ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.167.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 167

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
18 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 167/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 153, 4.7.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 167/02

Kawża C-214/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Mejju 2009 — Philippe Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għad-danni — Kunidzzjonijiet għar-responsabbiltà kuntrattwali u għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Artikoli 313(2)(k), 314 u 317(a) tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju)

2

2009/C 167/03

Kawża C-535/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — L-Italja) — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania, Ufficio Centrale Regionale per l’elezione del Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana c/o Corte d’Appello di Palermo, Assemblea Regionale Siciliana, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia, Andrea Vitale, Antonino Di Guardo, Fabio M. Mancuso (Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-elezzjonijiet reġjonali — Rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun ikkonċernat — Artikoli 17 KE u 18 KE — Drittijiet fundamentali — Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2

2009/C 167/04

Kawża C-148/09 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 (faks: 22 ta’ April 2009) mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Frar 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fil-Kawża T-388/03, Deutsche Post AG u DHL International vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

3

2009/C 167/05

Kawża C-151/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social Único de Algeciras (Spanja) fit-28 ta’ April 2009 — Federación de Servicios Públicos de la UGT (UGT-FSP) vs Ayuntamiento de la Línea de la Concepción, María del Rosario Vecino Uribe et u l-Ministerio Fiscal

3

2009/C 167/06

Kawża C-152/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Schwerin (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Mejju 2009 — André Grootes vs Amt für Landwirtschaft Parchim

4

2009/C 167/07

Kawża C-155/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

4

2009/C 167/08

Kawża C-168/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano fit-12 ta’ Mejju 2009 — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA

5

2009/C 167/09

Kawża C-172/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

5

2009/C 167/10

Kawża C-174/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

6

2009/C 167/11

Kawża C-183/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

6

2009/C 167/12

Kawża C-184/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

6

2009/C 167/13

Kawża C-187/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

7

2009/C 167/14

Kawża C-202/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

7

2009/C 167/15

Kawża C-312/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq

7

2009/C 167/16

Kawża C-374/08: Digriet tal-President tat-8 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

8

2009/C 167/17

Kawża C-418/08: Digriet tal-President tas-27 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

8

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 167/18

Kawża T-152/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Ġunju 2009 — NDSHT vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Ilment ta’ kompetitur — Ittri tal-Kummissjoni lil persuna li tilmenta — Għajnuna eżistenti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

9

2009/C 167/19

Kawża T-179/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Burie Onderzoek en advies (Klawżola tal-arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali — Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Inammissibbiltà parzjali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Talba rikonvenzjonali)

9

2009/C 167/20

Kawża T-189/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni relattiva ta’ invalidità assoluta — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52 (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

10

2009/C 167/21

Kawża T-22/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Mejju 2009 — US Steel Košice vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Att ta’ adeżjoni — Kundizzjoni imposta fuq il-benefiċjarju li jnaqqas il-bejgħ tiegħu ta’ prodotti ċatti fl-Unjoni Estiża — Ittra tal-Kummissjoni li tinterpreta l-kundizzjoni bħala applikabbli għas-suq Bulgaru u Rumen mid-data tal-adeżjoni tagħhom — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

10

2009/C 167/22

Kawża T-372/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ April 2009 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons) (Trade mark Komunitarja — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2009/C 167/23

Kawża T-383/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ April 2009 — New Europe vs Il-Kummissjoni (Inammissibbiltà formali tar-rikors — Isem ir-rikorrenti — Persuna ġuridika skont id-dritt privat — Awtorizzazzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Intervent)

11

2009/C 167/24

Kawża T-462/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ April 2009 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI) (Trade mark Komunitarja — Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2009/C 167/25

Kawża T-159/09 R: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Mejju 2009 — Biofrescos vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Preżentata tat-talba — Inammissibbiltà — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ urġenza)

12

2009/C 167/26

Kawża T-127/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2009 — Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

12

2009/C 167/27

Kawża T-160/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2009 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

13

2009/C 167/28

Kawża T-162/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 — Würth u Fasteners (Shenyang) vs Il-Kunsill

13

2009/C 167/29

Kawża T-167/09 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/08, Liotti vs Il-Kummissjoni

14

2009/C 167/30

Kawża T-173/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2009 — Z vs Il-Kummissjoni

15

2009/C 167/31

Kawża T-175/09 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2009 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/08, Stols vs Il-Kunsill

15

2009/C 167/32

Kawża T-179/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2009 — Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni

16

2009/C 167/33

Kawża T-189/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Poloplast vs UASI — Polypipe Building Products (P)

17

2009/C 167/34

Kawża T-190/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Longevity Health Products vs UASI — Performing Science (5 HTP)

17

2009/C 167/35

Kawża T-192/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — Amen Corner vs UASI — Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)

18

2009/C 167/36

Kawża T-194/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM)

18

2009/C 167/37

Kawża T-196/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 167/38

Kawża T-198/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2009 — UOP vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 167/39

Kawża T-200/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

20

2009/C 167/40

Kawża T-203/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (Olymp)

20

2009/C 167/41

Kawża T-204/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (OLYMP)

21

2009/C 167/42

Kawża T-207/09: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)

21

2009/C 167/43

Kawża T-208/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Mars vs UASI — Marc (MARC Marlon Abela Restaurant Corporation)

22

2009/C 167/44

Kawża T-210/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni

22

2009/C 167/45

Kawża T-216/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2009 — Astrim u Elyo Italia vs Il-Kummissjoni

23

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 167/46

Kawża F-27/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Ingo Hanschmann vs Europol

25

2009/C 167/47

Kawża F-28/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Kipp vs Europol

25

2009/C 167/48

Kawża F-34/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Sluiter vs Europol

25

2009/C 167/49

Kawża F-35/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Visser — Fornt Raya vs Europol

26

2009/C 167/50

Kawża F-36/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Armitage-Wilson vs Europol

26

2009/C 167/51

Kawża F-37/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Doyle vs Europol

26

2009/C 167/52

Kawża F-38/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Breige Martin vs Europol

26

2009/C 167/53

Kawża F-39/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Goddijn vs Europol

27

2009/C 167/54

Kawża F-49/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Wendler vs Il-Kummissjoni

27

2009/C 167/55

Kawża F-50/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

27

2009/C 167/56

Kawża F-54/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2009 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

28

 

Rettifika

2009/C 167/57

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-475/08 P (ĠU C 69, 21.3.2009, p. 40)

29

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/1


2009/C 167/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 153, 4.7.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 141, 20.6.2009

ĠU C 129, 6.6.2009

ĠU C 113, 16.5.2009

ĠU C 102, 1.5.2009

ĠU C 90, 18.4.2009

ĠU C 82, 4.4.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Mejju 2009 — Philippe Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-214/08 P) (1)

(Appell - Rikors għad-danni - Kunidzzjonijiet għar-responsabbiltà kuntrattwali u għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Artikoli 313(2)(k), 314 u 317(a) tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju)

2009/C 167/02

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Philippe Guigard (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u F. Dintilhac, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż għall-kumpens tad-dannu li huwa sofra minħabba l-aġir tal-Kummissjoni meta ma ġedditx il-kuntratt tiegħu ta’ xogħol fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u r-Repubblika tan-Niġerja, iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp — Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Ksur tal-Artikoli 313(2)(k) u 314 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé (ĠU L 229, p. 1), kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju (ĠU L 156, p. 3) — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) hija annullata sa fejn hija tiddikjara r-rikors ta’ P. Guigard bħala ammissibbli.

2)

Ir-rikors ta’ P. Guigard fil-Kawża T-301/05 huwa miċħud.

3)

M’hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar l-appell ta’ P. Guigard.

4)

P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — L-Italja) — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania, Ufficio Centrale Regionale per l’elezione del Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana c/o Corte d’Appello di Palermo, Assemblea Regionale Siciliana, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia, Andrea Vitale, Antonino Di Guardo, Fabio M. Mancuso

(Kawża C-535/08) (1)

(Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-elezzjonijiet reġjonali - Rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun ikkonċernat - Artikoli 17 KE u 18 KE - Drittijiet fundamentali - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2009/C 167/03

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Catena Rita Pignataro

Konvenuti: Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania, Ufficio Centrale Regionale per l’elezione del Presidente dell’Assemblea Regionale Siciliana c/o Corte d’Appello di Palermo, Assemblea Regionale Siciliana, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia, Andrea Vitale, Antonino Di Guardo, Fabio M. Mancuso

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 UE, tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali, tal-Artikolu 2 tar-Raba’ Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 KE — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li tillimita d-dritt għall-elettorat passiv ta’ ċittadin Taljan abbażi ta’ rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 17 KE u 18 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fost il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal assemblea reġjonali, l-obbligu li persuna tirrisjedi fir-reġjun ikkonċernat meta hija tippreżenta l-kandidatura tagħha.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, manifestament, m’għandiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-ewwel domanda magħmula mit-Tribunale amministrattivo regionale per la Sicilia.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/3


Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 (faks: 22 ta’ April 2009) mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Frar 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fil-Kawża T-388/03, Deutsche Post AG u DHL International vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-148/09 P)

2009/C 167/04

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u T. Materne, bħala aġenti)

Il-partijiet l-oħra fil-proċeduri: Deutsche Post AG, DHL International, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2009, Kawża T-388/03, Deutsche Post AG u DHL International vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

tikkundanna lil Deutsche Post u lil DHL International għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jibbaża l-appell tiegħu għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Frar 2009 — li permezz tagħha ġiet annullata deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, adottata fl-għeluq ta’ proċedura ta’ eżami preliminari prevista fl-Artikolu 88(3) KE, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fil-konfront ta’ pjan ta’ żieda fil-kapital ta’ La Poste, innotifikat fit-3 ta’ Diċembru 2002, u fil-konfront ta’ miżuri partikolari oħra tal-awtoritajiet Belġjani favur La Poste — fuq tliet aggravji li huma intiżi għall-annullament tas-sentenza appellata.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellant jargumenta li s-sentenza appellata ma għamlitx evalwazzjoni korretta tar-rekwiżiti proċedurali fil-kuntest tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat peress li kkwalifikat ċerti fatti fil-proċedura ta’ eżami u aspetti partikolari tal-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2003 bħala indizji oġġettivi u konkordanti ta’ “diffikultajiet serji” li minħabba fihom kien meħtieġ li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellant isostni li s-sentenza appellata diġà tat deċiżjoni parzjali dwar il-fondatezza materjali tal-eżami mwettaq fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2003 fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat u tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni peress li ħadet inkunsiderazzjoni, u laqgħet, ir-raba’ u s-seba’ motivi minkejja li dawn kien imisshom ġew iddikjarati inammissibbli sa fejn ir-rikorrenti ma kellhiex, skont kif tiddikjara l-istess sentenza, il-locus standi meħtieġ.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellant jargumenta li s-sentenza appellata kisret il-prinċipju taċ-ċertezza legali sa fejn din is-sentenza kkunsidrat li l-Kummissjoni, fl-eżami tagħha preċedenti għad-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni ir-raba’ kriterju li jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-kawża Altmark, jiġifieri l-kriterju tat-tqabbil mal-ispejjeż ta’ impriża medja, immexxija b’mod tajjeb u b’riżorsi adegwati, minkejja li din is-sentenza ngħatat wara l-eżami tal-inkartament inkwistjoni (u ġurnata wara li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fil-konfront tal-pjan ta’ żieda fil-kapital ta’ La Poste) u minkejja li dan il-kriterju qatt ma kien tqajjem qabel, la fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti tal-Prim’Istanza u lanqas fil-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social Único de Algeciras (Spanja) fit-28 ta’ April 2009 — Federación de Servicios Públicos de la UGT (UGT-FSP) vs Ayuntamiento de la Línea de la Concepción, María del Rosario Vecino Uribe et u l-Ministerio Fiscal

(Kawża C-151/09)

2009/C 167/05

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social Único de Algeciras

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Servicios Públicos de la UGT (UGT-FSP)

Konvenuti: Ayuntamiento de la Línea de la Concepción, María del Rosario Vecino Uribe et u l-Ministerio Fiscal

Domanda preliminari

1)

Ir-rekwiżit taż-żamma tal-awtonomija li jirreferi għalih l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23/KE (1) tat-12 ta’ Marzu 2001, huwa sodisfatt f’sitwazzjoni fattwali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali) fejn, wara l-irkupru ta’ diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku min-naħa ta’ kunsill muniċipali, il-ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mill-persunal tal-impriżi inkwistjoni li sa dakinhar kellhom l-imsemmija kuntratti jittieħdu mill-amministrazzjoni muniċipali u jiġu integrati mal-persunal tagħha, meta dawn huma l-istess ħaddiema (mingħajr eċċezzjoni) li jkomplu jokuppaw l-istess karigi tax-xogħol u jaqdu l-istess funzjonijiet li kellhom qabel l-imsemmi irkupru, fl-istess postijiet tax-xogħol u suġġetti għall-awtorità tal-istess superjuri diretti (superjuri ġerakiċi), mingħajr tibdil kunsiderevoli fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fejn l-unika differenza hija li issa l-għola superjuri ġerarkiċi tagħhom (superjuri għas-superjuri preċedenti tagħhom) huma r-rapreżentanti pubbliċi eletti inkwistjoni (kunsilliera muniċipali jew sindku)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Schwerin (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Mejju 2009 — André Grootes vs Amt für Landwirtschaft Parchim

(Kawża C-152/09)

2009/C 167/06

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichts Schwerin.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: André Grootes.

Konvenut: Amt für Landwirtschaft Parchim.

Domandi preliminari

1)

Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993 (1), fir-rigward ta’ ammont ikkalkolat skont iż-żona, jista’ japplika wkoll fil-każ ta’ miżura agriambjentali li l-effetti tagħha baqgħu jissussistu sa l-15 ta’ Mejju 2003 u li tikkostitwixxi biss iż-żamma ta’ użu kontinwu bħala mergħat (permanenti), iżda li tinsab temporanjamanet konnessa — mingħajr soluzzjoni ta’ kontinwità jew tal-inqas “mingħajr dewmien” — ma’ miżura preċedenti li kellha bħala għan il-konverżjoni ta’ art li tinħarat f’mergħat permanenti?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993, fir-rigward ta’ ammont ikkalkolat skont iż-żona, jista’ japplika biss fil-każ ta’ bdil tal-użu ta’ żona (minħabba l-konverzjoni minn art li tinħarat f’mergħat), fil-kuntest ta’ (u preċiżament minħabba) parteċipazzjoni f’miżura agriambjentali fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq?

3)

Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993, huwa suġġett għall-fatt li l-bidwi applikant huwa wkoll dak li pproċeda għall-konverżjoni, jew jista’ bidwi ieħor li “jassumi” sussegwentement il-miżura agriambjentali, isostni b’suċċess ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2993 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, (ĠU L 270).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/4


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-155/09)

2009/C 167/07

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18, 39 u 43 tat-Trattat KE fir-rigward tal-Artikolu 12 tal-imsemmi Trattat (u taħt l-Artikoli 28, 31 u 4 tal-Ftehim ŻEE), billi ostakolat l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet iċċitati:

billi tat eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment fuq proprjetà immobbli unikament u esklużivament lill-persuni li diġà jirrisjedu b’mod permanenti fil-Greċja, iżda mhux lil persuni li għandhom l-intenzjoni, fil-ġejjieni, li jistabbilixxu ruħhom fil-pajjiż

billi tat, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment fuq proprjetà immobbli fil-Greċja biss liċ-ċittadini Griegi fir-rigward tas-suq tal-ewwel abitazzjoni fil-Greċja, fejn dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni espliċita b’dannu għar-residenti barranin li mhumiex ċittadini Griegi.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli hija essenzjalment ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini Griegi. Il-fatt li ċittadini Komunitarji li ma jirrisjedux fil-Greċja huma esklużi mill-eżenzjoni jikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza u dan jagħmel diffiċli u jostakola liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli jaċċeddu għas-suq tal-ewwel abitazzjoni fl-imsemmi pajjiż. Dan l-ostakolu diskriminatorju huwa kkonfermat u msaħħaħ mil-limitazzjoni espliċita tal-eżenzjoni għaċ-ċittadini Griegi residenti barra l-pajjiż.

Il-miżura ma tiffavorixxix l-aċċess tal-persuni residenti fil-pajjiż għall-abitazzjoni tagħhom u dan fid-dawl tan-nuqqas ta’ l-obbligi korrispondenti fir-rigward tal-użu tal-proprjetà immobbli. Barra minn hekk, din il-miżura hija eċċessiva peress li r-residenza effettiva tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ dikjarazzjoni tax-xerrejja, flimkien mad-diversi dokumenti elenkati fir-reġistru jew permezz ta’ spezzjonijiet.

Fir-rigward tar-restrizzjoni espliċita tal-eżenzjoni għal Griegi residenti barra mill-pajjiż, din ma tistax tiġi ġġustifikata minħabba l-għan ta’ ripatrijazzjoni tagħhom, peress li tikser id-dritt ta’ moviment liberu.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano fit-12 ta’ Mejju 2009 — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA

(Kawża C-168/09)

2009/C 167/08

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flos SpA.

Konvenuta: Semeraro Casa e Famiglia SpA.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, inkwantu dawn qatt ma kienu ġew irreġistrati bħala disinni jew mudelli jew inkwantu r-reġistrazzjoni relatata kienet diġà skadiet?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli u fejn terza persuna — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq tali disinni u mudelli — kienet diġà mmanifatturat u kkummerċjalizzat f’dak l-Istat prodotti magħmulin skont dawn id-disinni u mudelli?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni u t-tielet domandi, l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad- disinni u l-mudelli u fejn terza persuna — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq tali disinni u mudelli — kienet diġà mmanifatturat u kkummerċjalizzat f’ dak l-Istat prodotti magħmulin skont dawn id-disinni u mudelli, fejn tali esklużjoni hija determinata għal perijodu sostanzjali (ekwivalenti għal għaxar snin).


(1)  ĠU L 289, p. 28


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/5


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-172/09)

2009/C 167/09

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Gawlik)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1), jew, f’kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex id-Direttiva 2005/60/KE tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali skada fil-15 ta’ Diċembru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali jew, f’kull każ, kienet għadha ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 309, p. 15


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/6


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-174/09)

2009/C 167/10

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u S. Schønberg, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/32/KE skada fil-11 ta’ Awwissu 2007. Sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijet neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-direttiva u, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx informat lill-Kummissjoni dwar dan.


(1)  ĠU L 191, p. 29


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/6


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-183/09)

2009/C 167/11

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u Irò Dimitriou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 412(1) ta’ din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE fid-dritt nazzjonali skada fl-1 ta’ Jannar 2008.


(1)  ĠU L 347, p. 1


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/6


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-184/09)

2009/C 167/12

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Adserá Ribera u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma addottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (2) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE fis-sistema legali interna skada fit-30 ta’ April 2008.


(1)  ĠU L 102, p. 15

(2)  ĠU L 143, p. 56


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/7


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-187/09)

2009/C 167/13

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: O. Beynet, S. Walker, aġenti)

Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva u taħt it-Trattat;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-4 ta’ Jannar 2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/7


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-202/09)

2009/C 167/14

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Balta, A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (2), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva; u

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU L 105, p. 54

(2)  ĠU L 201, p. 37


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-312/08) (1)

2009/C 167/15

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/8


Digriet tal-President tat-8 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-374/08) (1)

2009/C 167/16

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/8


Digriet tal-President tas-27 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-418/08) (1)

2009/C 167/17

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/9


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Ġunju 2009 — NDSHT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Ilment ta’ kompetitur - Ittri tal-Kummissjoni lil persuna li tilmenta - Għajnuna eżistenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

2009/C 167/18

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB (Stokkolma, l-Iżvezja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. Scharf, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittri tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006 indirizzati lil NDSHT, relattivi għal ilment dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma lil Stokkolma Visitors Board AB (Każ CP 178/04 — Allegazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat favur SVB AB).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/9


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Burie Onderzoek en advies

(Kawża T-179/06) (1)

(“Klawżola tal-arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali - Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà parzjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Talba rikonvenzjonali”)

2009/C 167/19

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: iniżjalment A. Weimar u L. Escobar Guerrero, imbagħad W. Roels, aġenti, assistiti minn W. Rupert)

Konvenuta: Burie Onderzoek en Advies BV (Nijeholtpade, L-Olanda) (rappreżentanti: I. van den Berge u A. Appelman, avukati)

Suġġett

Talba, abbażi tal-klawżola tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Burie Onderzoek en Advies BV għar-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, kif ukoll l-interessi moratorji abbażi ta’ żewġ kuntratti ta’ finanzjament fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata tal-komunikazzjoni fl-Ewropa u tal-applikazzjonijiet telematiċi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għar-rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni abbażi tal-kuntratt Barbara (Broad Range of Community Based Telematics Applications in Rural Areas), li għandu r-riferenza “Proġett R 2022”, huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa dirett kontra Burie Onderzoek en Advies BV, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tiddeċiedi fuq dan.

2)

Burie Onderzoek en Advies hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Telepromise (Telematics to Provide for Missing Services), li għandu r-riferenza “Proġett UR 1028”, biex tħallas lill-Kummissjoni s-somma kapitali ta’ EUR 109 535,62, barra mill-interessi għad-dewmien bir-rata legali applikabbli fl-Olanda mill-31 ta’ Awwissu 2001 sad data tal-pagament totali sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn

3)

It-talba rikonvenzjonali ta’ Burie Onderzoek en Advies hija miċħuda.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/10


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE)

(Kawża T-189/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni relattiva ta’ invalidità assoluta - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52 (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

2009/C 167/20

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Frosch Touristik GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lauf u T. Raab, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSR touristik GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1084/2004-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DSR touristik GmbH u Frosch Touristik GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1084/2004- 4) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/10


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Mejju 2009 — US Steel Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Att ta’ adeżjoni - Kundizzjoni imposta fuq il-benefiċjarju li jnaqqas il-bejgħ tiegħu ta’ prodotti ċatti fl-‘Unjoni Estiża’ - Ittra tal-Kummissjoni li tinterpreta l-kundizzjoni bħala applikabbli għas-suq Bulgaru u Rumen mid-data tal-adeżjoni tagħhom - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

2009/C 167/21

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: US Steel Košice s.r.o. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Vermulst u S. Van Cutsem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u T. Scharf, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006, sa fejn din tinterpreta l-kundizzjoni imposta fuq ir-rikorrenti li tnaqqas il-bejgħ tagħha ta’ prodotti ċatti fl-“Unjoni Estiża” bħala li tapplika wkoll, mill-1 ta’ Jannar 2007, għas-suq Bulgaru u Rumen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/11


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ April 2009 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Fitne Gesundheit und Wellness (Notfall Bonbons)

(Kawża T-372/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 167/22

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Daniel u O.I. Haleen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Fitne Gesundheit und Wellness GmbH (Salzhemmendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. De Zorti, T. Grimm u M. Koch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2008 (Każ R 909/2007-1) dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Murnauer Markenvertrieb GmbH u Fitne Gesundheit und Wellness GmbH.

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Murnauer Markenvertrieb GmbH u Fitne Gesundheit und Wellness GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda għandha tħallas nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/11


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ April 2009 — New Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-383/08) (1)

(“Inammissibbiltà formali tar-rikors - Isem ir-rikorrenti - Persuna ġuridika skont id-dritt privat - Awtorizzazzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Intervent”)

2009/C 167/23

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Europe (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: A.-M. Alamanou, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Lulju 2008, li tirrifjuta li tikkomunika lir-rikorrenti l-ismijiet tal-kumpanniji u tal-persuni ċċitati fid-dokumenti żvelati mill-Kummissjoni relatati mal-kawża “Eximo”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

3)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent ippreżentata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.


(1)  ĠU C 301 22.11.2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/11


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ April 2009 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-462/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 167/24

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Isern Jara u M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1471/2007-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.

Dispożittiv

1)

M’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Il-konvenuta għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tar-rikorrenti.

3)

L-intervenenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/12


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Mejju 2009 — Biofrescos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-159/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Preżentata tat-talba - Inammissibbiltà - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 167/25

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda (Linda-a-Velha, Il-Portugall) (rappreżentant: A. Magalhães Menezes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal, P. Guerra e Andrade u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni li għadhom mhumiex dovuti mir-rikorrenti, safejn dan l-irkupru huwa ordnat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 72 finali, tas-16 ta’ Jannar 2009, li tikkonstata li hemm lok li jsir l-irkupru a posteriori tal-imsemmija dazji, u li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji mhijiex ġustifikata fil-każ tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2009 — Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/09)

2009/C 167/26

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdulbasit Abdulrahim (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Jones, Barrister u M. Arani, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla totalment jew parzjalment ir-Regolament (KE) Nru 881/2002, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, u/jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, sa fejn jikkonċernaw direttament u individwalment lir-rikorrent;

jew, sussidjarjament, tiddikjara li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u/jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008 ma japplikawx fir-rigward tar-rikorrent;

jew, sussidjarjament, tikkunsidra l-bażi li fuqha l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u tiddetermina jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżid isem ir-rikorrent fl-Anness I hijiex xierqa u fondata skont il-liġi u l-fatti;

tordna lill-konvenuti jipprovdu, fi żmien qasir, raġunijiet u evidenza insostenn tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002;

tiddeċiedi li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-Anness I mhijiex xierqa u fondata skont il-liġi u l-fatti u tordna li isem ir-rikorrent jitħassar mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002;

tieħu miżuri oħra li hija tqis xierqa;

tikkundanna lill-konvenut, lill-Kunsill u/jew lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

tordna lill-konvenut, lill-Kunsill u/jew lill-Kummissjoni jħallsu danni lir-rikorrent minħabba telf ta’ dħul, telf ta’ profitt u danni mhux materjali.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008 tat-22 ta’ Diċembru 2008 (1) sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Sussidjarment, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 241 KE, tiddikjara li r-Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1330/2008 ma japplikawx fir-rigward tar-rikorrent. Huwa jitlob ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna lill-konvenuti jħallsu danni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent isostni li r-regolamenti kkontestati jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tiegħu kif inhuma ggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel nett, huwa jsostni li r-regolamenti kkontestati jiksru d-dritt għas-smigħ tiegħu, id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv u d-dritt għal smigħ xieraq peress li l-Kunsill jew il-Kummissjoni qatt ma infurmawh bir-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness I u qatt ma rċieva evidenza li tiġġustifika d-deċiżjoni li ismu jitniżżel fil-lista. Għalhekk, ir-rikorrent isostni li huwa ma ngħatax il-possibbiltà li jikkummenta fuq il-motivi u r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ ismu fl-Anness I tar-Regolament ikkontestat u konsegwentement, ma setax jikkontesta d-deċiżjoni li ismu jitniżżel fuq il-lista quddiem qorti.

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-miżuri kkontestati jiksru d-dritt għall-proprjetà tiegħu u jikkostitwixxu interferenza sproporzjonata mal-ħajja privata u tal-familja tiegħu.


(1)  ĠU 2008 L 345, p. 60


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2009 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-160/09)

2009/C 167/27

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S.Schneller, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcon Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 1471/2007-1 u tilqa’ l-Oppożizzjoni Nru B 809899 għall-prodotti kollha;

tikkonċedi l-fażi orali tal-proċeduri;

tikkundanna lill-UASI, u sussidjarjament lil Alcon Inc., għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Alcon Cusì SA, li sussegwentement ittrasferixxiet id-drittijiet tagħha lil Alcon Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OFTAL CUSI” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 3 679 181)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “Ophtal” għal prodotti fil-klassi 5 (Trade mark Komunitarja Nru 489 948)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, jew minn tal-inqas probabbiltà ta’ assoċjazzjoni, bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/13


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 — Würth u Fasteners (Shenyang) vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/09)

2009/C 167/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adolf Würth GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd (Shenyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Karl u M. Mayer, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

sussidjarjament, tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn kull waħda mir-rikorrenti huma individwalment ikkonċernati;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, inklużi dawk neċessarji għad-difiża tiegħu u għal spejjeż oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta, abbażi tar-regolament antidumping bażiku, (1) ir-Regolament (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (2) Ir-rikorrenti jsostnu li huma affettwati mid-dazji antidumping imposti b’dan ir-regolament u għaldaqstant, qed jitolbu l-annullament ta’ dan ir-regolament sa fejn jikkonċernahom.

Insostenn tar-rikors tagħhom, fl-ewwel motiv tagħhom ir-rikorrenti jallegaw l-eżistena ta’ żbalji proċedurali fil-proċeduri ta’ antidumping. Permezz tat-tieni sas-sitt motivi tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tad-dritt Komunitarju ta’ grad superjuri:

il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod metikoluż u imparzjali l-aspetti kollha rilevanti għall-każ partikolari u ddeterminat il-fatti b’mod insuffiċjenti u inkomplut, bir-riżultat li kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 253 KE;

il-valur normali li fuqu huwa bbażat ir-Regolament Nru 91/2009 ġie ddeterminat b’mod illegali bi ksur tal-Artikolu 2A(7) tar-Regolament Nru 384/96;

il-limiti massimi għall-ammissibbiltà ta’ proċeduri ta’ antidumping skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(4) ma kinux intlaħqu;

il-kunċett ta’ “prodott simili” stabbilit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament Nru 384/96 ġie estiż fir-regolament ikkontestat, peress li l-prodotti inkwistjoni manifatturati fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-prodotti manifatturati fil-Komunità ma jistgħux jiġu mqabbla u lanqas skambjati;

ma ġiex stabbilit li l-industrija Komunitarja subiet ħsara, kif jeħtieġu l-Artikoli 1(1) u 3 tar-Regolament Nru 384/96 sabiex jiġu imposti dazji antidumping.

Fl-aħħar lok, fis-seba’ motiv tagħhom ir-rikorrenti jallegaw abbuż tas-setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet Komunitarji fl-eżami tal-kriterji li jirrigwardaw il-ħsara, il-kawżalità u l-interess Komunitarju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, p.17).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/14


Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/08, Liotti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/09 P)

2009/C 167/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)

Appellat: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Frar 2009 fil-Kawża F-38/08 Liotti vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-17 ta’ Frar 2009 mogħtija fil-Kawża Liotti vs Il-Kummissjoni, F-38/08, li biha it-TSP annulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (RŻK) ta’ A. Liotti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2006.

Insostenn tal-appell tagħha, l-Kummissjoni ssostni tliet aggravji bbażati fuq:

ksur tad-dritt Komunitarju, sa fejn l-Artikolu 8(7) tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (DĠI) ma jipprevedix obbligu li assessur jew direttur ġenerali jeżamina l-applikazzjoni tar-regloli ta’ evalwazzjoni f’kull abbozz ta’ RŻK għal grad speċifiku;

irregolaritajiet proċedurali quddiem it-TSP li jippreġudikaw l-interessi tal-Kummissjoni, sa fejn it-TSP, peress li matul is-seduta, qajjem ex officio, rekwiżiti ta’ konsultazzjoni u ta’ koerenza previsti fl-Artikolu 8(7) tad-DĠI, aġixxa bi vjolazzjoni tad-dritt tad-difiża tal-Kummissjoni peress li ċaħdilha l-possibbilità li tipprovdi provi fattwali sabiex tistabbilixxi li ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 8(7) tad-DĠI meta sar ir-RŻK ikkontestat;

żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP ikkunsidra n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tad-DĠI bħala ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali u/jew irregolarità sostanzjali li jwassal għall-annullament tar-RŻK ikkontestat quddiem it-TSP.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/15


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2009 — Z vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/09)

2009/C 167/30

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Z (il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, Rechtsanwälte)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tordna lill-konvenuta tindika lir-rikorrent, billi tagħtih aċċess għall-fajl tal-proċedura fil-Każ COMP/3946 — “Marine Hoses” (Pajpijiet tal-baħar) — u billi tipprovdilu b’mod partikolari kopja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 li timponi multa fuq Dunlop Oil & Marine/ContiTech AG/Continental AG għal allegata parteċipazzjoni fil-kartell tal-pajpijiet tal-baħar bejn l-1986 u l-2007, jekk huwa kienx imsemmi b’ismu f’din id-deċiżjoni u — jekk dan huwa l-każ — li tindika l-kuntest li fih issemma isem ir-rikorrent, u, b’mod partikolari, sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni rilevanti mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni u tad-dritt kriminali li hija relatata mar-rikorrent;

telimina, b’mod li għadu jrid jiġi deċiż wara li jkun ingħata l-aċċess għall-fajl, ir-referenzi għal isem ir-rikorrent, b’mod partikolari, l-informazzjoni rilevanti mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni jew tad-dritt kriminali relatata mar-rikorrent fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 li timponi multa fuq Dunlop Oil & Marine/ContiTech AG/Continental AG għal allegata parteċipazzjoni fil-kartell tal-pajpijiet tal-baħar bejn l-1986 u l-2007;

ma tirreferix għar-rikorrent b’ismu u tonqos milli tirreferi għar-rikorrent fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta r-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea, tal-5 ta’ Marzu 2009, li tagħtih aċċess għad-dokumenti tal-fajl tal-proċedura COMP/39406 — pajpijiet tal-baħar. Barra minn hekk, ir-rikorrent jitlob it-tħassir tal-informazzjoni li jista’ jkun hemm fir-rigward tiegħu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 f’dan il-każ kif ukoll il-projbizzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tiegħu fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni.

Fil-motivazzjoni tar-rikors, ir-rikorrent isostni li d-dritt li jikseb aċċess għall-fajl u t-tħassir tal-informazzjoni kollha fir-rigward tiegħu jirriżultaw mill-ksur tad-drittijiet fundamentali u elementari proċedurali tar-rikorrent, jiġifieri d-dritt għal smigħ, id-dritt tal-aċċess għall-fajl u l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Barra minn hekk, id-dritt tal-aċċess għall-fajl jirriżulta mid-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2009 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/08, Stols vs Il-Kunsill

(Kawża T-175/09 P)

2009/C 167/31

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u G. Kimberley, agenti)

Appellat: Willem Stols (Halsteren, l-Olanda)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Frar 2009 fil-Kawża F-51/08 (Willem Stols vs Il-Kunsill)

tiċħad ir-rikors tal-21 ta’ Mejju 2008 li bih W. Stols talab l-annullament tad-Deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2007 li biha l-Kunsill irrifjuta li jinkludi lil W. Stols fil-lista ta’ persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007, flimkien mad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2008 li biha l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, fil-kwalità tiegħu tal-Awtorità tal-Ħatra, ċaħad l-ilment tiegħu ppreżentat abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal,

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-appell preżenti, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-17 ta’ Frar 2009, mogħtija fil-kawża Stols vs Il-Kunsill, F-51/08, li biha t-TSP annulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li rrifjutat li tippromwovi lil W. Stols għall-grad AST 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007.

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Kunsill isostni żewġ aggravji bbażti fuq:

żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP qabeż il-limiti stabbiliti mill-ġurisprudenza għall-istħarriġ minn qorti Komunitarja tas-setgħa wiesgħa ta’ evalwazzjoni li l-Awtorità tal-Ħatra tgawdi sabiex tagħmel eżami kumparattiv tal-merti tal-uffiċjali kandidati għal promozzjoni;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li s-sentenza appellata hija vviżżjata b’numru ta’ lakuni u impreċiżazzjonijiet li jagħmlu inkomprensibbli l-bażi li fuqha t-TSP kkonkluda li jeżisti żball manifest tal-Kunsill.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/16


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2009 — Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/09)

2009/C 167/32

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dunamenti Erőmű Zrt. (Százhalombatta, l-Ungerija) (rappreżentanti: J. Lever, QC, A. Nourry u R. Griffith, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet operattivi tad-dispożittiv sa fejn dawn japplikaw fil-konfront tar-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 5 tad-deċiżjoni sa fejn dawn jordnaw l-irkupru ta’ għajnuna mingħand ir-rikorrenti minbarra kull għajnuna li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li hija inkompatibbli mas-suq komuni;

tordna miżuri istruttorji skont l-Artikolu 65 tar-Regoli tal-Proċedura fejn titlob lill-Kummissjoni tippreżenta quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kopji tal-komunikazzjonijiet kollha bil-miktub bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ungeriżi kif ukoll il-minuti kollha ta’ laqgħat u diskussjonijiet bejniethom, bħal dawk imsemmija fil-Premessa 446 tad-deċiżjoni kkontestata.

jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li teħtieġ l-assistenza ta’ espert jew esperti, tordna miżuri istruttorji intiżi li jsir rapport jew rapporti minn dawn l-esperti kif ukoll miżuri istruttorji oħra li l-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li huma meħtieġa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2223 finali tal-4 ta’ Ġunju 2008 li tiddikjara l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi, lil ċerti produtturi tal-enerġija elettrika, f’forma ta’ Ftehim dwar ix-xiri fit-tul ta’ enerġija elettrika (iktar ’il quddiem “FXE”), konklużi bejn l-operatur tan-netwerk ta’ trażmissjoni Magyar Villamos Müvek Rt (iktar ’il quddiem “MVM”), proprjetà tal-Istat Ungeriż, u dawn il-produtturi f’data qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea [Għajnuna mill-Istat C 41/2005 (ex NN 49/2005) — “Spejjeż mhux irkuprabbli” Ungeriżi]. Id-deċiżjoni kkontestata tidentifika lir-rikorrenti bħala benefiċjarja tal-allegata għajnuna mill-Istat u tordna lill-Ungerija sabiex tirkupra l-għajnuna, bl-interessi, mingħand ir-rikorrenti.

Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(1) KE sa fejn ikkwalifikat il-FXE tar-rikorrenti bħala miżura ta’ għajnuna minkejja li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li dan kien jikkostitwixxi ftehim “essenzjali” li jippreċedi l-privatizzazzjoni. Fil-fehma tar-rikorrenti, l-awtoritajiet Ungeriżi kienu għaldaqstant qed jaġixxu skont il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat it-Trattat ta’ adeżjoni tal-Ungerija u l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (1).

It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li anki li kieku jiġi kkunsidrat li l-FXE kien jagħtiha, fl-1995, għajnuna mill-Istat, hija kellha d-dritt li tistrieħ fuq l-aspettattiva leġittima li, taħt id-dritt Komunitarju, tali għajnuna kellha tiġi meqjusa bħala għajnuna eżistenti.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li billi tikkwalifika l-FXE tar-rikorrenti bħala għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli, id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-għajnuna ġiet ikklasifikata b’mod żbaljat bħala għajnuna għall-operat u ma jmisshiex tqieset bħala inkompatibbli anki inkwantu kkumpensat lir-rikorrenti għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li din il-konklużjoni hija vviżżjata minn motivazzjoni inadegwata u/jew difettuża u tikser l-Artikolu 87(3)(a) KE billi ma tirrikonoxxix li l-FXE tar-rikorrenti għandu xi rwol fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tallega li l-ordni ta’ rkupru tikser l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju bħall-prinċipju ta’ interessi leġittimi u ta’ aspettattivi leġittimi. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali sostanzjali, bħad-drittijiet proċedurali tagħha għal smigħ xieraq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU 1999 L 83, p. 1)


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/17


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Poloplast vs UASI — Polypipe Building Products (P)

(Kawża T-189/09)

2009/C 167/33

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Poloplast GmbH & Co. KG (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Bruckmüller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polypipe Building Products Ltd (Edlinton, Vereinigtes Königreich)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta’ Frar 2009, jew temendaha fis-sens li jiġi kkonstatat li mhemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “P” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 42 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 148 194)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Polypipe Building Products Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “P” għall-prodotti fil-klassi 17 (Trade mark Komunitarja Nru 33 191) u t-trade mark figurattiva “P POLYPIPE” għall-prodotti fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 20 (Trade mark Komunitarja Nru 2 685 691)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009 (1)], sa fejn ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/17


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Longevity Health Products vs UASI — Performing Science (5 HTP)

(Kawża T-190/09)

2009/C 167/34

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Performing Science LLC

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tal-kumpannija Longevity Health Products, Inc. inammissibbli,

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-21 ta’ April 2009 u tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Performing Science, LLC kontra t-trade mark Komunitarja Nru 002846483 — “5 HTP”

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “5 HTP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16, u 35 (trade mark Komunitarja Nru 2 846 483)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Performing Science LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark inkwistjoni ġiet milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rifjut tal-oppożizzjoni tar-rikorrenti

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)]


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/18


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — Amen Corner vs UASI — Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)

(Kawża T-192/09)

2009/C 167/35

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Amen Corner (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, abogado, T. Villate Consonni, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comercio Electrónico Ojal (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R-462/2008-2 sa fejn din taċċetta r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 9.

fid-dawl tal-annullament preċedenti, tiċħad fit-totalità tagħha l-applikazzjoni għal trade mark Nru 4 617 213

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri jekk jiġu kkontestati, u tiċħad it-talbiet tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Comercio Electrónico Ojal S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva komposta mill-element verbali “SEVE TROPHY” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 617 213), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25, 28, 35 u 41.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi Komunitarji “SEVE TROPHY” u “SEVE BALLESTEROS TROPHY” (Nru 1 541 226, Nru 1 980 341, Nru 2 068 682 u Nru 3 846 235), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25, 28, 35 u 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2008 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)] u oppożizzjoni parzjalment milqugħa taħt l-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/18


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM)

(Kawża T-194/09)

2009/C 167/36

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines, SA (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, abogados)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Air Nostrum, Lineas Aéreas del Mediterráneo, SA (Manises, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjra li r-rikors, flimkien mad-dokumenti mehmuża miegħu, ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-19 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 0107/2008-4 ġie ppreżentat fit-termini stabbiliti u fil-forma meħtieġa u, wara l-eżami rilevanti tal-proċess, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Air Nostrum, Líneas Aéreas de Mediterráneo S.A.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 448 061), għal servizzi fil-klassi 39.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja verbal “LAN” (Nru 3 350 899) għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43; u t-trade mark Komunitarja figurativa komposta mill-kelma “LAN”, flimkien ma’ stilla (Nru 3 694 957) għal servizzi fil-klassi 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda kompletament.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar ir-Regolament (KE) Nru 207/2009).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/19


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/09)

2009/C 167/37

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TerreStar Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Olofsson, lawyer, J. Killick, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3746 finali/2, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS), adottata b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE (1), sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni tar-rikorrenti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li TerreStar ma laħqitx l-istadji meħtieġa. Ir-rikorrenti ssosnti li l-inkonsistenzi bejn l-informazzjoni u n-nuqqas ta’ provi tat-twettiq ta’ wieħed mill-istadji kkonstatati mill-Kummissjoni kienu dovuti għal interpretazzjoni żbaljata tal-informazzjoni ppreżentata li setgħet tkun ikkjarifikata fuq sempliċi talba min-naħa tal-Kummissjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssosnti li l-Kummissjoni wettqet ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta naqset milli titlob kjarifikazzjoni u milli tirrevedi l-kjarifikazzjonijiet ippreżentati b’mod volontarju minn TerreStar.

It-tielet lok, sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata m’għandhiex motivazzjoni adegwata.


(1)  Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 172, p. 15).


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/19


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2009 — UOP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/09)

2009/C 167/38

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UOP Ltd (Brimsdown, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Hartnett, Barrister, u O. Geiss, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżura ta’ għajnuna implementata minn Franza għall-grupp IFP [C 51/05 (ex NN 84/05)] (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżura ta’ għajnuna implementata minn Franza għall-grupp Institute Français du Petrol (IFP) [C 51/05 (ex NN 84/05)] [innotifikata bin-Numru C (2008) 1330] sa fejn hija tiddikjara, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni fis-sens tal-Artikolu 87(3) KE. Ir-rikorrenti hija kompetitriċi tal-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat u s-sussidjarji tiegħu, Axens u Prosernat.

Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi bi ksur tal-Artikolu 87(3) KE u tal-Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp tal-1996 billi ddeskriviet b’mod żbaljat in-natura tar-riċerka u tal-iżvilupp meħud minn IFP taħt l-Annes I tal-Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp tal-1996 u għalhekk iddeterminat b’mod żbaljat l-intensità massima pponderata tal-għajnuna. Ir-rikorrenti tibbaża l-motivi tagħha fuq is-segwenti: l-attivitajiet ta’ Axens u Prosernat fir-rigward tal-proċessi ma jikkwalifikawx bħala riċerka u żvilupp u l-iżvilupp kollu prekompetittiv isir minn IFP; IFP għamlet tal-inqas il-parti tal-iżvilupp prekompetittiv għall-proċess teknoloġiku u għall-katalisti li jinvolvu l-użu tal-pjanti pilota kif ukoll il-parti tal-iżvilupp prekompetittiv li jaqa’ fi ħdan il-portafoll privattiv tagħha.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi bi ksur tal-Artikolu 87(3) KE u tal-Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp tal-1996 billi naqset milli tqis l-għajnuna operattiva mogħtija lil Axens u Prosernat, is-sussidjarji ta’ IFP. Ir-rikorrenti tibbaża l-motiv fuq tliet argumenti u ssostni li: il-benefiċċji lil Axens permezz tal-użu kontinwu tal-pjanti pilota kif ukoll il-benefiċċji indiretti lil Axens permezz ta’ fondi edukattivi minn IFP u permezz tal-kooperazzjoni ta’ riċerka internazzjonali minn IFP ma tqisux.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi billi kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija lil IFP u s-sussidjarji tagħha, Axens u Prosernat, għandha effett ta’ inċentiv.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi billi naqset mill tipprovdi raġunament xieraq u/jew billi naqset milli tqis fl-intier l-evidenza li kella quddiemha.


(1)  ĠU 2009 L 53, p. 13


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/20


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-200/09)

2009/C 167/39

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Infraestructuras, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent u P. Cllol García, abogados)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif ukoll skont kull dispożizzjoni oħra skont id-dritt.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ din il-kawża huwa dak tal-Kawża T-58/09, Schaemaventotto vs Il-Kummissjoni (ĠU C 82, p 32); dan huwa l-att ġuridiku li permezz tiegħu il-Kummissjoni għalqet il-fajl skont l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1) (iktar ’il quddiem l-“RKK”), dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoni bejn ir-rikorrenti u Autostrade, S.p.A (Każ COMP/M. 4388 — Albertis vs Autostrade).

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:

Il-Kummissjoni kisret l-obbligi legali tagħha meta għalqet il-proċeduri fis-seħħ skont l-imsemmi Artikolu 21, mingħajr ma ddikjarat il-ksur imettaq mill-Italja għad-dannu tad-drittijiet ta’ Albertis; u, sussidjarjament, il-Kummissjoni wettqet żball fl-analiżi tagħha ta’ kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju u b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21 RCC.

Il-Kummissjoni ma osservatx ir-rekwiżiti essenzjali tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 RCC. Dan il-ksur jagħti lok għall-invalidità tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni, billi jipprekludi li l-għan tal-Artikolu 21 RCC jitwettaq totalment.

Il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.

Il-Kummissjoni wettqet abbuż ta’ poter peress li tat deċiżjoni fil-kuntest ta’ dispożizzjoni, l-Artikolu 21 RCC, li ma kinitx tippermettiha li tagħti din id-deċiżjoni, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 226 KE, u dan bi ħsara għall-garanziji eżistenti fl-Artikolu 21 RCC, fejn b’hekk ċaħdet kull effett lill-Artikolu 21 RCC u naqset milli tipproteġi l-konċentrazzjoni li kienet protetta u approvata preċedentement mill-Kummissjoni stess.

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, amministrazzjoni tajba u aspettativi leġettimi billi naqset milli tieħu azzjoni kontra l-Istat Membru, f’ċirkustanzi li ma jħallux marġni għall-evalwazzjoni, u b’hekk kisret l-aspettativi tal-operaturi.

Fl-aħħar nett u sussidjarjament, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji fl-analiżi tagħha tal-qafas ġuridiku ppreżentat mill-Istat Taljan, peress li ma stabbilietx qafas ġuridiku li jiggarantixxi li, f’amalgazzjonijiet futuri transkonfinali li jseħħu fis-settur tal-awtostradi fl-Italja, l-impriżi jirċievu trattament ugwali u skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/20


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (Olymp)

(Kawża T-203/09)

2009/C 167/40

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Bellido, S.A. (Manzanares, Ciudad Real, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 531/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “Olymp” għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola tat-trade mark figurattiva “OLIMPO” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appel: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell għamel żball meta kkonkluda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, minħabba l-fatt li t-trade marks ikkonċernati ma jixxibhux la mill-aspett viżwali, la mill-aspett tas-smigħ u lanqas mill-aspett kunċettwali.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (OLYMP)

(Kawża T-204/09)

2009/C 167/41

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Bellido, S.A. (Manzanares, Ciudad Real, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 598/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “OLYMP” għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ir-reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark figurativa “OLIMPO” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonkluda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, minħabba l-fatt li t-trade marks ikkonċernati mhumiex viżivament, fonetikament jew kunċettwalment simili.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)

(Kawża T-207/09)

2009/C 167/42

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mustapha El Jirari Bouzekri (Malaga, Spanja) (rappreżentant: E. Ragot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nike International Ltd (Beaverton, L-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 554/2008-2 minħabba li hemm żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009); u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż legali u dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “NC NICKOL” għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja tat-trade mark “NIKE” għal firxa ta’ prodotti, fosthom prodotti fil-klassijiet 9 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni kienu sodisfatti.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Mars vs UASI — Marc (MARC Marlon Abela Restaurant Corporation)

(Kawża T-208/09)

2009/C 167/43

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mars, Inc. (McLean, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bryson, Barrister u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marc Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 1827/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “MARC Marlon Abela Restaurant Corporation”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 32, 33, 35 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi “MARS” irreġistrati għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 29, 30, 32 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u ċaħdet l-oppożizzjoni kollha kemm hija

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009] (i) sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra (jew ikkonstata) b’mod ħażin, mingħajr ebda bażi ta’ provi, li t-trade marks ikkonċernati kellhom tifsira ċara u speċifika għall-pubbliku tal-Istati Baltiċi, b’mod li dan il-pubbliku seta’ jagħrafha immedjatament. Dan wassal lill-Bord tal-Appell sabiex jikkonkludi, b’mod ħażin, li kien hemm differenza kunċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati fuq ix-xebh viżiv u verbali u ġġustifika l-konklużjoni li t-trade marks inkwistjoni ma kinux simili; u (ii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni jew suffiċjentement inkunsiderazzjoni iċ-ċirkustanzi tal-bejgħ tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni u l-impatt ta’ dawn iċ-ċirkustanzi fuq (a) l-evalwazzjoni tax-xebh viżiv u fonetiku bejn it-trade marks; (b) il-piż relattiv li għandu jingħata, fl-evalwazzjoni globali tax-xebh/tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, lill-elementi differenti (viżiv, verbali u kunċettwali), li jippermettu l-evalwazzjoni tax-xebh. Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell, b’mod ħażin, ċaħad l-oppożizzjoni bbażata fuq l-imsemmija dispożizzjoni, minħabba li r-rikorrenti ma kinitx stabbiliet li l-kundizzjonijiet kumulattivi kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħha kienu ġew issodisfatti. Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009) billi l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod ħażin li l-probabbiltà ta’ konfużjoni kellha tiġi evalwata skont l-istess prinċipji għall-finijiet tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament Nru 40/94.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/09)

2009/C 167/44

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Formenti Seleco SpA (Pordenone, l-Italja) (rappreżentanti: A. Malatesta, avvocato, G. Terracciano, avvocato, S. Malatesta, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħlas ta’ kumpens li jammonta għas-somma komplessiva ta’ EUR 156 208 915,03 favur Formenti Seleco s.p.a., li qed tiġi llikwidata taħt amministrazzjoni straordinarja, kif ukoll l-interessi bir-rata stabbilita skont il-liġi, liema interessi jiddekorru mid-data tad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ insolvenza jew inkella bil-mod differenti kif il-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha tiddeċiedi.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż u għall-ispejjeż legali tal-kawża preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, waħda mill-produtturi prinċipali Taljani tat-televixins tal-kulur, ġiet iddikjarata insolventi u ġiet suġġettata għal proċeduri ta’ amministrazzjoni straordinarja wara importazzjoni kbira fis-suq Ewropew ta’ televixins tal-kulur prodotti minn kumpanniji Torok u li kienu jinbiegħu bi prezzijiet li jikkostitwixxu dumping.

Din is-sitwazzjoni allegatament ġiet ikkawżata direttament fit-territorju Komunitarju mill-ksur min-naħa tar-Repubblika tat-Turkija tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-KE tal-1963 u tar-regoli sussegwenti kumplimentari, inkwantu l-Gvern Tork ipprovda għal regoli li jinjoraw l-obbligi imposti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Komunità, li jirrigwardaw b’mod partikolari l-istabbiliment tal-oriġini Torka tat-televixins tal-kulur importati fil-Komunità, u l-Kummissjoni kienet ilha taf b’dan l-injorar għall-inqas sa mill-1993.

B’mod partikolari Formenti Seleco s.p.a. tikkunsidra lill-Kummissjoni responsabbli għall-motivi segwenti, li huma ideonei biex jagħtu lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħha u l-obbligu konsegwenti ta’ kumpens għad-danni:

1)

ksur tal-obbligi imposti fir-rigward tagħha mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Protokoll addizjonali relattiv, sa fejn, kemm fil-perijodu tranżitorju tat-twettiq tal-unjoni doganali tal-Komunità mar-Repubblika Turka, jiġifieri sa mill-1994, kif ukoll, a fortiori, fil-fażi ta’ unjoni doganali kompluta, għalkemm kienet taf bin-nuqqas ta’ osservanza tal-ftehimiet min-naħa tar-Repubblika tat-Turkija naqset milli tivverifika l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali rilevanti.

2)

ksur tal-Artikolu 211 tat-Trattat KE u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Protokoll addizzjonali huma parti mid-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni hija obbligata tagħmel verifiki anki fuq dispożizzjonijiet ta’ dawn u tiggarantixxi amministrazzjoni tajba.

3)

il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, billi, bl-aġir imsemmi iktar ’il fuq, kisret l-aspettattivi tal-operatur kummerċjali Komunitarju singolu, u b’mod partikolari tar-rikorrenti, fir-rigward tal-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali mat-Turkija, aspettattivi li kellhom ikunu ggarantiti permezz tal-kontrolli u l-verifika li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel.

4)

il-ksur u/jew l-applikazzjoni żbaljata tar-regoli antidumping inkwantu l-Kumissjoni, għalkemm kienet taf sa mill-1993 dwar l-irregolaritajiet gravi mwettqa mill-esportaturi Torok, ma adottatx miżuri ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ dawn, u aġixxiet mingħajr ma użat id-diliġenza u l-prudenza normalment meħtieġa minn amministrazzjoni.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2009 — Astrim u Elyo Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/09)

2009/C 167/45

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Astrim SpA (Roma, l-Italja), Elyo Italia (Sesto San Giovanni, l-Italja) (rappreżentant: M. Brugnoletti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment: tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra mhux kompleta l-offerta magħmula mill-grupp tar-rikorrenti bħala risposta għas-sejħa għal offerti (1) għall-għoti tas-servizz ta’ manutenzjoni taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka Nru 2008 — C04 005, ikkomunikata b’ittra tas-27 ta’ Marzu 2009 u kkompletata b’komunikazzjoni tat-3 ta’ April 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha suċċessivi u relatati, inkluż dik li tilqa’ l-offerta ta’ impriża oħra.

Sussidjarjament: tannulla l-punt 17 tas-sejħa għal offerti Nru 2008 — C04 005, fil-parti fejn kien stabbilit kriterju ġeneriku ta’ esklużjoni mis-sejħa għal offerti.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż legali.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża r-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom magħmula bħala risposta għas-sejħa għal offerti għall-għoti tas-servizz ta’ manutenzjoni taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka Nru 2008 — C04 005 u tagħtu lil impriża oħra.

Ir-rikorrenti jibbażaw it-talbiet tagħhom fuq tlett motivi:

Bl-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-punt 17 tas-sejħa għal offerti, l-Artikoli 92 u 89 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 (2), kif ukoll il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, minħabba li ddeċidiet li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti billi kkunsidrat b’mod żbaljat li din kienet mhux kompluta minħabba li kellha partijiet neqsin, filwaqt li l-grupp tar-rikorrenti ried intenzjonalment joffri prezz ekwivalenti għal żero.

Bit-tieni motiv, ir-rikorrenti jinvokaw nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni taċ-ċaħda minħabba li l-Artikolu 17 tas-sejħa għal offerti ma jipprevediex iċ-ċaħda awtomatika fil-każ fejn tkun tħalliet barra parti mill-offerta ekonomika, imma jikkunsidra ċ-ċaħda bħala sempliċi eventwalità, filwaqt li jħalli lill-Kummissjoni d-diskrezzjoni li tiddeċiedi jekk teskludiex jew le lir-rikorrenti, deċiżjoni li minħabba li hija diskrezzjonali, għandha tkun ibbażata fuq motivazzjoni adegwata; li hija nieqsa mid-deċiżjoni taċ-ċaħda adottata mill-Kummissjoni.

Bit-tielet motiv u biss fil-każ fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tilqax iż-żewġ motivi l-oħrajn, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-punt 17 tas-sejħa għal offerti peress li jikser l-Artikoli 92 u 89 tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002, iċċitat qabel, minħabba li l-imsemmi punt 17 jinkludi kriterju ġeneriku ta’ esklużjoni.


(1)  ĠU 2008/S 2008-274999 tal-25 ta’ Ottubru 2008.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Ingo Hanschmann vs Europol

(Kawża F-27/09)

2009/C 167/46

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent li ma kellu ebda possibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax jipproponilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta’ ilment fis-7 ta’ Jannar 2009 li qalet li l-oġġezzjonijiet tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 kienu infondati.

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Kipp vs Europol

(Kawża F-28/09)

2009/C 167/47

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Kipp (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar l-impossibbiltà li ssirlu offerta ta’ impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ilment, tas-7 ta’ Jannar 2009, li kkonstatat bħala infondati l-oġġezzjonijiet li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/25


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Sluiter vs Europol

(Kawża F-34/09)

2009/C 167/48

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Sluiter (Hillegom, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annulament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent bl-impossibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ikoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll tad-deċiżjoni mogħtija fuq ilment tas-7 ta’ Jannar 2009 li kkunsidrat infondati l-ilmenti li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Visser — Fornt Raya vs Europol

(Kawża F-35/09)

2009/C 167/49

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Teresa Visser — Fornt Raya (La Haye, L-Olanda) (rappreżentanti: P. de Casparis)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li informat lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrenti li huwa ma setax jipproponilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni, wara l-ilment tagħha, mogħtija fis-7 ta’ Jannar 2009, li tgħid illi l-oġġezzjonijiet li r-rikorrenti qajmet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 kienu infondati;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Armitage-Wilson vs Europol

(Kawża F-36/09)

2009/C 167/50

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Kate Armitage-Wilson (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: W. J. Dammingh)

Konvenut: L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrenti li ma setax joffrilha impjieg permanenti kif ukoll d-deċiżjoni rigward l-ilment tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad bħala infondati l-ilmenti li r-rikorrenti ressqet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Doyle vs Europol

(Kawża F-37/09)

2009/C 167/51

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut informa lill-konvenuta li ma setax joffrilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fuq ilment fis-7 ta’ Jannar 2009 li tiddikjara l-ilmenti li r-rikorrenti għamlet kontra l-ewwel deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 bħala infondati;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Breige Martin vs Europol

(Kawża F-38/09)

2009/C 167/52

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Breige Martin (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: P. de Casparis)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar l-impossibbiltà li tingħatalu offerta ta’ impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ilment, tas-7 ta’ Jannar 2009 li kkonstatat bħala infondati l-oġġezzjonijiet li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Goddijn vs Europol

(Kawża F-39/09)

2009/C 167/53

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Jaqueline Goddijn (Breda, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li ssirilha offerta ta’ impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrenti li ma setax joffrilha impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ilment, tas-7 ta’ Jannar 2009, li kkonstatat bħala infondati l-oġġezzjonijiet li r-rikorrenti ressqet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/27


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Wendler vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/09)

2009/C 167/54

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombellom, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tal-obbligu impost fuq ir-rikorrent mill-konvenuta li jindika kont bankarju fil-post ta’ residenza tiegħu fl-Italja għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-konvenuta fid-9 ta’ Settembru 2008, fil-forma ta’ ċaħda tal-ilment magħmul mir-rikorrent fid-19 ta’ Frar 2008, li tipprovdi li dan tal-aħħar għandu jindika kont bankarju fil-post ta’ residenza tiegħu għall-finijiiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/27


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/09)

2009/C 167/55

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belgju) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw mill-qtil ta’ uffiċjal tal-Kummissjoni u tal-mara tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Frar 2009, li tiċħad l-ilment Nru R/406/08 rigward talba għall-kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw mill-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u tal-mara tiegħu, li sar fit-18 ta’ Settembru 2006 f’Rabat, il-Marokk, fejn huwa kien jinsab minħabba raġunijiet ta’ servizz;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 2 552 837,96 li tikkorrispondi għal 26 sena ta’ ħlas tal-paga tal-uffiċjal maqtul, li għandha terġa’ tiġi vvalutata skont il-prospetti tal-karriera tal-uffiċjal (kemm fir-rigward ta’ ħlas awtomatiku kif ukoll għal promozzjonijiet possibbli fil-grad), bħala kumpens għad-dannu patrimonjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi leġittimi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 250 000,00, bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali li sofra l-vittma qabel ma miet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi leġittimi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 1 276 512,00, bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali li sofrew fil-kwalità ta’ ulied il-vittma u xhieda tal-qtil traġiku tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur Livio Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 212 752,00 bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali mġarrab minnu bħala missier il-vittma;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi kumpensatorji u tal-interessi moratorji li sadanittant ikunu laħqu mmaturaw;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/28


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2009 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-54/09)

2009/C 167/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitatjiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta’ deċiżjonijiet varji dwar it-tnaqqis ta’ 39 jum mill-ġranet ta’ leave tar-rikorrent għas-sena 2008.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Frar 2008, tal-1 ta’ April 2008, tal-10 ta’ April 2008, tal-20 ta’ Mejju 2008 u tal-14 ta’ Lulju 2008 dwar it-tnaqqis ta’ 39 jum mill-ġranet ta’ leave tar-rikorrent għas-sena 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitatjiet Ewropej għall-ispejjeż.


Rettifika

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/29


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-kawża T-475/08 P

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 69, 21 ta’ Marzu 2009, p. 40 )

2009/C 167/57

Għandu jinqara kif ġej l-avviż fil-ĠU fil-kawża T-475/08 P, Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja:

“Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2008 minn Radu Duta mis-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-103/07, Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-475/08 P)

2009/C 69/93

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Radu Duta (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentant: F. Krieg, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tilqa’ l-appell preżenti bħala ammissibbli proċeduralment;

tiddikjarah bħala fondat fil-mertu;

għaldaqstant, billi tibdel is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Settembru 2008, tiddikjara r-rikors tal-appellanti ammissibbli u fondat;

għaldaqstant, tannula, abbażi tar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

sa fejn huwa neċessarju, tirrinvija l-każ tiegħu quddiem l-awtorità kompetenti sabiex tiddeċiedi skont is-sentenza mogħtija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 1 100 000 (miljun u mitt elf Euro) bħala kumpens għad-danni;

sa fejn huwa neċessarju, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jevalwa l-ammont tad-dannu mġarrab mill-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għat-totalità tal-ispejjeż tal-istanza;

tippermetti lill-appellant jirreferi espressament għat-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza li huma annessi mar-rikors tal-appell u meqjusa bħala parti integrali tiegħu;

għall-bqija, tippermetti lill-appellant jirriżerva espressament kull dritt, motiv u azzjoni u b’mod partikolari d-dritt li jippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Settembru 2008, mogħtija fil-kawża Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, F-103/07, li tiċħad bħala inammissibbli r-rikors tal-appellant fl-ewwel istanza intiż, minn naħa, għall-annullament tal-ittra li permezz tagħha ġie mgħarraf li ma kienx se jiġi offrut pożizzjoni ta’ référendaire u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni, minn naħa, li d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, previst fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ġie miksur minħabba l-parzjalità strutturali tal-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll minħabba l-konoxxenzi personali bejn il-membri tal-Qorti tal-Prim’Istanza u l-awturi tad-deċiżjonijiet ikkontestati quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Min-naħa l-oħra, l-appellant jirreferi għall-argumenti u għall-motivi tiegħu żviluppati matul il-proċedura fl-ewwel istanza, fosthom ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ bona fide u ta’ trattament ugwali.

Barra minn hekk, l-appellant jiddikjara li huwa konvint li ma jistax jikseb ġustizzja ħlief quddiem qorti verament indipendenti mill-parti l-oħra fil-proċess, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, u li qiegħed jippreżerva d-dritt tiegħu li jressaq l-argumenti tiegħu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.”