ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.156.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 156

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
9 ta' Lulju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 156/01

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2009/C 156/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà

3

2009/C 156/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5553 – Perdigão/Sadia) ( 1 )

4

2009/C 156/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5510 – Atlantia/Sias/Acciona/Itinere Chilean Assets) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 156/05

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 156/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

2009/C 156/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

2009/C 156/08

Aġġornament tal-lista ta’ uffiċċji tad-dwana li fihom il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 jistgħu jiġu ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità Ewropea

12

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2009/C 156/09

Avviż tal-Awtorità tas- Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta' interess ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/skont attwali għat-tliet Stati EFTA li japplikaw mill-1 ta' Marzu 2009(Ippubblikat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.))

15

2009/C 156/10

Awtorizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fl-Ewwel Parti tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

16

2009/C 156/11

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabet li l-miżuri segwenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

17

2009/C 156/12

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Rakkomandazzjoni tal-5 ta’ Novembru 2008 dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi), kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu u mill-adattamenti settorjali fl-Anness XI ta’ dak il-Ftehim

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 156/13

Is-sejħa għal applikazzjonijiet Il-politika tal-konsumatur

24

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 156/14

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B/39.316 — Gass minn Franza (esklużjoni mis-swieq tal-gass) ( 1 )

25

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni

2009/C 156/15

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/1


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

2009/C 156/01

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.7.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 683/07

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Nuostoliø, patirtø dël gyvûnø uþkreèiamøjø ligø, kompensavimas

Bażi ġuridika

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ir kaimo plėtros įstatymas, (Žin., 2002, Nr. 72-3009);

Lietuvos Respublikos veterinarijos įstatymas, (Žin., 1992, Nr. 2-15);

Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2006 m. spalio 11 d. nutarimas Nr. 987 Dėl valstybės institucijų, savivaldybių ir kitų juridinių asmenų, atsakingų už Europos žemes ūkio garantijų fondo priemonių įgyvendinimą, paskyrimo;

Projektas. Nuostolių, patirtų likviduojant gyvūnų užkrečiamųjų ligų protrūkius, įvertinimo ir atlyginimo taisyklės.

Tip ta’ miżura

Eradikazzjoni tal-mard tal-bhejjem

Għan

Żvilupp settorjali

Forma ta’ għajnuna

Għotja diretta u servizzi ssussidjati

Baġit

Baġit kumplessiv ta’ LTL 115 000 000 (madwar EUR 33,3 miljun)

Intensità

100 %

Tul ta' żmien (perjodu)

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċiżjoni, minn fejn tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fis-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

28.5.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 48/09

Stat Membru

L-Estonja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Meetod riigiabi elemendi arvutamiseks Maaelu Edendamise Sihtasutuse garantiide andmisel

Bażi legali

Tip ta’ miżura

Skema tal-għajnuna

Għan

Metodoloġija għall-kalkulazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ garanzija ta’ kreditu

Forma tal-għajnuna

Garanzija

Baġit

Intensità

Tul ta' żmien (perjodu)

31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura u SMEs(impriżi żgħar u ta' daqs medju) li joperaw f'żoni rurali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

Maaelu Edendamise Sihtasutus

R. Tobiase 4

10147 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tagħrif ieħor

It-test(i) awtentiku/ċi tad-deċi¿joni, minn fejn tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab(u) fis-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà

2009/C 156/02

Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (1) se jiskadu fid-9 ta' Ottubru 2009 (2).

Sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2004, il-Kummissjoni applikat dawn il-Linji Gwida f’bosta każijiet u l-esperjenza wriet li jipprovdu bażi soda għall-kontroll ta’ din it-tip ta’ Għajnuna mill-Istat.

Il-kriżi ekonomika ħolqot sitwazzjoni ekonomika diffiċli u instabbli. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament tal-Għajnuna mill-Istat għall-Impriżi li jinsabu f’diffikultà finanzjarja, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-validità tal-Linji Gwida eżistenti tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-Impriżi f’Diffikultà tad-9 ta’ Ottubru 2012.


(1)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2–17.

(2)  Ara l-paragrafu 102 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C 244, 1.10.2004, p. 15.


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5553 – Perdigão/Sadia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 156/03

Fid-29 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5553. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5510 – Atlantia/Sias/Acciona/Itinere Chilean Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 156/04

Fis-26 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5510. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Lulju 2009

2009/C 156/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3901

JPY

Yen Ġappuniż

131,02

DKK

Krona Daniża

7,4469

GBP

Lira Sterlina

0,86495

SEK

Krona Żvediża

11,0600

CHF

Frank Żvizzeru

1,5162

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0770

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,047

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,10

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7000

PLN

Zloty Pollakk

4,4338

RON

Leu Rumen

4,2178

TRY

Lira Turka

2,1623

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7728

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6206

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7738

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2168

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0323

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 776,14

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3450

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,4984

HRK

Kuna Kroata

7,3430

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 248,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,9522

PHP

Peso Filippin

67,049

RUB

Rouble Russu

44,1250

THB

Baht Tajlandiż

47,368

BRL

Real Brażiljan

2,7686

MXN

Peso Messikan

18,7010

INR

Rupi Indjan

67,9620


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 156/06

Għajnuna Nru: XA 387/08

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Il-provinċji ta' Groningen u Drenthe

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem tal-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Provinciale Agrarische bedrijfsverplaatsings regelingen, zie onder rechtsgrondslag voor de exacte benamingen.

Bażi legali:

Wet inrichting landelijk gebied;

Provinciewet;

Wet inkomstenbelasting 2001, art. 3.54;

id-dispożizzjonijiet provinċjali li ġejjin:

Provinċja

Isem tal-iskema

Groningen

Programma landelijk gebied PMJP 2007-2013 Groningen; deel 3 kader voor subsidies en overeenkomsten; paragraaf 9.3 Beleidsregel Verplaatsing Grondgebonden Agrarische Bedrijven

Drenthe

Provinciaal Meerjarenprogramma Drenthe, deel 3 subsidiegids, 2. subsidies voor natuur, verwerving EHS, Agrarische bedrijfsverplaatsingen

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema (f′miljuni ta' EUR):

Provinċja

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total (1)

Groningen

0,5

0,5

0,5

0,5

0,5

0,5

3

Drenthe

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

L-iktar 4,8

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna għandha tingħata lill-impriżi agrikoli li jiddependu mill-art kif ġej:

Il-bdiewa li jagħlqu l-impriża tagħhom għal raġunijiet ta' taxxa sabiex jirrilokaw il-farm tagħhom huma obbligati jħalsu t-taxxa fuq ir-riżervi moħbija u oġġetti oħra ta' valur simili fil-farm (l-antik) tagħhom. Għall-bdiewa, din hija spiża li hija direttament u irrevokabbilment marbuta mar-rilokazzjoni tal-impriża tagħhom. Skont l-iskema tal-għajnuna, l-għajnuna se tingħata sa 100 % tal-ispejjeż imġarrba, u b'hekk tkun konformi mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-ispejjeż ta' rilokazzjoni koperti/taħt kopertura:

l-ispejjeż attwali ta' rilokazzjoni (bħal spejjeż sabiex ir-riżorsi u l-annimali jiġu mċaqilqa għal post il-ġdid);

il-ħlasijiet notarili u tar-reġistrazzjoni tal-art;

it-trasferiment tat-taxxa marbuta mar-rilokazzjoni li għandha titħallas;

il-ħlasijiet ta' konsulenza marbuta mar-rilokazzjoni (bħall-ħlasijiet tal-aġenziji tal-proprjetà u taż-żamma tal-kotba).

L-ispejjeż ta' investiment tar-rilokazzjoni (taħt b) jinkludu:

l-ispejjeż fl-investiment relatati mal-binja tal-farm u l-faċilitajiet fil-post il-ġdid;

ħlasijiet ġenerali (konsulenza), bħall-ispejjeż relatati mal-periti, l-inġiniera, il-konsulenti u l-istudji dwar il-fattibbiltà marbuta mar-rilokazzjoni. Il-ħlasijiet legali (għal-liċenzji, tibdil fil-pjan tal-użu tal-art, il-proċeduri tal-Artikolu 19, u ċ-ċertifikati tal-art ambjentali, eċċ.) mhumiex koperti.

Il-kumpens taħt b u c huwa kkalkulat abbażi tal-valur rappreżentattiv tas-suq. L-għajnuna tammonta għal 40 % ta' kwalunkwe differenza pożittiva bejn il-valur rappreżentattiv tas-suq tal-post u l-bini l-antik, fuq naħa waħda, u t-total tal-ispejjeż li ġejjin, fuq in-naħa l-oħra;

il-valur rappreżentattiv tas-suq tal-post u l-bini tal-farm il-ġdida; u

kwalunkwe investiment relatat mal-istabbiliment, il-modernizzazzjoni, is-sostituzzjoni u/jew l-estensjoni tal-bini l-ġdid tal-farm.

Data ta' implimentazzjoni: L-implimentazzjoni se tibda wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif speċifikat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, jew wara l-pubblikazzjoni ta' digriet dwar id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tat-3 ta' Settembru 2007 li jemenda id-Digriet tal-Implimentazzjoni tat-Taxxa tad-Dħul (Uitvoeringsbesluit inkomstenbelasting 2001), Stb. 2007, 328.

Tul ta' żmien tal-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Rilokazzjoni – fl-interess pubbliku – ta' farms bi prospetti tajbin, fejn l-art tal-farm hija meħtieġa sabiex jitjiebu l-istrutturi spazzjali u agrikoli, il-kampanja, il-pajsaġġ, l-ilma jew l-ambjent.

Setturi ekonomiċi konċernati: L-impriżi tal-agrikoltura primarja kollha li jipproduċu prodotti msemmija fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provinċja

Indirizz

Groningen

Postbus 610, 9700 AP Groningen

Drenthe

Postbus 122, 9400 AC Assen

Siti elettroniċi:

Provinċja

Sit elettroniku

Groningen

http://www.provinciegroningen.nl/boa/documenten/boerderijverplaatsingr0901.pdf

Drenthe

www.provincie.drenthe.nl/actueel/bekendmakingen/?ActItmIdt=12790

Tagħrif ieħor: Folja 125 tal-programm tal-iżvilupp rurali tal-2007-2013 tirreferi għall-possibbiltà ta' sussidju għar-rilokazzjoni tal-impriżi. Il-provinċji jagħżlu li ma jagħmlux użu ta' din il-possibbiltà għaliex dan id-dokument imsemmi hawn fuq jirreferi biss għall-possibbiltà ta' sussidju relatat mat-tnaqqis tal-emissjonijiet u d-depożizzjoni tal-ammonja, filwaqt li huwa meħtieġ l-approċċ iktar wiesa’ ta' skema ta' sussidju għall-kisba effettiva tal-miri ta' politika nazzjonali u provinċjali relatati mal-kampanja, l-ilma u l-istrutturi tal-biedja.

Għajnuna Nru: XA 442/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla-La Mancha

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Ayudas para la realización de auditorías, análisis y estudios

Bażi legali: Convocatorias de ayudas para las cooperativas agrarias:

Orden de 8.6.2000 de la Consejería de Agricultura y Medio Ambiente por la que se establecen los programas de fomento de la calidad agroalimentaria en Castilla-La Mancha (FOCAL 2000) programa 1 cooperativismo agrario

Orden de de la Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para la mejora de las estructuras asociativas agrarias en Castilla-La Mancha y se convocan dichas ayudas para el año 2009.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont globali ta' EUR 20 000 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-infiq eliġibbli.

L-infiq iffatturat mill-impriżi esterni li jwettqu l-verifiki, l-analiżi jew l-istudji jew li jistabilixxu l-istandards ta' kwalità.

F′każijiet ta' parteċipazzjoni f'wirjiet, fieri jew kompetizzjonijiet, ikunu eliġibbli d-drittijiet għal-parteċipazzjoni, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet u l-kiri tat-tagħmir.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Il-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (L-Arikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u produzzjoni tal-prodotti agrikoli ta' kwalità (L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur/i benefiċjarju/i: L-Agrikultura, it-Trobbija tal-Bhejjem, il-Forestrija u s-Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural

C/Pintor Matías Moreno, no 4

45004 Toledo

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: Proviżorjament:

http://www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/cooperativismo/cooperativismo.htm

meta tiġi ppubblikata fuq:

www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3


(1)  L-ammonti ta' kull sena huma indikattivi; il-baġit totali ppjanat jibqa’ l-istess.


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 156/07

Għajnuna Nru: XA 82/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tingħata l-għajnuna individwali: Intercitrus

Bażi legali: Propuesta de Resolución del expediente acogido a la linea “Promoción Agroalimentaria de los cítricos”

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 250 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Diċembru tal-2009.

Għan tal-għajnuna: Parteċipazzjoni f'fieri; Organizzazzjoni ta' fora ta' skambju tal-għarfien bejn l-impriżi: Kampanja ta' informazzjoni u promozzjoni tal-larinġ u klementini, sabiex jiżdied il-konsum tagħhom permezz ta' argumenti nutrizzjonali u l-benefiċċji marbutin mas-saħħa, mingħajr ma tissemma', fl-ebda każ, l-impriża, il-marka jew l-oriġini; Attivitajiet ta' promozzjoni ma' persuni ta' età li jattendu l-iskola; Ġbir u analiżi tal-informazzjoni xjentifika biex jitressqu proposti li għandhom jiġu inklużi fil-listi li qed jitħejjew skont ir-Regolament Komunitarju Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel; Titjib fl-għarfien tal-iżvilupp tas-swieq. L-attivitajiet eliġibbli huma skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1857/2006

Settur/i benefiċjarju/i: SMEs tas-settur agroalimentari tal-Comunitat Valenciana.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/Amadeo de Saboya 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/INTERCITRUS%202009.pdf

Tagħrif ieħor: —

Id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċjalizzazzjoni

Marta VALSANGIACOMO GIL

Għajnuna Nru: XA 96/09

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Consejo Regulador IGP Cítricos Valencianos.

Bażi legali: Ayuda individual nominativa: Presupuestos de la Generalitat 2009.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 604 750,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sa Diċembru 2009.

Għan tal-għajnuna: L-organizzazzjoni u s-sehem f'wirjiet, kompetizzjonijiet, fieri, u fori ta' skambju tal-għarfien bejn l-impriżi. (L-ispejjeż eliġibbli huma dawk marbutin ma': il-kera tal-art, tal-padiljun jew tal-ispazju fejn jittellgħu l-preżentazzjonijiet; il-ħlasijiet għall-parteċipazzjoni; l-ispejjeż tal-ivvjaġġjar u ta’ pubblikazzjonijiet marbutin mal-attività); pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew websajts li jippreżentaw tagħrif dwar il-produtturi ta' reġjun determinat jew prodott determinat, dejjem jekk it-tagħrif u l-preżentazzjoni tiegħu jkunu newtrali, u l-produtturi kollha interessati jkollhom l-istess possibbiltajiet li jkunu rappreżentati fil-pubblikazzjoni; tagħrif fattwali dwar il-prodotti ġeneriċi, il-vantaġġi alimentari tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet għall-użu, bil-possibbiltà li jiġi indikat l-oriġini tal-prodott, skont dak irreġistrat mill-Komunità Ewropea (l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 15(2)(e)).

Attivitajiet previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Settur(i) benefiċjarju/i: SMEs tas-settur agroalimentari tal-Comunitat Valenciana.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/Consejo_Regulador_IGP_CITRICOS_VALENCIANOS.pdf

Tagħrif ieħor: —

Id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċjalizzazzjoni

Marta VALSANGIACOMO GIL

Għajnuna Nru: XA 99/09

Stat Membru: Franza

Reġjun: Département de la Haute-Garonne

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna: Indemnisation des pertes entraînées par la fièvre catarrhale ovine (FCO) en Haute-Garonne: réduction des surcoûts de mise en «quarantaine» des jeunes bovins en surplus sur les exploitations.

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales,

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Arrêté du 15 décembre 2008 modifiant l'arrêté du 1er avril 2008 définissant les zones réglementées relatives à la fièvre catarrhale du mouton,

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju.

Délibération du Conseil général de la Haute-Garonne du 28 janvier 2009

Infiq annwali pjanat fil-kuntest tal-iskema tal-għajnuna: EUR 1 miljun

L-intensità massima tal-għajnuna: massimu ta’ 100 %

Din l-għajnuna tkun riżervata għal annimali li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

ikunu twieldu fl-istabbiliment bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008 u jkunu ġew irreġistrati f’Haute-Garonne,

jkunu preżenti fl-istabbiliment wara t-22 ta’ Awwissu 2008,

jkunu tlaqqmu kontra s-serotipi 1 u 8 tal-Bluetongue

jkunu ddaħħlu fis-suq qabel l-1 ta’ Marzu 2009.

L-għajnuna tikkorrispondi għall-ħlas tal-ispejjeż żejda reali mġarrba biex l-annimali bovini ta’ età żgħira jinżammu fil-kwarantina, fil-limitu doppju ta’ 100 % tal-ispejjeż żejda u ta’ EUR 105 għal kull annimal.

In-nefqa minima tal-kwarantina hija stmata għal EUR 161,44 għal perjodu ta’ kwarantina ta' 62 jum u maħruġa b’viroloġija negattiva u ta’ EUR 201,72 għal perjodu ta’ kwarantina ta’ 81 jum:

—   ikel: EUR 1,70/jum

—   spejjeż għall-mifrex u kura veterinarja: EUR 0,42/jum

—   spejjeż tal-ammonti ta’ likwidità diferiti: EUR 30/annimal.

Spiża għal 62 jum:

= (1,7 + 0,42) × 62 + 30 = EUR 161,44

għal 81 jum:

= (1,7 + 0,42) × 81 + 30 = EUR 201,72

Fl-ewwel każ, dan se jibqa’ fir-responsabbiltà tar-raħħal, b’minimu ta’ EUR 56,44

Fit-tieni każ, se jibqa’ fir-responsabbiltà tar-raħħal, b’minimu ta’ EUR 96,72.

Data tal-implimentazzjoni: is-27 ta’ Marzu 2009, mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sa tmiem l-2009

Għan tal-għajnuna:: Hekk kif id-département de la Haute-Garonne sar:

żona ristretta għas-serotip 8 tal-bluetongue fl-20 ta’ Ġunju 2008,

żona ristretta għas-serotip 1 u 8 tal-bluetongue fit-22 ta’ Awwissu 2008,

ir-raħħala tad-département kellhom iżommu l-bhejjem bovini ta’ età żgħira fuq l-istabbiliment tagħhom sakemm jiksbu l-immunità sanitarja, filwaqt li l-prattika tat-trobbija tal-Haute-Garonne kienet tikkonsisti fil-bejgħ tal-bhejjem dgħifa (fl-età ta’ 5 xhur fil-medja).

L-għajnuna tal-Kunsill Ġenerali tal-Haute-Garonne hija maħsuba bħala kumpens għal parti mill-ispejjeż żejda mġarrba minn din iż-żamma fil-“kwarantina”.

B’konsistenza mal-programm nazzjonali tal-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue u b’appoġġ għall-miżuri differenti stabbiliti għall-monitoraġġ u s-sorveljanza ta' din il-marda, l-għajnuna se tippermetti, eċċezzjonalment, lir-raħħala biex ikunu jistgħu jerfgħu l-ispejjeż addizzjonali mġarrba miż-żamma fil-“kwarantina” tal-bhejjem bovini ta’ età żgħira, maskili u femminili; il-“kwarantina” hija ġustifikata miż-żamma tal-bhejjem mill-20 ta' Ġunju 2008 sat-22 ta' Awwissu 2008, u kienet ġustifikata miż-żmien meħtieġ biex isir it-tilqim u biex il-bhejjem jibnu l-immunità tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu esportati.

Il-kriterji kollha tal-eliġibbiltà għall-bhejjem bovini ta’ età żgħira, flimkien mal-karattru kumulattiv ta’ dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà, jiggarantixxu li l-għajnuna tiġi mmirata biss fuq l-annimali li verament huma milquta mir-restrizzjoni ta’ “kwarantina”.

Settur(i) konċernat(i): settur tal-bovini

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli:

Conseil général de la Haute-Garonne

1 boulevard de la Marquette

31090 Toulouse Cedex

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet: http://www.cg31.fr/upload/pdf_dadre_fco/aide_au_maintien_quarantaine_bovins.pdf


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/12


Aġġornament tal-lista ta’ uffiċċji tad-dwana (1) li fihom il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 (2) jistgħu jiġu ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità Ewropea

2009/C 156/08

Stati Membri

Uffiċċji tad-dwana

BELGIQUE/BELGIË

Anvers DE—voie maritime

Bierset—(Grâce-Hollogne) DE—voies aérienne et/ou terrestre

Bruxelles DE—voie aérienne

Zaventem D—voie aérienne

БЪЛГАРИЯ

Varna and Bourgas ports

Sofia, Varna and Bourgas airports

ČESKÁ REPUBLIKA

Kull uffiċċju tad-dwana

DANMARK

Kull port u ajruport fid-Danimarka

DEUTSCHLAND

Baden-Württemberg

HZA Lörrach–ZA Weil-am-Rhein-Autobahn

HZA Stuttgart–ZA Flughafen

HZA Ulm–ZA Aalen

Bayern

HZA München–ZA Flughafen

HZA Regensburg–ZA Furth-im-Wald-Schafberg

HZA Schweinfurt–ZA Bayreuth

HZA Nürnberg–ZA Erlangen-Tennenlohe

Berlin

HZA Berlin–ZA Marzahn

HZA Potsdam–ZA Berlin-Flughafen-Tegel

Brandenburg

Bereich HZA Frankfurt (Oder)

HZA Frankfurt (Oder)–ZA Frankfurt (Oder) Autobahn

HZA Frankfurt (Oder)–ZA Forst-Autobahn

Bereich HZA Potsdam

HZA Potsdam–ZA Berlin-Flughafen Schönefeld

Bremen

HZA Bremen–ZA Neustädter Hafen

HZA Bremerhaven–ZA Bremerhaven

Hamburg

HZA Hamburg-Hafen–ZA Waltershof-Abfertigung Köhlfleetdamm

HZA Hamburg-Stadt–ZA Oberelbe

HZA Hamburg-Hafen–ZA Waltershof

HZA Itzehoe–ZA Hamburg-Flughafen

Hessen

HZA Frankfurt-am-Main-Flughafen

Mecklenburg-Vorpommern

HZA Stralsund–ZA Rostock-Grenzkontrollstelle Rostock

Niedersachsen

HZA Hannover–ZA Hannover-Nord

HZA Braunschweig–ZA Braunschweig-Broitzem

Nordrhein-Westfalen

HZA Dortmund–ZA Ost

HZA Düsseldorf–ZA Flughafen

Rheinland-Pfalz

HZA Koblenz–ZA Hahn-Flughafen

Schleswig-Holstein

HZA Kiel–ZA Wik, Grenzkontrollstelle Kiel Ostuferhafen

HZA Kiel–ZA Travemünde

EESTI

Stazzjonijiet fuq il-Fruntiera ta' Narva, Koidula, Luhamaa, Ajruport ta' Tallinn, Portijiet ta' Tallinn, Paljassaare u Muuga′

EΛΛAΔA

Αθηνών, Πειραιά, Kρατικoύ Αερoλιμένα Αθηνών, Θεσσαλoνίκης, Αερoλιμένα Miκρας, Bόλoυ, Πατρών, Hρακλείoυ, Αερoλιμένα Hρακλείoυ Kρήτης, Kαβάλας, Iωαννίνων, Nαυπλίoυ

ESPAÑA

Barcelona (Aeropuerto), Barcelona (Puerto), Irun (Carretera), La Junquera (Carretera), Madrid (Aeropuerto)

FRANCE

Bordeaux: transport aérien

Brive: transport terrestre

Dunkerque: transport maritime

Lille: transport aérien et terrestre

Lyon-Satolas: transport aérien

Le Puy-en-Velay: transport terrestre

Marseille: transport aérien, terrestre et maritime

Nice-aéroport: transport aérien

Orly: transport aérien

Roissy: transport aérien et terrestre

Rungis: transport terrestre

Saint-Julien-en-Genevois: transport terrestre

Saint-Louis/Bâle: transport aérien et terrestre

Strasbourg: transport terrestre

Thionville: transport terrestre

Toulouse-Blagnac: transport aérien

Valence: transport terrestre

IRELAND

L-uffiċċji kollha tad-dwana

ITALIA

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Trieste

Ufficio di Sanità aerea di Torino–Caselle

Ufficio di Sanità aerea di Roma–Fiumicino

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Venezia

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Genova

Ufficio di Sanità marittima di Livorno

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Ancona

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Brindisi

Ufficio di Sanità aerea di Varese–Malpensa

Ufficio di Sanità aerea di Bologna–Panicale

Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Bari

Posto d'Ispezione frontaliera di Chiasso

ΚΎΠΡΟς

Kull uffiċċju tad-dwana

LATVIJA

Roads: Grebneva, Pãternieki, Terehova; Railways: Daugavpils, Rēzekne-2; Seaports: Liepāja, Rĭga, Ventspils; Airport: Rĭga; Post: Rĭga International branch of the Latvian Post Office

LIETUVA

Kull uffiċċju tad-dwana

LUXEMBOURG

Bureau des Douanes et Accises

Centre douanier–Luxembourg

Bureau des Douanes et Accises

Luxembourg-Aéroport–Niederanven

MAGYARORSZÁG

Kull uffiċċju tad-dwana

MALTA

Is-Sezzjoni tal-Air Freight fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Luqa

Il-Unit għall-Ipproċessar tad-Dokumenti Doganali, Id-Dwana, Valletta

L-Uffiċju għall-Pakketti Postali fl-Uffiċju tad-Dwana, Qormi

NEDERLAND

L-uffiċċji kollha tad-dwana

ÖSTERREICH

Nickelsdorf

Heiligenkreuz

Spielfeld

Tissis

Wien–Flughafen Schwechat

POLSKA

Kull uffiċċju tad-dwana

PORTUGAL

Aeroportos de Lisboa, Porto e Faro

Portos de Lisboa e Leixões

ROMÂNIA

Kull uffiċċju tad-dwana

SLOVENIJA

Obrežje (road border crossing), Koper (port border crossing), Dobova (railway border crossing), Gruškovje (road bordercrossing), Jelšane (road border crossing), Brnik (air border crossing), Ljubljana (road and railway)

SLOVENSKO

Kull uffiċċju tad-dwana

SUOMI — FINLAND

Helsinki, Vaalimaa, Niirala, Vartius, Raja-Jooseppi, Utsjoki, Kilpisjärvi, Helsinki-Vantaan lentoaseman

SVERIGE

Arlanda, Göteborg, Landvetter, Helsingborg, Karlskrona, Stockholm, Ystad, Karlshamn

UNITED KINGDOM

Belfast International Airport, Port of Belfast, Port of Dover, Port of Falmouth, Port of Felixstowe, Gatwick Airport, Glasgow Prestwick Airport, Manchester Airport, Port of Hull and Goole, Port of London, Port of Southampton


(1)  L-aġġornament jintwera bil-kursiv.

(2)  ĠU L 306, 7.11.2006, p. 3.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/15


Avviż tal-Awtorità tas- Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta' interess ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/skont attwali għat-tliet Stati EFTA li japplikaw mill-1 ta' Marzu 2009

(Ippubblikat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.))

2009/C 156/09

Ir-rati bażi ġew ikkalkulati b'konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' Referenza u ta' Skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008. Biex tinkiseb ir-rata ta' riferenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġnijiet adattati b'konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta' skont dan ifisser li marġni adattat ta' 100 punt bażi għandu jiżdied mar-rata bażi Normalment, ir-rata ta' rkupru tiġi kkalkulata wkoll billi jiġu miżjuda 100 punt bażi mar-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ippubblikata fil-ĠU L 139 tal-25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1).

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2009-31.1.2009

16,42

2,95

6,43

1.2.2009-28.2.2009

16,42

2,33

5,41

1.3.2009-

16,42

1,58

4,26


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/16


Awtorizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1(3) fl-Ewwel Parti tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

2009/C 156/10

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna sussegwenti:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni: It-18 ta’ Frar 2009

Nuru tal-każ: 64824

Stat EFTA: In-Norveġja

Reġjun: —

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju): L-Iskema tal-Bijoenerġija

Bażi legali: Il-Baġit Nazzjonali Norveġiż, Kapitolu 1150, partita 50, u l-Ftehim Agrikolu Annwali

Tip ta’ miżura: Skema tal-għajnuna

Għan: Ħarsien ambjentali

Forma tal-għajnuna: Għotjiet diretti

Baġit: NOK 35 miljun (madwar EUR 3.9 miljun) fis-sena. Baġit annwali suġġett għal proċeduri baġitarji parlamentari

Intensità: Skont il-linji gwida

Tul ta’ żmien: Sal-1 ta’ Jannar 2014

Isem u l-indirizz tal-awtorità tal-għotja awtorità:

Ministry of Agriculture and Food

P.O. Box 8007

0030 Oslo

NORWAY

Informazzjoni oħra: —

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, hija disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/17


L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabet li l-miżuri segwenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

2009/C 156/11

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni: It-30 ta’ Jannar 2009

Nuru tal-każ: 65833

Stat EFTA: In-Norveġja

Reġjun: —

Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju): Finanzjament mill-istat tal-Eksportfinans

Bażi legali: 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

Tip ta’ miżura: Faċilità għal self

Għan: Li jkun ipprovdut finanzjament fit-tul għall-Eksportfinans

Forma tal-għajnuna: Self dirett

Baġit: NOK 30 biljun, madwar EUR 3,1 biljun

Intensità: —

Tul ta’ żmien: Sal-31 ta’ Diċembru 2010

Setturi ekonomiċi: Eksportfinans jipprovdi finanzjament lill-industrija kollha tal-esportazzjoni Norveġiża

Isem u l-indirizz tal-awtorità tal-għotja awtorità:

L-Istat Norveġiż, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-industrija

Einar Gerhardsensplass 1

0030 Oslo

NORWAY

Informazzjoni oħra: —

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/


9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/18


L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA RAKKOMANDAZZJONI

tal-5 ta’ Novembru 2008

dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi), kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu u mill-adattamenti settorjali fl-Anness XI ta’ dak il-Ftehim

2009/C 156/12

L-AWTORITA TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi) (2), kif adattata mill-Protokoll 1 tagħha u mill-adattamenti settorjali fl-Anness XI ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 194/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 li tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika suxxettibbli għar-regolamentazzjoni u Linji Gwida ex ante dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq,

Billi:

(1)

Id-Direttiva Kwadru tistabbilixxi qafas leġiżlattiv għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika li jfittex li jwieġeb għal xejriet ta’ konverġenza billi jkopri fl-ambitu tiegħu n-netwerks kollha ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi. L-għan tal-qafas regolatorju huwa li jitnaqqsu progressivament ir-regoli speċifiċi tas-settur ex ante hekk kif il-kompetizzjoni fis-suq tiżviluppa.

(2)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva Kwadru jipprovdi li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn ‘il quddiem l-Awtorità) għandha, wara konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRA) fl-Istati tal-EFTA tadotta rakkomandazzjoni dwar swieq relevanti ta’ prodotti u servizzi.

(3)

L-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tidentifika dawk is-swieq tal-prodotti u s-servizzi li fihom ir-regolamentazzjoni ex ante tista’ tiġi ġustifikata skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva Kwadru. L-għan ta’ kwalunkwe intervent regolatorju ex ante huwa fl-aħħar mill-aħħar li jipproduċi benefiċċji għall-utenti aħħarin billi jrendi s-swieq bl-imnut kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Id-definizzjoni ta’ swieq relevanti tista’ tinbidel, u fil-fatt tinbidel, biż-żmien minħabba li jevolvu l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi u jinbidlu l-possibilitajiet għas-sostituzzjoni tad-domanda u tal-provvista. Billi r-Rakkomandazzjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 (3) ilha fis-seħħ għal aktar minn erba’ snin, issa jixraq li tiġi riveduta l-edizzjoni inizjali fuq il-bażi ta’ żviluppi tas-suq fiż-ŻEE. Għaldaqstant, din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-14 ta’ Lulju 2004, kif adottata bid-Deċiżjoni Nru 194/04/COL.

(4)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva Kwadru jirrikjedi li l-Awtorità tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. Għalhekk il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni jintużaw f’din ir-Rakkomandazzjoni biex jiġu stabbiliti l-limiti għas-swieq tal-prodotti fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika, filwaqt li l-identifikazzjoni jew l-għażla tas-swieq definiti għal regolamentazzjoni ex ante tiddependi fuq dawk is-swieq li għandhom il-karatteristiċi li jistgħu jkunu tali li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ obbligazzjonijiet regolatorji ex ante. It-terminoloġija użata f’din ir-Rakkomandazzjoni hija bbażata fuq it-terminoloġija użata fid-Direttiva Kwadru u d-Direttiva 2002/22/KE (4). Skont id-Direttiva Kwadru, huwa l-kompitu tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jiddefinixxu s-swieq relevanti adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi relevanti fit-territorju tagħhom.

(5)

Il-punt tat-tluq għall-identifikazzjoni tas-swieq f’din ir-Rakkomandazzjoni hija d-definizzjoni tas-swieq bl-imnut minn perspettiva li tħares ‘il quddiem, waqt li titqies is-sostitwibilità min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. Wara li jiġu definiti s-swieq bl-imnut, huwa mbagħad xieraq li jiġu identifikati s-swieq bl-ingrossa relevanti. Jekk is-suq li jiġi wara fil-katina tal-provvista (downstream) jiġi fornut fil-biċċa l-kbira minn impriża jew impriżi integrata(i) vertikalment, jista’ jkun diffiċli li impriżi mhux integrati potenzjali jiksbu l-input neċessarju. Għaldaqstant, sabiex jiġi stabbilit jekk is-suq hux suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante, jista’ jkun neċessarju li jinbena suq teoretiku bl-ingrossa li jiġi qabel fil-katina tal-provvista (upstream). Is-swieq fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika ħafna drabi għandhom żewġt uċuħ, fis-sens li jinkludu servizzi provduti fuq netwerks jew pjattaformi li jiġbru flimkien utenti miż-żewġ naħat tas-suq; pereżempju l-utenti aħħarija li jiskambjaw komunikazzjoni, jew il-persuni li jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni jew il-kontenut. Jeħtieġ li jitqiesu dawn l-aspetti meta jiġu kkunsidrati l-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq, minħabba li dawn jistgħu jaffettwaw kemm il-mod li bih jiġu definiti s-swieq u kif ukoll jekk għandhomx il-karatteristiċi li jistgħu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ obbligazzjonijiet regolatorji ex ante.

(6)

Sabiex jiġu identifikati s-swieq li huma suxxettibli ghal regolamentazzjoni ex ante, huwa xieraq li jiġu applikati l-kriterji kumulattivi li ġejjin. L-ewwel kriterju huwa l-preżenza ta’ ostakli għoljin u mhux tranżitorji għad-dħul. Dawn jistgħu jkunu ta’ natura strutturali, legali jew regolatorja. Madankollu, fil-kuntest tal-karattru u l-funzjonament dinamiku tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, il-possibilitajiet sabiex jingħelbu l-ostakli għad-dħul fil-medda taż-żmien relevanti għandhom jitqiesu wkoll fit-twettiq ta’ analiżi prospettiva sabiex jiġu identifikati s-swieq relevanti għar-regolamentazzjoni ex ante possibbli. Għalhekk it-tieni kriterju jinkludi biss dawk is-swieq li l-istruttura tagħhom ma tinklinax lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien relevanti. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tinvolvi l-eżami tal-qagħda tal-kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul. It-tielet kriterju huwa li l-applikazzjoni tal-liġi ta’ kompetizzjoni biss ma kinitx tindirizza b’mod adegwat in-nuqqas (jew in-nuqqasijiet) tas-suq ikkonċernat.

(7)

L-indikaturi prinċipali li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-ewwel u t-tieni kriterji huma simili għal dawk eżaminati bħala parti minn analiżi tas-suq b’perspettiva futura, b’mod partikolari, l-indikaturi ta’ ostakli għad-dħul fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni, (inkluż l-ammont ta’ spejjeż mhux rekuperabbli), l-istruttura tas-suq, ir-rendiment tas-suq u d-dinamiċi tas-suq, inkluż indikaturi bħall-ishma u x-xejriet tas-suq, il-prezzijiet u x-xejriet tas-suq, u l-ammont u l-kopertura ta’ netwerks jew infrastrutturi kompetituri. Kull suq li jissodisfa t-tliet kriterji fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni ex ante huwa suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante.

(8)

Mill-aspett tal-kompetizzjoni, swieq ġodda emerġenti m’għandhomx ikunu suġġetti għal obbligazzjonijiet mhux xierqa, ukoll jekk ikun hemm il-vantaġġ tal-ewwel okkupant fis-suq, skont id-Direttiva Kwadru. Swieq ġodda emerġenti huma kkunsidrati li jinkludu prodotti jew servizzi, li, minħabba li huma ġodda, huwa diffiċli ħafna li wieħed jipprevedi l-kondizzjonijiet tad-domanda jew id-dħul fis-suq u l-kondizzjonijiet tal-provvista, u konsegwentement ikun diffiċli li jiġu applikati t-tliet kriterji. L-għan li għalih is-swieq ġodda emerġenti ma jiġux suġġetti għal miżuri regolatorji f’isem il-kompetizzjoni huwa li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni kif mitlub mill-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru; fl-istess ħin, għandha tiġi pprevenuta l-esklużjoni ta’ dawn is-swieq minn impriża prinċipali, kif indikat ukoll fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq sinifikanti skont il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (5). L-aġġornamenti inkrementali fl-infrastruttura ta’ netwerk eżistenti rarament iwasslu għal suq ġdid jew emerġenti. In-nuqqas ta’ sostitwibilità ta’ prodott għandu jiġi stabbilit kemm min-naħa tal-perspettivi tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-perspettivi tal-provvista qabel ma jkun jista’ jiġi konkluż li ma jagħmilx parti minn suq li diġà jeżisti. L-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ bejgħ bl-imnut jista’ jagħti lok għal suq bl-ingrossa derivat ġdid sakemm u safejn dawn is-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ma jistgħux jiġu provduti permezz ta’ prodotti bl-ingrossa eżistenti.

(9)

F’dak li jirrigwarda l-ostakli għad-dħul, hemm żewġ tipi li huma relevanti għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni: ostakli strutturali u ostakli legali jew regolatorji.

(10)

L-ostakli strutturali għad-dħul jirriżultaw minn kundizzjonijiet oriġinali tal-ispejjeż jew tad-domanda li joħolqu kundizzjonijiet asimmetriċi bejn operaturi diġà stabbiliti u operaturi ġodda li jimpedixxu jew jipprevjenu dħul fis-suq ta’ dawn tal-aħħar. Per eżempju, jista’ jinstab li jeżistu ostakli strutturali għolja għad-dħul meta s-suq ikun ikkaratterizzat minn vantaġġi tal-ispejjeż assoluti, ekonomiji sostanzjali tal-iskala u/jew ekonomiji ta’ firxa, il-limiti tal-kapaċità u l-ispejjeż mhux rekuperabbli għoljin. Sal-lum, dawn l-ostakli għadhom jistgħu jiġu identifikati fir-rigward tal-użu wiesa’ u/jew il-provvista ta’ netwerks ta’ aċċess lokali f’postijiet fissi. Ostaklu strutturali relatat jista’ jeżisti wkoll fejn il-provvista ta’ servizz teħtieġ komponent tan-netwerk li ma jistax jiġi duplikat b’mod tekniku jew jista’ jiġi duplikat biss bi spiża tali li ma tkunx ekomomika għall-kompetituri.

(11)

L-ostakli legali jew regolatorji mhumiex ibbażati fuq kundizzjonijiet ekonomiċi, izda jirriżultaw minn miżuri leġiżlattivi, amministrattivi jew miżuri statali oħra li għandhom effett dirett fuq il-kundizzjonijiet għad-dħul u/jew l-ippożizzjonar ta’ operaturi fis-suq relevanti. Eżempju ta’ ostaklu legali jew regolatorju li jipprevjeni d-dħul fis-suq huwa limitu fuq in-numru ta’ impriżi li għandhom aċċess għall-ispektrum għall-provvista tas-servizzi bażiċi. Eżempji oħra ta’ ostakli legali jew regolatorji huma l-kontrolli tal-prezzijiet jew miżuri oħra relatati mal-prezz imposti fuq l-impriżi, li jaffettwaw mhux biss id-dħul imma wkoll l-ippożizzjonar tal-impriżi fis-suq. Ostakli legali jew regolatorji li jistgħu jitneħħew fil-medda taż-żmien relevanti, m’għandhomx normalment jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ostaklu ekonomiku għad-dħul, bħat-twettiq tal-ewwel kriterju.

(12)

Ostakli għad-dħul jistgħu jsiru wkoll inqas relevanti rigward swieq iggwidati mill-innovazzjoni kkaratterizzati minn progress teknoloġiku kontinwu. F’dawn is-swieq, il-limiti kompetittivi ta’ sikwit jiġu minn theddid innovattiv minn kompetituri potenzjali li bħalissa mhumiex fis-suq. Fis-swieq iggwidati mill-innovazzjoni, tista’ sseħħ kompetizzjoni dinamika jew fit-terminu aktar twil fost ditti li mhumiex neċessarjament kompetituri f’suq “statiku” eżistenti. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tidentifikax swieq fejn ostakli għad-dħul mhumiex mistennija li jibqgħu matul il-perjodu previst. Fil-valutazzjoni ta’ jekk hemmx il-possibbiltà li l-ostakli għad-dħul jippersistu fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni, jinħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-industrija tkunx esperjenzat dħul frekwenti u b’suċċess u jekk id-dħul kienx, jew jekk hemmx il-possibbiltà li fil-futur ikun, immedjat u persistenti biżżejjed li jillimita s-saħħa fis-suq. Ir-rilevanza ta’ ostakli għad-dħul tiddependi inter alia fuq l-iskala effiċjenti minima tal-produzzjoni u fuq l-ispejjeż irrekuperabbli.

(13)

Ukoll meta suq ikun ikkaratterizzat minn ostakli għolja għad-dħul, fatturi strutturali oħra f’dak is-suq jistgħu jfissru li s-suq għandu tendenza lejn riżultat kompetittiv b’mod effettiv fil-medda taż-żmien relevanti. Id-dinamiċi tas-suq jistgħu per eżempju jiġu kkawżati minn żviluppi teknoloġiċi, jew mill-konverġenza tal-prodotti u s-swieq li jistgħu jagħtu lok għall-eżerċizzju ta’ limitazzjonijiet kompetittivi wkoll bejn l-operaturi li huma attivi fi swieq distinti ta’ prodotti. Dan jista’ jkun il-każ ukoll fi swieq b’numru limitat - imma li huwa kbir biżżejjed – ta’ impriżi li għandhom strutturi tal-ispejjeż diverġenti u li qed jiffaċċjaw domanda tas-suq b’elastiċità fil-prezzijiet. Jista’ jkun hemm ukoll eċċess ta’ kapaċità fis-suq li normalment tippermetti li ditti rivali jespandu l-produzzjoni tagħhom b’mod mgħaġġel ħafna bħala risposta għal kwalunkwe żieda fil-prezz. F’dawn is-swieq, l-ishma tas-suq jistgħu jinbidlu matul iż-żmien u/jew jista’ jiġi osservat nuqqas fil-prezzijiet. Fejn id-dinamiċi tas-suq qed jinbidlu b’mod mgħaġġel, għandha tingħata attenzjoni għall-għażla tal-medda taż-żmien relevanti sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi pertinenti tas-suq.

(14)

Id-deċiżjoni li suq jiġi identifikat bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante għandha tiddependi wkoll fuq evalwazzjoni ta’ kemm hija suffiċjenti l-liġi ta’ kompetizzjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-suq li jirriżultaw meta jiġu sodisfatti l-ewwel żewġ kriterji. Hemm possibbiltà li l-interventi tal-liġi tal-kompetizzjoni ma jkunux biżżejjed fejn ir-rekwiżiti tal-konformità ta’ intervent sabiex jiġi kumpensat nuqqas tas-suq ikunu estensivi jew fejn interventi frekwenti u/jew rapidi jkunu indispensabbli.

(15)

L-applikazzjoni tat-tliet kriterji għandha tillimita n-numru tas-swieq fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika fejn jiġu imposti obbligi regolatorji ex ante u b’hekk tikkontribbwixxi għall-għan tal-qafas regolatorju li jitnaqqsu r-regoli speċifiċi tas-settur ex ante progressivament hekk kif il-kompetizzjoni fis-suq tiżviluppa. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b’mod kumulattiv, sabiex jekk wieħed minnhom ma jiġix sodisfatt dan ikun jindika li suq m’għandux jiġi identifikat bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante.

(16)

Il-kontrolli regolatorji fuq il-bejgħ ta’ servizzi bl-imnut għandhom jiġu imposti biss fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-miżuri relevanti ta’ bejgħ bl-ingrossa jew il-miżuri fir-rigward tal-għażla jew l-għażla minn qabel ta’ trasportatur jonqsu li jilħqu l-mira tal-assigurazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u t-twettiq tal-miri ta’ interess pubbliku. Billi jintervjenu fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa, inkluż permezz ta’ rimedji li jistgħu jaffettwaw is-swieq bl-imnut, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jiżguraw li parti kbira kemm jista’ jkun mill-katina tal-valur tkun miftuħa għal proċessi ta’ kompetizzjoni normali, biex b’hekk jitwasslu l-aħjar riżultati lill-utenti aħħarija. Għalhekk din ir-Rakkomandazzjoni tidentifika prinċipalment is-swieq bl-ingrossa, li r-regolamentazzjoni xierqa tagħhom hija maħsuba biex tindirizza n-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva li hija evidenti fis-swieq tal-utent aħħari. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali turi li l-interventi fuq il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa jkunu fallew, is-suq bl-imnut relevanti jista’ jkun suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante bil-kundizzjoni li jkunu ġew sodisfatti t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq.

(17)

Fis-17 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Rakkomandazzjoni ġdida 2007/879/KE dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u s-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante skont id-Direttiva Kwadru (6).

(18)

Il-punt tat-tluq għar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità dwar is-swieq relevanti hija r-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni u l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni fin-Nota ta’ Spjegazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tagħha. Fil-proċess ta’ reviżjoni tagħha, l-Awtorità ħadet l-approċċ li t-tqabbil tal-iżviluppi tas-suq għandu jsir ma’ punt ta’ riferement taż-ŻEE u mhux iqis biss is-sitwazzjoni tas-suq fi ħdan Stati individwali tal-EFTA.

(19)

Fuq il-bażi tal-iżviluppi tas-suq fl-Istati tal-EFTA u kif ukoll il-kummenti mressqa fil-konsultazzjoni pubblika u informazzjoni oħra disponibbli għall-Awtorità, jidher li l-funzjonament tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika tat-tliet Stati tal-EFTA mhux probabbli li jiddevja ħafna mill-funzjonament medju tas-swieq fl-Unjoni Ewropea jew iż-ŻEE kollha kemm hi milli jagħmel il-funzjonament tas-swieq rispettivi fi Stati Membri individwali tal-UE fir-rigward ta’ dik il-medja.

(20)

L-għan tal-Ftehim taż-ŻEE huwa li jistabbilixxi “Żona Ekonomika Ewropea dinamika u omoġena, ibbażata fuq regoli Komuni u kundizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni (7). Fid-dawl ta’ dan l-għan u tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-Awtorità tadotta Rakkomandazzjoni allineata mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni sabiex tassigura applikazzjoni uniformi tal-qafas regolatorju komuni u ċ-ċertezza legali għal dawk involuti fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika fiż-ŻEE. Għaldaqstant, in-numru ta’ swieq suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante qed jitnaqqas f’din ir-Rakkomandazzjoni minn 18-il suq għal 7 swieq.

(21)

It-tnaqqis fin-numru tas-swieq suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante mhux neċessarjament jindika li s-swieq imneħħija huma effettivament kompetittivi f’kull wieħed mill-Istati tal-EFTA u li r-regolamentazzjoni ex ante m’għadhiex meħtieġa għal dawn is-swieq. Il-kontribuzzjonijiet ippreżentati lill-Awtorità matul il-proċess ta’ reviżjoni jgħidu li r-regolamentazzjoni tista’ tkun ġustifikata f’ċerti swieq.

(22)

Is-swieq elenkati fl-Anness ġew identifikati abbażi tat-tliet kriterji kumulattivi. Għas-swieq li mhumiex elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japplikaw it-test tat-tliet kriterji għas-suq ikkonċernat. Għas-swieq fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni Nru 194/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004, li mhumiex elenkati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw it-test tat-tliet kriterji biex jevalwaw jekk, abbażi taċ-ċirkustanzi nazzjonali, suq ikunx għadu suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante. Għas-swieq elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħżel li ma twettaqx proċedura ta’ analiżi tas-suq jekk tistabbilixxi li t-tliet kriterji mhumiex sodisfatti għas-suq partikolari. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jidentifikaw swieq li huma differenti minn dawk elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni, bil-kundizzjoni li jaġixxu skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Kwadru. In-nuqqas li jiġi nnotifikat abbozz ta’ miżura li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati tal-EFTA kif deskritta fil-Premessa 38 tad-Direttiva Kwadru jista’ jirriżulta fi proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istat ikkonċernat. Swieq oħra għajr dawk elenkati f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu definiti abbażi tal-prinċipji tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Avviż tal-Awtorità dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni taż-ŻEE (8) u jkunu konsistenti mal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa tas-suq sinifikanti filwaqt li jissodisfaw it-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq.

(23)

Il-fatt li din ir-Rakkomandazzjoni tidentifika dawk is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi li fihom ir-regolamentazzjoni ex ante tista’ tiġi ġġustifikata ma jfissirx li r-regolamentazzjoni hija dejjem iġġustifikata jew li dawn is-swieq se jiġu suġġetti għall-impożizzjoni tal-obbligazzjonijiet regolatorji stipulati fid-Direttivi speċifiċi. B’mod partikolari, ir-regolamentazzjoni ma tistax tiġi imposta jew trid tiġi rtirata jekk hemm kompetizzjoni effettiva fuq dawn is-swieq fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni, jiġifieri, jekk l-ebda operatur ma jkollu s-saħħa sinifikanti fis-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tad-Direttiva Kwadru. L-obbligazzjonijiet regolatorji jridu jkunu xierqa u jkunu bbażati fuq in-natura tal-problema li tkun ġiet identifikata, iridu jkunu proporzjonati u ġġustifkati fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva Kwadru, u b’mod partikolari jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-utenti, iridu jassiguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, iridu jinkoraġġixxu l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura u jippromwovu l-inovazzjoni, u jridu jinkoraġġixxu l-użu u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju u r-riżorsi tan-numerazzjoni.

(24)

L-identifikazzjoni tas-swieq f’din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-swieq li jistgħu jiġu definiti f’każi speċifiċi taħt il-liġi tal-kompetizzijoni. Minbarra dan, l-iskop tar-regolamentazzjoni ex ante huwa mingħajr preġudizzju għall-iskop tal-attivitajiet li jistgħu jiġu analizzati taħt il-liġi tal-kompetizzjoni.

(25)

Din ir-Rakkomandazzjoni kienet suġġetta għal konsultazzjoni pubblika u għal konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra fl-Istati tal-EFTA.

(26)

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u s-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont id-Direttiva Kwadru. in-Nota ta’ Spjegazzjoni tinkludi, inter alia, id-deskrizzjoni tat-teknoloġiji li qed jevolvu fir-rigward tas-swieq definiti fir-Rakkomandazzjoni.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Fid-definizzjoni tas-swieq relevanti xierqa għaċ-ċirkustanzi nazzjonali skont l-Artikolu 15(3) tal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi, kif adattata għall-Ftehim mill-Protokoll 1 tagħha u mill-adattamenti settorjali fl-Anness XI ta’ dak il-Ftehim, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw is-swieq tal-prodotti u s-servizzi identifikati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

2.

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ swieq oħra għajr dawk stipulati fl-Anness, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jassiguraw li dawn it-tliet kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv:

(a)

Il-preżenza ta’ ostakli għolja u mhux tranżitorji għad-dħul. Dawn jistgħu jkunu ta’ natura strutturali, legali jew regolatorja;

(b)

Struttura tas-suq li ma tinklinax lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien relevanti. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tinvolvi l-eżami tal-qagħda tal-kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;

(c)

L-insuffiċjenza tal-liġi tal-kompetizzjoni waħidha biex tindirizza b’mod adegwat in-nuqqas (jew in-nuqqasijiet) tas-suq ikkonċernat.

3.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija bla ħsara għad-definizzjonijiet tas-suq, ir-riżultati tal-analiżijiet tas-suq u l-obbligazzjonijiet regolatorji adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikoli 15(3) u 16 tal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE u kif adattat għall-Ftehim mill-Protokoll 1 tiegħu u mill-adattamenti settorjali fl-Anness XI ta’ dak il-Ftehim (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi elettroniċi), qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati tal-EFTA.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2008.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JAEGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem, “il-Ftehim taż-ŻEE”.

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/0227 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32); Minn hawn ‘il quddiem id-Direttiva Kwadru.

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar is-swieq relevanti tal-prodotti u s-servizzi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, kif inkorporata fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 113, 27.4.2006, p. 18 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 27.4.2006, p. 33). Adottata permezz tad-Deċiżjoni Nru 194/04/COL.

(4)  Direttiva 22/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51), kif imdaħħla fil-punt 5 cm tal-Anness XI mal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 11/2004, (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 22.4.2004, p. 14).

(5)  Il-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti tas-suq taħt il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fl-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU C 101, 27.4.2006, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 27.4.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65.

(7)  Ir-4 kunsiderazzjoni tal-Preambolu għall-Ftehim taż-ŻEE.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 46/98/COL tal-4 ta’ Marzu 1998 dwar il-ħruġ ta’ żewġ avviżi fil-qasam tal-kompetizzjoni dwar id-definizzjoni tas-swieq relevanti għall-finijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u dwar ftehimiet ta’ importanza minuri li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, (ĠU L 200, 16.7.1998, p. 46 u s-Suppliment ŻEE Nru 28, 16.7.1998, p. 1).


ANNESS

Il-livell tal-bejgħ bl-imnut

1.

Aċċess għan-netwerk pubbliku tat-telefown f’post fiss għall-klijenti residenzjali u mhux residenzjali.

Il-livell tal-bejgħ bl-ingrossa

2.

Bidu tat-telefonati fuq in-netwerk pubbliku tat-telefown ipprovdut f’post fiss.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-bidu tat-telefonati jinkludi t-trasferiment tat-telefonati, definit b’tali mod li jkun konsistenti, f’kuntest nazzjonali, mal-konfini delineati għas-suq tat-tranżitu tat-telefonata u tat-terminazzjoni tat-telefonata fuq netwerk pubbliku tat-telefown ipprovvdut f’post fiss.

3.

It-terminazzjoni tat-telefonata fuq netwerks pubbliċi tat-telefown individwali pprovduti f’post fiss.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminazzjoni tat-telefonati tinkludi t-trasferiment tat-telefonati ddefinit b’tali mod li jkun konsistenti, f’kuntest nazzjonali, mal-konfini delineati għas-suq tal-bidu tat-telefonati u s-suq tat-tranżitu tat-telefonati fuq in-netwerk pubbliku tat-telefown ipprovvdut f’post fiss.

4.

Aċċess bl-ingrossa fiżiku għall-infrastruttura tan-netwerk (inkluż aċċess maqsum jew kompletament deżaggregat) f’post fiss.

5.

Aċċess għall-broadband bl-ingrossa.

Dan is-suq huwa magħmul minn aċċess għan-netwerk mhux fiżiku jew virtwali inkluż aċċess “bit stream”f’post fiss. Fil-katina tal-provvista dan is-suq jiġi wara l-aċċess fiżiku kopert minn suq nru 4 elenkat hawn fuq, għaliex aċċess għall-broadband bl-ingrossa jista’ jiġi ffurmat permezz ta’ dan l-input flimkien ma’ elementi oħra.

6.

Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ segmenti terminali ta’ linji mikrija, irrispettivament mit-tekonoloġija użata biex tipprovdi kapaċità mikrija jew dedikata.

7.

It-terminazzjoni ta’ telefonata bil-vuċi fuq netwerks individwali ċellulari.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/24


Is-sejħa għal applikazzjonijiet “Il-politika tal-konsumatur”

2009/C 156/13

Is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur Ewropew fl-2009 ġiet ippubblikata fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi f’dan l-indirizz li ġej-

http://ec.europa.eu/eahc/consumers/consumers_calls.html


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/25


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B/39.316 — Gass minn Franza (esklużjoni mis-swieq tal-gass)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 156/14

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nrū 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn tkun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li torbot lill-impriżi b'dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m’hemmx aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fit-22 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat stima preliminari skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar ksur allegat minn Gaz de France Suez S.A u s-sussidjarji tagħha GRTgaz S.A. (“GRTgaz”) u Elengy S.A. (flimkien, “GDF Suez”) li seħħ fis-swieq tal-gass franċiżi.

(3)

Skont l-istima preliminari, GDF Suez hija attur dominanti fis-swieq tal-importazzjoni u tal-provvista tal-gass fiż-żewġ żoni tal-bilanċ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar fin-netwerk ta’ trasport ta’ GRTgaz. L-istima preliminari tal-Kummissjoni hija li GDF Suez setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE billi eskludiet l-aċċess għal kapaċitajiet ta’ importazzjoni tal-gass fi Franza, u b’hekk illimitat il-kompetizzjoni fis-swieq tal-provvista. Din l-esklużjoni tidher li tirriżulta mill-ħażna fit-tul tal-parti l-kbira tal-kapaċitajiet ta’ importazzjoni fi Franza, kif ukoll il-proċeduri ta’ kif jiġu allokati l-kapaċitajiet tal-importazzjoni fit-terminal il-ġdid fejn jitrakkaw it-tankers li jġorru l-metanu (gass likwidu) f’Fos Cavaou u tal-limitazzjoni strateġika fl-investimenti għall-kapaċità tal-importazzjoni supplimentari fit-terminal tal-metanu f’Montoir de Bretagne.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(4)

GDF Suez ma taqbilx mal-istima preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. L-elementi ewlenin tal-impenji jistgħu jiġu miġbura fil-qosor kif ġej (ara l-punti kollha fid-detall fit-test dwar l-impenji).

(5)

Mill-1 ta’ Ottubru 2010 u għall-kumplament tal-perjodu qabel l-iskadenza tas-sottoskrizzjonijiet ta’ GDF Suez sad-data ta' notifika tad-Deċiżjoni li l-Kummissjoni tkun trid tadotta skont l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, GDF Suez ser tbigħ lil partijiet terzi kapaċitajiet konsistenti u fit-tul fil-punti tad-dħul f’Obergailbach (80 GWh/kuljum) u Taisnières-H (10 GWh/kuljum).

(6)

GDF Suez ser tbigħ ukoll lil partijiet terzi ammont ekwivalenti ta’ kapaċitajiet ta’ trasport, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2027 fil-punt ta’ dħul Waidhaus u fil-punt ta’ ħruġ Medelsheim; mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025 fil-punt tad-dħul f’Zeebrugge u fil-punt tal-ħruġ Blaregnies u, f’każ li jkun hemm talba mill-akkwistaturi, sat-30 ta’ Settembru 2018 fil-pipeline tal-gass Interconnector fil-punt tad-dħul tal-“punt tal-ħruġ NBP” u fil-punt tal-ħruġ “żona tad-dħul Zeebrugge IZT”.

(7)

GDF Suez ser tbigħ ukoll lil partijiet terzi kapaċitajiet konsistenti u fit-tul fit-terminals tal-metanu ta’ Montoir de Bretagne (1 Gm3/sena b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010 u 1 Gm3/sena b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2011) u f’Fos Cavaou (2,175 Gm3/sena b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 (2)).

(8)

Mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014 u għal perjodu ta’ għaxar snin, GDF Suez ser tillimita s-sottoskrizzjonijiet tagħha għal inqas minn 50 % tal-kapaċitajiet kollha konsistenti u fit-tul ta' gass-H fiż-żoni ta’ bilanċ tat-Tramuntana u n-Nofsinhar fin-netwerk ta’ GRTgaz u tul it-territorju Franċiż kollu (3).

(9)

Bejn l-1 ta’ Ottubru 2014 u l-1 ta’ Ottubru 2021, GDF Suez ser timpenja ruħha rigward il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2024 u l-1 ta’ Ottubru 2029, li tillimita s-sottoskrizzjonijiet tagħha għal kapaċitajiet konsistenti u fit-tul għad-dħul tal-gass H fi strutturi eżistenti fl-1 ta’ Ottubru 2014, għal inqas minn 50 % tal-kapaċitajiet kollha konsistenti u fit-tul disponibbli f’dawn l-istrutturi.

(10)

Fl-aħħar, GDF Suez timpenja ruħha li tkompli, taħt kundizzjonijiet ftit jew wisq identiċi għal dawk fis-seħħ, is-servizz ta’ skambju ta’ gass-H f’gass-B provdut lil GRTgaz sabiex din tiżgura li jitkompla s-servizz regolat tal-konverzjoni ta' gass-H f'gass-B.

(11)

Se jitqabbad mandatarju indipendenti sabiex jissorvelja t-twettiq ta’ dawn l-impenji minn GDF Suez.

(12)

L-impenji huma ppubblikati kollha kemm huma bil-Franċiż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_fr.html

4.   STEDINA GĦAL PREŻENTAZZJONI TA' KUMMENTI

(13)

Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġett għall-ittestjar tas-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti.

(14)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex fil-kummenti tagħhom jistqarru jekk jikkunsidrawx li l-impenji proposti minn GDF Suez jindirizzawx it-tħassib imqajjem. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna biex jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimati ser ikunu rispettati.

(15)

Dawn il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza COMP/B-1/39.316 – GDF (esklużjoni mis-swieq tal-gass), bl-e-mail (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks +32 22950128 jew bil-posta f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  Kapaċità ta’ 0,175 Gm3/sena għandha tibbenifika lit-trasportaturi li rriżervaw kapaċitajiet għal perjodi qosra fit-terminal ta’ Fos Cavaou.

(3)  Għall-finijiet ta’ dawn l-impenji, il-punti tad-dħul tal-gass jinkludu l-punti tad-dħul tal-gass kollha eżistenti u dawk futuri fi Franza, kif ukoll il-punt tad-dħul ta’ Spanja-Franza.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni

9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/27


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti

2009/C 156/15

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GGARANTITA (STG)

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

“KABANOSY”

Nru tal-KE: PL-TSG-0007-0050-22.01.2007

1.   Isem u indirizz tal-grupp applikant:

Isem: Związek „Polskie Mięso”

Indirizz:

ul. Chałubińskiego 8

00-613 Warsaw

POLSKA/POLAND

Nru tat-telefown +48 228302657

Nru tal-faks +48 228301648

Indirizz tal-posta elettronika: info@polskie-mieso.pl

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Polonja

3.   Speċifikazzjoni tal-prodott:

3.1.   L-isem (jew l-ismijiet) li għandhom jiġu rreġistrati (l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007):

“Kabanosy”

3.2.   Jekk l-isem:

 hux speċifiku fih innifsu

Image

L-isem jesprimi n-natura speċifika tal-prodott. Fis-seklu 19, fil-Polonja u l-Litwanja, il-kelma “kaban” u fid-diminuttiv “kabanek”, kienet tirreferi għal ħnieżer żgħar magħlufin ħafna li kienu jissemmnu l-iktar bil-patata, u l-laħam li kienu jipproduċu normalment kien jissejjaħ “kabanina”. Il-kelma “kabanos” ġejja mill-isem li kien jintuża għal dawn il-ħnieżer.

3.3.   Jekk l-isem hux qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

 Reġistrazzjoni flimkien mar-riżerva tal-isem

Image

3.4.   It-tip ta' prodott

Il-Kategorija 1.2 –

Il-prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007):

Il-“kabanosy” huma tip ta’ zalzett niexef, twil u rqiq mibrum min-naħa waħda u mkemmex kollu bl-istess mod. Iz-zalzett huwa mitwi fi tnejn u fit-tidwira jkun hemm inċiż minn fejn ikun iddendel.

Il-wiċċ tal-“kabanosy” huwa aħmar skur bi ħjiel ta’ lewn iċ-ċirasa. Meta taqsmu, tara biċċiet tal-laħam ta’ lewn aħmar skur u xaħam lewn il-krema.

Meta tmissu, il-wiċċ jinħass lixx, niexef u mkemmex kollu bl-istess mod.

Il-“kabanosy” għandu togħma qawwija ta’ laħam tal-majjal imsajjar u ppriservat u jħallilek togħma delikata u ta’ duħħan bir-riħa tal-karwi u tal-bżar.

Il-kompożizzjoni kimika:

Il-kontenut tal-proteina – mhux inqas minn 15,0 %

Il-kontenut tal-ilma – mhux iktar minn 60,0 %

Il-kontenut tax-xaħam – mhux iktar minn 35,0 %

Il-kontenut tal-melħ – mhux iktar minn 3,5 %

Il-kontenut tan-nitrat (III) u tan-nitrat (V) espress f’NaNO2 – mhux iktar minn 0,0125 %

Il-valuri tal-kompożizzjoni kimika mogħtija hawn fuq jiżguraw il-kwalità tradizzjonali tal-prodott. Ir-rendiment tal-prodott aħħari meta mqabbel mal-laħam li jintuża bħala materja prima jrid ikun ta’ inqas minn 68 %.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007):

L-ingredjenti

 

Laħam (100 kilogramm ta’ materja prima):

Laħam tal-majjal tal-Kategorija I b’kontenut tax-xaħam li ma jaqbiżx il-15 % – 30 kilogramm

Laħam tal-majjal tal-Kategorija IIA b’kontenut tax-xaħam li ma jaqbiżx l-20 % – 40 kilogramm

Laħam tal-majjal tal-Kategorija IIB b’kontenut tax-xaħam li ma jaqbiżx l-40 % – 30 kilogramm

 

It-taħwir (għal kull 100 kilogramm ta’ laħam)

bżar naturali – 0,15 kilogrammi

noċemuskata – 0,05 kilogrammi

karwi – 0,07 kilogrammi

zokkor – 0,20 kilogrammi

 

Addittivi oħrajn:

Taħlita għall-ippriservar [ibbażata fuq taħlita ta' melħ tal-mejda (NaCl) u nitrit tas-sodju(NaNO2)] – madwar 2 kilogrammi

L-għalf fil-kuntest tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal maħsub għall-użu fil-produzzjoni tal-“kabanosy”

L-għalf jirreferi għal tismin biex jinkiseb laħam mimli xaħam. L-għan hu li jkunu prodotti ħnieżer b’piż li ma jaqbiżx il-120 kilogramm, u li jkun ikkaratterizzat minn kontenut għoli tax-xaħam ġol-muskoli (iktar minn 3 %).

It-tismin jissejjes fuq razez li jimmaturaw tard, u reġim xieraq tat-tismin jagħmilha possibbli li wieħed jikseb il-kontenut mixtieq tax-xaħam ġol-muskoli. Ir-razez użati għat-tismin ma għandhomx il-ġene RN u l-ġene RYR 1T tinsab f’20 % tal-popolazzjoni.

It-tismin għandu jitwettaq fi tliet stadji – l-istadju nru I sa madwar 60 kilogramm, l-istadju nru II sa madwar 90 kilogramm u l-istadju nru III sa 120 kilogramm.

It-tismin ta’ annimali li jiżnu sa 90 kilogramm isir billi jintużaw żewġ tipi ta' taħlitiet tal-għalf. It-taħlitiet tal-għalf (il-porzjonijiet) jinkludu:

bħala komponenti li jagħtu l-enerġija: trab taċ-ċereali – qamħ, xgħir, segala, ħafur, “triticale” jew qamħirrum; it-trab tal-qamħirrum u t-trab tal-varjetajiet tal-ħafur għeri jgħoddu għal mhux iktar minn 30 % tat-taħlitiet;

bħala komponenti li jagħtu l-proteina: - trab tal-lupin, tal-favetta u tal-piżelli, ikel tas-soja minn wara li jkun estratt, ikel taż-żerriegħa tal-kolza wara li jkun estratt, kejk taż-żejt tal-kolza, il-ħmira tal-għalf jew l-għalf aħdar imnixxef.

It-taħlitiet tal-għalf (il-porzjonijiet) għall-annimali li jiżnu minn 90 sa 120 kilogramm jinkludu:

bħala komponenti li jagħtu l-enerġija: trab tal-qamħ, tax-xgħir, tas-segala, u tat-“triticale”. It-trab tal-qamħirrum u t-trab tal-varjetajiet tal-ħafur għeri ma għandhomx jintużaw fit-taħlitiet (il-porzjonijiet);

bħala komponenti li jagħtu l-proteina: trab tal-għelejjel mill-familja “Leguminosae” (il-lupin, il-favetta u l-piżelli), ikel tas-soja minn wara li jkun estratt, kejk taż-żejt tal-kolza jew ikel taż-żerriegħa tal-kolza wara li jkun estratt u l-għalf aħdar imnixxef.

Dawn li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda punt fiċ-ċiklu tal-għalf: iż-żjut veġetali, l-għalf li ġej mill-annimali, per eżempju t-trab tal-ħalib, ix-xorrox imnixxef, l-ikel mill-ħut.

Il-kontenut tal-enerġija metabolika (EM) fit-taħlitiet fl-istadji kollha tat-tismin huwa ta’ 12 sa 13-il MJ ta’ EM għal kull kilogramm tat-taħlita. Il-kontenut tal-proteina fit-taħlitiet għandu jkun ta’ madwar 16 sa 18 % fl-ewwel stadju tat-tismin, ta’ 15 sa 16 % fit-tieni stadju u ta’ madwar 14 % fl-aħħar stadju.

Il-porzjonijiet għall-ħnieżer tas-simna jistgħu jissejsu fuq taħlitiet nutrittivi biss, jew fuq taħlitiet nutrittivi u ikel fi kwantitajiet kbar, jiġifieri patata u għalf aħdar.

L-istadji fil-produzzjoni tal-“kabanosy”

L-ewwel stadju

it-tqattigħ preliminari tal-ingredjenti tal-laħam kollha. Wieħed irid jiżgura li l-biċċiet tal-laħam ikunu kollha tal-istess daqs (b’dijametru ta’ madwar 5 ċm).

It-tieni stadju

l-ippriservar tradizzjonali (il-metodu n-niexef) għal madwar 48 siegħa, bl-użu ta’ taħlita għall-ippriservar.

It-tielet stadju

il-laħam tal-Kategorija I jiċċekken għal daqs ta’ madwar 10 mm, filwaqt li dak tal-Kategoriji IIA u IIB jiċċekken għal daqs ta’ madwar 8 mm.

Ir-raba’ stadju

it-taħlit tal-ingredjenti tal-laħam kollha mat-taħwir: il-bżar naturali, in-noċemuskata, il-karwi u z-zokkor.

Il-ħames stadju

il-mili f’kisjiet irqaq magħmulin min-nagħaġ li jkollhom dijametru ta’ bejn 20 u 22 mm, u l-brim, min-naħa waħda, taz-zalzett li jkun twil madwar 25 ċm.

Is-sitt stadju

Iz-zalzett jitħalla joqgħod sagħtejn f’temperatura li ma tkunx ta’ iktar minn 30 °Ċ. Il-wiċċ jitnixxef b’mod preliminari, u l-ingredjenti ta’ ġoz-zalzett “joqogħdu”.

Is-seba’ stadju

it-tnixxif tal-wiċċ u l-affumikar tradizzjonali fid-duħħan jaħraq (għal madwar 150 minuta) u s-sajran fil-forn sa ma t-temperatura ta' ġoz-zalzett tilħaq mill-inqas is-70 °Ċ.

It-tmien stadju

Jitwaqqaf il-proċess tal-affumikar u l-“kabanosy” jitħalla fil-kamra tad-duħħan għal madwar siegħa. Wara jitkessaħ u jitqiegħed fil-friġġ f’temperatura li tkun inqas minn 10 °Ċ.

Id-disa’ stadju

it-tnixxif f’temperatura ta’ bejn l-14 u t-18-il °C u f’umdità ta' 80 % għal 3 sa 5 ġranet sa ma jinkiseb ir-rendiment mixtieq (li ma jaqbiżx it-68 %).

3.7.   In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007):

In-natura speċifika tal-“kabanosy” ġejja minn diversi karatteristiċi li huma tipiċi għall-prodott:

kemm hu tari, in-natura mmerqa u l-proprjetajiet speċifiċi tal-laħam;

togħma u riħa eċċezzjonali;

forma uniformi u karatteristika.

Kemm hu tari, in-natura mmerqa u l-proprjetajiet speċifiċi tal-laħam

Il-laħam tal-majjal minn ħnieżer ta’ razez li jimmaturaw tard, imsemmna sa ma jilħqu piż ta’ madwar 120 kilogramm, u li jkollhom il-karatteristiċi ġenetiċi deskritti fil-punt 3.6, huwa ingredjent essenzjali tal-“kabanosy” li jinfluwenza n-natura speċifika ta’ dan iz-zalzett. Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti trendi kontenut tax-xaħam ġol-muskoli ta’ iktar minn 3 %, li jiżgura li l-laħam ikollu l-proprjetajiet tat-togħma u teknoloġiċi xierqa li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-“kabanosy”. L-użu ta’ din it-tip ta’ materja prima u l-konformità mal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, b’attenzjoni speċjali għall-istadji tat-tqattigħ, tal-ippriservar u tal-affumikar, jiżguraw li l-“kabanosy” jkun tari u mmerraq b’mod eċċezzjonali. Karatteristika oħra tal-“kabanosy” hija l-ħoss li jagħmel meta jinqasam fi tnejn, li jinstema’ b’mod ċar. Dan il-ħoss huwa minħabba kemm hu tari l-laħam u minħabba l-mod li bih jitħejja l-“kabanosy”, b’mod partikulari, kif jitnixxef u jiġi affumikat.

Togħma u riħa eċċezzjonali

It-togħma u r-riħa tal-“kabanosy” huma l-karatteristiċi li jiddistingwuh mit-tipi ta’ zalzett l-oħrajn. Dawn il-karatteristiċi huma minħabba li fil-proċess tal-produzzjoni jintuża taħwir magħżul kif xieraq, jiġifieri l-bżar naturali, in-noċemuskata, il-karwi u z-zokkor, u minħabba l-proporzjonijiet tagħhom, kif ukoll minħabba l-proċess speċifiku tal-affumikar, li jkompli jtejjeb it-togħma tal-prodott.

Forma uniformi u karatteristika

In-natura speċifika tal-“kabanosy” hija marbuta l-iktar mal-forma unika tiegħu. Il-“kabanosy” huma tip ta’ zalzett niexef, twil u rqiq mibrum min-naħa waħda u mkemmex kollu bl-istess mod.

3.8.   In-natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007):

Metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u tal-ħażna

Il-“kabanosy” jew tip ta' zalzett irqiq, niexef u affumikat magħmul mil-laħam tal-majjal u f’kisjiet magħmulin min-nagħaġ kien jittiekel mal-Polonja kollha sa mis-snin għoxrin u tletin tas-seklu l-ieħor. Huma kienu jsiru fi stabbilimenti żgħar tal-biċċiera tal-post b’dan l-istess isem, iżda f’varjetajiet reġjonali differenti. L-ikbar differenzi kienu fit-taħwir użat, iżda wkoll fil-kwalità taz-zalzett innifsu. Il-kotba tat-tisjir u l-pubblikazzjonijiet tal-ikel ta’ dak iż-żmien, bħall-ktieb ta’ M. Karczewska msejjaħ “Wyrób wędlin i innych przetworów mięsnych sposobem domowym” li kien ippubblikat fl-1937 f’Varsavja, taw ir-riċetti tal-“kabanosy” u għenu biex ikunu standardizzati t-tekniki tal-produzzjoni tiegħu, u b'hekk ippermettew li jkun ikkonsolidat ismu u li tittejjeb il-kwalità. Dan iz-zalzett kellu togħma tajba u t-tekniki tal-ippriservar bħall-affumikar u t-tnixxif fissru li seta' jinżamm għal żmien twil.

Wara l-1945 kien hemm standardizzar sabiex tipprova tittejjeb il-kwalità tal-prodott. Il-“kabanosy” kienu rrilaxxati għall-konsum b’mod uffiċjali bid-Digriet tal-Ministeri għall-Fornimenti, għall-Industrija u għall-Kummerċ tal-15 ta’ Settembru 1948 (il-Ġurnal tal-Liġijiet nru 1948/44, il-punt nru 334). Wara dan, l-aspetti teknoloġiċi u dawk tal-produzzjoni ġew standardizzati (l-Istandard nru RN-54/MPMIM1-Mięs-56 tat-30 ta’ Diċembru 1954), u fl-1964 il-Kwartieri Ġenerali tal-Industrija tal-Laħam Pollakka f'Varsavja ħarġet riċetta standard tal-“kabanosy” msejsa fuq il-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni (ir-Regolamenti Interni Nru 21).

Il-“kabanosy” kien popolari ferm fi żmien il-Komuniżmu (mill-1945 sal-1989); kulħadd kien jixtrihom. Huma kienu jsebbħu l-imwejjed eleganti fl-okkażjonijiet speċjali u fl-istess ħin kienu adattati bħala ikel tal-piknik għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw, bħala rigal jew bħala ikla ħafifa għal mal-vodka. Flimkien mal-perżut u l-bejken, huma saru wkoll speċjalità Pollakka tal-esportazzjoni.

Ingredjent tradizzjonali – il-laħam tal-majjal

Il-“kabanosy” jsir minn ħnieżer imsemmnin apposta li kienu magħrufa bħala “kabany”. Il-kelma “kaban” tidher fl-epika tal-1834 imsejħa “Pan Tadeusz” ta’ Adam Mickiewicz, il-poeta nazzjonali Pollakk. Il-kelma kienet tintuża oriġinarjament biex tirreferi għall-ħnieżer selvaġġi u wkoll għaż-żwiemel, iżda, skont il-Volum 13 tal-“Encyklopedyja Powszechna” tal-1863, sas-seklu 19 kienet qed tintuża minn kulħadd biex tirreferi għal qażquż oħxon, magħluf tajjeb. Il-ħnieżer kienu jissemmnu apposta sabiex jinkiseb laħam fin u tajjeb ferm b’kontenut għoli tax-xaħam ġol-muskoli li kien jagħti lill-prodotti li jsiru minnu togħma qawwija u speċifika, u natura tarija u mmerqa. Il-kelma “kabanina” li ġejja mill-kelma “kaban” ukoll kienet tintuża ferm. Skont it-tifsira mogħtija fid-dizzjunarju Pollakk ippubblikat f’Vilnius fl-1861, normalment din kienet tirreferi għal-laħam tal-majjal.

Il-laħam tal-ħnieżer imkabbrin sabiex ikun prodott il-“kabanosy” jrid ikollu kontenut tax-xaħam ġol-muskoli ta’ iktar minn 3 %; dawn huma l-istrixxi ta’ grass fil-laħam dgħif li lill-prodott jagħtuh, in-natura tarija u mmerqa u t-togħma bnina mixtieqa. L-użu ta’ dan it-tip ta’ laħam jinfluwenza b’mod deċiżiv il-kwalità tal-prodott aħħari u n-natura speċifika tiegħu, u jżomm mal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni.

3.9.   Ir-rekwiżiti minimi u l-proċeduri sabiex tiġi vverifikata n-natura speċifika (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007):

F'dak li għandu x’jaqsam man-natura speċifika tal-“kabanosy”, għandhom ikunu suġġetti għall-verifiki b’mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

(1)

Il-kwalità tal-materja prima li tintuża fil-produzzjoni tiegħu (il-laħam u t-taħwir), inklużi:

L-adattabbiltà teknoloġika tal-laħam;

It-tip ta’ tismin;

Iż-żmien tal-ippriservar;

It-taħwir użat fil-produzzjoni tal-“kabanosy” u l-proporzjonijiet li jintużaw.

(2)

Il-proċess tal-affumikar tal-“kabanosy”

Matul spezzjoni, iridu jiġu vverifikati l-affarijiet li ġejjin:

Iż-żamma tat-temperatura meħtieġa għall-affumikar tradizzjonali fid-duħħan jaħraq u t-temperatura tat-tisħin;

Iż-żamma taż-żmien u tat-temperatura tal-affumikar ripetut fid-duħħan kiesaħ;

L-użu tal-laqx tal-fagu għall-affumikar fid-duħħan kiesaħ.

(3)

Il-kwalità tal-prodott aħħari:

Il-kontenut tal-proteina;

Il-kontenut tal-ilma;

Il-kontenut tax-xaħam;

Il-kontenut tal-klorur tas-sodju (tal-melħ)

Il-kontenut tan-nitrat (III) u tan-nitrat (V);

It-togħma u r-riħa.

(4)

Il-forma tal-prodott.

Il-frekwenza tal-verifiki

Il-verifiki tal-istadji msemmija hawn fuq għandhom jitwettqu darba kull xahrejn. Jekk dawn l-istadji kollha jkunu qed jitwettqu tajjeb, il-frekwenza tal-verifiki tista’ titnaqqas għal tnejn fis-sena.

Jekk, fi kwalunkwe stadju, iseħħu irregolaritajiet, il-frekwenza tal-verifiki ta’ dak l-istadju jridu jiżdiedu (għal darba kull xahrejn). Il-verifiki tal-istadji l-oħra jistgħu jitwettqu darba kull sitt xhur.

4.   Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

4.1.   Isem u Indirizz:

Isem: Główny Inspektorat Jakości Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych

Indirizz:

ul. Wspólna 30

00-930 Warsaw

POLSKA/POLAND

Nru tat-telefown +48 226232901

Nru tal-faks +48 226232099

Indirizz tal-posta elettronika: —

ImagePubblika Privata

4.2.   Il-ħidmiet speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità:

L-awtorità tal-ispezzjoni msemmija hawn fuq hija responsabbli għall-verifiki tal-ispeċifikazzjoni kollha.