1   Il-fatturi li jaffettwaw il-formazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur jinkludu:

il-liberalizzazzjoni: il-konsumaturi ma ħassewx it-tnaqqis kollu li ġie mħabbar fil-prezzijiet;

l-interazzjoni bejn il-prezzijiet: il-prezzijiet għandhom impatt fuq xulxin, il-prezz tal-enerġija jaffettwa lil dak tat-trasport, il-prezz taż-żejt jaffettwa lil dak tal-gass, u flimkien jifformaw il-politika tal-bejgħ; il-prattiki tal-produtturi u tad-distributuri li jħeġġu ż-żjieda fil-prezzijiet u li huma l-iktar li jibbenefikaw minnha, imbagħad iqaċċtu l-prezzijiet bin-nofs meta jkun hemm nuqqas ta’ likwidità;

ir-rati tal-kambju: il-valur tal-euro meta mqabbel mad-dollaru għandu jkun fattur li jtaffi ż-żjieda fil-prezzijiet, iżda d-domanda b’saħħitha ħafna u l-prezzijiet ta’ qabel il-kriżi ser jaffettwaw il-pajjiżi tal-Eurogroup, b’mod aktar negattiv meta tiżdied it-taxxa nazzjonali relatata fuq il-konsum tal-karburant (8); u matul il-kriżi, it-tnaqqis tar-rata tal-euro meta mqabbla mad-dollaru jnaqqas l-effet li jkollu t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-produzzjoni;

l-istat tas-swieq finanzjarji: in-nuqqas ta’ likwidità li rriżulta mill-kriżi lejn l-aħħar tal-2008 wassal għal tnaqqis fil-prezz taż-żejt mhux raffinat, il-bejjiegħa jadattaw skont il-bwiet tal-konsumaturi biex ma jkollhomx telf kbir; iżda l-prezz tal-karburant fil-bidu tal-kriżi ftit li xejn ibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet, filwaqt li l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi bdew jinħassu;

i-tassazzjoni: li hija għolja fuq l-enerġija u tvarja skont l-Istati Membri, għandha tiġi riveduta u verament armonizzata bejn l-Istati Membri;

il-pożizzjoni ewlenija tas-sorsi rinnovabbli fis-swieq: dawn ibbenefikaw miż-żjieda dinjija fil-prezzijiet tal-enerġija li telimina l-ispiża inizjali tagħhom, iżda l-benefiċċju għall-konsumatur medju għadu ma ħariġx fid-dieher; għall-kuntrarju, it-tnaqqis fil-prezzijiet jista’ jdgħajjef il-pożizzjoni tagħhom;

hemm elementi esterni, bħall-ispiża tal-prinċipju li min iniġġes iħallas, li għandhom rwol u oħrajn li jista’ jkollhom rwol bħall-possibilità li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina bejn il-provvedituri tal-prodotti petrolifiċi u diżil Ewropew bi prezzijiet armonizzati.

2.3.2   Il-KESE jemmen li r-rwol tal-Unjoni għandu jkun li tippromovi s-solidarjetà, li tippromwovi pjan ta’ direzzjoni għal politika industrijali komuni bbażata fuq ir-riċerka tal-iżvilupp sostenibbli u ta’ komodalità ta’ suċċess tat-trasport, u li ttejjeb l-istabilità politika Ewropea permezz ta’ regolamenti. Studju serju dwar l-effett tat-tqassim bejn l-attivitajiet tan-netwerks u ta’ distribuzzjoni jew ta’ tħaddim fuq il-prezzijiet jgħin fit-tfassil ta’ dawn il-politiki.

2.4   Il-finanzjament

2.4.1   Fil-livell pubbliku

Hawnhekk, jeħtieġ li nenfasizzaw xi wħud mill-aspetti marbuta mal-konsegwenzi soċjali (9). Rigward l-użu tal-fondi pubbliċi, id-distribuzzjoni bejn l-azzjonijiet li jwasslu għal riżultati fuq perijodu qasir u l-isforzi tar-riċerka, fil-livell Ewropew, għandhom ikunu bbilanċjati b’mod adegwat, bejn il-ħarsien tal-klima, l-awtonomija fil-qasam tal-enerġija tal-Unjoni u l-benesseri taċ-ċittadini. Il-bilanċji tal-baġits Komunitarji li jiġu allokati iżda li ma jintużawx, b’mod sistematiku għandhom jitpoġġew f’fond għall-għajnuna tar-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sistema legali tal-għajnuna mill-Istat għandha teżenta l-fondi ta’ għajnuna nazzjonali mir-regoli ta’ kompetizzjoni biex b’hekk tagħti garanzija ta’ sigurtà lill-investituri u tħeġġeġ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi. L-SMEs għandhom jiġu appoġġati biex jiksbu l-livell ta’ tkabbir meħtieġ stabbilit f’Liżbona fl-2000, iżommu u jiżviluppaw l-impjieg, u biex iżommu l-kapaċità tagħhom ta’ innovazzjoni.

2.4.2   Fil-livell tal-konsumaturi

L-Unjoni għandha għodod b’saħħithom (il-Fondi Strutturali, il-politika reġjonali). Qabel il-kriżi, l-esperti internazzjonali kienu jaħsbu li t-tendenza taż-żjieda fil-prezzijiet tal-enerġija ser tkun fuq il-perijodu fit-tul. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tniedi riflessjoni dwar is-solidarjetà Komunitarja meħtieġa sabiex l-esklużjoni li tirriżulta min-nuqqas ta’ enerġija tiġi llimitata f’każ li l-prezzijiet jerġgħu jogħlew, u b’hekk ma jiġix affettwat il-PGD tal-UE, u sabiex tiġi ssodisfata d-domanda f’każ li l-prezzijiet jonqsu (tnaqqis fil-prezzijiet akkumpanjat minn tnaqqis fil-konsum minħabba tnaqqis fil-poter tal-akkwist fost affarijiet oħra).

Waħda mill-konsegwenzi soċjali tal-iżviluppi tal-binomju tat-trasport u l-enerġija hija li kulħadd ibati meta jiżdiedu l-prezzijiet, filwaqt li l-pressjonijiet esterni tal-globalizzazzjoni u l-iffinanzjar tal-ekonomija, li wasslu għall-kriżi, jitfgħu piż fuq il-pagi u l-poter tal-akkwist tal-familji u li l-UE tinsab f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ impjiegi. Barra minn hekk, il-prezzijiet normalment jiddependu minn tassazzjoni indiretta, mingħajr progressività.

Il-KESE jemmem li jkun utli għas-soċjetà jekk l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ djalogu, tħeġġeġ il-ħolqien ta’ distinzjoni fil-prezz bejn il-parti “essenzjali” u l-parti “fakultattiva” tal-ewwel ftit kilometri li jsiru u l-ewwel ftit litri ta’ karburant ikkonsmati fl-ivvjaġġar, u tal-ewwel ftit kilowotts ta’ enerġija użati. Dan għandu jsir fuq bażi ta’ stima tal-użu u kategoriji tal-utenti li għandhom jiġu stabbiliti permezz tad-djalogu. B’hekk ikunu jistgħu jinħolqu sistemi ta’ appoġġ għall-parti essenzjali li ma tistax titnaqqas għal dawk l-aktar żvantaġġjati.

Il-KESE jaħseb li għandhom isiru studji dwar il-fattibbiltà ta’ servizz ta’ interess ġenerali Ewropew tal-enerġija li jista’ jintuża mill-politika komuni tal-enerġija. Approċċ komuni għall-prezzijiet jagħmel minn dan is-servizz għodda għaż-żamma tal-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-ħarsien tal-klima u l-interessi tal-konsumaturi permezz ta’ distribuzzjoni iktar ġusta tal-ispejjeż.

2.5   It-tassazzjoni

2.5.1   It-tassazzjoni għandha rwol fil-formazzjoni tal-prezzijiet (it-tikketta ekoloġika hija l-aspett l-aktar reċenti). L-Istati Membri żammew marġini ta’ flessibilità. Permezz ta’ politika tas-suq aktar integrata l-UE tista’ tirrevedi s-sitwazzjoni dwar it-taxxi u żżid it-trasparenza għaċ-ċittadin-konsumatur.

2.5.2   It-TIPP, taxxa stabbilita mill-Unjoni, hija bbażata fuq il-volum u l-VAT hija bbażata fuq il-valur; bħal kull taxxa indiretta il-VAT hija inġusta, billi kulħadd irid iħallasha irrespettivament mid-dħul tiegħu: għalhekk il-kategoriji soċjoekonomiċi l-iktar żvantaġġjati huma dawk li jintlaqtu l-aktar. Fil-każ tat-tassazzjoni fuq il-konsum tal-karburant, iċ-ċittadini tal-Istati Membri, minkejja kollox, mhumiex ugwali, u għalhekk din għandha tkun is-suġġett ta’ studji u stħarriġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku bil-għan li tinstab l-aħjar sistema possibbli għal raġunijiet ta’ konverġenza. Għal trasparenza immedjata hemm bżonn ta’ diżil “Ewropew” (10).

2.6   Ir-riċerka

2.6.1   It-tnedija mill-ġdid tal-investiment produttiv għandha ssir fuq livell li jwassal għal avvanzi sinjifikanti fi żmien qasir, li mingħajrhom la l-awtonomija fil-qasam tal-enerġija, la ż-żamma tat-tmexxija tal-UE fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, u lanqas il-livell tal-għajxien tal-Ewropej u l-ġejjieni tal-Ewropa ma jistgħu jiġu mħarsa. Proċedura mingħajr ħlas għall-għoti ta’ privattiva Ewropea fl-oqsma tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-trasport nadif u ekonomiku tnaqqas il-perijodu ta’ stennija bejn l-iskoperta u t-tqegħid fis-suq. Politika bħal din ma tikkontradixxix l-Artikolu 194(1)(c) tat-Trattat ta’ Liżbona. Jeħtieġ li jittieħdu riskji raġunati. Il-BEI issa jeżiġi żjieda b’rata ta’ 20 % fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija għall-investiment. Dan jista’ jkun immirat lejn l-innovazzjoni (11) u jkun disponibbli għal għadd ta’ intrapriżi.

Il-possibilità li l-SMEs jistgħu jibbenifikaw mill-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) (ara punt 1.2.5) tista’ żżid it-twaqqif ta’ miżuri innovattivi fir-reġjuni. Pereżempju, qed jitfasslu inizjattivi ta’ użu konġunt tal-karozzi li jwasslu għal aktar mobilità, nuqqas fl-emissjonijiet tas-CO2, frankar ta’ ħin u proġetti soċjali li huma aċċessibbli għal dawk l-aktar żvantaġġjati peress li l-użu tagħhom ma jinvolvix ħafna spejjeż. Minkejja dan, bħal kif ġara fil-muniċipalitajiet ta’ St. Brieuc jew ta’ Rennes (12), dawn l-inizjattivi xorta waħda għadhom jiddependu minn sussidji lokali.

2.7   Ir-reġjuni

2.7.1   It-trasport u l-enerġija huma l-ħajja tar-reġjuni u jipprovdu opportunità għall-iżvilupp lokali (ara l-impatt li kellu l-ftuħ tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja (TGV) fuq ir-reġjuni ta’ Franza). Iżda l-ivvjaġġar, li tradizzjonalment kien il-mutur tal-ekonomija u l-ippjanar tat-territorju, qiegħed iwaqqaf dan l-iżvilupp f’mument meta l-ispejjeż tal-enerġija huma għaljin.

2.7.2   L-Unjoni Ewropea qed tħejji politika tal-enerġija u tal-klima b’objettivi kwantitattivi u ser ikollha bżonn ta’ strumenti ta’ kejl. Ikun interessanti li jitkejlu l-aspetti kwalitattivi permezz ta’ metodi armonizzati fl-Unjoni Ewropea u d-dimensjoni reġjonali tal-enerġija u tat-trasport tidher li hija f’pożizzjoni ideali għall-evalwazzjoni tal-espressjoni tal-ħtiġijiet. Fil-livell lokali, l-għarfien dettaljat tat-tendenzi jippermetti ġestjoni mtejba tar-riżorsi.

2.7.3   Ir-reġjuni jirċievu għajnuna permezz tal-politika reġjonali tal-Unjoni. It-tqassim ta’ din l-għajnuna jista’ jkun indikatur fit-tfittxija għall-benesseri taċ-ċittadini b’rabta mat-trasport u l-enerġija. L-iżvilupp tal-binomju tat-trasport u l-enerġija jista’ jaffettwa setturi sħaħ tal-ekonomija, b’konsegwenzi soċjali gravi f’każ li żviluppi negattivi u konġunti jolqtu bis-saħħa settur bħal dak tas-sajd, li l-profitti tiegħu diġà tqaċċtu minħabba ż-żjieda fil-prezzijiet tal-enerġija u t-trasport.

2.7.4   It-tqassim tal-attivitajiet ekonomiċi u l-ġestjoni tal-mobilità residenzjali fl-ibliet (13) jikkondizzjonaw l-ivvjaġġar ta’ kuljum mill-post tar-residenza għall-post tax-xogħol u lura. Klawżola vinkolanti ta’ impjieg lokali tista’ tkun appoġġjata, kif xieraq, mill-Fondi Strutturali (pereżempju billi jiġi riżervat persentaġġ ta’ impjiegi għar-residenti tal-lokalità u l-kumpaniji li jadottaw din il-politika jgawdu minn eżenzjonijiet tat-taxxa). L-impjieg, l-akkomodazzjoni u l-opportunitajiet indaqs u b’konsegwenza ta’ hekk il-paga, u r-raba’ fattur, it-trasport jistgħu jkollhom rwol ftit jew wisq sinjifikanti fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

Is-soluzzjonijiet li jevitaw aġġustament tal-prezzijiet kollettiv b’effetti negattivi fuq il-livell soċjali, jistgħu jinstabu fil-prijoritajiet il-ġodda u l-koordinazzjoni ta’ politiki urbani u pubbliċi li jindirizzaw l-akkomodazzjoni, l-impjieg u l-mobilità.

Qafas nazzjonali u Ewropew li huwa legalment sigur għalhekk jista’ jiggarantixxi kondiviżjoni mtejba tal-azzjonijiet fost l-awtoritajiet reġjonali u lokali, in-negozji u l-familji.

2.8   Is-servizzi pubbliċi

2.8.1   Fir-rigward tal-enerġija, is-sitwazzjoni hija aktar “oligopolistika” milli totalment kompetittiva. Il-konsegwenzi fuq l-aċċess għan-netwerk u l-politiki tal-prezzijiet jolqtu ħażin liċ-ċittadin (eż.: għeluq ta’ stazzjonijiet żgħar u ta’ netwerks tal-karozzi linja li ma jrendux profitti, żjieda fil-prezzijiet tal-konsum, spejjeż tal-enerġija, eċċ.). Ir-rwol tas-servizzi pubbliċi nazzjonali huwa marbut mill-qrib mar-regolamenti, l-azzjoni tar-reġjuni, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin u l-impjieg.

L-awtoritajiet għandhom ir-rwol li jtaffu l-impatt tal-iżviluppi u l-inċertezza li jġibu magħhom għaċ-ċittadini. L-awtoritajiet lokali għandhom jaqdu r-rwol li jħeġġu lir-reġjuni tagħhom sabiex itaffu l-kriżi ekonomika u finanzjarja. Peress li għandhom jindirizzaw direttament l-iżviluppi tal-binomju tat-trasport u l-enerġija, dawn qed ifittxu soluzzjonijiet possibbli.

Hemm bżonn ta’ strumenti ġodda ta’ gvernanza bejn il-livelli differenti ta’ intervent lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju. Jista’ jkun hemm aktar tixrid ta’ informazzjoni dwar il-programmi Komunitarji li jistgħu wkoll ikunu miftuħa aktar għall-proċess ta’ esperimenti.

2.8.2   It-tqassim tax-xogħol fl-oqsma tal-impjiegi jista’ jittejjeb jekk ikun marbut mill-qrib mal-organizzazzjoni tat-trasport urban. Ir-rwol tas-servizzi pubbliċi lokali tal-impjieg huwa importanti ħafna. Huma għandhom iqisu r-restrizzjonijiet il-ġodda fuq l-enerġija u t-trasport.

2.8.3   In-netwerks li jgħaqqdu lir-reġjuni huma l-frott tal-għażliet politiċi u tal-investiment. L-azzjoni fuq il-formazzjoni tal-prezzijiet tfisser aċċess u prezzijiet li jista’ jilħaqhom kulħadd u l-inklużjoni ta’ dawk l-iktar żvantaġġjati. It-trasport, bin-neċessità, l-ispiża u xi kultant ir-rarità tiegħu, jista’ jitqies bħala r-raba’ fattur ta’ esklużjoni wara l-akkomodazzjoni, l-impjieg u l-paga. Barra minn hekk, hemm bżonn li jkun hemm viġilanza soċjali fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ obbligi ġodda li ser jiġu introdotti fit-trasport (il-Pakkett Enerġija u Klima). L-effikaċja ekonomika tista’ tintlaħaq permezz ta’ approċċ sistematiku ta’ politiki tal-ivvjaġġar, ta’ intermodalità bejn mezzi ta’ trasport differenti, tal-kummerċjalizzazzjoni kompetittiva tal-oqsma ġodda ġeografiċi u temporali (14), u r-riċerka teknika u soċjali sabiex jittejbu r-riżorsi billi jitnaqqsu l-ispejjeż. Dan kollu jiddependi minn rieda politika u l-mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati.

2.9   Is-saħħa

Il-konsegwenzi tal-iżviluppi tal-binomju tat-trasport u l-enerġija jinħassu wkoll fuq is-saħħa taċ-ċittadini. U dan jiġġustifika l-miżuri li ttieħdu sabiex l-għażliet preċedenti b’konformità mal-“Pakkett Enerġija u Klima”, li diġà beda jitħejja fil-White Paper dwar it-Trasport, jerġgħu jiġu bbilanċjati.

2.9.1   Il-ħsara li ssir fuq is-saħħa minħabba l-użu ripetut u ta’ kuljum tal-mezzi tat-trasport biex wieħed jivvjaġġa bejn il-post tar-residenza u l-post tax-xogħol tħalli impatt negattiv fuq is-sistemi soċjali: pereżempju d-diffikultà biex wieħed iżomm il-post tax-xogħol tiegħu, l-istress, l-astenja minħabba sensiela ta’ mard li jolqot kemm lill-adulti: allerġiji, problemi skeletro-muskolari (MSDs), kif ukoll liż-żgħar: allerġiji, bronkite eċċ.

L-użu tal-enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli jwassal għal tibdil fl-arja, tal-ilma ħelu u tal-ilma baħar, tal-ħamrija u tal-ikel li tipproduċi eċċ. Barra minn hekk, għandna wkoll nerġgħu nikkunsidraw l-użu mill-ġdid tal-enerġija nukleari u l-perikli potenzjali li din iġġib magħha, kif ukoll l-edukazzjoni tal-poplu dwar l-enerġija nukleari li qed issir ħtieġa minħabba d-domanda għal din it-tip ta’ enerġija fil-pajjiżi membri li jipproduċuha u minħabba l-fatt li l-impjanti nukleari qed jeqdiemu.

2.10   L-impjieg

2.10.1   It-tkabbir, l-impjieg, (l-Istrateġija ta’ Liżbona) u l-iżvilupp sostenibbli qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin fl-enerġija u t-trasport kif ukoll l-effetti tal-kriżi finanzjarja. Għandhom ukoll jitqiesu l-kwistjonijiet soċjali u dawk relatati mal-impjieg li huma marbutin mal-aspett soċjali tal-Istrateġija ta’ Liżbona. Il-liberalizzazzjoni diġà ġabet magħha konsegwenzi sostanzjali għall-ħaddiema fis-setturi tal-gass u tal-elettriku.

2.10.2   Il-komunitarizzazzjoni, li kulma jmur dejjem tikber, tal-politika klimatika tal-Unjoni, tinvolvi l-ftuħ ta’ djalogu soċjali ġenwin fil-livell makroekonomiku, li jwassal għal negozjati dwar il-pjanijiet “klimatiċi” futuri tal-Ewropa biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u d-dumping soċjali. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tgħin lill-imsieħba soċjali permezz ta’ mekkaniżmu li jippermettilhom “jantiċipaw, jevitaw u jassistu fejn ikun jixraq” it-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjali li ser joħorġu mill-implimentazzjoni tal-politiki l-ġodda dwar il-klima li jaffettwaw lill-binomju tat-trasport u l-enerġija.

2.10.3   Il-KESE jemmen li r-riżorsi ddedikati għar-riċerka applikata għandhom jiżdiedu b’mod ġenwin biex jiġu żviluppati teknoloġiji innovattivi li jtejbu n-numru ta’ impjiegi, b’mod partikolari fl-SMEs u l-intrapriżi żgħar ħafna.

2.10.4   Il-KESE jaqbel li jkun hemm estensjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) biex jiġu llimitati l-konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema kkawżati mill-miżuri tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Il-KESE jaħseb li ċ-ċittadini kollha f’diffikultà, f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni għandhom ikunu koperti, u li l-mekkaniżmi tat-tħaddim ta’ dan il-fond għandhom jiġu riveduti billi l-ewwel jitwessgħu l-kriterji ta’ aċċess għall-EGF.

2.10.5   Fil-fehma tal-KESE, il-piż tal-ispejjeż obbligatorji kulma jmur jinħass iktar fuq dawk li huma l-iktar żvantaġġjati, u jipperikola l-integrazzjoni elettronika tagħhom, fattur addizzjonali ta’ esklużjoni mill-impjieg u ta’ esklużjoni soċjali. L-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tiggarantixxi liċ-ċittadini tagħha bidliet raġonevoli fil-prezzijiet filwaqt li ssaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tagħha.

2.11   Id-djalogu soċjali fl-intrapriża

2.11.1   L-iżvilupp tal-binomju tat-trasport u l-enerġija għandu konsegwenzi fil-livell mikroekonomiku tal-intrapriża li d-djalogu soċjali għandu jqis.

Id-djalogu soċjali jista’ jikkunsidra t-taħriġ tal-persunal u tal-maniġers rigward imġiba sostennibbli u ekonomika fil-qasam tal-enerġija u t-trasport li ma jniġġisx.

In-negozjati jistgħu jinkludu l-obbligu li jiġi nnegozjat pjan għal mobilità sostenibbli għall-intrapriżi jew is-servizzi.

Min iħaddem jista’ jasal biex iqis li, skont l-iskali li għandhom jiġu stabbiliti permezz tad-djalogu soċjali, l-ispejjeż tat-trasport tal-impjegati jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala element tal-paga minima.

It-twaqqif ta’ ċertifikazzjonijiet tal-intrapriża jista’ jiġi stabbilit permezz tad-djalogu soċjali (15).

Għandha għalhekk tiġi nnegozjata l-kondiviżjoni tal-benefiċċji miksuba mit-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u t-trasport fix-xogħol u valutati skont kriterji li għandhom jiġu definiti wkoll permezz tad-djalogu.

Dan huwa qasam ġdid għad-djalogu soċjali fl-intrapriżi.

2.12   Il-kultura u l-edukazzjoni

2.12.1   It-trasport u l-enerġija ilhom li kisbu dimensjoni kulturali li saret aċċessibbli għal għadd kbir ta’ ċittadini b’riżultat tad-demokratizzazzjoni tat-trasport u l-enerġija. Din id-dimensjoni, li llum saret parti mill-integrazzjoni Ewropea, għandha tiġi mħarsa u hija sfida għall-bniedem li trid tingħeleb sabiex jissaħħu l-fehim u l-prattika tad-diversità Ewropea.

2.12.2   Il-KESE jemmen li l-iżviluppi fis-seħħ bħalissa jipprovdu okkażjoni għall-promozzjoni tal-edukazzjoni ċivika, li tibda fl-iskejjel, favur għarfien aħjar ta’ ċittadini Ewropej oħra u użu ġestit kif xieraq tal-enerġija u t-trasport. Għan ieħor huwa li tiġi mgħallma l-imġiba ċivika ta’ kuljum kif ukoll jingħata każ tal-gruppi l-aktar żvantaġġjati minħabba d-diżabilità, ix-xjuħija u l-esklużjoni. Din l-edukazzjoni tista’ tiġi abbinata mal-edukazzjoni dwar is-saħħa, sabiex isaħħu lil xulxin (16).

2.13   L-azzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata

2.13.1   Fil-livell individwali

Kull ċittadin għandu d-dmir li jinforma ruħu u għandu dritt li jistenna li jkun hemm trasparenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu kemm mill-istituzzjonijiet kif ukoll mill-aġenziji regolatorji. Il-KESE jemmen li f’dan il-qasam hemm bżonn ta’ kampanja pubbliċitarja.

Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Lulju 2007 (17) favur Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi tal-Enerġija li tiggarantixxi d-drittijiet tagħhom, li jinkludu li “ir-rispett ma jistax jitħalla biss f’idejn il-mekkaniżmi tas-suq” (Karta punt 1.2 u 1.8).

2.13.2   Fil-livell dinji

Sabiex negħlbu l-isfidi tal-politika tal-enerġija hemm bżonn ta’ mobilizzazzjoni soċjali li teħtieġ l-appoġġ taċ-ċittadini u azzjoni volontarja min-naħa tagħhom.

Għaldaqstant, il-KESE jressaq proposta li għandha tqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini u l-konsumaturi, jiġifieri tikkettjar fuq il-prodotti kollha tal-konsum li jindika produzzjoni miżjuda tas-CO2 .

Meta tiġi l-opportunità li ċ-ċittadini jagħmlu għażliet responsabbli, dawn ma jkollhomx l-informazzjoni meħtieġa. L-Unjoni tista’ tieħu azzjoni biex iżżomm il-kompetittività tal-intrapriżi fuq żewġ livelli ta’ azzjoni komplementari:

il-livell makroekonomiku, kif stabbilit fl-opinjoni tal-KESE tal-20 ta’ Frar 2008 (18).

il-livell mikroekonomiku, fejn il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom jekk l-intrapriżi, skont sistema standardizzata ta’ ċertifikazzjoni tat-tip EMAS, jipprovdu informazzjoni dwar il-kwantità ta’ karbonju miżjud fuq it-tikketta ta’ kull prodott, merkanzija jew servizz f’kull stadju tal-katina tal-valur. Bħalissa qed jitwettqu esperimenti parzjali f’dan ir-rigward ġewwa l-Ingilterra, u barra l-UE, pereżempju ġewwa Vancouver, fil-Kanada.

Din is-sistema ta’ tikkettjar, li tista’ titqabbel ma’ dik tal-VAT, tista’ tqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi kollha fix-xiri ta’ kull prodott jew servizz. “ APC Added Production of CO2 ” (produzzjoni miżjuda tas-CO2) titniżżel fuq kull tip ta’ dokument tal-kontabilità, mill-irċevuta tas-supermarket sal-karta tal-paga (il-pay-slip) u permezz tagħha kull persuna fl-Unjoni Ewropea tkun taf x’kien hemm involut fuq bażi ta’ informazzjoni objettiva.

Il-pagament tal-ispejjeż għall-produzzjoni tas-CO2 mhux relatat. Għandha tingħata prijorità biex titqajjem kuxjenza minn kulħadd u permezz ta’ mezz sempliċi, fis-setturi kollha.

Il-KESE huwa tal-fehma li n-negozjati dinjija dwar il-kummerċ jistgħu jadottaw din il-prattika Ewropea. Ir-riżultati jistgħu jiġu inklużi fid-dokumenti kummerċjali li diġà huma standardizzati, fuq il-bażi tal-mudell Edifact taħt il-kontroll annwali tas-soċjetà ċivili: b’dan il-mod il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tressaq rapport annwali quddiem il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar is-sitwazzjoni tal-Edifact.

L-UE qiegħda pass ’il quddiem peress li għarfet il-ħtieġa li tindirizza it-tliet oqsma tat-Trasport, l-Enerġija u l-Ambjent flimkien, u tqishom bħala tliet aspetti tal-istess politika. L-Unjoni tkun tista’ tieħu vantaġġ minn dan fil-livell globali.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  RSFF: Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji, ftehim ta’ kooperazzjoni mwaqqaf mill-BEI, fil-5 ta’ Ġunju 2007, għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Ewropa, b’kontribuzzjoni finanzjara ta’ EUR 10 biljun.

(2)  EGF: Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

(3)  Definizzjoni ta’ komodalità: “il-ko-modalità, jiġifieri l-użu effiċjenti ta’ modi tat-trasport differenti waħidhom u f'kombinazzjoni” — Reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2010 tal-Kummissjoni Ewropea — din ir-reviżjoni saret f’Ġunju 2006.

(4)  L-Artikolu 73 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula li: “Miżuri ta’ għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma’ rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan it-Trattat”. Ara wkoll ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill, tal-4 ta’ Ġunju 1970, dwar l-għoti ta’ għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1-3 u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70.

(5)  Edifact: l-akronimu għal Skambju tad-Data Kompjuterizzata għall-Amministrazzjoni, il-Kummerċ u t-Trasport, standard tan-Nazzjonijiet Uniti li jiddefinixxi kemm is-sintassi kif ukoll il-kontenut; adottat mill-korpi ta’ standardizzazzjoni nazzjonali u settorjali sabiex jitqiesu l-bżonnijiet ta’ kull attività.

(6)  Magħmula minn 56 membru, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, hija waħda minn ħames kummissjonijiet reġjonali tal-ECOSOC, il-KES tan-Nazzjonijiet Uniti. Tinkludi fost oħrajn il-pajjiżi tal-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Iżrael u r-Repubbliki tal-Ażja Ċentrali.

(7)  “Suq immedjat” jinnegozja bil-munita, ir-rati jew il-materja prima, għal konsenja rapida, dik il-ġurnata stess jew l-għada.

(8)  Skont l-uffiċju federali Ġermaniż tal-istatistika, DESTATIS, il-prezzijiet tal-enerġija qed jgħollu l-prezzijiet tal-produzzjoni bi 3,8 % fis-sena. Fl-istess perijodu, il-prezzijiet għolew b’7 %, id-derivattivi taż-żejt b’19 % u l-elettriku bi kważi 10 %. Mingħajr enerġija, il-prezzijiet kieku għolew biss bi 2,7 % fuq perijodu ta’ sena (Kwotat fil-gazzetta Les ECHOS, Franza, 21/22 ta’ Marzu 2008)

(9)  Opinjonijiet tal-KESE, b’mod partikolari Alleweldt, “L-infrastrutturi tat-trasport fil-futur”, 28.1.2004, CESE 93/2004; Krzaklewkski, “In-Netwerks trans-Ewropej — Lejn approċċ integrat”, 28.3.2008, ĠU C 204, 9.8.2008, p. 25

(10)  It-tassazzjoni fuq il-karburanti tinkludi l-prezzijiet tal-użu tal-infrastrutturi tat-trasport b’tali mod li l-prezz li jħallas l-utent jinkludi l-ispejjeż esterni kollha. It-tassazzjoni tippermetti, b’mod partikolari, li jitqies l-element tal-ispejjeż esterni marbuta mal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra. Iżda, fi żmien meta s-settur tat-trasport fit-toroq huwa kompletament miftuħ għall-kompetizzjoni, in-nuqqas ta’ tassazzjoni armonizzata tal-karburanti tidher, iktar u iktar, bħala ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, White Paper tat-Trasport sal-2010, Kummissjoni Ewropea, 2001.

(11)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, Rapporteur is-Sur Wolff, “L-impatt possibbli pożittiv jew negattiv taż-żjieda fir-rekwiżiti (politiki) ambjentali u tal-enerġija fuq il-kompetittività tal-industrija tal-UE”, 20.2.2008, ĠU C 162, 25.6.2008, p. 72

(12)  Muniċipalitajiet tal-Brittannja (22), Franza, il-belt ta’ Saint Brieuc kienet is-suġġett ta’ intervista mwettqa mill-grupp ta’ studju li ħadem fuq din l-opinjoni.

(13)  Opinjoni tal-KESE, Ribbe, “It-trasport fiż-żoni urbani u metropolitani”, CESE ĠU C 168, 20.7.2007, p. 77.

(14)  Saint-Brieuc, il-Bretagne (22) Franza, seduta tas-6 ta’ Ottubru: it-twaqqif ta’ linji “virtwali” tat-trasport lokali, imħaddma fuq talba, fuq rotot preċiżi permezz ta’ ċentral tal-mobilità elettroniku ddedikat għall-ġestjoni integrata tal-mezzi ta’ trasport mill-utenti lokali u għal skop ta’ informazzjoni għan-netwertks l-oħra (ITS, sistema intelliġenti tat-trasport).

(15)  Ċertifikazzjoni tat-tip EMAS, “L-Iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika”, Regolament tal-1995 rivedut fl-2002 u l-2004, Regolament Nru 761/2001 dwar il-parteċipazzjoni volontarja.

(16)  Opinjoni tal-KESE, Sharma, “L-obeżità fl-Ewropa — ir-rwol u r-responsabilitajiet ta’ msieħba differenti tas-soċjetà ċivili”, (CESE ĠU C 24, 31.1.2006, p. 63).

(17)  Opinjoni tal-KESE, Iozia, “Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi tal-Enerġija”, 16.1.2008, ĠU C 151, 17.6.2008, p. 27.

(18)  Opinjoni tal-KESE, Wolff, kwotat fil-bidu tad-dokument.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/50


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-Sitwazzjoni attwali u l-prospettivi tal-industrija ajrunawtika Ewropea

(2009/C 175/09)

Nhar is-27 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Is-sitwazzjoni attwali u l-prospettivi tal-industrija ajrunawtika Ewropea.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Opran, filwaqt li l-korapporteur kien is-Sur Baudouin.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’110 voti favur, 9 voti kontra u 5 astensjonijiet.

KELMTEJN TA’ QABEL

Din l-opinjoni titkellem dwar is-settur tal-industrija ajrunawtika Ewropea li jopera fis-suq tat-trasport ċivili tal-passiġġieri u l-merkanzija permezz ta’ inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi. Is-setturi l-oħra (l-ajrunawtika militari, il-ħelikopters, il-manutenzjoni, eċċ.) tħallew barra b’mod espliċitu minn din l-opinjoni.

L-ewwel parti — Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

Għan: Inżommu l-industrija ajrunawtika ċivili Ewropea fuq quddiem nett tal-qasam tal-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi fid-dinja: nidentifikaw it-theddid, u nistabbilixxu l-prijoritajiet u l-proposti għal strateġija ta’ suċċess għall-perijodu 2008-2012.

Ir-rapport “STAR 21” wera li l-industrija qdiet rwol sostanzjali fl-iżvilupp tas-sħubijiet mad-dinja tar-riċerka (l-universitajiet, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni superjuri, il-laboratorji pubbliċi, eċċ.). Is-settur ajrunawtiku huwa ċ-ċentru fejn jiltaqgħu l-kompetenzi u t-teknoloġiji fundamentali, u huwa wkoll xprun essenzjali għall-innovazzjoni. Din l-industrija hija msejsa fuq is-setturi ċivili u tad-difiża — li t-tnejn jiddependu minn xulxin u jiffokaw fuq l-applikazzjoni tat-teknoloġiji avvanzati.

1.1   L-industrija ajrunawtika, kemm ċivili kif ukoll militari, taqdi rwol importanti ferm bħala bażi industrijali soda kif ukoll għall-iżvilupp teknoloġiku u t-tkabbir ekonomiku. Hija wkoll qasam li jħalli impatt fix-xena internazzjonali u jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi jew politiċi.

1.2   Din l-industrija tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ impjiegi bil-kwalifiki fl-Ewropa u għall-għoti ta’ pagi relattivament għoljin meta mqabbla ma’ oqsma oħra.

1.3   Fil-qosor, l-Istrateġija ta’ Liżbona (2000) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona (2002) (1) għadhom rilevanti daqs qatt qabel.

Il-Kumitat jaħseb li hemm ħames fatturi essenzjali li jistgħu jheddu l-industrija ajrunawtika Ewropea jekk il-mexxejja politiċi u industrijali ma jindirizzawhomx minn qabel:

2.1   Minħabba ż-żieda esponenzjali fl-ispejjeż għall-iżvilupp tal-ajruplani — flimkien mal-fatt li fl-istrateġiji industrijali Ewropej tagħhom il-manifatturi ma jistgħux ikopru l-ispejjeż kollha għall-iżvilupp tal-mudelli l-ġodda — il-finanzjament u r-riskju finanzjarju ser jiġu ttrasferiti fuq il-fornituri tat-tagħmir u s-sottokuntratturi, ser jinħolqu skadenzi dejjem itwal sabiex jinkiseb il-profitt fuq l-investimenti u ser jikbru d-dejn u n-nuqqas ta’ sigurtà għall-fornituri tat-tagħmir u s-sottokuntratturi.

2.2   Id-dollaru Amerikan beda jiddgħajjef fl-2005, kompla jnaqqas sal-kriżi dinjija attwali u għadu sejjer lura sal-lum b’rata tal-kambju volatili li titla’ u tinżel kontinwament (varjazzjoni kkaratterizzata minn tendenza ta’ tkabbir ġenerali fir-rigward tal-euro mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika). Dan ifisser:

tnaqqis fil-kompetittività tal-industrija Ewropea (2);

riċerka kostanti sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż fissi (il-pagi);

inċentiv għar-rilokazzjoni lejn iż-żona tad-dollaru;

tnaqqis fin-numru ta’ sottokuntratturi fl-Ewropa;

inkoraġġiment għall-iżvilupp ta’ sħubijiet f’żoni oħra barra mill-Ewropa.

2.3   Minħabba l-effett tal-hekk imsejjaħ “papy boom”, li ser jilħaq l-ogħla livell tiegħu sal-2015 (3), ser jintilfu bosta impjiegi bi kwalifiki għoljin (nofs il-ħaddiema fis-settur tat-trasport tal-ajru Ewropew ser joħorġu bil-pensjoni sal-2015), u għaldaqstant jista’ jagħti l-każ li ser jintilfu ċerti kompetenzi strateġiċi b’mod definittiv.

2.4   Iż-żieda fil-kompetizzjoni fis-settur tal-ajruplani reġjonali minħabba l-atturi l-ġodda (l-Indja u l-Brażil), li huma estremament kompetittivi, qed tinkoraġġixxi lill-industrija biex tnaqqas l-ispejjeż bil-għan li ttejjeb il-kompettività u l-vijabbiltà tagħha, kif ukoll biex tiżviluppa sħubijiet ma’ pajjiżi emerġenti bħaċ-Ċina minkejja r-riskji li jirriżultaw mit-trasferiment tat-teknoloġija u l-impjanti lokali sabiex jippenetraw f’dawn is-swieq il-ġodda. Minħabba din il-kompetizzjoni, il-manifatturi ser jerġgħu jixħtu l-attenzjoni tagħhom fuq ix-xogħol ewlieni tal-klijenti tagħhom.

2.5   Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika dinjija — li għalissa wieħed għadu ma jistax ibassar kemm hi kbira u kemm ser iddum — il-prezzijiet vantaġġjużi attwali taż-żejt m’għandhomx jaħbu l-inċertezza persistenti fir-rigward tal-fluttwazzjonijiet tagħhom fuq perijodu qasir jew twil ta’ żmien. Dawn il-fatturi jħallu impatt fuq id-domanda, idgħajfu l-kumpaniji tal-ajru u jisfurzaw lill-manifatturi jikkunsidraw metodi li jnaqqsu l-ispejjeż tal-avjazzjoni, b’mod partikolari bl-użu ta’ karburanti alternattivi u teknoloġiji korrispondenti.

3.   Il-Kumitat jemmen li l-isfidi prinċipali tas-settur huma ż-żamma tal-kompettività, l-użu tagħha għaċ-ċittadini u l-effett tagħha fix-xena internazzjonali.

F’dan il-kuntest jipproponi diversi rakkomandazzjonijiet u jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenfasizzaw ir-rwol ewlieni li taqdi l-industrija ajrunawtika fl-UE kif ukoll l-importanza tagħha għaċ-ċittadini minħabba l-impatt li tħalli fuq bosta industriji fit-territorju Ewropew kollu kemm hu.

Fil-qasam tal-iżvilupp teknoloġiku, it-tkabbir u l-kooperazzjoni jeħtieġ li jiġi implimentat qafas ġdid li jippermetti u jħeġġeġ lill-kumpaniji f’pajjiżi differenti tal-UE biex jaħdmu flimkien b’mod iktar effiċjenti bil-għan li jiġu stipulati u mwettqa l-prijoritajiet industrijali tagħhom. Dan isaħħaħ il-kompetittività u jtejjeb ir-reazzjonijiet għall-fluttwazzjonijiet tas-suq. Jinħtieġu standards ta’ kwalità u effiċjenza minnufih, u fl-istess ħin għandha tittejjeb l-effiċjenza tal-finanzjament tar-Riċerka u l-Iżvilupp bl-aħjar mod possibbli.

4.1.1   Għandha tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tat-teknoloġiji ibridi l-ġodda li jintużaw kemm fis-settur militari kif ukoll f’dak ċivili tal-ajrunawtika. Fl-istess ħin għandna nassiguraw li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża jikkontrollaw it-tixrid ulterjuri tat-teknoloġiji li jistgħu jintużaw sew fis-settur militari sew f’dak ċivili tal-ajrunawtika.

4.1.2   Għandu jingħata appoġġ lill-industrijalisti — b’mod partikolari fid-dawl tal-iżvilupp tal-SMEs fis-settur tat-tagħmir fil-katina tal-provvista — għall-implimentazzjoni rapida u fil-fond ta’ “CLEAN SKY JTI”. L-għan ta’ dan huwa li, minn naħa, jintlaħqu l-objettivi ambjentali li stipulat l-Ewropa u, min-naħa l-oħra, li l-industrija tkun tista’ taqdi rwol importanti fil-ħolqien ta’ sistema ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR-ATM) sabiex tappoġġja l-inizjattiva bl-isem “Ajru Uniku Ewropew” (SES) (4).

4.2   Il-Kumitat jissuġġerixxi li tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva diretta tal-pajjiżi tal-UE li huma magħrufa għat-tradizzjoni ajrunawtika tagħhom sabiex jinbena netwerk Ewropew ta’ sottokuntratturi li jkunu kapaċi jappoġġjaw b’mod effiċjenti lill-manifatturi ajrunawtiċi bħall-AIRBUS, is-SAAB, l-ALENIA, l-ATR, eċċ. Huwa importanti li dawn iżommu u jqawwu l-kompetenzi tagħhom, b’mod speċjali billi jiffokaw fuq it-teknoloġiji l-ġodda.

4.3   Is-settur Ewropew tal-ajrunawtika reġjonali qed jirkupra sew bil-għajnuna tal-ajruplani tal-ATR (5) u l-ekonomiji tal-karburanti li joffru. Is-suq tal-ajrunawtika qed jiżviluppa wkoll fil-qasam tal-ajruplani tat-tip RJ (Regional Jets) (6). Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li nappoġġjaw lill-kumpaniji li żviluppaw strateġiji industrijali innovattivi tat-tip “Open Innovation”; x’aktarx SuperJet International huwa l-aqwa eżempju attwali fost il-kumpaniji li jħaddmu dawn l-istrateġiji.

4.4   Il-Kumitat jemmen fl-importanza li l-Istati Membri jappoġġjaw it-tnaqqis tad-dipendenza tas-sottokuntratturi mill-prinċipali attwali (billi tingħata l-għajnuna għad-diversifikazzjoni tas-swieq u għall-internalizzazzjoni), u t-tħejjija ta’ karta dwar l-impenn reċiproku fuq perijodu twil ta’ żmien bejn il-prinċipali u s-sottokuntratturi.

4.5   Il-Kumitat huwa konvint li jeħtieġ jingħata appoġġ minnufih għad-definizzjoni tal-istrateġiji ta’ innovazzjoni tas-sottokuntratturi sabiex ikunu jistgħu joffru prodotti u servizzi ġodda b’mod sostenibbli u b’iktar valur miżjud filwaqt li jiġu megħjuna jikkollaboraw għall-ksib ta’ massa kritika.

4.6   Minkejja t-tilwim bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-kuntest tad-WTO, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirriflettu dwar proċedura ta’ finanzjament li tiggarantixxi l-kontinwità tal-proċess ta’ manifattura. Din il-proċedura tista’ tkun fil-forma ta’ qsim tas-self bejn is-sottokuntratturi tas-settur. Tista’ tkun ukoll garanzija għas-self li tkun ibbażata fuq is-self antiċipat li għandu jiġi rimborżat, jew inkella tista’ tkun self preferenzjali stipulati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Barra minn hekk, ikun għaqli li jitwaqqfu mekkaniżmi kontra r-riskji finanzjarji, bħal dawk li jirriżultaw mill-fluttwazzjonijiet monetarji.

4.7   Minbarra l-aspett industrijali, il-Kumitat isostni li għandna nilqgħu minn qabel għall-evoluzzjoni u l-bidliet professjonali li ser joħloq l-ippjanar tal-impjiegi u l-kompetenzi fil-livelli differenti, jiġifieri l-qasam professjonali, l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Bis-saħħa tal-osservatorji tal-professjonijiet fil-qasam ajrunawtiku u bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet akkademiċi wieħed għandu jkun jista’ jidentifika l-professjonijiet tal-ġejjieni u l-ħtiġijiet fil-qasam tat-taħriġ.

4.8   Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li jinħolqu strumenti għas-sorveljanza ekonomika biex jiġi segwit l-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-intrapriżi u biex ir-riskji jiġu identifikati malajr kemm jista’ jkun. Dawn l-istrumenti għandhom, minn naħa, jkunu innovattivi fil-qasam tat-taħriġ, u min-naħa l-oħra, għandhom isaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka, l-università u l-industrija bil-għan li ż-żgħażagħ u l-ħaddiema jitħejjew aħjar kemm għax-xogħlijiet tal-futur kif ukoll għall-bidliet teknoloġiċi mistennija.

4.9   Bl-iżvilupp tal-iskambji bejn iċ-ċentri tal-kompetittività differenti bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ambjentali u teknoloġiċi stipulati mill-UE, għandu jkun jista’ jinħoloq netwerk li bis-saħħa tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu aħjar ir-rwoli u l-fondi Ewropej, u b’hekk tiġi evitata l-kompetizzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej filwaqt li jiżdiedu s-sinerġiji.

4.10   Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE għandha tagħmel parti mill-qafas taċ-ċentri tal-kompetittività. Dawn twaqqfu biex l-UE tibqa’ quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġiji avvanzati u jkollha industrija kompetittiva u innovattiva li tissodisfa l-istandards ta’ Kwalità Ambjentali Għolja. Pereżempju, meta jintużaw materjali komposti minħabba li huma reżistenti u ħfief, wieħed għandu jqis jekk dawn jistgħux jiġu riċiklati jew meqruda.

4.11   Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li tiġi adottata minnufih ġabra ta’ miżuri bil-għan:

li t-trasport tal-ajru jsir aktar ekoloġiku;

li l-passiġġieri jivvjaġġaw b’mod sigur u jkunu sodisfatti;

li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tat-trasport tal-ajru (b’konformità mal-politika Ewropea tat-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-Ewropa), l-istorbju u l-konsum tal-karburanti;

li jiġu żviluppati kunċetti li jiffaċilitaw l-iżmuntaġġ ta’ tagħmir qadim (l-użu ta’ materjali li jistgħu jiġu riċiklati, eċċ.).

4.12   Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw minnufih il-ħtieġa ta’ politika strateġika fil-qasam ajrunawtiku. Tali politika għandha tinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti fil-livell tal-Ewropa u taż-żoni li normalment huma assoċjati mal-ajrunawtika bil-għan li jbassru aħjar il-bidliet futuri u jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti soċjali. Jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw it-twaqqif ta’ kumitat ta’ djalogu soċjali fi ħdan is-settur tal-ajrunawtika Ewropea kif qed iħeġġu l-imsieħba soċjali.

It-tieni parti — Raġuni

5.   Kuntest u sfond

5.1   Fl-2007 l-analisti bassru li fi żmien 20 sena oħra t-traffiku tal-ajru għandu kellu jirdoppja bi tkabbir medju ta’ 6 % fis-sena (huwa mistenni li fl-2025 il-passiġġieri jitilgħu għal 5 biljuni minn madwar 2 biljuni fl-2006). Sabiex nilqgħu għaż-żieda mistennija fit-traffiku, l-ordnijiet ta’ inġenji tal-ajru ġodda (li jesgħu iktar minn 90 passiġġier) imbassra għall-20 sena li ġejjin huma ottimisti u jvarjaw bejn 22 600 (sors Airbus) u 23 600 (sors Boeing) inġenju tal-ajru.

5.2   Il-liberalizzazzjoni dejjem tikber tat-trasport tal-ajru, l-isplużjoni fid-domanda tal-pajjiżi emerġenti (l-Ażja, il-Paċifiku u l-Lvant Nofsani) u l-qagħda finanzjarja b’saħħitha tal-kumpaniji tal-ajru fl-2007 għandhom ikunu jistgħu jappoġġjaw il-proċess.

Nhar is-27 ta’ Settembru 2007, l-Assemblea tal-KESE awtorizzat lill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) biex tħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-ġejjieni tal-industrija ajrunawtika fl-Ewropa (minbarra s-setturi tal-ajrunawtika militari, tal-ħelikopters u tal-manutenzjoni, eċċ.).

5.3.1   Il-Kumitat iddeċieda li jħejji dan id-dokument għaliex jagħraf l-importanza fundamentali ta’ dan il-qasam għall-industrija Ewropea kollha kemm hi minħabba l-piż tal-produzzjoni, l-esportazzjoni, l-impjiegi u l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp tagħha. Dan il-qasam jixpruna wkoll għadd ta’ industriji (sottokuntratturi u setturi relatati miegħu, bħall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru) u jħeġġeġ id-dinamiżmu f’reġjuni sħaħ. Barra minn dan, huwa x-xempju tal-valur miżjud Ewropew u l-prova li bis-saħħa tal-għaqda tal-isforzi l-Ewropa tista’ tikkompeti ma’ kompetituri dinjin oħra, b’mod partikolari l-Istati Uniti.

5.3.2   L-esperjenza li kisbet is-CCMI permezz tat-tħejjija tal-opinjoni tagħha bl-isem “L-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista f’kuntest globali u Ewropew” (7) hija utli sabiex issir analiżi tal-industrija ajrunawtika, qasam kumpless ħafna f’dan ir-rigward.

Barra minn hekk, hemm ġabra ta’ riskji ġodda li qed jheddu t-tkabbir u kapaċi joħolqu problemi ġodda:

5.4.1   Id-dipendenza kbira tal-manifatturi mis-swieq emerġenti tista’ twassal biex it-tnaqqis mhux mistenni tat-tkabbir Ażjatiku (mhux fiċ-Ċina u l-Indja biss) ikollu impatt dirett u ħażin ferm fuq is-settur kollu.

5.4.2   Is-settur tilef il-bilanċ tiegħu minħabba l-bidla kbira fir-relazzjonijiet bejn il-prinċipali u l-fornituri tat-tagħmir u minħabba r-ristrutturar kontinwu min-naħa tal-prinċipali. Illum huwa diffiċli li jitkejlu l-konsegwenzi taż-żieda fir-riskji finanzjarji għall-fornituri tat-tagħmir tal-ewwel livell, li jħabbtu wiċċhom mal-pressjoni min-naħa tal-prinċipali fil-kuntest tal-ftehimiet għall-qsim tar-riskji.

5.4.3   Jeżisti nuqqas ta’ finanzjament, sew fil-livell nazzjonali sew f’dak Ewropew, għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda. Ikun għaqli li jiġu allokati wkoll xi fondi għar-riċerka fundamentali fl-istrateġija tal-intrapriża u fl-istrateġija tal-innovazzjoni.

5.4.4   Minħabba t-tendenza li jintużaw materjali komposti ser ikun hemm bżonn riorganizzazzjoni sħiħa tal-katina (bejgħ tal-impjanti tal-Airbus, eċċ.) saħansitra qabel din it-teknoloġija tiġi ttestjata biżżejjed. Ara, pereżempju, l-użu enormi ta’ materjali komposti fil-B787, li hemm ’il fuq minn 800 ordni għalih għalkemm l-ajruplan għadu mhux iċċertifikat.

5.4.5   Bejn l-2000 u l-2007 l-euro żdied bi 48 % (u b’66 % jekk titqies il-medja matul l-ewwel tmien xhur tal-2008) meta mqabbel mad-dollaru Amerikan. Jekk dan il-fenomenu, li bħalissa waqaf, jerġa’ jibda (jew saħansitra jiżdied), jista’ jagħti l-każ li l-kumpanija Airbus ikollha tniedi pjan ġdid għat-tnaqqis tal-ispejjeż (kif saħaq kemm-il darba l-President tal-Airbus, tnaqqis ta’ 10 ċenteżmi tad-dollaru jissarfu f’EUR 1 biljun għall-manifattur tal-ajruplani), u dan il-fenomenu jista’ jħalli konsegwenzi drammatiċi għas-sottokuntratturi li ħafna minnhom m’għandhomx il-mezzi biex iħallsu kopertura u b’hekk jiżdiedu r-rilokazzjonijiet b’impatt soċjali u politiku diżastruż.

5.4.6   Il-problemi tekniċi tal-A380 u l-A400M, kif ukoll tal-B787, u l-konsegwenzi diretti tagħhom huma biżżejjed biex juru d-diffikultà tal-manifatturi biex jaħkmu l-kumplessità dejjem tikber tal-ajruplani l-ġodda.

5.4.7   Għalissa għadu diffiċli li wieħed ibassar l-effetti tal-kriżi internazzjonali attwali. It-tnaqqis fil-prezz taż-żejt jista’ jkun, għall-anqas fuq perijodu qasir ta’ żmien, ta’ benefiċċju għall-kumpaniji tal-ajru. Min-naħa l-oħra, din il-kriżi tista’ tħalli impatt negattiv fuq it-turiżmu internazzjonali u b’hekk tonqos id-domanda tal-biljetti tal-ajru.

5.5   Ikun xi jkun l-iżvilupp tat-trasport tal-ajru u minkejja t-tkabbir attwali tiegħu, l-impatt ekonomiku u soċjali tar-riorganizzazzjoni attwali u futura ta’ dan il-qasam fl-Ewropa hija reali, u teżisti t-theddida serja li s-settur tat-trasport tal-ajru Ewropew ikompli sejjer lura.

5.6   Dan it-tnaqqis jista’ jikkawża riskji kbar bħal, ngħidu aħna, jistgħu jgħibu l-kompetenzi ewlenin, l-Ewropa tista’ titlef il-pożizzjoni tagħha fil-quċċata tas-settur fil-livell dinji minħabba li ma tkunx kapaċi toħloq l-investimenti meħtieġa għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin ġodda, għadd sostanzjali ta’ sottokuntratturi fl-Ewropa jistgħu jgħibu mill-katina tal-provvista u jistgħu jintilfu bosta impjiegi.

6.   L-għanijiet u l-isfidi ewlenin tal-industrija ajrunawtika tal-UE

6.1   Il-Kumitat jaħseb li l-kwistjonijiet prinċipali marbuta ma’ dan il-qasam jikkonċernaw iż-żamma tal-kompetittività u t-titjib tal-opinjoni pubblika dwaru.

6.2   Għall-atturi l-ġodda huwa diffiċli li jintegraw ruħhom fil-qasam ajrunawtiku u huwa impossibbli li xi darba jkunu quddiem nett. Fil-livell dinji baqa’ biss żewġ manifatturi tal-ajruplani li jesgħu iktar minn 100 passiġġier: l-Airbus u l-Boeing. Huwa diffiċli immens li jerġgħu jinħolqu t-teknoloġiji, il-kompetenzi jew l-infrastrutturi li qed jonqsu b’mod kontinwu jew qed jgħibu għalkollox.

Għaldaqstant, l-Ewropa għandha toqgħod attenta li l-pajjiżi magħrufa għat-tradizzjoni ajrunawtika tagħhom:

6.3.1   iżommu u jżidu l-kompetenzi tagħhom, b’mod partikolari billi jiffokaw fuq it-teknoloġiji avvanzati, u billi jipparteċipaw fit-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ sottokuntratturi li jkunu kapaċi jappoġġjaw b’mod effiċjenti lill-manifatturi ajrunawtiċi l-kbar bħall-AIRBUS, is-SAAB, l-ALENIA, l-ATR, eċċ.;

6.3.2   jaqdu rwol ikbar fl-iżvilupp tas-sħubijiet mad-dinja tar-riċerka (l-universitajiet, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni superjuri, il-laboratorji pubbliċi, eċċ.) fil-qasam tar-riċerka fundamentali.

6.4   L-Ewropa ma tistax tinjora r-rabtiet mill-qrib li jeżistu bejn ir-riċerka militari u ċivili fl-Istati Uniti. Minkejja d-dewmien fil-programm B787, il-kumpanija Boeing irċeviet l-għajnuna finanzjarja min-NASA u d-DARPA sabiex ittemm il-qabża teknoloġika li tinvolvi t-tranżizzjoni għall-istrutturi komposti. Għal din ir-raġuni l-Kumitat jemmen li għandha tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża bil-għan li jippromovu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fl-industrija ajrunawtika li jintużaw sew għas-settur ċivili sew għas-settur militari.

6.5   L-industrija ajrunawtika ma tistax tinjora r-Regolament REACH, (KE) Nru 1907/2006, li ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill nhar it-18 ta’ Diċembru 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007. Għall-bidu kien maħsub li dan ir-Regolament ser jitlob il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u, possibbilment, ir-restrizzjoni ta’ madwar 30 000 sustanza fi kwantitajiet konsiderevoli fis-suq Ewropew. Madankollu, matul l-aħħar ġimgħat ġie ddikjarat li l-100 000“sustanza eżistenti” ġew reġistrati minn qabel. B’hekk ser jiżdied ir-riskju li titwaqqaf il-provvista, b’mod partikolari meta jiġu vvalutati sustanzi użati f’materjali kumplessi jew komposti. Għalhekk huwa importanti ħafna li l-UE tappoġġja lill-intrapriżi li jinsabu fiċ-ċentri tal-kompetittività b’użu kbir ta’ materjali komposti meta dawn l-intrapriżi jiġu biex jevalwaw ir-riskji tas-sustanzi individwali li jintużaw fil-materjali. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jgħinu lill-industrija Ewropea tat-trasport tal-ajru biex tilħaq l-objettivi ambjentali.

6.6   L-UE daħlet għall-impenn li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, l-istorbju u l-konsum tal-karburanti (filwaqt li tappoġġja l-bijokarburanti). Għaldaqstant jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-industrija, inklużi l-SMEs, il-qafas meħtieġ sabiex l-inizjattiva teknoloġika konġunta “Clean Sky” tiġi implimentata minnufih u b’mod armonjuż.

L-Ewropa għandha tfassal fil-ħin programm tar-riċerka u l-iżvilupp li jiffoka fuq l-ajruplani li jagħmlu “vjaġġi qosra” bil-għan li jiffaċilita t-tibdil tal-A320 mal-NSR (8) filwaqt li jgħin lill-industrija Ewropea biex ma jerġax isir l-istess żball li sar fil-każ tal-A350. Dan għandu jsir mingħajr telf ta’ żmien minħabba l-bidliet industrijali fundamentali li huma mbassra fis-settur tal-ajruplani b’kuritur wieħed li jesgħu iktar minn 100 passiġġier.

6.7.1   Fil-fatt, fl-għaxar snin li ġejjin għandu jintemm id-duwopolju tal-Boeing u l-Airbus f’dan is-settur strateġiku, li għandu jirrappreżenta madwar 65 % tad-29 400 ajruplan ġdid li għandhom jinbnew minn issa sal-2027 (jiġifieri madwar 19 160 ajruplan) (9) iżda 40 % biss tal-valur. Dan juri li l-kompetizzjoni qed tiħrax u l-pressjoni fuq il-prezz ta’ dan it-tip ta’ ajruplan qed tikber.

6.7.2   X’aktarx il-kumpaniji l-ġodda, bħal ngħidu aħna l-Avic 1+2 (li ġiet inkorporata dan l-aħħar) fiċ-Ċina, is-Sukhoi fir-Russja, u anke l-Bombardier (il-Kanada) jew l-Embraer (il-Brażil), ser jibdew joperaw bejn l-2015 u l-2020. L-Ewropa mhux bilfors ser tirbaħ il-ġlieda tal-prezzijiet f’dan is-settur, però tista’ tinħeles minn din is-sitwazzjoni delikata billi żżomm l-avvanz teknoloġiku tagħha bis-saħħa tal-innovazzjoni.

It-traffiku tal-ajru reġjonali qed jikber bi 8 % fis-sena. L-ordnijiet tar-Regional Jets (RJ) u t-turboprops (li l-ordnijiet tagħhom irduppjaw) laħqu l-quċċata fl-2007. Fil-kuntest taż-żieda fil-prezz taż-żejt u l-kriżi finanzjarja, is-suċċess tat-turboprops għandu jkompli u x’aktarx ser ikun hemm trasferiment mis-suq tar-RJ għal dak tat-turboprops. Minkejja kollox, is-suq tar-RJ mistenni jkompli jikber għaliex id-domanda għalih hija b’saħħitha u x’aktarx ser inaqqar parti mis-suq tal-manifatturi Boeing u Airbus b’ajruplani bħall-Bombardier tat-tip Series C u l-atturi l-ġodda bħas-Sukhoi jew l-Avic.

6.8.1   Is-settur Ewropew tal-ajrunawtika reġjonali qed jirkupra sew bil-għajnuna tal-ajruplani tal-ATR u l-karburant li jiffrankaw. Is-suq ajrunawtiku qed jiżviluppa wkoll fis-settur tal-ajruplani tat-tip RJ. F’dan is-settur, għall-kuntrarju tal-kompetizzjoni limitata fis-settur tal-LCA (id-duwopolju tal-Boeing u l-Airbus), teżisti kompetizzjoni qawwija bejn il-manifatturi ewlenin Bombardier (il-Kanada) u Embraer (il-Brażil), u warajhom fil-bogħod hemm ATR u atturi nazzjonali oħra (pereżempju l-Ġappun, ir-Russja u ċ-Ċina).

6.8.2   L-Ewropa kważi tilfet għalkollox il-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tar-RJ, però din il-pożizzjoni tista’ terġa’ tinkiseb permezz tal-kumpanija SuperJet International. Din il-kumpanija hija maqsuma bejn Alenia Aeronautica (l-Italja), li għandha 51 %, u Sukhoi Aircraft (ir-Russja), li għandha 49 %. Hi qed tiżviluppa programm industrijali għall-ġettijiet reġjonali li jesgħu bejn 75 u 100 passiġġier, u tirrappreżenta eżempju konkret tal-aħjar prattika sabiex titnieda mill-ġdid il-produzzjoni Ewropea tal-ġettijiet reġjonali li hija adatta għall-fluttwazzjonijiet tal-prezz taż-żejt.

6.8.3   Dan il-programm huwa msejjes fuq l-aqwa kompetenzi Ewropej u dinjija, l-iktar permezz ta’ sħubijiet ma’ fornituri Franċiżi ewlenin (Thales u Safran jipprovdu ’l fuq minn 30 % tal-valur tal-ajruplan) kif ukoll ma’ fornituri Ewropej oħra, bħal Liebherr (il-Ġermanja) u Intertechnique (Franza), u ma’ fornituri barranin bħal Honeywell (l-Istati Uniti) u ċentri tal-eċċellenza internazzjonali bħal dawk li hemm fl-Indja.

6.9   Bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti qamu għadd ta’ kwistjonijiet minħabba l-industrija ajrunawtika. Madankollu, il-finanzjament tal-attivitajiet ċivili tal-ajrunawtika Amerikana permezz ta’ kuntratti militari jista’ jitqies bħala sussidju moħbi li jagħti l-gvern; u dan joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Sa ftit xhur ilu, dan kien qed jinħass iktar minħabba d-dgħufija tad-dollaru. L-għajnuna mill-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali fil-forma ta’ self antiċipat li għandu jiġi rimborżat, jew mezzi simili, hija mhux biss konformi mal-ftehima bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-“Large Civil Aircraft”, iżda wkoll strument trasparenti — u kompatibbli mar-regoli tas-suq — għall-finanzjament tal-iżvilupp ta’ programmi ġodda.

Fil-kuntest tal-fluttwazzjonijiet tal-euro u d-dollaru, mhux normali li l-prinċipali ewlenin (l-Airbus) qed ipoġġu r-riskju tal-kambju fuq is-sottokuntratturi tagħhom billi jħallsuhom bid-dollaru minkejja li l-EADS, il-kumpanija prinċipali tal-Airbus, għandha kapaċità biex tkopri ir-riskji tal-kambju ħafna ikbar minn dik tas-sottokuntratturi tagħha. Dawn l-istess prinċipali qed jippruvaw jitfgħu r-riskji finanzjarji u teknoloġiċi tal-programmi l-ġodda fuq is-sottokuntratturi tal-ewwel u t-tieni livell.

6.10.1   F’dan il-kuntest, huwa verament possibbli li tinħoloq parteċipazzjoni attiva bejn il-prinċipali u s-sottokuntratturi? Din il-parteċipazzjoni jista’ jkollha għamliet differenti. Għandha ssir riflessjoni dwar ir-“Risk Sharing” u l-“Work Package”. Din il-parteċipazzjoni għandha ssir ukoll fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-prinċipal irid ikopri l-ispejjeż kollha tar-riċerka applikata tal-ogħla livell filwaqt li l-SMEs (l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju) u l-SMIs (l-industriji ż-żgħar u ta’ daqs medju) għandhom ikopru parti mill-ispejjeż tar-riċerka fil-“proċess” industrijali.

6.10.2   Parteċipazzjoni attiva oħra tista’ tinkludi l-provvista tal-materja prima għall-intrapriżi. Nafu li l-Airbus qed tixtri t-titanju u terġa’ tbigħu lis-sottokuntratturi tagħha bi prezz għali. Ikun tajjeb li l-prinċipali jieħdu sehem fil-qsim tax-xiri tal-materja prima. Mhux possibbli li l-SMEs u l-SMIs, li huma sottokuntratturi, u l-prinċipali joħolqu mekkaniżmu li jiġbor flimkien il-provvisti tal-materja prima u b’hekk jonqsu l-prezzijiet tal-provvista?

Illum wieħed jinnota li l-SMEs u l-SMIs jiddependu ħafna minn prinċipal ajrunawtiku wieħed (l-Airbus, pereżempju). F’bosta każi ewlenin din id-dipendenza hija ta’ madwar 70 % fis-settur tal-mekkanika ġenerali, tal-metallurġija u tal-komponenti elettroniċi, u toqrob lejn is-67 % fis-settur tas-servizzi (10).

6.11.1   Għaldaqstant, huwa importanti ferm, l-iktar sabiex jittaffew l-effetti ċikliċi tas-settur ajrunawtiku, li l-SMEs u l-SMIs jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom f’setturi oħra filwaqt li jiffokaw fuq l-aħjar karatteristiċi tal-Ewropa. Però dawn il-kumpaniji għandu jkollhom ħila kbira li jadattaw ruħhom bil-għan li jidħlu f’oqsma tal-attività li mhumiex l-oqsma prinċipali tagħhom. Iridu jkunu kapaċi wkoll imexxu bosta tipi ta’ attivitajiet billi jallokawlhom xi mezzi finanzjarji u umani. Dan ifisser li, minn naħa, l-SMEs u l-SMIs ikollhom aċċess għall-finanzjamenti reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej biex jiżviluppaw, imexxu u jindustrijalizzaw l-attività tad-diversifikazzjoni; u li, min-naħa l-oħra, il-prinċipal jieħu sehem fir-riċerka dwar id-diversifikazzjoni u joffri l-kompetenzi meħtieġa fl-oqsma differenti.

6.11.2   B’xi mod jew ieħor, dan naturalment joħloq il-problema tal-ispin-out. Nieħdu l-eżempju tar-reġjun ta’ Aquitaine: hawnhekk impjant tal-ex-Aérospatiale żviluppa t-teknoloġija ta’ torċ tal-plasma kkumerċjalizzata mill-kumpanija Europlasma.

Kull bidla industrijali teħtieġ ammont sostanzjali ta’ flus. Għal din ir-raġuni l-kumpaniji għandhom bżonn l-appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jew Ewropej. F’dan il-kuntest u b’konformità mar-regoli stipulati mid-WTO, l-UE għandha tikkunsidra l-fenomenu tal-fluttwazzjoni tad-dollaru. L-UE kif tista’ tipparteċipa fit-tnaqqis tar-riskju finanzjarju fis-settur ajrunawtiku minħabba r-rata tal-kambju bejn l-euro u d-dollaru? It-trasferiment tar-riskju tal-kambju fuq is-sottokuntratturi ma jistax jitqies bħala soluzzjoni sodisfaċenti b’mod globali billi l-parità tal-euro u d-dollaru tibqa’ xxekkel lill-kumpaniji Ewropej fil-konfront tal-kompetituri tagħhom, b’mod speċjali l-Istati Uniti.

6.12.1   Ir-reġjun tal-Midi-Pyrénées jirrappreżenta każ interessanti. Sa mis-sena 2000, fl-okkażjoni tat-tnedija tal-A380, dan ir-reġjun implimenta l-pjan ADER sabiex jgħin lill-SMEs u lill-SMIs li huma sottokuntratturi tal-kumpaniji ajrunawtiċi. Dan l-esperiment ħalla riżultati interessanti u għandu jitkompla biex jgħin lill-SMEs u lill-SMIs jadattaw ruħhom għall-pjan “POWER8” tal-kumpanija Airbus.

6.12.2   Il-mekkaniżmu l-ġdid, imsemmi ADER II, huwa maħsub biex jgħin lill-gruppi tal-kumpaniji skont il-każ, jiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom, jappoġġjahom biex jidħlu fis-swieq il-ġodda, jappoġġja l-qsim tal-mezzi għax-xiri tal-materja prima, eċċ.

Il-globalizzazzjoni tal-attività ajrunawtika għandha impatt qawwi immens fuq il-ħaddiema u l-impjiegi. Sabiex niffaċċjaw dan irridu nsaħħu u nappoġġjaw il-mezzi tar-riċerka u t-taħriġ bil-għan li jinħolqu impjiegi ġodda. Waħda mill-possibbiltajiet tista’ tkun il-ġestjoni tar-riżorsi umani.

6.13.1   Din il-ġestjoni għandha ssir bi tħejjija għall-bidliet futuri. Bis-saħħa tagħha l-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw aħjar l-inċertezzi tal-futur, jippjanaw fit-tul, jagħtu sens lix-xogħol tagħhom u jiżviluppaw il-karriera u l-investiment tagħhom fil-kumpanija filwaqt li jikkunsidraw il-ħtiġijiet u x-xewqat tagħhom. Permezz ta’ din il-ġestjoni l-kumpanija għandha tkun tista’ tadatta ruħha għall-bidliet u għall-kompetizzjoni.

6.13.2   Il-ġestjoni tar-riżorsi umani għandha tkun parti minn qafas ġenwin tal-impjiegi u l-kwalifiki b’għanijiet fuq perijodu ta’ żmien twil ħafna (30 sena). L-għan għandu jkun li jiġu stipulati l-ħtiġijiet ta’ taħriġ u ta’ żvilupp tal-kompetezi li ta’ min jiġu implimentati, fuq perijodu medju ta’ żmien, fl-għoti tat-taħriġ inizjali u t-taħriġ tul il-ħajja mill-perspettiva tal-industrija kif ukoll tal-għalliema u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Din il-ġestjoni tista’ ssir fil-kuntest ta’ riflessjoni dwar is-suq tax-xogħol.

Sabiex ikun hemm industrija tal-ajrunawtika b’livell għoli ta’ għarfien tekniku, din trid timpjega ħaddiema b’taħriġ inizjali ta’ livell għoli f’oqsma li qed jiżviluppaw, bħall-materjali komposti jew l-ambjent. Barra minn hekk, iridu jiġu żviluppati oqsma oħra, bħall-ġestjoni tar-riskji industrijali, il-materjali l-ġodda, il-karburanti nodfa, eċċ.

6.14.1   Is-sistemi tat-taħriġ m’għandhomx jikkonċernaw biss il-ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali, iżda jridu joħolqu jew isaħħu l-osqma tax-xogħol manwali li għal żmien twil ingħata isem ħażin u ma tantx kien jitqies fil-parti l-kbira tas-sistemi edukattivi Ewropej. Il-qasam tax-xogħol manwali jaqdi rwol importanti fil-kompetittività tal-industrija ajrunawtika.

6.14.2   It-taħriġ inizjali għandu jkun ibbażat ukoll fuq l-apprendistat bi ftehimiet bejn l-iskejjel, l-universitajiet jew ix-xogħol manwali, u l-kumpaniji. It-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja għandu jiffaċilita t-taħriġ mill-ġdid ewlieni u t-taħriġ mill-ġdid tan-nies bi ftit kwalifiki. Però, l-ewwel u qabel kollox, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ pjan strateġiku, dan it-taħriġ huwa strument essenzjali u konkret sabiex jitnaqqsu d-differenzi li jista’ jkun hemm bejn ir-riżorsi attwali u l-bżonnijiet tal-ġejjieni. B’mod iktar ġenerali, kull ħaddiem Ewropew għandu jkun jista’ jibbenefika minn livell minimu ta’ taħriġ matul ħajtu kollha.

6.15   Kwalunkwe miżura teħtieġ li d-diriġenti tal-kumpaniji u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jikkooperaw kemm jista’ jkun. Bosta drabi din il-kooperazzjoni teżisti fil-livell nazzjonali, imma għandha titkompla fil-livell Ewropew. L-ewwel pass kien l-implimentazzjoni tad-Direttiva Ewropea 94/45/KE li tirregola l-Kunsilli tax-Xogħol Ewropej. Billi d-diriġenti tal-kumpaniji jistabbilixxu l-istrateġija tagħhom fil-livell Ewropew, il-Kunsilli Ewropej huma l-uniku post xieraq sabiex tinġabar l-informazzjoni ekonomika fil-livell rilevanti u tiġi analizzata s-sitwazzjoni qabel in-negozjati kollha. Jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw it-twaqqif ta’ kumitat ta’ djalogu soċjali fi ħdan is-settur Ewropew tal-ajrunawtika.

7.   Proposti għal opinjonijiet futuri

7.1   Is-settur tal-ajrunawtika huwa tant kumpless li mhux possibbli li jiġu analizzati l-aspetti kollha tiegħu f’din l-opinjoni. Għaldaqstant, is-CCMI għandha tippjana minnufih li ’l quddiem tissokta bil-ħidma tagħha b’rabta ma’ dan is-suġġett f’opinjonijiet oħra.

7.2   Dawn l-opinjonijiet futuri jistgħu jindirizzaw is-suġġetti li ġejjin:

is-settur ajrunawtiku militari;

il-ħelikopters militari u ċivili;

il-manutenzjoni ajrunawtika;

l-avjonika militari u ċivili, inklużi s-sistemi tal-armi avvanzati;

il-proċeduri, l-istandards u t-tagħmir il-ġdid u tal-aħħar ġenerazzjoni għall-inżul tal-ajruplani f’każ ta’ emerġenza.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  “Sabiex titnaqqas id-differenza bejn l-UE u l-kompetituri ewlenin tagħha għandu jsir sforz globali ikbar fl-oqsma tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u għandha ssir enfasi b’mod partikolari fuq it-teknoloġiji avvanzati ħafna.” (Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewroew ta’ Barċellona (2002) mhumiex disponibbli bil-Malti)

(2)  Bejn l-2000 u l-2007 l-euro żdied bi 48 % (u b’66 % jekk titqies il-medja matul l-ewwel tmien xhur tal-2008) meta mqabbel mad-dollaru Amerikan. Jekk dan il-fenomenu, li bħalissa waqaf, jerġa’ jibda (jew saħansitra jiżdied), jista’ jagħti l-każ li l-kumpanija Airbus ikollha tikkanċella l-pjan ta’ ristrutturazzjoni msejjaħ “Power 8” (imsejjes fuq il-parità massima tal-euro u d-dollaru ta’ 1.37), u tieħu miżuri ekonomiċi oħra — u dan kapaċi jħalli konsegwenzi soċjali u politiċi diżastrużi.

(3)  L-effett tal-“papy boom” jirreferi għan-numru sostanzjali ta’ persuni li ser joħorġu bil-pensjoni bejn l-2000 u l-2020 fil-pajjiżi żviluppati. Dan il-fenomenu huwa konsegwenza loġika u previdibbli tal-“baby boom” ta’ wara l-gwerra u tat-tnaqqis fir-rata tat-twelid li qed twassal għat-tixjiħ demografiku. Dan il-proċess ser jinfluwenza l-ekonomija b’mod sostanzjali, ser iżid l-ispejjeż għas-saħħa u l-pensjoni, u ser inaqqas il-popolazzjoni attiva.

(4)  Din hija inizjattiva Komunitarja li tippjana l-ispazju tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fil-livell pan-Ewropew sabiex it-traffiku tal-ajru jaħdem aħjar u jiġi garantit livell għoli u uniformi ta’ sigurtà fl-ajru Ewropew.

(5)  Il-kumpanija ATR kellha 12-il ordni fl-2004, filwaqt li fl-2007 rċeviet 113-il ordni fissa (sors: ATR).

(6)  Regional Jet: ajruplan tat-trasport ċivili tal-passiġġieri li jesa’ inqas minn 100 passiġġier (u li maż-żmien ser jibda jieħu post l-ajruplani b’kuritur wieħed li jagħmlu “vjaġġi qosra”).

(7)  Opinjoni CESE, ĠU C 168, tas-20.7.2007, p. 1.

(8)  New Short Range.

(9)  Sors: Boeing Forecast 2008-2027.

(10)  Sors: Insee, Dossier Nru 138, Marzu 2007.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/57


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Iżviluppi fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut u l-impatt fuq il-fornituri u l-konsumaturi”

(2009/C 175/10)

Nhar is-27 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

l-Iżvilupp fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut u l-impatt fuq il-fornituri u l-konsumaturi

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura SHARMA.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’136 vot favur, 21 vot kontra u 20 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet, rakkomandazzjonijiet u proposti

1.1   Il-bejgħ bl-Imnut f’Ammonti Kbar (High Volume Retail — HVR) fl-Ewropa jaqdi rwol importanti bil-kontribut finanzjarju li jagħti lill-ekonomija, il-ħolqien tal-impjiegi u l-offerta varjata lill-konsumatur. Riċentement, ħarġu xi fatti u allegazzjonijiet dwar l-impatt ta’ dan it-tkabbir. Fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Liżbona, li tirrifletti l-kompetittività, it-tkabbir u iktar impjiegi ta’ kwalità ogħla; din l-opinjoni identifikat oqsma speċifiċi fejn għandu jkun hemm iktar trasparenza u d-diliġenza xierqa, fl-industrija kif ukoll bħala ħarsien tal-bejjiegħa bl-imnut, il-fornituri, l-impjegati u l-konsumaturi.

1.2   Il-Kummissjoni tal-UE: id-DĠ tas-Suq Intern u d-DĠ Intrapriża bħalissa kollha qed iwettqu studji ta’ riċerka dwar l-iżviluppi fil-qasam tal-HVR, speċjalment fl-oqsma tal-marġini, it-tul u l-partijiet interessati fil-katina tal-provvista u l-industrija tal-bejgħ bl-imnut kollha kemm hi. Id-DĠ Impjiegi ser jistudja l-ħtiġijiet ta’ kapaċità tal-ħiliet fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut sal-2020. Il-Kumitat joffri l-appoġġ tiegħu biex jgħin lill-Kummissjoni kull fejn ikun possibbli.

1.3   Il-Kumitat qed jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, fejn jipproponi miżuri li jżommu stabbli l-livell ta’ tkabbir u jiżguraw kompetizzjoni f’saħħitha għall-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri, il-ħarsien tal-impjegati kif ukoll il-possibbiltà li l-konsumaturi jirċievu benefiċċju fit-tul, filwaqt li tinżamm is-sostenibilità.

1.4   Il-KESE ser ikompli jsegwi żviluppi fl-HVR, b’mod partikulari billi janalizza żviluppi fost bejjieħa bl-imnut kbar f’pajjiżi Ewropej iżgħar u b’rabta ma’ setturi li mhumiex koperti mill-istudju attwali, bħas-settur tal-prodotti elettriċi domestiċi.

1.5   Skont ir-riċerka kkummissjonata mill-KESE (1), jidher ċar li fl-Ewropa tal-Punent hemm konċentrazzjoni għolja ta’ HVR, kemm fl-oqsma tal-ikel u tal-ħwejjeġ, kif ukoll f’oqsma oħra bħad-DIY, l-isport, ir-rekreazzjoni u l-kultura. Iżda, ġeneralment dan mhuwiex riżultat ta’ inkorporazzjonijiet, akwiżizzjonijiet jew akkwisti fis-settur. Għalkemm fi snin riċenti ħarġu bejjiegħa bl-imnut internazzjonali ta’ daqs kbira, il-bejgħ bl-imnut jibqa’ settur iffokat l-iktar fil-livell nazzjonali.

1.6   It-tkabbir u s-suċċess tal-bejgħ bl-imnut huwa suċċess f’ ekonomija Ewropea. Ħafna bejjiegħa bl-imnut, li darba kienu SMEs, saru iktar effiċjenti, kompetittivi, produttivi u iktar sensittivi għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi sabiex jirnexxu. Mudelli privati kif ukoll kooperattivi u mudelli tal-ekonomija soċjali għaddew minn tkabbir. Ħafna negozji Ewropew issa huma kumpaniji globali ta’ suċċess, b’operazzjonijiet ġodda qed jitwaqqfu fiċ-Ċina, l-Istati Uniti, il-Lvant Imbiegħed u r-Russja. Is-saħħa domestika ppermettiet il-kumpaniji bl-ikbar suċċess jesportaw il-mudelli tan-negozju tagħhom lejn uħud mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut li joffru l-ikbar sfidi fid-dinja. Dan ġab benefiċċji kbar għall-impjegati, l-azzjonisti kif ukoll il-konsumaturi fl-Ewropa li gawdew minn għażla aktar wiesgħa ta’ prodotti u prezzijiet kompetittivi.

1.7   Il-bejgħ bl-imnut huwa settur dinamiku, innovattiv u kompetittiv li wera b’mod konsistenti, fl-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li huwa vibranti u kompetittiv (2). Huwa ta’ importanza kbira li s-suċċess kummerċjali ma jiġix penalizzat, barra minn każijiet fejn ikunu involuti prattiki li mhumiex kompatibbli mal-kompletar tas-suq intern, b’mod partikulari meta jkun hemm provi ċari ta’ abbuż tal-poter tas-suq jew ħsara lill-konsumaturi bi ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-UE. Suq kompetittiv huwa mod effettiv kif jitħares il-konsumatur u jekk dan jitħaddem b’mod effiċjenti jista’ jġid miegħu iktar benefiċċji. F’suq ħieles u ġust, il-bejjiegħa bl-imnut jikkompetu fuq il-bażi tas-servizz li joffru, il-kwalità tal-prodotti, u l-valur meta mqabbel mal-prezz.

1.8   Anke jekk hemm differenzi u distinzjonijiet li wieħed jifhimhom fi ħdan għaqda ekonomika ta’ 27 Stat, il-Kumitat jara l-ħtieġa li jkun hemm kollaborazzjoni, jew aħjar koordinament Ewropew li jippermetti lill-kummerċ li jieħu r-rwol tiegħu ta’ servizz universali. Dan il-pass jista’ jwassal għall-ħolqien ta’ sistema Ewropea aktar armonizzata għall-kejl u t-traċċar tal-attività kummerċjali biex l-iżvilupp tagħha jkun megħjun aħjar.

1.9   Sabiex jiġu riflessi proċeduri ta’ tħaddim trasparenti bejn il-fornituri u l-HVR, il-KESE jirrakkomanda li jitkompla d-dibattitu dwar il-valur miżjud u l-legalità taħt il-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-UE ta’ Kodiċi ta’ Prattika volontarja li tiggwida r-relazzjonijiet bejn il-bejjiegħ bl-imnut u l-fornituri fil-livell tal-Istati Membru kif ukoll bħala analiżi ċara u trasparenti tal-katina tal-provvista li għandha ammont kbir ta’ partijiet interessati barra mill-fornitur ewlieni u l-HVR.

1.10   Il-ħolqien ta’ Kodiċi ta’ Prattika Volontarja awtoregolatorja, appoġġjata min kuntratti bil-miktub bejn il-bejjiegħ bl-imnut u l-fornitur, li tkopri transazzjonijiet li jsiru tul il-katina tal-provvista, “mill-farm sal-platt”, tista’ tiġi introdotta fil-livell nazzjonali.

1.11   Din il-kodiċi għandha tippermetti wkoll li jkun hemm numru akbar ta’ intrapriżi medji, żgħar u artiġjanali fil-produzzjoni jew fis-servizzi li jkollhom aċċess għall-bejgħ bl-imnut f’volumi kbar b’minimu ta’ garanziji.

1.12   Il-Kodiċi tkun tippermetti li tinżamm il-flessibilità attwali fil-kummerċ u n-negozjati, biex b’hekk ikun hemm lok għal bidliet għal arrieda fil-kundizzjonijiet (pereżempju l-inflazzjoni jew tibdil fil-prezz taż-żejt), u dan jibbenefika kemm il-fornitur kif ukoll il-bejjiegħ bl-imnut, iżda ma jħallix li l-HVR u/jew il-fornituri l-kbar jeżerċitaw pressjoni jew ikunu abbużivi.

1.13   Kodiċi bħal din tista’ tinkludi:

Il-Kundizzjonijiet Standard ta’ Tħaddim tal-Kummerċ bejn il-Bejjiegħ bl-Imnut u l-Fornitur, b’perijodu ta’ żmien stipulat meta jista’ jiġi avżat li ser isiru xi bidliet, u meta l-kundizzjonijiet jidħlu fis-seħħ, inkluża t-terminazzjoni tal-kuntratti.

L-ebda tnaqqis retrospettiv fil-prezzijiet miftiehma minħabba pressjoni.

L-ebda obbligu minħabba pressjoni biex wieħed jikkontribwixxi lejn l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut iktar mill-ammont li ġie miftiehem fil-kuntratt oriġinali.

L-ebda pagamenti ta’ kumpens minn fornituri biex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis fil-profitti tal-bejjiegħa bl-imnut, sakemm dan ma jkunx definit u miftiehem minn qabel, jew fejn il-fornitur ma pprovdiex l-ammonti mitluba.

Prodotti li ma jinbiegħux ma jingħatawx lura, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi, li jiġu miftiehma fit-termini tal-kuntratt.

L-ebda pagamenti għal ħala, negliġenza jew nuqqas ta’ twassil tas-servizz barra minn dawk stipulati fil-kuntratt oriġinali, fejn id-dettalji jridu jkunu ċari u mhux ambigwi.

L-ebda pagamenti f’daqqa għal ordnijiet jew pożizzjonijiet. Fir-rigward l-offerti promozzjonali, il-pagamenti kollha jridu jkunu ċari u trasparenti.

L-offerti promozzjonali kollha jridu jiġu miftiehma miż-żewġ partijiet minn qabel u b’perijodu ta’ żmien stipulat b’mod ċar bejn l-avviż u l-offerta, u l-kundizzjonijiet tal-promozzjoni jridu jkunu trasparenti bil-miktub.

Żbalji fit-tbassir mill-bejjiegħ bl-imnut m’għandhomx jiġu trasferiti lura lill-fornitur, anke waqt perijodi ta’ promozzjoni. Meta t-tbassir isir flimkien mal-fornitur, il-kundizzjonijiet iridu jkunu dokumentati.

Il-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti mibjugħin — b’mod partikulari dawk importati — għandhom jingħataw mill-produtturi u d-distributuri bħala risposta għall-istennijiet tal-konsumaturi.

Għandha tinħareġ proċedura għall-ilmenti tal-klijenti li tkun bil-miktub li tingħata lill-fornitur bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

1.14   Din il-Kodiċi trid tiġi komunikata lill-persunal kollu tax-xiri u tat-taqsima ġestjonali tal-bejjiegħ bl-imnut. Barra minn hekk, il-bejjiegħa bl-imnut huma mistennija jħatru uffiċjal li jieħu ħsieb il-konformità mal-kodiċi bħala parti mill-persunal tagħhom, u jżommu kopja tal-kuntratti mal-fornituri u notifiki awtomatiċi lill-fornituri dwar bidliet fit-termini kuntrattwali.

1.15   Barra minn hekk, il-KESE jixtieq jirrakomanda l-ħatra ta’ medjatur fil-livell nazzjonali li jarbitra fil-każ ta’ tilwim, jevalwa u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Kodiċi, u li jkollu s-setgħa li jiġbor informazzjoni mill-partijiet interessati kollha u jinvestiga b’mod proattiv każijiet ta’ ksur tal-Kodiċi. Din il-proposta tkun konformi mar-rakkomandazzjoni mill-KESE fir-rigward l-Att dwar in-Negozji Żgħar.

1.16   Il-leġiżlazzjoni Ewropea trid tkun implimentata b’mod effettiv fir-rigward tal-kummerċ. Madankollu, b’mod partikulari d-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ pagament trid tinbidel biex tkopri perijodu massimu għal pagamenti. Għalkemm il-leġiżlazzjoni attwali teżisti, ġiet trasposta fil-livell nazzjonali b’armonizzazzjoni minima jew bi klawżoli ta’ eżenzjoni (opt out clauses).

1.17   B’referenza għall-applikazzjonijiet ta’ ppjanar għad-dipartimenti tal-gvern rilevanti għall-HVR għandhom iħejju “eżami ta’ kompetizzjoni”, bħall-eżami tal-“bżonnijiet” (needs test) jew politika dwar “iċ-ċentru tal-belt l-ewwel” bil-għan li l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jevalwaw il-kompetizzjoni bejn il-mezzi varji ta’ distribuzzjoni lokali, ftehimiet attwali dwar l-art, l-infrastruttura u l-benefiċċju lill-komunità. L-għan hawnhekk huwa li jiġi żgurat li kull tħassib jiġi indirizzat fir-rigward tad-diversità attwali u fil-ġejjieni tal-provvisti kummerċjali, il-koabitazzjoni essenzjali bejn in-negozjanti lokali, l-HVR u l-kumplessi kummerċjali (shopping malls) fiċ-ċentri popolati.

1.18   Il-bejgħ bl-imnut jeżisti l-iktar fil-livell nazzjonali u għalhekk sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi, l-awtorità pubblika (l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali) għandha tirrivedi f’perijodi regolari r-rapporti kollha mill-ombudsman dwar prattiki problematiċi, u b’hekk tkun tista’ titolb tagħrif dirett mill-bejjiegħa bl-imnut jew mill-fornituri bil-għan li ssir analiżi tal-bażi u jinżamm rendikont tal-progress fl-industrija. Meta jsiru allegazzjonijiet ripetuti ta’ każijiet ta’ ksur, għandha tiġi żviluppata leġiżlazzjoni bil-għan li l-problema tiġi indirizzata. Din l-awtorità pubblika għandha tiġi mħeġġa wkoll biex tirreklama l-użu u l-benefiċċju ta’ dat-tip ta’ kodiċi ta’ prattika mal-partijiet interessati kollha fil-katina u li jiġi infurzat.

1.19   Bħala punt ta’ konklużjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent joffri opportunitajiet għal livelli għoljin ta’ kompetizzjoni bejn il-bejjiegħa bl-imnut, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ bejn is-setturi differenti u tiġi ssalvagwardjata l-ordni urbana, u b’hekk jinħolqu benefiċċji għall-konsumatur permezz ta’ tnaqqis fil-prezzijiet u għażla iktar varjata.

2.   Raġunijiet

2.1   Is-CCMI tippromovi l-koordinazzjoni u l-koerenza tal-azzjoni Komunitarja b’rabta mal-bidliet industrijali ewlenin fil-kuntest ta’ Ewropa mkabbra u tiżgura l-bilanċ bejn il-ħtieġa għal bidla li hija aċċettata soċjalment u ż-żamma tal-vantaġġ kompetittiv għall-industrija tal-UE.

2.2   Iktar riċentement qed toħroġ evidenza dwar it-tkabbir fis-settur tal-HVR u l-impatt u l-influwenza tiegħu fuq is-soċjetà. Fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Liżbona, li tirrifletti l-kompetittività, it-tkabbir u iktar impjiegi ta’ kwalità ogħla; din l-opinjoni ser tidentifika oqsma speċifiċi tul il-katina ta’ valur kollha kemm hi, sal-konsumaturi stess, li jafu jesiġu interventi u mekkaniżmi min-naħa tal-UE.

2.3   Għall-finijiet ta’ din l-opinjoni, il-KESE kkummissjona studju li kellu l-għan li jippreżenta definizzjoni tal-HVR (Ara l-Anness 1 London Economic Study). Madankollu, kif ġie rrimarkat fl-istudju, il-parametri stipulati f’kull definizzjoni li saru l-provi fuqha pproduċew riżultati differenti minn xulxin. Minħabba l-ammont ta’ bejjiegħa bl-imnut li jmorru lil hinn mid-definizzjoni ta’ SME u n-nuqqas ta’ statistika, partikularment fl-Istati Membri l-ġodda, għal din l-opinjoni ġew użati d-definizzjonijiet kumulattivi. Bejjiegħa bl-Imnut ta’ Ammonti Kbar (High Volume Retailers — HVR) huma kumpaniji li jkollhom iktar minn 5 % tas-sehem fis-suq jew dħul ogħla minn EUR 200 milljun, u li jimpjegaw 250 persuna jew iktar. Barra minn hekk, ikun tajjeb li nanalizzaw l-ewwel ħames kumpaniji fuq kull suq, kif ukoll in-natura privata jew soċjali tal-mudell tan-negozju.

2.4   Barra minn hekk, l-istudju ffoka fuq tmien pajjiżi madwar l-Ewropa: Ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, ir-Rumanija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka, kemm fis-settur tal-ikel kif ukoll tal-ħwejjeġ. Hemm prova ċara ta’ konċentrazzjoni f’setturi oħrajn inklużi tad-DIY, l-elettriku, r-rekreazzjoni u l-kultura iżda din mhijiex trattata f’dan ir-rapport. L-analiżi li ssir f’din l-opinjoni hija bbażata fuq evidenza statistika (3). Ħafna studji oħra saru minn setturi differenti tul il-katina tal-provvista, inklużi l-impjegati u l-konsumaturi, hemm referenza għalihom sabiex jiġi enfassizat kemm hu kumpless il-proċess tal-ġbir ta’ evidenza fattwali u l-ammont ta’ riċerka li sar sal-lum (4).

2.5   Bejjiegħa bl-imnut kbar madwar l-UE qed jiġbdu iktar konsumaturi minħabba fis-saħħa tal-offerta tagħhom. Ċifri għall-2005 juru li Carrefour (Franza), Metro Group (il-Ġermanja), Tesco (Renju Unit) u Rewe (il-Ġermanja) għandhom l-ikbar sehem fis-suq fl-Ewropa tal-Punent, Ċentrali u tal-Lvant. Fl-2005 l-Ġermanja, Franza, l-Irlanda u l-Iżvezja l-ikbar ħames bejjiegħa bl-imnut kellhom iktar minn 70 % tas-sehem tas-suq tal-merċa.

2.6   Ħafna HVR, inklużi l-kooperattivi u l-mudelli tal-ekonomija soċjali tal-bejgħ bl-imnut, bdew bħala SMEs u hemm ħafna x’titgħallem mit-tkabbir spettakolari tagħhom. Kollha għamlu kontribut sinifikanti lill-aġenda ta’ Liżbona f’termini ta’ kompetittività, impjiegi u tkabbir. L-HVR huma appoġġjati minn settur b’saħħtu u ta’ sikwit ikkonċentrat tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-manifattura. Il-pressjoni mill-fornituri l-kbar li jiddominaw is-settur tħalli impatti fuq il-marġini tal-bejjiegħa bl-imnut u l-kompetittività tal-fornituri li huma SMEs. Huwa ttamat li ir-riżultati tal-istudji tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-suq tal-bejgħ bl-imnut li għandhom isiru fis-snin li ġejjin: DĠ Suq Intern u DĠ Intrapriża ser jiffokaw fuq it-tul tal-katina tal-provvista u n-numru ta’ partijiet interessati li hemm fiha, kif ukoll id-distribuzzjoni fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut kollha kemm hi.

2.7   It-tkabbir u żviluppi ġodda fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut, fosthom il-wasla tal-ħwienet speċjalizzati fil-qasam tal-ħwejjeġ, qed ikollhom konsegwenzi importanti fuq il-, inklużi l-SMEs u dawk indipendenti, l-impjegati, il-fornituri u l-konsumaturi. Ir-rapport fuq inizjattiva proprja tas-CCMI janalizza data oġġettiva dwar l-iżvilupp tas-settur tal-bejgħ bl-imnut fuq skala kbira matul dawn l-aħħar ħames snin, billi jikkonċentra fuq HVR Ewropej, partikularment fis-suq tal-merċa (ikel) u tal-ħwejjeġ.

2.8   Ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali fis-swieq tal-merċa u tal-ħwejjeġ:

Il-bejgħ bl-imnut tal-ikel laħaq l-ammont ta’ EUR 754 biljun fl-2006 (5), ċifra li tirrappreżenta żieda ta’ 3.4 % f’termini reali mill-2003. Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja jirrappreżentaw iktar minn 65 % tal-bejgħ totali, waqt li l-Italja, Spanja u l-Polonja jirrappreżentaw 30 %. Ir-Rumanija, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka flimkien jirrappreżentaw inqas minn 5 % tan-nefqa totali.

Data dwar il-bejgħ bl-imnut tal-ħwejjeġ hija iktar diffiċli biex tinkiseb. Il-bejgħ bl-imnut ammonta għal EUR 120 biljun fl-2006, b’żieda ta’ 2.5 % f’termini reali mill-2003. Kważi l-bejgħ bl-imnut kollu sar fir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Italja, għalkemm dan il-fatt jista’ jirrifletti d-disponibilità limitata ta’ data mill-Istati Membri l-ġodda.

Il-bejjiegħa bl-imnut bl-ikbar dħul fil-livell nazzjonali joperaw fis-settur tal-ikel. L-ikbar operatur, Tesco, huwa fuq quddiem b’mod sinifikanti meta mqabbel mar-rivali tiegħu, bil-bejgħ fl-2006 jasal sa EUR 10 biljun iktar mill-Carrefour li jinsab fit-tieni post.

Meta nqabblu l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel u tal-ħwejjeġ, l-ikbar kumpanija li tbiegħ il-ħwejjeġ (Marks and Spencer) tinsab biss fil-25 post.

Ħafna HVR li huma kklassifikati bħala bejjiegħa tal-merċa jbiegħu wkoll il-ħwejjeġ, it-tessuti u l-prodotti elettriċi u wieħed ma jistax jassumi li d-dħul tagħhom jiġi mill-ikel biss.

Kien hemm żieda ta’ iktar minn 25 % mill-2003 fil-bejgħ tal-HVR fis-settur tal-ikel, kemm fl-Italja kif ukoll Spanja. HVR fir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija ukoll għaddew minn tkabbir sinifikanti (anke jekk ir-Rumanija bdiet minn livell baxx ħafna).

Fis-settur tal-ħwejjeġ HVR huma preżenti biss fi tlieta mid-disa’ swieq imsemmija fl-istudju. HVR kemm fil-Ġermanja kif ukoll fir-Renju Unit esperjenzaw tkabbir sod fil-bejgħ (5 % u 3 % rispettivament). L-uniku grupp HVR fl-Italja madankollu (Il-Grupp Benetton) esperjenza tnaqqis fil-bejgħ f’termini reali bejn l-2003 u l-2006 (6).

2.9   Globalment, is-settur tal-ikel u x-xorb (merċa) bħalissa qed jesperjenza l-iktar żieda magħġla fil-prezz ta’ bażi (materja prima) għal ħafna ġenerazzjonijiet. L-iktar il-prezzijiet taċ-ċereali, jaffettwaw id-dieta bażika ta’ ħafna nies u l-għalf tal-annimali minħabba żieda globali fl-affluwenza, ħsad skars u miri stabbiliti mill-gvern għall-bijokarburanti li jaffettwaw il-provvista — ser jgħollu l-prezzijiet f’ livelli ogħla minn qatt qabel, u b’effett fuq il-konsumatur.

2.10   Illum il-ġurnata basket rappreżentattiv ta’ prodotti huwa sew iktar għali, milli kien fi snin preċedenti u l-prezz ivarja ħafna skont l-Istat Membru. Żidiet riċenti fil-materja prima jistgħu jnaqqsu ħafna kwalunkwe profitt għall-fornituri. Għall-bejjiegħa bl-imnut li joperaw b’marġini ta’ profitti iżgħar, żidiet fil-prezzijiet tal-bejgħ iħallu impatt fuq iċ-ċifri uffiċjali tal-inflazzjoni, li mbagħad jaffettwaw f’qasir żmien in-negozjati dwar il-paga mal-ħaddiema. L-inflazzjoni tal-prezz tal-prodotti fuq l-ixkaffa, flimkien maż-żidiet attwali fil-prezz taż-żejt jaffettwaw il-katina tal-provvista kollha kif ukoll lill-konsumaturi. Bħalissa dan huwa xenarju ta’ tħassib kbir.

2.11   Hekk kif il-konsumaturi jgawdu mil-libertà li jbiddlu mingħand min jixtru minħabba fil-kompetizzjoni kbira, il-bejjiegħa bl-imnut jagħmlu kull ma hu possibbli biex iżidu l-effiċjenza u l-ekonomiji ta’ skala. Ħafna fornituri kibru fid-daqs flimkien mal-iżvilupp tal-bejjiegħ bl-imnut u hemm x’titgħallem mill-istrateġiji tagħhom.

Il-katina tal-provvista fiha nnifisha tista’ tkun twila ħafna biż-żjieda ta’ marġini tul il-katina minn partijiet interessati bħal distributuri, min jippakkja, produtturi sekondarji, dawk li jipproċessaw u aġenti kemm tal-ikel kif ukoll tal-ħwejjeġ.

2.12   Is-settur tal-ħwejjeġ madwar l-Ewropa juri stabilità relattiva fil-prezzijiet, partikularment b’riżultat tat-tkabbir bil-mod tal-ekonomija tal-UE minħabba xejriet ta’ konsum li qed jinbiddlu, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, il-konsolidazzjoni taċ-Ċina bħala produttur ewlieni tal-ħwejjeġ, flimkien mal-valur li qed jiżdied tal-muniti Ewropej. Barra minn hekk, id-dinamika tas-suq qed tinbidel hekk kif supermarkets tradizzjonali tal-merċa jespandu l-offerta ta’ prodotti mhux tal-ikel tagħhom, partikularment ħwejjeġ u ħwienet speċjalizzati u indipendenti li huma iżgħar jitilfu posthom minħabba f’katini bħal Zara u H&M (7).

2.13   L-evoluzzjoni tad-differenza bejn prezzijiet fl-indiċi mhux bilfors tirrifletti l-evoluzzjoni tad-differenzi f’termini ta’ livell fil-prezzijiet (price spreads) (8). Madankollu, wieħed għandu jibqa’ kawt dwar it-tip ta’ konklużjonijiet li joħroġu minn din l-analiżi. Id-differenzi fl-evoluzzjoni tal-prezzijiet mhux bil-fors jirriflettu bidliet fil-marġini tal-profitt għall-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Dan għaliex il-prezzijiet huma affettwati minn ħafna elementi varjabbli oħra, pereżempju bidliet fil-VAT (9), pagi, prezzijiet tal-importazzjoni jew titjib tekniku jistgħu jispjegaw tnaqqis, jew żieda, fil-prezzijiet tal-konsumatur li jafu ma jkunux relatati mal-prezzijiet li jirċievu l-produtturi.

2.14   Il-bejjiegħa bl-imnut Ewropej jaqblu li l-assigurar ta’konsum u produzzjoni sostenibbli huwa sfida ewlenija għall-ġejjieni. Il-bejjiegħa bl-imnut jaraw bgħajnejhom, ta’ kuljum, id-domanda dejjem tinbidel tal-klijenti tagħhom, il-ħtiġijiet li jevolvu b’mod kostanti għal informazzjoni xierqa u preċiża, l-introduzzjoni mgħaġġla ta’ prodotti ekoloġiċi ġodda, u għal proċessi fil-katina tal-provvista li dejjem qed isiru iktar “ħodor”. F’dan il-kuntest, il-bejjiegħa bl-imnut Ewropej qed jipproponu volontarjament Programm ta’ Azzjoni għall-Konsum Sostenibbli, u Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għall-Bejjiegħa bl-Imnut (REAP) waqt li jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea fis-sostenn tal-objettivi tal-UE għall-2020 rigward il-bidla fil-klima.

3.   Oqsma għal Monitoraġġ:

3.1   Sabiex jitnaqqas it-tħassib li jissemma’ hawn isfel li tqajjem mis-soċjetà ċivili, kull dibattitu futur dwar il-mekkaniżmi possibbli li jistgħu jiġu segwiti ser ikollu jistrieħ fuq proċeduri ċari u transparenti ta’ rapporti dwar prattika ħażina, u fil-każijiet kollha trid tiġi ppreżentata evidenza li ssostni l-ilmenti. Dan japplika għall-partijiet interessati kollha.

3.2   L-Istati Membri jridu jiggarantixxu livelli ta’ kompetizzjoni li jiżguraw żvilupp xieraq tal-għamliet kollha ta’ kummerċ, sabiex joħolqu benefiċċji għall-konsumatur f’termini ta’ prezzijiet imnaqqsa u għażla varjata.

3.3   Regolamenti li jippromovu prattiki ta’ kummerċ ġust, applikati fil-livelli nazzjonali, jistgħu jqisu preferenzi soċjali lokali, bħall-ħinijiet ta’ ftuħ jew kwistjonijiet marbutin max-xogħol, u għalhekk ir-rakkomandazzjoni tal-KESE dwar kodiċi ta’ prattika volontarji trid titfassal u tiġi applikata fil-livell tal-Istat Membri, speċjalment għaliex il-bejgħ bl-imnut huwa fin-natura tiegħu suq lokali.

3.4   Fl-interessi ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar” (10) saru xi riformi favur il-kompetizzjoni fil-livell tal-UE bil-għan li titneħħa l-leġiżlazzjoni restrittiva u b’hekk qed issir ir-rakkomandazzjoni tal-KESE għal awtoregolamentazzjoni mill-industrija. It-twaqqif ta’ Kodiċi mfassla mill-bejjiegħa bl-imnut fil-livell nazzjonali jista’ jiġi interpretat li qed jgħin kollużjoni bejn il-bejjiegħa bl-imnut, li hija azzjoni antikompetittiva. Madankollu, il-politika pubblika għandha timmira li tirrivedi dawn il-kodiċi peress li fuq medda twila ta’ żmien iktar trasparenza u kawtela xierqa għall-bejjiegħ bl-imnut u l-fornituri jibbenefikaw lill-konsumatur.

3.5   Il-prattiki fil-bejgħ bl-imnut u fil-katina tal-provvista huma suġġetti għal ħafna allegazzjonijiet, u għalhekk saret ir-rakkomandazzjoni tal-KESE dwar il-ħtieġa ta’ kuntratti u ta’ Kodiċi ta’Prattika fil-livell tal-Istat Membru (ara r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet) sabiex jiġu indirizzati dawn l-allegazzjonijiet billi l-proċess isir iktar trasparenti, u jħares kemm il-bejjiegħ bl-imnut kif ukoll il-fornitur, waqt li l-medjatur ikollu aċċess biex jintervjeni jekk jitlob il-każ.

3.6   Il-politika tal-kompetizzjoni u politiki regolatorji oħrajn li jaffettwaw is-settur tal-bejgħ bl-imnut huma kumplimentari mal-politika tal-kummerċ. Jidher li l-isfida ewlenija tal-politika hija li jinsab bilanċ fejn il-bejjiegħa bl-imnut ikunu jistgħu jisfruttaw l-ekonomiji ta’ skala fit-tiftix ta’ sorsi u operazzjonijiet, iżda li ma jisfruttawx il-poter tas-suq.

3.7   L-importazzjoni huwa qasam ieħor għall-monitoraġġ fejn il-Kodiċi ta’ Prattika tista’ tiġi applikata. Illum il-ġurnata l-importazzjoni ta’ l-ikel u l-ħwejjeġ taqdi rwol ewlieni fil-forzi tas-suq. Il-proporzjon ta’ ikel importat ġeneralment huwa ogħli fil-pajjiżi tal-Punent, waqt li fil-Lvant tal-Ewropa il-proporzjon ta’ ikel importat bħala sehem mill-ikel ikkonsmat qed jiżdied malajr.

3.8   Il-pajjiżi tal-Punent jesperjenzaw penetrazzjoni għolja ħafna ta’ prodotti importati fis-settur tal-ħwejjeġ (11). F’ħafna każi l-persentaġġ huwa ogħla minn 100 %. Dan għaliex il-valur totali tal-esportazzjoni huwa ikbar mill-valur totali tal-produzzjoni, li jfisser li xi prodotti jiġu importati u wara esportati lejn swieq oħrajn.

4.   L-impjegati fis-settur tal-bejgħ bl-imnut:

4.1   Is-settur tal-bejgħ bl-imnut huwa ta’ importanza vitali għall-istrateġija ta’ Liżbona minħabba l-ammont ta’ nies impjegati fis-settur. DĠ Impjiegi bħalissa qed iwettaq studju ta’ riċerka biex jidentifika l-kompetenzi emerġenti u l-evoluzzjoni sal-2020 tal-ħiliet, il-ħtiġijiet u l-impjiegi futuri fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u tal-kummerċ. Studju simili qed jitħejja dwar is-settur tal-prodotti tat-tessuti, tal-ħwejjeġ u tal-ġilda. Dawn iż-żewġ studji huma parti minn proġett li jkopri 16-il settur ekonomiku li kollha qed japplikaw metodoloġija ta’ previżjoni komuni sabiex jidentifikaw il-ħiliet futuri u l-evoluzzjoni tal-impjiegi fuq il-bażi ta’ analiżi tax-xenarju.

4.2   Skont l-istudju li sar mil-London Economics, madwar 1.2 miljun ruħ huma impjegati fl-HVR fis-settur tal-ikel fir-Renju Unit. Il-bqija tal-pajjiżi jimpjegaw ħafna inqas, iżda generalment l-HVR fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent jimpjegaw numru ogħla ta’ ħaddiema milli fil-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa. In-numru ta’ impjegati mill-2003 żdied f’kull pajjiż barra fi Franza u r-Repubblika Ċeka fejn baqa’ l-istess.

4.3   Is-sehem tal-impjiegi fl-HVR huwa differenti ħafna madwar l-Ewropa. Fir-Renju Unit u l-Ġermanja, l-HVR jimpjegaw iktar minn 75 % u 60 % rispettivament tal-ħaddiema fil-ħwienet tal-ikel u d-department stores, waqt li fil-Polonja jimpjegaw madwar 20 % u fir-Rumanija inqas minn 5 %.

4.4   Ġeneralment, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut hija ogħla minn dik fil-forza tax-xogħol kollha madwar l-Ewropa iżda d-differenza hija ferm ogħla fl-10 Stati Membri ġodda mill fl-UE15. L-unika eċċezzjoni hija Franza li għandha sehem inqas ta’ nisa fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut meta mqabbla mal-ekonomija kollha kemm hi.

4.5   Hemm xi differenzi interessanti fid-distribuzzjoni tal-età bejn l-Istati Membri. Pereżempju, fir-Renju Unit hemm proporzjon ħafna ikbar ta’ ħaddiema żgħażagħ (inqas minn 25 sena) milli f’kull post ieħor, iżda wkoll proporzjon ogħla ta’ ħaddiema li għandhom iktar minn 65 sena (għalkemm xorta ammont żgħir ħafna). L-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija għandhom numru inqas ta’ ħaddiema żgħażagħ iżda għandhom proporzjon ikbar ta’ ħaddiema li għandhom bejn 25-49 sena.

4.6   Jeżisti iktar xogħol part time fis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut milli fl-ekonomija Ewropea kollha, għalkemm hemm xi differenzi importanti minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll bejn l-UE15 u l-10 Stati Membri ġodda.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  L-evoluzzjoni tas-settur tal-HVR fl-Ewropa f’dawn l-aħħar 5 snin, KESE, CCMI, preparata minn London Economics http://www.eesc.europa.eu/sections/ccmi/externalstudies/documents/HVR_Final_Report_revised_with_annex.doc

(2)  Investigazzjoni tal-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni tar-Renju Unit dwar is-suq tal-merċa:

http://www.competition-commission.org.uk/inquiries/ref2006/grocery/index.htm. Huwa mistenni li l-verżjoni finali tiġi ppubblikata fit-tieni nofs tal-2008.

[2] Inkjesta tal-Awtorità Federali Awstrijakka tal-Kompetizzjoni dwar il-Poter tax-Xiri tas-Supermarkets: http://www.bwb.gv.at/BWB/English/groceries_sector_inquiry.htm

(3)  As 1.

(4)  I) Impact of Textiles and Clothing Sectors Liberalisation on Prices, (L-Impatt tal-Liberalizzazzjoni tal-Prezzijiet fis-Setturi tat-Tessuti u tal-Ħwejjeġ) The Kiel Institute For The World Economy, Kiel, Il-Ġermanja. Rapport finali tal-Kummerċ tal-Kummissjoni tal-UE, (Trade. Final Report) 2007-4-18, http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2007/june/tradoc_134778.pdf

II) Business relations in the EU Clothing Chain: from industry to retail and distribution. (Rabtiet ta' negozju fil-katina tal-ħwejjeġ tal-UE: mill-industrija għall-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni) Università ta' Bocconi, ESSEC Business School, Rapport finali Baker McKenzie., Ottubru 2007 (mhux disponibbli bil-Malti) http://ec.europa.eu/enterprise/textile/documents/clothing_study_oct_2007.pdf

(5)  Bejgħ fuq l-Internet għall-bejjiegħa bl-imnut huwa inkluż fiċ-ċifri totali ta’ bejgħ u ma ġewx indirizzati separatament f’dan id-dokument billi l-evidenza turina li għalkemm il-bejgħ qed jikber, għadu jikkostitwixxi biss bejn 1-2 % tal-bejgħ tal-merċa fir-Renju Unit.

(6)  London Economics Interim Report; The Evolution of the High Volume Retail Sector in Europe over the past 5 years. (Rapport Intermedju tal-London Economics; L-Iżvilupp tas-Settur tal-Bejgħ bl-Imnut f'Volumi Kbar fl-Ewropa dwan l-aħħar 5 sini.) Frar 2008

(7)  L-Università ta' Bocconi; Business Relations in the EU clothing Chain; October 2007 Final report, (Rabtiet ta' negozju fil-katina tal-ħwejjeġ tal-UE; Ottubru 2007, Rapport Finali, Ottubru 2007 http://ec.europa.eu/enterprise/textile/documents/clothing_study_oct_2007.pdf

(8)  Pereżempju, jekk il-prezz tal-produttur huwa 100 u l-prezz tal-konsumatur huwa 200, żieda ta’ 10 % fiż-żewġ prezzijiet ma jfissirx li l-marġini jibqa’ konstanti. Minħabba l-livelli differenti, il-marġini għandu jiżdied minn 100 (200-100) għal 110 (220-110).

(9)  “Il-prezzijiet imkejla huma dawk li l-konsumaturi jiffaċċjaw realment, b’hekk pereżempju jinkludu taxxi fuq il-bejgħ ta’ prodotti, bħall-VAT, kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ fi tmiem is-staġun,” Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) Gwida Qasira għall-Utenti, Eurostat, Marzu 2004 (Mhux disponibbli bil-Malti)

(10)  http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/index_mt.htm

(11)  Is-settur tal-ħwejjeġ huwa definit bħala l-prodotti kollha li jaqgħu taħt “il-manifattura ta’ ilbies, irfinar u kunzatura tal-pil”.


28.7.2009   

MT EN EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/63


Opinjoni “tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew” dwar “Bidliet industrijali, żvilupp tat-territorju u responsabbiltà tal-intrapriżi”

(2009/C 175/11)

Nhar is-17 ta’ Jannar 2008, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Bidliet industrijali, żvilupp tat-territorju u responsabbiltà tal-intrapriżi

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pezzini u l-korapporteur kien is-Sur Gay.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’168 vot favur, vot 1 kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat jemmen li, fil-qafas tal-Istrateġiji ta’ Liżbona u ta’ Göteborg, huwa essenzjali li jseħħ tiġdid tas-sistemi territorjali lokali, mifhuma bħala l-ġbir flimkien ta’ strutturi, infrastrutturi u persuni pubbliċi u privati, sabiex flimkien joħolqu viżjoni ta’ żvilupp komuni, marbuta mar-reġjun, livelli avvanzati ta’ kumdità u kompetittività, b’firxa ta’ responsabbiltajiet soċjali u ambjentali. Essenzjalment dan hu proċess li jidentifika r-riżultat ta’ ġabra ta’ azzjonijiet reċiproċi f’kull aspett tas-suġġett.

1.2   Il-KESE jappella bil-qawwi għal inizjattiva Komunitarja dwar l-iżvilupp tar-“Reġjun Soċjalment Responsabbli” (SRR). L-SRR jista’ jissejjaħ unjoni li tgħaqqad l-objettivi tad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadini flimkien mar-responsabilizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet u tal-entitajiet kollha pubbliċi u privati, lejn approċċ strateġiku integrat ta’ valorizzar kompetittiv tad-dimensjoni reġjonali.

1.3   Il-Kumitat jitlob li flimkien mal-inizjattiva tal-SRR jitneda pjan ta’ azzjoni Ewropew bil-għam li:

tiġi mħeġġa l-introduzzjoni tad-dimensjoni territorjali fil-politiki tal-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Istrateġiji ta’ Liżbona u ta’ Göteborg;

jingħata appoġġ lill-inklużjoni fil-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali, tal-prijoritajiet stipulati fl-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig;

jiġu mħeġġa u kkofinanzjati eżerċizzji parteċipatorji ta’ tbassir reġjonali, sabiex tinħoloq viżjoni komuni ta’ żvilupp reġjonali soċjalment responsabbli; u

issir tnedija ta’ netwerks reġjonali ta’ eċċellenza u ta’ Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali dwar dan is-suġġett.

1.4   Il-Kumitat jemmen li fis-segwitu tal-inizjattiva Komunitarja tar-Reġjun Soċjalment Responsabbli (1) u l-pjan ta’ azzjoni marbut magħha:

il-Komunità Ewropea għandha tnaqqas b’mod sostanzjali l-piżjiet amministrattivi u burokratiċi minn fuq l-operaturi ekonomiċi u soċjali reġjonali, billi tissemplifika l-kontenut u l-proċeduri tal-UE u billi tapplika l-“metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni”;

l-Istati Membri għandhom japplikaw bl-istess mod id-dispożizzjonijiet Komunitarji sabiex tinżamm l-għaqda tal-suq intern tal-UE;

l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jinkludu bis-sħiħ lill-operaturi ekonomiċi u soċjali u jiżviluppaw strateġiji ta’ kumpatibbiltà dwar il-kooperazzjoni, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni; u

is-settur privat għandu jiżviluppa djalogu soċjali kostruttiv mifrux għas-soċjetà ċivili dwar viżjoni komuni li tantiċipa l-bidliet industrijali.

1.5   Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwi l-iżvilupp ta’ demokrazija fil-livell taċ-ċittadini li kapaċi tinkludi l-operaturi politiċi, ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni f’miżuri immirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u maħsuba biex jistimulaw l-iżvilupp kompettitiv, ekonomiku u soċjali sostenibbli tar-reġjuni tal-UE.

1.6   Il-Kumitat jemmen li jenħtieġ investiment qawwi fl-iżvilupp ta’ kultura konġunta, innovattiva u parteċipatorja: is-sejħa għall-valuri demokratiċi għandha tiġi mill-komunità reġjonali kkonċernata kollha kemm hi u min-numru kbir ta’ operaturi u istituzzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ setturi differenti ta’ attività. F’dan ir-rigward l-intrapriża tieħu s-sura ta’ komunità li toħloq il-ġid għall-iżvilupp ta’ soċjetà aħjar fir-reġjun.

1.7   F’dan ir-rigward, il-Kumitat jawgura d-dħul malajr fis-seħħ tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, dwar (i) l-importanza ewlenija tar-rwol tal-livell lokali u reġjonali fil-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi u (ii) l-importanza tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ gvernanza fost l-operaturi politiċi, ekonomiċi u soċjali lokali/reġjonali kollha fil-livell lokali u reġjonali.

1.8   Il-Kumitat jemmen ukoll li l-Ewropa trid issir ċentru ta’ eċċellenza fl-iżvilupp tal-SRR  (2), billi tibni fuq is-suċċessi tal-EMAS u tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) u billi tkabbar il-qafas ta’ referenza tad-dimensjoni reġjonali bil-għan li jiġi żgurat li l-wirt komuni ta’ responsabbiltà jkun fattur kostanti għal min iħaddem, li għandu jkollu l-possibbiltà li jgawdi min-netwerks u l-clusters u li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċess makroekonomiku ta’ żvilupp strateġiku reġjonali.

1.9   B’mod partikolari, il-Kumitat jemmen li l-intrapriżi żgħar u mikro u l-ekonomija soċjali, bl-esperjenza vasta u sinifikanti tagħha, għandhom ikunu jistgħu jgawdu minn assistenza, kompetenza u aċċess imtejjeb għall-kreditu u l-mikrokreditu bil-għan li tiġi żviluppata ġestjoni tal-intrapriża li tirrispetta l-ambjent, ir-reġjun u ċ-ċittadini tiegħu.

1.10   Il-Kumitat jemmen li l-inizjattiva Komunitarja tal-SRR u l-pjan ta’ azzjoni tagħha għandhom fl-istess ħin iħeġġu djalogu soċjali mibni fuq ir-reġjun u barra minn hekk iħeġġu l-ġemellaġi bejn l-istituzzjonijiet lokali, speċjalment fil-livell transkonfinali. Sħubijiet aktar b’saħħithom għandhom jixprunaw il-bini tal-kapaċità, l-għarfien u r-riżultati li jħallu l-awtoritajiet reġjonali b’livelli ta’ prestazzjoni differenti li spiss isibu lilhom infushom jikkompetu kontra xulxin.

1.11   Fl-aħħar nett, il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’ sistemi ta’ gvernanza f’diversi livelli li jiżguraw livelli ta’ koordinazzjoni għoljin sabiex dak kollu li għaqqad is-suq uniku ma jintilifx fil-livell lokali, biex b’hekk tiġi evitata il-firda u d-diskriminazzjoni reġjonali, li twassal għal ekonomija Ewropea aktar fraġli fuq is-swieq dinjija.

2.   Daħla

2.1   Matul il-konferenza tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE dwar id-djalogu reġjonali, li saret fl-4 ta’ Marzu 2008, ir-rwol tal-komunitajiet lokali u reġjonali fit-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija riveduta ta’ Liżbona ġie enfasizzat bħala prijorità tal-politika ta’ koeżjoni.

2.2   B’din l-opinjoni, il-Kumitat qed ifittex li jiddefinixxi r-relazzjoni bejn ir-reġjuni u l-operaturi politiċi, ekonomiċi u soċjali bil-għan li tiġi implimentata l-Istrateġija ta’ Liżbona u tinbena ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għarfien fuq is-swieq interni u internazzjonali.

2.3   Il-punt tat-tluq huwa t-titjib tat-tbassir tal-bidliet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u tal-organizzazzjoni ta’ dawk li jgħinu fil-bini ta’ “reġjun soċjalment responsabbli” (SRR) (3) u fuq id-definizzjoni tar-responsabbilitajiet tal-intrapriżi, l-amministrazzjonijiet, l-imsieħba soċjali u minn dawk kollha li jgħinu fil-valorizzazzjoni tal-kompetittività tat-territorju, li hu mmirat lejn mudell soċjali Ewropew (4) dinamiku, inklużiv u koeżiv.

L-ekonomiji territorjali, skont l-istruttura tagħhom, jistgħu jkunu esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali fi gradi differenti. Barra minn hekk, l-indikatur tal-PGD (jew ta’ valur miżjud) ma għadux jirrifletti l-prosperità ta’ reġjun, u dan minħabba żewġ raġunijiet. F’dan il-kuntest il-Kumitat bi pjaċir jilqa’ l-pubblikazzjoni li ħarġet dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea, Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali — Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi  (5), li ser tkun is-suġġett ta’ opinjoni oħra.

2.4.1   L-ewwel nett, mhux id-dħul imqassam kollu li ġej mix-xogħol u l-kapital jew mit-taxxi mħallsa mill-forzi produttivi huwa ta’ benefiċċju għar-reġjun tal-oriġni — xi riżorsi huma “esportati”;

2.4.2   It-tieni nett u iktar importanti minn hekk, ir-reġjuni jirċievu wkoll fondi minn riżorsi lil hinn mill-forzi produttivi (salarji tal-impjegati pubbliċi, pensjonijiet, dħul mhux maqlugħ, infiq mit-turisti, dħul ta’ persuni li jaħdmu x’imkien ieħor, benefiċċji soċjali lil hinn mill-pensjonijiet, eċċ.).

Teżisti firxa dejjem akbar u aktar dettaljata ta’ strumenti ta’ mmaniġġjar li l-korpi governattivi u l-intrapriżi jistgħu jużaw sabiex jappoġġjaw programmi u politiki ta’ żvilupp sostenibbli, prinċipalment:

2.5.1   Regoli/standards

direttivi u regolamenti dwar kwistjonijiet ambjentali;

sistemi ta’ ġestjoni ambjentali;

ċertifikazzjoni ISO 14000 u l-linji gwida ISO 26000;

BS OHSAS 18001/2007 — standards ta’ sigurtà fil-post tax-xoghol;

ir-regolament tal-EMAS;

il-verifiki soċjali (SA8000);

xiri u akkwist pubbliku ekoloġiku;

analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;

Politika Integrata tal-Prodotti;

2.5.2   Strutturi

clusters, distretti industrijali, ċentri ta’ eċċellenza/kompetittività, parks teknoloġiċi;

pjanijiet ta’ azzjoni lokali tal-Aġenda 21;

osservatorji lokali/reġjonali fuq l-impatt territorjali tal-iżvilupp;

clubs intraprenditorjali lokali;

appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew għall-gvernanza reġjonali;

Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali — REKT — strumenti ġodda stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-5 ta’ Lulju 2006 (6);

pjattaformi ta’ analiżi u tbassir;

sħubijiet pubbliċi-privati (PPP)

2.5.3   Ftehimiet

inizjattivi ta’ “flessigurtà” (7);

responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji — CSR;

djalogu reġjonali strutturat;

kontabbiltà u bilanċ ambjentali;

rappurtaġġ dwar is-sostenibbiltà;

strumenti għall-ippjanar spazjali;

kontabbiltà ambjentali reġjonali;

ftehimiet soċjo-ekonomiċi lokali u reġjonali (patti territorjali, ftehimiet ta’ programm, eċċ.);

żoni ekonomiċi speċjali, fil-limiti stabbiliti mill-politika tal-kompetizzjoni (8).

2.6   Il-Kumitat jemmen li huwa tassew meħtieġ li nikkonsolidaw, nintegraw u nikkoordinaw aktar l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti leġiżlattivi, regolatorji u volontarji, sabiex l-objettivi differenti u l-livelli varji ta’ parteċipazzjoni għall-kisba ta’ riżultati effettivi u effikaċi u bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd jiġu kkordinati aħjar.

2.7   Fid-dawl tal-Karta ta’ Leipzig (9) tal-2007 u tal-Aġenda territorjali tal-Unjoni Ewropea, li dwarhom l-Kumitat diġà esprima (10) l-opinjoni tiegħu, il-koeżjoni territorjali żiedet dejjem aktar l-importanza tagħha, bil-għan li:

ikun hemm aktar involviment tar-atturi li jirrappreżentaw ir-realtajiet soċjali;

issir rikonċiljazzjoni ta’ żvilupp bilanċjat u sostenibbli flimkien mal-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea, permezz ta’ investimenti fl-oqsma bl-akbar potenzjal għat-tkabbir;

tinkiseb sinerġija u kompatibbiltà bejn il-politiki Komunitarji;

jiġu żviluppati mekkaniżmi (11) ta’ gvernanza aħjar.

2.8   L-Aġenda Territorjali hija qafas strateġiku ta’ direzzjoni għall-politiki ta’ żvilupp reġjonali konformi mal-Istrateġiji ta’ Liżbona u ta’ Göteborg.

2.9   Fl-opinjoni tiegħu dwar il-gvernanza territorjali tal-bidliet industrijali (12), il-Kumitat enfasizza li t-tisħiħ tal-identità territorjali bħala valur tissejjes fuq ġabra flimkien ta’ appartenenza, għarfien u empatija lejn sett ta’ valuri komuni u f’kuntest ta’ viżjoni komuni għall-ġejjieni. Il-Kumitat talab ukoll għal approċċ territorjali integrat (ITA) u għal strateġija ta’ gvernanza għall-iżvilupp ta’ reġjun soċjalment responsabbli. Hu maħsub li din l-istrateġija għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

titjib kontinwu tal-kwalità, l-għarfien, il-ħiliet u l-kapaċità innovattiva tas-sistema produttiva lokali u reġjonali;

l-iżvilupp ta’ netwerks reġjonali għas-setturi pubbliċi u privati;

livelli għoljin ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali;

proċessi effiċjenti u konsolidati għat-taħriġ u t-tixrid tal-għarfien, l-informazzjoni u t-taħriġ kontinwu;

it-tħejjija ta’ “kontabbiltà soċjali lokali u reġjonali”;

valutazzjonijiet kumparattivi ta’ sistemi sostenibbli lokali u reġjonali magħmula mill-operaturi soċjali nfushom.

B’żieda mal-kooperazzjoni mill-qrib għall-iżgurar ta’ sinerġiji u l-prevenzjoni ta’ rduppjar jew inkosistenzi, l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej għandhom isostnu dawn l-inizjattivi permezz ta’:

strutturi ta’ edukazzjoni u taħriġ avvanzati, imfassla biex joffru tweġiba xierqa għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku, imsejjes fuq l-għarfien u l-kompetittività;

inizjattivi ta’ tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjoniet, l-assoċjazzjonijiet u tad-djalogu soċjali;

politika reġjonali integrata li kapaċi tuża mill-aħjar li tista’ l-potenzjal ta’ żvilupp, u b’hekk tkattar il-kapaċità li ssir bidla innovattiva u antiċipazzjoni;

djalogu soċjali konsolidat fil-livell reġjonali/lokali (13), bħala l-istrument ewlieni għall-immassimizzar tal-benefiċċji li jistgħu joħorġu minn antiċipazzjoni tal-bidliet industrijali u tas-suq, u tal-flussi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji bl-adozzjoni volontarja tas-CSR bħala l-kontribut tal-intrapriżi għall-iżvilupp sostenibbli;

it-tisħiħ tas-sistema ta’ gvernanza integrata f’diversi livelli tar-“Reġjuni Soċjalment Responsabbli (14)”, imfissra bħala reġjuni li rnexxielhom jgħaqqdu livelli xierqa ta’ benesseri mal-obbligi li huma parti mir-responsabilità soċjali.

2.10.1   Dan il-proċess għandu wkoll jagħti spinta lill-ħiliet u l-kompetenzi ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi, bil-għan li jiżguraw il-kundizzjonijiet stabbli meħtieġa biex jattiraw investiment fit-tul lejn ir-reġjuni tagħhom u sabiex inisslu negoziji żgħar u mikro f’kuntest ta’ żvilupp dejjiemi.

Il-Kumitat jagħti importanza kbira lill-proċess segwit minn reġjun qabel ma jitqies “reġjun soċjalment responsabbli” (SRR) (15).

2.11.1   Dan iseħħ meta reġjun, permezz ta’ demokrazija parteċipatorja, jirnexxielu jintegra t-tħassib soċjali u ambjentali f’deċiżjonijiet ekonomiċi, mudelli u prinċipji għat-tisħiħ tal-kompetittività, prattiki tajbin u djalogu kontinwu bejn il-parteċipanti interessati, sabiex iħeġġeġ l-innovazzjoni u l-kompetittività.

3.   “Demokrazija fil-livell taċ-ċittadini” lejn żvilupp kompetittiv u sostenibbli

3.1   Il-Kumitat jemmen li biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp soċjo-eknomiku kompetittiv u sostenibbli tar-reġjuni tal-UE, jeħtieġ l-iżvilupp ta’ demokrazija fil-livell taċ-ċittadini li tista’ tinkludi l-operaturi reġjonali politiċi, ekonomiċi u soċjali. L-atturi pubbliċi u privati differenti, għandhom jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw il-qawwa u n-nuqqasijiet ta’ dawn ir-reġjuni u l-potenzjali tagħhom ta’ tkabbir għall-intrapriżi u l-impjiegi.

3.2   Is-suriet u l-proċeduri tad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadini bħala pilastru ewlieni tal-gvernanza Ewropea jvarjaw ħafna skont il-kuntesti nazzjonali differenti, iżda l-elementi ewlenin għandhom ikunu:

il-koordinazzjoni tal-operaturi, gruppi soċjali u istituzzjonijiet għall-kisba tal-miri diskussi u kkoordinati fil-qafas ta’ djalogu strutturat u tar-responsabilitajiet individwali u konġunti fost l-imsieħba soċjali u b’mod partikolari, mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-clubs tal-intrapriżi;

l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà, ta’ koeżjoni territorjali u ta’ demokrazija parteċipatorja kif stipulati fit-Trattat ta’ Liżbona;

struttura ta’ gvernanza f’diversi livelli kkoordinata tajjeb, li tiżgura t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell taċ-ċittadin b’konformità ma’ dawk is-saffi ta’ responsabbilitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali li l-aktar li jirrappreżentaw l-identità u l-kompetenzi reġjonali, b’attenzjoni partikolari għal-oqfsa nazzjonali u Ewropej u b’approċċ miftuħ u koordinat ta’ kooperazzjoni immirat lejn il-kisba ta’ sinerġija bejn il-livelli differenti;

l-iżvilupp ta’ komunità ta’ tagħlim reġjonali msejsa fuq kapaċità ta’ awtoevalwazzjoni u titjib kontinwu tal-istrateġiji u l-miri ta’ żvilupp lokali u fuq it-tisħiħ ta’ kultura ta’ innovazzjoni mifruxa u globali;

l-iżvilupp ta’ viżjoni konġunta u komuni u li tħares ’il quddiem tar-rabta bejn l-ekonomija u l-komunità lokali:

għall-identifikazzjoni ta’ “riżorsi speċifiċi” ta’ reġjun;

għall-evalwazzjoni tal-isfidi u t-theddid għall-kompetizzjoni minn reġjuni oħrajn;

għall-istudju tal-opportunitajiet ta’ dħul fis-swieq nazzjonali u internazzjonali,

għat-tfittix ta’ mezzi u miżuri għall-użu ta’ riżorsi b’ħiliet professjonali lokali għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet speċifiċi lokali;

għat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’viżjoni għall-ġejjieni li jippromovu inizjattivi ta’ ekonomija kompetittiva;

il-promozzjoni tal-ħolqien u t-tisħiħ tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali reġjonali jew ta’ strumenti oħrajn (16) — li diġà qed joperaw f’xi Stati Membri — bħala sieħba istituzzjonali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet reġjonali u li jkollhom id-dritt li jagħtu bidu għal inizjattivi u jsegwuhom;

l-introduzzjoni ta’ strumenti ta’ ġestjoni parteċipatorja reġjonali avvanzati bħall-e-gvern, il-valutazzjonijiet SWOT (17), l-eżerċizzji (18) ta’ prospettiva parteċipatorja, l-iskemi EMAS (19) applikabbli b’mod ġenerali għas-setturi pubbliċi u privati, standards ta’ responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, tekniki ta’ benchmarking, tabelli tar-riżultati tal-koordinazzjoni miftuħa, netwerks distrettwali u interdistrettwali (20) u ta’ sistemi ta’ tagħlim distribwit permezz tal-Internet;

rwol attiv mill-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, snajja’ u agrikoltura kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi;

adozzjoni ta’ kultura ta’ eċċellenza fir-rigward tal-istudji universitarji u l-ottimizzar tar-rabtiet bejn l-industrija u l-akkademiċi.

3.3   L-iżvilupp reġjonali tajjeb jeħtieġ mhux biss l-implimentazzjoni sħiħa tad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadin iżda wkoll gvern lokali strutturat sabiex imexxi (21) l-iżvilupp.

3.4   Gvernanza reġjonali tajba għandha tfittex li l-ewwel u qabel kollox tħeġġeġ u tiżviluppa kull għamla ta’ kooperazzjoni u l-proċessi kollha ta’ sħubija bejn n-negozji nfushom u bejn in-negozji u l-interessi kollettivi, fuq bażi ta’ vantaġġ għal kulħadd.

3.5   Il-gvernanza demokratika reġjonali hija proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet deċentralizzat u inklużiv li l-Kumitat jemmen li għandu jissejjes fuq il-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà u fuq approċċ parteċipatorju li jinkludi l-analiżi, d-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ viżjoni strateġika komuni għall-iżvilupp fuq perjodu medju u fit-tul.

3.6   Il-Kumitat jemmen li f’sistema ta’ sħubija fuq diversi livelli, huwa importanti ħafna li jkun hemm ġabra ideali ta’ proċessi minn isfel għall fuq (“bottom-up”) u minn fuq għal isfel (“top-down”): fil-fatt il-kompromess bejn iż-żewġ proċessi hu prerekwiżit għas-suċċess.

3.7   Il-Kumitat jemmen li jinħtieġ investiment qawwi fl-iżvilupp ta’ kultura innovattiva u parteċipatorja, peress li s-sejħa għal valuri demokratiċi għandha tiġi mingħand is-soċjetà reġjonali partikolari kollha kemm hi u min-numru kbir ta’ operaturi u istituzzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tas-setturi differenti.

Il-Kumitat jemmen bis-sħiħ li l-iżvilupp tar-reġjuni tal-UE għandu jinkludi strateġiji ta’ żvilupp effettivi u sostenibbli msejsa fuq il-kunċett ta’ “reġjuni soċjalment responsabbli” sabiex dawn jottimizzaw il-potenzjal speċifiku tagħhom.

3.8.1   Il-Kumitat jtenni l-kummenti li għamel f’waħda mill-opinjonijiet riċenti tiegħu dwar dan is-suġġett (22).

4.   Sforz fil-livell komunitarju għall-iżvilupp ta’ “reġjuni soċjalment responsabbli”

Il-KESE jappella bil-qawwi għal inizjattiva Komunitarja dwar l-iżvilupp ta’ “reġjuni soċjalment responsabbli” (SRRs) li jiġbru flimkien l-objettivi tad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadin; it-tisħiħ ta’ kultura parteċipatorja u innovattiva mifruxa; gvernanza reġjonali effettiva li hija consistenti mal-oqfsa nazzjonali u tal-Aġenda Komunitarja ta’ Liżbona; u għal sħubija b’diversi sieħba u multisettorjali li tista’ ssaħħaħ l-attrattività u l-kompetittività tar-reġjun fis-suq internazzjonali, bl-antiċipazzjoni tal-bidliet industriali u t-tisħiħ tal-kapital socjali lokali.

4.1.1   Rwol primarju tal-inizjattiva SRR huwa li tiżgura li l-azzjoni meħuda fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tkun koordinata u konsistenti.

4.2   Il-Kumitat jemmen li l-inizjattiva tal-SRR għandu jkollha wkoll pjan ta’ azzjoni Ewropew immirat lejn:

il-promozzjoni tal-introduzzjoni tad-dimensjoni territorjali fil-politiki tal-UE;

l-adozzjoni tal-inklużjoni tal-prijoritajiet imfassla fl-Aġenda Territorjali u fil-Karta ta’ Leipzig;

it-tħeġġiġ u l-kofinanzjament ta’ eżerċizzji ta’ tbassir parteċipatorju reġjonali;

l-introduzzjoni gradwali tal-metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni u appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadini;

monitoraġġ u implimentazzjoni koordinata ugwali tal-istrumenti differenti Ewropej għall-kooperazzjoni territorjali, b’mod partikolari tar-REKT (23);

il-ħolqien ta’ unità għall-iżvilupp reġjonali ta’ koordinazzjoni bejn is-servizzi fil-Kummissjoni, bil-għan li tidentifika u timplimenta strateġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar l-SRR;

l-iżvilupp tal-użu ta’ strumenti ta’ valutazzjoni ta’ impatt reġjonali qabel u wara l-adozzjoni ta’ miżuri applikabbli fir-reġjuni, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs;

miżuri ta’ kofinanzjament immirati lejn it-taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-operaturi pubbliċi u privati fl-iżvilupp tal-inizjattivi tal-SRR;

il-promozzjoni ta’ djalogu soċjali strutturat fir-reġjuni — “Sinjal ta’ Kwalità tal-SRR 21”.

il-promozzjoni u l-appoġġ tal-ħolqien u l-iżvilupp tal-Euroreġjuni (24);

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ distretti (u metadistretti (25)) u netwerks ta’ distretti għall-promozzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-swieq Ewropej u globali.

4.3   Il-Kumitat jemmen li l-inizjattiva Ewropea tal-SRR — u l-pjan ta’ azzjoni ta’ magħha –għandhom jiġbru flimkien u jikkoordinaw l-istrumenti regolatorji u ta’ volontarjat imniżżla f’punt 2.7 fi ħdan sistema koerenti, fejn ir-responsabbiltà tal-intrapriżi mis-setturi kollha — inkluż is-settur finanzjarju u s-settur pubbliku lokali — hija meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-istrateġiji lokali għat-tkabbir u l-impjiegi fil-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali u Ewropej.

Il-Kumitat jemmen li s-CSR (26) għandha tkun parti volontarja tal-qafas tal-koordinazzjoni miftuħa, li tiġi ffaċilitata u mħeġġa — partikolarment fir-rigward ta’ negozji mikro u żgħar li huma s-sinsla tal-iżvilupp lokali — permezz ta’ klima ta’ parteċipazzjoni u ta’ viżjoni konġunta u komuni.

4.4.1   L-inizjattiva tal-SRR għandha tiżviluppa valuri etiċi u personali mifruxa ta’ kultura parteċipatorja li tippromovi l-innovazzjoni madwar identità komuni, li m’għandhiex tkun esklussivament ta’ min jimpjega, iżda għandha tkun preżenti u attiva fis-setturi pubbliċi u privati kollha tar-reġjun u n-netwerks ta’ referenza reġjonali u interreġjonali u clusters/distretti.

4.5   Il-“komunitajiet ta’ tagħlimreġjonali għandhom ikunu jistgħu jużaw strutturi u infrastrutturi telematiċi interattivi u interoperattivi, ibda mill-e-gvern u l-pjattaforma IDABC (27) li tipprovdi servizzi amministrattivi pan-Ewropej fuq l-internet lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lill-intrapriżi u liċ-ċittadini, bil-għan li titjieb l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u l-kooperazzjoni bejniethom u mas-soċjetà ċivili organizzata.

Il-Kumitat hu konvint li l-Ewropa teħtieġ issir ċentru ta’ eċċellenza fl-iżvilupp tal-SRR, billi tibni fuq is-suċċessi tal-EMAS u s-CSR filwaqt li tkabbar il-qafas ta’ referenza għad-dimensjoni reġjonali.

4.6.1   Sabiex ikun effettiv, l-iżvilupp strateġiku reġjonali m’għandux jittratta fatturi politiċi bħat-tiġdid elettorali tal-amministrazzjonijiet lokali, iżda għandu jikkomunika mal-gruppi politiċi kollha, kemm dawk fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni, u għandu jibni wirt ta’ responsabbiltà konġunta kontinwa ta’ votanti u/jew rappreżentanti eletti.

Intrapriżi żgħar u mikro għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza f’għarfien espert sabiex jintroduċu lingwaġġ u proċeduri sempliċi u jtejbu l-aċċess għall-kreditu u l-mikrokreditu, sabiex iħeġġu ġestjoni intraprenditorjali li tirrispetta l-ambjent, ir-reġjun u l-kapital soċjali.

4.7.1   Barra minn hekk, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom sehem mill-iżvilupp ta’ reġjuni soċjalment responsabbli peress li jħeġġu l-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà, iqassmu l-profitti fost il-membri tagħhom u japplikaw ġestjoni parteċipatorja u demokratika.

4.8   L-iskejjel lokali, l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka għandhom jingħaqdu flimkien f’netwerks Ewropej ta’ eċċellenza reġjonali u inter-reġjonali — kif stipulat fil-Programm ta’ Ħiliet tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u l-programm Edukazzjoni u Taħriġ 2010 — sabiex l-istabbilimenti lokali jkollhom provvista ta’ talenti u kwalifiki li spiss huma nieqsin fl-intrapriżi ż-żgħar u li iżda huma meħtieġa biex l-istrateġija tal-iżvilupp reġjonali tkun ta’ suċċess.

4.9   Il-Kumitat jemmen li l-inizjattiva Komunitarja tal-SRR għandha wkoll tippromovi djalogu soċjali strutturat lokali flimkien ma’ ġemellaġġi bejn l-istituzzjonijiet lokali, sabiex tħeġġeġ sħubijiet ta’ tisħiħ tal-kapaċità aktar b’saħħithom bejn l-awtoritajiet reġjonali b’livelli differenti ta’ prestazzjoni. It-tnedija ta’ karta SRR 21 tista’ wkoll tkabbar il-konsistenza u l-effikaċja tal-SRR.

4.10   Fl-aħħar nett, il-KESE jitlob l-inklużjoni ta’ azzjoni ta’ valutazzjoni, benchmarking u monitoraġġ fl-inizjattiva Komunitarja tal-SRR għall-ħolqien ta’ bażi tad-data tad-dħul reġjonali per capita u għat-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ rapport darba kull sentejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat.

5.   Il-kontribut tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali

5.1   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet b’mod ugwali, sabiex tinżamm l-unità tas-suq intern tal-UE u għandhom jużaw mekkaniżmi ta’ appoġġ u disinċentivi. Inter alia l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali għandhom:

jaħdmu għat-tnaqqis tal-burokrazija u l-allinjament ta’ strutturi u proċessi ħalli jkunu jistgħu jintużaw riżorsi għall-impjiegi u għal żvilupp sostenibbli u kompetittiv;

jaqblu fuq qafas strateġiku ta’ referenza ġenerali — b’mod parteċipatorju u kunsenswali u b’sehem dirett mis-sieħba u r-rappreżentanti soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata — għall-iżvilupp ta’ politika nazzjonali dwar ir-reġjuni soċjalment responsabbli;

isaħħu n-netwerks ta’ koordinazzjoni u deċentralizzazzjoni tas-settur pubbliku, sabiex jindikaw b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbilitajiet ta’ gvernanza fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali;

ifasslu linji gwida għall-politika fiskali deċentralizzata li tinkludi l-mezzi ta’ trasferiment bejn il-livelli differenti ta’ gvernanza, kif diġà ġie suġġerit mill-Kumitat (28);

isaħħu u jkabbru l-isforzi tal-korpi fil-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u gvernanza fil-livell lokali;

joħolqu titli baġitarji għall-iżvilupp immirat ta’ riżorsi umani u għall-kofinanzjament ta’ programmi ta’ taħriġ, il-ħolqien ta’ netwerks u faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni interoperabbli fil-livelli nazzjonali u Ewropew;

jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti fil-livell nazzjonali tal-istrumenti tal-Interreg IV u tar-Regolament dwar ir-REKT — korpi transkonfinali li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-entitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali mal-personalità legali tagħhom skont il-Liġi Komunitarja;

jiżviluppaw sħubija urbana-rurali ġdida li tiffavorixxi approċċ reġjonali integrat u l-promozzjoni tal-ugwaljanza ta’ aċċess għall-infrastruttura u l-għarfien;

iħeġġu l-clusters transkonfinali reġjonali ta’ kompetittività u innovazzjoni; u jsaħħu n-netwerks teknoloġiċi trans-Ewropej, il-ġestjoni tar-risku trans-Ewropea, it-tisħiħ tal-iżvilupp poliċentriku urban, l-iżvilupp tal-istrutturi ekoloġiċi u tar-riżorsi kulturali;

jiżguraw il-konsistenza u l-koordinazzjoni fid-dimensjoni reġjonali tal-politiki settorjali, billi jevitaw miżuri settorjali kunflittwali li jistgħu joħolqu ineffiċjenzi u jkunu kompletament ineffettivi u kontra-produttivi fil-livell lokali; l-iżvilupp ta’ strumenti għall-Valutazzjoni ta’ Impatt Territorjali (TIA) b’referenza għall-Valutazzjoni ta’ Impatt Ambjentali (EIA) (29). u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) (30).

5.2   L-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali għandhom:

jinkludu l-gruppi ekonomiċi u ta’ interess soċjali lil hinn mill-abbozzar tal-proġetti strateġiċi tal-iżvilupp reġjonali;

jiżviluppaw sistemi edukattivi, universitajiet u skejjel ta’ eċċellenza li huma strumentali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-SRR;

jintroduċu dejjem aktar kriterji ta’ kost-effettività, kwalità u kriterji ta’ żvilupp sostenibbli fl-għażliet ta’ investiment pubbliku u l-ġestjoni tas-Servizzi ta’ Interess Ġenerali (SGI);

iwettqu valutazzjonijiet perjodiċi ta’ pjanijiet ta’ investiment pubbliku;

jiżguraw li l-ammonti u l-iskadenzi speċifikati fil-pjanijiet finanzjarji jkunu garantiti qabel it-tnedija ta’ proġetti ta’ investiment pubbliku;

jiżguraw li l-finanzjament estern għall-proġetti ta’ investiment pubbliku jintuża tassew fil-limiti tal-iskadenzi previsti;

jiżguraw bażi attiva ta’ SMEs fir-reġjuni; l-SMEs jipprovdu koordinazzjoni bejn żoni urbani, peri-urbani u rurali u ż-żamma tal-impjiegi, dħul, riżorsi tal-komunità u fiskali fir-reġjuni;

iħeġġu l-investiment mill-ġdid ta’ kapital u profitti bil-għan li jinħolqu għotjiet għal proġetti u x-xiri ta’ intrapriżi lokali u strumenti finanzjarji reġjonali għall-iżvilupp u l-kapital ta’ riskju, mingħajr l-ebda preġudizzju għas-suq intern;

ma jbiegħdux it-taxxa fuq id-dħul tal-intrapriżi mill-oriġni ġeografiċi tagħhom (bit-trasferiment għall-livelli sovrareġjonali), mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tas-sistema ta’ solidarjetà fiskali;

iħarrġu lill-politiċi eletti lokalment dwar il-mekkaniżmi attwali ta’ ppjanar spazjali, immirati lejn servizzi ta’ interess ġenerali u infrastruttura ta’ appoġġ għall-ekonomija, bl-iskop li jkun hemm ġestjoni moderna tal-iżvilupp kummerċjali sostenibbli.

5.3   L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jimplimentaw azzjonijiet ta’ prijorità dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki u netwerks interreġjonali, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ tbassir adegwati għad-definizzjoni ta’ viżjoni konġunta u komuni.

6.   Il-kontribut tal-intrapriżi: l-intrapriżi għandhom jaġixxu b’responsabbiltà lejn ir-reġjuni tagħhom

6.1   Il-Kumitat jemmen li, mingħajr ma tinħoloq burokrazija żejda, l-intrapriżi għandhom jgħinu biex tingħata ħajja ġdida lin-netwerks lokali, li tagħhom huma l-forza mexxejja u parti integrali:

jirrappurtaw fuq l-aħjar prattiċi soċjali, ambjentali u reġjonali (jew soċjetali) tagħhom u jintroduċu strumenti li jistgħu jidentifikaw il-livelli ta’ responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji;

iħeġġu t-tqegħid ta’ riżorsi umani b’ħiliet ġewwa jew madwar l-intrapriża bil-ħolqien ta’ impjiegi u t-taħriġ tal-ħaddiema attwali u prospettivi;

iżommu lill-impjegati infurmati tajjeb dwar l-istrateġija tal-intrapriża u l-proġetti tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi u t-taħriġ;

jikkooperaw mal-operaturi ekonomiċi lokali sabiex joħolqu potenzjal għat-tkabbir sostenibbli fiż-żona, permezz ta’ relazzjonijiet kummerċjali b’saħħithom u bbażati fuq il-fiduċja bejn in-negozji;

fejn huwa possibbli jiżguraw it-trasferiment ta’ teknoloġija lejn in-negozji lokali, partikolarment l-SMEs, sabiex ir-reġjun jiġi rinovat permezz tal-progress fit-teknoloġija u ta’ persunal b’ħiliet għoljin;

jipparteċipaw b’mod proattiv f’attivitajiet ta’ żvilupp ta’ xjenza u teknoloġija fir-reġjun sabiex jgħaddulu għarfien u kompetenzi, kooperazzjoni ma’ istituti u universitajiet ta’ riċerka, intrapriżi oħrajn u korpi professjonali lokali;

iħeġġu lill-fornituri u lis-sotto-kuntratturi tagħhom jadottaw l-istess prinċipji ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u josservaw l-istess regoli maniġerjali soċjali, ambjentali u reġjonali fil-kumpaniji tagħhom;

joħolqu kuntatti man-negozji, b’mod partikulari l-akbar fosthom, mal-parteċipanti interessati (awtoritajiet lokali u pubbliċi) sabiex jiddiskutu u jmexxu l-progress fuq il-kwistjonijiet tekonoloġiċi, kummerċjali u soċjali u l-isfidi li qed jiffaċċjaw in-negozji fil-livell lokali.

7.   Kisbiet reali: stejjer ta’ suċċess

7.1   Tnedew ħafna inizjattivi u politiki Ewropej sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-iżvilupp reġjonali soċjalment responsabbli fl-UE u sabiex tingħata viżibbiltà mtejba u pożittiva lid-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE: Eżempji ta’ dawn l-inizjattivi jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku tas-CCMI (http://www.eesc.europa.eu/sections/ccmi/index_en.asp), li jinkludi wkoll informazzjoni dwar seduta li nżammet f’Lille fil-25 ta’ Settembru 2008 bħala parti mill-ħidma ta’ tħejjija għal din l-Opinjoni (ara t-titlu marbut ma’ din l-Opinjoni).

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008

Il President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Ara punt 1.2

(2)  Ara n-nota ta’ referenza preċedenti.

(3)  Ara punt 1.2

(4)  Il-Mudell Soċjali Ewropew għandu jagħti idea ta’ żona demokratika, ambjentali, kompetittiva, imsejsa fuq is-solidarjetà u soċjalment inklużiva għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa (Opinjoni tal-KESE “Social cohesion: fleshing out a European social model” (Il-koeżjoni soċjali: noħolqu mudell soċjali Ewropew), ĠU C 309, 16.12.2006, p. 119 — Mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  COM(2008) 616 finali

(6)  Il-lista tal-Istati Membri li adattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni tar-REKT tinsab fis-sit elettroniku tal-Kumitat tar-Reġjuni (taħt “Attivitajiet/Avvenimenti”).

(7)  Sabiex, bl-appoġġ tal-imsieħba soċjali jiġu identifikati u jinġiebu riżorsi ġodda ta’ impjiegi.

(8)  Ara l-Ġurnal Uffiċjali tal-UE No. 145, serje L tal-4 ta’ Ġunju 2008, Regolament (KE) No. 450/2008 tat-23 ta’ April 2008.

(9)  Ara l-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli tal-25 ta’ Mejju 2007.

(10)  Ara l-Opinjoni dwar L-Aġenda Territorjali, ĠU C 168, 20.7.2007, p. 16-21.

(11)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-gvernanza territorjali tal-bidliet industrijali: ir-rwol tal-imsieħba soċjali u l-kontribut tal-Programm ta’ Kompetittività u l-InnovazzjoniĠU C 318, 23.12.2006, p. 12-19;

(12)  Ara n-nota ta’ referenza preċedenti.

(13)  Ara l-Opinjoni dwar Strutturar mill-ġdid u impjieg– li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea, COM(2005) 120 finali, ĠU C 65, 17.3.2006, p. 58-62.

(14)  Ara l-Opinjoni dwar Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban, COM(2005) 718 finali — SEC(2006) 16, ĠU C 318, 23.12.2006, p. 86-92.

(15)  Ara l-istrateġija mġedda tal-Kunsill (dokument 10117/06 tad-9.6.2006, punti 29 u 30). Ara wkoll punt 1.2. ta’ din l-opinjoni..

(16)  Ara pereżempju l-kummissjonijiet għad-djalogu soċjali reġjonali fil-Polonja.

(17)  SWOT: Strengths and Weaknesses, Opportunities and Threats Analysis (Analiżi tal-aspetti pożittivi u n-nuqqasijiet, l-opportunitajiet u t-theddid)

(18)  “Il-prospettiva ta’ proċess sistematiku, parteċipatorju, li jiġbor informazzjoni fil-ġejjieni, ta’ tisħiħ ta’ viżjoni fiż-żmien medju u fit-tul”

(19)  EMAS = Skema tal-Eko-Ġestjoni u Verifika

(20)  Ara l-Opinjoni dwar Ir-reazzjoni tad-distretti industrijali Ewropej għan-netwerks ġodda tal-għarfien, ĠU C 255, 14.10.2005, p. 1-13.

(21)  Ara l-OECD Territorial Outlook — Edizzjoni tal-2001.

(22)  Ara l-Opinjoni dwar Il-Gvernanza Territorjali tal-Bidliet Industrijali (…) (ara nota ta’ referenza 11).

(23)  REKT: strument ta’ kooperazzjoni fil-livell Komunitarju li jippermetti raggruppamenti ta’ kooperazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali kofinanzjati mill-Komunità jew li jwettaq azzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali li jaqgħu taħt l-Istati Membri — Regolament (KE) No 1082/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006).

(24)  L-EUROREĠJUNI: strutturi għal kooperazzjoni transkonfinali bejn aktar minn reġjun wieħed f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea u/jew ġirien għall-promozzjoni ta’ interessi komuni bejn il-fruntieri u għal kooperazzjoni għall-ġid komuni tal-komunitajiet tal-fruntiera.

(25)  Ara l-Opinjoni tal-KESE tas-7 ta’ April 2005 dwar id-distretti industrijali Ewropej u n-netwerks tal-għarfien ġdid, ĠU C tal-14.10.2005.

(26)  Ara l-Opinjonijiet dwar l-Implimentazzjoni tas-sħubija għat-tkabbir u l-impjiegi: nagħmlu l-ewropa pilastru ta' eċċellenza dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-impriżi (COM) 2006 136 finali, ĠU C 325, 30.12.2006, p. 53-60, u dwar il-Green Paper — Il-Promozzjoni ta’ Qafas Ewropew għar-Responsabbiltà soċjali tal-Impriżi (COM(2001) 366 finali), OJ C 125, 27.5.2002, p. 44-55.

(27)  IDABC = Għoti Interoperabbli ta’ Servizzi Ewropej ta’ e-Gvern lil Amministrazzjonijiet pubbliċi, Negozji u Ċittadini; ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE 1610/2003.

(28)  Opinjoni dwar L-impatt tat-territorjalità tal-liġi fiskali fuq il-bidliet industrijali, ĠU C 120, 16.5.2008, p. 51-57

(29)  Direttiva 85/337/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3.3.1997 u mid-Direttiva 2003/35/KE tas-26.05.2003.

(30)  Id-Direttiva SEA 2001/42/KE. L-għan tad-Direttiva SEA huwa li tiżgura li jiġu identifikati u valutati l-konsegwenzi ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi — b’mod partikolari fid-dimensjoni territorjali tagħhom — matul it-tħejjija u qabel l-adozzjoni tagħhom.


APPENDIX I

to the opinion on “Industrial change, territorial development and responsibility of companies”

(CCMI/055)

Report on the hearing held in Lille on 25 September 2008, at the headquarters of the Nord-Pas de Calais Regional Council

Under the French presidency of the European Union, the European Economic and Social Committee's Consultative Commission on Industrial Change (CCMI) and the Nord-Pas de Calais (NPdC) Regional Council organised a hearing on Industrial change, territorial development and responsibility of companies (subject of the opinion for which this is the appendix), which took place in the regional council's hemicycle. The hearing was attended by over 90 key guests from 12 European countries and high-level local and regional bodies, both public and private, together with representatives from three of the European Commission's directorates-general.

With the participation of the regional council president, Daniel Percheron, the CCMI president, Joost van Iersel, the study group president, Martin Siecker, the rapporteur, Antonello Pezzini, and the co-rapporteur, Bernard Gay, promoter of this important initiative, a wide-ranging and animated debate was held on regional and local development, governance, the revitalisation of production, the need for shared views of future trends, sectoral and inter-sectoral prospects for the growth of competitive employment, and mechanisms for active democracy through the development of a participatory culture in an area successfully combining an adequate level of wellbeing with the duties which are an integral part of social responsibility.

In our globalised economy, territorial development and industrial change are closely connected and interdependent. The opinion aims to take a territorial approach to assessing the prospects for socio-economic change, focusing primarily on the development strategies designed by local and regional bodies and on the centres of competence set up by private and public stakeholders. The analysis thus focuses on the regions' capacity to cope with and adapt to irreversible changes through collective responsibility-sharing systems, taking into account the concept of corporate societal responsibility.

NPdC is considered a region with a rich fund of experience in these fields and the CCMI therefore asked it to cooperate in organising a hearing in Lille. The two organisations pooled their resources with a view to taking stock of the experiences of regional development stakeholders and noting their proposals for harmonious regional development.

Listening to the problems, solutions and experiences outlined by the most qualified representatives of the “real world” in the NPdC region (businessmen, presidents of business clubs and hubs of competitiveness, trade unions and representatives of the social economy, universities, the professions and public administration at various levels) and the wide-ranging exchange of ideas which ensued led to the identification of innovative strategies and key priorities which, alongside the generous hospitality of the NPdC regional council and the friendly relations established during the hearing, forged strong contacts with a profound impact on the CCMI's work.


APPENDIX II

to the opinion on “Industrial change, territorial development and responsibility of companies”

(CCMI/055)

Various European initiatives and policies have been launched to address the challenge of socially responsible regional development in the EU and to give increased, positive visibility to the territorial dimension of EU policies:

Lille-Kortrijk-Tournai — Eurometropolis (France-Belgium): Eurometropolis is the first significant example of a European Grouping of Territorial Cooperation (EGTC). It was launched on 28 January 2008 and comprises 14 partners — four in France (central government, Nord-Pas de Calais region, Département du Nord and the Urban Community of Lille Métropole) and 10 in Belgium (the federal government, region of Flanders, the French-speaking Community, provinces and joint municipal authorities). Equally important was the establishment in the 1990s of the Transmanche Euroregion, comprising the English county of Kent, the French Nord-Pas de Calais region and Belgium, in a network useful for identifying cooperation projects, thus maximising the capacity to take action in the EU's 2007-2013 programming period.

Bilbao Metropoli 30: The process of revitalising the Bilbao metropolitan area was launched in the early 1990s with a public-private partnership involving over 80 public and private bodies, over 30 associated bodies and 17 international networks. It was based on a joint strategic plan and a shared vision of the territorial, economic, social, environmental and cultural development needed to transform the metropolitan area — and by extension the entire Basque Country — into one of the most advanced and competitive areas in Europe.

ALSO — Marche region: The ALSO project (Achievement of Lisbon and Gothenburg Strategy Objectives) has been developed by Italy's Marche region, together with numerous partners, including local and regional authorities, development agencies and universities from various EU countries, in the context of the INTERACT programme. Its ultimate aim is to orient territorial cooperation towards achieving the objectives of the Lisbon and Gothenburg Strategies.

Metropolis Hamburg — interregional cooperation: Partnership between the city of Hamburg and the regions of Lower Saxony and Schleswig-Holstein, based on voluntary cooperation between three federal states on both sides of the river Elbe.

Alps-Mediterranean Euroregion (France — Italy): This Euroregion comprises three Italian regions (Liguria, Piedmont and Valle d'Aosta) and two French regions (Provence-Alpes-Côte d’Azur and Rhône-Alpes). It is aimed at close cooperation on increasing exchanges in common areas of competence, so as to strengthen ties between the respective communities in the political, economic, social and cultural spheres.

Ister-Granum: This Euroregion is the first EGTC in central Europe. Recently formed, though based on previous cooperation schemes, the Ister-Granum Euroregion incorporates 47 local authority areas in Hungary and 39 in Slovakia. This new EGTC has about 20 joint projects in the pipeline, specifically in the fields of health systems and medical care, IT and media, tourism, and integrated transport infrastructure, particularly regarding the Danube. It is based in Esztergom, Hungary and provides for the participation of local and regional authorities solely and not of central government.

Baltic Euroregion: This partnership between the regions grouped around the Baltic Sea has existed since 1998. For the 2007-2013 programming period, the European Commission has approved EUR 75 million in financing for this Euroregion which henceforth includes parts of Poland, Sweden, Germany, Denmark and Lithuania. The Euroregion's objective is to boost sustainable development and the economic competitiveness of its constituent regions.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

449 sessjoni plenarja tal-KTR fil-3 u t-4 ta' Diċembru 2008

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/73


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Green Paper — infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri”

COM(2008) 128 finali

(2009/C 175/12)

Nhar is-6 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Green Paper — infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri.

COM(2008) 128 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pegado Liz.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Iozia bħala r-rapporteur ġenerali matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008) u adotta din l-opinjoni b’ 161 vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-Green Paper dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (COM(2008) 128 finali tas-6 ta’ Marzu 2008) timxi fuq il-Green Paper dwar is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji (COM(2006) 618 finali) u taqa’ flimkien mal-firxa wiesgħa ta’ miżuri li l-Kummissjoni adottat bil-għan li tistabbilixxi żona ġudizzjarja Ewropea sabiex issostni l-aspetti ġudizzjarji tat-twettiq tas-suq uniku.

1.2   Fil-biċċa l-kbira, il-KESE sostna dawn l-inizjattivi, iżda fl-istess ħin enfasizza l-ħtieġa li jkollhom ġustifikazzjoni xierqa f’termini tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-inizjattivi għandhom jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi tal-liġi proċedurali li hi komuni għall-Istati Membri kollha u għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

1.3   Kemm fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper preċedenti, dwar is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji, kif ukoll f’din l-opinjoni, il-KESE jemmen li l-inizjattivi mhumiex imfassla sew għas-sitwazzjonjiet speċifiċi li għalihom huma maħsuba. F’termini ta’ proporzjonalità, numru ta’ miżuri mressqa wkoll jeċċedu bil-kbir dak li jenħtieġ u dak li ma jistax jinkiseb bil-miżuri nazzjonali eżistenti. F’xi każijiet jistgħu jwasslu wkoll għal ksur tad-drittiijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza jew ta’ opportunità ġusta li wieħed jiddefendi lilu nnifsu.

1.4   Il-KESE jemmen li jista’ u għandu jsir progress fuq dawk l-oqsma li qed jiġu eżaminati bħalissa, permezz ta’ kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet nazzjonali, b’aktar effiċjenza u ħeffa fil-ħidmiet tas-sistemi nazzjonali eżistenti, b’aċċess aħjar għar-reġistri u l-informazzjoni eżistenti, bi skambju ta’ informazzjoni aktar mifrux u b’fehim reċiproku aħjar dwar kif jaħdmu s-sistemi nazzjonali u kif dawn jistgħu jsiru aktar flessibbli.

1.5   Għalhekk il-KESE jopponi bil-qawwi l-ideat a) għall-ħolqien ta’ reġistru ċentrali taċ-ċittadini Ewropej, b) l-għoti ta’ kull total ta’ kreditu u aċċess indiskriminat għar-reġistri tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali u ċ) l-adozzjoni ta’ formola ta’ dikjarazzjoni komuni fil-livell Komunitarju li tinkludi l-assi kollha tad-debituri.

1.6   Il-Kumitat jikkunsidra li l-ħolqien ta’ bażi ta’ data komparattiva, maħluqa minn professjonisti kompetenti u aġġornata regolarment, tista’ tgħin sabiex tingħata stampa aktar ċara tas-sistemi ta’ infurzar nazzjonali u l-operat fil-prattika tagħhom.

1.7   Fl-aħħar nett il-KESE jissuġġerixxi li għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lil numru ta’ inizjattivi alternattivi (punt 5.8) li jaqsmu flimkien l-għan imressaq fil-Green Paper, iżda li ma jeħtieġux leġiżlazzjoni Komunitarja ulterjuri.

2.   Sintesi tal-Green Paper

2.1   B’din il-Green Paper, il-Kummissjoni qiegħda tniedi t-tieni konsultazzjoni (1) tal-partijiet interessati dwar kif jista’ jitjieb l-infuzar tas-sentenzi, b’mod partikolari dwar kif jingħelbu l-problemi kkawżati mid-diffikultajiet ta’ aċċess ta’ informazzjoni konkreta dwar fejn jinsabu d-debituri jew l-assi tagħhom.

2.2   Il-Kummissjoni tikkunsidra l-għarfien tal-inidirzz tajjeb ta’ debitur u l-aċċess għal informazzjoni preċiża dwar l-assi tiegħu, bħala l-punt tat-tluq għal proċeduri ta’ infurzar aktar effettivi. Madankollu, tirrikonoxxi li filwaqt li jistgħu jiġu mqabbla s-sistemi nazzjonali ta’ reġistri u dikjarazzjonijiet tal-assi tad-debituri, dawn ivarjaw konsiderevolment fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ aċċess, ta’ proċeduri ta’ kisba ta’ informazzjoni u fil-kontenut tal-informazzjoni nnifisha u dawn jikkompromettu l-affidabbiltà u l-ħeffa ta’ dawn is-sistemi.

2.3   Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-irkuprar tad-dejn transkonfinali hu mxekkel mid-differenzi bejn is-sistemi legali nazzjonali u b’għarfien inadegwat min-naħa tal-kredituri dwar l-istrutturi ta’ informazzjoni fi Stati Membri oħrajn. Għalhekk il-Green Paper hi pass ’il quddiem lejn il-possibbiltà ta’ adozzjoni fil-livell Ewropew ta’ ġabra ta’ miżuri għat-titjib tat-trasparenza tal-assi tad-debituri u għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-kredituri u tal-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali sabiex tinkiseb informazzjoni li tiżgura l-infurzar effettiv tas-sentenzi għall-infurzar tad-djun ċivili u kummerċjali, fir-rispett tal-prinċipji tal-protezzjoni tal-privatezza tad-debituri, hekk kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE.

2.4   Għal dan il-għan il-Kummissjoni ser tanalizza bir-reqqa l-miżuri li qed jiġu kkunsidrati u li ġabret f’forma ta’ 10 mistoqsijiet.

3.   Sfond

3.1   Bir-raġun din l-inizjattiva tidħol flimkien mal-firxa wiesgħa ta’ miżuri adottati mill-Kummissjoni, u li għalihom jistħoqqilha tifħir, bil-ħsieb ta’ ħolqien ta’ żona ġudizzjarja Ewropea sabiex issostni l-aspetti ġudizzjarji tat-twettiq tas-suq intern (2). Hawnhekk l-enfasi tinsab fuq l-iffaċilitar tal-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea permezz tal-miżuri li jgħinu l-identifikazzjoni tal-indirizz ta’ residenza jew uffiċċju reġistrat tad-debitur, fejn dan jista’ jingħata l-ordni ta’ infurzar, kif ukoll informazzjoni preċiża dwar l-assi li għandu u li jistgħu jkopru d-dejn li fadallu jħallas u li jista’ jkun lokalizzat f’kull parti ta’ kull Stat Membru.

3.2   Din id-darba l-Kummissjoni ħadet l-intrigu — li għalih jistħoqqilha tifħir — li titlob għar-reazzjonijiet mhux biss mill-15-il Stat Membru, li kellhom iċ-ċirkostanzi tagħhom verifikati fl-istudju li fuqu ġiet imsejsa din il-Green Paper (3), iżda ukoll mit-12-il Stat Membru ieħor li issa huma parti mill-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, id-data miġbura mhijiex kollha eżatta u xi drabi ngħatat ukoll interpretazzjoni ħażina.

3.3   Għandu jiġi nnutat ukoll li din l-inizjattiva tidher li nkludiet ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar is-sekwestru tal-kontijiet bankarji, fir-rigward tal-ħtieġa konsiderevoli għal “(…)valutazzjoni serja tal-miżuri mmirati li jiżguraw trasparenza akbar fir-rigward tal-assi tad-debitur(…)”.

3.4   Sfortunatament il-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda data statistika dwar l-iskala tal-problema li qed tfittex li tindirizza. U l-anqas ma tiddefinixxi b’mod ċar in-natura tal-problema jew min eżatt jista’ jibbenefika mill-miżuri li qed tmexxi ’l quddiem.

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Din il-Green Paper tkompli fuq u żżid mal-Green Paper dwar is-sekwestru tal-kontijiet bankarji [COM(2006) 618 finali], li dwarha l-KESE ħareġ opinjoni nhar il-31 ta’ Lulju 2007 (4), li għaliha qed issir referenza.

4.2   Kif dikjarat hawn fuq, il-kwistjoni mressqa f’din il-Green Paper inevitabilment tippreċedi s-sekwestru tal-kontijiet bankarji u tirrifletti b’mod preċiż il-ħtieġa li tkun disponibbli biżżejjed informazzjoni fuq l-assi tal-kredituri sabiex toffri lill-kredituri b’garanzija komuni effettiva, li hi prinċipju ewlieni u definittiv tal-liġi proċedurali ċivili. Madankollu kull kunsiderazzjoni ta’ din il-kwistjoni, trid teżamina l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju ta’ firxa sħiħa ta’ oqsma fil-qasam tal-liġi sostantiva ċivili li inevitabilment tippreċedi din il-kwistjoni.

4.3   Għalhekk il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar f’kull Stat Membru jkollhom aċċess għal informazzjoni preċiża fuq fejn jinsab id-debitur, ibda mill-uffiċċju reġistrat jew l-indirizz tad-dar tiegħu, u dwar il-proprjetà, mobbli u immobbli li tifforma parti mill-assi tiegħu, irrispettivament minn fejn tinsab.

4.4   Madanakollu, hekk kif ġara fl-opinjoni msemmija hawn fuq, il-KESE għandu riżervi serji u dubji konkreti dwar il-ħtieġa reali għal miżuri speċifiċi għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-livell Komunitarju f’dan il-qasam partikolari, għalkemm jirrikonoxxi li l-kompetenza li l-Unjoni Ewropea għandha f’dan il-qasam u li teżisti bażi legali għal dawn il-miżuri.

4.5   Fil-fatt ir-rekwiżiti kollha għal informazzjoni, data u aċċess aħjar identifikati fil-Green Paper xorta mhux bilfors ifissru l-ħtieġa li jinħolqu reġistri ġodda fil-livell Komunitarju jew obbligi għal debitur biex jiddikjara l-assi tiegħu. Barra minn hekk din il-miżura x’aktarx ma tilħaqx il-kriterju tal-proporzjonalità u tista’ twassal għal ksur inaċċettabbli tad-drittijiet fundamentali.

4.6   Il-KESE jikkunsidra li aktar milli l-ħolqien ta’ reġistri ċentrali fi Brussell, li jkopru l-popolazzjoni ġenerali, il-kummerċjanti u l-konsumaturi, il-proprjetà mobbli u immobbli jew reġistri fiskali u tas-sigurtà soċjali, mezz aktar effettiv ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u aċċess eħfef u aktar rapidu għad-data eżistenti jipprovdi biżżejjed garanziji ta’ opportunitajiet u trattament indaqs fl-identifikazzjoni tal-assi tad-debituri, tkun xi tkun in-natura jew in-nazzjonalità tal-kredituri.

4.7   Dan ma jfissirx li l-Komunità m’għandhiex toħloq inċentivi u linji gwida dwar titjib li jrid isir fil-kontenut u l-ħidmiet ta’ u l-aċċess għar-reġistri pubbliċi msemmija hawn fuq u għal bażi ta’ data privati oħrajn, sakemm id-data tkun protetta b’mod adegwat b’konformità mad-direttivi Komunitarji applikabbli u b’kondizzjoni li l-informazzjoni tiġi limitata biss għall-iskop dikjarat tat-talba u sal-punt meħtieġ għall-ħlas lura ta’dejn pendenti.

4.8   M’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-kredituri privati u pubbliċi fl-aċċess għad-data, u tal-aħħar ma għandhomx jibbenefikaw — bħala konsegwenza tal-pożizzjoni privileġġjata tagħhom — milli jkollhom aċċess eħfef u aktar rapidu għar-reġistri pubbliċi, kemm jekk dawn ikopru s-sistemi fiskali jew ta’ sigurtà soċjali jew tal-assi tad-debituri.

4.9   Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b’mod speċifiku l-Andorra, l-Iżvizzera, il-Liechtenstein u l-pajjiżi kollha b’rabtiet mill-qrib ma’ rifuġji fiskali jew mas-swieq finanzjarji fl-Ewropa, għandha wkoll tiġi żgurata.

5.   Kummenti speċifiċi: it-tmien mistoqsijiet

5.1   Inizjattiva fil-livell Komunitarju?

5.1.1   L-għaxar mistoqsijiet imqajma f’din il-Green Paper fil-verità huma tmienja, u kull waħda minnhom hi eżaminata fid-dettall.

5.1.2   Dwar jekk għandhomx jiġu adottati fil-livell Komunitarju miżuri li jtejbu t-trasparenza tal-assi tad-debituri, il-KESE jikkunsidra li, bi qbil mar-riżervi msemmija aktar ’il fuq fil-“Kummenti ġenerali”, inizjattivi fil-livell Komunitarju għandhom jiġu implimentati biss sabiex jiżguraw koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali u biex itejbu l-kontenut ta’ u l-aċċess għar-reġistri nazzjonali, li jwasslu biex jiġu identifikati u misjuba d-debituri u l-assi meħtieġa biex jitħallas dejn pendenti.

5.2   Manwal ta’ sistemi ta’ infurzar nazzjonali?

5.2.1   Il-KESE jemmen li kull miżura li tista’ tgħin biex jittejjeb l-għarfien u l-informazzjoni tal-liġijiet u prattiki nazzjonali għandha tiġi megħjuna u mħeġġa. Madankollu l-Kumitat ma jemminx li l-ħolqien ta’ “manwal” bażiku hija soluzzjoni adegwata, meta titqies il-kumplessità tal-kwistjoni. Dan il-manwal ma jistax jiġi ssemplifikat għall-użu tal-pubbliku ġenerali minħabba t-telf ta’ kwalità u preċiżjoni fil-proċess.

5.2.2   Għalhekk il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni minflok tikkunsidra l-ħolqien ta’ bażi ta’ data ta’ liġi komparattiva dwar il-proċeduri tal-infurzar fis-27 Stat Membru, b’assigurazzjonijiet li l-bażi ta’ data tiġi aġġornata fuq bażi regolari, li tkun tinkludi noti ta’ spjegazzjoni u li tkun aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi. Din il-bażi ta’ data għandha tinħoloq minn professjonisti kompetenti u kwalifikati mill-Istati Membri rispettivi.

5.3   Informazzjoni aħjar u titjib fl-aċċess għar-reġistri kummerċjali?

5.3.1   Il-grad ta’ armonizzazzjoni li diġà jeżisti f’dan il-qasam jidher li hu biżżejjed għall-objettivi dikjarati. Il-KESE ma jaħsibx li hu meħtieġ jew adegwat li jmur lil hinn minn hekk bil-ħolqien ta’ reġistri kummerċjali ċentrali fil-livell Komunitarju, filwaqt li ma jeskludix l-possibbiltà ta’ armonizzazzjoni tal-elementi komuni involuti.

5.3.2   Madankollu dan ma jeskludix l-adozzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-kontenut tal-informazzjoni f’dawn ir-reġistri, inkluż b’mod partikolari n-negozjanti individwali, l-aġġornament ta’ din l-informazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess speċifikament permezz ta’ miżuri elettroniċi.

5.3.3   L-istess għandu japplika għar-reġistri tal-artijiet, kif muri mill-EULIS (Servizz Ewropew ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet), konsorzju Ewropew tar-reġistri tal-artijiet (5).

5.4   Aċċess aħjar għar-reġistri tal-popolazzjoni?

5.4.1   Bl-istess argument l-anqas ma hu fattibbli reġistru ċentrali tal-popolazzjoni kollha tal-Ewropa, għaliex hu d-dmir tal-Istati Membri li jżommu reġistri ċivili ċentrali jew lokali tal-popolazzjonijiet tagħhom u li jfasslu kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dawn ir-reġistri billi jiżguraw li ma sseħħ l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni eċċessiva.

5.4.2   Madankollu, l-awtoritajiet tal-infurzar ta’ kull pajjiż għandu jkollhom garanzija ta’ aċċess ħafif għal dawn ir-reġistri sabiex jiksbu informazzjoni meħtieġa dwar l-indirizz ta’ debituri partikolari, b’mod speċifiku permezz ta’ mezzi elettroniċi.

5.5   Aċċess aħjar għar-reġistri fiskali u tas-sigurtà soċjali?

5.5.1   Il-KESE jiċħad bil-qawwi l-idea tal-għoti ta’ aċċess mifrux u indiskriminat għar-reġistri fiskali u tas-sigurtà soċjali.

5.5.2   Il-Kumitat jikkunsidra li huma l-awtoritajiet ġudizzjarji biss li għandu jkollhom aċċess għal dan it-tip ta’ informazzjoni, f’każijiet partikolari u b’garanziji li d-data personali fir-reġistri ser tiġi protetta b’mod adegwat.

5.5.3   F’kull każ, dan it-tip ta’ aċċess f’pajjiż differenti minn dak tal-awtorità tal-infurzar għandu dejjem jinvolvi kooperazzjoni flimkien ma’ awtorità ġudizzjarja fil-pajjiż fejn qed jinżamm ir-reġistru.

5.6   Skambju ta’ informazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar?

5.6.1   Kif diġà ddikkjara hawn fuq fil-kummenti ġenerali, il-KESE huwa tal-fehma li l-inizjattivi Komunitarji għandhom jiġu implimentati sewwa sew fil-qasam ta’ kooperazzjoni imtejba bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, permezz tal-ħolqien ta’ sistema għal skambju elettroniku dirett sabiex jiġu identifikati u lokalizzati d-debituri u biex jiġu determinati l-assi tagħhom.

5.6.2   Madankollu, hu importanti li jiġi żgurat li fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet tal-infurzar mhumiex entitajiet pubbliċi, l-informazzjoni miksuba tiġi segwita mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti li jimmonitoraw il-proċedimenti ta’ infurzar.

5.6.3   Sistemi bħal dawk stipulati fir-Regolament 1206/2001 (6) dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fit-teħid ta’ evidenza fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, jew fid-Direttiva 76/308/KEE, jistgħu, bit-tibdiliet meħtieġa, jsiru mudelli tajbin biex jiġu adottati (7).

5.6.4   Hawnhekk, l-użu ta’ mezzi elettroniċi, jew anke il-ħolqien ta’ sistema intranet li tgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali, għandha titqies bħala essenzjali.

5.6.5   L-informazzjoni mwassla permezz ta’ dan in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar, bħall-aġenti tal-infurzar, entitajiet li qed jitolbu l-infurzar, il-qrati u l-kuraturi tal-falliment. Barra minn hekk id-debituri għandhom f’kull każ jiġu infurmati bir-riżultati.

5.6.6   L-użu tal-IMI — is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern — għandha titkompla bħala opportunità ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali.

5.7   Dikjarazzjoni Ewropea tal-assi?

5.7.1   Il-KESE jopponi bil-qawwi l-adozzjoni fil-livell Komunitarju ta’ formola ta’ dikjarazzjoni komuni li tikxef l-assi kollha tad-debituri għall-għanijiet ta’ infurzar u jirrifjuta bis-sħiħ l-idea li wieħed jista’ jeħel il-ħabs jekk ma jwettaqx dan l-obbligu.

5.7.2   L-ewwel nett, għaliex mhux l-assi kolllha tad-debituri huma sekwestrabbli u huma l-Istati Membri li għandhom l-obbligu li jiddefinixxu l-assi li ma jistgħux jiġu miżjuda totalment, parzjalment jew relattivament.

5.7.3   Għandu jintqal ukoll li l-obbligu għal debitur li jikxef l-assi tiegħu għandu jkun ristrett għal dawk l-assi meħtieġa għall-ħlas tad-dejn u li hu f’idejn is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali biex jiżguraw li din l-istqarrija tal-assi tad-debituri timtela tajjeb għax inkella jinħarġu multi finanzjarji.

5.7.4   Barra minn hekk il-Kumitat jemmen li l-ħolqien ta’ formola komuni fil-livell Komunitarju għad-dikjarazzjoni uniformi ta’ assi teċċedi bil-qawwi l-objettivi li għandu jkollha miżura ta’ dan it-tip. Il-KESE minflok jikkunsidra li hu proprju f’dan il-qasam fejn għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar qawwija bejn l-korpi ta’ infurzar. Dawn l-entitajiet għandhom jaħdmu flimkien bl-użu tal-mezzi leġittimi għad-dispożizzjoni tagħhom biex jidentifikaw dawk l-assi tad-debitur meħtieġa biex jitħallas dejn, speċifikament bl-għoti ta’ setgħa lill-aġenti tal-infurzar li jwettqu l-investigazzjonijiet personali tagħhom tal-assi ta’ debitur.

5.7.5   F’kull każ, id-debitur għandu dejjem ikollu d-dritt li jevita li juri l-assi sekwestrabbli tiegħu jekk hu jkun diġà ħallas d-dejn pendenti, juri li għandu biżżejjed assi li jħallas id-dejn jew jipprovdi sigurtajiet jew garanziji ekwivalenti ta’ ħlas, bħal garanziji bankarji jew xi sigurtà simili. Id-debitur għandu wkoll ikollu d-dritt li jopponi s-sekwestru tal-assi jekk mhux meħtieġa għall-ħlas ta’ dejn pendenti jew ta’ somom oħra preskritti mil-liġi.

5.7.6   Element ieħor li għandu jiġi rifjutat mill-ewwel, għaliex jikser il-prinċipji fundamentali tar-rispett tal-privatezza tad-debitur, hi l-pubblikazzjoni ta’ kull tip ta’ dikjarazzjoni tal-assi tad-debituri f’reġistru b’aċċess pubbliku (lista tad-“debituri”).

5.8   Hemm xi mezzi oħrajn biex titjieb it-trasparenza?

5.8.1   Tressqu dawn is-suġġerimenti li ġejjin bħala osservazzjoni:

a)

Jista’ jingħata aċċess lir-reġistru li jniżżel l-ishma u l-assi ta’ debitur f’xi kumpanija

b)

Jista’ jingħata aċċess bil-prekawzjonijiet adegwati għar-reġistri ta’ data tal-konsumaturi li jittrattaw il-kreditu tal-konsumatur jew ipoteka

c)

Għandu jinħoloq reġistru Ewropew uniku (8) tal-vetturi

d)

Jista’ jinħoloq reġistru tal-proċedimenti ta’ infurzar pendenti, konsultabbli onlajn minn kull Stat Membru

e)

Jista’ jitħalla aċċess għar-reġistri ta’ investimenti fl-ishma li jeċċedu limitu prestabbilit

f)

Jista’ jitħalla l-aċċess għar-reġistri tal-artijiet li jipprovdu informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli tas-sidien

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  L-ewwel kienet il-Green Paper dwar is-sekwestru tal-kontijiet bankarji [COM(2006) 618 finali]; Opinjoni tal-KESE: ĠU C 10, 15.1.2008, p. 2.

(2)  Lista komprensiva ta’ dawn il-miżuri tinstab fl-opinjoni tal-KESE — ĠU C 10, 15.1.2008, p. 2 taħt l-imsemmija Green Paper dwar is-sekwestru tal-kontijiet bankarji, li għaliha qed issir referenza.

(3)  Għal fehim sħiħ dwar din il-Green Paper, wieħed irid jikkunsidra mhux biss id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni SEC(2006) 1341 tal-24.10.2006 iżda ukoll l-istudju nru JAI/A3/2002/02, fil-verżjoni aġġornata fit-18.2.2004 mill-Prof. Dr. Burkhard Hess, Direttur ta’ l-Istitut tal-Liġi Internazzjonali Komparattiva u Privata fl-Università ta’ Heidelberg, it-test tal-istudju jinsab f’http://europa.eu.int.comm/justice_home/doc_centr/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm

(4)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 2.

(5)  Dan il-konsorzju hu assoċjazzjoni ta’ reġistri tal-artijiet maħluq fl-2006 u jirrappreżenta l-ewwel pass lejn l-aċċess għar-reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi membri tal-konsorzju (l-Ingilterra, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Norveġja, il-Galles, l-Olanda u l-Iżvezja) www.eulis.org

(6)  Regolament tal-Kunsill 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001, ĠU L 174, 27.6.2001. Kwistjoni ta’ importanza partikolari f’dan il-qasam hi dik tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet rigward id-differenzi lingwistiċi, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament urew li ma kienux kapaċi jsolvu

(7)  Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 fil-ĠU L 073, 19.3.1976.

(8)  Hekk kif propost fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE, KESE dwar reġistru Ewropew tal-kodiċi tat-triq u tal-vetturi, li ġiet miktuba mir-rapporteur ta’ din l-opinjoni (ĠU C 157, 28.6.2005, p. 34).


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/78


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu”

COM(2008) 213 finali — 2008/0082 (COD)

(2009/C 175/13)

Nhar it-22 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu

COM(2008) 213 finali — 2008/0082 (COD)

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Burani.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’172 vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Taqsira u konklużjonijiet

1.1   L-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sistemi ta’ pagamenti, mitluba mill-Kunsill u li kellha l-appoġġ tas-suq, għandha l-iskop li taġġorna u tissoda r-regoli dwar in-natura finali tas-sistemi tas-settlement u dwar il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja. Għaldaqstant, hija ħaqqha l-appoġġ tal-KESE wkoll. F’qasam li hu speċjalizzat ħafna, bħalma hu dan li qed jiġi analizzat, huwa inevitabbli li jqumu dubji jew mistoqsijiet fuq xi aspetti tekniċi fil-proposta, li ġew interpretati mill-ispeċjalisti u l-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-fażijiet differenti tal-analiżi tal-proposti tal-Kummissjoni. Il-KESE jmiss ma dawn il-kwistjonijiet biss b’mod marġinali, u jippreferi li jfittex li jikkontribwixxi għad-diskussjoni dwar il-politika Komunitarja fil-qasam tas-sistemi tal-pagamenti.

1.2   L-inizjattiva rat il-bidu tagħha ‘l fuq minn sena ilu, meta kienet għadha ma faqqitx il-kriżi Amerikana tas-subprimes, li minn dak iż-żmien ’il hawn infirxet, bil-konsegwenzi li kulħadd jaf bihom, mal-komunità finanzjarja dinjija. L-ewwel sintomi tal-kriżi, fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali, ħarġu mal-problemi ta’ likwidità, li malajr inbiddlu fi problemi ta’ solvibbiltà: sitwazzjoni tant serja li wasslet għal miżuri min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi, fl-Istati Uniti imma wkoll fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni attwali toħroġ fid-deher il-ħtieġa li s-suq ikollu garanzija adegwata ta’ kapital. Forom ġodda ta’ sigurtà huma milqugħa sakemm ma jnaqqsux mill-kwalità tal-garanzija.

1.3   Wieħed jista’ jistaqsi jekk ir-regola, li tipprevedi li l-krediti tal-banek jistgħu jiġu inklużi fost il-kapital aċċettat fil-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, kinitx tiddaħħal fil-proposta tal-Kummissjoni kieku l-kwistjoni qamet illum u mhux sena ilu. Il-krediti tal-banek diġà huma aċċettati f’ħafna pajjiżi u jagħtu kontribut validu lill-likwidità; u għalhekk wieħed għandu jħares lejhom b’mod favorevoli. Madankollu, fl-istat attwali ta’ vulnerabbiltà u instabbiltà tas-swieq l-estensjoni tagħhom madwar l-Istati Membri kollha mingħajr ma ssir armonizzazzjoni minn qabel tar-regoli li jmexxuhom għandha ssir b’mod aktar prudenti u kull bank ċentrali jkompli jikkontrolla s-suq tiegħu skont kif jara s-sitwazzjoni u l-bżonnijiet tiegħu.

1.4   Hemm bżonn ta’ aktar ħsieb, mhux daqstant dwar iċ-ċertezza tal-liġi, li ġustament il-proposta tfittex li tistabbilixxi, imma dwar kemm ser idumu validi d-dispożizzjonijiet li hemm fil-proposta: il-Legal Certainty Group għadu ma kkonkludix il-ħidma tiegħu, l-inizjattiva tal-Unidroit għadha fil-fażi konklussiva, iżda għadha mhux iffirmata u wisq inqas ratifikata, l-armonizzazzjoni tal-liġijiet fil-qasam tan-netting hija kwistjoni għall-programmi tal-futur, u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri ta’ falliment hija mira fit-tul. B’daqshekk il-KESE ma jixtieqx jgħid li l-isforz tal-Kummissjoni mhuwiex validu jew li ma jistħoqqlux appoġġ, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-suq għandu bżonn ta’ regoli li mhumiex biss ċerti iżda wkoll li jservu fit-tul. Minn hawn toħroġ il-ħtieġa li titħaffef il-ħidma leġiżlattiva u ta’ regolatorja.

1.5   Fl-aħħar, iżda żgur mhux l-inqas, l-implikazzjonijiet ta’ natura prudenzjali: il-KESE jistaqsi jekk l-aspetti differenti tar-riskju sistemiku li hemm fis-sistemi interoperabbli, fit-tħaddim ta’ sistema fi ħdan sistema oħra u fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-firxa kollha tal-parteċipanti ġewx studjati bir-reqqa mill-awtoritajiet tal-viġilanza, u jekk intalbitx il-parteċipazzjoni diretta tagħhom fit-tfassil tal-proposti. Kif jtindika l-opinjoni tal-KESE, is-saħħa tas-suq tiġi qabel kull kunsiderazzjoni oħra.

1.6   L-opinjoni tal-KESE hija riflessjoni dwar is-sitwazzjoni attwali. Fi żminijiet “normali” ir-regoli dwar l-operattività tal-parteċipanti u s-sistemi, kif ukoll dawk dwar il-kwalità tas-sigurtà, jridu jkunu rigorużi, iżda fi żminijiet ta’ emerġenza jridu jsiru flessibbli mingħajr ma jkunu inqas rigorużi. Id-direttiva għandu jkollha regola li tippermetti lis-sistemi li jadottaw miżuri straordinarji biex jaffrontaw iż-żminijiet tal-emerġenza, taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-viġilanza.

2.   Introduzzjoni

2.1   L-iskop tal-inizjattiva tal-Kummissjoni huwa li taġġorna d-Direttiva dwar in-natura finali fis-sistemi tas-settlement ta’ pagamenti u titoli kif ukoll dwar il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, mal-aktar żviluppi reċenti tas-swieq. Ir-regoli attwali u dawk li għandhom jiddaħħlu, qed jiġu estiżi għas-settlement matul il-lejl u s-settlement bejn sistemi li huma konnessi.

2.2   L-interkonnessjoni tas-swieq, li bdiet minn xi żmien ilu, issa qed kulma jmur dejjem tinfirex: bl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE u tal-kodiċi tal-kondotta Ewropea għall-clearing u s-settlement (“il-Kodiċi tal-Kondotta”), l-interkonnessjoni hija koperta minn regoli ċari u preċiżi li jiffaċilitaw l-introduzzjoni wiesa’ tagħha. Il-proposta tal-Kummissjoni, barra milli tintroduċi tipi ġodda ta’ settlement, twessa’ wkoll il-lista tat-tipi ta’ assi li jistgħu jintużaw bħala garanzija finanzjarja: il-krediti aċċettati bħala garanzija tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-banek ċentrali (“krediti tal-banek”). Minn Jannar 2007, il-BĊE daħħal il-krediti tal-banek fost il-garanziji li jistgħu jiġu aċċettati għall-operazzjonijiet ta’ kreditu fl-Ewrosistema; din l-inizjattiva diġà ġiet adottata b’mod awtonomu minn għadd ta’ banek ċentrali, iżda kien jonqos qafas legali li kien jippermetti ċ-ċirkolazzjoni transkonfinali.

2.3   Bħala rikapitulazzjoni, il-qafas legali attwali, li l-proposta għal Direttiva għandha l-ħsieb li temenda, jinsab fiż-żewġ Direttivi tal-KE 98/26/KE dwar il-finalità tas-settlement (SFD, Settlement Finality Directive), u l-oħra 2002/47/KE dwar il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja (FCD, Financial Collateral Directive).

2.4   Barra minn hekk, kif soltu jiġri fil-każ ta’ direttiva ta’ aġġornament, il-Kummissjoni tieħu l-okkażjoni biex iddaħħal numru ta’ simplifikazzjonijiet u kjarifiki. B’mod definittiv, hemm il-ħsieb li r-regolament jiġi adattat għall-iżviluppi tas-suq, miżura li hija aktar meħtieġa jekk wieħed iqis it-taqlib reċenti fis-swieq, li l-effetti tiegħu jistgħu jikbru minħabba l-globalizzazzjoni.

2.5   L-inizjattiva tal-Kummissjoni kellha fil-bidu tagħha, fażi ta’ preparazzjoni li ħadet iktar minn sena. Ir-rapport ta’ valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-finalità tas-settlement ikkonkluda li “is-sistema qed taħdem tajjeb”, anke jekk indika li hemm bżonn ta’ xi studji oħra aktar fid-dettall. Il-proposta tfaslet wara sensiela ta’ konsultazzjonijiet mal-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali, u firxa wiesgħa ta’ operaturi u organizzazzjonijiet fis-settur. Id-drittijiet tal-konsumaturi ngħataw attenzjoni speċjali, bil-konklużjoni li “id-dispożizzjonijiet relatati ma’ talbiet għal kreditu ma jfittxux li jindaħlu u jnaqqsu d-drittijiet tal-konsumaturi, u b’mod partikolari, id-drittijiet skont id-Direttiva dwar il-Kreditu lill-Konsumatur”, peress li l-krediti msemmija huma aċċettabbli bħala garanzija għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-banek ċentrali, “li fil-prinċipju teskludi t-talbiet għal kreditu mill-klijenti individwali”.

2.6   F’sitwazzjoni normali, ir-regoli l-ġodda Ewropej jidhru adegwati biex jiffaċċjaw is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza: is-saħħa tas-suq għandha tkun żgurata mill-interkonnessjonijiet li jiżdiedu bejn is-sistemi ta’ settlement ta’ titoli u ta’ pagamenti li diġà qed jaħdmu, li huma kollha affidabbli, li għandhom likwidità suffiċjenti u li jidhru li huma kkontrollati tajjeb. Barra minn hekk, il-kodiċi tal-kondotta (addottat fl-aħħar tal-2006), daħħal element ta’ kompetittività — u għalhekk ta’ effiċjenza ikbar — fis-sistemi ta’ kumpens u ta’ settlement, li jaqbel lill-utenti.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   L-operaturi jqisu l-inizjattiva bħala pass ‘il quddiem fil-ħolqien ta’ spazju finanzjarju Ewropew b’regoli armonizzati: fil-fatt, id-Direttiva l-ġdida tippermetti l-appoġġ tal-miżuri li għad iridu jiġu adottati wara r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ esperti li twaqqaf mill-Kummissjoni (il-Legal Certainty Group) biex jelimina kull ostaklu legali għall-integrazzjoni tas-swieq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-istess direttiva tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-inizjattiva Unidroit li twassal biex jiġu stabbiliti regoli uniformi fis-sustanza tal-liġi fuq livell internazzjonali dwar it-titoli intermedji, fosthom anke regoli fuq il-kuntratti tal-garanzija finanzjarja.

3.2   Min-naħa l-oħra, wieħed ma jistax iqis li tkun intlaħqet l-armonizzazzjoni fil-livell Ewropew jew dak internazzjonali qabel ma jittieħdu numru ta’ miżuri addizzjonali jew kumplimentari, li wieħed jassumi li għad iridu jidħlu fil-programmi futuri tal-Kummissjoni. Miżura adizzjonali għandha tipprovdi l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-fehimiet ta’ netting, jiġifieri s-settlement bejn il-partijiet ta’ ammonti netti, li magħhom hemm il-ftehimiet ta’ settlement li jwasslu biex l-obbligi rispettivi tal-partijiet ikunu dovuti b’effett immedjat (“close-out netting”)

3.3   Fost il-miżuri kumplimentari, li żgur għandha effetti fit-tul, hemm l-integrazzjoni ottimali tas-swieq finanzjarji li għandha twassal għal koerenza akbar fir-regoli nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ falliment: is-sitwazzjoni attwali ta’ diskrepanzi fil-livell nazzjonali jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja u l-operazzjonijiet ta’ settlement u pagamenti, li jkabbar ir-riskju ta’ instabbiltà sistematika.

4.   Kummenti dwar il-proposti dwar id-Direttiva 98/26/KE (SFD)

L-artikolu 2 idaħħal numru ta’ spjegazzjonijiet u kjarifiki, li xi wħud minnhom huma purament amministrattivi, imma oħrajn aktar importanti. B’mod speċifiku, Artikolu 2b)jiċċara l-pożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, u jistabbilixxi b’mod ċar li, għall-iskop tad-Direttiva, huma għandhom jitqiesu għal kollox bħala ekwivalenti għall-istituzzjonijiet tal-kreditu.

4.1.1   Għalkemm il-KESE jagħraf li bħala parteċipanti fis-sistemi tal-ħlas huma fuq l-istess livell tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regoli ta’ kontroll mhumiex l-istess għat-tnejn li huma jew huma biss parzjalment. Wieħed għad irid jara jekk dan jistax ikollu impatt fuq l-affidabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fil-każ ta’ taqlib kbir fis-swieq: il-KESE kien diġà esprima r-riżerva tiegħu dwar il-fatt li jiġu ammessi bħala membri fis-sistema ta’ ħlas. Għalhekk, il-Kumitat jixtieq jerġa jagħmel rakkomandazzjoni li kien diġà għamel fil-passat: li l-politiki li jfittxu li joħolqu ugwaljanza fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu subordinati għal dawk li jiżguraw l-ewwel nett is-saħħa tas-swieq — li għandhom valur akbar, u bħala konsegwenza li jħarsu lill-konsumaturi (investituri aħħarija).

4.1.2   Dawn il-kunsiderazzjonijiet isiru aktar importanti meta wieħed iqis il-fatt li s-sistemi interoperabbli (li d-definizzjoni tagħhom hija stabbilita f’Artikolu 2(n)) jiffaċilitaw l-aċċess għall-parteċipazzjoni fis-sistemi ta’ settlement u pagamenti permezz tar-rabta li tinħoloq bejnhom, dan bilfors iwassal għal żjieda potenzjali fir-riskju sistemiku. Dan iseħħ b’mod partikolari fis-sistemi ta’ ħlas tat-titoli wara r-rabtiet li jiġu stabbiliti bejn id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSD), li huma responsabbli għaż-żamma ċċentralizzata u dematerjalizzata (1) tal-istrumenti finanzjarji negozjati, u l-kontropartijiet ċentralizzati (CCP) li għandhom ir-rwol ta’ kontroparti unika tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jipparteċipaw f’sistema li tirrigwarda l-ordnijiet rispettivi tagħhom għat-trasferiment tal-istrumenti finanzjarji negozjati. It-test tad-Direttiva għandu jiċċara li l-għan tal-introduzzjoni ta’ definizzjoni għal “sistemi interoperabbli” mhuwiex li jippermetti l-ħolqien ta’ “super-sistema” legalment iġġustifikata, iżda li jippermetti l-estenzjoni tal-ħarsien legali li normalment ikun hemm f’settlement finali, għat-transazzjonijiet regolati li jsiru bejn is-sistemi.

4.2   Il-fatt li l-proposta tippermetti li sistema tipparteċipa f’sistema oħra huwa sors ta’ tħassib. Hemm bżonn ta’ kjarifika: sistema, kif inhi definita fid-Direttiva 98/26/KE, hija qbil jew għadd ta’ regoli, li m’għandiex personalità ġuridika, li mill-banda l-oħra għandhom il-parteċipanti differenti. Huwa importanti li din id-distinzjoni tiġi ċċarata, biex ikun hemm ċertezza legali akbar, ħalli r-reponsabbiltà tal-partijiet differenti tkun stabbilita, b’mod partikolari b’riferiment għall-liġi tal-falliment.

4.3   L-Artikolu 3 idaħħal emenda, meħtieġa “sabiex titneħħa kwalunkwe inċertezza dwar l-istatus ta’ servizzi” ta’ settlement ta’ bil-lejl: iżżid mal-kelma “jum” li tintuża bħalissa, il-kjarifika “jum ta’ negozju ”, biex tqis il-fatt li l-parti l-kbira tas-swieq jaħdmu b’mod kontinwu fis-siegħat ta’ bil-lejl ukoll. Il-miżura li ttieħdet hija bżonnjuża, iżda għandha tiġi kumplimentata bl-armonizzazzjoni tal-ftehimiet tan-netting. Barra minn hekk, ikun hemm bżonn li tiġi solvuta d-differenza bejn ir-regoli tal-falliment, li jista’ jkollha effett fuq il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja u ta’ kumpens: l-armonizzazzjoni f’dan il-qasam, mixtieqa imma diffiċli biex tintlaħaq, hija ta’ natura globali u tmur lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet marbuta mas-sistemi ta’ ħlas biss.

5.   Kummenti dwar il-proposti dwar id-Direttiva 2002/47/KE (FCD)

5.1   L-estensjoni tad-Direttiva 2002/47/KE għas-self mill-banek (emenda tal-Artikolu 1(4)(a)) għandha titqies b’mod favorevoli, peress li tippermetti disponibbiltà ikbar tal-kollaterali u għalhekk tista’ ttejjeb il-likwidità tas-suq. Madankollu, id-definizzjoni ta’ “kreditu eliġibbli għall-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ bank ċentrali” tagħti lok għal ċerti dubji: id-definizjoni ta’ “eliġibbiltà ħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ wisq għal kull bank ċentrali”, u ma tiċċarax min hu kkwalifikat u min mhuwiex. Waħda mis-soluzzjonijiet tista’ tkun li jitħassar mit-test tal-Artikolu 2(4)(a) il-kliem “jew talbiet għal kreditu eliġibbli għall-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ bank ċentrali”.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Sociali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Kważi t-titoli ċċentralizzati kollha ġestiti llum huma fil-forma dematerjalizzata; it-titoli li għadhom rappreżentati fil-forma tal-karta huma miġbura f’ċertifikati kbar (ċertifikati globali jew maxi ċertifikati) li jinsabu fid-depożiti ċentrali fl-Istati Membri differenti.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/81


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: Sħubija Ewropea għal riċerkaturi”

COM(2008) 317 finali

(2009/C 175/14)

Nhar it-23 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċiediet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: Sħubija Ewropea għal riċerkaturi

COM(2008) 317 finali

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Salvatore.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’176 vot favur, l-ebda vot kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jaqbel bis-sħiħ mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li l-prinċipji bażiċi tagħha jenfasizzaw ir-rwol strateġiku ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka rigward il-kompetittività ekonomika u l-iżvilupp tal-għarfien. L-istabbiliment ta’ sħubija Ewropea għal karrieri aħjar għal riċerkaturi u inċentivi akbar għall-mobilità tar-riċerkaturi jistgħu jwasslu biex dan l-objettiv ikun jista’ jintlaħaq. Dan jista’ jgħin biex jitwaqqaf il-brain drain u li wara l-aqwa riċerkaturi jiġu attratti fiż-żona tal-UE.

Il-Kumitat jaqbel dwar l-importanza li l-Istati Membri jieħdu passi deċiżivi biex jadottaw proċeduri ta’ reklutaġġ miftuħa, trasparenti u msejsa fuq il-mertu professjonali u biex ineħħu l-ostakoli għall-moviment ħieles tar-riċerkaturi fl-UE. Minn din il-perspettiva, is-sistema ta’ informazzjoni EURAXESS, li tpoġġi fuq l-Internet postijiet tax-xogħol battala fir-riċerka fl-UE u informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament tar-riċerka, hija għodda ta’ valur. Sabiex din is-sistema tiġi implimentata kif xieraq, korpi li jistgħu jibbenefikaw minnha għandhom jiġu inkoraġġuti biex jużawha b’mod effettiv.

1.2.1   Mir-reklutaġġ sa tmiem il-karrieri tar-riċerkaturi, il-mertu professjonali għandu jissejjes mhux biss fuq in-numru u l-kwalità tal-pubblikazzjonijiet, iżda wkoll fuq ir-riżultati xjentifiċi. Għandha titqies ukoll il-kapaċità innovattiva, b’mod partikulari fl-istadju bikri, u skont il-ħidmiet allokati, il-ħiliet organizzattivi u ġestjonali tul il-karriera. L-esperjenza fi sħubijiet internazzjonali għandha dejjem tiġi meqjusa ta’ valur għoli.

1.3   Huwa essenzjali għall-maturità professjonali ta’ riċerkatur li tinħataf kull opportunità ta’ mobilità. Madankollu, bħalissa ostakoli legali u amministrattivi jagħmlu dan diffiċli. Il-mobilità, li titqies bħala perijodu ta’ żmien li wieħed iqatta’ f’pajjiż jew reġjun ieħor, jew f’istitut tar-riċerka pubbliku jew privat ieħor, jew bidla fid-dixxiplina jew il-qasam, għandha tiġi kkunsidrata bħala kontribut importanti għall-iżvilupp professjonali tar-riċerkaturi, u għalhekk għandha tkun imħeġġa permezz ta’ inċentivi finanzjarji, relatati mas-sigurtà soċjali, u ta’ bilanċ mal-ħtiġijiet familjari.

1.4   In-natura ta’ spiss inċerta tax-xogħol fir-riċerka għandha ssir ħaġa tal-passat. Miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-kontinwità tal-kuntratti u l-promozzjoni tas-sigurtà soċjali u d-dritt għal tipi varji ta’ previdenza soċjali u t-trasferiment tagħhom, jekk jagħti l-każ li riċerkatur jiċċaqlaq, għandhom għalhekk jitħeġġu bil-qawwa. Dan l-element tal-aħħar huwa ta’ piż, partikularment għar-riċerkaturi nisa, peress li l-karrieri tagħhom diffiċli li jaslu sal-quċċata.

1.5   Il-parteċipazzjoni attiva tal-korpi rilevanti miż-żewġ naħat tal-industrija hija meħtieġa sabiex tgħin fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi b’mod komprensiv u fil-pront.

2.   Daħla

2.1   Din il-komunikazzjoni (COM(2008) 317) hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Istrateġija ta’ Liżbona u tfittex biex tibni sħubija Ewropea għat-titjib tal-karrieri tar-riċerkaturi, li huma meqjusa l-qofol fundamentali u primarju fil-proċess tal-iżvilupp ta’ ekonomija u soċjetà msejsa fuq l-għarfien.

2.2   Il-bidliet dejjem iktar kumplessi, għal arrieda u mingħajr preċedent li qed iseħħu daż-żmien fis-soċjetà jitolbu li tingħata iktar attenzjoni lill-iżvilupp, u għaldaqstant it-trażmissjoni, tal-għarfien.

2.3   Dawn il-bidliet huma marbuta mat-tkabbir f’forom ta’ żvilupp ta’ għarfien li jittraxxendu l-fruntieri nazzjonali. L-iskambju tal-għarfien, u miegħu l-iskambji ekonomiċi, jirrikjedu forom ġodda ta’ regolamentazzjoni li huma kapaċi jmexxu din il-bidla f’kuntest kulturali komuni: il-ħammiela Ewropea.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   L-objettiv li l-Ewropa ssir post iktar attraenti għall-attivitajiet ta’ riċerka għandhom jitqiegħdu fil-kuntest ta’ qafas integrat ta’ politiki ta’ appoġġ lir-riċerkaturi. Dan il-proċess irid jipprovdi għal parteċipazzjoni intelliġenti u armonizzata tal-Istati Membri, li mhix ibbażata biss fuq l-involviment volontarju kif inhu l-każ fil-qafas legali attwali.

3.2   Il-Kumitat jilqa’ dan l-approċċ il-ġdid li, li jfittex li jqis is-sitwazzjoni attwali, waqt li jevita miżuri li huma ambizzjużi wisq u fuq il-bażi ta’ fatti li diġà ġew indirizzati, jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu, malajr kemm jista’ jkun, inizjattivi li jistgħu jitkejlu sabiex:

jiġu stabbiliti proċeduri ta’ reklutaġġ trasparenti;

jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ sigurtà soċjali u ta’ pensjonijiet supplimentari għal riċerkaturi li huma mobbli;

jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol li huma attraenti; u

jissaħħu t-taħriġ, il-ħiliet u l-esperjenza tar-riċerkaturi.

Dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu bil-parteċipazzjoni taż-żewġ naħat tal-industrija.

3.3   Tul is-snin, l-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE kienu konsiderevoli. Biżżejjed inħarsu lura lejn l-oriġini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, kif ġiet stabbilita fil-COM(2000) 6 finali tat-18 ta’ Jannar 2000, l-objettiv tal-Kunsill Ewropew sabiex sal-2010 l-Ewropa tkun l-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għarfien fid-dinja, il-miżuri bikrija għar-riċerkaturi, u fl-aħħar net il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi. Dawn l-isforzi jenfasizzaw kemm hi ċentrali s-sistema tar-riċerka fil-promozzjoni tal-innovazzjoni u jagħtu lir-riċerkaturi rwol ta’ importanza vitali.

3.4   Bil-fatti kif inhuma, iż-Żona Ewropea tar-Riċerka trid tingħata l-aqwa possibilitajiet biex torganizza ambjent estremament kompettiv u dinamiku, fejn ir-riżorsi umani għandhom prospetti fit-tul aħjar, mill-bidu sal-aħħar tal-progress tal-karriera tagħhom.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-Kummissjoni torbot id-definizzjoni ta’ riċerkaturi li tinsab fil-Karta Ewropea (diġà spjegata fl-2004 mill-KESE), jiġifieri: “Professjonisti involuti fil-kunċett jew il-ħolqien ta’ għarfien, prodotti, proċessi, metodi u sistemi ġodda, u fil-ġestjoni tal-proġetti kkonċernati”, flimkien mal-funzjoni tat-trasferiment ta’ għarfien ġdid. Madankollu, f’dan il-kuntest, ir-riċerkaturi għandhom jiġu mħeġġa mill-istituzzjonijiet biex jippubblikaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom sabiex jipprovdu sorsi awtoritattivi għall-ispeċjalisti tal-komunikazzjoni, bil-għan li l-pubbliku mhux speċjalista jkun jista’ jifhem b’mod iktar ċar l-argumenti xjentifiċi, b’mod partikulari meta dawn jista’ jkollhom impatt kbir fuq l-opinjoni pubblika (saħħa, riskji tal-ikel, emerġenzi ambjentali, eċċ.).

4.2   Għaldaqstant, il-KESE japprova l-identifikar ta’ prijoritajiet speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kuntest Ewropew attraenti u favorevoli għal nies impjegati fir-riċerka.

4.3   L-ewwel nett, l-enfasi għandha tkun fuq l-importanza li jittieħdu passi deċiżivi sabiex l-Istati Membri jadottaw proċeduri ta’ reklutaġġ miftuħa, trasparenti u msejsa fuq il-mertu. Jekk ma tiġix garantita l-informazzjoni kollha dwar ir-reklutaġġ u s-selezzjoni tal-persunal, ir-riżultat ikun sistema li bl-ebda mod ma tista’ titqies waħda miftuħa. Dan it-tip ta’ informazzjoni għandu jkun disponibbli u aċċessibbli mingħajr xkiel. Għal dan il-għan, il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ u jittama li jara l-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni EURAXESS, li tista’ tgħaqqad flimkien u b’hekk tgħin biex tqabbel il-provvista mad-domanda għal riċerkaturi fl-istituti u l-proġetti Ewropej varji. It-tlestija ta’ din is-sistema ta’ informazzjoni ser tesiġi l-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka varji, u impenn minn dawn l-organizzazzjonijiet li jinkludu l-informazzjoni kollha dwar postijiet u proġetti ta’ riċerka fin-netwerk.

4.4   Irridu nagħrfu wkoll kif għandu jiġi premjat il-mertu u kif għandhom jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol u tat-taħriġ aħjar matul il-parti bikrija tal-karrieri ta’ riċerka. Irridu nbiddlu t-tattika. Żmien twil ta’ nuqqas ta’ sikurezza wara kors ta’ studji fir-riċerka diffiċli u rigoruż iwassal biex ir-riċerkaturi jabbandunaw din il-karriera, u dan ma joħloqx kundizzjonijiet sabiex jinżamm u jitkattar l-aħjar talent. Il-mod kif jitkattar it-talent huwa permezz ta’ sistemi ta’ taħriġ innovattivi li għandhom l-għan li jiżguraw riċerka ta’ kwalità għolja u jippermettu lir-riċerkaturi jiżviluppaw il-ħiliet li jeħtieġu biex jaqdu rwoli ta’ tmexxija.

4.5   Il-mertu għandu jiġi evalwat mhux biss fuq il-bażi tal-ammont u l-kwalità ta’ pubblikazzjonijiet, iżda għandhom jitqiesu wkoll il-ħiliet li ġejjin skont il-karigi li wieħed ikollu:

il-ġestjoni tar-riċerka;

il-kwalità u l-ammont ta’ innovazzjoni;

attivitajiet ta’ tagħlim u superviżjoni;

ħidma fi grupp;

sħubijiet internazzjonali;

it-trasferiment tal-għarfien;

il-ġbir ta’ fondi għar-riċerka;

il-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ riżultati xjentifiċi;

l-esperjenza fin-negozju u l-applikazzjoni potenzjali fl-industrija tar-riżultati tar-riċerka;

brevetti, attivitajiet ta’ żvilupp jew invenzjonijiet;

il-kreattività u l-indipendenza.

Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis in-natura mhux tipika tal-kuntratti ta’ impjieg tar-riċerkaturi, dawn m’għandhomx jiġu penalizzati għal interruzzjonijiet possibbli fil-karrieri tagħhom.

4.6   In-natura mhux tipika tar-rwol tar-riċerkatur, flimkien man-nuqqas ta’ sikurezza fl-impjieg, m’għandhomx iħallu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja tar-riċerkaturi. Kull tip ta’ mobilità, speċjalment dik ġeografika, li hija mixtieqa għall-iżvilupp professjonali, għandu jiġi faċilitat. Il-mobilità hija fattur importanti ħafna fl-iżvilupp tal-moviment ħieles tal-għarfien, u barra minn hekk, tikkontribwixxi lejn it-taħriġ u l-iżvilupp kulturali tal-ħaddiema u s-sistema tar-riċerka.

4.7   Għal din ir-raġuni, il-KESE jappoġġja miżuri li jiffaċilitaw in-netwerking bejn riċerkaturi minn ambjenti differenti. Dan huwa l-uniku mod kif jistgħu jiżdiedu l-benefiċċji u l-opportunitajiet ta’ diskussjoni, billi l-mobilità ssir fattur tal-għarfien. Hawnhekk ikun utli li nqabblu d-differenzi l-iktar ovvji bejn is-sistemi tar-riċerka fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, li hija kapaċi tiġbed u żżomm it-talent, bil-għan li nkunu nistgħu nadottaw l-aspetti l-iktar pożittivi ta’ dan il-mudell u nadattawhom għall-kuntest Ewropew, l-ewwel nett, pereżempju, il-proċeduri ta’ reklutaġġ u wara is-sistemi ta’ evalwazzjoni u ta’ inċentiv għall-karrieri tar-riċerkaturi.

4.8   Għaldaqstant, l-iżvilupp ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka jfisser mhux biss l-appoġġ tat-trasferimenti minn pajjiż għal ieħor jew minn istitut għal ieħor tal-finanzjament ta’ riċerkatur individwali, iżda wkoll il-bidu ta’ ċiklu pożittiv fejn korpi jaraw il-vantaġġ li jirreklutaw nies bl-aħjar kwalifiki xjentifiċi. Bħal kategoriji oħrajn fejn hija meħtieġa l-mobilità, ir-riċerkaturi għandhom jiġu appoġġjati fil-livell Ewropew, permezz ta’ inċentivi prattiċi (ħlas u benefiċċji) sabiex jiċċaqalqu lejn postijiet ġodda, minflok ma jiġu mxekkla kif ta’ spiss ikun il-każ (bir-riżultat li jkun hemm brain drain). F’dan ir-rigward, mekkaniżmu li jintuża b’mod mifrux fl-universitajiet Anglo-Amerikani huwa l-allokazzjoni ta’ “finanzjament tal-ispejjeż” (overhead funding) addizzjonali, proporzjonali mal-finanzjament tar-riċerka, mill-korp ta’ finanzjament lill-istituzzjoni li qed tospita r-riċerkatur iffinanzjat.

4.9   Min-naħa l-oħra, riċerkaturi interessati fil-mobilità fl-istess ħin ta’ sikwit jinsabu f’sitwazzjonijiet kuntrattwali prekarji: din il-kombinazzjoni ta’ fatturi (li permezz tagħhom il-mobilità tkun iktar inċerta) iwasslu wkoll għal aktar diffikultajiet fl-assigurazzjoni soċjali. Għaldaqstant, il-Kumitat jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li r-riċerkaturi u l-impjegaturi tagħhom għandu jkollhom aċċess faċli u sħiħ għal informazzjoni speċifika dwar is-sigurtà soċjali fl-Istati Membri varji. Il-ħarsien soċjali trid tiġi garantita, u l-akkwiżizzjoni u t-trasferiment tad-drittijiet ta’ kull tip ta’ assigurazzjoni soċjali, inklużi l-pensjonijiet supplimentari, għandhom jiġu assigurati. Miżuri li huma maħsuba biex jiżguraw il-kontinwità kuntrattwali għar-riċerkaturi għandhom jingħataw appoġġ qawwi wkoll, peress li waqt li t-tendenzi ta’ prekarjetà jistgħu jidhru naturali għal ftit snin fil-bidu tal-karriera, jistgħu jħallu effett ta’ umiljazzjoni fuq riċerkaturi li għandhom iktar minn 40 sena, għax ikollhom ftit indipendenza u ftit aċċess għal pożizzjonijiet ġestjonali.

4.10   Id-differenzi fil-karrieri ta’ riċerka għandhom jiġu promossi wkoll: billi jiġu żviluppati kanali mhux tradizzjonali meta jitilqu mill-karriera ta’ riċerka, u b’hekk riċerkaturi individwali jkunu jistgħu jużaw il-ħiliet partikolari tagħhom b’mod li jippremjahom. Din ma tikkuntradixxix il-kunċett tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn setturi oħrajn tal-amministrazzjoni pubblika u s-settur tar-riċerka; pereżempju, l-istabbiliment ta’ rabtiet bejn id-dinja akkademika u r-riċerka jista’ jagħti lill-istituzzjonijiet akkademiċi aċċess għal riżorsi eċċellenti bħal persunal tar-riċerka involuti f’karrieri ta’ tagħlim ta’ kwalità u diversifikati. B’mod simili, għalliema tal-iskola sekondarja li huma iktar konxji tat-temi tar-riċerka, jistgħu jieħdu sehem f’dan is-settur strateġiku, billi joffru input kulturali waqt li jarrikixxu l-korp ta’ għarfien li jiġi trasferit lill-istudenti.

4.11   Waqt li r-riċerka hija l-mutur tal-iżvilupp, ir-rabtiet tagħha mal-industrija qed jissaħħu dejjem iktar. Ir-riċerka fl-industrija u f’kumpaniji innovattivi tat-teknoloġija avvanzata għandha tagħti spinta ’l quddiem lill-iżvilupp ekonomiku. Għaldaqstant, għanda titwaqqaf u tinżamm sistema integrata li torbot ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-industrija. Għalhekk, skambji li taw il-frott bejn professjonisti mis-settur pubbliku u privat għandhom jiġu mħeġġa. Dan it-tip ta’ skambju ta’ sikwit jiġi mxekkel minn politiki diverġenti ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani. Nittamaw li l-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri individwali u ftehimiet nazzjonali tal-impjieg dalwaqt jirnexxielhom inaqqsu l-firda permezz ta’ miżuri speċifiċi (inċentivi fiskali, boroż ta’ taħriġ, mobilità, programmi Komunitarji, eċċ.).

4.12   Għandhom jitħeġġu wkoll dawk it-tipi ta’ negozju (start-ups u spin-offs) fejn il-ħiliet akkwistati mir-riċerkaturi jistgħu jiġu applikati għal attivitajiet innovattivi tan-negozju. L-appoġġ jista’ jinkludi, pereżempju, kundizzjonijiet favorevoli mogħtija mill-banek (jew faċilitajiet ta’ finanzjament pubbliku), kif ukoll inċentivi tas-sigurtà soċjali u fiskali.

4.13   Fl-aħħar nett, il-KESE jilqa’ l-programm qafas adottat mill-Kummissjoni f’COM(2008) 317. Il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tal-2009 li ser jiġi adottat mill-Istati Membri għandu jiffoka, b’mod immedjat malli l-partijiet interessati ġew ikkonsultati, fuq l-objettivi ddikjarati fid-dawl tal-qafas legali attwali tal-UE, prattiki tajbin attwali, kif ukoll dawk li huma komuni għall-Istati Membri kollha.

4.14   Bil-parteċipazzjoni taż-żewġ naħat tal-industrija, il-konferenza tal-2009 għandha tkun deċiżiva fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u biex titfassal pożizzjoni komuni dwar bidliet possibbli jew it-titjib li jista’ jsir.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali”

COM(2008) 380 finali — 2008/0122 (COD)

(2009/C 175/15)

Nhar it-12 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 61(c) u 67.5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

COM(2008) 380 finali — 2008/0122 (COD).

Fit-8 ta’ Lulju 2008, il-Bureau tal-Kumitat ħatar lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-449 sessjoni plenara tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2009 (seduta tat-3 ta’ Diċembru) li jaħtar lis-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’124 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-KESE jilqa’ l-proposta li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2001/470/KE li ħolqot in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, mhux biss minħabba li hija konformi mar-rekwiżit ta’ reviżjoni stipulat mid-dispożizzjoni stess, iżda wkoll minħabba li dan isir fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul dan il-perijodu dwar it-tħaddim tiegħu, u li hi tipprova tikseb riżultati aħjar fit-twettiq tal-għan tagħha li tinforma liċ-ċittadini Ewropej.

1.2   Hemm bżonn li jiġi enfasizzat it-titjib fil-koordinazzjoni stabbilita bejn l-awtoritajiet li jagħmlu parti min-Netwerk Ewropew u l-punti nazzjonali ta’ kuntatt, li huma kruċjali għall-ħolqien u t-tħaddim tan-Netwerk, kif ukoll lis-semplifikazzjoni tal-informazzjoni bl-użu tat-teknoloġiji adegwati. Dan kollu jgħin sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-professjonisti legali u għaċ-ċittadini li huma interessati li jkunu jafu bil-possibbiltajiet sabiex jissolvew it-tilwimiet ċivili u kummerċjali transkonfinali.

1.3   Bis-saħħa tal-parteċipazzjoni mhux biss tal-awtoritajiet ġudizzjarji kif ukoll tal-professjonisti legali ser jiġu identifikati l-istrumenti legali adegwati għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini Ewropej fl-attivitajiet ċivili u kummerċjali tagħhom. B’dan il-mod, l-armonizzazzjoni taż-żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja fi ħdan l-UE ser tkun aktar effettiva. Il-KESE jemmen fi ftuħ u aċċess massimu għan-Netwerk min-naħa tal-partijiet interessati kollha bħala mod kif jiġu promossi t-trasparenza u l-proċess Ewropew tal-integrazzjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1   B’riżultat tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-Kummissjoni Ewropewa nediet proċess ta’ armonizzazzjoni u ta’ ħolqien ta’ strumenti legali li jippermettu l-ħolqien ta’ żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u li jiggarantixxu l-moviment liberu tal-persuni ġewwa l-fruntieri tal-UE. Wieħed mill-aktar strumenti importanti huwa r-Regolament dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), li jintroduċi, fost miżuri oħra, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ infurzar, il-bdil fil-miżuri protettivi li jiżguraw l-infurzar tad-deċiżjonijiet, u r-rikonoxximent ta’ miżuri protettivi li jistgħu jiġu infurzati fl-Ewropa kollha.

2.2   Bħala parti mill-istess approċċ, il-Kummissjoni ressqet id-Deċiżjoni 2001/470/KE (2), li waqqfet in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, li l-għan tiegħu kien li jinħoloq strument Ewropew ta’ kooperazzjoni legali sabiex il-professjonisti legali, l-istituzzjonijiet, l-amministrazzjonijiet u l-pubbliku inġenerali jiġu informati bid-drittijiet applikabbli fid-diversi Stati Membri tal-UE, u bil-proċeduri sabiex jiġu solvuti t-tilwimiet legali transkonfinali.

2.3   In-netwerk kellu wkoll jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja speċjalment, kif diġà ġie indikat, fil-qafas ta’ tilwimiet transkonfinali, fejn mhux dejjem ikun hemm qbil fil-kontenut jew fil-proċedura. Huwa għalhekk li tingħata attenzjoni speċjali lill-punti ta’ kuntatt li huma faċli li jiġu kkuntattjati mill-partijiet interessati, mill-professjonisti jew miċ-ċittadini. Dwar is-sitwazzjoni fil-bidu tal-2008, il-Kummissjoni qalet li jeżistu 102 punt ta’ kuntatt, 140 awtorità ċentrali, 12-il maġistrat ta’ kooperazzjoni u 181 awtorità ġudizzjarja attivi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.

2.4   Għandu jingħad ukoll li fid-Direttiva 2008/52/KE (3) dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, skont il-proċedura ġudizzjarja, jissemma li n-Netwerk huwa strument neċessarju għall-medjazzjoni fit-tilwimiet legali transkonfinali.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Kif stabbilit fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2001/470/KE, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport kull ħames snin dwar ir-riżultati tan-Netwerk matul il-perijodu preċedenti. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni mogħtija mill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri. Skont din l-informazzjoni jistgħu jiġu proposti modifiki. Dan huwa l-iskop tad-Deċiżjoni emendata fuq il-bażi legali tal-Artikolu 61(c) tat-Trattat u b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, sabiex jinkisbu l-objettivi mixtieqa.

3.2   S’issa, in-netwerk irnexxielu jsaħħaħ il-kooperazzjoni u l-informazzjoni bejn l-imħallfin u l-professjonisti legali fi ħdan l-UE. Il-KESE jemmen li l-punti ta’ kuntatt għandhom iservu bħala uffiċċji ta’ informazzjoni dwar il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali applikabbli għat-tilwimiet transkonfinali. Teżisti x-xewqa li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-informazzjoni tan-Netwerk.

3.3   B’mod ġenerali, ir-riforma proposta tipprova tirfina n-Netwerk, mekkaniżmu li għandu jsaħħaħ l-objettivi ppjanati, speċjalment fir-rigward tat-tagħmir u r-riżorsi umani allokati għalih.

Il-KESE jilqa’ r-riforma proposta, mhux biss minħabba l-miżuri li għandhom itejbu t-tħaddim tan-Netwerk, iżda wkoll minħabba l-kjarifiki fit-terminoloġija, li għandhom jippermettu l-użu tiegħu b’aktar preċiżjoni legali.

3.4.1   L-emenda għall-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, pereżempju, tirreferi għall-għan tan-Netwerk bħala “kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali” minflok il-kliem ġenerali preċedenti “kooperazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali”.

3.4.2   Ir-riforma proposta fiha wkoll id-dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt — f’każ li jkunu jeżistu aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed fi Stat Membru — u huwa stipulat ukoll li għandu jinħatar punt ta’ kuntatt prinċipali.

3.4.3   Il-punt ta’ kuntatt prinċipali għandu jiġi megħjun minn imħallef, li mhux biss huwa membru tan-Netwerk iżda għandu wkoll jgħinu fix-xogħol ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji lokali.

3.5   Skont l-objettiv prinċipali tar-riforma, l-Artikolu 5 huwa emendat sabiex tiġi estiża l-kooperazzjoni dwar l-informazzjoni fi ħdan in-Netwerk u l-awtoritajiet ġudizzjarji bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi għal kull każ individwali, anke jekk tali liġi hija ta’ Stat Membru ieħor jew hija strument legali internazzjonali. Il-KESE jqis li n-Netwerk ser jipprovdi valur miżjud jekk l-għan tiegħu jkun li jinforma lill-pubbliku dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja eżistenti u s-sistemi ġudizzjarji differenti. L-għan ta’ dan it-tkabbir huwa li jitqarrbu u jiġu garantiti d-drittijiet li ċ-ċittadini kisbu fir-rabtiet ċivili u kummerċjali tagħhom fi ħdan l-UE.

3.6   Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-emenda li saret lill-proċedura ta’ informazzjoni — il-kliem ġdid tal-Artikolu 8 — li tirrikonoxxi r-reġistru elettroniku li għandu jinżamm mill-Kummissjoni Ewropea. Il-KESE jixtieq biss li jagħmel kumment wieħed dwar dan: għandu jkun attrezzat bil-mezzi tekniċi u ekonomiċi neċessarji sabiex jaħdem b’mod effikaċji kemm jista’ jkun malajr.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-KESE jaqbel mal-kontenut tar-riforma proposta u mal-metodu użat sabiex din titwettaq. Barra minn dan, in-Netwerk għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet legali u l-professjonisti fl-Istati Membri jista’ jitqies bħala kisba prinċipali.

4.2   Għalkemm ġiet rikonoxxuta n-natura pożittiva tiegħu, hemm bżonn li jiġi indikat li l-pożizzjoni tad-Danimarka bħala osservatur tan-Netwerk twassal sabiex parti miż-żona komuni Ewropea tibqa’ bla koordinazzjoni ġudizzjarja, għalkemm dan il-pajjiż huwa koperti mill-istess leġiżlazzjoni Komunitarja. Minkejja dan, l-Artikolu 11 bis il-ġdid jistipula li fin-Netwerk jistgħu jipparteċipaw osservaturi flimkien ma’ membri ġodda u pajjiżi terzi msieħba fil-Konvenzjoni ta’ Lugano (4) l-ġdid ikunu jistgħu jattendu ċerti laqgħat tan-Netwerk.

4.3   Nemmnu li għandu jkun hemm aktar flessibilità fl-iskadenza qasira għar-risposta għat-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja: għalkemm nagħrfu l-effiċjenza attwali, irid jiġi rikonoxxut li bit-titjib tal-informazzjoni u b’aktar pajjiżi involuti, mhux possibbli li tintlaħaq din l-iskadenza. Għal kull pajjiż, u anke għal kull livell reġjonali, trid tiġi kkunsidrata firxa ta’ sitwazzjonijiet li jkopru l-aspetti organizzattivi u tekniċi. Irridu nistennew u naraw ir-riżultati tar-riforma l-ġdida, partikularment fir-rigward tal-mezzi tekniċi pprovduti għall-punti ta’ kuntatt u n-Netwerk, u speċjalment kif ser jaħdem ir-reġistru.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 — ĠU L 12, 16.1.2001.

Opinjoni tal-KESE — ĠU C 117, 26.4.2000, p. 6.

(2)  Opinjoni tal-KESE — ĠU C 139, 11.5.2001, p. 6.

(3)  Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008; ĠU L 136, 24.5.2008.

Opinjoni tal-KESE — ĠU C 286, 17.11.2005, p. 1.

(4)  Adottata fit-30.10.2007.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/87


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nindirizzaw l-isfida tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni”

COM(2008) 241 finali

(2009/C 175/16)

Nhar it-13 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nindirizzaw l-isfida tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

COM(2008) 241 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Bataller.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’123 vot favur, 3 voti kontra u 21 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jemmen li l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun fost il-prijoritajiet politiċi tal-UE. L-iżvilupp sostenibbli jinkiseb permezz tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija alternattiva (“rinnovabbli”, “nadifa” jew “li tirrispetta l-ambjent”) u fl-aħħar nett l-adozzjoni ta’ miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 bil-għan li tiġi miġġielda l-bidla fil-klima.

1.2   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tirrappreżenta pass ’il quddiem f’din id-direzzjoni, billi tissuġġerixxi l-promozzjoni ta’ programmi nazzjonali u reġjonali għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD) u billi tqis it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) bħala xprunatur għall-użu effiċjenti tal-enerġija.

1.3   Il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-ICTs jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli f’żewġ manjieri. L-ewwel nett, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-komponenti, it-tagħmir u s-servizzi tagħhom jippermettu frankar tal-enerġija meta jintużaw. It-tieni nett, l-applikazzjoni tal-ICTs f’oqsma ekonomiċi differenti, kemm fl-istadji ta’ produzzjoni kif ukoll f’dawk ta’ konsum, tippermetti “dematerjalizzazzjoni” ta’ ħafna proċeduri u sostituzzjoni ta’ skambji fiżiċi u materjali permezz ta’ servizzi online, li wkoll jiffrankaw l-enerġija. Madankollu, il-Kumitat jemmen ukoll li huwa importanti li l-iffrankar tal-enerġija jiġi introdott fil-proċess kollu tal-manifattura u tal-użu tat-tagħmir teknoloġiku minflok ma tingħata attenzjoni biss lill-konsum effiċjenti tal-enerġija tul il-ħajja utli tat-tagħmir.

1.4   L-għan tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, b’konformità ma’ dawn l-objettivi, huwa li tniedi fażi preliminari ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni qabel ma toħroġ it-tieni komunikazzjoni fejn ser jiġu identifikati l-oqsma ta’ azzjoni prinċipali (1). Madankollu, il-Kumitat jemmen li huwa essenzjali li jiġu promossi miżuri li l-għan tagħhom huwa li jinkoraġġixxu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-perijodu medju u fit-tul.

1.5   Fattur importanti sabiex tinkiseb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-lat ta’ provvista huwa l-bdil ta’ tagħmir li jaħli ħafna enerġija minħabba teknoloġiji li m’għadhomx jintużaw jew li waslu fi tmien il-ħajja utli tagħhom. Fil-livell Ewropew, iktar minn 50 % tal-apparat domestiku li jaħdem bl-elettriku għandu aktar minn għaxar snin u jista’ jitqies bħala apparat li jagħmel użu ineffiċjenti tal-enerġija. Bħala pass preliminari jew alternattiva għat-tħejjija tad-Direttivi f’dan il-qasam, il-Kummissjoni tista’ tippromovi kriterji għall-industrija li, bl-appoġġ tal-gvernijiet nazzjonali u l-għajnuna tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-utenti, jiffaċilitaw pjanijiet għas-sostituzzjoni ta’ dan l-apparat.

1.6   Pereżempju, il-Kumitat jemmen li l-introduzzjoni ta’ televiżjoni diġitali terrestri fl-Istati Membri differenti għandha tkun opportunità sabiex jiġu aġġornati r-riċevituri, sabiex l-iskrijns tat-televiżjoni tal-cathode ray tubes (CRTs) il-qodma jiġu sostitwiti permezz tal-LCDs (liquid crystal display). Dan ifisser, pereżempju, il-promozzjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ tagħmir integrat li jiżgura l-interattività iktar milli l-akkwist ta’ decoders periferali li jikkonnettjaw ma’ settijiet analogi tat-televiżjoni u dan fuq il-bażi ta’ ftehimiet mal-produtturi u mal-organizzazzjonijiet tal-utent. Studji tekniċi jindikaw li televiżjonijiet tas-CRTs jikkonsmaw tliet darbiet iżjed enerġija mill-LCDs, u l-konsum tal-enerġija meta dawn ikunu fuq “stand-by” jista’ jkun sa 60 % ogħla.

1.7   Il-Kummissjoni tista’ tadotta approċċ simili f’oqsma oħra — bħal pereżempju n-netwerk tal-elettriku (il-produzzjoni u d-distribuzzjoni), bini li jagħmel użu intelliġenti tal-enerġija u sistema ta’ dawl intelliġenti. Dan iwassal għall-iżvilupp tal-iskambju elettroniku tal-elettriku u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni; il-ġestjoni tal-enerġija, sistemi ta’ kontabilità u viżwalizzazzjoni għall-iffrankar tal-enerġija fil-bini; u żviluppi ġodda fil-qasam tad-dawl intelliġenti — id-dawl fuq ġewwa, fuq barra u fit-toroq — li jagħmlu użu minn sorsi ta’ dawl li jistgħu jiġu affettwati mill-ambjent tal-madwar, billi jaġġustaw ruħhom elettronikament għall-ħtiġijiet tat-tidwil.

Pereżempju, huwa magħruf li l-enerġija li tintuża fil-manifattura u l-iżvilupp tal-kompjuters hija tliet darbiet akbar mill-enerġija li l-kompjuters jużaw tul il-ħajja utli tagħhom. Il-konsum għoli tal-enerġija tas-servers tal-internet u tas-search engines għandu jitqis ukoll, u għandhom jiġu żviluppati soluzzjonijiet speċifiċi f’dan il-qasam li jikkunsidraw b’mod partikolari t-tkabbir esponenzjali fl-użu tal-internet kif ukoll iż-żjieda fil-konsum tal-enerġija relatata mal-konverġenza teknoloġika. Huwa wkoll importanti li jiġi stmat l-iffrankar tal-enerġija li jista’ jinkiseb mill-użu ta’ tagħmir interoperabbli li huwa teknikament standardizzat, b’riżultat li jkun hemm proliferazzjoni iżgħar tat-tagħmir u użu aħjar tiegħu, b’konformità mal-objettivi tad-Direttiva Nru 2005/32/KE (2).

Il-konsumaturi jistgħu jagħtu kontribut importanti għal dan l-impenn għall-iffrankar tal-enerġija billi jużaw it-teknoloġiji l-ġodda kif xieraq; f’dan il-każ ukoll, l-iżvilupp ta’ programmi tal-kompjuters u ta’ teknoloġija jagħti lill-konsumaturi aċċess faċli u fi żmien qasir għall-informazzjoni li jeħtieġu biex jużaw it-tagħmir b’mod effiċjenti u biex jikkwantifikaw kemm ikunu frankaw enerġija permezz t'hekk. Pereżempju, billi l-kompjuters u t-tagħmir periferali jitħallew mixgħulin biss meta jkunu qed jintużaw; ma jintużawx screensavers u l-kompjuters ma jitħallewx mixgħula b’mod li ma jaħlux ħafna enerġija (“low-consumption mode”); u jittejjeb l-użu tal-printers, eċċ. Huwa ġeneralment stmat li l-użu ta’ “enerġija fantażma” ġġenerata minn tagħmir li jkun fuq “stand-by” (ara iktar ’il fuq) jammonta għal madwar 12 % tal-kont tad-dawl annwali ta’ dar partikolari. Dan jiżdied meta l-użu ħażin tat-teknoloġija jiġi abbinat ma’ tagħmir li m’għadux jintuża. Huwa evidenti li l-bżonn li jinbidel it-tagħmir ifisser spejjeż konsiderevoli għall-konsumaturi, li f’ċerti każijiet għandu jiġi kkumpensat permezz ta’ għajnuna soċjali.

1.8   Dan l-impenn għandu jiġi kkomplementat permezz ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità u tikkettar ċar u preċiż tal-informazzjoni għall-utenti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ tagħmir partikolari, l-“impatt ambjentali” jew il-“marka tal-karbonju” (carbon footprint) tiegħu, eċċ, biex b’hekk titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali, u id-domanda tingħata direzzjoni ambjentali u jiġi promoss l-użu effiċjenti u sostenibbli tal-enerġija. Esperjenza potenzjali bl-ICTs f’oqsma bħat-tagħmir awdjoviżiv, l-komunikazzjoni elettronika, is-settur tal-elettriku, u bini jew dawl li jagħmlu użu intelliġenti tal-enerġija tista’ tkun ta’ eżempju għall-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija f’oqsma prinċipali oħra fejn il-Kummissjoni nediet programmi, bħal pereżempju l-manifattura tal-karozzi, l-industrija tal-manifattura, it-trasport.

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri attivi biex tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi, lin-negozji, lill-amministrazzjonijiet, eċċ. ibbażati fuq kampanji li jqajmu kuxjenza billi jużaw medja u metodi differenti.

1.9   Il-Kummissjoni għandha wkoll tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ indikaturi standardizzati u affidabbli għall-kwantifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija permezz tal-użu tal-ICTs. Dan jista’ jgħin sabiex titwaqqaf iż-żjieda fl-użu qarrieqi u li jiżgwida ta’ kunċetti bħall-enerġija “li tirrispetta l-ambjent” jew “nadifa”, bħala strateġija purament kummerċjali, bl-ebda ġustifikazzjoni ġenwina li tista’ tintwera u tiġi kwantifikata f’termini ta’ frankar u tnaqqis tal-emissjonijiet. L-introduzzjoni ta’ indikaturi bħal dawn tgħin sabiex jiġi ċċarat jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta jew le, b’mod partikolari f’reklamar li juża argumenti ta’ “eco-marketing”.

Fi żmien fejn is-suq tal-enerġija qed jiġi pprivatizzat u liberalizzat, huwa importanti li ninkoraġġixxu lin-negozji jinvestu fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġija sostenibbli, billi ngħinuhom jikkunsidraw dan l-investiment bħala opportunità ekonomika u sors ta’ impjieg stabbli u ta’ kapaċità.

1.10   Il-Kumitat jemmen li jeħtieġ li jissaħħaħ l-impetu politiku fl-UE sabiex jiġu garantiti r-riżorsi meħtieġa għall-kisba tal-objettivi proposti għall-iffrankar tal-enerġija, b’miżuri obbligatorji dwar it-tagħmir sabiex jiġu kkumplimentati n-nuqqasijiet tal-pjanijiet nazzjonali. Azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam, ibbażata fuq l-adozzjoni ta’ direttiva, tagħti valur miżjud lill-miżuri meħuda mill-Istati Membri mingħajr ma taffettwa l-appoġġ tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta’ kodiċi ta’ prattika tajba fil-livell nazzjonali u twettaq studji komparattivi dwar it-titjib tal-enerġija sabiex tipprovdi inċentiv fl-UE u tinkoraġġixxi lin-negozji jfasslu rapporti dwar l-iffrankar tal-enerġija.

2.   Nota spjegattiva

2.1   Sfond

2.1.1   Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija ppubblikata fi ħdan il-kuntest li ġej:

il-prijoritajiet stabbiliti mill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa tal-2007, li enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima, li l-enerġija tkun suffiċjenti, sikura u kompetittiva, u li jiġi garantit mudell għall-iżvilupp sostenibbli fis-seklu 21. Matul is-summit imsemmi hawn fuq, intlaħaq ftehim dwar il-ħtieġa li l-politika integrata dwar il-klima u l-enerġija ssir il-bażi attwali tal-programm politiku tal-UE, billi tistabbilixxi objettivi preċiżi u vinkolanti sabiex juru d-determinazzjoni tagħha f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni temmen li fil-futur ser jeħtieġ li t-tkabbir kontinwu tal-ekonomija Ewropea, li huwa essenzjali biex jinkisbu x-xogħol u l-inklużjoni għal kulħadd, jiġi sseparat mill-konsum tal-enerġija. It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) (3) jaqdu rwol importanti għat-tnaqqis tal-intensità tal-enerġija, u ż-żjieda fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija tal-ekonomija;

il-pakkett tal-miżuri adottat mill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Jannar 2008, maħsub biex juri li l-objettivi msemmija hawn fuq mhumiex biss teknoloġikament u ekonomikament vijabbli, iżda jipprovdu wkoll opportunità kummerċjali għal eluf ta’ kumpaniji Ewropej;

il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija u bosta azzjonijiet oħra, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea f’oqsma differenti, kollha bil-mira li jegħlbu l-isfidi tal-bidla fil-klima.

2.2   Kummenti ġenerali

2.2.1   F’dan fl-isfond, il-Komunikazzjoni li qed tiġi diskussa hija mmirata sabiex tħeġġeġ dibattitu miftuħ bejn il-partijiet interessati f’varji oqsma magħżula, bħal pereżempju s-settur tal-ICT innifsu, u s-setturi tal-elettriku, tal-bini u tad-dawl li jagħmlu użu intelliġenti tal-enerġija. Dan ifisser li għandu jitnieda proċess ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni, iżda wkoll ta’ konsultazzjoni u sħubija li jinvolvu numru massimu ta’ partijiet interessati: l-istituzzjonijiet Ewropej (il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew), l-Istati Membri, l-industrija, il-korpi ta’ riċerka u l-konsumaturi. Dawn għandhom rwol importanti sabiex jittestjaw tagħmir u komponenti ġodda.

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi aktar lill-konsumaturi u lill-utenti sabiex jipparteċipaw fil-kisba tal-objettivi għall-iffrankar tal-enerġija permezz tal-ICTs, sabiex is-sistemi jkunu intelliġenti mhux biss fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija iżda wkoll fil-mod kif il-pubbliku ġenerali jużahom. Hemm proċeduri differenti għall-implimentazzjoni ta’ din il-parteċiazzjoni fil-proċess ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, bħal pereżempju n-netwerk Ewropew “living labs” fejn l-opinjonijiet, l-attitudnijiet u l-prattiki tal-utenti huma disponibbli direttament permezz ta’ osservazzjoni mekkanika bl-użu tal-ICTs.

2.2.2   Is-sinerġiji u l-ftehimiet dwar prattika tajba li jistgħu jiżviluppaw matul dan il-proċess jistgħu jintużaw sabiex jissaħħu l-proġetti pilota, billi jittejjbu r-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RŻT). Fil-qasam speċifiku tal-ICTs, ir-riċerka dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija sseħħ fi ħdan programmi nazzjonali u reġjonali, il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni tal-UE u l-programmi operazzjonali ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni. B’dan il-mod il-kumpaniji jiġu mħeġġa jistmaw l-“impatt ambjentali” tagħhom, u permezz ta’ din l-analiżi, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-assoċjazzjoni ta’ networks avvanzati ta’ komunikazzjoni u ta’ enerġiji rinnovabbli sabiex jiffrankaw l-enerġija (“Negawatt”).

2.2.3   Il-KESE, f’bosta okkażjonijiet, esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-importanza tal-ICTs għal-kisba ta’ tibdil strutturali u l-kontribut sinifikanti li jistgħu jagħmlu għall-innovazzjoni, pereżempju fl-opinjonijiet tiegħu dwar in-nanoteknoloġija (4), il-bijoteknoloġija (5), ir-riċerka fil-qasam tal-kura medika (6) u b’mod partikolari fl-opinjoni dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni. Is-Seba’ Programm ta’ Qafas jindirizza dawn il-kwistjonijiet essenzjalment fuq bażi orizzontali. Fir-rigward tal-miżuri ta’ Riċerka u Żvilupp, mill-lat ekonomiku u ambjentali, huwa importanti li jintużaw it-teknoloġiji l-aktar aġġornati u li jkun hemm finanzjar Komunitarju akbar sabiex jiġu mħeġġa r-riċerka u l-innovazzjoni (7).

2.3   Kummenti speċifiċi

Il-Kummissjoni tanalizza b’mod partikolari s-settur tal-elettriku, li bħalissa għaddej minn proċess ta’ tibdil kbir, ibbażat fuq il-liberalizzazzjoni tas-suq, it-tkattir tan-networks lokali tal-enerġija, l-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-espansjoni tal-koġenerazzjoni u tal-mikroġenerazzjoni (il-mikrosistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, l-impjanti tal-enerġija virtwali), it-tqassir tal-katina bejn il-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija, it-tpattija tal-użu u d-domanda għall-enerġija bejn l-utenti, u d-domandi ġodda mill-pubbliku ġenerali.

2.3.1.1   Il-kwistjoni tal-aġġornament tan-network tal-elettriku, mill-ġenerazzjoni għad-distribuzzjoni, li tinkludi t-titjib tal-effiċjenza tan-network sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ enerġija, hija indirizzata fil-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-KESE esprima l-fehma tiegħu f’opinjoni li nirreferu għaliha (8).

2.3.1.2   Il-Kummissjoni tħares ukoll lejn possibbiltajiet li jistgħu jintużaw għall-iffrankar tal-enerġija provduti minn bini, kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali, li jagħmel użu intelliġenti tal-enerġija. Il-ġestjoni tal-enerġija, is-sistemi ta’ kontabilità u l-viżwalizzazzjoni għall-iffrankar tal-enerġija huma msemmija speċifikament b’rabta ma’ dan; dawn għandhom ukoll il-vantaġġ li jqajmu kuxjenza ikbar fost l-utenti dwar dan il-konsum. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li ’l fuq minn 40 % tal-konsum tal-enerġija fl-Ewropa huwa relatat mal-bini.

2.3.1.3   Il-Kumitat jemmen (9) li għandhom jinsabu stimuli kulturali u inċentivi ġodda, min-naħa biex jibbilanċjaw spejjeż ogħla u mill-oħra biex iqajmu interess f’dan li ġej:

il-proġett ta’ riċerka,

ir-reviżjoni tal-metodi ta’ kostruzzjoni;

l-użu ta’ materjali aħjar fil-proċess ta’ kostruzzjoni, u

metodi strutturali ġodda.

2.3.1.4   Il-KESE jtenni (10) li għandhom jiġu kkunsidrati l-ostakli li jfixklu l-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-bini fl-Ewropa mill-lat tal-konsumatur aħħari: diffikultajiet tekniċi, ekonomiċi, finanzjarji, legali, amministrattivi u burokratiċi, istituzzjonali, relatati mal-ġestjoni, dawk marbuta mal-imġiba soċjali u diffikultajiet minħabba inkonsistenza fl-aproċċ (żbilanċi fit-tisħin u l-arja kkondizzjonata, nuqqas ta’ konsiderazzjoni tal-klima lokali).

Djar li jagħmlu użu intelliġenti tal-enerġija jikkontribwixxu kemm għall-kwalità tal-ħajja, il-kumdità u s-sigurtà tal-abitanti tagħhom, kif ukoll għall-iffrankar ekonomiku u tal-enerġija. Il-konnettività toffri aċċess għas-servizzi ta’ komunikazzjoni (ir-riċezzjoni, l-adattament u d-distribuzzjoni ta’ sinjali tax-xandir awdjoviżivi permezz ta’ frekwenzi terresti u satellitari, ADSL, kejbil, network elettriku), iżda wkoll għal servizzi oħra li huma effiċjenti ħafna fl-iffrankar tal-enerġija: l-iskoperti tan-nixxija tal-gass u tal-ilma, il-konsum eċċessiv tal-elettriku minħabba difetti, il-kontroll awtomatiku tat-tisqija u tal-arja kkondizzjonata.

L-inkorporazzjoni tal-proċeduri attivi kif ukoll dawk passivi għat-titjib tal-kondizzjonijiet ambjentali tar-residenzi tista’ tnaqqas il-konsum residenzjali sa 50 % filwaqt li, skont ċerti studji, l-assoċjazzjoni ta’ enerġiji nodfa u sistemi mekkaniċi ta’ kontroll ambjentali tista’ tnaqqas il-konsum residenzjali sa 70 %.

L-iżviluppi fil-qasam tad-dawl intelliġenti — fuq ġewwa, fuq barra u fit-toroq — li jagħmlu użu minn sorsi tad-dawl li jistgħu jiġu affettwati mill-ambjent tal-madwar, billi jaġġustaw ruħhom elettronikament għall-ħtiġijiet tat-tidwil. Teknoloġiji bħalma huma l-LEDs (light-emitting diodes) jew l-OLEDs (light-emitting diodes organiċi) diġà jinsabu fis-suq, u joffru potenzjal konsiderevoli ta’ frankar tal-enerġija. Madwar għoxrin fil-mija tal-konsum dinji tal-elettriku huwa dovut għat-tidwil.

2.3.2.1   Il-KESE jappoġġa l-promozzjoni u l-inkoraġġiment tal-ftehimiet volontarji dwar l-adozzjoni progressiva ta’ tidwil li jagħmel użu aktar effiċjenti tal-enerġija għall-postijiet kollha pubbliċi kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa.

2.3.2.2   Il-promozzjoni ta’ akkwist ekoloġiku fis-settur tal-ICT, bl-għan li jinkiseb status newtrali ta’ karbonju għall-industrija billi jiġu introdotti ftehimiet volontarji dwar proġetti pilota, tista’ tkun mezz ta’ kif wieħed imexxi u jittestja l-bidla strutturali.

Il-Kummissjoni għandha tgħin sabiex tiżgura li kumpaniji li jaħdmu sabiex inaqqsu l-“impatt ambjentali” tagħhom huma ffavoriti iżjed fost il-konsumaturi, minbarra li jgawdu l-benefiċċji tat-tnaqqis fl-ispejjeż minħabba l-użu effiċjenti tal-enerġija. Ovvjament, il-kumpaniji għandhom ukoll jibdew jużaw sistema adegwata ta’ riċiklaġġ tal-komponenti elettroniċi, residwi u fdalijiet, bħala parti mill-ġestjoni ambjentali tagħhom. Il-proċess ta’ riċiklaġġ għandu jkun ippjanat fil-produzzjoni tat-tagħmir stess sabiex persentaġġ għoli ta’ materjali u komponenti jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Minħabba l-importanza ta’ dan is-suġġett, il-KESE qiegħed iħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett, fejn ser jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-ġestjoni tal-iskart elettroniku.

2.3.2.3   Il-KESE diġà rrakkomanda l-promozzjoni tal-akkwist ekoloġiku  (11) billi: jiġu definiti l-karatteristiċi tekniċi ta’ prodotti “ekoloġiċi”, proċess li għandu jibda minn dawk li għandhom l-aħjar impatt ambjentali; u għandu jinkludi l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott jew tas-servizz fl-ispeċifikazzjonijiet tiegħu; tinħoloq bażi tad-data dedikata online; jiġu aġġornati d-direttivi tal-KE dwar l-akkwist pubbliku billi jinkludu referenzi għal standards, sistemi ta’ EMS, ekotikketti, u ekodisinn; u fl-aħħar, billi jiġu ppubblikati pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-adozzjoni tal-akkwist ekolġiku. Dan l-appoġġ għandu jiffoka b’mod partikolari fuq is-settur tal-SMEs minħabba l-importanza tiegħu għall-produzzjoni u l-impjieg, b’konformità mat-tħassib tal-Kummissjoni dwar appoġġ għal dawn l-intrapriżi.

L-ICTs qedgħin f’pożizzjoni tajba sabiex jgħinu fit-tnaqqis tal-effetti tal-bidla fil-klima (12) peress li prodotti u servizzi tal-ICT jistgħu jikkontribwixxu għas-sostituzzjoni ta’ prodotti u għat-tnaqqis tal-ivvjaġġar (pereżempju billi jkun hemm promozzjoni tal-użu tas-sistemi ta’ vidjokonferenzi). Il-konsum tal-enerġija primarja — u b’hekk l-emissjonijiet tas-CO2 — jistgħu jitnaqqsu wkoll b’mod sinifikanti billi pereżempju jiġu introdotti metodi ġodda ta’ kif isir ix-xogħol (pereżempju “teleworking”), ħlas ta’ kontijiet b’mezzi elettroniċi, tagħlim mill-bogħod (distance learning), jew l-użu ta’ formoli online.

2.3.3.1   Il-kumpaniji jistgħu jsibu sorsi ġodda ta’ dħul billi jipprovdu soluzzjonijiet ICT għal servizzi li jgħinu lil setturi oħra jkunu iżjed effiċjenti, bħal pereżempju:

jiġu mħeġġa l-identifikazzjoni u t-twettiq ta’ opportunitajiet sabiex jitnaqqsu l-gassijiet b’effett ta’ serra;

jitħejjew listi ta’ opportunitajiet għat-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għall-kumpaniji u s-setturi;

jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ proġetti li jagħmlu użu effiċjenti tal-enerġija fi ħdan il-kumpaniji;

jiġu identifikati opportunitajiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-servizzi;

jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet tal-benefiċċju tal-ispejjeż tal-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra bħala indikatur waqt l-evalwazzjoni ta’ proġetti ġodda.

2.3.3.2   Jista’ jkun ta’ benefiċċju li dawk il-kumpaniji li joperaw fis-settur tal-ICT jistabbilixxu “Uffiċċji għall-Bidla fil-Klima”. Dawn l-uffiċċji jistgħu jgħinu sabiex:

jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli jew l-enerġija żejda;

jiġi żgurat li l-proċessi huma konformi mal-politika tal-enerġija tal-kumpanija, sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-proċessi kkonċernati;

jiġu identifikati l-aħjar miżuri li diġà ġew implimentati f’diversi proġetti li twettqu u jiġu promossi fil-ġejjieni;

jiġu stabbiliti objettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2;

jitfittex akkreditament tas-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija minn organizzazzjoni esterna;

titwettaq valutazzjoni tal-enerġija, li tidentifika dawk l-oqsma fejn il-konsum huwa l-ogħla.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Eżempju ta’ din il-fażi preliminari ta’ ġbir ta’ informazzjoni u analiżi huwa l-istudju reċenti tal-Kummissjoni intitolat The implications of ICT for Energy Consumption (e-Business Watch, Study report 09/2008, http://www.ebusiness-watch.org/studies/special_topics/2007/documents/Study_09-2008_Energy.pdf).

(2)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(3)  It-terminu ICT jirreferi għall-komponenti u s-sistemi mikroelettroniċi u nanoelettroniċi, iżda wkoll għat-teknoloġiji tal-futur bħal pereżempju t-teknoloġija fototonika, li jippromettu saħħa informatika ħafna akbar għal ftit mill-konsum attwali tal-enerġija u luminożità qawwija, kontroll iżjed faċli, applikazzjonijiet ta’ tidwil effiċjenti fl-użu tal-elettriku.

(4)  ĠU C 157, 28.6.2005, p. 22.

(5)  ĠU C 234, 30.9.2003, p. 13, ĠU C 61, 14.3.2003, p. 22 u ĠU C 94, 18.4.2002, p. 23.

(6)  ĠU C 74, 23.3.2005, p. 44.

(7)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 9, rapporteur is-Sur Wolf, co-rapporteur is-Sur Pezzini: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

(8)  Opinjoni tal-KESE 1513/2008 rapporteur is-Sur Iozia: Effiċjenza fl-enerġija — Valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali.

(9)  Ara Opinjoni tal-KESE rapporteur is-Sur Pezzini, adottata matul is-sessjoni plenarja tal-14 ta’ Frar 2008: L-effiċjenza enerġetika tal-bini — il-kontribut tal-utenti (opinjoni esploratorja).

(10)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 62, punt 1.11.

(11)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 1 Produzzjoni ekoloġika. Rapporteur: is-Sinjura Darmanin

(12)  Skont l-informazzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), dan is-settur jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 b’iżjed minn 48.4 miljun tunnellata f’setturi anċillari, jekk jiġu introdotti soluzzjonijiet adegwati bbażati fuq it-telekomunikazzjonijiet (saħħa, mobilità urbana, awtoritajiet pubbliċi, eċċ.).


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/92


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarl-iżvilupp tal-internet — Pjan ta’Azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa”

COM(2008) 313 finali

(2009/C 175/17)

Nhar is-27 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iżvilupp tal-internet — Pjan ta’ Azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa

COM(2008) 313 finali.

Fit-8 ta’ Lulju 2008 il-Bureau tal-Kumitat talab lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur McDONOGH bħala rapporteur ġenerali u matul l-449 Sessjoni Plenarja tiegħu fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru) adotta din l-opinjoni unanimament.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-Kumitat jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa. Il-Kumitat jissieħeb mat-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rata xejn mgħaġġla tal-adozzjoni tal-IPv6 fl-Ewropa u jaqbel li hemm bżonn ta’ azzjoni urġenti favur l-appoġġ tal-introduzzjoni mifruxa tal-verżjoni tal-Protokoll tal-Internet li jmiss.

1.2   Il-progress favur l-introduzzjoni tal-IPv6 għadu lura u dan qed jhedded l-Istrateġija ta’ Liżbona hekk kif ġiet implimentata fl-inizjattiva i2010 (1). Mil-lat ekonomiku, l-effett multiplikatur tal-użu tal-internet u l-innovazzjoni fil-qasam huwa importanti ħafna għall-kompetittività tal-Ewropa. Bħad-disponibbiltà tal-broadband, id-disponibbiltà tal-IPv6 ser tagħti impuls kbir lill-ekonomija tal-internet. Meta mqabbla ma’ reġjuni oħra (eż. l-użu tal-IPv6 fil-proġett taċ-Ċina “L-internet għall-ġenerazzjoni li jmiss” (CGNI) (2)), l-Ewropa qiegħda lura fl-introduzzjoni tal-IPv6 u ma tistax tkompli taqa’ lura wara l-imsieħba kummerċjali prinċipali tagħha fit-tranżizzjoni għall-użu tal-IPv6.

1.3   Il-Kumitat jilqa’ ħafna mill-azzjonijiet proposti fil-komunikazzjoni. Madanakollu huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun aktar assertiva dwar ir-rwol mexxej li għandha tassumi l-UE sabiex tħaffef l-adozzjoni rapida tal-IPv6. Il-Kumitat jemmen li jekk l-UE ma tassumix dan ir-rwol mexxej, l-għan tal-Kummissjoni li sal-2010 25 % tal-utenti Ewropew ikunu jistgħu jaqbdu mal-internet IPv6 ser ikun diffiċli li jintlaħaq.

1.4   Il-Kumitat jemmen li l-komunikazzjoni ma tagħtix attenzjoni biżżejjed lill-kwistjonijiet ta’ privatezza u sigurtà marbuta mal-użu tal-IPv6 għat-tisħiħ “tal-internet tal-oġġetti” (3). Dawn huma kwistjonijiet ferm importanti għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għandhom jiġu indirizzati kemm biex jitħarsu d-drittijiet tal-poplu kif ukoll biex il-poplu jagħraf jilqa’ l-IPv6 aħjar.

1.5   It-tranżizzjoni għall-IPv6 tista’ tkompli żżid il-problema serja tal-firda diġitali ġeografika fl-Ewropa jekk il-Kummissjoni ma tieħux l-azzjoni speċifika meħtieġa sabiex tindirizza l-problema u tiżgura li r-reġjuni żvantaġġati jirċievu attenzjoni speċjali. Hemm bżonn ta’ azzjoni madwar l-UE kollha sabiex nassiguraw li l-Istati Membri kollha jinsabu fuq l-istess livell fir-rigward tad-disponibbiltà tal-IPv6.

1.6   L-IPv6 ser iġib miegħu firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji ġodda bbażati fuq l-internet li ser itejbu l-ħajja taċ-ċittadini kollha b’mod partikolari dawk l-iktar żvantaġġati bħall-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-persuni inqas edukati. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-introduzzjoni tal-IPv6 madwar l-UE kollha titlob azzjoni b’saħħitha min-naħa tal-gvernijiet tal-Istati Membri, azzjoni li m’għandhiex tkun kwistjoni tal-iċken denominatur komuni, jiġifieri l-interess kummerċjali.

1.7   Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal opinjonijiet oħra tal-KESE li jittrattaw il-promozzjoni tal-użu tal-internet, il-ħarsien tad-data u s-sigurtà tal-internet u l-firda diġitali ġeografika (4).

1.8   F’din l-opinjoni l-Kumitat jixtieq jikkummenta dwar oqsma speċifiċi ta’ tħassib u jippreżenta xi rakkomandazzjonijiet.

2.   Rakkomandazzjonijiet

2.1   Il-Kummissjoni għandha toffri t-tmexxija s-soda tagħha fil-livell Ewropew kif ukoll l-appoġġ tagħha għall-introduzzjoni rapida tal-IPv6 madwar l-Ewropa kollha.

2.2   Din it-tmexxija għandha tkun ibbażata fuq viżjoni konvinċenti għall-ġejjieni tal-internet mibni fuq l-IPv6 u l-benefiċċji li ser jikbsu l-partijiet interessati kollha minn dan il-progress.

2.3   Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-internet sabiex tiżgura approċċ integrat li permezz tiegħu hija tkun tista’ toffri t-tmexxija tagħha fuq livell Ewropew u b’hekk tkun possibbli l-introduzzjoni rapida tal-IPv6.

2.4   Hemm bżonn ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni madwar l-UE kollha sabiex niżguraw l-ogħla livell possibbli ta’ għarfien dwar it-teknoloġija tal-IPv6 u l-kapaċità li tiġi adottata b’suċċess.

2.5   Il-Programm Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (5) għandu jkopri l-ispejjeż tat-tranżizzjoni mill-IPv4 għall-IPv6 tal-fornituri ż-żgħar tas-servizzi tal-internet u tal-fornituri tal-kontenut.

2.6   Il-Programm Qafas għandu jintuża wkoll sabiex iħeġġeġ l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi li jappoġġjaw il-protokoll il-ġdid.

2.7   Sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ bilanċ li jeżisti bejn l-interessi tal-partijiet interessati tal-fornituri tas-servizzi tal-internet u l-interessi taċ-ċittadini, il-fornituri l-kbar għandhom jibdew jassumu rwol mexxej fl-adozzjoni tal-IPv6 madwar l-UE. It-tiġdid tal-liċenzji tal-fornituri tas-servizzi tal-internet għandu jkun marbut mal-obbligu li sal-2010 joffru konnettività IPv6 sħiħa mingħajr l-ebda restrizzjoni u li jipprovdu taħriġ estensiv għall-konsumatur dwar l-implimentazzjoni tal-IPv6.

2.8   Il-Kummissjoni għandha tikkonċentra l-isforzi tagħha fil-livell tal-UE u fid-dinja kollha fuq il-kwistjonijiet serji tas-sigurtà u l-privatezza li tqajjem l-adozzjoni tal-IPv6.

2.9   Il-Kumitat jipproponi li l-problema potenzjali tal-firda diġitali ġeografika bejn dawk li għandhom aċċess għall-IPv6 u dawk li m’għandhomx tiġi indirizzata permezz tal-mekkaniżmu tal-Istrateġiji Nazzjonali fil-qasam tal-broadband (6) jew strument simili. Barra minn hekk, fejn hemm bżonn, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali għandu jintuża sabiex jagħti appoġġ lill-introduzzjoni tal-IPv6.

3.   Sfond

3.1   Ħarsa ġenerali lejn il-pjan ta’ azzjoni

Il-pjan ta’ azzjoni għall-introduzzjoni mifruxa tal-verżjoni li jmiss tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) sal-2010 jiġbor fih:

il-bżonn urġenti tal-implimentazzjoni tal-IPv6 peress li l-ammont ta’ indirizzi IP li jistgħu jinħolqu taħt il-protokoll attwali (ir-4 verżjoni) dalwaqt jiġi eżawrit;

u jqajjem il-punt li l-IPv6 huwa pjattaforma għall-innovazzjoni fil-qasam tas-servizzi u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-IP u permezz tiegħu l-Ewropa tista’ tibqa’ fil-pożizzjoni mexxejja tagħha fil-qasam tat-tkabbir ibbażat fuq it-teknoloġija.

3.2   Il-Protokoll tal-Internet

Il-Protokoll tal-Internet (IP) jipprovdi kwalunkwe oġġett konness mal-internet b'numru, indirizz li permezz tiegħu jista’ jikkomunika ma’ oġġetti konnessi oħra. Il-verżjoni attwali, l-IPv4 tipprovdi għal iktar minn 4 biljun indirizz bħal dan (7). Madankollu dan l-ammont mhux ser ikun biżżejjed biex ilaħħaq mat-tkabbir kontinwu tal-internet.

Il-protokoll aġġornat (IPv6) beda jintuża lejn l-aħħar tas-snin disgħin (8); madanakollu l-adozzjoni tal-protokoll il-ġdid għadha lura u t-traffiku IPv6 jammonta biss għal perċentaġġ żgħir ħafna (>1 %) tat-traffiku tal-internet kollu (9)

L-ammont ta’ indirizzi IP disponibbli mistenni li jiġi eżawrit bejn l-2010 u l-2012 (10). Jekk ma tinstabx soluzzjoni adegwata, il-problema tal-indirizzi IPv4 ser tostakola t-tkabbir tal-internet u l-kapaċità għall-innovazzjoni fin-netwerks IP.

3.3   L-IPv6 bħala bżonn

L-IPv6 jipprovdi soluzzjoni fuq perjodu fit-tul għall-problema ta’ spazju għal indirizzi ġodda. In-numru ta’ indirizzi li jippermetti l-protokoll IPv6 huwa enormi (3,4 x 1038).

L-IPv6 ser jippermetti lil kull ċittadin, kull operatur ta’ netwerk u kull organizzazzjoni fid-dinja li jkollhom l-ammont ta’ indirizzi IP li jiġu bżonn biex permezz ta’ kwalunkwe apparat jew oġġett possibbli jkunu jistgħu jaqbdu direttament mal-internet globali. Kif stqarr il-Kummissarju Reding, “sabiex l-Ewropej ikunu jistgħu jużaw l-aktar apparat teknoloġiku modern bħal smart tags fil-ħwienet, il-fabbriki u l-ajruport, sistemi li jipproduċu d-dawl u s-sħana iżda li jiffrankaw l-enerġija, netwerks użati fil-karozzi u sistemi ta’ navigazzjoni, neħtieġu ammont ferm akbar ta’ indirizzi IP … (11)”.

Studju finanzjat mill-Kummissjoni (12) wera li dan huwa potenzjal għal għadd ta’ setturi tas-suq bħal ma huma netwerks domestiċi, il-ġestjoni tal-kostruzzjoni, il-komunikazzjoni mobbli, is-settur tad-difiża u s-sigurtà u l-industrija tal-karozzi.

3.4   L-IPv6 u l-kompetittività internazzjonali

Reġjuni oħra b’mod partikolari l-Ażja, urew interess kbir fl-IPv6.

3.5   It-tranżizzjoni għall-IPv6

Ser ikun hemm fażi ta’ tranżizzjoni (mistennija li ddum 20 sena jew iktar) fejn l-IPv4 u l-IPv6 jitħaddmu fuq l-istess apparat u jużaw l-istess firxa ta’ netwerks. Matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni ser jintużaw mekkaniżmi adegwati għalja (coping mechanisms) biex jittrattaw id-dipendenza fuq l-IPv4: bħal “overlay technologies” pereżempju “double protocol interfaces”, “tunnelling”, “work-around tactics”, “NAT-sub-addressing” u “IPv4 address auctions”.

3.6   Il-partijiet interessati

L-introduzzjoni tal-IPv6 titlob azzjoni min-naħa ta’ diversi atturi globali:

l-organizzazzjonijiet tal-internet (bħal ICANN, RIR u IETF) li jmexxu r-riżorsi u s-servizzi IPv6 komuni;

il-fornituri tas-servizzi tal-internet li biż-żmien, lill-konsumaturi ser ikollhom jibdew joffrulhom il-konnettività IPv6 u s-servizzi bbażati fuq l-IPv6;

il-bejjiegħa tal-infrastruttura li jeħtieġu jintegraw il-kapaċità IPv6 fil-prodotti tagħhom;

il-fornituri tal-kontenut u tas-servizzi (bħal siti tal-internet, messaġġi istantanji, il-posta elettronika eċċ.) li ser ikollhom bżonn jattivaw l-IPv6 fis-servers tagħhom;

il-bejjiegħa kummerċjali u tal-applikazzjonijiet tal-konsumaturi li ser ikollhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tagħhom huma kompatibbli mal-IPv6 u li ser ikollhom jiżviluppaw prodotti u joffru servizzi li japprofittaw mill-karatteristiċi tal-IPv6;

l-utenti finali (konsumaturi, kumpaniji, akkademiċi u amministrazzjonijiet pubbliċi), li jeħtieġu jakkwistaw prodotti u servizzi li jużaw l-IPv6 u jattivaw l-IPv6 fuq in-netwerks tagħhom stess jew fuq l-aċċess għall-internet ġo djarhom.

3.7   L-ispejjeż involuti fl-implimentazzjoni tal-IPv6.

Huwa impossibbli li nbassru l-ispejjeż involuti fl-introduzzjoni globali tal-IPv6. L-adozzjoni progressiva tal-IPv6 min-naħa tad-diversi partijiet interessati għandha tikkontrolla l-ammont ta’ spejjeż involuti.

3.8   Il-bżonn ta’ miżuri fil-livell Ewropew

Għall-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati, il-vantaġġi tal-introduzzjoni tal-IPv6 għadhom ma jidhrux. Il-benefiċċji jibdew jinħassu fuq perijodu fit-tul għalhekk diversi partijiet interessati ħadu l-attitudni li “jistennew u jaraw”.

Ġara li minħabba f’hekk l-introduzzjoni mifruxa tal-IPv6 baqgħet lura. Jekk ma tittiħidx azzjoni pożittiva f’dan ir-rigward “l-Ewropa ser tispiċċa f’pożizzjoni li minnha ma tkunx kapaċi taprofitta mill-aħħar teknoloġiji tal-internet u tista’ tispiċċa fi kriżi meta s-sistema l-qadima jisspiċċawla l-indirizzi …” (13). Miżuri ta’ politika adegwati fil-livell Ewropew jistgħu jservu ta’ inċentiv fis-suq u jħeġġu lin-nies u lill-organizzazzjonijiet sabiex ikomplu mexjin ’il quddiem b’mod pożittiv.

3.9   L-azzjonijiet li qed tipproponi l-Kummissjoni

3.9.1   L-introduzzjoni mifruxa tal-IPv6 fl-Ewropa sal-2010

3.9.2   Li tħeġġeġ l-aċċess għall-IPv6 għall-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjonijiet

l-Istati Membri għandhom jattivaw l-IPv6 fis-siti elettroniċi tas-settur pubbliku u s-servizzi elettroniċi tal-gvern;

il-partijiet interessati industrijali għandhom iqisu l-IPv6 bħala l-pjattaforma ewlenija għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u l-apparat;

l-għajnuna finanzjarja għandha tingħata permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ tal-istandardizzazzjoni, għat-titjib tal-interoperabilità tan-netwerks;

il-proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mis-Seba’ Programm Qafas għandhom, fejn huwa possibbli, jużaw l-IPv6.

3.9.3   Li tiġġenera domanda akbar għall-konnettività u l-prodotti IPv6 permezz tal-akkwist pubbliku

l-Istati Membri għandhom jibdew jippreparaw għall-IPv6 fin-netwerks tagħhom

3.9.4   Preparazzjoni tajba għall-introduzzjoni tal-IPv6

kampanji informattivi mmirati lejn gruppi differenti ta’ utenti;

appoġġ għal “azzjonijiet speċifiċi ta’ appoġġ” (fi ħdan is-Seba’ Programm Qafas) favur it-tixrid ta’ għarfien prattiku dwar l-introduzzjoni tal-IPv6;

il-fornituri tas-servizzi tal-internet għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu konnettività IPv6 sħiħa lill-klijenti tagħhom sal-2010.

3.9.5   Li jiġu ttrattati l-kwistjonijiet tas-sigurtà u tal-privatezza

Il-Kummissjoni ser tissorvelja l-implikazzjonijiet relatati mal-privatezza u s-sigurtà li għandha l-introduzzjoni mxerrda tal-IPv6 b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati bħall-awtoritajiet tal-ħarsien tad-data u tal-infurzar tal-liġi.

Kien hemm tħassib fir-rigward tal-IPv6 u l-privatezza b’mod partikolari mill-grupp ta’ ħidma Artikolu 29 dwar il-Ħarsien tad-Data (14).

3.10   L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni mistennija sseħħ matul it-tliet snin li ġejjin.

Il-Kummissjoni ser tkompli ssegwi l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-internet u fejn ikun hemm bżonn tipparteċipa fid-dibattiti.

Il-Kummissjoni ser tirrapporta kwalunke progress lill-Grupp ta’ Livell Għoli i2010.

4.   Kummenti Generali

4.1   It-tranżizzjoni għall-IPv6 hija importanti ħafna għax l-indirizzi disponibbli taħt l-istandard tal-protokoll tal-internet attwali (IPv4) waslu biex jispiċċaw. L-istimi juru li l-provvista tal-indirizzi IPv4 mistennija tiġi eżawrita qabel l-2012. Jekk ma titħaffifx l-introduzzjoni tal-IPv6, it-tkabbir tal-internet ser jaqa’ lura u b’riżultat “tal-wirt” tal-IPv4 fin-netwerks tal-UE, l-ispejjeż marbuta mal-użu tal-internet ser jiżdiedu. Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-IPv6 ser iġib miegħu spejjeż ogħla fl-oqsma kollha tal-kummerċ tal-internet, rata ta’ innovazzjoni bbażata fuq l-IP baxxa u rata ta’ tkabbir ekonomiku baxxa.

4.2   Il-komunikazzjoni tistqarr li l-introduzzjoni tal-IPv6 għadha lura għax m’hemmx awtorità unika inkarigata mit-tmexxija tagħha. Il-Kumitat jagħraf li l-pajjiżi u l-partijiet interessati organizzaw diversi programmi fil-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-IPv6. Madanakollu l-Kumitat mhux sodisfatt mill-appoġġ li ngħatat l-adozzjoni tal-IPv6 s’issa fil-livell Ewropew.

Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-adozzjoni tal-IPv6 s’issa serrħet wisq fuq l-interessi kummerċjali u b’mod partikolari fuq il-fornituri tas-servizzi tal-internet. Dan il-metodu falla bil-kbir. Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta’ dewmien fl-introduzzjoni tal-IPv6 huma wisq kbar biex jippermettu dipendenza fuq l-interessi kummerċjali. L-adozzjoni tal-IPv6 hija kompitu tal-gvern. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tħeġġeġ rwol mexxej għall-UE f’dan il-qasam, rwol appoġġjat minn politika u strumenti ta’ appoġġ adegwati. L-attwazzjoni ta’ dan ir-rwol għandha tkun urġenti.

4.3   Il-progress favur l-introduzzjoni tal-IPv6 għadu lura u dan qed jhedded l-Istrateġija ta’ Liżbona hekk kif ġiet implimentata fl-inizjattiva i2010 (1). Mil-lat ekonomiku, l-effett multiplikatur tal-użu tal-internet u l-innovazzjoni fil-qasam huwa importanti ħafna għall-kompetittività tal-Ewropa. Ma nistgħux inkomplu naqgħu lura wara l-imsieħba kummerċjali prinċipali tagħna fit-tranżizzjoni għall-użu tal-IPv6. Minkejja li xi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea għamlu sforz speċjali biex jassiguraw li pajjiżhom lest għall-introduzzjoni tal-IPv6, bħala reġjun, meta mqabbla ma’ reġjuni oħra, l-UE qiegħda lura.

4.4   F’isem il-prinċipju “tal-internet governance”, il-Kummissjoni għandha tikkonċentra l-isforzi tagħha fil-livell tal-UE u fid-dinja kollha, fuq il-kwistjonijet serji tas-sigurtà u l-privatezza li tqajjem l-adozzjoni tal-IPv6. L-IPv6, flimkien ma’ teknoloġiji oħra bħat-tabelli tal-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID), ser jippermettu netwerk vast ta’ biljuni ta’ oġġetti, “l-internet tal-oġġetti”. Dan ser iqajjem kwistjonijiet serji u kumplessi fir-rigward tal-privatezza personali u s-sigurtà.

Il-Kumitat jagħraf li fil-bidu tal-2009, il-Kummissjoni ser tippreżenta l-proposti tagħha dwar il-ħarsien tal-infrastrutturi tal-informazzjoni kritika sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħna li naffrontaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-internet (15). Il-KESE għalhekk jipproponi li dawn il-proposti jiġbru fihom ukoll skemi b’saħħithom li permezz tagħhom nistgħu nittrattaw l-isfidi ġodda tal-introduzzjoni tal-IPv6.

4.5   Il-Kumitat qiegħed jistenna l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet ta’ privatezza relatati mal-RFID u dwar il-gvernanza tal-internet tal-oġġetti (16). Il-protokoll il-ġdid IPv6 ser jiffaċilita espansjoni kbira tal-konnettività. Biljuni ta’ oġġetti mill-ħajja ta’ kuljum (karozzi, ħwejjeġ, għodda eċċ) ser isibu ruħhom konnessi bl-indirizz IP uniku tagħhom. Kif qal il-Kummissarju Reding, “jeħtieġ li nindirizzaw dawn ir-riskji sabiex ‘l-internet tal-oġġetti’ jkun jista’ jilħaq l-ogħla potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku tiegħu. Jeħtieġ, b’mod partikolari, li nwieġbu għat-tħassib taċ-ċittadini sabiex dawn it-teknoloġiji l-ġodda ma jiġux irrifjutati …” (15).

4.6   Il-Kummissjoni għandha toffri t-tmexxija s-soda tagħha fil-livell Ewropew għall-introduzzjoni rapida tal-IPv6 madwar l-Ewropa kollha. Din it-tmexxija għandha tkun ibbażata fuq viżjoni konvinċenti għall-ġejjieni tal-internet mibni fuq l-IPv6 — “l-internet tal-oġġetti”, “ambient intelligence” (17) eċċ. u l-ħafna benefiċċji li ser jikbsu l-partijiet interessati kollha minn dan il-progress.

4.7   Din il-viżjoni għandha tixxerred bl-użu ta’ mezzi differenti u l-messaġġ adegwat għall-udjenza speċifika (il-fornituri tas-servizzi tal-internet, il-fornituri tal-kontenut, il-bejjiegħa tal-applikazzjonijiet u l-utenti finali) f’kampanja Ewropea ta’ informazzjoni.

4.8   Programmi edukattivi u ta’ taħriġ jistgħu jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-IPv6. It-teknoloġija IPv6 hija ħafna aħjar mill-IPv4 iżda teħtieġ taħriġ tajjeb biex tiġi implimentata bl-aħjar mod. Il-Kummissjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri, il-fornituri tas-servizzi tal-internet u partijiet interessati oħra għandhom jassiguraw li t-taħriġ u l-programmi edukattivi dwar l-IPv6 ikunu disponibbli għall-gruppi differenti ta’ utenti kollha.

4.9   Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-internet bħall-Internet Corporation for Assigned Names and Numbers (ICANN), Réseaux IP Européens (RIPE), Regional Internet Registries (RIRs), Internet Engineering Task Force (IETF) u oħrajn sabiex tiżgura approċċ integrat li permezz tiegħu hija tkun tista’ toffri t-tmexxija tagħha fuq livell Ewropew lis-settur tal-IT u b’hekk tkun possibbli l-introduzzjoni rapida tal-IPv6.

4.10   Ir-rwol tal-fornituri tas-servizzi tal-internet huwa importanti ħafna għall-introduzzjoni u l-adozzjoni tal-IPv6. Sfortunatament, il-fornituri tas-servizzi tal-internet li joffru wkoll servizzi tat-telefon (ċellulari u linji fissi) qegħdin jirreżistu l-introduzzjoni tal-IPv6 u r-revoluzzjoni li ser iġġib magħha fil-qasam tal-komunikazzjoni fl-UE, minħabba li t-telefonija tal-internet (VOIP) thedded il-mudelli tad-dħul (revenue models) tagħhom. Madanakollu l-interessi kummerċjali limitati tal-fornituri tas-servizzi tal-internet m’għandhomx jolqtu l-interessi taċ-ċittadini tal-UE kollha. Għandhom jintużaw sanzjonijiet, penali u regoli dwar it-tiġdid tal-liċenzji li jobbligaw lill-fornituri tal-internet il-kbar li jassumu rwol mexxej fl-adozzjoni tal-IPv6 madwar l-UE. Huma għandhom il-poter u r-riżorsi biex jagħmlu differenza kbira f’dan ir-rigward.

4.11   Il-Programm Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (5) għandu jkopri l-ispejjeż tat-tranżizzjoni mill-IPv4 għall-IPv6 tal-fornituri ż-żgħar tas-servizzi tal-internet u tal-fornituri tal-kontenut. Il-Programm Qafas għandu jintuża wkoll sabiex iħeġġeġ l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi li jappoġġjaw il-protokoll il-ġdid.

4.12   Il-Kumitat jemmen li l-komunikazzjoni ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-kwistjonijiet ta’ privatezza u sigurtà li tqajjem l-adozzjoni tal-IPv6. Dawn huma kwistjonijiet ferm importanti għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għandhom jiġu indirizzati sew kemm għall-ħarsien tal-poplu kif ukoll sabiex tinbena l-fiduċja tiegħu fl-IPv6 u b’hekk dan jintlaqa’ aħjar.

4.13   It-tranżizzjoni għall-IPv6 tista’ tkompli żżid il-problema serja tal-firda diġitali ġeografika (18) fl-Ewropa jekk il-Kummissjoni ma tieħux l-azzjoni speċifika meħtieġa sabiex tindirizza l-problema. Uħud mill-pajjiżi tal-Unjoni qegħdin jorganizzaw programmi fil-livelli nazzjonali sabiex jassiguraw li l-utenti tal-internet tagħhom kollha jkunu jistgħu jużaw l-IPv6 sal-2010. Hemm bżonn ta’ azzjoni urġenti madwar l-UE sabiex nassiguraw li l-Istati Membri kollha jinsabu fuq l-istess livell fir-rigward tad-disponibbiltà tal-IPv6.

4.14   Il-Kumitat jipproponi li l-problema potenzjali tal-firda diġitali ġeografika bejn dawk li għandhom aċċess għall-IPv6 u dawk li m’għandhomx tiġi indirizzata permezz tal-mekkaniżmu tal-Istrateġiji Nazzjonali fil-qasam tal-broadband (6) jew strument simili. Barra minn hekk, fejn hemm bżonn, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali għandu jintuża sabiex jagħti appoġġ lill-introduzzjoni tal-IPv6.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  COM(2005) 229 finali “i2010 — Soċjetà tal-Informatika Ewropea għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi”.

(2)  http://www.ipv6.com/articles/general/IPv6-Olympics-2008.htm

(3)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE, CESE “L-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)”ĠU C 256, 27.10.2007 u CESE “L-Internet tal-Oġġetti”ĠU C 77, 31.3.2009, p. 60.

(4)  Ara pereżempju l-opinjonijiet CESE “Information society/Computer-related crime” (Is-soċjetà tal-informazzjoni/kriminalità relatata mal-użu tal-kompjuter) ĠU C 311, 7.11.2001, p. 12 (mhux disponibbli bil-Malti), “Network and information security” (Is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni) ĠU C 48, 21.2.2002, p. 33 (mhux disponibbli bil-Malti), “Safer use of the Internet” (Użu aktar sikur tal-internet) ĠU C 157, 28.6.2005, p. 136 (mhux disponibbli bil-Malti), “E-business/Go Digital”ĠU C 108 tat-30 ta’ April 2004 (mhux disponibbli bil-Malti), p. 23, “Soċjeta tal-informazzjoni sikura”ĠU C 97, 28.4.2007, p. 21, eċċ.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li waqqfet Programm Qafas tal- Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013).

(6)  “Connecting Europe at High Speed: National Broadband Strategies”, COM(2004) 369 (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  L-IPv4 huwa speċifikat fit-talba għal kummenti (RFC) 791, 1981. RFC tfisser “Talba għal Kummenti” (Request for Comments). Irreferi “għall-Internet Engineering Task Force” (IETF) (it-task force tal-inġinjerija tal-internet); http://www.ietf.org.

(8)  RFC 2460, 1998. http://www.ietf.org/html.charters/OLD/IPv6-charter.html u http://www.ietf.org/html.charters/6man-charter.html.

(9)  “Tracking the Ipv6 Migration”, Awwissu 2008, rapport ta’ riċerka ta’ Arbor Networks; http://www.arbornetworks.com/en/ipv6-report.html.

(10)  http://www.potaroo.net/tools/ipv4/index.html, http://www.tndh.net/~tony/ietf/ipv4-pool-combined-view.pdf.

Għal stima aktar antika li tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-bażi analitika: http://www.cisco.com/web/about/ac123/ac147/archived_issues/ipj_8-3/ipv4.html.

(11)  Konferenza stampa tal-Kummissjoni, IP/08/803, Brussell 27/5/2008.

(12)  “Impact of IPv6 on Vertical Markets”, (l-Impatt tal-IPv6 fuq is-Swieq Vertikali), Ottubru 2007 (http://ec.europa.eu/information_society/policy/ipv6/docs/short-report_en.pdf) (mhux disponibbli bil-Malti).

(13)  Konferenza stampa tal-Kummissjoni, IP/08/803, Brussell 27.5.2008.

(14)  Opinjoni 2/2002 “The use of unique identifiers in telecommunication terminal equipments: the example of IPV6” (L-użu tal-identifikaturi uniċi fit-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet: l-eżempju tal-IPv6) http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2002/wp58_en.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).

(15)  Intervent /08/336, 17/6/2008, “Seizing the Opportunities of the Global Internet Economy” (Nisfruttaw l-opportunitajiet tal-ekonomija globali tal-internet), OECD Laqgħa tal-Ministri “Future of the internet economy” (Il-ġejjieni tal-ekonomija tal-internet), Seoul, Korea, 17-18 ta’ Ġunju 2008.

(16)  http://en.wikipedia.org/wiki/Internet_of_Things u http://www.itu.int/osg/spu/publications/internetofthings/InternetofThings_summary.pdf.

(17)  http://en.wikipedia.org/wiki/Ambient_intelligence.

(18)  COM(2003) 65, COM(2003) 673, COM(2004) 61, COM(2004) 369, COM(2004) 380.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/97


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/… li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)”

COM(2008) 483 finali — 2008/0159 (CNS)

(2009/C 175/18)

Nhar l-4 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 171 u 172 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill(KE) Nru …/… li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

COM(2008) 483 finali — -2008/0159 (CNS).

Nhar is-16 ta’ Settembru 2008 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-449 Sessjoni Plenarja tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008) li jaħtar lis-Sinjura Le Nouail Marlière bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’99 vot favur, 16-il vot kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-proposta ta’ armonizzazzjoni tar-regolament u l-istatuti tal-Impriża Konġunta (IK) SESAR.

1.2   jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfittex li tagħti eżempju aħjar fir-rigward tat-trattament ugwali bejn il-persunal issekondat u l-persunal reklutat bil-għan li jitwettaq il-proġett SESAR, kemm fir-rigward tat-tul tal-kuntratti kif ukoll fil-qafas tal-programm ta’ twettiq tas-Sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni

2.1   Il-KESE ġie kkonsultat dwar il-proposta ta’ armonizzazzjoni tar-Regolament u l-istatuti tal-IK SESAR (1) permezz tal-approċċ il-ġdid addottat mill-UE għall-ħolqien ta’ Impriżi Konġunti oħrajn fil-qafas tas-7 Programm Qafas ta’ Riċerka u Żvilupp (7PQ): CLEAN SKY (2), ENIAC (3), IMI (4), ARTEMIS (5) u FCH (6). Il-KESE esprima l-opinjoni tiegħu fuq kull proposta bl-eċċezzjoni ta’ waħda.

L-istatus tal-IK SESAR

2.2.1   L-IK SESAR ilha teżisti legalment sa mit-3 ta’ Marzu 2007 u s-sede tagħha tinsab fi Brussell. Għandha żewġ membri fundaturi: il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u l-Eurocontrol, rappreżentata mill-Aġenzija tagħha.

2.2.2   L-IK SESAR twaqqfet mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 219/2007. Fl-2007 inħolqu l-gvernanza (magħmula minn Bord Amministrattiv u Direttur Eżekuttiv) u l-istruttura amministrattiva inizjali.

2.2.3   F’Ġunju 2007 l-IK SESAR nediet sejħa għal turija ta’ interess għal membri kandidati. Din is-sejħa wasslet għall-preselezzjoni ta’ 15-il kandidat bil-għan li jinħoloq grupp ċentrali inizjali b’saħħtu għat-tnedija tal-fażi tal-iżvilupp tas-SESAR. Il-15-il membru kandidat jirrappreżentaw il-partijiet interessati ewlenin mis-settur tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (Industrija): il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-ajruporti u l-manifutturi tal-apparat. Il-kontribuzzjonijiet offruti f’din il-fażi inizjali tal-IK SESAR kienu ta’ aktar minn EUR 1.4 biljun.

2.2.4   L-industrija ikkonfermat l-impenn tagħha għall-programm hekk kif kienet diġà uriet fil-fażi ta’ definizzjoni. Bħalissa tinsab għaddejja minn ħidma flimkien mal-IK SESAR sabiex jinħoloq għarfien komuni dwar kif tista’ issir ħidma bi sħubija mal-IK SESAR. Il-konformità tar-riċerka u l-iżvilupp tagħha dwar l-ATM ma’ SESAR u l-allokazzjoni tar-riżorsi meħtieġa huma meqjusa bħala kisba kbira. It-tmiem tal-proċess ta’ sħubija hu skedat għall-aħħar tal-2008 bil-għan li l-attivitajiet ta’ żvilupp jitnedew fil-bidu tal-2009.

2.2.5   Għalkemm b’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/2007: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex jagħtu lill-IK l-aktar eżenzjoni estensiva possibbli mit-tassazzjoni fir-rigward tal-VAT u taxxi oħra u dazji tas-sisa”, ir-Regolament li waqqafha ma jipprovdix bażi legali li tiggarantixxi lill-Impriżi Konġunti l-eżenzjoni mill-VAT u mit-taxxi tas-sisa jew minn kull benefiċċju li jirriżulta mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-UE jew lill-korpi Komunitarji. Lanqas ma tipprovdi għall-protezzjoni tal-persunal tagħha skont il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej jew ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Għaldaqstant, l-IK u l-persunal tagħha huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni fiskali u tal-impjiegi tal-Belġju.

2.2.6   Hu stmat li l-ispejjeż amministrattivi riżultat tal-istatus partikolari tal-Impriża se jkunu ta’ madwar EUR 300 miljun tul il-ħajja tal-IK. Biss biss, l-IK SESAR jeħtiġilha tħallas EUR 290 miljun f’VAT u taxxi oħra. L-EUR 10 miljun li jifdal huma kollha marbutin ma’ spejjeż tal-persunal.

2.2.7   Dan l-ammont ser jitħallas permezz tal-kontribuzzjonijiet tal-membri għall-IK SESAR u b’mod partikolari mill-fondi ta’ Riċerka u Żvilupp tal-Komunità u għalhekk ser ikollhom jitnaqqsu mill-iffinanzjar tal-attivitajiet ta’ żvilupp.

Natura tal-emenda proposta

2.3.1   L-emendi proposti għar-Regolament 219/2007 jikkunsidraw il-fatt li l-IK SESAR diġà bdiet l-attivitajiet tagħha skont status legali differenti. Dawn jinkludu:

ir-rikonoxximent tal-IK SESAR bħala korp Komunitarju (Artikolu 2 tar-Regolament).

l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u tar-regoli adottati b’mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-għan li jiġu applikati għall-persunal tal-IK SESAR (Artikolu 2a tar-Regolament);

l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-IK SESAR, għall-persunal tagħha u għad-Direttur Eżekuttiv (Artikolu 2b tar-Regolament);

l-adattament tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà (Artikolu 2c tar-Regolament);

l-adattament tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli (Artikolu 2d tar-Regolament);

il-kwantifikazzjoni tal-kontribut tal-Komunità u l-arranġamenti prattiċi għat-trasferiment tiegħu għall-IK (Artikolu 4(2) tar-Regolament);

l-emenda tad-dispożizzjoni marbuta mal-modifika tal-Istatuti tal-IK (Artikoli 3(2) u 5(4) tar-Regolament u 24(2) tal-Istatuti). Din l-emenda mhix marbuta mal-konformità tal-istatus tal-IK; hija biss korrezzjoni tal-proċedura għall-adozzjoni ta’ miżuri għall-Istatuti tal-IK. L-għan tad-dispożizzjoni oriġinali kien li tippermetti li jiġu adottati l-emendi tal-Istatuti permezz ta’ proċedura ta’ komitoloġija regolatorja bil-parteċipazzjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku. Madankollu, it-test tad-dispożizzjoni oriġinali ma jesprimix dan il-ħsieb b’mod ċar u għalhekk jeħtieġ li jiġi adattat;

l-applikazzjoni tal-Artikolu 185 tar-Regolamenti Finanzjarji, b’mod partikolari dak marbut: mal-adozzjoni ta’ regoli finanzjarji b’konformità mal-qafas ta’ regolamenti finanzjarji għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju (Artikolu 4a tar-Regolament) kif ukoll mal-kwittanza (Artikolu 4b tar-Regolament) u mal-preżentazzjoni tal-baġit (Artikolu 15(2) u (4) tal-Istatuti);

il-proċedura għall-ħatra ta’ Direttur Eżekuttiv (Artikolu 7(5) tal-Istatuti);

id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità (Artikolu 17(3) tal-Istatuti);

id-dispożizzjonijiet transnazzjonali biex il-persunal tal-IK jintrabat mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità (Artikolu 2 tal-proposta).

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-Kumitat japprova l-għan ġenerali tal-Kummissjoni li titgħallem mill-ġestjoni tal-IK Galileo u l-ħolqien tal-IK SESAR (7), u li tħeġġeġ il-Kunsill jiċċara l-istatus tal-IK SESAR. Barra minn hekk, fid-dawl tan-numru dejjem jikber tal-inizjattivi teknoloġiċi konġunti meħuda skont is-7 Programm Qafas tar-Riċerka, japprova wkoll l-għan li tiggarantixxi l-koerenza mal-approċċ ġenerali fil-konfront tal-impriżi konġunti.

3.2   Il-Kumitat japprova l-ħidma li saret bl-għan li r-riżorsi finanzjarji tas-SESAR jitqassmu b’tali mod li l-aktar sforzi importanti jkunu ddedikati għall-attivitajiet marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp biex is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tiġi armonizzata. Il-bidla fl-istatus tal-IK SESAR għandha tirrendi lill-Kummissjoni Ewropea żieda ta’ madwar EUR 290 miljun minħabba l-eżenzjoni fiskali tal-VAT, taxxi u dazji oħra. Il-fatt li l-persunal ikun marbut bir-regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali tal-UE huwa pass ’il quddiem u jkollhom l-għażla li jsiru uffiċjali tal-Komunitajiet, mingħajr però ma jkunu obbligati li jagħmlu dan. Din il-bidla jkollha impatt pożittiv ukoll (EUR 10 miljun) fuq l-ispejjeż amministrattivi bla ħsara għar-rimunerazzjonijiet, il-benefiċċji u d-drittijiet għall-pensjoni addizzjonali, minħabba li minn mindu nħolqot l-IK SESAR, il-Kummissjoni stipulat li l-istatuti tal-IK SESAR fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol “għandhom ikunu bbażati fuq dawk li jservu l-Komunitajiet Ewropej”.

3.3   Il-Kumitat jinnota b’sodisfazzjon li l-kontroll Komunitarju fuq is-SESAR għandu jissaħħaħ permezz tal-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji Komunitarji, tal-kwittanza baġitarja u tal-ġestjoni strateġika u tar-riżorsi umani. Din il-proposta tirrifletti s-suġġeriment tal-Kumitat li, fl-opinjoni preċedenti tiegħu dwar is-SESAR, enfasizza li hemm bżonn urġenti li titwaqqaf entità legali li tkun kapaċi tiggarantixxi l-ġestjoni koordinata tal-fondi allokati lis-SESAR waqt il-fażi tal-implimentazzjoni tagħha. Il-proposta għandu jkollha impatt pożittiv fuq is-superviżjoni tal-proġett. Il-Kumitat jinnota ż-żieda tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni fi programm iffinanzjat mill-UE (EUR 700 miljun), mill-Eurocontrol (EUR 700 miljun) u mill-industrija ajrunawtika (EUR 700 miljun); peress li l-biċċa l-kbira tal-kontribut tat-tnejn tal-aħħar mhux se jsir fi flus, l-eżenzjoni tal-VAT tiġi ddedikata għall-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp.

3.4   Il-fażi tal-IK SESAR għandha titnieda fil-bidu tal-2009 biex l-industrijalisti kkonċernati jiġu involuti u jkunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom skont l-għanijiet ta’ SESAR. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni — li dan ir-regolament għandu jiġi adottat minnufih biex il-ftehim kollu milħuq mal-membri tas-SESAR ikun konformi mad-dispożizzjonijiet il-ġodda. Tajjeb li jiġi evitat kwalunkwe dewmien fit-twettiq tas-SESAR minħabba l-kompetizzjoni li ħolqot l-inizjattiva NextGen fl-Istati Uniti.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Minħabba li diġà ġie deċiż li l-attività tal-IK SESAR għandha tieħu tmien snin, fl-aħħar tal-programm, il-persunal issekondat imur lura l-Eurocontrol jew fid-dipartimenti tal-Kummissjoni minn fejn ġie. Il-kuntratti tal-persunal impjegat minn barra jintemmu skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-bidu tar-reklutaġġ. Il-Kumitat jinnota li dan joħloq preċedent (Il-ħolqien ta’ impriża li topera għal żmien fiss) u joħloq sitwazzjoni prekarja fil-konfront ta’ ċerti impjiegi. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti eżempju ta’ prassi tajba fir-rigward tat-trattament ugwali tal-persunal impjegat bl-għan li jitwettaq il-programm SESAR.

4.2   Il-Kumitat jagħraf li dan huwa settur partikolari (is-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom, is-sħubiji bejn il-qasam pubbliku u privat, is-servizzi sovrani) u jirrakkomanda li peress li l-għanijiet tal-IK SESAR huma l-armonizzazzjoni u r-riċerka bl-għan li niksbu l-aqwa sigurtà fl-ajru, u għalhekk jirrakkomanda li din is-sigurtà m’għandniex inqisuha biss mill-perspettiva teknika (l-apparat) jew kummerċjali (ir-rotot) iżda għandha tqis ukoll il-fatt li tiddependi mill-bniedem (irġiel u nisa li jagħtu s-sehem tagħhom u li ċertament għandhom jissieħbu b’mod aktar sfiq u jiġu kkunsidrati aktar).

4.3   Il-Kumitat jieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-IK SESAR tal-24 ta’ April 2008 li fih ħadu sehem rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Eurocontrol, tal-qasam militari, l-utenti tal-qasam tal-avjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-persunal inkarigat mill-apparat tekniku, l-ajruporti, ir-rappreżentanti tal-persunal tas-settur tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-komunità xjentifika, id-Direttur Eżekuttiv, l-Aġent Direttur Amministrattiv u Finanzjarju u s-Segretarjat, u li “approva l-prinċipji tal-modifika tal-Istatuti u l-konsegwenzi tiegħu” (“endorses the principles for the contemplated modification of the Statutes and the related process”).

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27.02.2007; CESE ĠU C 309, 16.12.2006, p. 133.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20.12.2007, ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20.12.2007, ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20.12.2007, ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20.12.2007, ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30.05.08, ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.

(7)  L-IK SESAR kienet biss it-tieni entità ta’ dan it-tip imwaqqfa skont l-Artikolu 171 tat-Trattat; l-ewwel waħda kienet l-IK Galileo.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/100


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-kompetittività tal-industriji tal-metalli — kontribut għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Impjiegi tal-UE”

COM(2008) 108 finali — SEC(2008) 246

(2009/C 175/19)

Nhar it-22 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-kompetittività tal-industriji tal-metalli — kontribut għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Impjiegi tal-UE

COM(2008) 108 finali.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur ZÖHRER u l-korapporteur kien is-Sur CHRUSZCZOW.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar it-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’160 vot favur, 6 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-valur miżjud kbir li ġej mill-industrija tal-metall u s-setturi relatati magħha huwa kontribut essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea. L-industrija tal-metall hija esposta għall-kompetizzjoni globali u f’dawn l-aħħar snin għaddiet minn bidliet u ristrutturazzjonijiet radikali.

1.2   Ir-ristrutturazzjonijiet tal-ġejjieni ser ikunu marbuta mal-globalizzazzjoni tal-ktajjen tal-valur miżjud fl-industrija tal-metall (mill-materja prima sal-ipproċessar). Dan jitlob approċċ ġdid fil-politika tal-industrija, approċċ li jimmira lejn l-innovazzjoni, il-kwalifikazzjoni u kundizzjonijiet globali tal-kompetizzjoni ġusti.

B’mod ġenerali, il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-karatteristiċi tas-settur li ppreżentat il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha. Madanakollu jeħtieġ li jitqies il-fatt li l-industrija tal-metall mhix settur omoġenu u li mhux faċli jsiru stqarrijiet ġenerali dwarha. Ħafna mill-miżuri li tipproponi l-Komunikazzjoni huma ta’ natura kemxejn ġenerali. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni sabiex b’segwitu għal din il-komunikazzjoni, tħejji skeda b’lista ta’ miżuri konkreti li jolqtu lis-sottosetturi individwali wkoll.

1.3.1   Il-Kumitat iħeġġeġ li jitwettqu studji dwar is-setturi individwali bbażati fuq l-esperjenzi tal-KEFA u akkumpanjati minn proċess ta’ monitoraġġ u minn djalogu soċjali.

1.4   Fil-qasam tal-politika tal-enerġija, il-Kumitat iħeġġeġ miżuri ta’ trasparenza fis-suq u fil-prezzijiet li jippermettu provvista tal-enerġija żgura u bbażata fuq kuntratti fuq perijodu fit-tul. Il-lakuni li jeżistu fil-ktajjen tal-provvista jeħtieġ li jimtlew. Barra minn hekk, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li għandhom l-enerġiji rinnovabbli u l-kontribut li tagħti l-industrija stess fil-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

L-aktar aspett importanti tal-politika tal-ambjent huwa s-sejba ta’ soluzzjonijiet li jqarrbu l-għan tal-ħarsien tal-klima lejn l-għanijiet tal-impjieg, it-tkabbir u l-kompetittività globali. Il-Kumitat jemmen li sabiex jiġu evitati l-iżvantaġġi kompetittivi għall-industrija tal-metall jeħtieġ li:

il-ftehimiet internazzjonali jingħataw prijorità;

jiġi appoġġjat it-tixrid tal-aqwa teknoloġiji u t-teknoloġiji l-aktar effiċjenti;

jitqiesu l-investimenti li diġà saru f’dan ir-rigward;

il-kapaċità tas-setturi individwali li jnaqqsu l-emmissjonijiet titqies fil-kuntest tal-livelli tekniċi tagħhom;

li ma ddumx ma tittieħed deċiżjoni li tagħraf kemm huwa perikoluż il-carbon leakage.

1.5.1   Il-Kumitat jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tad-direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis (PKIT), il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, ir-regolament REACH u l-istandardizzazzjoni, iżda jistenna li dawn il-proposti individwali jiġu elaborati.

1.6   Fil-futur, l-importanza tar-riċiklaġġ tal-materja prima u tat-tnaqqis tal-intensità tal-materjal jiġifieri r-riċerka dwar “materjal ta’ sostituzzjoni” ser tiżdied (kemm minħabba kunsiderazzjonijiet ambjentali kif ukoll kunsiderazzjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali).

1.7   Il-Kumitat jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li żżid l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u ttejjeb il-ħiliet. Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-proġett ULCOS (Ultra Low CO2 Steelmaking) fil-qafas tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Azzar (ESTEP). Il-Kumitat iħeġġeġ li fit-tieni parti tas-7 programm qafas issir reviżjoni tal-effiċjenza tal-programmi attwali u jistenna aktar koordinazzjoni u appoġġ f’dan il-qasam. Jeħtieġ li jsiru investimenti konsiderevoli fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tkompli tinbena l-bażi tal-ħiliet.

1.8   Il-kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali huma l-aktar kwistjonijiet importanti għall-industrija tal-metall li qed taffaċċja kompetizzjoni globali. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li għandu jkun hemm djalogu sod mal-pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet tal-politika kummerċjali. Madanakollu dawk l-istrumenti fil-qasam tal-politika kummerċjali, li jikkonformaw mar-regoli tad-WTO u li jaħdmu kontra l-prattiki li jiżvantaġġaw jew jiddiskriminaw lill-industrija tal-metall tal-UE għandhom jibqgħu disponibbli.

1.9   L-industrija tal-metall qed taffaċċja sfidi soċjali kbar bħal pereżempju:

aktar ristrutturar

ħaddiema li qed jikbru fl-età

kwalifiki ogħla

il-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà

Il-Kumitat jinsab kemxejn sorpriż li fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda miżuri jew rakkomandazzjonijiet relatati mal-aspett soċjali. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni (tkompli) tħeġġeġ id-djalogu soċjali fis-setturi kkonċernati għaliex huwa l-aħjar mezz li bih jistgħu jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.

2.   Ġustifikazzjoni u kontenut tal-komunikazzjoni

2.1   Il-Komunikazzjoni tiżen il-kompetittività tal-industrija tal-metall u tipproponi mezzi ta’ kif jista’ jsir progress f’dan il-qasam. Hija tkompli tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar il-politika industrijali tal-UE li ħabbret bosta inizjattivi fis-settur, inkluża Komunikazzjoni li tevalwa l-impatt tal-materja prima u l-provvista tal-enerġija fuq il-kompetittività tal-industrija tal-metall Ewropea (1). Hija tqis ukoll ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-politika industrijali li saret fl-2007 (2).

2.2   Bħala settur li juża ħafna enerġija, l-industrija tal-metall tintlaqat direttament mill-politiki tal-enerġija u l-bidla fil-klima tal-Komunità. F’Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew enfasizza “l-importanza kbira tas-settur tal-enerġija intensiva” u li “jinħtieġu miżuri ta’ nfiq effettivi biex titjieb kemm il-kompetittività kif ukoll l-impatt ambjentali ta’ industriji Ewropej bħal dawn”. F’dan il-kuntest, il-pakkett ta’ azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-klima u l-enerġija rinnovabbli tat-23 ta’ Jannar 2008 jagħraf il-qagħda speċifika tal-industriji li jużaw ħafna enerġija, li huma esposti direttament għall-kompetizzjoni globali.

2.3   Il-Kummissjoni tipproponi pakkett ta’ 16-il miżura fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent, l-istandardizzazzjoni, l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ħiliet, ir-relazzjonijiet esterni u l-politika kummerċjali.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Kif kien għamel fl-opinjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2006 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona: Qafas ta’ Politika għat-Tisħiħ tal-industrija tal-manifattura tal-UE — lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali (COM(2005) 474 finali), il-Kumitat jilqa’ b’mod ġenerali l-miżuri speċifiċi tal-Kummissjoni għas-setturi individwali bil-għan li tkabbar il-kompetittività u ttejjeb is-sigurtà tal-impjieg.

L-industrija tal-metall hija wieħed mill-aktar setturi importanti fil-katina tal-valur miżjud ta’ ħafna industriji. L-istimi industrijali juru li l-qligħ tas-setturi relatati mal-industrija tal-azzar huwa ta’ EUR 3 157 biljun u li huma jħaddmu 23 miljun ħaddiem (ara Appendiċi 1). Sfortunatament ma jeżistu l-ebda stimi għal setturi oħra tal-industrija tal-metall. Il-prodotti tal-azzar huma materjal importanti ħafna fis-settur tal-kostruzzjoni b’mod partikolari biex tinbena infrastruttura li tiffranka l-enerġija. Għalhekk il-kapaċità tal-UE li tkompli tiżviluppa u tadatta għall-bidla fil-klima tiddependi ħafna mill-istabbiltà tal-provvista tal-azzar fis-suq tal-UE.

3.2.1   Il-Kumitat jemmen li fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali huwa importanti ħafna li nenfasizzaw li l-valur miżjud tal-industrija tal-metall u s-setturi relatati magħha huwa kontribut essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea. Ir-rwol mexxej tal-industrija tal-metall Ewropea f’setturi differenti huwa l-bażi li fuqha tiddependi l-kompetittività ta’ oqsma industrijali oħra. Dan l-għarfien jeħtieġ li jinżamm fl-Ewropa u jkompli jiġi żviluppat.

L-industrija tal-metall hija esposta għall-kompetizzjoni globali u f’dawn l-aħħar snin għaddiet minn bidliet u ristrutturazzjonijiet radikali li ġabu magħhom żieda fil-kompetittività iżda wkoll postijiet tax-xogħol mitlufa. Madankollu, din ir-ristrutturazzjoni ma tistax tiġi spjegata biss permezz ta’ raġunijiet teknoloġiċi jew permezz tax-xewqa li tittejjeb il-produttività. Parti minnha hija kawża tal-fatt li ċerti proċeduri ta’ manifattura ġew ikkummissjonati barra mill-Ewropa (pereżempju l-produzzjoni tal-aluminju mhux maħdum) fejn l-ispejjeż tal-enerġija, l-obbligazzjonijiet ambjentali u l-qrubija lejn sors tal-materja prima kellhom rwol importanti. Il-proċess għadu ma spiċċax, ir-ristrutturazzjoni ser tkompli. Ir-ristrutturazzjonijiet li minnhom ser tgħaddi l-industrija fil-ġejjieni ser ikunu marbuta mal-globalizzazzjoni tal-ktajjen tal-valur miżjud (mill-materja prima sal-ipproċessar).

3.3   Minħabba fl-intensità enerġetika għolja tagħhom, dawn l-industriji huma affettwati b’mod partikolari mid-dibattitu attwali dwar il-ħarsien tal-klima. Il-kwistjoni kkonċernata f’dan ir-rigward mhijiex biss iż-żamma tal-kompetittività iżda wkoll is-salvagwardja tal-impjiegi fl-industriji kkonċernati. Għalhekk, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-3 ta’ Ġunju 2008, il-kunsill dwar il-kompetittività stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri “sabiex b’mod attiv ikomplu għaddejjin bid-diskussjonijiet mal-industrija u mal-pajjiżi terzi dwar l-approċċi settorjali, sabiex iħeġġu t-teħid ta’ miżuri effettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, u biex b’hekk tiġi indirizzata wkoll il-problema tal-carbon leakage”.

Il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-karatteristiċi tas-settur. Madanakollu jeħtieġ li jitqies il-fatt li din il-Komunikazzjoni tibni fuq ħidma li nbdiet fl-2004 u li l-industrija tal-metall mhix settur omoġenju.

3.4.1   Għad hemm nuqqas ta’ ċarezza rigward id-definizzjoni tas-setturi msemmija. Il-Kummissjoni tirreferi għall-kodiċi NACE 27 għad-definizzjoni tagħha, filwaqt li d-data fid-dokumenti (il-Komunikazzjoni u l-Anness) tirrappreżenta biss parti mis-sottosetturi (l-industrija primarja u l-ipproċessar parzjali tal-oġetti (semi-manufactured goods)). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta deskrizzjoni iżjed preċiża f’dan ir-rigward, b’mod partikolari peress li fil-kuntest tad-diversità tas-sottosetturi (26 settur industrijali f’ħames gruppi skont il-kodiċi NACE 27) u tal-istrutturi differenti (fl-industrija tal-materja prima il-maġġoranza tan-negozji huma negozji kbar filwaqt li fil-qasam tal-ipproċessar jeżistu ħafna SMEs) li jeżistu, huwa diffiċli li jsiru stqarrijiet ġenerali.

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tipproponi għadd ta’ miżuri mmirati lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-industriji kkonċernati. Dawn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-kuntest ta’ għanijiet politiċi, donnhom kontradittorji, oħra li qed tittratta l-Komunità fl-istess waqt. Il-Kumitat jiddispjaċih li ħafna mill-proposti huma wisq ġenerali u jitlob lill-Kummissjoni sabiex b’segwitu għal din il-komunikazzjoni, tħejji skeda b’lista ta’ miżuri konkreti li jolqtu lis-sottosetturi individwali wkoll. Dan huwa fattur importanti ħafna b’mod partikolari għax id-deċiżjonijiet li jolqtu l-investiment fl-industrija tal-metall huma deċiżjonijiet fuq perijodu medju jew fit-tul u ser jiġu influwenzati minn dawn il-miżuri.

3.5.1   Il-Kumitat iħeġġeġ biex flimkien mas-setturi kkonċernati, isiru studji dwar l-evoluzzjoni tad-domanda, tal-produzzjoni u tat-teknoloġiji fis-setturi individwali, li jibnu fuq l-esperjenzi tal-KEFA u li jiġu akkumpanjati minn proċess ta’ monitoraġġ u minn djalogu soċjali. L-industrija tal-azzar tista’ tittieħed bħala eżempju f’dan ir-rigward. It-Trattat tal-KEFA pprovda għal sistema tal-ġbir tad-data fl-oqsma tal-ħadid u l-azzar li marret lil hinn mill-qafas tal-istatistika ġenerali tal-industrija. It-Trattat tal-KEFA skada fl-2002 u wara, l-industrija Ewropea tal-azzar impenjat ruħha b’suċċess sabiex, għall-anqas fuq bażi temporanja, tkun tista’ tkompli tiġbor statistika fundamentali li mhix koperta mill-istatistika ġenerali tal-industrija. Din il-prattika ġiet applikata fil-livell Ewropew permezz tar-Regolament (KE) Nr. 48/2004. Il-Kumitat isejjaħ għall-estensjoni ta’ dan ir-regolament temporanju u jissuġġerixxi l-ġbir estensiv ta’ data simili f’oqsma oħra tal-industrija tal-metall għaliex kull ma jmur dejjem qed isir aktar evidenti l-fatt li l-istatistiki ġenerali tal-industrija mhumiex tajbin biżżejjed biex iservu ta’ bażi għal azzjoni politika konkreta.

4.   Kummenti speċifiċi dwar il-proposti tal-Kummissjoni

4.1   Il-politika tal-enerġija

4.1.1   Il-Kummissjoni tiddikjara sew li bidliet bħaż-żieda rapida fil-prezzijiet tal-gass u l-elettriku u r-restrizzjonijiet marbuta mal-assigurazzjoni tal-provvista permezz ta’ kuntratti fuq perijodu twil qegħdin jolqtu l-kompetittività tal-industrija tal-metall tal-UE.

4.1.2   Hemm bżonn li jittieħdu miżuri li jippermettu previżjoni aħjar tat-tendenzi tal-prezzijiet, li jiggarantixxu trasparenza ikbar fis-suq u li jiffaċilitaw l-għażla ħielsa tal-fornituri tal-enerġija. Azzjoni bħal din teħtieġ appoġġ leġiżlattiv u r-rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-prattiki mal-liġi Komunitarja.

4.1.3   Ir-reviżjoni tal-possibbiltajiet tal-kuntratti tal-provvista fuq perijodu twil hija wieħed mill-iktar mezzi importanti ta’ kif wieħed jista’ jipprevedi aħjar il-kundizzjonijiet tal-provvista. F’dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll il-limitu safejn il-fornituri tal-enerġija jistgħu jew ma jistgħux jieħdu sehem fl-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE.

4.1.4   Hemm bżonn li jinstabu soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet fl-infrastruttura tat-trasport tal-enerġija (netwerks trans-Ewropej) sabiex jiġi assigurat aċċess bla limitu għas-suq tal-enerġija għan-negozji kkonċernati kollha.

4.1.5   Iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli aktar ser isir fattur prinċipali għall-assigurazzjoni ta’ provvista indipendenti għall-industriji tal-UE. L-industrija tal-metall tikkontribwixxi għas-suċċess tal-politika tal-UE fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-enerġija (elettriku u sħana) minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-proċess tal-produzzjoni tal-azzar u l-ifran tal-kokk huma sors ta’ gassijiet prezzjużi — il-gass tal-kalkari tal-funderiji, il-gass tal-konvertituri (BOS — Basic Oxygen Steelmaking) u l-gass tal-ifran tal-kokk. Dawn il-gassijiet fihom proporzjonijiet differenti ta’ ossidu karboniku (sa 65 % fil-gass tal-konvertituri), dijossidu karboniku, nitroġenu u idroġenu (sa 60 % fil-gass tal-ifran tal-kokk). Minflok ma jinħlew u jinħarqu dawn imisshom jintużaw b’mod effettiv sabiex jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana. Sa ċertu punt, proċessi bħal dawn diġà jeżistu madanakollu jeħtieġ li jsiru sforzi akbar għall-iżvilupp ta’ dawn it-teknoloġiji.

4.1.6   Barra minn hekk, il-Kumitat jenfasizza l-fatt li huwa esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-politika tal-enerġija f’bosta opinjonijiet tiegħu (l-iktar waħda riċenti CCMI/052 u f’diversi opinjonijiet tat-TEN).

4.2   Il-politika ambjentali

4.2.1   Jeżisti numru kbir ta’ regoli ambjentali tal-UE li jolqtu lill-industrija tal-metall. Għall-industrija, l-implimentazzjoni u l-osservanza ta’ dawn ir-regoli tfisser l-isfida permanenti li jinstab bilanċ bejn id-diversi għanijiet tagħha (pereżempju l-prevenzjoni tal-emissjonijiet perikolużi tista’ twassal għal żieda fil-konsum tal-enerġija u dan jolqot ħażin lill-effiċjenza fl-użu tal-enerġija). M’hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li diversi oqsma tal-industrija tal-metall jaqgħu taħt is-setturi li jużaw ħafna enerġija u li huma esposti għal kompetizzjoni globali kbira fil-livell tal-prezzijiet. Is-setturi kkonċernati jipproduċu livelli għolja ta’ CO2. Jekk il-miżuri proposti mill-Kummissjoni dwar il-bidla fil-klima — u l-iktar it-tkabbir tal-ETS — jiġu applikati għall-industrija tal-metall mingħajr aktar restrizzjonijiet, dan jista’ jwassal għar-rilokazzjoni tal-investimenti (fattur li diġà qiegħed iseħħ illum il-ġurnata) u t-telf tal-impjiegi (riskju ta’ carbon leakage). Madankollu, l-impatt mixtieq fuq il-bidla fil-klima ma jistax jintlaħaq jekk il-pajjiżi kollha ma jaqblux ma’ dawn il-miri.

4.2.2   Għalhekk, l-ikbar prijorità għandha tingħata lill-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali u vinkolanti bi kriterji ċari li jiffaċċilitaw l-effikaċja u l-monitoraġġ bil-għan li jiġu evitati l-iżvantaġġi kompetittivi tal-industriji Ewropej u li tiġi miġġielda l-bidla fil-klima fuq livell globali.

Diversi setturi li jagħmlu parti mill-industrija tal-metall diġà investew ħafna fit-teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija. L-industrija Ewropea tal-azzar għandha rwol mexxej fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u ħafna negozji f’dan is-settur diġà laħqu l-limitu ta’ dak li huwa teknoloġikament possibbli fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet waqt il-produzzjoni. L-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’21 % sal-2020, meta mqabbla mal-emissjonijiet tal-2005, għandu jiġi indirizzat lis-setturi tal-ETS kollha (is-setturi li jipproduċu l-elettriku u l-industriji li jużaw ħafna enerġija) u d-distribuzzjoni tal-isforzi bejn is-setturi għandha ssir b’kunsiderazzjoni tal-kapaċità tal-industrija li tnaqqas l-emissjonijiet fil-qafas tal-limiti teknoloġiċi tagħha u mingħajr ma tintlaqat il-kapaċità tal-manifattura tagħha.

4.2.3.1   Il-Kunsill stabbilixxa li l-ftehimiet internazzjonali ppjanati ser jirriżultaw fil-mira ħafna iżjed ambizzjuża tat-tnaqqis sa 30 % tal-emissjonijiet tas-CO2. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jenfasizza li għandhom jiġu speċifikati b’mod ċar is-setturi li huma mistennija jiksbu dan it-tnaqqis. M’hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li dan ma jistax jintlaħaq biss fis-setturi li bħalissa huma koperti mill-ETS. Il-Kumitat jemmen li miżuri f’oqsma bħalma huma l-iżolazzjoni tal-bini, l-organizzazzjoni tat-trasport u t-traffiku u l-effiċjenza ġenerali tal-enerġija għandhom jaqdu rwol prominenti wkoll.

4.2.4   Il-Kumitat jemmen li l-prijorità ta’ kwalunkwe miżura l-ewwel u qabel kollox għandha tkun li tħeġġeġ l-aħjar teknoloġiji u dawk li jiffrankaw l-aktar enerġija u mbagħad ir-riċerka u l-iżvilupp sabiex jittejbu dawn it-teknoloġiji u jiġi żviluppat materjal ġdid. L-istandards tekniċi għandhom jitqiesu kemm huma u jittieħdu l-miżuri fil-livell tal-UE kif ukoll fin-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali dwar il-ħarsien tal-klima.

Il-Kummissjoni għandha tħejji, kemm jista’ jkun malajr, pjan rilevanti bil-miżuri ppjanati kollha u bil-passi meħtieġa sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza oħra fl-industrija. B’rabta ma’ dan, il-Kumitat jixtieq jiffereferi għal Artikolu 10b tal-Proposta tal-Kummissjoni dwar l-ETS (3).

4.2.5   Rigward id-Direttiva PKIT, il-Kumitat jappoġġja l-pjanijiet ta’ armonizzazzjoni tal-Kummissjoni, li, fost affarijiet oħra, se jgħinu sabiex titħejja leġiżlazzjoni aħjar u aktar sempliċi. Madankollu, bħala bażi għaċ-ċertifikazzjoni u t-tħaddim tas-siti industrijali, id-Direttiva kodifikata għandha tikkunsidra l-progress individwali tal-iżvilupp teknoloġiku. Il-kompetittività tal-industrija tal-metall tal-UE m’għandhiex titpoġġa f’riskju minnħabba obbligazzjonijiet li ma jikkorrispondux mal-possibbiltajiet teknoloġiċi.

4.2.6   Il-Kumitat jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, ir-regolament REACH u l-istandardizzazzjoni, iżda jistenna li dawn il-proposti individwali jiġu elaborati.

4.3   L-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-ħiliet

4.3.1   Il-Kumitat jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li żżid l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u ttejjeb il-ħiliet.

4.3.2   Il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tal-Azzar (ESTEP) taqdi rwol fit-tfassil tal-ġejjieni u dan permezz tal-proposti tagħha għal programmi ambizzjużi ta’ R&D favur il-kompetittività sostenibbli (fil-qafas tal-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka (SRA)). Il-prijoritajiet tal-aġenda huma li jnaqqsu l-piż ambjentali tal-proċessi u li jiżviluppaw prodotti moderni li għandhom valur miżjud u li għandhom ċiklu tal-ħajja iżjed effiċjenti. Il-proġett ULCOS pereżempju huwa l-ewwel proġett kbir tal-ESTEP. L-għan tiegħu huwa li jwassal għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tas-CO2. Attwalment, l-ULCOS huwa l-iktar proġett ambizzjuż madwar id-dinja kollha u diġà kiseb suċċess kbir wara li ntgħażlu erba’ teknoloġiji promettenti li għandhom jiġu vvalutati fuq skala industrijali u wara marbuta mat-teknoloġiji għall-Ġbir u l-Ħażna tal-Karbonju (CCS). L-ESTEP tagħti kontribut fil-ħarsien tal-klima u tinfluwenza wkoll il-qasam tal-enerġija permezz ta’ soluzzjonijiet rinnovvabbli għall-azzar ħafif li jolqtu pereżempju lis-setturi tal-vetturi u tal-kostruzzjoni, u permezz ta’ soluzzjonijiet effiċjenti ġodda għall-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija għall-ġejjieni (pereżempju l-enerġija mir-riħ).

4.3.3   L-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema huma essenzjali għall-ħolqien ta’ industrija Ewropea sostenibbli. Jenħtieġ investiment sinifikanti fil-bażi tal-ħiliet pereżempju billi jitħaddmu l-gradwati u billi jiġi żviluppat it-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-e-learning. Il-ksib ta’ dan l-għan soċjali jeħtieġ kemm l-appoġġ tal-UE kif ukoll tal-universitajiet (4).

4.3.4   Madankollu il-Kumitat jipproponi valutazzjoni tal-effikaċja tal-programmi attwali. Pereżempju, l-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tal-Azzar wasslet għal riżultati diżappuntanti wara l-ewwel sejħa għall-offerti tas-Seba “Programm Qafas (inqas minn 10 % f’termini ta’ rata ta’ suċċess) għax is-sejħiet ma jidhrux li jkopru l-prijoritajiet tal-Aġenda. Huwa mistenni appoġġ aħjar fit-tieni parti tas-Seba” Programm Qafas.

4.4   Ir-relazzjonijiet esterni u l-politika kummerċjali

4.4.1   Il-Kumitat jilqa’ l-istrateġija tal-Kummissjoni li tagħti prijorità kbira lill-bżonn li l-industrija tiġi pprovduta bil-materja prima li teħtieġ. Madankollu, tajjeb li wieħed jinnota li din mhijiex biss kwistjoni ta’ relazzjonijiet esterni u politika kummerċjali, hekk kif wera l-Kumitat fl-opinjoni tiegħu intitolata “L-industrija tal-minjieri mhux għall-enerġija fl-Ewropa” (CCMI/056). F’dan ir-rigward tajjeb li wieħed jenfasizza l-fatt li, fil-futur, l-importanza tar-riċiklaġġ tal-materja prima u t-tnaqqis tal-intensità tal-materjal jiġifieri r-riċerka dwar “materjal ta’ sostituzzjoni” ser tiżdied (kemm minħabba kunsiderazzjonijiet ambjentali kif ukoll kunsiderazzjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali).

4.4.2   B’mod partikolari għandu jitqies il-fatt li f’ħafna setturi tal-materja prima huma biss grupp żgħir ta’ kumpaniji internazzjonali li għandhom il-kapaċità li jiddettaw il-prezzijiet.

4.4.3   Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li għandu jkun hemm djalogu sod mal-pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet tal-politika kummerċjali. Madanakollu dawk l-istrumenti fil-qasam tal-politika kummerċjali, li jikkonformaw mar-regoli tad-WTO u li jaħdmu kontra l-prattiki li jiżvantaġġaw jew jiddiskriminaw lill-industrija tal-metall tal-UE għandhom jibqgħu disponibbli u għandhom jintbagħtu sinjali ċari li jindikaw li fejn ma jaħdimx id-djalogu ser jintużaw dawn l-istrumenti.

4.5   L-aspetti soċjali

4.5.1   Fid-dawl ta’ sfidi kbar bħal ħaddiema li qed jikbru fl-età (b’mod partikolari fl-industrija tal-azzar), eżiġenzi ġodda fejn jidħlu kwalifiki u bidliet strutturali kontinwi, il-Kumitat jinsab kemxejn sorpriż li fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda miżuri jew proposti għall-aspett soċjali tal-industrija.

4.5.2   Hemm bżonn li s-sigurtà u l-ħarsien tas-saħħa jingħataw attenzjoni partikolari għax l-industrija tal-metall hija waħda mill-industriji li huma esposti għal riskju kbir.

4.5.3   B’rabta ma’ dan, il-Kumitat jixtieq jenfasizza mill-ġdid l-importanza tad-djalogu soċjali.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  COM(2005) 474 finali, Anness II.

(2)  COM(2007) 374 finali, 4.7.2007.

(3)  COM(2008) 16 finali tat-23 ta’ Jannar 2008.

(4)  F’dan ir-rigward ta’ min isemmi li fl-industrija tal-metall diġà jeżistu inizjattivi għat-titjib/għaż-żieda tal-mobbiltà tal-ħaddiema fis-settur Ewropew tal-metall bħal pereżempju l-EMU Pass (www.emu-pass.com).


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/105


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar industriji bbażati fuq il-foresti innovattivi u sostenibbli fl-UE — Kontribut għall-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Impjiegi tal-UE”

COM(2008) 113 finali

(2009/C 175/20)

Nhar is-27 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar industriji bbażati fuq il-foresti innovattivi u sostenibbli fl-UE — Kontribut għall-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Impjiegi tal-UE

COM(2008) 113 finali.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur BURNS u l-korapporteur kien is-Sur STUDENT.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’167 voti favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Rakkomandazzjonijiet

Għar-raġunijiet imsemmija fl-opinjoni, il-KESE jirrakkomanda dan li ġej:

1.1   Li jitwessa’ l-kunċett tal-industriji bbażati fuq il-foresti sabiex jinkludi s-sidien tal-foresti u operaturi ekonomiċi oħra bħall-kuntratturi tal-foresti u b’hekk jiġu identifikati l-problemi u l-opportunitajiet mill-bidu tal-katina tal-valur.

1.2   Li jittejbu aktar, anki permezz ta’ studji, il-bażi ta’ data Ewropej eżistenti fejn jiġu rreġistrati l-volum u l-kwalità potenzjali tal-injam maħżun kollu, kif ukoll l-użu tal-injam (minn sorsi Ewropej u minn dawk importati) mill-industriji bbażati fuq il-foresti bl-għan li dawn ikunu kompleti, f’waqthom u komparabbli.

1.3   Li tiġi appoġġjata ż-żjieda fil-produzzjoni u l-mobilizzazzjoni (jiġifieri l-aċċess għall-injam u l-użu tal-injam) tal-injam mill-foresti tal-Ewropa u l-użu xieraq tiegħu għal bosta finijiet fil-livell nazzjonali.

1.4   Li titħeġġeġ żjieda fl-użu tal-injam u l-materjal b’bażi ta’ injam.

1.5   Li jiġu appoġġjati l-miżuri għat-titjib tal-profil tal-industriji bbażati fuq il-foresti.

1.6   Li ssir ħidmaattiva favur ir-rikonoxximent tar-rwol tal-injam u tal-prodotti tal-injam fit-tnaqqis tal-effetti tal-bidla fil-klima, eż. bħala riservi tal-karbonju.

1.7   Li jitħares is-settur mill-effetti negattivi tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet.

1.8   Li jitneħħew l-ostakoli għal-kummerċ fil-qasam tal-injam u l-prodotti tal-injam. Li jiġi żgurat kummerċ ħieles iżda ġust.

1.9   Li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tar-riċerka tal-industriji kif stabbilit fil-kuntest tal-Pjattaforma Teknoloġika tas-Settur ibbażat fuq il-Foresti (PTF), permezz tas-Seba’ Programm Qafas u programmi relatati.

1.10   Li l-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll l-industriji rilevanti jiġu mħeġġa jkomplu jsaħħu l-politiki, ir-regolamenti u l-programmi tal-UE li huma relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li huma marbuta mal-industriji bbażati fuq il-foresti, bil-għan li l-pajjiżi kollha tal-UE jilħqu l-istess livell f’dan il-qasam.

1.11   Li jiġu żviluppati kwalifiki u taħriġ vokazzjonali Ewropej għall-katina kollha bbażata fuq il-foresti u l-injam, skont il-ħtiġijiet tal-industrija.

1.12   Li l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali jiġu mħeġġa jirrikonoxxu u jużaw il-potenzjal tal-foresterija kummerċjali u l-industriji bbażati fuq il-foresti. Għandha tingħata l-attenzjoni mistħoqqa liż-żjieda tal-investiment fl-infrastrutturi tat-toroq u oħrajn fiż-żoni rurali.

1.13   Li, flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Foresti, jiġu żviluppati sistemi għall-evalwazzjoni tal-valur ekonomiku u soċjali tal-foresterija multifunzjonali u tas-servizzi li mhumiex marbuta mal-injam u jiġi żgurat li fil-futur dawn ikunu rikonoxxuti bħala partijiet konstitwenti ta’ industrija waħda, li tinkludi s-sidien tal-foresti, il-kuntratturi tal-foresti, eċċ.

2.   Sfond

2.1   Il-Komunikazzjoni dwar “l-Industriji bbażati fuq il-foresti innovattivi u sostenibbli fl-UE” (COM(2008) 113 finali, minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni”) u li fuqha hija bbażata din l-opinjoni, rat il-bidu tagħhafil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “L-istat tal-kompettitività tal-industriji bbażati fuq il-foresti u oħrajn relatati tal-UE” (COM(1999) 457 finali) u l-Komunikazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona (COM(2005) 474 finali). Barra minn hekk, hija marbuta mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti (COM(2006) 302 finali), li jkopri ħames snin (2007-2011) u għandu l-għan li jappoġġja u jsaħħaħ il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u r-rwol multifunzjonali tal-foresti permezz ta’ 18-il “azzjoni prinċipali”. Waħda minn dawn l-azzjonijiet (in-numru 17), b’mod partikolari, għandha l-għan li tħeġġeġ l-użu tal-injam u ta’ prodotti oħra tal-foresta minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli.

2.2   Il-Komunikazzjoni l-ewwel tindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-industriji bbażati fuq il-foresti, li d-definizzjoni tagħhom tinkludi l-industriji li jipproduċu l-polpa, il-karta u l-karti għall-ippakjar, l-industriji tax-xogħol tal-injam (bħal stabbilimenti fejn jisserraw l-injam il-kbir u panewijiet b’bażi ta’ injam) u l-industriji tas-sufra u tal-istampar. Din il-Komunikazzjoni ma tindirizzax direttament is-settur tal-foresterija li jipprovdi l-materja prima ewlenija tal-industriji bbażati fuq il-foresti — jiġifieri l-injam — u lanqas ma tindirizza l-gruppi l-oħra li għandhom negozji jew li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-foresta.

3.   Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni

3.1   Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tenfasizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-industriji bbażati fuq il-foresti u tindirizza kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni dinjija, il-bidla fil-klima, l-enerġija, il-provvista tal-injam, eċċ, u l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq il-kompetittività u l-qligħ li ser jara s-settur fil-ġejjieni.

3.2   L-industriji bbażati fuq il-foresti huma parti importanti tal-ekonomija Ewropea u sikwit jaqdu rwol importanti għaż-żamma tal-impjieg sostenibbli fiż-żoni rurali.

3.3   Il-problemi huma indirizzati permezz ta’ 19-il “azzjoni” li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji prinċipali:

a)

L-aċċess għall-materja prima (8 azzjonijiet)

b)

Il-politika dwar il-bidla fil-klima u l-leġiżlazzjoni ambjentali (4 azzjonijiet)

c)

L-innovazzjoni u r-Riċerka u l-Iżvilupp (4 azzjonijiet)

d)

Il-kummerċ u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (2 azzjonijiet)

e)

Il-komunikazzjoni u l-informazzjoni (azzjoni waħda).

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Il-KESE jilqa’ l-attenzjoni li ġibdet il-Kummissjoni għall-isfidi li qed jiffaċċjaw l-industriji bbażati fuq il-foresti u l-lista ta’ azzjonijiet proposta. Huwa jħeġġeġ li dawn ma jibqgħux biss proposti, iżda li jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli.

4.2   Għalkemm jifhem l-isfond u l-bażi tal-Komunikazzjoni, il-KESE jiddispjaċih mill-fatt li mhix qed tingħata attenzjoni, jew mhi tingħata l-ebda attenzjoni lill-operaturi fil-bidu tal-katina tal-valur, bħal pereżempju s-sidien u l-kuntratturi tal-foresti, jew lill-funzjonijiet l-oħra li ljaqdu l-foresti u li ġejjin mill-foresti (is-settur tal-foresterija (forest cluster)).

4.3   Il-KESE jħeġġeġ li tingħata akatr attenzjoni lill-bżonn ta’ foresterija li tħalli l-qligħ bħala prerekwiżit għall-kompetittività tal-katina kollha tal-valur. Il-foresterija li tħalli l-qligħ issaħħaħ il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM) u tipprovdi inċentivi għall-investiment fis-settur u provvista sikura tal-injam.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   Aċċess għall-materja prima

5.1.1   Il-KESE inkwetat li d-deċiżjonijiet li jolqtu l-foresterija u l-industriji bbażati fuq il-foresti mhumiex dejjem ibbażati fuq statistika kompleta, fil-ħin u komparabbli dwar id-disponnibbiltà u l-użu tal-injam mill-foresti tal-Ewropa. Dan iwassal għal nuqqas ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u l-objettivi stabbiliti ma jintlaħqux. Bl-istess mod, huwa importanti li nkunu nafu u nkunu nistgħu nbassru l-volum tal-injam li jintuża mill-industriji bbażati fuq il-foresti, kemm minn sorsi Ewropej kif ukoll minn dawk importati.

5.1.2   L-inizjattivi ta’ politika Ewropej, speċjalment dawk li jippromovu l-użu tal-bijomassa u tas-sorsi rinnovvabbli tal-enerġija, tefgħu piż addizzjonali fuq id-disponnibbiltà tal-materja prima (l-injam) għall-industriji bbażati fuq il-foresti, sa ċertu punt minħabba li tfaċċaw sussidji li jfixklu s-suq. Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-impatt tagħhom fuq l-industriji bbażati fuq il-foresti. Minħabba l-kompetizzjoni li kulma jmur dejjem tikber fil-qasam tal-materja prima tal-injam bħala sors ta’ enerġija, il-KESE huwa tal-fehma li l-użu tar-riżorsi tal-foresti għal finijiet differenti għandu jkun xieraq. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinvestiga aktar fil-fond il-kunċett ta’ “foresti ta’ enerġija” (‛short rotational wood’) sabiex jaqdu lis-suq tal-enerġija mill-bijomassa.

5.1.3   Is-suq għandu jiġi rregolat mill-mekkaniżmi normali tas-suq u m’għandux jiġi mfixkel minn skemi ta’ sussidji li jippromovu użu partikolari u mhux ieħor.

5.1.4   Għalkemm żjieda fl-importazzjoni tal-injam mhijiex soluzzjoni prattika għal din il-problema li qed toħroġ fid-dieher, dawn l-importazzjonijiet m’għandhomx jiġu mfixkla minn piżijiet kwantitattivi, leġiżlattivi jew oħrajn.

5.1.5   Il-KESE jemmen li l-unika soluzzjoni sostenibbli fuq il-perijodu fit-tul hija li jiżdied il-volum tal-injam mill-foresti tal-Ewropa billi

tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti eżistenti għall-produzzjoni ta’ injam li huwa kummerċjalment aktar vijabbli;

tiżdied l-art riservata għall-foresti sabiex il-provvista tal-injam tkun tista’ tlaħħaq aktar mad-domanda.

5.1.6   Il-KESE huwa tal-fehma li, minħabba l-importanza vitali li għandha l-materja prima għall-industriji bbażati fuq il-foresti, il-Komunikazzjoni missha ħadet ix-xoqqa f’moxtha biex tindirizza l-kwistjonijiet marbuta mas-sussidjarjetà, jiġifieri l-azzjonijiet fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali li jindirizzaw il-provvista tal-injam fil-perijodu fit-tul.

Huwa minnu li f’bosta pajjiżi tal-UE, l-inizjattiva li jitħawlu aktar foresti għal użu kummerċjali mhu qed tħalli l-ebda effet. Ir-raġunijiet ivarjaw, uħud mill-pajjiżi huma indifferenti u oħrajn jemmnu li jeżisti biżżejjed injam. Sadanittant, bosta studji jindikaw nuqqas ta’ injam fil-livell tal-UE (1).

5.1.7   Sabiex l-injam ikun jista’ jasal għand il-konsumaturi hemm bżonn ta’ infrastutturi tajbin kemm tat-toroq kif ukoll f’oqsma oħra. Investiment baxx fl-infrastruttura tat-toroq f’żoni rurali u remoti jżid l-ispejjeż tat-trasport. Pereżempju, trakk mgħobbi għaddej triq rurali, meta mqabbel ma’ trakk mgħobbi għaddej minn toroq lixxi, jiswa 75 % aktar (ħin u karburant) għal vjaġġ tal-istess distanza. Il-KESE inkwetat dwar in-n-nuqqas ta’ attenzjoni li rċeviet din il-kwistjoni mill-awtoritajiet nazzjonali jew sottonazzjonali. Barra minn hekk, restrizzjonijiet ta’ daqs u piż fuq it-trasport tal-injam huma fattur ieħor li jżid l-ispejjeż.

5.2   Il-politiki dwar il-bidla fil-klima u l-leġiżlazzjoni ambjentali

5.2.1   Matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, il-prodotti tal-injam jaħżnu l-karbonju, b’hekk jistgħu jintużaw bħala sostituti ta’ materjali oħra u jwasslu għal livell ħafna aktar baxxi ta’ CO2. Il-KESE jemmen li l-UE għandha tkun aktar attiva fil-promozzjoni tal-ħażna tal-karbonju mill-prodotti tal-injam u l-kontribut pożittiv li dawn jagħmlu għall-ġlieda kontra l-effetti tal-bidla fil-klima.

Ir-rwol pożittiv tal-injam għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ fil-Proċess ta’ Kyoto ta’ wara l-2010 u l-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħrfu dan ir-rwol fil-konferenzi tal-imsieħba li ffirmaw il-Protokoll ta’ Kyoto li ġejjin, COP14 (Poznan 2008) u COP15 (Kopenħagen 2009).

Il-Kummissjoni issottovalutat it-theddida tal-iskambju tal-emissjonijiet fuq l-industriji Ewropej tal-polpa u tal-karta u, sa ċertu punt, fuq is-settur tax-xogħol tal-injam, li huma affettwati mill-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet kemm direttament, peress li huma inklużi fis-sistema, kif ukoll indirettament, minħabba ż-żjieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku b’riżultat ta’ din l-iskema (2). Il-pjanijiet attwali għad-Direttiva dwar l-iskambju ta-emissjonijiet ser jitfgħu piż kbir fuq il-profitt tal-industrija u jistgħu jwasslu wkoll għall-għeluq jew ir-rilokazzjoni ta’ għadd ta’ kumpaniji. Ir-rilokazzjoni hija vijabbli għall-kumpaniji l-kbar biss; żgur li mhijiex possibbli għall-iżgħar intrapriżi Ewropej.

5.2.2.1   Id-Direttiva l-ġdida dwar l-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet fil-forma attwali tagħha tista’ twassal għal distorsjoni sinifikanti fis-suq u żvantaġġ kompetittiv għall-industrija Ewropea tal-karta u għas-setturi l-oħra li jużaw ħafna enerġija. Eventwalment tista’ twassal ukoll għal emissjonijiet tal-karbonju mill-kompetituri ewlenin fil-pajjiżi terzi li ma jiffaċċjawx l-istess piżijiet u spejjeż. Il-KESE jikkunsidra li huwa essenzjali li l-industriji tal-polpa u tal-karta u tal-panewijiet b’bażi ta’ injam jiġu rikonoxxuti bħala industriji li jużaw ħafna enerġija u li huma vulnerabbli għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan għandu jseħħ immedjatament. Il-KESE jemmen li huwa tard wisq li nistennew sal-2010 biex tittieħed deċiżjoni dwar liema setturi ser jibqgħu jirċievu l-allokazzjoni parzjalment bla ħlas tal-krediti tas-CO2.

5.3   L-innovazzjoni, ir-Riċerka u l-Iżvilupp, l-edukazzjoni u t-taħriġ

5.3.1   L-innovazzjoni u r-Riċerka u l-Iżvlupp ċertament ser jikkontribwixxu sabiex jiżguraw futur għall-industrija bbażata fuq il-foresti. Il-KESE jilqa’ t-twaqqif tal-Pjattaforma Teknoloġika tas-Settur ibbażat fuq il-Foresti u jitlob li fil-ġejjieni tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għall-bżonnijiet tas-sottosetturi kollha. Il-finanzjament għar-Riċerka u l-Iżvilupp fis-settur għandu jiżdied, b’mod partikolari fis-Seba' Programm Qafas u programmi relatati oħra, and għandu jimmira lejn l-użu innovattiv tal-materja prima u tal-prodotti.

5.3.2   Il-proċessi mfassla biex jinkoraġġixxu l-flessibbiltà fi ħdan l-Ewropa ma waqqfux miżuri siguri u aċċessibbli sabiex l-istudenti u l-impjegati fl-industrija bbażata fuq il-foresti jakkwistaw kwalifiki komparabbli u rikonoxxuti f’diversi ambiti u sabiex jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom bis-saħħa ta’ programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Id-diversi inizjattivi pilota fi ħdan il-programmi tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ukoll ma pproduċewx mezz li bih tista’ ssir bidla kollettiva fil-prattiki ta’ fuq il-post tax-xogħol li tiġi implimentata simultanjament f’arranġamenti nazzjonali. Dawn l-iżvantaġġi jillimitaw il-mobbiltà transkonfinali, iġibu fix-xejn l-ambizzjonijiet ta’ karrieri internazzjonali u jillimitaw l-aċċess ta’ min iħaddem għall-firxa sħiħa ta’ talenti fl-industrija bbażata fuq il-foresti. L-iżvantaġġi jistgħu jikkontribbwixxu wkoll għall-perċezzjoni komuni li, ġeneralement, il-kwalifiki disponibbli għall-impjiegi fis-settur tal-foresterija, tal-karta u tal-injam m’għandhom l-ebda valur.

5.4   Is-saħħa u s-sigurtà

5.4.1.   Bħal f’kull attività industrijali oħra, ix-xogħol fl-industriji bbażati fuq il-foresti jqiegħed is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’ċertu livell ta’ riskju. Għalkemm tul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin l-industrija wettqet sforzi sinifikanti f’dan il-qasam, għad hemm ħafna xi jsir. Barra minn hekk, peress li mhux l-Istati Membri kollha jiltaqgħu mal-istess problemi f’dan il-qasam, għandha tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lit-tfassil ta’ soluzzjonijiet konkreti għall-kundizzjonijiet individwali ta’ kull Stat Membru.

5.4.2.   L-aħħar tkabbir tal-UE ġab miegħu Stati Membri li l-bżonn tagħhom li jtejbu l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà huwa ħafna akbar milli hu ġeneralment il-każ fil-bqija tal-UE. Għaldaqstant, il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-importanza kemm ta’ strumenti finanzjarji tal-UE għall-industriji bbażati fuq il-foresti li joperaw f’dawn l-Istati Membri, kif ukoll ta’ livelli adegwati ta’ impenn f’dan il-qasam.

5.5   Il-kummerċ u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

5.5.1   L-industriji bbażati fuq il-foresti huma attivi fil-kummerċ globali u l-esportazzjoni hija importanti għaż-żamma tal-kompetittività. Il-KESE huwa mħasseb li l-esportazzjoni mill-kumpaniji tal-UE qed tiġi mfixkla bla bżonn minn ostakoli tariffarji u mhux tariffarji. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tagħti prijorità lit-tneħħija ta’ dawn l-ostakoli.

5.5.2   Il-KESE huwa mħasseb ukoll dwar il-miżuri li ħadu l-imsieħba kummerċjali l-kbar, bħar-Russja, li jaffettwaw ħafna l-provvista tal-materja prima tal-injam tal-UE u jwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni.

5.6   Il-komunikazzjoni u l-informazzjoni

5.6.1   Minkejja l-kontribut importanti tal-industriji bbażati fuq il-foresti fis-soċjetà u fl-ekonomija, il-perċezzjoni pubblika tagħhom mhijiex waħda tajba. Ħafna drabi, is-soċjetà u ċ-ċittadini ma jifhmux il-valur tal-foresti Ewropej (3). Fl-iskejjel, l-istudenti jitgħallmu li t-tqaċċit tas-siġar huwa ħażin u li d-dinja teħtieġ ħafna siġar. Il-qtugħ illegali tas-siġar u l-prattiki ħżiena fil-qasam tal-ġestjoni tal-foresti, pereżempju fl-Amerika t’Isfel, l-Ażja tax-Xlokk u reġjuni oħra jagħmlu ħsara lill-perċezzjoni ġenerali li għandu l-pubbliku tal-industrija tal-injam.

5.6.2   Id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-bidla fil-klima u l-bijoenerġija, huma okkażżjoni ewlenija għall-promozzjoni taż-żjieda fl-użu tal-injam u l-materjal b’bażi ta’ injam. Il-foresti jassorbu s-CO2 u l-karbonju jista’ mbagħad jinħażen fi prodotti b’bażi ta’ injam. Dawn l-argumenti dwar il-klima għandhom jintużaw sabiex itejbu l-perċezzjoni tas-settur kollu u tal-prodotti tiegħu; din hija kwalità unika tas-settur u għandha tiġi promossa flimkien ma’ aktar informazzjoni dwar il-valur kummerċjali tal-foresti tagħna.

5.6.3   Jeżistu bosta skemi ta’ promozzjoni li huma appoġġjati mill-industrija iżda l-impatt li kellhom fuq it-titjib tal-perċezzjoni tal-industriji bbażati fuq il-foresti huwa limitat. Jeħtieġ li dawn l-iskemi jiġu żviluppati u jitwasslu fl-iskejjel u fis-soċjetà kollha sabiex kulħadd jagħraf jifhem u jistma l-importanza tal-kultivazzjoni u l-użu tal-injam Ewropew.

5.7   Inħeġġu l-użu tal-injam

Il-Komunikazzjoni tiġbed ħafna attenzjoni għall-provvista tal-materja prima tal-industriji (ara punt 5.1.), iżda ma tindirizzax l-użu tal-injam u tal-prodotti b’bażi ta’ injam. Fil-mixja lejn produzzjoni u konsum aktar sostenibbli, jixraq li jkun hemm enfażi fuq it-tneħħija tal-ostakoli u tal-piżijiet leġiżlattivi, amministrattivi, finanzjarji u oħrajn sabiex b’hekk ikun hemm użu akbar tal-injam eż. fil-qasam tal-kostruzzjoni. B’mod ġenerali, il-KESE jemmen li l-politiki differenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi u r-rwol tal-injam u tal-prodotti b’bażi ta’ injam.

5.8   Il-foresterija multifunzjonali

Waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti tal-2006 hija li l-foresterija għandha ssir “multifunzjonali” u toffri lis-soċjetà benefiċċji oħra minbarra l-provvista tal-injam. Minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ data, il-valur preċiż mogħti lis-soċjetà mis-servizzi li mhumiex marbuta mal-injam (il-frott tal-foresti, il-faqqiegħ, il-mediċini tal-ħxejjex, il-kaċċa u t-turiżmu) ma ġiex stabbilit. Barra minn hekk, dawn in-negozji jiġġeneraw il-qligħ l-impjieg u l-opportunitajiet u għalhekk għandhom dritt li jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-foresterija.

Għalkemm jagħraf ir-rwol tal-“foresterija multifunzjonali”, il-KESE huwa mħasseb li bosta gvernijiet nazzjonali qed jitfgħu wisq enfażi fuq is-servizzi li mhumiex marbuta mal-injam bi ħsara lir-rwol kummerċjali tal-foresti bħala produtturi tal-injam.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  B’mod partikolari, studju li sar fl-2007 mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Id-disponnibbiltà u d-domanda tar-riżorsi tal-injam”, ibbażat fuq l-Istħarriġ Konġunt dwar l-Enerġija mill-Injam tal-2006.

(2)  Ibidem.

(3)  Ara “Perception of the wood-based industries — Qualitative study of the image of wood-based industries amongst the public in the Member States of the European Union” (Il-Perċezzjoni tal-industriji bbażati fuq l-injam — Studju kwalitattiv dwar il-perċezzjoni tal-industriji bbażati fuq l-injam fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea) (© Il-Komunitajiet Ewropej, 2002; ISBN 92-894-4125-9) mhux disponibbli bil-Malti. Dan l-istudju huwa disponibbli mis-sit: http://ec.europa.eu/enterprise/forest_based/perceptionstudy_en.pdf


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/109


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal “Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati”

COM(2008) 419 finali — 2008/0141 (COD)

(2009/C 175/21)

Nhar it-22 ta’ Lulju, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati

COM(2008) 419 finali — 2008/0141 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Greif.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’108 voti favur, 31 vot kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet: aktar Kunsilli tax-Xogħolijiet Ewropej u djalogu soċjali transkonfinali aħjar

1.1   Il-KESE jilqa’ b’mod espliċitu l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħadet il-passi biex tfassal liġi peress li n-negozjati mal-imsieħba soċjali Ewropej ma bdewx mill-ġdid b’konformità mal-Artikolu 138(4) tat-Trattat. Il-Proposta attwali tal-Kummissjoni hija maħsuba biex tadatta d-drittijiet tal-Kunsilli tax-Xogħolijiet Ewropej għar-realtajiet attwali tas-suq intern Ewropew. Il-KESE jinnota xi titjib sustanzjali fil-Proposta bil-ħsieb li l-bażi legali Komunitarja għall-Kunsilli tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi fl-Ewropa u għalhekk tiżgura aktar ċertezza legali u koerenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati.

1.2   Il-KESE jistenna li l-kjarifiki proposti u l-bidliet fit-test u fid-definizzjonijiet tad-Direttiva ser iwasslu biex il-ħidma tal-Kunsilli tkun aktar effettiva. Dan jgħin biex tinħoloq aktar ċertezza legali u titjib fl-applikazzjoni tad-Direttiva u b’hekk jitwaqqfu aktar Kunsilli. Il-KESE jindika wkoll l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet pragmatiċi li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli u għalhekk ma jkollhomx it-tendenza li jtellfu mill-kompetittività tal-kumpaniji imma li jsaħħuha. B’mod partikolari dan ifisser li:

Dawk li jmexxu l-kumpanija issa huma obbligati li jippreparaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitwaqqaf Kunsill.

L-imsieħba soċjali Ewropej ser ikunu involuti b’mod dirett fil-proċess tat-twaqqif tal-Kunsilli tax-Xogħolijiet Ewropej peress li jridu jiġu infurmati meta jkunu ser jibdew in-negozjati.

Il-ħidma ta’ kuljum tal-Kunsilli tista’ ssir aktar effettiva bil-possibbiltà tat-twaqqif ta’ kumitat magħżul, bit-twessigħ tal-ħiliet fuq il-bażi tat-taħriġ li għandu jiġi offrut lill-membri tal-Kunsill mingħajr telf ta’ pagi, u bl-għarfien tal-Kunsill bħala korp li jirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema b’mod kollettiv.

Kunsill li diġà jeżisti jista’ jadatta ruħu b’aktar faċilità għall-kundizzjonijiet il-ġodda peress li jista’ jitlob in-negozjar mill-ġdid tal-ftehimiet tal-Kunsilli, speċjalment fejn ikun qed isir bdil strutturali sustanzjali u b’hekk ikun impossibbli li jkun hemm garanzija li l-ħaddiema kollha ta’ grupp ta’ impriżi jkunu jistgħu jinżammu informati u jiġu kkonsultati b’mod vijabbli u li jikkonforma mal-istandard li jkun hemm qbil dwaru.

1.3   Madankollu, il-KESE jilmenta dwar il-fatt li l-verżjoni riformulata tad-Direttiva proposta ma ssegwix b’mod konsistenti biżżejjed l-għanijiet tagħha — li jinsabu fil-memorandum ta’ spjegazzjoni u fil-premessi — u li xi affarijiet jibqgħu mhux ċari. Dan japplika għall-punti li ġejjin b’mod partikolari:

Filwaqt li l-proposta mill-imsieħba soċjali tippreċiża aktar it-termini tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni, ir-regoli dwar ir-rabta tar-rappreżentazzjoni bejn il-livell nazzjonali u dak Ewropew b’mod loġiku u prattiku jibqgħu mhux ċari.

Id-definizzjoni tal-kompetenzi tal-Kunsill bħala transnazzjonali tillimita l-mandat aktar milli tagħmlu aktar preċiż kif kienet l-intenzjoni. “Transnazzjonali” għandha tkopri wkoll id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw stabbiliment wieħed biss fi Stat Membru tal-UE imma li ma jsirux f’dak l-Istat Membru.

Xi limitazzjonijiet fl-applikazzjoni u l- ambitu tad-Direttiva oriġinali baqgħu jew reġgħu ddaħħlu.

1.4   Il-prijorità tal-KESE hija li tittejjeb id-Direttiva tal-Kunsill sabiex l-applikazzjoni tagħha tkun aktar attraenti u n-numru ta’ Kunsilli jiżdied. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, fost affarijiet oħra, il-KESE jaqbel mal-għan li n-negozjati jibqgħu l-bażi ewlenija tal-ftehimiet tal-Kunsill. Dan jippermetti soluzzjonijiet aktar flessibbli mfassla skont il-ħtiġijiet tal-kumpanija individwali fl-isforz li jiġi ffurmat d-djalogu soċjali transnazzjonali b’konformità mal-ħtiġijiet partikolari ta’ kull każ individwali.

1.5   Biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet il-ġodda jġibu magħhom titjib fis-sustanza tal-ħidma tal-Kunsilli u fl-effiċjenza tagħhom, il-KESE jirrakkomanda li kwalunkwe nuqqas ta’ preċiżazzjoni u koerenza jitneħħew mit-test fl-istadji li ġejjin tal-proċess leġiżlattiv, u li t-titjib isir speċjalment f’dawn il-punti li ġejjin:

Il-limitazzjoni prevista għall-kompetenza transnazzjonali tista’ tillimita d-drittijiet u l-effikaċja possibbli tal-Kunsill, u għalhekk għandha terġa’ titqies. L-ebda korp li jirrappreżenta l-ħaddiema rilevanti m’għandu jinqata’ mill-fluss tal-informazzjoni fil-kwartieri internazzjonali ta’ kumpanija minħabba regoli li jillimitaw wisq.

Il-perjodu ta’ negozjati għandu jitqassar għal 18-il xahar, peress li l-esperjenza turi li ż-żmien li hemm bżonn biex jitwaqqaf Kunsill huwa iqsar u li m’hemmx bżonn ta’ iktar żmien. Għandu jkun hemm ukoll miżuri effettivi li jiżguraw li l-ebda msieħeb fin-negozjati ma jista’ jċedi r-responsabbiltà meta jitwaqqaf korp rappreżentattiv Ewropew.

Irid ikun hemm definizzjonijiet aktar preċiżi tal-proċessi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni biex tiżdied l-effikaċja u l-għarfien tal-Kunsilli, bil-kundizzjoni li dan jiġi kkonsultat meta jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-kumpanija u mhux meta dawn ikunu ser jiġu implimentati.

Ir-responsabbiltà tal-management li jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b’mod xieraq, kemm fil-livell transnazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali, trid titniżżel b’mod ċar. L-għan li jitjieb il-koordinament tad-dritt tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni bejn il-livelli differenti m’għandux jirriżulta f’ambigwitajiet ġodda jew limitazzjonijiet fuq dan l-obbligu.

Iż-żamma tal-limiti attwali għall-Kunsilli, jew l-introduzzjoni ta’ oħrajn ġodda, toħloq kunflitt mad-dritt bażiku Ewropew ta’ kull impjegat li jkollu informazzjoni f’waqtha u li jiġi kkonsultat.

Għandu jiġi ċċarat il-fatt li l-ftehimiet il-ġodda tal-Kunsill, li jsiru waqt il-perjodu tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali, jridu jkunu tal-anqas ta’ livell ekwivalenti għad-Direttiva attwali tal-Kunsill (Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE jew Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/74/KE), sabiex ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali jintlaħaq minn dawk kollha kkonċernati.

Biex ix-xogħol tal-Kunsilli jsir aktar effiċjenti u jkunu jistgħu jwettqu aħjar il-funzjoni tagħhom fil-kumpanija, id-Direttiva riformulata tal-Kunsill għandha għall-anqas tħeġġeġ żjieda fil-possibbiltajiet li jinżammu l-laqgħat; u b’mod ġenerali għandha tirrikonoxxi espliċitament li l-livelli legali għandhom jitqiesu bħala livelli minimi u li b’hekk, fuq kwalunkwe punt, l-Istati Membri dejjem jistgħu jtejbu t-traspożizzjoni tagħhom.

1.6   Il-KESE huwa konvint li dan it-tip ta’ titjib fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema ma jkunx biss kontribut ewlieni li jiżgura ġestjoni tajba u soċjalment responsabbli fl-Ewropa, iżda wkoll isaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-ekonomija Ewropea u fl-istess waqt ikun element ewlieni fil-mudell soċjali Ewropew.

2.   Introduzzjoni: kriterji ta’ valutazzjoni tar-riformulazzjoni proposta mill-Kummissjoni tad-Direttiva tal-Kunsill

2.1   Nhar it-2 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Ewropea ressqet Proposta biex tiġi riformulata d-Direttiva dwar it-twaqqif tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (1).

Il-KESE huwa sodisfatt ħafna li l-Kummissjoni Ewropea ħadet il-passi biex tfassal liġi bl-iskop li tadatta d-drittijiet tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet (il-Kunsilli) għall-kundizzjonijiet tas-suq intern Ewropew. F’din l-opinjoni, il-Kumitat iqis primarjament sa liema punt jistgħu jintlaħqu l-għanijiet li stipulat il-Kummissjoni Ewropea fil-Proposta tagħha, u tipprova tissuġġerixxi xi żjiediet jew bidliet għal dan l-iskop.

2.2   Il-KESE jibbaża l-pożizzjoni tiegħu fuq il-ħidma tiegħu dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, u dwar il-Kunsill b’mod partikolari (2). Il-Kumitat jenfasizza mill-ġdid ir-rwol pożittiv tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-livell nazzjonali u transnazzjonali biex jinġiebu ’l quddiem l-integrazzjoni soċjali, ekonomika u ekoloġika fl-Ewropa (l-għanijiet ta’ Liżbona) u r-rwol partikolari tal-Kunsill.

Ir-rwol tal- impriżi transkonfinali huwa importanti ħafna għas-suċċess tal-Ewropa. L-Ewropa tista’ tibqa’ teżisti f’ambjent ta’ kompetizzjoni globali jekk issegwi strateġija kwalitattiva li ma tħarisx biss lejn l-ispejjeż tan-negozju, iżda terfa’ wkoll ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji u l-involviment tal-impjegati fl-intrapriża. Għalhekk il-KESE jqis lill-Kunsill bħala strument ta’ politika tal-UE importanti għat-tisħiħ tal-bażi tal-kooperazzjoni bejn l-atturi ekonomiċi prinċipali fil-kuntest ta’ strateġija Ewropea ta’ sostenibbiltà. Dan huwa l-mod kif il-kumpaniji jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom għas-soċjetà Ewropea. Peress li l-impenn u l-ħiliet tal-impjegati huma meħtieġa għall-istrateġija Ewropea tal-kwalità fil-kompetizzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom hija aspett deċiżiv fil-ġestjoni b’suċċess tal-kumpanija.

2.3   Il-KESE jikkunsidra l-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea bħala r-riżultat loġiku ta’ proċess twil ta’ diskussjoni politika. L-opinjoni tiegħu tirreferi għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ġew adottati fl-2001 (3), fl-2006 u fl-2007 (4), u għad-dikjarazzjoni konġunta tal-imsieħba soċjali tal-2005 (5).

Dawn id-dokumenti ffukaw fuq kwistjonijiet li hemm referenza għalihom fil-ftehima attwali tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar it-titjib tal-Proposta tal-Kummissjoni, fosthom: definizzjoni aħjar tad-dritt tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni, bl-għan li l-impjegati jingħataw opportunitajiet ġenwini biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-kumpanija; titjib fid-dritt tal-parteċipazzjoni tal-għaqdiet tal-ħaddiema; u titjib fit-tħaddim tal-Kunsilli, pereżempju billi jiġu offruti l-opportunitajiet tat-taħriġ u jingħata ħlas għalihom. Raġuni oħra li ngħatat għar-reviżjoni tad-Direttiva kienet il-ħolqien ta’ qafas legali koerenti u effiċjenti li jegħleb in-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni tal-Kunsill fil-liġi nazzjonali.

2.4   Il-KESE huwa sodisfatt li f’dan il-kuntest l-imsieħba soċjali Ewropej aċċettaw il-Proposta attwali tal-Kummissjoni bħala l-bażi tar-reviżjoni tad-Direttiva u jinnota l-pożizzjonijiet komuni fuq diversi punti importanti li għandhom jitqiesu fil-proċess ta’ reviżjoni ulterjuri. Il-KESE japprezza b’mod espliċitu dan il-kunsens u qed iqis il-punti li dwarhom hemm diskussjoni fil-proposti tiegħu, peress li dan jgħin biex jintlaħqu l-iskopijiet tal-abbozz ta’ direttiva.

2.5   Il-KESE jaqbel mal-għanijiet tad-Direttiva riformulata tal-Kunsill, li ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala kruċjali fil-Proposta tagħha tat-2 ta’ Lulju 2008 (6):

it-titjib fiċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, jiġifieri min iħaddem u l-ħaddiema;

il-garanzija li d-drittijiet tal-ħaddiema għal informazzjoni u konsultazzjoni transnazzjonali huma effettivi fl-Ispazju Ekonomiku Ewropew u fl-UE biex titjieb l-effiċjenza tal-Kunsill;

it-titjib fl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill u għalhekk fuq kollox żjieda fin-numru ta’ Kunsilli li jitwaqqfu;

it-titjib fil-koerenza bejn id-direttivi Ewropej dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema.

3.   Titjib fiċ-ċertezza legali — il-garanzija li l-liġijiet tal-UE dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni jkunu koerenti

3.1   Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE għandha l-ħsieb li tagħti d-definizzjoni tal-proċessi tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema fl-istess livell tal-istrumenti legali Komunitarji l-oħra u b’hekk tissemplifika l-qafas legali.

Il-KESE japprezza dan l-għan b’mod espliċitu, dan jissemma kemm-il darba fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta, iżda jinnota li jekk wieħed jifli bir-reqqa t-test tal-Kummissjoni jinduna li l-intenzjoni titwettaq biss parzjalment.

Bħala eżempju wieħed jista’ jieħu l-verżjoni riformulata tal-limitazzjoni tal-kompetenza tal-Kunsill b’rabta mal-affarijiet transnazzjonali:

3.2.1   Il-fatt li d-dispożizzjonijiet marbuta man-natura transkonfinali tad-deċiżjonijiet ta’ kumpanija tneħħew mir-rekwiżiti ta’ sussidjarjetà attwali u tpoġġew fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Proposta tal-Kummissjoni jfisser li l-Kunsill issa jista’ jindirizza kwistjoni biss jekk id-deċiżjoni tal-kumpanija tikkonċerna jew l-intrapriża kollha jew tal-anqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f’żewġ Stati Membri differenti.

3.2.2   Din il-limitazzjoni għall-kompetenza transnazzjonali li ddaħħlet fit-test tad-Direttiva mhix prattikabbli u fil-fehma tal-Kumitat, bla għaqal. Pereżempju, tista’ twassal biex xi ħaddiema fi Stat Membru tal-UE jispiċċaw jinqatgħu mill-ogħla livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’każ ta’ kumpanija multinazzjonali li għandha l-kwartieri tagħha fi Stat Membru ieħor tal-UE li tkun ħadet deċiżjoni li twassal għal bidliet kbar fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk il-ħaddiema. Skont id-definizzjoni l-ġdida, f’dan il-każ l-intrapriża/impriża ma tkunx obbligata tinforma u tikkonsulta lill-Kunsill.

3.2.3   Fil-fehma tal-Kumitat, xorta hemm bżonn ta’ garanzija li l-Kunsill jipparteċipa fuq bażi ta’ rutina fid-deċiżjonijiet ta’ kumpanija li mad-daqqa t’għajn jidhru li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed tal-UE iżda li huma parti minn deċiżjoni li għandha implikazzjonijiet transnazzjonali. Għalhekk il-KESE jirrakkomanda li Artikolu 1(4) jinbidel biex ikun żgurat li — b’konformità mal-premessa 12 tal-verżjoni l-ġdida — “ħaddiema tal-impriżi fuq skala Komunitarja jiġu infurmati u kkonsultati kif jixraq meta jittieħdu deċiżjonijiet illi jaffettwawhom fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn ikunu impjegati” jew li jaffettwaw l- impriżi kollha. Ikun xi jkun il-każ, il-kompetenza tal-Kunsill m’għandhiex tiġi limitata mir-riformulazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill.

Id-definizzjonijiet riformulati tal-proċessi tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni f’Artikolu 2 jistgħu jitqiesu tajbin fil-prinċipju, iżda xorta ma jissodisfawx l-istqarrija tal-Kummissjoni li qed tadatta l-bażi legali Komunitarja f’dan il-qasam.

3.3.1   Għalkemm huwa ċċarat fir-rekwiżiti sussidjarji annessi mad-Direttiva tal-Kunsill, kif meħtieġ mil-liġi, li l-konsultazzjoni trid issir b’mod li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu jistgħu jiddiskutu ir-risposta tal-management għall-opinjoni tal-Kumitat qabel ma tittieħed id-deċiżjoni mistennija, dan ma jagħmilx dawn ir-regoli standard b’mod awtomatiku għall-Kunsilli kollha.

3.3.2   Hija biss proposta konġunta tal-imsieħba soċjali Ewropej, li ddaħħal id-definizzjonijiet preċiżi li ġejjin f’Artikolu 2, li tiżgura ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali hawnhekk:

Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni pprovduta jridu jkunu tali li jippermettu r-rappreżentanti tal-ħaddiema jqisu b’mod dettaljat kwalunkwe effett tad-deċiżjonijiet mistennija sabiex jippreparaw għal konsultazzjoni possibbli mar-rappreżentanti tal-management kompetenti.

Il-Konsultazzjoni trid tinftiehem bħala proċedura li tippermetti lill-Kunsill li jressaq il-proposti tiegħu f’perjodu ta’ żmien li jippermetti lill-management tal-kumpanija li jqishom, sakemm il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni ikun għadu għaddej.

3.3.3   F’dan il-kuntest, il-KESE jixtieq jindika wkoll inkonsistenza fit-test f’punt 3 tar-rekwiżiti sussidjarji (Anness I), fejn id-drittijiet tar-rappreżentati tal-ħaddiema huma mħarsa f’ċirkustanzi eċċezzjonali:

Il-Proposta l-ġdida tal-Kummissjoni tgħid li dawn id-drittijiet japplikaw ukoll meta jittieħdu “deċiżjonijiet” li jaffettwaw l-interessi tal-impjegati b’mod konsiderevoli. Il-KESE jaħseb li r-referenza għandha tkun għal “miżuri previsti”. Inkella t-test ma jkunx konsistenti mal-idea fil-bqija tat-test tal-Kummissjoni ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’waqtha. Il-Kumitat jitlob li d-diskors jiġi ċċarat f’dan is-sens.

3.4   Il-KESE japprezza l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Artikolu 12 li ttejjeb il-koordinament tal-kompetenzi u għalhekk il-qsim tax-xogħol bejn il-korp transnazzjonali u l-livell nazzjonali ta’ rappreżentazzjoni tal-interessi, u li toħroġ distinzjoni aktar ċara bejniethom. Madankollu, għandu wkoll riżervi hawnhekk dwar jekk dan il-għan intlaħaqx b’mod adegwat.

Huwa fl-interess ta’ dawk kollha kkonċernati li r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livelli differenti ma jirċevux informazzjoni dwar l-istess kwistjoni fi żminijiet differenti. Għalhekk irid jiġi żgurat fit-test tad-Direttiva li kemm il-Kunsill kif ukoll ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell nazzjonali jiġu infurmati dwar deċiżjonijiet previsti li x’aktarx ser iwasslu għal bdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew ir-relazzjonijiet kuntrattwali. Dan ġie enfasizzat ukoll mill-imsieħba soċjali Ewropej fil-ftehima tagħhom.

3.5   Il-KESE huwa sodisfatt li skont l-Artikolu 12(5) tal-Proposta tal-Kummissjoni, il-livelli mtejba fid-Direttiva tal-Kunsill riveduta ma jistgħux jintużaw — permezz tal-armonizzazzjoni tal-ligijiet nazzjonali u Ewropej — biex ixekklu livelli aktar għoljin li diġà ġew stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

Il-KESE jemmen li l-kliem “m’għandhiex tkun bħala bażi suffiċjenti għal tnaqqis” fil-Proposta tal-Kummissjoni tista’ tinftiehem ħażin u ma tiggarantixxix dan il-għan. Il-KESE jixtieq li t-test tad-Direttiva jiċċara li dan jirreferi għar-rekwiżit f’punt 36 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni li m’għandu jkun hemm l-ebda tnaqqis “fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-impjegati” fil-livell nazzjonali.

3.6   Il-KESE jilqa’ l-emendi proposti għad-dispożizzjonijiet li jistipulaw li m’għadux possibbli li ftehima tal-Kunsill tiggarantixxi li l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati kollha jistgħu jsiru fil-livell miftiehem (Artikolu 6(2)(g), 13(2) u 13(3)).

Il-kjarifiki f’Artikolu 13(3) huma milqugħa b’sodisfazzjoni, peress li jiżguraw li l-arranġamenti eżistenti jibqgħu validi waqt in-negozjati.

Madankollu, il-KESE jixtieq li jkun hemm obbligu li r-rekwiżiti sussidjarji jiġu applikati jekk in-negozjati jfallu, kif jiġri skont Artikolu 7 fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim. Il-leġiżlazzjoni trid toffri ċertezza li m’hemm l-ebda nuqqas fir-rappreżentazzjoni fil-livell transnazzjonali waqt negozjati ġodda.

3.7   Fl-aħħar, il-KESE japprezza wkoll l-isforz tal-Kummissjoni fil-Proposta tagħha li tistabbilixxi mandat ta’ rappreżentazzjoni kollettiva għall-Kunsill. Dan huwa milqugħ ukoll b’mod espliċitu mill-imsieħba soċjali Ewropej, għalkemm fid-dikjarazzjoni tagħhom jenfasizzaw li l-Kunsill irid ikollu r-riżorsi meħtieġa biex jissodisfa l-mandat tiegħu b’konformità mad-Direttiva.

4.   Il-garanzija li l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jkun effettiv — titjib fl-effiċjenza fil-ħidma ta’ negozju ta’ kuljum

4.1   Il-KESE diġà ġibed l-attenzjoni għar-rwol ewlieni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, u nnota li l-membri tagħhom huma “kommessi direttament u b’mod attiv li joħolqu soċjetà [Ewropea] ġdida” (7).

Ir-regolamentazzjoni Ewropea għalhekk trid tiżgura li l-Kunsill ikollu l-mezzi biex jissodisfa b’mod effettiv kemm ir-rwol demokratiku kif ukoll dak ekonomiku. B’mod partikolari, iridu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa mill-Kunsill kif ukoll l-opportunitajiet ta’ komunikazzjoni u taħriġ. L-imsieħba soċjali Ewropej saħqu fuq dan ukoll.

4.2   Il-Proposta tal-Kummissjoni tilħaq dawn ir-rekwiżiti billi għall-ewwel darba kkonċediet b’mod espliċitu lill-membri tal-Kunsill mill-Istati Membri kollha tal-UE l-faċilità li jkomplu jitħarrġu mingħajr tnaqqis fis-salarju, fuq il-bażi diretta tal-mandat tal-Kunsill.

L-opportunità li l-ħiliet jitwessgħu żgur li ser tkun ta’ kontribut għat-titjib fl-effiċjenza u l-prestazzjoni. Iżda kien ikun aktar konsistenti kieku ġie ċċarat li l-ispejjeż għal dan it-taħriġ isiru mill-kumpanija skont il-prattiki tas-soltu.

4.3   L-intensità u l-frekwenza tal-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Kunsill huwa fattur ieħor li jaffettwa l-prestazzjoni. Għalhekk il-KESE japprezza xi titjib li hemm fil-Proposta tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward:

Għalhekk il-Kunsill jista’ jkollu “kumitat magħżul” fil-ftehima (Artikolu 6(e)) biex iwettaq ħidma ta’ ġestjoni u koordinament. Il-kumitat jista’ jkollu sa ħames membri u jiltaqa’ fuq bażi regolari, b’konformità mad-dispożizzjoni l-ġdida f’punt 1(d) tal-Anness I tad-Direttiva.

Għall-impjegati u l-management tal-kumpanija dan iservi bħala punt ta’ kuntatt affidabbli u permanenti fil-livell transnazzjonali, speċjalment f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

4.4   Madankollu, il-KESE jħoss li din ix-xewqa li jissemplifika x-xogħol prattiku tal-Kunsill mhix segwita b’mod konsistenti:

L-esperjenza prattika tissuġġerixxi li l-Kunsilli jaħdmu b’mod effiċjenti meta l-intrapriża tipprovdi faċilitajiet adegwati ta’ komunikazzjoni. Il-KESE josserva li dan jintlaħaq fuq kollox f’impriżi fejn is-soltu jkun hemm iktar minn laqgħa waħda fis-sena, li magħhom ikun hemm ftit qabel u ftit wara laqgħat preparatorji mingħajr il-management. Bosta drabi l-qbil fuq dan l-approċċ jintlaħaq fuq bażi volontarja, li jmur lil hinn mir-rekwiżiti legali. Il-KESE għalhekk jemmen li Direttiva tal-Kunsill riformulata għadha tal-anqas tinkoraġġixxi li jkun hemm iktar opportunitajiet ta’ laqgħat billi b’mod espliċitu tagħraf il-livelli legali bħala livelli minimi.

4.5   Il-KESE jixtieq jagħmel xi osservazzjonijiet ġenerali f’dan il-punt li meta l-Istati Membri tal-UE jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill il-ġdida fil-liġi nazzjonali jistgħu jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tad-Direttiva meta jkunu qed jistabbilixxu r-riżorsi meħtieġa għax-xogħol tal-Kunsill:

Pereżempju, dan hu relevanti fil-każ tal-obbligu fuq il-membri tal-Kumitat — li ġie stabbilit fl-Artikolu 10(2) riformulat, żjieda milqgħuha tajjeb — li jinfurmaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-istabbiliment jew, fl-assenza tagħhom, il-forza kollha tax-xogħol, dwar il-firxa u r-riżultat tal-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fil-Kunsill.

Il-KESE jqis li meta tkun qed tiġi implimentata d-Direttiva l-Istati Membri huma mistennija li jiggarantixxu li jkun hemm trasmissjoni effiċjenti tal-informazzjoni bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali tar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Pereżempju, ikun jagħmel sens li hawnhekk ikun hemm regoli li jippermettu l-aċċess dirett għall-istabbilimenti, tal-anqas għar-rappreżentanti tal-pajjiż u l-membri tal-kumitat tat-tmexxija. Għandu jkun possibbli wkoll li tiġi organizzata laqgħa tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell nazzjonali sabiex tingħata informazzjoni dwar jekk hemmx iktar stabbilimenti milli rappreżentanti tal-Kumitat f’xi Stat Membru tal-UE u korpi ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema li għadhom ma twaqqfux fost l-istabbilimenti.

4.6   L-esperjenza prattika mill-ħidma tal-Kunsill tissuġġerixxi li l-firxa tas-suġġetti koperti mill-konsultazzjoni m’għandhiex tkun ristretta b’mod definittiv għal-lista msemmija fir-rekwiżiti sussidjarji (punt 1(a), Anness I). L-esperjenza turi li l-Kunsill jista’ jiġi kkonsultat fuq ħafna kwistjonijiet oħra barra mill-bidla strutturali.

Id-djalogu ma’ numru kbir ta’ amministraturi tal-kumpaniji jindika li spettru ħafna aktar wiesa’ huwa possibbli, li jinkludi pereżempju kwistjonijiet bħalma huma t-taħriġ ulterjuri, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u l-ħarsien tad-data. Il-KESE kien jistenna li dan ikun imdaħħal fir-reviżjoni tal-bażi legali tal-Kunsill, u li l-Kunsill jingħata wkoll id-dritt li jipproponi xi kwistjonijiet.

4.7   Il-KESE japprova l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippromovi l-parteċipazzjoni tal-kategoriji kollha tal-ħaddiema fil-Kunsilli. Għal dan il-għan, ifakkar fil-proposta li jiġi inkluż ukoll il-persunal maniġerjali, proposta li diġà saret f’opinjonijiet preċedenti.

5.   Titjib fl-applikazzjoni tad-Direttiva u ż-żjieda fin-numru ta’ Kunsilli li jitwaqqfu

5.1   L-infrastruttura demokratika Ewropea bħalissa qed tingħata l-ħajja minn aktar minn 12 000 membru tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej f’xi 850 kumpanija li qed joperaw b’mod transnazzjonali. Hemm kunsens li l-Kunsilli jtejbu d-djalogu soċjali f’dawk il-kumpaniji u jikkontribwixxu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar u għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet. Huwa fl-interess iddikkjarat tal-Kummissjoni Ewropea stess li żżid in-numru ta’ Kunsilli li jkunu koperti mid-Direttiva. Din l-idea għandha l-appoġġ tal-KESE wkoll.

Il-Kumitat jemmen li biex tikber il-possibbiltà li l-Kunsilli jitwaqqfu fil-futur, il-verżjoni riformulata tad-Direttiva jrid ikollha regoli u miżuri effettivi f’Artikolu 11 (2) li jagħmlu l-applikazzjoni tagħha aktar attraenti u li jsir aktar diffiċli biex tiġi evitata jew mhux applikata b’mod irregolari, kif kienet l-intenzjoni f’dokument tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali (8).

5.2   Din il-verżjoni tal-abbozz ta’ rifomulazzjoni turi li l-Kummissjoni Ewropea tqis li l-imsieħba soċjali Ewropej għandhom sehem importanti ħafna u ta’ responsabbiltà kbira fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill.

Għalhekk Artikolu 5(2)(c) idaħħal obbligu ġdid li l-partijiet soċjali fil-livell Ewropew jiġu informati dwar il-bidu tan-negozjati u l-kompożizzjoni tal-korp speċjali tan-negozjazzjoni li jrid jitwaqqaf.

B’hekk ir-rwol pożittiv li jaqdu l-għaqdiet tal-ħaddiema (Ewropej) u l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem — dan hu fatt magħruf mill-esperjenza preċedenti — fl-appoġġ tan-negozjati u n-negozjati mill-ġdid tal-ftehimiet tal-Kunsill (Artikolu 5(4) u punt 39 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni) huwa rikonoxxut b’mod espliċitu.

5.3   B’rabta ma’ dan, il-KESE japprezza wkoll it-titjib ċar li sar mill-Proposta tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni waqt il-fażi tat-twaqqif tal-Kunsill.

Għalhekk il-management tal-kumpanija jrid iwassal l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-kumpanija u l-forza tax-xogħol meħtieġa għall-bidu tan-negozjati lill-partijiet kollha (Artikolu 4(4)).

Din il-kjarifika meħtieġa fil-futur għandha tgħin biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ qbil dwar dan il-punt. Qabel, il-problemi kien ikollhom jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kemm-il darba (9).

5.4   Il-KESE jemmen li il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej jistgħu jitwaqqfu aktar malajr jekk l-iskadenza legali stabbilita għall-konklużjoni tal-ftehima, meta jinbdew in-negozjati, tkun ħafna iqsar.

Il-perjodu attwali ta’ tliet snin ta’ negozjati ma jidhirx li huwa utli wisq fil-prattika peress li huwa twil wisq. Ħafna min-negozjati tal-Kunsill ġew konklużi fi żmien ħafna iqsar.

F’każijiet kruċjali, l-iskadenza twila wasslet għal interruzzjonijiet u dewmien fin-negozjati. Dan wassal biex f’xi każijiet ma ntlaħqux ftehimiet li jilħqu l-livelli stabbiliti f’Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill.

Għalhekk il-KESE jissuġġerixxi li fid-Direttiva l-ġdida it-tul massimu għan-negozjati għandu jitnaqqas, pereżempju għal 18-il xahar, kif kien diġà ppropona l-Parlament Ewropew fl-2001.

5.5   Fl-aħħar, il-KESE jisħaq fuq it-tama tiegħu li jitwaqqfu Kunsilli ġodda fil-perjodu li d-Direttiva riveduta tiġi trasposta f’liġi nazzjonali. Il-Kumitat qed jassumi li l-ftehimiet biex jitwaqqfu korpi ġodda waqt dan il-perjodu jkunu kompletament konformi mal-livelli stabbiliti f’Artikolu 6 tad-Direttiva attwali 94/45/KE, jew il-verżjonijiet trasposti tagħhom fil-liġi nazzjonali, u li dawn il-ftehimiet jkollhom ukoll validità legali skont id-Direttiva l-ġdida.

5.6   Il-limiti u r-restrizzjonijiet attwali: il-KESE jinnota li l-verżjoni riformulata tad-Direttiva tal-Kunsilli proposta mill-Kummissjoni żżomm il-limiti għat-twaqqif tal-Kunsilli, teskludi gruppi ta’ ħaddiema minn setturi partikolari (pereżempju tal-bastimenti tal-merkanzija), u tillimita l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fl-affarijiet ekonomiċi (gwida ideoloġika). Saħansitra ddaħħal limitu ġdid ta’ “mill-inqas 50 impjegat” għal kull Stat Membru għar-rappreżentazzjoni fil-livell transnazzjonali. Dan ma jqisx il-fatt li f’ħafna Stati Membri jistgħu jiġu stabbiliti korpi li jirrappreżentaw lill-ħaddiema anke f’livelli iktar baxxi. Għaldaqstant f’artikolu 5(2)(b) (kompożizzjoni ġdida tal-korp speċjali tan-negozjati) u 5(1)(c) tal-Anness I — Il-Ħtiġijiet Sussidjari (il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew) tal-Proposta tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rappreżentanza nazzjonali tal-ħaddiema.

Hawn, il-KESE jara kunflitt importanti mad-dritt bażiku Ewropew ta’ kull impjegat li jkollu informazzjoni f’waqtha u li jiġi kkonsultat meta jkun ser jiġi affettwat minn deċiżjoni. Il-KESE kien jistenna li dan ukoll jitqies fid-Direttiva riformulata.

Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  COM(2008) 419 finali.

(2)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-applikazzjoni fil-prattika tad-Direttiva tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (94/45/KE) u dwar kwalunkwe aspett tad-direttiva li jista’ jkollu bżonn li jiġi rivedut”, rapporteur: is-Sur Piette, ĠU C 10, 14.1.2004 (mhux disponibbli bil-Malti); l-opinjoni tal-KESE dwar “Id-djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tal-impjegati, fatturi essenzjali għall-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla industrijali”, rapporteur: is-Sur Zöhrer, ĠU C 24, 31.1.2006 (mhux disponibbli bil-Malti); u l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej: rwol ġdid fil-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea, rapporteur: is-Sur Iozia”, ĠU C 318, 23.12.2006, (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  Ibbażat fuq ir-rapport tal-Parlament Ewropew tas-16/7/2001, rapporteur: is-Sur Menrad (A5-0282/2001 finali).

(4)  P6-TA (2007)0185.

(5)  Il-programm ta’ ħidma konġunta tal-imsieħba soċjali Ewropej 2003-2005. Ara wkoll id-dikjarazzjoni konġunta tas-7 ta’ April 2005X’tgħallimna dwar il-Kunsilli tax-Xogħolijiet Ewropej (mhux disponibbli bil-Malti), fejn l-imsieħba soċjali Ewropej enfasizzaw l-iżvilupp pożittiv tad-djalogu soċjali permezz tal-Kunsilli fuq il-bażi tal-istudji komprensivi tagħhom, li fost l-oħrajn jenfasizzaw l-importanza tad-djalogu soċjali fil-kumpaniji.

(6)  Ara d-dokument tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali Ewropej C/2008/660, 20.2.2008.

(7)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol: rwol ġdid fil-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea” (mhux disponibbli bil-Malti), rapporteur: is-Sur Iozia, ĠU C 318, 23.12.2006.

(8)  Id-dokument imsemmi ssuġġerixxa li d-direttiva l-ġdida għandha tappella lill-Istati Membri tal-UE li jipprovdu sanzjonijiet “effettivi, proporzjonati u diswassivi” (ara C/2008/660, pġ. 7).

(9)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar Bofrost (C-62/99), Kühne & Nagel (C-440/00) u ADS Anker GmbH (C-349/01).


APPENDIĊI

għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin, li rċevew iktar minn kwart tal-voti mixħuta, ġew irrifjutati waqt id-dibattitu:

Punt 1.5

Biddel ir-raba’ inċiż kif ġej:

“—

Ir-responsabbiltà tal-management li jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b’mod xieraq, kemm fil-livell transnazzjonali kif ukoll dak nazzjonali, trid titniżżel b’mod ċar. L-għan li jitjieb il-koordinament tad-dritt tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni bejn il-livelli differenti m’għandux jirriżulta f’ambigwitajiet ġodda jew limitazzjonijiet fuq dan l-obbligu u lanqas m’għandu jtawwal il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet .”

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 43

Voti kontra: 91

Astensjonijiet: 5

Minn punt 3.2 sa punt 3.2.3 (inklużi)

Ħassar il-punti.

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 35

Voti kontra: 100

Astensjonijiet: 5

Punt 3.3.2

Biddel l-ewwel inċiż kif ġej:

“—

Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni pprovduta jridu jkunu tali li tjippermettu li r-rappreżentanti tal-ħaddiema li jqisu b’mod dettaljat kwalunkwe effett tad-deċiżjonijiet mistennija sabiex jippreparaw għal konsultazzjoni possibbli mar-rappreżentanti tal-management kompetenti mingħajr dewmien żejjed fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kumpaniji .”

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 43

Voti kontra: 91

Astensjonijiet: 5

Punt 4.2

Biddel it-tieni paragrafu kif ġej:

“—

L-opportunità li l-ħiliet jitwessgħu żgur li ser tkun ta’ kontribut lejn titjib fl-effiċjenza u l-prestazzjoni. Iżda kien ikun aktar konsistenti kieku ġie ċċarat li l-ispejjeż għal dan it-taħriġ isiru mill-kumpanija skont il-prattiki tas-soltu .”

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 37

Voti kontra: 98

Astensjonijiet: 9


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/116


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali”

COM(2008) 414 finali — 2008/0142 (COD)

(2009/C 175/22)

Nhar il-23 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

COM(2008) 414 finali — 2008/0142 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Novembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur BOUIS.

Matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tal-4 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni bi 80 vot favur u 3 voti kontra.

1.   Osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE diġà indirizza għadd ta’ kwistjonijiet marbuta mas-saħħa u d-drittijiet tal-pazjenti f’għadd ta’ opinjonijiet, u issa qed jindirizza din il-proposta għal Direttiva, b’mod partikolari peress li minbarra li t-test jippreżenta tweġiba għad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, huwa bbażat fuq id-drittijiet tal-pazjenti u fuq il-ħolqien ta’ koordinazzjoni tal-politiki tas-saħħa tal-Istati Membri.

1.2   It-test jafferma mill-ġdid li s-sistemi tas-saħħa huma fil-kompetenza tal-Istati Membri u ma jbiddilx il-prattiki għar-rimborż tal-kura pprovduta. Madankollu, id-dispożizzjonijiet proposti ser ikollhom impatt fil-ġejjieni fuq is-sistemi tas-saħħa bbażati fuq is-solidarjetà u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom. Il-KESE għalhekk huwa mħasseb dwar id-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni konkreti marbuta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-qasam tal-politika tas-saħħa, u għaldaqstant għandu għadd ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

1.3   Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-periklu li jiżdiedu d-differenzi tal-aċċess għall-kura bejn il-gruppi varji tas-soċjetà. Għaldaqstant, il-Kumitat jixtieq li d-Direttiva tistipula li l-kura għandha tingħata fuq il-bażi tal-valur indaqs tal-bnedmin kollha, u li l-iktar persuni li għandhom bżonn il-kura tas-saħħa u/jew dawk li l-inqas li huma koperti mis-sigurtà soċjali għandhom jingħataw il-prijorità.

1.4   Id-dritt fundamentali ta’ kull utent li jkollu l-garanziji meħtieġa għall-kwalità u s-sigurtà joħloq ċerti obbligi fir-rigward tal-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-kapaċità materjali u umana, u l-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa.

1.5   L-aċċess għall-kura tas-saħħa transkonfinali jesiġi li l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-saħħa tad-diversi pajjiżi jkunu komplementari u bbilanċjati, fir-rigward ta’ prestazzjoni teknika u umana, tagħmir mediku u r-responsabbiltajiet tal-provvedituri tas-servizzi. Dan kollu jeħtieġ politika Ewropea dwar l-għajnuna fil-qasam tat-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa u l-faċilitajiet tas-saħħa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil ċerti riskji mediċi marbuta maż-żieda tal-mobilità tal-pazjenti.

1.6   Fil-fehma tal-KESE, dan it-test m’għandux jixħet dawl fuq ir-rieda li l-mobilità tal-pazjenti tiġi ġġeneralizzata iżda fuq il-proposta ta’ qafas li jippermetti li dan id-dritt ikun eżerċitat, mingħajr ma ninsew inqisu l-ħtieġa ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità li tingħata kemm jista’ jkun f’post li jkun qrib tar-residenza tal-pazjent. Il-mekkaniżmi disponibbli m’għandhomx ikunu sproporzjonati fir-rigward tal-firxa tal-kura transkonfinali.

1.7   Filwaqt li juri t-tħassib tiegħu dwar id-distinzjoni li tagħmel id-Direttiva bejn kura mogħtija fi sptar u kura li ma tingħatax fi sptar — distinzjoni dovuta aktar għall-aspetti finanzjarji milli s-sitwazzjoni attwali f’kull organizzazzjoni tas-saħħa fil-pajjiżi individwali — il-KESE jirrakkomanda, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u mal-Artikolu 86(2) tat-Trattat, li kull Stat Membru għandu jagħti definizzjoni ta’ xi tfisser għalihom kura fl-isptar u kura barra mill-isptar.

1.8   L-aċċess għall-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li tkun ipprovduta għaċ-ċittadini kollha għandu jkun mingħajr diskriminazzjoni kif definit fl-Artikolu 13 tat-Trattat u billi jiġu rrispettati d-drittijiet tal-pazjenti kif semma l-KESE (1), b’mod partikolari permezz ta’ fajl mediku u ktejjeb tas-saħħa Ewropew aġġornati kif xieraq u li jista’ jkollhom aċċess għalih il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l-pazjenti nnifishom.

1.9   Politika effettiva tal-informazzjoni hija aktar essenzjali fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali għaliex hija l-uniku mod li l-prinċipju tal-ugwaljanza rigward l-aċċess għall-kura jiġi rispettat, u li bis-saħħa tagħha l-utent ikun jista’ jagħmel għażliet ħielsa u mingħajr preġudizzji. Din il-politika għandha titfassal taħt ir-responsabbiltà ta’ kull wieħed mill-Istati Membri.

1.10   L-informazzjoni tolqot ukoll lis-sistemi ta’ rikors f’każ ta’ danni u l-proċeduri biex jindirizzaw it-tilwim legali; għalhekk ikun tajjeb li jkun hemm punt ta’ informazzjoni wieħed u li f’każ ta’ rikors quddiem il-qorti dan isir fil-post ta’ residenza tal-pazjent. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li s-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tiġi estiza għall-professjonisti kollha.

1.11   Bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura, il-mekkaniżmi dwar il-metodi ta’ rimborż b’lura għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-iskadenzi stipulati għar-rimborż u d-differenzi tal-prattiki terapewtiċi, il-metodi għall-ħruġ tal-mediċini u t-tagħmir mediku bejn il-pajjiż li jipprovdi l-kura u l-pajjiż tal-affiljazzjoni.

1.12   Is-sistema ta’ rimborż għandha wkoll tagħti attenzjoni partikolari lir-riskju tal-inugwaljanza meta jinqala’ tilwim legali minħabba l-fatt li s-sistemi tal-assigurazzjoni kontra l-mard mhumiex l-istess f’kull pajjiż iżda għandhom karatteristiċi nazzjonali partikolari: il-parteċipazzjoni finanzjarja ta’ partijiet terzi, pagament konġunt, id-diversi spejjeż, it-tabib inkarigat mill-kura, il-kodifikazzjoni tal-kura mogħtija, eċċ.

1.13   Is-sistemi għall-provvista tal-informazzjoni għandhom mhux biss jissodisfaw il-ħtiġijiet b’rabta mas-sigurtà u l-kwalità tal-messaġġi li jintbagħtu, iżda aktar importanti minn hekk għandhom jiżguraw li kull individwu jkun jista’ jagħmel għażla ħielsa u jagħmluha aktar faċli li jinħoloq bilanċ bejn il-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni, il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà kollettiva.

1.14   Jinħtieġ li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jkollhom rabtiet mad-diversi organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, tal-familji u tal-utenti, u jikkooperaw mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati tal-assigurazzjoni kontra l-mard, biex jiġi assigurat li jitrasmettu din l-informazzjoni. Għandhom jiżviluppaw ukoll attivitajiet marbuta mal-informazzjoni u t-taħriġ għat-tobba, il-persunal paramediku u l-ħaddiema fil-qasam tas-servizzi soċjali fir-rigward tal-possibbiltajiet disponibbli għall-kura transkonfinali.

1.15   Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kontinwità tal-kura, il-follow-up tal-pazjenti, l-adattament tat-tagħmir mediku u t-teħid tal-mediċini. Għaldaqstant, il-professjonisti u s-sistemi fil-qasam tas-saħħa għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta’ studji mediċi speċjalizzati u l-protokolli ta’ kura fit-tul għall-pazjenti.

1.16   Il-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej għandu jimxi id f’id mal-iżvilupp ta’ tekonoloġiji tal-informazzjoni li jistgħu jaħdmu flimkien perfettament u li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-pazjenti kollha, jgħixu fejn jgħixu. L-iskambju tal-kompetenzi għandu jwassal għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi fl-Istati Membri għall-benefiċċju tal-atturi kollha, jiġifieri l-istituzzjonijiet, il-professjonisti u l-pazjenti.

1.17   Id-data statistika kollha miġbura mill-Istati Membri għandha tippermetti evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva. Għandha tippermetti wkoll il-produzzjoni ta’ indikaturi li jagħmluha possibbli li nkejlu l-punti tajbin u l-punti dgħajfin tas-sistemi tas-saħħa, kif ukoll il-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-poplu. Jeħtieġ li dan ir-rapport jitressaq quddiem il-KESE wkoll, li min-naħa tiegħu, għandu jsegwih mill-qrib u eventwalment iħejji opinjonijiet ġodda fuq inizjattiva proprja.

1.18   L-applikazzjoni ta’ dritt ġenwin tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transkonfinali teħtieġ ċertu ammont ta’ żmien ta’ adattament bil-għan li ssir bidla radikali tal-prattiki u jkun hemm ukoll żvilupp tal-mentalità u t-taħriġ tal-professjonisti. Din timplika li l-prinċipji ta’ Karta Ewropea tad-drittijiet u d-dmirijiet reċiproċi tad-diversi atturi fil-qasam tas-saħħa jiġu integrati fir-regolamentazzjoni nazzjonali.

1.19   Fil-fehma tal-KESE, huwa ovvju li l-approċċ magħżul mhux qed jirnexxilu jirrrikonċilja bis-sħiħ il-kwistjoni tas-sussidjarjetà fil-kura tas-saħħa mal-bżonn ta’ modus operandi konsistenti għall-kura transkonfinali. Għalhekk hemm lok għall-possibbiltà ta’ interpretazzjonijiet differenti ħafna li jikkawżaw diffikultajiet legali kemm għall-pazjenti kif ukoll għal dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa.

2.   Sommarju tal-komunikazzjoni

2.1   Il-kuntest legali u politiku tat-talba

2.1.1   Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-2003, il-Kummissjoni intalbet tanalizza l-mezzi għat-titjib tas-sigurtà legali fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali.

2.1.2   Id-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern ippreżentata fl-2004 fiha għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar is-suġġett. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill irrifjutawhom għaliex fil-fehma tagħhom ma ngħatax qies biżżejjed tal-aspetti partikolari tal-politiki tas-saħħa, li jvarjaw konsiderevolment minn pajjiż għal ieħor, tal-komplessitajiet tekniċi u tal-kwistjonijiet marbuta mal-finanzjament. L-opinjoni pubblika hija wkoll sensittiva ħafna fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

Ghalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta komunikazzjoni u Direttiva fl-2008 bil-għan li jinħoloq qafas ċar u trasparenti għall-provvista ta’ kura tas-saħħa transkonfinali fl-Unjoni, jiġifieri kura mogħtija barra mill-pajjiż f’każ li pazjent imur għand provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għall-kura. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi definizzjoni tal-kura mogħtija fi sptar u kura li ma tingħatax fi sptar.

2.2   Il-qafas propost

2.2.1   Il-proposta mressqa hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat, li huwa dwar it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern; l-Artikolu 152 dwar is-saħħa pubblika, u l-prinċipji ġenerali tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali kif stipulati fit-trattat tar-riforma.

2.2.2   Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, id-definizzjonijiet legali u d-dispożizzjonijiet ġenerali huma msejsa fuq tliet oqsma prinċipali: il-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa kollha tal-UE, qafas speċifiku għall-kura tas-saħħa transkonfinali u kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Id-Direttiva tistipula l-prinċipji li japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitħaddmu d-drittijiet tal-pazjenti fil-prattika; għandha ssir distinzjoni bejn kura mogħtija fi sptar u kura li ma tingħatax fi sptar.

2.2.3   Din il-proposta ma timmodifikax il-qafas attwali għall-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

2.2.4   Id-Direttiva tistipula l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u tistipula wkoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmi adatti biex jinformaw u jgħinu l-pazjenti permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali. Kwalunkwe pazjent li ma jkollux aċċess għall-kura fi żmien xieraq f’pajjiżu stess, jiġi awtorizzat jirċeviha fi Stat Membru ieħor.

2.2.5   Id-Direttiva tippromovi aktar kooperazzjoni Ewropea permezz tal-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej, tal-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għall-kura tas-saħħa u l-iżvilupp ta’ informazzjoni online u teknoloġiji tal-komunikazzjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-KESE, f’bosta opinjonijiet, indirizza għadd ta’ kwistjonijiet marbuta mas-saħħa u d-drittijiet tal-pazjenti f’diversi opinjonijiet tiegħu u jinnota x-xewqa tal-Kummissjoni Ewropea li tindirizza l-kwistjoni tal-kura tas-saħħa transkonfinali.

3.2   Fil-fehma tal-KESE, dan m’għandux isarraf f’xewqa li l-mobilità tal-pazjenti tiġi ġeneralizzata, iżda fi proposta li permezz tagħha dan id-dritt ikun jista’ jitħaddem. Il-mekkaniżmi maħluqa m’għandhomx ikunu sproporzjonati fl-iskala jew l-ispiża tagħhom — fir-rigward tal-firxa tal-attività tal-kura tas-saħħa transkonfinali.

3.3   Dan it-test jirrifletti l-valuri tal-Unjoni Ewropea u l-Karta ta’ Tallinn (2), li għandhom l-għan li jassiguraw li l-kura tas-saħħa fl-Ewropa tkun ta’ kwalità għolja u aċċessibbli għal kulħadd.

Attwalment, il-proposta għal Direttiva għandha t-tendenza li tinjora l-komplessità, il-varjetà u d-diverġenzi tas-sistemi tas-saħħa fis-27 Stat Membru. Huwa kważi ċert li d-Direttiva mhux ser tiġi interpretata bl-istess mod mis-sistemi differenti tas-saħħa fl-Istati Membri. Għaldaqstant, il-KESE għandu għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-metodi ta’ applikazzjoni konkreti u jixtieq li tingħata definizzjoni ċara ta’ kura mogħtija fi sptar u kura li ma tingħatax fi sptar bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà legali tal-pazjenti u tas-servizzi tas-saħħa.

3.4.1   It-test jafferma mill-ġdid li s-sistemi tas-saħħa huma fil-kompetenza tal-Istati Membri u jidher li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom b’rabta mal-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, l-għoti ta’ kura medika u r-rimborż tas-servizzi pprovduti. Madankollu, id-dispożizzjonijiet proposti ser ikollhom impatt fuq is-sistemi tas-saħħa, fuq l-istabbiltà finanzjarja tagħhom u l-firxa tad-drittijiet assoċjati magħhom fuq il-perijodu fit-tul.

3.4.2   Meta nqisu d-differenzi konsiderevoli fis-servizzi tal-kura pprovduti u l-ispejjeż abbinati magħhom, is-sistema tar-rimborż — wara li l-pazjent ikun ħallas għall-kura — toħloq riskju ta’ inugwaljanza u saħansitra tilwim legali peress li s-sistemi tal-assigurazzjoni kontra l-mard mhumiex omoġenji iżda għandhom speċifiċitajiet nazzjonali. Il-KESE jibża’ li d-Direttiva tista’ tipprovdi opportunità biex is-suq tas-saħħa jinfetaħ għall-kompetizzjoni u li bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar is-Servizzi jiddgħajjef il-ħarsien tas-saħħa fl-Ewropa b’mod ġenerali.

3.4.3   L-effiċjenża u l-użu xieraq tal-kura tas-saħħa f’kuntest transkonfinali jeħtieġu li l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-saħħa tad-diversi pajjiżi jkunu komplementari u bbilanċjati, fir-rigward ta’ prestazzjoni teknika u umana, tagħmir mediku u r-responsabbiltajiet tal-provvedituri tas-servizzi.

3.4.4   Fil-każijiet kollha, kull darba li tiġi pprovduta kura transkonfinali, il-pazjenti għandhom id-dritt jistennew garanzija ta’ kwalità u sikurezza. Dan id-dritt fundamentali iqajjem il-kwistjoni tal-armonizzazzjoni tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, l-evalwazzjoni tal-prattiki professjonali, il-kapaċità tat-tagħmir mediku u s-sistema ta’ kumpens f’każ ta’ danni.

3.4.5   Fil-kuntest tal-kura transkonfinali, l-għoti ta’ kura ta’ kwalità għolja u l-fiduċja fil-kura mogħtija f’pajjiż ospitanti jfissru li jiġu ssodisfati għadd ta’ kondizzjonijiet, bil-għan li jiġi assigurat li l-kura tkompli tingħata, fost oħrajn:

l-użu mifrux ta’ ktejjeb tas-saħħa għal kull individwu sa mit-twelid;

l-eżistenza ta’ fajl mediku Ewropew, li jiġi aġġornata kif xieraq u li jkollhom aċċess għalih il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l-pazjenti nnifishom;

formulazzjoni komuni tal-protokolli għar-rimborż;

prattiki koordinati għall-preskrizzjonijiet tat-tobba, inkluż l-użu mifrux tal-ismijiet ġeneriċi minflok l-isem tad-ditta u dan minkejja l-fatt li l-mediċini huma suġġetti għar-regoli tal-kummerċ internazzjonali;

standards u ċertifikazzjoni għall-implants mediċi, l-istrumenti u t-tagħmir mediku;

il-ħolqien ta’ proċedura Ewropea għall-validazzjoni jew saħansitra ċ-ċertifikazzjoni għat-tagħmir mediku u paramediku fl-isptarijiet;

proċedura Komunitarja għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-mediċini.

Dawn il-kondizzjonijiet kollha jitolbu li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda b’sistemi informatiċi interoperabbli.

3.4.6   Dan it-tibdil fil-mod li s-sistema hija organizzata u fil-prattiki professjonali jeħtieġ ukoll bidla fl-attitudnijiet u t-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-kura, kif ukoll bidla legali tad-definizzjoni tal-kompetenzi, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-kura tas-saħħa f’kull pajjiż, li jimplika ċertu ammont ta’ żmien ta’ adattament.

Il-possibbiltà li kull pazjent ikollu aċċess għal kura transkonfinali hija aspett ieħor tal-aċċess ugwali għas-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa u l-professjonisti fil-qasam, mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, razza, etniċità, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Fost affarijiet oħra, dan jeħtieġ politika effettiva tal-informazzjoni msejsa fuq żewġ dimensjonijiet.

3.4.7.1   L-ewwel nett, informazzjoni dwar il-provvista tal-kura tas-saħħa, li kull ċittadin għandu jkollu biex ikun jista’ jiddeċiedi għandux juża l-kura tas-saħħa transkonfinali, u li tiġi ppubblikata fuq ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Dawn għandhom jassiguraw ukoll aċċess għal din l-informazzjoni għal ċerti gruppi vulnerabbli, eż. nies f’sitwazzjonijiet ta’ iżolament soċjali u prekarjetà.

3.4.7.2   It-tieni nett, informazzjoni dwar il-marda, il-kura possibbli — inklużi l-benefiċċji u r-riskji — u t-tip tal-istrutturi jew il-professjonisiti li jipprovdu l-kura.

3.4.7.3   Peress li din l-informazzjoni tingħata permezz ta’ kuntatt li jsir ma’ professjonist fil-qasam, dan għandu jżomm ruħu aġġornat fir-rigward tal-possibbiltajiet attwali fl-Ewropa. Għalhekk huwa essenzjali li dan il-kuntatt bejn min jipprovdi l-kura u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali isir, u biex dan iseħħ hemm bżonn ta’ riżorsi finanzjarji. Barra minn hekk, l-ostakli tal-lingwa għandhom jingħelbu.

3.4.8   L-informazzjoni għandha tkun sħiħa u rilevanti biex il-pazjent ikun jista’ jagħmel għażliet ħielsa u mingħajr preġudizzji u mhux jispiċċa vittma ta’ reklamar maħsub biex jaħtaf aktar klijenti u prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni qarrieqa.

3.4.9   Dan l-obbligu li tingħata informazzjoni huwa l-uniku mod kif jista’ jitwettaq il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-aċċess għall-kura stipulat fid-Direttiva, hu x’inhu l-bżonn għall-kura transkonfinali.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   L-Artikolu 3

4.1.1   Il-KESE jinnota li l-proposta għal Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji li ġew definiti f’okkażjoni preċedenti, b’mod partikolari r-Regolamenti Nru 1408/71 u 883/2004.

4.2   L-Artikolu 4(d)

4.2.1   Il-KESE huwa tal-fehma li l-lista tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa mhijiex kompluta u jixtieq li l-professjonisti paramediċi, bħall-ispeech therapists u l-ispeċjalisti tal-għajnejn, jiżdiedu wkoll.

4.3   L-Artikolu 5

4.3.1   Il-KESE jiġbed attenzjoni partikolari għal dan l-Artikolu u jinnota li l-isfida ser tkun li jiġi garantit li l-kura pprovduta tissodisfa l-ħtiġijiet u l-istennijiet taċ-ċittadini billi jingħatawlhom għadd ta’ drittijiet, iżda wkoll responsabbiltajiet, bil-għan li jiġi promoss il-benesseri tagħhom billi jiġu abbinati l-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni, il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà kollettiva. Il-KESE ser joqgħod attent ħafna sabiex id-definizzjonijiet tal-istandards tal-kwalità u tas-sigurtà ma jheddux id-diversità tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri (Artikolu 152(5)).

4.3.2   Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġjati, kif ukoll l-impatt ta’ aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa fuq it-tkabbir ekonomiku, u jenfasizza li kull investiment li jippermetti l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa jkun ħafna aktar effettiv jekk ikun koordinat.

4.4   L-Artikolu 6

4.4.1   Il-KESE jemmen li, fir-rigward tal-mekkaniżmi għar-rimborż retrospettiv, għandna noqogħdu attenti li l-prattiki terapewtiċi u l-metodi għall-għoti tal-mediċini jew strumenti mediċi, jiġu ddeterminati mill-pajjiż li jagħti l-kura u mhux dak tal-affiljazzjoni, li huwa responsabbli mill-iffissar tal-kriterji għar-rimborż. Dan ifisser li għandhom jitfasslu listi ta’ ekwivalenza kemm għar-rati tar-rimborż kif ukoll għall-obbligi marbuta mal-kontinwità tal-kura.

4.4.2   Il-KESE huwa mħasseb dwar l-ispejjeż żejda li jkollu jġarrab il-pazjent f’każ li, għall-kuntrarju tal-istennijiet tal-pazjent, ir-rimborż ma jingħatax. Biex tiġi assigurata l-kontinwità għall-perijodu fit-tul, hemm bżonn nikkunsidraw il-possibbiltà li l-ispejjeż tal-kura jitħallsu mill-pajjiż tal-affiljazzjoni. Dan jista’ jkollu impatt sinifikanti f’kull pajjiż.

4.4.3   Il-KESE, sabiex jevita li tiġi mħeġġa kura tas-saħħa fuq żewġ livelli mill-perspettiva tal-pazjenti u l-Istati Membri, jemmen li hemm bżonn li l-kwistjoni dwar kif għandhom jitħallsu l-ispejjeż fl-Istat fejn tingħata l-kura u l-kondizzjonijiet tal-ħlas jiġu ċċarati. Il-KESE jenfasizza li jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kalkolu tal-ispejjeż isir fuq il-bażi tal-istruttura tal-korpi kkonċernati.

4.5   L-Artikoli 7 u 8

4.5.1   Il-KESE huwa partikolarment imħasseb dwar id-distinzjoni li saret fid-Direttiva bejn kura mogħtija fi sptar u kura li ma tingħatax fi sptar. Din id-distinzjoni hija aktar imsejsa fuq l-aspetti finanzjarji milli s-sitwazzjoni reali tas-sistema tas-saħħa ta’ kull pajjiż.

4.5.2   Filwaqt li l-Kummissjoni qed tipproponi li titħejja lista komplementari, il-KESE jirrakkomanda — b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Artikolu 86(2) tat-Trattat — li huwa f’idejn l-Istati Membri, ħlief f’każ ta’ abbuż ovvju, li jiddefinixxu x’jifhmu b’kura mogħtija fi sptar. Għalhekk l-Artikolu 8(1) u (2) għandhom jiġu mmodifikati.

4.6   L-Artikolu 9

4.6.1   Fil-fehma tal-KESE, is-sistemi ta’ awtorizzazzjoni preċedenti jistgħu jkunu utli biss jekk jinvolvu proċess ta’ riflessjoni u ta’ provvista ta’ informazzjoni lill-pazjent permezz ta’ djalogu li jista’ jinħoloq bejn il-pazjent u l-organiżmu li ser jipprovdi l-fondi. Barra minn hekk, dawn is-sistemi jistgħu jiggarantixxu l-finanzjament ta’ servizzi speċifiċi bħar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

4.6.2   Il-KESE huwa tal-fehma li kwalunkwe rifjut li tingħata awtorizzazzjoni għandu jkun iġġustifikat u spjegat lill-pazjent, anke jekk il-kriterji għall-awtorizzazzjoni preċedenti ġew ippubblikati minn qabel.

4.7   L-Artikolu 10

4.7.1   Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti li jiġu introdotti sistemi biex il-pazjenti jiġu informati ħalli b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu għażla fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Jinħtieġ li din l-informazzjoni tinkludi l-ħtiġijiet u l-limiti tas-servizz ipprovdut, kif ukoll il-proċedura għar-rimborż u l-bilanċ li għandu jitħallas mill-pazjent.

4.7.2   Il-KESE jirrakkomanda li s-sistema tal-assigurazzjoni obbligatorja (3) tiġi estiża għall-professjonisti mediċi kollha u li tingħata informazzjoni dwar is-sistemi ta’ rikors f’każ ta’ tilwim legali, f’każ li jkun hemm danni kkaġunati minn inċident mediku, kemm jekk b’negliġenza jew le (riskju terapewtiku).

4.7.3   Il-KESE jemmen li huwa xieraq li jitħaddem il-prinċipju ta’ punt ta’ kuntatt uniku għall-proċeduri u l-preżentazzjoni ta’ lmenti u li kull tilwima legali għandha tkun fil-kompetenza tal-qrati fil-post ta’ residenza tal-pazjent.

4.7.4   Il-KESE jemmen li jkun utli li jiġu żviluppati s-servizzi u s-siti li jipprovdu informazzjoni online, peress li huma sors ta’ informazzjoni għall-pazjenti. Madankollu, is-sorsi u s-sistemi tal-informazzjoni m’għandhomx ikunu ristretti għal din l-għodda biss, peress li bosta ċittadini ftit li xejn għandhom aċċess għall-internet, jew xejn għalkollox. Hemm il-periklu li tiġi promossa sistema tas-saħħa msejsa fuq żewġ livelli, li permezz tagħha huma biss il-klassijiet l-aktar vantaġġjati jew dawk li huma aktar infurmati li għandhom aċċess għall-kura tas-saħħa transkonfinali.

4.8   L-Artikolu 12

4.8.1   Jeħtieġ li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jkollhom rabtiet mad-diversi organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, tal-familji u tal-utenti tal-kura, u jikkooperaw mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati tal-assigurazzjoni kontra l-mard u l-korpi indipendenti li jipprovdu l-kura sabiex jiġi assigurat li jittrasmettu din l-informazzjoni. Barra minn hekk, dawn il-punti ta’ kuntatt għandhom jiżviluppaw attivitajiet marbuta mal-informazzjoni u t-taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, il-persunal paramediku u l-ħaddiema fil-qasam soċjali biex ikunu konxji tal-possibbiltajiet li għandhom fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali, u kull Stat Membru għandu jkun inkarigat mit-twaqqif tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu.

4.9   L-Artikolu 14

4.9.1   Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal dan l-Artikolu, li jiggarantixxi l-kontinwità tal-kura fir-rigward tal-mediċini li jieħu l-pazjent, iżda jixtieq li dan jiġi applikat aktar strettament fid-dawl tar-riskji potenzjali ta’ konsum eċċessiv jew anke traffikar. Huwa jinnota li d-Direttiva ma tqisx il-mediċini li jingħataw preskrizzjoni tat-tabib ristretta.

4.10   L-Artikolu 15

4.10.1   Dan l-Artikolu itaffi biss ftit mit-tħassib tal-KESE dwar id-disparitajiet fil-kwalità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti fl-Istati Membri. Il-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej għandu xorta waħda jimxi id f’id mal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li minnhom jibbenefikaw il-pazjenti kollha, jgħixu fejn jgħixu.

4.10.2   Dawn li ġejjin għandom jiżdiedu mal-objettivi tan-netwerks Ewropej:

Fl-Artikolu 15(2)(a): “il-valutazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-prattiki terapewtiċi”;

Fl-Artikolu 15(2)(d): “ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-monitoraġġ tal-kodiċi tal-etika”.

4.10.3   Barra minn hekk, għalkemm hemm pjanijiet biex dawn in-netwerks jingħaqdu, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni, jew saħansitra l-ħolqien ta’ proċedura ta’ ċertifikazzjoni.

4.10.4   Il-KESE jixtieq li dan li ġej jiddaħħal fil-lista tal-kriterji u l-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom jirrispettaw in-netwerks:

Fl-Artikolu 15(3)(a)(ix): “Kollaborazzjoni bħal din hija partikolarment essenzjali fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-utenti fid-definizzjoni ta’ ħin ta’ stennija raġonevoli sakemm tingħata l-kura”.

Fl-Artikolu 15(3)(a)(x): “il-promozzjoni tar-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta’ karta komuni tad-drittijiet tal-pazjenti li tiggarantixxi l-applikazzjoni effetiva ta’ dawn id-drittijiet kemm fil-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali”.

4.11   L-Artikolu 18

4.11.1   Id-data statistika kollha miġbura mill-Istati Membri għandha tippermetti evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva. Ikun tajjeb ukoll kieku dan iwassal ukoll għall-ħolqien ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw biex nifhmu aħjar il-punti tajbin u l-punti dgħajfin tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-poplu.

4.12   L-Artikolu 20

4.12.1   Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni preċedenti għandha tkun espliċita u titressaq quddiem il-Kummissjoni bħala data biex tiġi analizzata.

4.12.2   Jinħtieġ li dan ir-rapport jitressaq quddiem il-KESE wkoll.

Brussell l-4 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


(1)  Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar “Id-drittijiet tal-pazjent”, rapporteur: is-Sur Bouis (ĠU C 10, 15.1.2008).

(2)  Din il-Karta ġiet iffirmata f’Tallinn fis-27 ta’ Ġunju 2008 mill-Ministri għas-Saħħa tar-Reġjun Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

(3)  Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/122


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti”

COM(2008) 544 finali — 2008/0173 (COD)

(2009/C 175/23)

Nhar it-8 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 44 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 544 finali — 2008/0173 COD.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008), b’169 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2008

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/123


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (kodifikazzjoni)”

COM(2008) 575 finali — 2008/0181 (CNS)

(2009/C 175/24)

Nhar it-8 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 93 u 94 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (kodifikazzjoni)

COM(2008) 575 finali — 2008/0181 CNS

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-449 sessjoni plenarja tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Diċembru 2008 (seduta tat-3 ta’ Diċembru 2008), b’167 vot favur, 3 voti kontra u 3 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, l-3 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Martin WESTLAKE