ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.120.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
28 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

78 sessjoni plenarja tal-KTR it-12 u t-13 ta' Frar 2008

2009/C 120/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-diplomazija tal-bliet

1

2009/C 120/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-suq intern – viżjoni soċjali u s-servizzi ta’ interess ġenerali

6

2009/C 120/03

Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-quċċata tal-politiki tal-integrazzjoni

12

2009/C 120/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa

17

2009/C 120/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-green paper dwar il-koeżjoni territorjali

23

2009/C 120/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Green Paper dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli

29

2009/C 120/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Green Paper migrazzjoni u mobilità

34

2009/C 120/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar servizz universali għal komunikazzjonijiet elettroniċi u netwerks tal-ġejjieni u l-internet

41

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

78 sessjoni plenarja tal-KTR it-12 u t-13 ta' Frar 2008

2009/C 120/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar trasport aktar ekoloġiku

47

2009/C 120/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ajru Uniku Ewropew II

52

2009/C 120/11

Abbozz ta’ Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni tal-EMAS u l-Ekotikketta

56

2009/C 120/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali

65

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

78 sessjoni plenarja tal-KTR it-12 u t-13 ta' Frar 2008

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-diplomazija tal-bliet

2009/C 120/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jagħraf ir-rwol vitali u dejjem jikber tad-diplomazija tal-bliet, li b’mod ġenerali tista’ tiġi definita bħala strument li bih l-awtoritajiet lokali u l-korpi tagħhom jistgħu jħeġġu l-koeżjoni soċjali f’livell dinji, jippromovu s-sostenibilità ambjentali, jimpedixxu l-kriżijiet, isolvu l-konflitti u jagħtu s-sehem tagħhom fir-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni ta’ wara l-konflitti, bil-għan li jinħoloq ambjent stabbli li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi fi klima ta’ demokrazija, progress u prosperità;

jagħraf li fi żminijietna, id-diplomazija mhijiex espressa u mħaddma mill-gvernijiet nazzjonali biss, u li fid-dawl tal-bżonn għad-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex niksbu l-objettivi tal-paċi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha, il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija naturali u meħtieġa biex niksbu approċċi u strateġiji aktar effiċjenti f’diversi livelli. Il-bliet – żgħar u kbar – jaqdu rwol importanti fil-kooperazzjoni internazzjonali peress li jaħdmu flimkien ma’ muniċipalitajiet oħra f’netwerks internazzjonali;

huwa tal-fehma li fil-kuntest usa’ tal-kooperazzjoni transkonfinali, u dak tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija b’mod partikolari, huwa possibbli li tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jitqiesu għadd ta’ kwistjonijiet, politiki u, fuq kollox, attivitajiet li huma fil-kompetenza tad-diplomazija tal-bliet;

jilqa’ l-qawmien mill-ġdid tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u jenfasizza l-importanza li din l-isħubija tissaħħaħ b’dimensjoni ta’ djalogu bejn l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-Mediterran, kif ukoll fl-Ewropa tal-Lvant;

jenfasizza l-importanza li jista’ jkollha l-esperjenza li kisbet l-UE fil-qasam tat-trasferiment tal-għarfien fl-oqsma kollha fejn tista’ titħaddem id-diplomazija tal-bliet, fosthom il-gvernanza tajba, il-promozzjoni tat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp lokali, l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, iż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-djalogu interkulturali.

Rapporteur

:

is-Sinjura Eleni Loucaides (CY/PPE)

Kunsillier Muniċipali ta’ Nikosja

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

bħala l-istituzzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, u fuq il-bażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

1.

filwaqt li jagħraf ir-rwol vitali u dejjem jikber tad-diplomazija tal-bliet, li b’mod ġenerali tista’ tiġi definita bħala strument li bih l-awtoritajiet lokali u l-korpi tagħhom jistgħu jħeġġu l-koeżjoni soċjali f’livell dinji, jippromovu s-sostenibilità ambjentali, jimpedixxu l-kriżijiet, isolvu l-konflitti u jagħtu s-sehem tagħhom fir-rikonstruzzjoni u r-riabilitazzjoni ta’ wara l-konflitti, bil-għan li jinħoloq ambjent stabbli li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi fi klima ta’ demokrazija, progress u prosperità;

2.

filwaqt li jagħraf li dan ir-rwol huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali u li bosta bliet, awtoritajiet lokali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn fl-Istati Membri tal-UE ilhom ħafna snin iħaddmu d-diplomazija fil-bliet u li, mogħnija b’għarfien iddettaljat tal-qasam, jaqdu rwol ċentrali u jagħtu sehem effettiv fil-ħolqien ta’ alleanzi biex jiffaċilitaw id-djalogu u jimpedixxu l-konflitti, fil-promozzjoni tas-sejbien ta’ soluzzjoni għal dawn il-konflitti, fir-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni meħtieġa wara l-konflitti, u fl-iżvilupp tal-pajjiżi terzi kemm fil-kontinent Ewropew, b’mod partikolari fil-Balkani, kif ukoll fil-Lvant Nofsani, fl-Amerika Latina, fl-Afrika u fil-bqija tad-dinja;

3.

filwaqt li jagħraf li kulma jmur id-dinja qed issir dejjem aktar urbanizzata u kumplessa u li l-bliet u l-awtoritajiet lokali tagħhom qed ikunu fuq quddiem nett f’ambjent multikulturali, fil-ħidma tagħhom għad-drittijiet taċ-ċittadini, għat-tnaqqis tat-tensjonijiet, għas-sejbien ta’ soluzzjoni għall-konflitti, għall-promozzjoni tad-djalogu bejn il-kulturi, ir-reliġjonijiet, l-Istati u l-popli, u għall-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità;

4.

filwaqt li jagħraf li fi żminijietna, id-diplomazija mhijiex espressa u mħaddma mill-gvernijiet nazzjonali biss, u li fid-dawl tal-bżonn għad-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex niksbu l-objettivi tal-paċi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha, il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija naturali u meħtieġa biex niksbu approċċi u strateġiji aktar effiċjenti f’diversi livelli;

5.

filwaqt li jagħraf li l-bliet – żgħar u kbar – jaqdu rwol importanti fil-kooperazzjoni internazzjonali peress li jaħdmu flimkien ma’ muniċipalitajiet oħra f’netwerks internazzjonali. Huwa importanti li nsemmu, madankollu, li l-bliet iwettqu dawn il-kompiti fuq l-inizjattiva tagħhom stess;

6.

filwaqt li fl-istess ħin jagħraf li d-diplomazija tal-bliet u, b’mod aktar wiesa’, il-kooperazzjoni deċentralizzata, imorru id f’id f’dik li hija l-promozzjoni tal-paċi u l-fehim bejn il-popli, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsaħħu l-inizjattivi favur il-koeżistenza u t-tqarrib bejn l-istati u l-popli, u li l-ħidma tagħhom issir dejjem fil-kuntest tal-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea;

7.

filwaqt li jinsab imħasseb dwar l-isfidi l-ġodda li qed iħabbat wiċċu magħhom il-bniedem, fosthom il-bidla fil-klima u d-diżastri naturali, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma tax-xorb u riżorsi naturali oħra, il-periklu li jfeġġ mard pandemiku, il-ġuħ, il-faqar, iż-żieda kontinwa tal-migrazzjonijiet li qed iqanqlu mewġa ta’ estremiżmu fis-soċjetajiet tagħna, ta’ intolleranza u tensjonijiet bejn komunitajiet ta’ kulturi, oriġini etniċi, reliġjonijiet u tradizzjonijiet differenti, li ta’ spiss joħolqu konflitti interni u esterni, u filwaqt li jemmen li jenħtieġ li jiġi adottat approċċ komuni u li tittieħed azzjoni kollettiva;

8.

filwaqt li huwa impenjat biex jippromovi l-iżvilupp sostenibbli fil-bliet u t-territorji tagħna, permezz ta’ approċċ aktar ġust, imsejjes fuq l-għaqda u li jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ta’ kull razza, kultura u reliġjon, u fl-istess waqt jirrispetta l-ħtieġa ta’ aċċess għat-tagħlim u s-suq tax-xogħol, bil-għan li jissaħħu l-proċeduri demokratiċi u l-awtonomija lokali, li huma fatturi essenzjali għall-ħolqien ta’ dinja aktar magħquda u paċifika;

9.

filwaqt li jagħraf li l-konflitti, li mal-medda taż-żmien inbidlu fin-natura tagħhom, jitfgħu piż kontinwu fuq l-awtoritajiet lokali biex jassiguraw il-bennesseri taċ-ċittadini tagħhom u li d-djalogu u l-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell internazzjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-fehim reċiproku, għall-promozzjoni ta’ għanijiet komuni u għas-soluzzjoni tal-konflitti, hi x’inhi l-kawża tagħhom;

10.

filwaqt li jagħraf li huma ċ-ċittadini u l-komunitajiet lokali li jbatu meta l-gvernijiet ċentrali jonqsu milli jqanqlu djalogu sabiex isolvu l-problemi b’mod kostruttiv biex b’hekk iġibu lura l-ordni u l-istabilità;

11.

filwaqt li jagħraf ukoll li l-awtoritajiet lokali, li huma l-istituzzjoni l-aktar qrib taċ-ċittadin, jafu bil-ħtiġijiet tal-poplu u għalhekk huma l-aħjar awtorità biex tiddetermina tissodisfa dawn il-ħtiġijiet, fi żminijiet ta’ kriżi jew konflitt, iżda wkoll biex tieħu miżuri preventivi kontrihom;

12.

filwaqt li jemmen li huwa d-dmir tal-awtoritajiet lokali li jaħdmu għal-libertà, id-demokrazija u l-progress u b’hekk jagħtu sehemhom fl-iżvilupp internazzjonali u l-kisba tal-paċi;

13.

filwaqt li jagħraf li l-UE, u l-politiki tagħha, bħal pereżempju l-Politika Ewropea tal-Viċinat, ser isibu diffikultajiet kbar biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom jekk ma jirnexxilniex insolvu l-konflitti li jagħmlu l-kooperazzjoni reġjonali tant diffiċli, jekk mhux impossibbli;

14.

filwaqt li jagħraf li s-sensibilizzazzjoni u l-influwenza tad-diplomazija tal-bliet – li kulma jmur qed isiru aktar b’saħħithom – ġew rikonoxxuti dan l-aħħar, fil-kuntest tal-ewwel Konferenza Dinjija dwar id-Diplomazija tal-Bliet, li saret fl-Aja bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju 2008, fejn ġew diskussi r-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-prevenzjoni tal-konflitti, il-proċess tal-paċi u l-kostruzzjoni u l-istrutturar mill-ġdid wara l-konflitti; il-Kumitat tar-Reġjuni kien rappreżentat f’din il-konferenza;

15.

filwaqt li jagħraf li l-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kunsill tal-Muniċipji u r-Reġjuni Ewropej, il-Kumitat tad-Diplomazija tal-Bliet, tal-Konsolidazzjoni tal-Paċi u d-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-assoċjazzjoni “Bliet u Gvernijiet Lokali Magħquda”, l-Assoċjazzjoni tal-Aġenziji tad-Demokrazija Lokali, il-moviment dinji tas-Sindki għall-Paċi, l-aġenziji kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Glocal Forum u istituzzjonijiet u NGOs oħra huma pijunieri f’dan il-qasam u wettqu ħidma responsabbli;

16.

jitlob lill-gvernijiet lokali kollha jikkunsidraw bir-reqqa r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward taż-żamma tal-paċi u l-ġustizzja u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, biex b’hekk joħolqu bliet magħquda għal dinja magħquda;

17.

itenni l-bżonn ta’ mekkaniżmi ta’ għajnuna aktar trasparenti u effettivi fil-livell internazzjonali, ta’ proċeduri ssemplifikati u, fuq kollox, il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali kemm fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-għodod rilevanti;

18.

bi pjaċir jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikata fit-8 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol akbar fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-iżvilupp fl-UE u dwar il-ħtieġa ta’ djalogu strutturat bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kummissjoni taħt il-patroċinju tal-Kumitat tar-Reġjuni;

19.

jilqa’ wkoll ir-referenza li l-komunikazzjoni msemmija hawn fuq tagħmel għall-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE kif issuġġerixxa l-Kumitat tar-Reġjuni;

20.

jisħaq li l-UE għandha interess dirett li tfittex li ssolvi l-konflitti u l-problemi reġjonali li jnaqqru s-sigurtà tal-Ewropa, u li timpedixxi l-flussi migratorji bla rażan u interruzzjonijiet fil-provvisti tal-enerġija, u li tippromovi l-paċi fid-dinja b’mod ġenerali;

21.

itenni t-twemmin tiegħu li r-relazzjonijiet mal-ġirien jistgħu jkunu hienja u siguri biss permezz ta’ kooperazzjoni effettiva fil-livell lokali u reġjonali;

22.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeterminaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini, kemm b’mod preventiv kif ukoll f’sitwazzjonijiet li jinħolqu mill-konflitti;

23.

huwa tal-fehma li fil-kuntest usa’ tal-kooperazzjoni transkonfinali, u dak tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija b’mod partikolari, huwa possibbli li tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jitqiesu għadd ta’ kwistjonijiet, politiki u, fuq kollox, attivitajiet li huma fl-kompetenza tad-diplomazija tal-bliet;

24.

jilqa’ l-qawmien mill-ġdid tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u jenfasizza l-importanza li din l-isħubija tissaħħaħ b’dimensjoni ta’ djalogu bejn l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-Mediterran, kif ukoll fl-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu fejn ta’ min wieħed isemmi li l-UE qed taqdi rwol importanti fil-promozzjoni tal-proċess ta’ paċi u l-għoti ta’ għajnuna umanitarja minn mindu beda l-ġlied f’din iż-żona f’Awwissu 2008;

25.

itenni l-ħsieb li għandu li jħeġġeġ il-ħolqien tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja, bil-għan li tingħata aktar saħħa lill-Proċess ta’ Barċellona u l-Unjoni għall-Mediterran, kif iddeċieda l-Kunsill Ewropew f’Pariġi fit-13 ta’ Lulju, bil-ħsieb li, fost affarijiet oħra, jippromovi l-objettivi tad-diplomazija tal-bliet;

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni aħħarija tal-konferenza ministerjali tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, li saret fit-3-4 ta’ Novembru 2008 f’Marsilja, li taċċetta l-proposta li saret mill-Forum tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali li sar fit-22-23 ta’ Ġunju f’Marsilja, u li hija sostnuta fl-opinjoni tal-KtR tat-8 ta’Ottubru, u jimpenja ruħu biex jinvolvi l-Assemblea Ewro-Mediterranja tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (EMRLA) fl-Unjoni għall-Mediterran ladarba titwaqqaf;

27.

jagħraf li minkejja l-esperjenza li għandhom il-partijiet kollha involuti u r-rwol kostruttiv u essenzjali tagħhom, ma jeżisti l-ebda mudell preċiż biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-diplomazija tal-bliet;

28.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għadu diffiċli li wieħed jidentifika b’mod preċiż il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw is-suċċess jew il-falliment tal-azzjonijiet li jittieħdu favur id-diplomazija tal-bliet; għaldaqstant, jemmen li l-approċċ użat għandu jkun adattat għal kull sitwazzjoni u jkun flessibbli, b’tali mod li jkun jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ ambjent dejjem jinbidel;

29.

huwa konvint li l-atturi involuti fid-diplomazija tal-bliet għandhom jifhmu li dan huwa proċess kumpless li jeħtieġ jaħdem id f’id ma’ sforzi oħra, u li huwa importanti li jifhmu tajjeb iċ-ċirkustanzi speċifiċi taż-żona tal-konflitt u l-kuntest storiku tal-konflitt, u li jiġi assigurat li jingħata l-kunsens tal-awtoritajiet lokali kkonċernati għal kull inizjattiva jew azzjoni li jixtiequ jwettqu;

30.

huwa tal-fehma li l-esperjenza u l-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam huma essenzjali u jerġa’ jisħaq fuq il-bżonn ta’ appoġġ politiku u tekniku aktar b’saħħtu bil-għan li tiġi assigurata l-kooperazzjoni transkonfinali dejjiema tal-Istati ġirien tal-UE fil-livell tal-awtoritajiet lokali; jitlob l-Istati Membri u l-pajjiżi involuti biex jużaw bis-sħiħ il-programm TAIEX u l-istrumenti l-oħra marbuta mal-ġemellaġġ u programmi oħra bħall-Ewropa għaċ-Ċittadini (2007-2013), sabiex jitħejjew is-sisien meħtieġa għal approċċ fil-livell tad-diplomazija tal-bliet;

31.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa possibbli li jiġu organizzati skambji ta’ uffiċjali mill-awtoritajiet lokali bejn l-Istati Membri tal-UE bil-għan li tiġi mħeġġa d-dimensjoni tad-diplomazija tal-bliet iżda wkoll kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar sfiqa bejniethom, biex b’hekk jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jinħolqu netwerks ta’ attivitajiet;

32.

jenfasizza l-importanza li jista’ jkollha l-esperjenza li kisbet l-UE fil-qasam tat-trasferiment tal-għarfien fl-oqsma kollha fejn tista’ titħaddem id-diplomazija tal-bliet, fosthom il-gvernanza tajba, il-promozzjoni tat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp lokali, l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, iż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-djalogu interkulturali;

33.

isostni li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikomplu jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u mas-soċjetà ċivili għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-gruppi żvantaġġati kollha li jgħixu fil-muniċipji, u jistieden b’mod partikolari lill-pajjiżi involuti fil-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja biex ikunu aktar miftuħa għall-kontribut tas-soċjetà ċivili, tal-awtoritajiet lokali, u għaldaqstant, id-diplomazija tal-bliet;

34.

huwa tal-fehma li għalkemm l-atturi internazzjonali għandhom isaħħu u jiffaċilitaw it-tħaddim tad-diplomazija tal-bliet, ma għandha titwaqqaf l-ebda struttura ġdida sakemm ma tkunx assolutament indispensabbli u biss biex taqdi ħtiġijiet speċfiċi;

35.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Deċentralizzata ssegwi mill-qrib l-iżviluppi f’dan il-qasam, tħeġġeġ il-komunikazzjoni bejn il-korpi involuti u n-netwerks Ewropej u internazzjonali u l-NGOs, u jekk ikun il-każ, tispeċifika liema huma dawk ir-reġjuni fejn tista’ tiġi applikata d-diplomazija tal-bliet, u fejn il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jaqdi rwol ta’ katalista;

36.

jipproponi li jinforma lill-UE bil-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’reġjuni milqutin mill-konflitti, u jitlobha tieħu sehem aktar attiv biex issolvi dawn il-konflitti billi tappoġġja d-diplomazija tal-bliet u l-miżuri meħuda f’dan il-kuntest;

37.

jistieden ukoll lill-UE tinkorpora d-diplomazija tal-bliet fl-aġenda ta’ laqgħat tagħħa mal-korpi internazzjonali responsabbli;

38.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tippromovi l-programmi reġjonali bil-għan li tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-korpi kollettivi tagħhom fid-diplomazija tal-bliet sabiex jiġu promossi l-objettivi u l-prinċipji komuni;

39.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa li jfassal Karta Ewropea dwar id-Diplomazija tal-Bliet, u l-proġett li jitwaqqaf fond bħala appoġġ għad-diplomazija tal-bliet; jitlob lill-UE tixtarr il-possibilità li jinħoloq strument ta’ finanzjament għat-tisħiħ tal-miżuri ta’ diplomazija tal-bliet u l-promozzjoni tad-diplomazija tal-bliet b’mod aktar ġenerali;

40.

fid-dawl tar-rispons qawwi għall-avveniment Open Days – Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet li jsir kull sena, jipproponi li jitħejja seminar ta’ informazzjoni speċifiku dwar id-diplomazija tal-bliet, biex jiġi inkorporat fil-programm tal-edizzjoni tal-2009;

41.

jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri fuq id-diplomazija tal-bliet, billi jenfasizza d-dedikazzjoni tagħha għall-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-inizjattivi marbuta mad-diplomazija tal-bliet, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll multilaterali, minħabba li dawn fihom innifishom huma strumenti promettenti ħafna għat-tisħiħ tad-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell internazzjonali u fil-qafas ġenerali tal-politika barranija tal-Istati Membri, u b’hekk jirfdu l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili favur il-paċi dejjiema;

42.

ser jinforma lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Esterna u ta’ Sigurtà Komuni, lill-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni, lill-Kummissarju għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja u lill-President tal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut ta’ din l-opinjoni, u ser jenfasizza r-rwol li għandu l-ħsieb li jaqdi fid-diplomazija tal-bliet u l-benefiċċji għall-UE fir-rigward tat-tisħiħ tal-politika esterna tagħha u l-kisba tal-objettivi ta’ paċi, sigurtà u stabilità.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/6


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-suq intern – viżjoni soċjali u s-servizzi ta’ interess ġenerali

2009/C 120/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq intern għandu jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi u l-SMEs, jgħin lill-Ewropa tibbenefika mill-globalizzazzjoni, jegħleb l-ostakli li jxekklu l-għarfien u l-innovazzjoni, jiffaċilità t-tkabbir ekonomiku għall-ħolqien tal-impjiegi, jagħmel lill-Ewropa kompetittiva b’konformità mal-objettivi ta’ Liżbona, u jinkludi dimensjoni soċjali u ambjentali qawwija;

jiddispjaċih li l-punti mqajma fil-Komunikazzjoni huma ta’ natura kemxejn ġenerali. Għalhekk, fil-futur il-proposti konkreti tal-Kummissjoni, maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi li jinsabu f’din il-Komunikazzjoni u b’mod partikolari fil-kuntest tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu suġġetti għal analiżi aktar fil-fond;

jinsab konvint li s-suq intern jista’ jaħdem b’suċċess biss bis-saħħa tal-kompetittività tal-intrapriżi u tal-ħolqien ta’ benefiċċji soċjali ġenwini għaċ-ċittadini Ewropej; għaldaqstant jemmen fl-importanza li tkompli titwessa’ t-triq li nfetħet bid-Direttiva dwar is-servizzi, bil-għan li tkompli tiżviluppa l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvediment ta’ servizzi, u b’hekk issaħħaħ il-kompetizzjoni reali u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern Ewropew.

Rapporteur

:

Dr Michael Schneider (DE/PPE), Segretarju tal-Istat, Rappreżentant tal-Land ta’ Sachsen-Anhalt fl-Istat Federali tal-Ġermanja

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21

COM(2007) 724 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Anċillari mal-Komunikazzjoni “Suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21” – Servizzi ta’ interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid

COM(2007) 725 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21

COM(2007) 726 finali

Kummenti ġenerali

Il-Kumitat tar-Reġjuni jfakkar fl-opinjoni ta’ prospettiva tiegħu dwar dan is-suġġett bit-titolu “Il-futur tas-suq uniku u l-evalwazzjoni tas-soċjetà Ewropea” tat-23 ta’ Marzu 2007, li fiha rakkomandazzjonijiet importanti biex is-suq intern ikompli jiżviluppa.

L-isfond

Is-suq intern Ewropew jaqdi rwol kruċjali fid-dinja globalizzata u fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Liżbona għax huwa jippromovi l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, u b’hekk jistimola t-tkabbir u l-impjiegi. Fl-istess ħin huwa jsaħħaħ ukoll il-kwalità tal-ħajja u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, s’issa s-suq intern huwa wieħed mill-ikbar suċċessi tal-Unjoni Ewropea.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ l-pakkett ta’ miżuri li ressqet il-Kummissjoni bil-fehmiet tagħha dwar l-iżvilupp avvanzat u l-forma futura tas-suq intern bl-iskop li tqanqal id-diskussjoni dwar dawn il-kwistjonijiet. Dan huwa pass importanti sabiex fil-futur inkunu nistgħu nilqgħu l-isfidi tal-globalizzazzjoni li kulma jmur qegħdin jikbru.

Komunikazzjoni dwar is-“Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq intern għandu jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi u l-SMEs, jgħin lill-Ewropa tibbenefika mill-globalizzazzjoni, jegħleb l-ostakli li jxekklu l-għarfien u l-innovazzjoni, jiffaċilità t-tkabbir ekonomiku għall-ħolqien tal-impjiegi, jagħmel lill-Ewropa kompetittiva b’konformità mal-objettivi ta’ Liżbona, u jinkludi dimensjoni soċjali u ambjentali qawwija.

2.

jiddispjaċih li l-punti mqajma fil-Komunikazzjoni huma ta’ natura kemxejn ġenerali. Għalhekk, fil-futur il-proposti konkreti tal-Kummissjoni, maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi li jinsabu f’din il-Komunikazzjoni u b’mod partikolari fil-kuntest tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu suġġetti għal analiżi aktar fil-fond;

3.

jenfasizza li l-prinċipju tas-sussidjarjetà hu element essenzjali tal-ordni politiku u legali tal-Unjoni Ewropea, madankollu jsostni wkoll li ħafna mill-isfidi li qed tiffaċċja l-UE bħalissa huma ta’ natura globali (il-globalizzazzjoni, il-ħtieġa ta’ protezzjoni soċjali, l-influwenza tas-swieq globali tal-finanzi, il-bidla fil-klima, eċċ.) u għalhekk fl-oqsma li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-livell lokali, reġjonali jew tal-Istati Membri jinħtieġu soluzzjonijiet komuni msejsa fuq prinċipji komuni.

4.

jinsab konvint li s-suq intern jista’ jaħdem b’suċċess biss bis-saħħa tal-kompetittività tal-intrapriżi u tal-ħolqien ta’ benefiċċji soċjali ġenwini għaċ-ċittadini Ewropej; għaldaqstant jemmen fl-importanza li tkompli titwessa’ t-triq li nfetħet bid-Direttiva dwar is-servizzi bil-għan li tkompli tiżviluppa l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvediment ta’ servizzi, u b’hekk issaħħaħ il-kompetizzjoni reali u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern Ewropew.

5.

bħall-Kummissjoni jemmen li ħafna mill-konsumaturi fl-UE għandhom jiġu konvinti mill-vantaġġi li joffri s-suq intern Ewropew fil-ħajja ta’ kuljum. Dan għaliex l-appoġġ għall-UE jiżdied biss meta ċ-ċittadini jduqu personalment il-benefiċċji li toffrilhom.

6.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkomunikaw b’mod iktar iffokat dwar ir-rabtiet bejn is-suq intern fuq naħa, u l-ħarsien tal-konsumatur, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq in-naħa l-oħra. Hawnhekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol fundamentali.

7.

għaldaqstant jirrakkomanda, kif diġà saħaq fl-opinjoni “Il-futur tas-suq uniku u l-evalwazzjoni tas-soċjetà Ewropea”, li l-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom dwar il-ġestjoni tal-aġġustamenti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetizzjoni sabiex iserrħu moħħ iċ-ċittadini kif ukoll l-intrapriżi.

8.

jilqa’ l-ħsieb tal-Kummissjoni li fl-iżvilupp avvanzat tas-suq intern tqis b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, li jiffaċilitaw it-tkabbir u l-ħolqien u d-diversifikazzjoni tal-impjiegi. Għal din ir-raġuni għandu jsir iktar sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għas-suq intern. B’hekk ikunu jistgħu jikbru b’mod iktar effiċjenti u jisfruttaw aħjar il-potenzjal intraprenditorjali tagħhom. Il-clusters u ċ-ċentri, b’mod partikolari, joffru metodu eċċellenti biex l-SMEs, fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u kull ma jmur anke f’dak transnazzjonali, jespandu l-bażi, il-kuntatti, l-opportunitajiet tas-suq u l-profitti tagħhom, u b’hekk jinħolqu iktar impjiegi.

9.

għalhekk jerġa’ jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-għaqdiet tal-intrapriżi u lill-imsieħba soċjali, u biex jiftħu djalogu magħhom dwar liema huma l-ostakli burokratiċi għall-intrapriżi, u b’mod speċjali għall-SMEs – li l-iktar li jsofru minn ostakli burokratikiċi li għadhom jeżistu fis-suq intern – li għandhom jitneħħew. F’dan l-eżerċizzju għandha titqies il-korrelazzjoni bejn it-tnaqqis tal-piż burokratiku għall-SMEs u ż-żieda fil-piż għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.

10.

għaldaqstant jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fiż-żewġ inizjattivi tagħha bil-għan li tgħin lill-SMEs. Fil-qafas ta’ Regolament speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, skont il-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” għandhom jittieħdu diversi miżuri biex jappoġġjaw l-SMEs. Il-KtR jilqa’ wkoll il-proposta tal-Kummissjoni li jinħoloq statut għall-kumpaniji privati Ewropej sabiex jiffaċilita l-attivitajiet transkonfinali tal-SMEs. Is-semplifikazzjoni ppjanata tal-istrutturi tal-liġi tal-kumpaniji hija adatta biex ittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej. Regoli sempliċi, effiċjenti u mhux burokratiċi jgħinu direttament fil-ħolqien ta’ kompetittività bbilanċjata u stabbiltà ekonomika. Il-miżuri ta’ suċċess f’dan il-qasam għandhom impatt pożittiv dirett fuq l-ekonomija. L-ispejjeż tal-konsulenza legali u l-konsulenza marbuta mat-twaqqif tal-intrapriża jistgħu jonqsu. Fil-kuntest ta’ dawn ir-riflessjonijiet kollha, wieħed għandu joqgħod attent li l-miżuri fil-livell Ewropew ikunu konformi mal-istrutturi fis-sistemi legali nazzjonali, u jħarsu l-istandards soċjali attwali.

11.

jilqa’ l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-vantaġġi tal-globalizzazzjoni, iżda jirrimarka li dawn il-vantaġġi ser jinħassu biss daqs kemm qed tgħid il-Kummissjoni jekk l-atturi l-oħra fis-suq dinji verament jaċċettaw l-istandards Ewropej. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-istandards differenti Ewropej jistgħu saħansitra jxekklu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

12.

f’dan il-kuntest jenfasizza li l-UE għandha bżonn strateġija ġdida tal-globalizzazzjoni li tkun ibbażata mhux biss fuq il-kompetittività, iżda wkoll fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjieg għal kulħadd, il-koeżjoni soċjali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Dawn l-aspetti għandhom jiġu integrati wkoll fl-istimi tal-impatt li għad iridu jsiru.

13.

jinnota li minħabba t-tisħiħ tal-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni dejjem tikber permezz ta’ ekonomiji nazzjonali bbażati fuq l-għarfien li din iġġib magħha, l-intrapriżi Ewropej għandhom isiru iktar innovattivi u kreattivi biex ikunu jistgħu jibqgħu kompetittivi.

14.

b’rabta ma’ dan jagħraf il-fatt li l-objettiv li stipula l-Kunsill Ewropew, jiġifieri li n-nefqa tal-Unjoni Ewropea fuq ir-riċerka titla’ għal 3 % tal-PGD, huwa fattur ċentrali għall-kompetittività u s-sostenibbiltà futura tal-ekonomija Ewropea.

15.

jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ – u b’hekk l-iżvilupp tal-ħiliet tul il-ħajja – jirrappreżentaw sfida kbira għall-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni. Flimkien mal-kompetizzjoni, l-ispirtu intraprenditorjali, l-innovazzjoni u l-investimenti, din hija waħda mill-ixpruni li jżidu l-produttività. Għalhekk għandhom jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet biex jinvestu fil-kapital uman bil-għan li l-kunċett ta’ tagħlim tul il-ħajja jsir realtà.

16.

jirrakkomanda, b’mod partikolari, li tingħata aktar attenzjoni lill-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni billi f’dawn l-oqsma għad hemm potenzjal li mhux qed jiġi sfruttat.

17.

għalhekk ifakkar fl-importanza li d-diretturi, sew fis-settur privat sew f’dak pubbliku, joħolqu ambjent li jħeġġeġ lill-impjegati jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u fil-ħtieġa li wieħed jipprova joħloq impjiegi ta’ kwalità għolja.

18.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali hija fattur ewlieni għal suq intern effettiv. Il-protezzjoni effikaċji tal-proprjetà intelletwali mhux biss tippromovi l-innovazzjoni u l-kreattività, iżda twassal ukoll għal iktar kompetittività u għall-ħolqien ta’ iktar impjiegi.

19.

flimkien mal-Kummissjoni jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni ekoloġika u soċjali fis-suq intern. Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-bidla fil-klima, għandhom jiżdiedu l-isforzi għall-ħarsien tal-ambjent. Però jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet adegwati għall-ispejjeż marbuta mal-istrateġija tas-sostenibbiltà biex iċ-ċittadini tal-UE ma jkunux mgħobbija b’piż finanzjarju żejjed biex dawk il-kumpaniji li diġà investew fi standards ambjentali għoljin ħafna jkunu jistgħu jibqgħu fl-Ewropa. Ir-rilokazzjoni ta’ kumpaniji Ewropej bi standards ambjentali għoljin lejn reġjuni barra mill-Ewropa mingħajr standards bħal dawn toħloq ir-riskju wkoll li l-objettivi dinjija tal-ħarsien tal-klima ma jintlaħqux.

20.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-mobilità tal-ħaddiema hija fattur importanti għall-organizzazzjoni tas-suq intern. Huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jfasslu r-regoli tas-suq tax-xogħol tagħhom b’mod awtonomu skont ħtiġijiethom, iżda huwa importanti li jitnaqqsu jew saħansitra jitneħħew l-ostakli għall-moviment ħieles li mhumiex ġustifikati fir-rigward tar-rispett tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali.

21.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li s-suq intern wassal għal bidla fit-tendenzi tal-mobilità fl-UE. L-aġġustamenti meħtieġa joħolqu d-diffikultajiet għal ċerti ħaddiema, u għalhekk dawn jinsabu mħassba dwar dan l-iżvilupp. Għaldaqstant, il-Kumitat tar-Reġjuni jaqbel mal-Kummissjoni li d-drittijiet tal-ħaddiema għandhom jibqgħu garantiti, b’mod partikolari bis-saħħa tal-applikazzjoni korretta tal-liġi tax-xogħol Ewropea.

22.

jinnota li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea hija pilastru ewlieni tal-integrazzjoni. It-tfassil futur tal-politika ta’ koeżjoni huwa marbuta mill-qrib mal-politika tat-tkabbir u tax-xogħol tal-UE. Fil-fatt, ir-riżorsi mill-Fond Soċjali Ewropew kienu u għadhom fattur importanti għall-għajnuna tal-ħaddiema u l-intrapriżi fil-modernizzazzjoni meħtieġa fid-dinja tax-xogħol kif ukoll fit-titjib tal-opportunitajiet ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. B’hekk ikunu jistgħu jintlaqgħu aħjar il-ħtiġijiet ta’ żona ekonomika globalizzata.

23.

jilqa’ l-fatt li fil-Komunikazzjoni l-Kummissjoni tisħaq kemm-il darba fuq dawn il-punti: “Regolamentazzjoni Aħjar”, l-istima tal-impatt, il-valutazzjoni u s-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, u l-ħtieġa li titnaqqas il-burokrazija. Mhux biss il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iżda anke l-Istati Membri u r-reġjuni jridu jagħmlu progress f’dawn l-oqsma, billi kemm in-nies kif ukoll in-negozji jibbenefikaw minn regolamentazzjoni aħjar. B’hekk ikun żgurat livell ta’ sodisfazzjon ogħla fir-rigward tal-kooperazzjoni Ewropea.

Dokument anċillari “Servizzi ta’ interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid”

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

24.

jinnota b’dispjaċir li l-Kummissjoni tiddedika biss dokument anċillari għall-kwistjoni fundamentali tas-servizz ta’ interess ġenerali. Dan id-dokument anċillari huwa ’l bogħod ferm mill-istennijiet li ħarġu fil-kuntest tal-konsultazzjoni marbuta mal-White Paper dwar servizzi ta’ interess ġenerali mill-Kumitat tar-Reġjuni (1) u l-Parlament Ewropew (2).

25.

jappoġġja l-ħsieb tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar in-natura, l-iskop, l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ dawn is-servizzi.

26.

jaqbel mal-Kummissjoni li s-servizzi ta’ interess ġenerali huma importanti ħafna għall-benesseri taċ-ċittadini, l-integrazzjoni soċjali, il-garanzija tal-koeżjoni soċjali u t-titjib tal-livell tal-impjiegi.

27.

jenfasizza l-fatt li s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li ma jaqgħux taħt ir-regoli settorjali tal-UE, normalment huma influwenzati mill-kultura reġjonali u lokali kif ukoll mid-drawwiet tal-post u għalhekk jinħtieġu azzjonijiet adegwati fil-livell lokali u reġjonali.

28.

jilqa’ bi pjaċir l-artikolu l-ġdid, Artikolu 14, tat-Trattat ta’ Liżbona li jintroduċi bażi legali ġdida għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ). Bis-saħħa ta’ din il-bażi legali, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser ikunu jistgħu jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti u b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-prinċipji u l-kundizzjonijiet, l-iktar dawk ekonomiċi u finanzjarji, li bihom ikunu jistgħu jitwettqu sewwa l-objettivi tas-SIEĠ u li ser ineħħu l-inċertezza legali li nħolqot bl-approċċ leġiżlattiv (direttivi settorjali) u kontroversjali ta’ każ b’każ, li s’issa kien preferut mill-Kummissjoni. Għalhekk jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni dwar servizzi ta’ interess ġenerali ssemmi biss l-Artikolu 14 u ma tiżviluppax l-impatt tiegħu.

29.

barra minn hekk jilqa’ l-fatt li t-Trattat ta’ Riforma jinkludi “Protokoll dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali” li jenfasizza l-importanza ta’ dawn is-servizzi. Bis-saħħa ta’ dan il-protokoll ser jingħarfu d-diversità tas-servizzi ta’ interess ġenerali u l-kompetenza prijoritarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-forniment ta’ dawn is-servizzi. Il-Kumitat tar-Reġjuni jirrimarka li l-Protokoll jenfasizza b’mod espliċitu l-flessibbiltà wiesgħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-adattament tas-servizzi għall-bżonnijiet tal-utenti, l-akkwist pubbliku u l-organizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi.

30.

jemmen li s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSIĠ), għalkemm jiġu żviluppati b’mod differenti fl-Istati Membri, jirrappreżentaw element essenzjali mill-mudell soċjali Ewropew, u għalhekk jeħtieġ li fil-livell Komunitarju jiġi assigurat qafas legali stabbli u trasparenti għall-iżvilupp tas-SSIĠ b’konformità stretta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u b’mod partikolari mal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni tal-objettivi, il-ġestjoni u l-finanzjament ta’ dawn is-servizzi.

31.

jinnota li minkejja t-talba tal-Kumitat tar-Reġjuni (3) u tal-Parlament Ewropew (4) għal proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li tiggarantixxi ċertezza legali ġenwina għall-forniment tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, il-proposti li jiġu stipulati fil-Komunikazzjoni dwar servizzi ta’ interess ġenerali huma limitati għal sensiela ta’ tweġibiet għall-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”, li jistgħu jkunu utli iżda m’għandhomx valur legali vinkolanti.

32.

jagħraf il-fatt li fid-dokument anċillari l-Kummissjoni tipprova tagħmel distinzjoni iktar ċara bejn is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u s-servizzi ta’ interess mhux ekonomiku ġenerali. Però l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni huma tant ġenerali li mhux dejjem jipprovdu definizzjoni ċara li hija meħtieġa għaċ-ċertezza legali f’każi individwali.

33.

jirrimarka li ma jeżisti l-ebda “mudell soċjali Ewropew” uniformi, u li għalhekk għandhom jiġu rispettati u kkunsidrati d-differenzi u l-varjetà fl-organizzazzjoni tas-servizzi soċjali fl-Istati Membri individwali. Id-diskrezzjoni tal-Istati Membri meta jiddeterminaw x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali m’għandhiex tkun limitata bi strumenti legali vinkolanti ġodda jew bi proċessi oħra ta’ koordinazzjoni. Bl-istess mod l-Artikolu 14 il-ġdid tat-Trattat ta’ Liżbona m’għandux jiġi interpretat b’mod li jxekkel is-setgħa tal-Istati Membri fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

34.

jenfasizza li għandha tiġi evitata l-estensjoni tar-rekwiżiti burokratiċi u tal-obbligu li jsir rapport kif ukoll statistiċi oħra.

35.

isostni li l-liġi Komunitarja tinfluwenza b’diversi modi s-sistemi nazzjonali tal-prestazzjoni tas-servizzi soċjali. Fil-passat rajna li bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet legali dwar l-akkwistipubbliċi, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat l-UE kellha impatt qawwi fuq l-organizzazzjoni tas-servizzi komunali ta’ interess ġenerali, però ma ġiet assigurata l-ebda ċertezza legali ġenwina għall-fornituri u għal dawk li jibbenefikaw minn dawn is-servizzi.

36.

f’dan il-kuntest iġib l-eżempju tal-kooperazzjoni interkomunali mislut mil-liġi Komunitarja tal-akkwist pubbliku. Din il-kooperazzjoni ġġib magħha potenzjal kbir biex issaħħaħ l-effiċjenza għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Bħala strument tal-kooperazzjoni amministrattiva, normalment dan il-potenzjal ma jkun soġġett għall-ebda eżiġenza marbuta mal-akkwist pubbliku. Dan il-potenzjal iktar għandu jitqies bħala deċiżjoni marbuta mal-organizzazzjoni li tittieħed ġewwa l-Istat, li mhix soġġetta għal-liġi tal-akkwist pubbliku u li għandha tiġi rispettata mill-Kummissjoni.

37.

jenfasizza li l-liġi Komunitarja dwar l-akkwist pubbliku hija importanti immens, speċjalment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. B’xorti ħażin, fil-komunikazzjoni interpretattiva dwar l-akkwist pubbliku li jaqa’ taħt il-limitu, il-Kummissjoni turi nuqqas ta’ sensibbiltà għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’diskussjonijiet futuri dwar dan is-suġġett, jeħtieġ għalhekk li jinsabu soluzzjonijiet politiċi li jagħtu garanzija li jkun hemm ċertezza legali, fl-interess tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali.

38.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, indipendentement mir-riżultat tal-proċess imsemmi hawn fuq, tirrifletti dwar il-possibbiltà li ttaffi jew tirtira għal kollox il-ħtiġijiet imressqin fil-komunikazzjoni interpretattiva.

Komunikazzjoni “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21”

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

39.

jaħseb li l-importanza dejjem tikber tal-politika soċjali Ewropea hija riflessa wkoll fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Riforma ta’ Liżbona billi fl-Artikolu 2 tat-Trattat jiġu stipulati objettivi soċjali ġodda għall-UE: “Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal”. L-opportunitajiet ta’ Ewropa iktar soċjali huma stipulati wkoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fil-preskrizzjoni obbligatorja tal-“klawsola soċjali trasversali” u fil-protokoll dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali. It-Trattat joffri wkoll l-opportunitajiet biex tiġi garantita “kooperazzjoni msaħħa” li l-Istati Membri jistgħu jippromovu u jużaw fil-qasam soċjali (5).

40.

jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-isfidi li qed jinbidlu, it-titjib tal-opportunitajiet, l-aċċess u s-solidarjetà jistgħu jippromovu l-benesseri fl-Ewropa. Il-Kummissjoni ġustament tiġbed l-attenzjoni għal dawn l-oqsma: iż-żgħażagħ, il-karrieri, ħajja itwal u iktar b’saħħitha, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni attivi, il-mobilità u l-integrazzjoni li tirnexxi kif ukoll il-parteċipazzjoni, il-kultura u d-djalogu.

41.

jaqbel mal-Kummissjoni li ma jeżisti l-ebda kunċett uniformi madwar l-UE għat-trawwim tal-opportunitajiet ugwali – prinċipju li jaqdi rwol ċentrali fil-kuntest tal-viżjoni għas-seklu 21, u li f’ħafna oqsma tal-politika soċjali, id-diversi strumenti u prattiki politiċi u l-eteroġeneità tal-korpi nazzjonali qed ixekklu l-armonizzazzjoni. Għalhekk jikkontesta l-affermazzjoni li problemi simili jew identiċi huma awtomatikament problemi komuni wkoll, li għandhom bżonn azzjonijiet komuni, b’mod partikolari fil-livell tal-UE.

42.

jaqbel mal-Kummissjoni li s-soluzzjonijiet innovattivi meħtieġa fil-qasam tal-politika ekonomika u soċjali għandhom jinsabu l-ewwel u qabel kollox fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; u jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll tal-imsieħba soċjali f’dan il-kuntest.

43.

jenfasizza li l-azzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun strettament konformi mal-kompetenzi li ngħatawlha fit-Trattati – li bażikament huma limitati għall-għajnuna li l-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni.

44.

jagħraf l-importanza kbira tal-edukazzjoni u l-kwalifiki taż-żgħażagħ bħala waħda mill-prerekwiżiti għall-ħolqien tal-impjiegi, l-integrazzjoni soċjali u b’hekk għas-suċċess tas-suq intern.

45.

ma jaqbel xejn mal-fehma li l-Kummissjoni tressaq fil-Komunikazzjoni tagħha, li teżisti “sistema edukattiva u ta’ taħriġ tal-Ewropa” (6), u jenfasizza li l-UE hija obbligata tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut tal-kurrikula u għall-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi rispettivi tagħhom.

46.

jagħraf li, b’konformità mal-limiti li jinsabu fit-Trattati, l-UE tista’ taqdi rwol importanti fl-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki, l-appoġġ għall-ħidma li ssir fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, u l-promozzjoni tal-għarfien dwar is-suġġett.

47.

fil-kuntest tal-objettivi msemmija, il-KESE jilqa’ l-iskambju tal-esperjenzi u l-eżempji tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew, inkluża l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

48.

jagħraf li, fid-dawl tal-problemi ta’ implimentazzjoni f’bosta Stati Membri, fil-kuntest tal-isfidi, il-Kummissjoni pproponiet analiżi u adattament tal-qafas legali attwali rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Però jirrifjuta li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu estiżi għal oqsma oħra.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Opinjoni dwar il-“White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar servizzi ta’ interess ġenerali” (CdR 327/2004) – ĠU C 164, 5.7.2005.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar servizzi ta’ interess ġenerali (2006/2101(INI)), 27.9.2006.

(3)  Opinjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ Lisbona: Is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea” COM(2006) 177 finali (CdR 181/2006).

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 dwar is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea (2006/2134(INI)).

(5)  Artikolu 6, 5(a) u 27 rispettivament.

(6)  Nota tat-traduttur: f’kapitlu 2 tal-Komunikazzjoni, il-verżjoni Ġermaniża tirreferi għall-kwalità u l-effettività tas-sistema ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropea, filwaqt li l-verżjoni Ingliża tirreferi għall-kwalità u l-effettività tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-Ewropa.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/12


Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-quċċata tal-politiki tal-integrazzjoni

2009/C 120/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaħseb li l-istrateġiji tal-integrazzjoni tal-immigranti huma marbuta mal-politika Ewropea tal-immigrazzjoni li, sabiex tkun effiċjenti, għandu jkun hemm ukoll appoġġ xieraq għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu tal-immigranti;

isostni li l-politiki tal-integrazzjoni tal-immigranti għandhom jinkludu l-aċċettazzjoni sħiħa u kondiviża tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-kultura Ewropea, bħal ngħidu aħna r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diversità, il-ġlieda kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni, il-promozzjoni tat-tolleranza u tal-opportunitajiet indaqs;

jagħmel enfasi fuq il-ħtieġa ta’ approċċ olistiku li jikkunsidra mhux biss l-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-integrazzjoni soċjali, iżda wkoll il-kwistjonijiet marbuta mad-diversità storika, kulturali u reliġjuża, maċ-ċittadinanza, mad-drittijiet politiċi u l-parteċipazzjoni tal-immigranti legali fil-ħajja pubblika; u jemmen li sabiex jinkisbu r-riżultati jinħtieġ approċċ kollettiv bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ gvernanza f’diversi livelli sabiex l-integrazzjoni tal-immigranti tirnexxi. Dan l-approċċ għandu jkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà li jirregola l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali; u jaqbel mal-fehma, li ngħatat matul it-tielet Konferenza Ministerjali tat-3 u l-4 ta’ Novembru 2008 f’Vichy, dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-integrazzjoni, u dwar ir-rwol essenzjali ta’ dawn l-istess awtoritajiet għall-integrazzjoni tal-immigranti fis-soċjetajiet ospitanti;

jiddikjara li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa determinanti għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-integrazzjoni, skont ir-responsabbiltajiet tagħhom li xi kultant huma esklużivi. Din ir-responsabbiltà tinvolvi spejjeż konsiderevoli għar-reġjuni u l-bliet ikkonċernati li għandhom jinkludu l-ispejjeż ta’ din l-integrazzjoni fil-baġit tagħhom; u jitlob li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-appoġġ li jingħata għall-azzjonijiet ta’ integrazzjoni li jitwettqu fil-livell reġjonali u lokali;

jitlob li jkun jista’ jieħu sehem bis-sħiħ fil-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni li għandu jiġi organizzat fl-2009, u f’kull avveniment ieħor tal-istess xorta li ser jiġi organizzat fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea; u jipproponi li jinħolqu l-“premjijiet tal-integrazzjoni” ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Rapporteur

:

Dimitrios Kalogeropoulos (EL/PPE), Sindku ta’ Egaleo (Ateni)

Dokument ta’ referenza

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea: “Insaħħu l-azzjonijiet u l-istrumenti li jindirizzaw l-isfidi tal-integrazzjoni – Rapport imressaq fil-Konferenza Ministerjali tal-2008 dwar l-integrazzjoni”

SEC(2008) 2626

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jaħseb li l-Kummissjoni Ewropea ħejjiet dan id-dokument ta’ ħidma tal-persunal, “Insaħħu l-azzjonijiet u l-istrumenti li jindirizzaw l-isfidi tal-integrazzjoni”, fil-kuntest tal-Konklużjonijiet li adotta l-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Ġunju tal-2007 dwar it-tisħiħ tal-politiki tal-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea;

2.

huwa tal-fehma li minħabba ż-żieda fil-fenomenu tal-migrazzjoni matul l-aħħar għaxar snin, jeħtieġ li jiġu implimentati minnufih politiki effikaċi għall-integrazzjoni soċjali, ekonomika u kulturali tal-immigranti legali li jkunu ġew minn pajjiżi terzi;

3.

jinnota li ż-żieda fin-numru ta’ immigranti mxiet id f’id mat-tkabbir u d-diversifikazzjoni tat-tipoloġija tal-immigrazzjoni, tal-istruttura tal-flussi migratorji u tal-kompożizzjoni tat-tendenzi migratorji bejn il-pajjiż ospitanti u l-pajjiż tal-oriġini;

4.

ifakkar li l-integrazzjoni tal-immigranti primarjament tinsab f’idejn l-Istati Membri, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li għandhom is-setgħa jimplimentaw politiki fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tad-djar u tas-suq tax-xogħol. It-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, però dan it-Trattat ma jipprovax jarmonizza d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji tal-Istati Membri;

5.

jirrimarka li f’dawn l-aħħar snin bosta Stati Membri għamlu sforzi kbar sabiex jiżviluppaw politiki nazzjonali li jappoġġjaw l-integrazzjoni tal-immigranti (kemm l-immigranti l-ġodda kif ukoll dawk tal-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni). Madankollu, il-politiki li ġew implimentati s’issa ma ħallewx il-frott mixtieq f’ħafna mill-Istati Membri minħabba li għad baqa’ numru ta’ fatturi li jxekklu l-integrazzjoni soċjali tal-immigranti, bħall-qgħad, il-livell baxx ta’ tagħlim u/jew kwalifiki, in-nuqqas ta’ rieda ta’ integrazzjoni u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati;

6.

jemmen li fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u demografiċi attwali tinħass il-ħtieġa li titfassal strateġija Ewropea komuni bil-għan li tikkontrolla l-flussi migratorji b’mod bilanċjat, tippromovi l-integrazzjoni, u tiġġieled kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin;

7.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żviluppata politika Ewropea tal-immigrazzjoni li tkun koerenti, u għaldaqstant jilqa’ bi pjaċir l-adozzjoni tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil fil-15 ta’ Ottubru 2008;

8.

jaħseb li l-istrateġiji tal-integrazzjoni tal-immigranti huma marbuta mal-politika Ewropea tal-immigrazzjoni li, sabiex tkun effiċjenti, għandu jkun hemm ukoll appoġġ xieraq għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu tal-immigranti; b’mod partikolari, dan l-appoġġ għandu jingħata l-ewwel u qabel kollox fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-infrastruttura ekonomika;

Il-prinċipji fundamentali

9.

iħoss li l-integrazzjoni għandha titqies bħala r-riżultat ta’ proċess li bis-saħħa tiegħu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li joqogħdu fi Stat Membru b’mod legali, ikunu jistgħu jiżviluppaw indipendentement minn kull intervent estern, u jiksbu status soċjali li jkun jixbah lil dak taċ-ċittadini tal-pajjiż fejn ikunu qed joqogħdu u lil dak taċ-ċittadini Ewropej l-oħra;

10.

jinnota li l-integrazzjoni hija proċess fuq żewġ livelli li titlob impenn reċiproku li jinkludi kemm drittijiet kif ukoll dmirijiet – kemm għas-soċjetà ospitanti kif ukoll għall-immigranti. Dan jimplika r-rieda, min-naħa tal-immigranti, li jerfgħu r-responsabbiltà tal-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà ospitanti (billi jitgħallmu l-lingwa u jaċċettaw is-sistema legali u l-valuri tas-soċjetà ospitanti) kif ukoll ir-rieda, min-naħa tas-soċjetajiet ospitanti, li jaċċettaw u jintegraw lill-immigranti;

11.

isostni li l-politiki tal-integrazzjoni tal-immigranti għandhom jinkludu l-aċċettazzjoni sħiħa u kondiviża tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-kultura Ewropea, bħal ngħidu aħna r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diversità, il-ġlieda kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni, il-promozzjoni tat-tolleranza u tal-opportunitajiet indaqs. Għandhom ikunu konformi wkoll mal-politiki fundamentali tal-UE fl-oqsma tal-koeżjoni, l-impjiegi, l-iżvilupp, ir-relazzjonijiet esterni, kif ukoll il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

12.

jemmen li l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali hija determinanti għall-kwalità tas-sistemi demokratiċi. Il-fatt li l-bnedmin kollha għandhom l-istess valur u għalhekk għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod huwa parti integrali mill-kultura tal-Unjoni Ewropea;

Il-proċedura

13.

jaħseb li l-integrazzjoni tal-immigranti għandha tkun prijorità essenzjali tal-Unjoni Ewropea;

14.

jagħmel enfasi fuq il-ħtieġa ta’ approċċ olistiku li jikkunsidra mhux biss l-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-integrazzjoni soċjali, iżda wkoll il-kwistjonijiet marbuta mad-diversità storika, kulturali u reliġjuża, maċ-ċittadinanza, mad-drittijiet politiċi u l-parteċipazzjoni tal-immigranti legali fil-ħajja pubblika;

15.

jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ gvernanza f’diversi livelli sabiex l-integrazzjoni tal-immigranti tirnexxi. Dan l-approċċ għandu jkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà li jirregola l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

16.

jemmen li sabiex jinkisbu r-riżultati jinħtieġ approċċ kollettiv bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Jeħtieġ li jiġu involuti l-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-NGOs (l-organizzazzjonijiet nongovernattivi), l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u l-immigranti stess – sew dawk li jkunu għadhom kif waslu sew dawk tal-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni li jkunu diġà stabbilixxew ruħhom – kif ukoll l-atturi l-oħra kollha li jaħdmu b’mod attiv fl-oqsma tal-isport, il-kultura u l-koeżjoni soċjali;

17.

jappoġġja l-promozzjoni tal-miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess tal-immigranti għas-suq tax-xogħol u li jgħinu lill-immigranti jiksbu l-kwalifiki professjonali. Għall-immigranti, li jsibu xogħol huwa fattur essenzjali fil-proċess li jwassal għall-integrazzjoni sħiħa fis-soċjetajiet ospitanti;

18.

jisħaq fuq l-importanza tar-rwol li taqdi l-edukazzjoni għall-integrazzjoni, b’mod speċjali t-tagħlim tal-lingwa jew tal-lingwi nazzjonali uffiċjali tal-pajjiż ospitanti;

19.

jappoġġja t-tagħlim tal-lingwi tal-pajjiż tal-oriġini għaliex dan jiffaċilita sew it-tagħlim tal-lingwa jew lingwi nazzjonali uffiċjali tal-pajjiżi ospitanti sew it-tagħlim ta’ suġġetti oħra;

20.

jappoġġja l-promozzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet bil-għan li jagħmlu mill-proċess edukattiv pont kulturali bejn is-soċjetà u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

21.

jaħseb li l-edukazzjoni tat-tfal tal-immigranti għandha tkun prijorità, u jaqbel mal-promozzjoni tad-diversità fis-sistemi edukattivi nazzjonali;

22.

jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari ħafna lill-immigranti nisa, mhux biss għax huma jaqdu rwol fundamentali fl-edukazzjoni tat-tfal u r-riproduzzjoni ta’ mudelli kulturali, iżda wkoll għaliex huma l-aktar vulnerabbli għall-esklużjoni, il-vjolenza u d-diskriminazzjoni;

23.

fil-fehma tiegħu, id-djalogu interkulturali huwa tema importanti immens għall-integrazzjoni, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta’ dan id-djalogu u, għalhekk, fil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobja;

24.

jaħseb li s-sehem tal-mezzi tax-xandir huwa determinanti biex il-pubbliku jsir konxju tar-rwol tal-immigrazzjoni u jitnaqqsu l-fenomeni tal-marġinalizzazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobja;

25.

isostni li l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għall-immigranti fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol hija approċċ tajjeb sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali. L-opportunità li jitolbu pożizzjoni ugwali fis-soċjetà ospitanti hija l-aħjar mod kif jiġi evitat ir-riskju tal-vjolenza tal-gruppi emarġinati;

26.

jisħaq fuq l-importanza kbira li jiġu analizzati l-politiki tal-integrazzjoni; u biex isir dan jemmen li jeħtieġ li jitfasslu indikaturi u mudelli komuni Ewropej għall-integrazzjoni;

27.

iħoss li l-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi huwa importanti ferm, u jaħseb li dan il-fond ser jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-tfassil tal-politiki tal-integrazzjoni;

Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

28.

jiddikjara li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa determinanti għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-integrazzjoni, skont ir-responsabbiltajiet tagħhom li xi kultant huma esklużivi. Ifakkar ukoll li ħafna drabi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaħdmu bħala fornituri tas-servizzi u bħala msieħba tal-livelli l-oħra tal-gvernanza, l-aktar tal-komunitajiet tal-interessi. Din ir-responsabbiltà tinvolvi spejjeż konsiderevoli għar-reġjuni u l-bliet ikkonċernati li għandhom jinkludu l-ispejjeż ta’ din l-integrazzjoni fil-baġit tagħhom;

29.

ifakkar li ċerti reġjuni Ewopej jaqdu rwol essenzjali fl-integrazzjoni tal-immigranti minorenni mhux akkumpanjati fuq it-territorju tagħhom. Dawn jitqiegħdu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet reġjonali kompetenti li, għal ħafna mill-awtoritajiet, iwassal għal spejjeż addizzjonali peress li jkollhom jiggarantixxu l-integrazzjoni effettiva ta’ dawn il-minorenni, jaħsbu għall-ispejjeż tal-għajxien tagħhom, għall-kura u l-edukazzjoni tagħhom, u għal kull ma hu meħtieġ għall-benesseri tagħhom sakemm jilħqu l-età legali. Għal din ir-raġjuni, il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob lill-awtoritajiet reġjonali, nazzjonali u Ewropej jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ġestjoni ta’ dan il-fenomenu u fl-allokazzjoni tal-piż finanzjarju korrispondenti;

30.

barra minn hekk, jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw b’mod attiv fl-iżvilupp tal-istrateġiji tal-integrazzjoni sa minn stadju bikri ħafna tat-tfassil tagħhom u matul l-applikazzjoni kollha tagħhom;

31.

jaqbel mal-fehma, li ngħatat matul it-tielet Konferenza Ministerjali tat-3 u l-4 ta’ Novembru 2008 f’Vichy, dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-integrazzjoni, u dwar ir-rwol essenzjali ta’ dawn l-istess awtoritajiet għall-integrazzjoni tal-immigranti fis-soċjetajiet ospitanti;

32.

jagħraf il-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti sabiex jintużaw l-esperjenzi Ewropej permezz tal-iskambju tal-prattiki t-tajba u t-tixrid tar-riżultati miksuba b’mod partikolari mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji (pereżempju CLIP, ERLAIM, ROUTES, City2City, INTI-EUROCITIES) u fit-tħaddim tan-netwerks transnazzjonali reġjonali;

33.

jaħseb li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut essenzjali għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom aċċess għall-informazzjoni u għas-servizzi tax-xogħol, għall-edukazzjoni, għas-saħħa, għad-djar u għall-kultura, kif ukoll għal oġġetti pubbliċi oħra, u b’hekk ikollhom l-opportunità li jibnu relazzjoni soda mas-soċjetà ospitanti;

34.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu importanza partikolari lill-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni maċ-ċittadini, l-għaqdiet tal-immigranti u l-NGOs. B’dan il-mod huma jikkontribwixxu b’mod essenzjali sabiex jinħoloq sens ta’ fiduċja, tinżamm il-koeżjoni fis-soċjetajiet ospitanti u b’hekk l-immigrazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala fattur ta’ żvilupp u progress;

Ir-riżultati

35.

jappoġġja l-inizjattivi li ħadet l-Unjoni Ewropea, sa mill-1999, bil-għan li timplimenta d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere b’rabta mat-tħejjija ta’ proposti u mal-implimentazzjoni ta’ politiki effiċjenti sabiex jiġu integrati l-immigranti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi;

36.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħolqot sit elettroniku dwar l-integrazzjoni li ser jiffaċilita l-aċċess u l-iskambju tal-informazzjoni;

37.

barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jieħdu inizjattivi biex jiżviluppaw il-possibbiltajiet li joffru t-teknoloġiji l-ġodda (id-demokrazija elettronika, il-gvernanza elettronika, is-servizzi online, eċċ.) bil-għan li ċ-ċittadini u l-immigranti jkunu jistgħu jressqu b’mod aktar faċli l-fehmiet u l-proposti tagħhom dwar il-politiki u l-miżuri implimentati fil-kuntest tal-integrazzjoni;

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni kollettiva u li jiġu mħeġġa l-kooperazzjoni u d-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati mill-integrazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

39.

jipproponi li nħeġġu l-evalwazzjoni komparattiva tar-riżultati li joħorġu mill-istrateġiji tal-integrazzjoni fil-livell reġjonali u lokali u li jiġu promossi l-esperjenzi pożittivi u l-prattiki t-tajba tal-integrazzjoni, fil-livell lokali u reġjonali, biex ikunu ta’ eżempju għal reġjuni oħra;

40.

jaħseb li wieħed għandu jinkoraġġixxi l-azzjonijiet u l-miżuri li għandhom l-għan li joħolqu sens ta’ stabbiltà u bażi ta’ fiduċja bejn l-immigranti u s-soċjetà li tilqagħhom;

41.

iqis li huwa fundamentali li jiġu kkunsidrati l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni u s-saħħa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ integrazzjoni effikaċi u adatti;

42.

jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi relazzjoni ta’ appoġġ ġenwin mal-pajjiżi minn fejn jiġu l-immigranti, u din ir-relazzjoni għandha tkun differenti skont il-bżonn;

43.

huwa tal-opinjoni li għandhom jiġu evalwati u, jekk ikun hemm bżonn, imfasslin mill-ġdid il-programmi attwali fil-qasam tat-taħriġ u tal-possibbiltajiet ta’ taħriġ vokazzjonali, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-aktar dawk marbuta ma’ professjonijiet li t-taħriġ għalihom isir b’mod prattiku;

44.

jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi disponibbli fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jintużaw sabiex jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-esperjenza tal-immigranti;

45.

jemmen li fi ħdan l-Istati Membri jeħtieġ jinħolqu l-kundizzjonijiet adatti biex il-kompetenzi u t-taħriġ li l-immigrant ikun kiseb fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jiġu akkreditati, ċertifikati u validati sabiex l-immigranti jkollhom aċċess għal aktar edukazzjoni u l-impjieg, u b’hekk ikunu jistgħu jmantnu lilhom innifishom filwaqt li jsaħħu l-kapital uman fil-pajjiż ospitanti;

46.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-iskambju tal-prattiki t-tajba bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali għaliex dawn il-prattiki jagħtu kontribut determinanti sabiex l-immigranti jintegraw ruħhom b’mod armonjuż u effiċjenti;

47.

jitlob li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-appoġġ li jingħata għall-azzjonijiet ta’ integrazzjoni li jitwettqu fil-livell reġjonali u lokali;

48.

jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ il-ġemelaġġi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u l-awtoritajiet ikkonċernati fil-pajjiżi tal-oriġini tal-immigranti;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw il-possibbiltà li fil-livell reġjonali u lokali jinħolqu punti ta’ kuntatt għall-integrazzjoni li jkunu jixbhu u jikkomplementaw lil dawk li diġà jeżistu fil-livell nazzjonali, jew inkella jissostitwixxuhom;

50.

jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu għall-manwal dwar l-integrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea billi jippreżenta l-prattiki t-tajba tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

51.

jitlob li jkun jista’ jieħu sehem bis-sħiħ fil-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni li għandu jiġi organizzat fl-2009, u f’kull avveniment ieħor tal-istess xorta li ser jiġi organizzat fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea;

52.

jipproponi li jinħolqu l-“premjijiet tal-integrazzjoni” ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, possibbilment fil-kuntest tal-premjijiet reġjonali li twaqqfu mill-Kumitat tar-Reġjuni, li jingħata lill-immigranti u/jew lill-partijiet li jkunu involuti fil-proċess tal-integrazzjoni tal-immigranti (awtoritajiet lokali u reġjonali, kumpaniji, organizzazzjonijiet, għaqdiet, fondazzjonijiet, individwi, ħaddiema taċ-ċivil, eċċ.).

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/17


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa

2009/C 120/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (l-Att) u jaqbel mal-aġenda tal-politika li qed tiġi segwita u li qed tfittex li toffri żvolta lill-politika tal-UE dwar l-SMEs billi toffri qafas li jiffaċilita l-promozzjoni tal-intraprenditorija u liġijiet li jgħinu lill-SMEs filwaqt li jippermettu li l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medji jikbru madwar l-Ewropa permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”;

jagħraf li l-Att ma jorbotx b’mod legali iżda jqis li, biex jilħaq l-għanijiet tiegħu u jkun hemm garanzija tal-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, l-Att irid ikun jorbot politikament u joffri direzzjoni lill-politika tal-SMEs u gvernanza stabbli lill-istruttura ta’ din il-politika u għalhekk jappella lill-Kunsill Ewropew biex jaċċetta r-responsabbiltà tiegħu f’dan ir-rigward u lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kontrazzjoni attwali fl-ekonomija u l-kriżi fis-settur internazzjonali tal-banek għandu impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-SMEs li jiksbu aċċess għall-fondi u jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li s-settur bankarju jqis b’mod xieraq il-kondizzjonijiet diffiċli li l-SMEs jaħdmu fihom u li r-rakkomandazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom fil-Ħames Roundtable (1) bejn il-banek u l-SMEs li jfittxu li jiżguraw li n-negozji ż-żgħar ikollhom aċċess akbar għall-fondi jiġu implimentati b’mod sħiħ;

jagħraf li l-infilsar tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar fl-Istrateġija ta’ Liżbona u l-Programmi Nazzjonali ta’ riforma huwa l-approċċ korrett u għandu jgħin fil-monitoraġġ u jappella li ssir valutazzjoni annwali rigoruża f’dan il-kuntest biex jitkejjel il-progress tal-politika dwar l-SMEs f’kull Stat Membru meta mqabbel ma’ miri u skandenzi li jkun hemm ftehim dwarhom, b’rakkomandazzjonijiet għal miżuri kkonċertati fil-ġejjieni, dan għandu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Att u l-miri tiegħu.

Rapporteur

:

Is-Sinjura Hanniffy (IE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Offaly, l-Awtorità Reġjonali ta’ Midland u l-Fruntiera, il-Midland u l-Assemblea Reġjonali tal-Punent

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa

COM(2008) 394 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (l-Att) u jaqbel mal-aġenda tal-politika li qed tiġi segwita u li qed tfittex li toffri żvolta lill-politika tal-UE dwar l-SMEs billi toffri qafas li jiffaċilita l-promozzjoni tal-intraprenditorija u liġijiet li jgħinu lill-SMEs filwaqt li jippermettu li l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medji jikbru madwar l-Ewropa permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”;

2.

jagħraf li l-Att ma jorbotx b’mod legali iżda jqis li, biex jilħaq l-għanijiet tiegħu u jkun hemm garanzija tal-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, l-Att irid ikun jorbot politikament u joffri direzzjoni lill-politika tal-SMEs u gvernanza stabbli lill-istruttura ta’ din il-politika u għalhekk jappella lill-Kunsill Ewropew biex jaċċetta r-responsabbiltà tiegħu f’dan ir-rigward u lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra;

3.

jemmen li fil-klima ekonomika attwali l-Attt u l-għanijiet tiegħu issa saru iktar importanti minn qabel peress li l-SMEs joffru potenzjal li għadu mhux sfruttat għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi. jqis ukoll li l-att jipprovdi opportunità għal tmexxija politika u li jikkonkretizza l-kunfidenza fis-settur tal-intrapriża Ewropea.

4.

jirrakkomanda li fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE d-diversità tal-SMEs, fid-daqs, il-forma, l-oqfsa regolatorji u l-kulturi tan-negozju li fihom huma joperaw, jridu jitqiesu, flimkien mal-profili varji żgħar ħafna/żgħar/medji tal-intrapriżi u l-prestazzjoni differenti tan-negozji skont ir-reġjuni u għalhekk jissuġġerixxi li l-Att għandu jipprovdi għarfien aktar espliċitu tad-dimensjoni lokali u reġjonali biex iqis b’mod xieraq u sħiħ dawn il-fatturi kollha.

5.

jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ li jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tal-intrapriżi u jħeġġeġ li jkun hemm kawtela biex ma tintefax enfażi żejda fuq il-bidu u l-SMEs il-ġodda għad-detriment tan-negozji li jkunu stabbiliti u dawk li jkunu għaddejjin minn żvilupp jew restrutturazzjoni.

6.

jagħraf l-importanza tal-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ intraprenditorija; jilqa’ l-Gimgħa Ewropea tal-SMEs u “l-Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ” iżda jqis li biex l-ispirtu tal-intraprenditorija jidħol fil-kuxjenza nazzjonali u dik Ewropea rridu nibdew fl-iskejjel u bl-iżvilupp ta’ djalogu ġenwin bejn nies b’negozju żgħir, l-istudenti u l-għalliema u għalhekk, jappella lill-Istati Membri biex jagħtu aktar importanza lill-promozzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali u l-iżvilupp ta’ mentalità intraprendenti fost l-istudenti u lit-taħriġ tal-għalliema u r-reviżjoni tal-Programm ta’ Ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2010 skont il-bżonn;

7.

jilqa’ l-għarfien li hemm fl-Att tal-ħtiġijiet partikolari tal-intrapredituri nisa iżda jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri immigranti, li minħabba fiċ-ċirkostanzi, ġeneralment huma iktar intraprendenti u jibżgħu inqas mir-riskju u jirrakkomanda li jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, il-minoranzi u l-intraprendituri ta’ età aktar avvanzata barra mill-ħolqien tad-distinzjoni bejn l-isfidi u l-ħtiġijiet differenti tal-intraprendituri mill-UE u l-migranti minn pajjiżi terzi.

8.

jisħaq fuq ir-rilevanza partikolari tal-flessikurità kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiema fl-SMEs u jappella li l-flessikurità tiddaħħal iktar fl-Att;

Garanzija ta’ Livell Għoli ta’ Implimentazzjoni u Twaqqif ta’ Proċeduri ta’ Valutazzjoni

9.

jagħraf li l-infilsar tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar fl-Istrateġija ta’ Liżbona u l-Programmi Nazzjonali ta’ riforma huwa l-approċċ korrett u għandu jgħin fil-monitoraġġ u jappella li ssir valutazzjoni annwali rigoruża f’dan il-kuntest biex jitkejjel il-progress tal-politika dwar l-SMEs f’kull Stat Membru meta mqabbel ma’ miri u skandenzi li jkun hemm ftehim dwarhom, b’rakkomandazzjonijiet għal miżuri kkonċertati fil-ġejjieni, dan għandu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Att u l-miri tiegħu;

10.

jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jinżamm kompletament informat dwar il-valutazzjonijiet annwali u jenfasizza li ser ikun qed josserva l-progress fil-livell lokali u reġjonali, permezz tal-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ ta’ Liżbona li hija stabbilita sew;

11.

iqis li peress li qed jiġu proposti aktar minn 90-il miżura, fl-Att, il-miżuri għandhom jitpoġġew fi skala ta’ prijorità għax dan jgħin il-proċess tal-implimentazzjoni, u biex jintlaħqu riżultati konkreti għall-SMEs u jidħol sens ta’ urġenza dwar l-azzjoni. F’dan ir-rigward jissuġġerixxi: (a) l-aċċess għall-finanzi; (b) il-viċinanza għall-implimentazzjoni sħiħa lejn il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” għal ambjent regolatorju u amministrattiv aħjar; u (c) it-titjib tal-aċċess għas-swieq, fosthom l-akkwist pubbliku; bħala oqsma ta’ azzjoni prijoritarji;

12.

jilqa’ l-ħsieb li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u jisħaq li dawn il-prinċipji japplikaw mill-UE għall-pajjiżi iżda wkoll għall-livell lokali u reġjonali;

13.

jappella lill-Kummissjoni li tagħti aktar informazzjoni dwar il-mod kif it-“test tal-SMEs” se jiġi meqjus bħala parti mill-proċessi ta’ Valutazzjoni tal-Impatt, fir-rigward tal-iskop u n-natura tal-impatt li jridu jiġu vvalutati u l-livell u ż-żmien ta’ konsultazzjoni li ser jittieħdu;

14.

jenfasizza li l-komunikazzjoni ma tiżviluppax biżżejjed ir-rwol tar-Rappeżentant tal-SMEs u jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-Rappreżentant tal-SMEs jingħata riżorsi politiċi u finanzjarji adegwati biex ikun jista’ jimplimenta b’suċċess l-għanijiet tal-Att u jtejjeb il-viżibbiltà u l-sensibilizzazzjoni dwar l-attività marbuta mal-politika tal-SMEs;

15.

jappoġġja l-għan tal-istatut għal Kumpanija Privata Ewropea (SPE) li jnaqqas l-ispejjeż biex titwaqqaf kumpanija u jissemplifika l-qafas regolatorju biex jiffaċilita l-kummerċ transkonfinali u biex jelimina kull ostakolu;

16.

jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-aħjar prattiki u l-amministrazzjoni tajba li diġà jeżistu fl-Istati Membri u l-gvernijiet lokali u reġjonali tagħhom fil-promozzjoni tal-intraprenditorjia u l-ħolqien ta’ politiki b’mod li jgħin lill-SMEs ma jidgħajfux minħabba f’miżuri li jkun hemm fl-Att u il-proposti leġiżlattivi l-ġodda;

17.

iqis li d-dipendenza fuq il-programmi differenti u fuq strumenti finanzjarji preeżistenti għall-kisba tal-miri tal-SBA mingħajr strumenti ta’ finanzjament addizzjonali hi nuqqas.

Titjib fl-aċċess għall-finanzi

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kontrazzjoni attwali fl-ekonomija u l-kriżi fis-settur internazzjonali tal-banek għandu impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-SMEs li jiksbu aċċess għall-fondi u jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li s-settur bankarju jqis b’mod xieraq il-kondizzjonijiet diffiċli li l-SMEs jaħdmu fihom u li r-rakkomandazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom fil-Ħames Roundtable (2) bejn il-banek u l-SMEs li jfittxu li jiżguraw li n-negozji ż-żgħar ikollhom aċċess akbar għall-fondi jiġu implimentati b’mod sħiħ. Dawn jinkludu: (i) trasparenza akbar bejn il-bankiera u l-SMEs; (ii) il-kombinazzjoni tad-dejn mal-eqwità; (iii) żjieda fil-volum tas-self mas-sekurizzazzjoni; (iv) investiment transkonfinali aktar ħafif fil-kapital ta’ riskju; u (v) regolamentazzjoni aħjar tal-mikro kreditu;

19.

jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tal-isforzi tagħhom biex ikun hemm diversi strumenti finanzjarji disponibbli għall-SMEs iżda b’mod ferm jitlob lill-Kummissjoni biex terġa tivvaluta l-inizjattiva JEREMIE b’mod partikolari – biex tindirizza l-kopertura ġeografika tagħha li tvarja madwar l-UE u tqis aħjar l-implikazzjonijiet potenzjali għall-oqsma l-oħra ta’ politika, bħalma huma l-politika tal-kompetizzjoni, li qed ifixklu mill-applikazzjoni sħiħa jew parzjali tal-inizjattiva f’xi reġjuni Il-KtR jirrakkomanda wkoll li l-grupp tal-BEI jkun aktar proattiv fil-komunikazzjoni dwar ir-rwol tiegħu, il-valur miżjud u l-metodi tal-aċċess għall-JEREMIE u l-programm CIP;

20.

Jirrakkomanda li l-miżuri finanzjarji tal-UE jiġu akkumpanjati minn strumenti kumplimentari li jiżguraw li l-SMEs jkollhom opportunità akbar ta’ suċċess u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-imsieħba naturali biex jipprovdu dan l-appoġġ supplimentari;

21.

jilqa’ l-emenda proposta għad-Direttiva dwar il-ħlasijiet li jsiru tard li għandha tikkontribwixxi biex tiżgura li l-SMEs jitħalsu fil-ħin iżda jenfasizza li l-infurzar ta’ din id-Direttiva tibqa’ l-kwistjoni ewlenija u l-Istati Membri jridu jaħdmu biex itjebu l-kultura tal-ħlas fost in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jappella lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex jirreaġixxu għat-tħassib li l-Ombudsman Ewropew esprima riċentement biex jitħaffu l-mezzi li bihom isiru l-ħlasijiet lill-kuntratturi, il-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra (3);

22.

iqis li, fid-dawl tal-varjetà fid-daqs u l-ambitu tal-SMEs, li numru ta’ programmi tal-UE jista’ jkollhom miżuri mfassla b’mod aktar speċifiku għall-intrapriżi żgħar ħafna, żgħar u medji biex l-intrapriżi żgħar ħafna ma jkollhomx jikkompetu ma’ kumpaniji ta’ daqs medju għandhom possibbiltajiet u kundizzjonijiet imtejba ta’ finanzjament, aħjar biex jirċievu appoġġ finanzjarju ewlieni jew forom oħra ta’ sostenn;

23.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li r-regim tal-VAT jiġi ssemplifikat bl-introduzzjoni ta’ livell ta’ eżenzjoni uniformi u direttiva li tgħolli l-livell li fih tibda titħallas il-VAT u jissuġġerixxi li l-Istati Membri jistgħu jirrevedu xi aspetti oħra tal-politika fiskali bil-ħsieb li jtejbu l-kondizzjonijiet biex il-profitt f’kumpanija jiġi investit mill-ġdid, ikun hemm fluss ta’ flus kontanti u t-trasferiment tan-negozju;

24.

jilqa’ r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija li jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu għajnuna tal-Istat lill-SMEs, liż-żvilupp reġjonali, l-innovazzjoni, ir-riċerka, it-taħriġ, l-impjiegi u l-kapital ta’ riskju mingħajr ma l-ewwel javżaw lill-Kummissjoni u jinnota ż-żjieda fil-livell massimu permess fir-Regolament De minimis minn EUR 100 000 għal EUR 200 000.

25.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u, meta jkun rilevanti lill-Istati Membri, li jivvalutaw il-firxa ta’ programmi, inizjattivi u netwerks ta’ appoġġ għan-negozji, billi fejn ikun possibbli ġġib flimkien strumenti u fondi bil-għan li ttejjeb il-viżibbiltà tagħhom u jkun hemm koerenza akbar għall-SMEs, (dan il-punt jista’ jingħaqad mal-punt 4446 (d) dwar il-punti ta’ kuntatt uniċi);

26.

Jirrakkomanda b’qawwa li l-Kummissjoni ddaħal l-aħjar prattiki lokali u reġjonali fid-diskussjonijiet l-oħra tagħha fil-livell Ewropew. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jistimulaw il-potenzjal tal-kapital privat disponibbli billi joħolqu u jiffinanzjaw netwerks ta’ “kapital informali”, li jġibu l-investituri privati f’kuntatt ma’ kumpaniji fl-aktar fażi bikrija jew li għadhom fil-bidu;

Regolamentazzjoni aħjar għall-benefiċċju tal-SMEs

27.

jagħraf l-introduzzjoni li qed tiġi proposta ta’ dati ta’ bidu komuni għar-regolamenti marbutin mal-SMEs; jistaqsi jekk dan ikollux impatt li jinħass fuq it-tħaffif tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs u jirrakkomanda li dan jiġi vvalutat wara perjodu ta’ prova fil-bidu;

28.

jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li n-negozji żgħar ħafna m’għandhomx ikollhom għalfejn jirrispondu għal stħarriġ statistiku lokali aktar minn darba fi tliet snin iżda jenfasizza li data annwali hi meħtieġa għall-analiżi ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u jirrakkomanda li jkun aktar xieraq li jiġi applikat il-prinċipju ta’ “darba biss” sabiex jitnaqqas l-irduppjar tat-tweġibiet f’uffiċċji differenti bħal pereżempju għal finijiet ta’ taxxa, u statistika;

29.

jixtieq jenfasizza x-xkiel konsiderevoli għad-dħul u l-espansjoni tal-mikroskala minħabba fl-“indurar” tal-leġiżlazzjoni u jitlob li jsir iktar biex jidħlu miżuri li jindirizzaw din il-problema fl-Att;

30.

jilqa’ l-impenn li jitneħħew l-ostakoli li jeżistu għat-trasferiment tan-negozji u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din hi kwistjoni importanti speċjalment fit-trasferiment tan-negozju bejn membri tal-familja peress li numru mdaqqas ta’ sidien tal-SMEs qed jikbru fiż-żmien u ser jirtiraw min-negozju fl-għaxar snin li jmiss; bl-istess mod, jenfasizza li hemm kwistjonijiet simili għall-proprejtarji u l-operaturi tal-SMEs;

31.

japprezza i-Il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jimmiraw li fi żmien sena jtemmu l-proċedimenti legali għal fallimenti mhux qarrieqa u li dawk li jerġgħu jibdew mill-ġdid jenħtieġu jiġu trattati bl-istess mod bħal min għadu se jibda għall-ewwel darba, iżda jappella lill-Kummissjoni biex tindirizza l-isfida simili għalkemm differenti li jsibu ma fiċċhom l-intrapredituri li ma jkunu ddikkjarati formalment bħala falluti;

32.

jistenna bil-ħerqa il-ftehim dwar is-sistema ta’ ġurisdizzjoni mifruxa mal-UE għall-privattiva u jilqa’ d-dispożizzjonijiet ugwali proposti fl-Istatut għal Kumpanija Privata Ewropea, ser jagħmluha possibbli għall-SMEs sabiex jiffrankaw il-ħin u jitnaqqsu l-ispejjeż u jagħti parir li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom biex jiżguraw li l-għanijiet jintlaħqu;

33.

jiġbed l-attenzjoni għall-piż tal-ispiża tal-firxa ta’ assigurazzjonijiet meħtieġa mill-SMEs (bħalma huma dawk għar-responsabbiltà pubblika u ta’ min iħaddem u l-assigurazzjoni għall-impjieg ta’ min iħaddem) u t-tfixkil li dan jista’ joffri lill-iżvilupp u saħansitra s-soppravvivenza tagħhom u jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jaħdmu mal-industrija tal-assigurazzjoni biex jaraw jekk hemmx xi miżuri xierqa li jistgħu jittieħdu biex jirrispondu għall-preokkupazzjonijiet partikolari tal-SMEs;

L-iffaċilitar tal-aċċess għas-Swieq

34.

iqis li l-Att għandu jagħraf ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiffaċilitaw it-tkabbir transkonfinali tal-SMEs u b’mod partikolari joffru aċċess għall-informazzjoni li l-SMEs ikollhom bżonn biex joperaw fuq skala internazzjonali bħal pereżmepju dwar l-oqfsa u r-rekwiżiti regolatorji, it-taxxa, il-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim u servizzi ta’ konsulenza u sostenn għall-SMEs;

35.

jagħraf ir-rwol tal-investiment barrani dirett bħala mezz biex l-SMEs ikollhom aċċess għas-swieq internazzjonali u jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri li jiżguraw li l-SMEs jkollhom parteċipazzjoni akbar fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni peress li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ twassal għal diffużjoni importanti tat-teknoloġija, mudelli tan-negozju aktar effiċjenti u bħala riżultat ta’ dan il-kompetittività ġenerali tal-SMEs fuq pjan internazzjonali titjieb; jappoġġja l-komunikazzjoni riċenti dwar il-clusters ta’ klassi dinjija (4) u l-għan li l-SMEs jiġu integrati aħjar fi clusters u jiġi sostnut it-trasferiment tal-għarfien u l-internazzjonalizzazzjoni;

36.

jenfasizza t-theddida dejjem tikber tal-bejgħ illegali u jappella lill-Kummissjoni li tindirizza l-isfidi li dan ipoġġi quddiem l-SMEs, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri li jistgħu jtejbu l-ħarsien tal-proprjetà intellettwali u jiġġieldu l-falsifikazzjoni b’mod aħjar;

Titjib tal-aċċess għas-swieq – Parteċipazzjoni akbar fl-akkwist pubbilku

37.

jinnota li s-suq tal-akkwist pubbliku jibqa’ fframmentat u l-akkwist transkonfinali għadu limitat u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppaw qafas aktar trasparenti li jkun jista’ jiftaħ is-suq tal-akkwisti fl-UE u jipprovdi opportunitajiet ulterjuri lill-SMEs;

38.

jilqa’ l-kodiċi Ewropew tal-aħjar prattiki dwar l-iffaċilitar tal-aċċess tal-akkwist pubbliku mill-Kummissjoni (5) għall-SMEs u jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jippromovu miżuri kuntrattwali innovattivi biex ikabbru l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku bħala li s-sejħiet għall-offerti jinqasmu fi gruppi jew l-inklużjoni ta’ opportunitajiet biex ikun hemm kooperazzjoni fejn hu xieraq fis-sejħa għall-offerti;

39.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tuża’ l-Enterprise Europe Network (EEN) biex tippromovi l-kodiċi tal-aħjar prattika fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali tul l-2009, biex tiffaċilita l-iskambji dwar l-aħjar prattiki u tibbilanċja mill-ġdid il-kultura tax-xiri fi ħdan dawn l-awtoritajiet u jenfasizza l-ħtieġa li l-EEN taħdem mal-assoċjazzjonijiet rappreżentanti xierqa dwar dan f’kull Stat Membru;

40.

japprezza l-importanza li l-SMEs jegħlbu l-ostakli tal-bidu għas-suq tal-akkwist pubbliku, peress li l-SMEs li jkollhom l-akbar suċċess għandhom it-tendenza li jkollhom l-akbar esperjenza tal-proċess tas-sejħiet għall-offerti u għalhekk iħeġġeġ li l-SMEs ikollhom provvista aħjar ta’ informazzjoni dwar l-opportunitajiet li jeżistu fis-suq tal-akkwist pubbliku u li jiġi żgurat li l-SMEs jiżviluppaw approċċ strateġiku biex jidħlu fis-suq li hu informat tajjeb;

41.

jagħraf li hemm piż amministrattiv eċċessiv fuq l-SMEs fit-tħejjija tal-offerti u jissuġġerixxi li l-użu ta’ kwistjonarji ta’ prekwalifika, li jnaqqsu ħafna x-xogħol meħtieġ biex l-istess informazzjoni tiġi adattata għal offerti oħra wara, jista’ jkun aktar mifrux fl-Istati Membri kollha;

42.

jiġbed l-attenzjoni għall-iżvilupp potenzjali li ftit li xejn hu sfruttat tal-akkwist elettroniku; jissuġġerixxi li l-vantaġġi miksuba mit-tnaqqis tal-ispejjeż ipprovduti mis-soluzzjonijiet tal-ICT għall-SMEs jeħtieġu jiġu sfruttati aktar peress li attwalment terz biss tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku madwar l-UE huma aċċettati f’format elettroniku u għalhekk jappella li dan l-aspett ikun indirizzat aħjar fl-Att u implimentat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Id-dimensjoni lokali u reġjonali

43.

jagħraf li r-rwol li jista’ jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar u jirrakkomanda li l-Istati Membri jaħdmu b’mod kostruttiv mal-awtoritajiet, b’mod partikolari, biex jiżguraw li l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” jkun imdaħħal sew fit-tfassil tal-politiki biex l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha tikkontribwixxi lejn l-appoġġ tal-intraprendituri;

44.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu ambjent li joffri ċerti possibbiltajiet lill-SMEs, li huma klijenti importanti għall-oġġetti u s-servizzi tagħhom u li jipprovdu firxa ta’ servizzi ta’ sostenn ta’ natura konsultattiva, finanzjarja u oħrajn bħalma huma l-offerta ta’ stabbilimenti għan-negozju bi prezzijiet aċċessibbli;

45.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jagħmlu l-Att tagħhom u fejn hu possibbli jkunu politikament aktar responsabbli billi jsostnu l-SMEs tagħna billi jkunu aktar konxji tal-ħtiġijiet tagħhom; jisimgħu dak li għandhom x’jgħidu; jirrispondu għall-ħtiġijiet tagħhom u jappoġġjaw l-iżvilupp tagħhom;

46.

F’dan ir-rigward, jinkoraġġixxu l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha biex ikunu proattivi billi jindirizzaw l-ħtiġijiet tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju f’oqsma bħalma huma:

a)

It-twaqqif ta’ fora konsultattivi, bejn il-gvern lokali/reġjonali u l-interessi tal-SMEs, li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-konsultazzjoni u jaħdmu lejn politika pubblika li tirrispondi għan-negozji ż-żgħar;

b)

It-titjib u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kuntratti fis-settur pubbliku billi tiġi bbilanċjata mill-ġdid il-kultura tax-xiri u l-proċeduri tal-akkwist fl-awtoritajiet tagħhom, sabiex ikun aktar faċli għall-kumpaniji ż-żgħar li joffru jew ikunu parti minn offerta ma’ kumpaniji oħra. Barra minn hekk, l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jiffaċilitaw l-użu tal-akkwist elettroniku, li jikkontribwixxi biex jonqsu l-piżijiet fuq l-SMEs fil-proċess tal-offerti;

c)

Il-valutazzjoni tal-livell tar-rati, ħlasijiet u nollijiet li l-awtoritajiet jitolbu lis-settur tan-negozji u jfittxu l-mezzi biex jibbilanċjaw mill-ġdid l-kontribuzzjonijiet għall-baġits tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-ħsieb li japplikaw għall-kollox il-prinċipju li jħallas min juża’ u jnaqqsu l-piż finanzjarju fuq l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju;

d)

Il-ħidma mal-aġenziji rilevanti fl-oqsma tagħhom biex l-aċċess għall-informazzjoni, it-taħriġ u l-konsulenza għall-SMEs jiġu kkoordinati aħjar – u jiżviluppaw strateġiji koerenti lokali u reġjonali dwar l-offerta tal-informazzjoni, b’ punt uniku ta’ kuntatt li jkun magħruf b’mod mifrux – Bażi ta’ Għarfien lokali u reġjonali, biex jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-SMEs f’kull stadju tal-iżvilupp tan-negozju. Punti ta’ kuntatt uniċi fil-livelli xierqa lokali u reġjonali – li huma viċin ta’, u aċċessibbli għall-intrapriżi – jistgħu jnaqqsu l-frustrazzjoni, il-ħela ta’ ħin u l-opportunitajiet li jintilfu min-negozji żgħar u medji.

e)

It-tħeġġiġ tal-użu tas-servizzi tal-gvern elettroniku għall-SMEs u l-interazzjonijiet diġitali magħhom;

Faċilitar tal-iżvilupp tar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-ħiliet

47.

jikkunsidra li l-Att għandu bżonn jiffoka fuq li tiżdied l-effikaċja tat-trasferiment tat-teknoloġija mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-SMEs, il-ħolqien tal-ambjent u l-infrastruttura meħtieġa għall-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija huwa ta’ importanza kruċjali għas-sostenn tal-kompetittività, l-invenzjoni mill-ġdid ta’ negozji ġodda, il-ġlieda kontra l-qagħad u l-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp fl-SMEs;

48.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dibattitu attwali dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni jidhru li huma mmirati lejn l-intrapriżi l-kbar u kumpaniji fil-bidu li għandhom potenzjal kbir, dan għandu effett ħażin fuq il-bilanċ tal-ispazji billi jsaħħaħ il-konċentrazzjonijiet li diġà jeżistu tal-attività ekonomika f’ċentri urbani kbar u jappella lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi li dan ipoġġi quddiem SMEs li joperaw barra minn dawn iż-żoni ekonomiċi;

49.

jinnota li d-definizzjoni tal-innovazzjoni fl-Att hija dejqa ħafna u tirreferi għall-innovazzjoni fit-teknoloġija avvanzata u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni li jqis klassifika aktar wiesgħa tal-innovazzjoni billi tikkunsidra l-livelli u t-tipi ta’ innovazzjoni differenti li qed iseħħu f’diversi industriji u attivitajiet tal-SMEs madwar l-UE;

50.

jilqa’ il-proposta li tiġi żviluppata viżjoni globali tal-ħiliet li ser ikunu meħtieġa fil-ġejjieni fl-UE iżda jappella lill-Kummissjoni li taħdem mar-reġjuni biex tiżviluppa din il-viżjoni fil-livell reġjonali u fejn xieraq, lokali u mhux biss fil-livell tal-Istati Membri, minħabba fid-diversità tal-ekonomiji reġjonali u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ħiliet;

L-isfidi ambjentali li jinbidlu f’opportunitajiet

51.

jinnota li l-komunikazzjoni ma tirreferix għall-Programm ta’ Assistenza għall-Konformità mal-Ambjent (ECAP) u jirrakkomanda li dan jinbidel biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-konformità ambjentali jkunu propozjonati mal-impatt tal-kumpanija fuq l-ambjent;

52.

jqis li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ inċentivi u użu aktar innovattiv tal-politika fiskali mill-Istati Membri għall-SMEs biex jinvestu fi prodotti u proċessi li jirrispettaw l-ambjent jikkontribwixxu lejn użu akbar min-negozji ż-żgħar u jtejjeb b’mod sinifikanti l-għarfien dwar dawn il-prodotti u l-proċessi.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Kummissjoni Ewropea. Roundtable bejn il-Bankiera u l-SMEs. Mejju 2007.

(2)  Kummissjoni Ewropea. Roundtable bejn il-Bankiera u l-SMEs. Mejju 2007.

(3)  Bejn l-2005-2007, il-Kummissjoni irnexxielha tnaqqas bin-nofs il-persentaġġ tal-ħlasijiet tard tagħha. Madankollu fl-2007, kien hemm dewmien li kien jinvolvi aktar minn 22% tal-ħlasijiet kollha magħmula mill-Kummissjoni.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn klusters ta’ klassi dinjija fl-Unjoni Ewropea”- COM(2008) 652)

(5)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SEC(2008) 2193): Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-Iffaċilitar tal-Aċċess mill-SMEs għall-Kuntratti tal-Akkwist Pubbliku.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/23


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-green paper dwar il-koeżjoni territorjali

2009/C 120/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

ifakkar li l-koeżjoni territorjali ser issir objettiv politiku transversali tal-UE flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

jistqarr li dan l-objettiv jikkonsisti f’li kull territorju Komunitarju jkollu aċċess għall-infrastrutturi u għas-SIEĠ, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej li jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li jiggarantixxu l-iżvilupp armonjuż tal-Komunità kollha kemm hi;

iqis li l-politika reġjonali għandha tiġi riveduta fid-dawl ta’ dan l-objettiv il-ġdid mingħajr nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid, billi tiġi orjentata lejn bilanċ bejn l-infiq għall-istimolu tal-kompetittività u l-infiq għat-tnaqqis tad-diskrepanzi territorjali; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-azzjoni ta’ earmarking;

jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ indikaturi ġodda li jippermettu ġestjoni mtejba tad-diskrepanzi territorjali fil-politiki pubbliċi kollha;

jappella sabiex jiġu allokati riżorsi addizzjonali lit-tliet oqsma tal-kooperazzjoni territorjali minħabba l-kontribut importanti ta’ din il-kooperazzjoni għall-integrazzjoni Ewropea;

iqis li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali jitlob koerenza bejn il-politiki settorjali u l-politika ta’ koeżjoni, billi jiġi kkunsidrat l-impatt territorjali tal-politiki settorjali kollha sa mill-istadju bikri tat-tfassil tagħhom;

ifakkar fl-importanza tas-SIĠ u s-SIEĠ bħala atturi ewlenin tal-koeżjoni territorjali, u jiddispjaċih li l-impatt territorjali tal-politiki Komunitarji fuqhom ma jiġix ikkunsidrat qabel il-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni jew evalwat wara;

iqis li l-konkretizzazzjoni ta’ dan l-għan tiddependi minn gvernanza territorjali tajba, u jenfasizza l-bżonn li din il-gvernanza tittejjeb permezz ta’ tisħiħ tas-sħubija bejn l-awtoritajiet territorjali, fi ħdan skema ta’ gvernanza fuq diversi livelli.

Rapporteur

:

Jean-Yves Le Drian (PSE/FR), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Bretagne

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali: Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi

COM(2008) 616 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali dwar il-proposti tal-Green Paper tal-Kummissjoni

1.

jilqa’ b’mod favorevoli l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-koeżjoni territorjali tas-6 ta’ Ottubru 2008, li ppermettiet li jitnieda dibattitu wiesa’ fil-livell Ewropew dwar dan il-kunċett li ser isir l-objettiv politiku orizzontali tal-Unjoni Ewropea (1), flimkien mal-koeżjoni soċjali u ekonomika, b’konformità mat-Trattat li jinsab fil-proċess ta’ ratifika (Artikolu 3 TUE);

2.

jikkunsidra li l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-koeżjoni territorjali għandu jiġi ddefinit b’mod aktar preċiż u jitlob lill-Kummissjoni tibbaża din id-definizzjoni fuq it-tliet dimensjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni territorjali li jinsabu fit-tielet rapport ta’ koeżjoni u li huma: ir-riforma – permezz tat-tnaqqis tad-differenzi eżistenti, il-prevenzjoni – billi tiżdied il-koerenza bejn il-politiki settorjali li għandhom impatt territorjali, u l-inċentivi – permezz tal-integrazzjoni territorjali, billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni;

3.

jemmen li l-koeżjoni territorjali għandha tinkludi d-dimensjoni marittima;

4.

jemmen li fil-ġejjieni ser ikun hemm bżonn li mmorru lil hinn mill-kwistjonijiet imressqa mill-Kummissjoni fil-Green Paper sabiex l-iskop politiku tal-kunċett tal-koeżjoni territorjali fil-livell Komunitarju jiġi ġġustifikat; jappoġġja l-proposta li tiżdied il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u partijiet ikkonċernati; jaqbel li l-kunċett tal-koeżjoni territorjali joħloq rabta bejn l-effiċjenza ekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-bilanċ ambjentali billi jqiegħed l-iżvilupp sostenibbli fiċ-ċentru tal-miżuri politiċi fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet territorjali ta’ kull reġjun;

5.

jitlob li wara perijodu ta’ konsultazzjoni, il-Kummissjoni tfassal White Paper li fiha tispeċifika l-kunċett tal-koeżjoni territorjali u l-objettivi marbutin miegħu fil-livell tal-UE, bit-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali għall-politiki Komunitarji kollha;

Prinċipji ewlenin ta’ objettiv politiku ġdid għall-Unjoni Ewropea

6.

ifakkar li fl-opinjoni tiegħu dwar ir-raba’ rapport ta’ koeżjoni kien stqarr li fil-ġejjieni l-kwistjonijiet ta’ koeżjoni territorjali għandhom jiġu kkunsidrati iktar fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni (2), mingħajr ma ninsew il-koeżjoni soċjali u ekonomika, li tikkostitwixxi objettiv Komunitarju importanti għat-tnaqqis tad-diskrepanzi;

7.

jenfasizza l-importanza tal-koeżjoni territorjali li tagħti objettiv politiku lill-koeżjoni soċjali u ekonomika, u li b’hekk tagħti lill-azzjoni Komunitarja kapaċità miżjuda biex issaħħaħ is-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea u tikkontribwixxi b’mod effikaċi għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u t-tqassim tal-kompetenzi bejn id-diversi livelli ta’ gvern;

8.

ifakkar, b’enfasi, li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali jrid jiġi applikat għat-territorju Ewropew kollu, jiġifieri għar-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, iżda mingħajr preġudizzju għall-prijoritajiet iddefiniti fil-qafas tal-politika reġjonali u tal-Fondi Strutturali;

9.

jitlob lill-Kummissjoni tapprofondixxi r-riċerka tagħha bil-għan li tfassal indikaturi tajbin (jekk hemm bżonn fil-livell sottoreġjonali) dwar il-problemi soċjoekonomiċi partikolari tad-diversi tipi ta’ reġjuni, b’mod partikolari iżda mhux esklużivament il-muntanji, il-gżejjer, iż-żoni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa u ż-żoni konfinali, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi (RUP) li s-sitwazzjoni speċifika tagħhom hija msemmija fl-Artikoli 158 u 299 tat-TKE rispettivament, bil-għan li joħorġu fid-dieher l-opportunitajiet u l-iżvantaġġi speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni;

10.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb b’mod konsiderevoli l-istatistika kif ukoll ir-rappreżentazzjoni kartografika tagħha, sabiex dawn jirriflettu s-sitwazzjoni reali;

11.

jistqarr li l-koeżjoni territorjali għandha l-għan li tipprovdi lil kull territorju Komunitarju b’aċċess għall-infrastrutturi u s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali sabiex b’hekk tikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ għajxien taċ-ċittadini skont l-istandards Ewropej tas-seklu 21, u jirrikonoxxi li l-aċċess ma jiddependix mill-kundizzjonijiet ġeografiċi, iżda huwa ddeterminat mill-konnessjonijiet, id-disponibilità u l-kwalità tal-infrastrutturi u s-servizzi;

12.

iqis li l-kunċett tal-koeżjoni territorjali huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà, li jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi mmirati lejn żvilupp armonjuż tal-Komunità kollha kemm hi u lejn tnaqqis tad-differenzi bejn it-territorji f’termini ta’ żvilupp;

13.

ifakkar li l-aħħar rapporti dwar il-koeżjoni jġibu fid-dieher l-aggravazzjoni ta’ ċerti diskrepanzi territorjali bejn ir-reġjuni Ewropej, kif ukoll fil-livell sottoreġjonali. Dawn id-diskrepanzi huma kkaratterizzati minn fenomeni bħas-segregazzjoni ġeografika li toħloq ċerti forom ta’ tqegħid f’ghettos kif ukoll twassal biex ċerti żoni mwarrba jmorru lura kontinwament. Huwa wkoll minħabba dawn id-diskrepanzi li l-koeżjoni territorjali għandha tkun, iktar minn qatt qabel, objettiv trażversali tal-Unjoni Ewropea;

14.

iqis li dan il-bżonn huwa msaħħaħ mill-ispejjeż għoljin imġarrba minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni fl-Ewropa: spejjeż ta’ natura ambjentali minħabba l-konġestjoni fiż-żoni urbani u l-bidla fil-klima; spejjeż soċjali minħabba l-konċentrazzjoni ġeografika tal-problemi soċjali; u fl-aħħar, in-nuqqas ta’ koeżjoni territorjali jagħmel ħsara wkoll lill-funzjonament tas-suq uniku Ewropew billi jillimita l-aċċess li għandhom ċerti territorji għal-libertajiet imsemmija fit-Trattati;

15.

jipproponi li l-koeżjoni territorjali ssir element ewlieni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-kriżi attwali, kemm finanzjarja kif ukoll ekonomika; b’kunsiderazzjoni tal-kumplessità tal-isfidi li jistgħu jinqalgħu fis-snin li ġejjin, jitlob li r-riżorsi baġitarji jinżammu mill-inqas fil-livelli attwali, jekk mhux saħansitra jiżdiedu;

16.

huwa kontra kull inizjattiva li, bi skuża tas-sitwazzjoni attwali jew għal raġunijiet oħra, tista’ twassal għar-rinazzjonalizzazzjoni parzjali jew bil-moħbi tal-politika ta’ koeżjoni;

Lejn politika reġjonali riveduta li tappoġġja l-koeżjoni territorjali

17.

iqis li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali u dak tal-koeżjoni ekonomika u soċjali huma komplementarji, u li t-tliet forom ta’ koeżjoni għandhom isaħħu lil xulxin. Dan ifisser li l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jiġi kkunsidrat fil-politiki komuni kollha li għandhom impatt territorjali, b’mod partikolari l-politika reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa mudelli għall-integrazzjoni settorjali fil-livell reġjonali bħala appoġġ għall-koeżjoni territorjali;

18.

jistieden lill-Kummissjoni tħejji rendikont ta’ kif l-Istrateġiji ta’ Liżbona u ta’ Göteborg jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali fil-qafas tal-programm ta’ allokazzjoni tal-Fondi Strutturali għall-perijodu 2007-2013;

19.

jipproponi li l-Kummissjoni tipprevedi tibdil fl-orjentazzjoni strateġika tagħha billi tikkunsidra, minbarra l-koeżjoni soċjoekonomika, l-objettivi tal-koeżjoni territorjali għall-perijodu 2014-2020; f’dan il-kuntest jappella sabiex il-politika reġjonali ssib bilanċ ġust bejn l-ispejjeż tal-kompetittività li jiffavorixxu t-tkabbir ekonomiku f’ambjent igglobalizzat u l-ispejjeż għat-tnaqqis tad-diskrepanzi bejn it-territorji, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-koeżjoni;

20.

huwa favur it-tħejjija ta’ għodod ġodda, b’mod partikolari indikaturi, skont il-bżonnijiet tal-implimentazzjoni tal-koeżjoni territorjali (3). Dan jinkludi analiżi sottoreġjonali. Sabiex niżviluppaw l-istrateġiji reġjonali u risposti politiċi adattati, għandna nitgħammru bl-istrumenti adegwati li jgħinuna nqisu d-diskrepanzi territorjali fil-politiki pubbliċi (pereżempju, id-dħul disponibbli għal kull ċittadin sabiex jitqiesu t-trasferimenti, flimkien mal-PGD fis-siegħa, id-dħul mit-taxxa, l-aċċessibbiltà għad-diversi servizzi (trasport, distribuzzjoni tal-enerġija, saħħa, edukazzjoni), l-istruttura demografika u l-istabbiliment tal-popolazzjoni (tagħrif dwar it-tixrid tal-popolazzjoni, il-livell ta’ tixjiħ demografiku u l-livell ta’ dipendenza), jew il-ħolqien ta’ indiċi sintetiċi tal-iżvilupp uman (4));

Kooperazzjoni territorjali

21.

ifakkar il-valur miżjud Ewropew indiskutibbli tal-kooperazzjoni territorjali u l-kontribut li jagħti lill-objettiv tal-koeżjoni territorjali; f’dan il-kuntest isejjaħ għal żieda konsiderevoli fil-baġit ġenerali tal-UE sabiex ikun possibbli li riżorsi finanzjarji addizzjonali jiġu allokati għal dan il-qasam tal-politika reġjonali, sabiex din il-politika tkun tista’ tmur lil hinn mill-iskambju ta’ prattika tajba; iżda dan m’għandux isir b’mod li jolqot liż-żewġ objettivi ta’ koeżjoni l-oħra tal-UE b’mod negattiv;

22.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża tajjeb l-opportunitajiet strateġiċi ġodda li toffri l-kooperazzjoni fil-livell tar-reġjuni tal-Ewropa. Dan huwa livell strateġiku ta’ gvernanza u intervent li minnu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet ta’ koeżjoni territorjali; ifakkar li r-REKT (5), billi stabbilixxa struttura ta’ kooperazzjoni Ewropea marbuta mal-proġetti transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, jikkontribwixxi għal kooperazzjoni effettiva f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, kif ukoll għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta’ viċinat, il-kooperazzjoni bejn il-popolazzjonijiet, it-trasferiment tal-għarfien u l-iskambju tal-prattika tajba;

Kooperazzjoni transkonfinali

23.

jenfasizza r-rwol speċifiku tal-kooperazzjoni transkonfinali tal-integrazzjoni Ewropea u l-importanza tar-riżultati miksubin: tnaqqis tal-“effett ta’ barriera” fil-fruntieri interni tal-UE, modifika tar-rwol tal-fruntieri esterni (ftehim ta’ żvilupp, ġlieda kontra l-immigrazzjoni u t-traffikar illegali, appoġġ għall-iżvilupp taż-żoni konfinali tal-pajjiżi terzi mal-UE), appoġġ għat-trasformazzjoni tal-fruntieri esterni fi fruntieri interni wara s-sħubija tal-Istati Membri l-ġodda;

24.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha favur is-semplifikazzjoni u t-titjib tal-ġestjoni tal-programmi transkonfinali, pereżempju billi tiddefinixxi l-allokazzjonijiet komuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, u jappoġġja lill-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li tħejji rendikont tal-implimentazzjoni tar-REKT;

Kooperazzjoni transnazzjonali

25.

huwa favur l-appoġġ ta’ din il-kooperazzjoni fit-territorji rilevanti (pereżempju, il-baċiri marittimi u tax-xmajjar, jew iż-żoni muntanjużi) sabiex tittejjeb l-integrazzjoni territorjali, jitnaqqsu d-diskrepanzi reġjonali u sottoreġjonali, u sabiex il-problemi tal-ħarsien tal-ambjent, tal-ġlieda kontra t-tniġġis u tat-titjib tan-netwerks tat-trasport jiġu indirizzati, fil-qafas ta’ strateġiji komuni tal-ippjanar tal-art filwaqt li jiġu rrispettati r-rwol u l-kompetenzi tal-korpi pubbliċi eżistenti u tal-prijoritajiet ta’ koeżjoni strateġiċi f’reġjun partikolari;

26.

jemmen li kull azzjoni strateġika, bħall-ħolqien ta’ makroreġjuni (eż. l-istrateġija futura tal-UE għar-reġjun tal-Baħar Baltiku), għandha titħeġġeġ; fil-livell transnazzjonali tal-ibħra reġjonali, għandhom jiġu stabbiliti oqfsa għal gvernanza innovattiva, sabiex tiġi promossa l-politika marittima integrata li għadha kif ġiet adottata mill-UE, u tiġi assigurata koerenza mtejba tal-azzjoni Komunitarja fi ħdan l-Unjoni u mal-pajjiżi terzi kkonċernati;

Kooperazzjoni interreġjonali

27.

jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni interreġjonali (li l-Kummissjoni ma ssemmix fil-Green Paper tagħha) bħala strument tajjeb għall-iskambju tal-esperjenzi u l-prattiki t-tajba bejn territorji mbiegħda li għandhom proġetti ta’ żvilupp komplementarji; madankollu, jesprimi x-xewqa li fil-ġejjieni l-istrument tal-kooperazzjoni interreġjonali jiġi adattat aħjar għall-bżonnijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz ta’ flessibbiltà ikbar fl-għażla tal-oqsma ta’ kooperazzjoni;

Kooperazzjoni territorjali barra mill-UE

28.

jenfasizza l-bżonn li l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali jiġu kkoordinati aħjar, fil-perspettiva tat-tkabbir tal-UE (Balkani tal-Punent u Turkija) mal-pajjiżi eliġibbli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), il-Federazzjoni Russa u l-pajjiżi ġirien tar-reġjuni ultraperiferiċi;

Niżguraw koerenza bejn il-politiki pubbliċi Komunitarji fir-rigward tal-koeżjoni territorjali

29.

iqis li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali għandu jiġi applikat għall-politiki Komunitarji kollha. Għaldaqstant jemmen li jkun xieraq li tissaħħaħ il-komplementarjetà bejn il-politiki settorjali u l-politika reġjonali, billi tiġi żgurata koerenza bejn dawn, kemm fl-ambitu tal-politiki ta’ allokazzjoni kif ukoll f’dak tal-politiki ta’ regolamentazzjoni;

30.

f’dan ir-rigward jiddispjaċih li l-politiki Komunitarji ħafna drabi huma mfassla u implimentati mingħajr konsiderazzjoni suffiċjenti tal-konsegwenzi territorjali tagħhom, u li minħabba f’hekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħabbtu wiċċhom mal-effetti negattivi ta’ dawn il-politiki (telf ta’ attività jew impjieg, ħsara lill-ambjent, aggravazzjoni tal-konġestjoni u d-deżertifikazzjoni);

31.

ifakkar fl-utilità tal-ġestjoni tal-art, bħala ġabra ta’ tekniki addizzjonali mmirati lejn definizzjoni armonjuża tad-diversi użi u attivitajiet fit-territorju, bil-għan li tiġi ggarantita l-koerenza bejn il-politiki pubbliċi Komunitarji u l-objettivi tal-koeżjoni territorjali;

32.

jagħraf li wħud minn dawn il-problemi ngħelbu permezz tal-politika reġjonali Komunitarja, b’mod partikolari fil-qafas tal-programmi ta’ għajnuna għall-bidliet ekonomiċi (rikonverżjoni industrijali, żvilupp rurali fil-kuntest tar-riforma tal-PAK);

33.

jiddispjaċih dwar l-ammont sostanzjali ta’ inkoerenza bejn il-politiki tar-RTDI u l-koeżjoni territorjali, u jenfasizza l-ħtieġa għal aktar territorjalizzazzjoni fil-politiki kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni;

34.

jemmen, b’analoġija mal-klawżola soċjali orizzontali stipulata fit-Trattat ta’ Liżbona, li jeħtieġ li l-impatt territorjali tal-politiki settorjali jiġi kkunsidrat sa mill-istadju tal-ippjanar (“looking at the map before implimenting policies)”, sabiex nantiċipaw l-effetti territorjali ta’ dawn il-politiki;

35.

f’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza kbira li għandhom in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni għall-ksib tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinsisti fuq dan l-aspett b’mod partikolari;

36.

jisħaq b’mod partikolari fuq il-bżonn ta’ koerenza bejn il-politiki pubbliċi Komunitarji fiż-żoni ta’ baħar/art;

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK)

37.

iqis li l-PAK, li għandha impatt territorjali kbir, għandha tikkontribwixxi iktar għall-koeżjoni territorjali minflok ma tkabbar id-differenzi bejn ir-reġjuni. Tista’ tagħmel dan billi tantiċipa l-effetti territorjali tar-riforma futura, sabiex tillimita l-effetti negattivi tagħha, u billi tħejji miżuri ta’ adattament favur it-territorji li b’hekk ikunu inqas affettwati minn din ir-riforma;

38.

jirrakkomanda koordinazzjoni mtejba tal-azzjonijiet għall-iżvilupp rurali fi ħdan it-tieni pilastru tal-PAK mal-politika reġjonali, sabiex tiġi żgurata komplementarjetà bejn l-iżvilupp rurali u urban bil-għan li jiġu implimentati l-azzjonijiet ta’ semplifikazzjoni u s-sinerġiji kollha li huma teknikament u politikament possibbli fil-programmi ta’ wara l-2013;

Il-Politika tat-Trasport Komuni

39.

jemmen li, fil-kuntest tal-iżvilupp tal-Politika Komuni tat-Trasport u l-impatt tagħha fuq il-bidla fil-klima, wieħed m’għandux jinsa l-importanza speċjali li għandha din il-politika fir-reġjuni li l-aċċessibbiltà tagħhom tiddependi esklużivament minn ċerti mezzi tat-trasport, b’mod partikulari l-ajruplan;

40.

jipproponi li r-reviżjoni li jmiss tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej tiffoka b’mod partikolari fuq il-bżonn li tiġi pprovduta l-aċċessibbiltà lokali tat-territorji fuq il-bażi ta’ standards adegwati, bl-integrazzjoni ta’ dawn fin-netwerks tat-trasport urban, sabiex b’hekk jissaħħu l-konnessjoni u l-koeżjoni b’mod globali;

L-ambjent

41.

iqis li l-kwistjoni delikata tal-bidla fil-klima m’għandhiex l-istess implikazzjonijiet għar-reġjuni kollha (pereżempju fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistema Komunitarja tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, tal-ġestjoni tal-kosta, eċċ.);

Proposti dwar l-impatt territorjali tal-evoluzzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali (SIĠ) u tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ)

42.

ifakkar l-importanza tas-SIEĠ bħala atturi ewlenin tal-koeżjoni territorjali, kif imsemmi fil-liġi primarja Komunitarja (Artikolu 16 TKE), u f’dan il-kuntest jiddispjaċih li l-impatt territorjali tal-politiki Komunitarji dwar is-SIĠ, u b’mod partikolari s-SIEĠ, ma jiġix ikkunsidrat qabel il-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni jew evalwat wara;

43.

jenfasizza r-riskju tal-frammentazzjoni tas-suq intern li jseħħ meta ċ-ċittadini ma jkollhomx aċċess għas-servizzi ta’ prossimità, minkejja l-istqarrija ta’ objettiv ta’ żamma tas-servizz universali;

44.

jiddefendi ż-żamma tal-aċċess universali għal dawn is-servizzi fil-qafas tal-obbligi tradizzjonali tas-servizz pubbliku, f’isem it-trattament ugwali u bħala kundizzjoni għall-integrazzjoni tar-reġjuni fl-ekonomija globali;

45.

b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fit-Trattat kif ukoll fil-Protokoll dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali tat-Trattat ta’ Liżbona, jitlob li jitħarsu d-dritt u l-libertà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-kwalità tagħhom ta’ fornituri, amministraturi jew benefiċjarji tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

46.

jerġa’ jtenni li s-sigurtà legali hija indispensabbli għall-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala fornituri, mexxejja u benefiċjarji tas-SIEĠ; jemmen li l-ispeċifiċitajiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi tal-akkwist pubbliku u l-liġi dwar l-għajnuna statali, għandhom jiġu rrikonoxxuti fl-oqsma Komunitarji rilevanti;

Proposti dwar it-titjib tal-gvernanza territorjali

47.

jenfasizza li l-azzjoni ta’ ħafna livelli ta’ gvern f’territorju wieħed b’effetti differenti u kultant kontradittorji jeħtieġ titjib fil-kwalità tal-gvernanza, b’mod partikolari fid-dimensjoni territorjali tagħha, fil-livell li huwa l-eqreb taċ-ċittadini, sabiex jitpatta għan-nuqqas ta’ integrazzjoni tal-politiki pubbliċi; din l-iskema ta’ gvernanza territorjali ġdida tirrappreżenta l-prinċipju ċentrali tal-konkretizzazzjoni tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali;

48.

jemmen li l-Kummissjoni għandha tidentifika l-istrumenti li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni vertikali bejn il-livelli differenti tal-gvern, lil hinn mir-relazzjonijiet istituzzjonali eżistenti;

49.

ifakkar li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali m’għandux iwassal għal bidliet fit-tqassim tal-kompetenzi, b’mod partikolari għall-ippjanar tal-użu tal-art li għandu jibqa’ kompetenza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Madankollu, il-gvernijiet tal-Istati Membri, b’mod speċjali fi stati iktar ċentralizzati, għandhom isaħħu l-impenn tagħhom mal-atturi fil-livell lokali/reġjonali sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni ta’ politiki nazzjonali settorjali fil-livelli reġjonali/lokali;

50.

isejjaħ għal kjarifika tal-kompetenzi fl-Istati Membri bejn id-diversi livelli ta’ gvern u l-iżvilupp ta’ politiki trażversali jew orizzontali u funzjonijiet ta’ koordinazzjoni;

51.

jitlob li l-awtoritajiet reġjonali jingħataw kapaċità ta’ deċiżjoni ikbar fil-kuntest tal-ġestjoni tal-Fondi Strutturali; ir-reġjuni kollha tal-UE għandhom jingħataw l-istatut ta’ Awtorità ta’ Ġestjoni lir-reġjuni kollha tal-UE;

52.

isejjaħ għal tisħiħ tal-gvernanza multisettorjali (6) sabiex jiġu ddefiniti l-objettivi strateġiċi komuni, pereżempju għall-aċċessibbiltà, l-iżvilupp sostenibbli u l-politika marittima, li għalihom kull parteċipant ikun jista’ jikkontribwixxi bil-mezzi li għandu u b’hekk jiżgura li l-prinċipju ta’ sħubija jiġi applikat bis-sħiħ. Sabiex tinkiseb gvernanza multisettorjali reali tinħtieġ ukoll ħidma komuni ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ.

53.

ifakkar li fl-Ewwel Programm ta’ Azzjoni Territorjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2007, il-ministri kkonċernati qablu li “l-gvernanza fuq diversi livelli hija strument fundamentali għal ġestjoni territorjali bbilanċjata fl-UE” u pproponew li “jingħaqdu mal-partijiet interessati u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati sabiex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Aġenda Territorjali”;

54.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza aktar mill-qrib il-prattiki ta’ sħubija li jeżistu fl-UE-27, sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru msieħba proattivi.

Brussell, it-12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Hekk kif intalab fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KtR 388/2002 fin dwar “Il-koeżjoni territorjali” (rapporteur: Valcarcel Siso).

(2)  Ara l-opinjoni CdR 97/2007 fin dwar “Ir-raba’ rapport ta’ koeżjoni” (rapporteur: Michael Schneider).

(3)  B’segwitu tal-opinjoni CdR 97/2007 fin dwar “Ir-raba’ rapport ta’ koeżjoni” (rapporteur: Michael Schneider).

(4)  B’referenza għall-metodoloġija mfassla mill-UNDP.

(5)  B’segwitu tal-opinjoni CdR 308/2007 fin dwar “Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT): impetu ġdid għall-kooperazzjoni territorjali fl-Ewropa” (rapporteur: Mercedes Bresso).

(6)  B’konformità mal-opinjonijiet preċedenti tal-KtR: CdR 149/2008 fin “Gvernanza u sħubija fuq bażi nazzjonali, reġjonali u ta’ proġett fil-qasam tal-politika reġjonali” (rapporteur: Vladimir Kisyov) – CdR 397/2006 fin “Pakkett għal tfassil aħjar tal-liġijiet 2005–2006” (rapporteur: Luc Van den Brande) – CdR 103/2001 fin “White Paper dwar il-gvernanza Ewropea” (rapporteur: Michel Delebarre).


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/29


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Green Paper dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli

2009/C 120/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iħeġġeġ biex jinħoloq qafas ta’ appoġġ li joffri stabbiltà fit-tul għad-deċiżjonijiet ta’ investiment billi jiġu mħeġġa miżuri maħsuba għas-suq fosthom il-leġiżlazzjoni li tintroduċi l-ittikettjar li jispeċifika l-pajjiż tar-razzett minn fejn ġej il-prodott u l-promozzjoni tal-istandards ta’ produzzjoni tal-UE (punt 2);

iħeġġeġ l-appoġġ tal-IĠ u l-iskemi privati ta’ ċertifikazzjoni tal-bdiewa, b’kundizzjoni li dawn ikunu appoġġjati minn garanzija tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-kwalità u l-oriġini ta’ dawn il-prodotti (punt 16);

jitlob għal definizzjoni Komunitarja ċara ta’ ċerti “termini riżervati” jew li jkunu indikati l-metodi ta’ produzzjoni lokali, bħal “prodotti mill-irziezet”, “prodotti tradizzjonali”, “prodotti tal-muntanji” u dawk mhux ġenetikament modifikati (punt 17);

jitlob biex l-ittikkettjar obbligatorju li jgħid f’liema pajjiż tkabbru l-prodotti jiġi estiż għall-prodotti primarji u nofshom proċessati (punt 18);

jaħseb li t-tikketti tal-IĠ għandhom jiġu estiżi għal prodotti proċessati (punt 21);

isostni li fil-futur ma għandhomx jitqiesu skemi ġodda iżda għandhom jiġu appoġġjati skemi eżistenti (punt 24);

jipproponi li tiġi promossa l-estensjoni tal-protezzjoni tad-DPO u l-IĠP fil-kuntest tad-WTO (punt 27);

jidhirlu li jeħtieġ li jiġi pprojbit b’mod ċar l-użu ta’ organiżmi li jkunu modifikati ġenetikament fl-istadji kollha ta’ produzzjoni tad-DPO, l-IĠP u l-STG sabiex tiġi żgurata u mħarsa l-eżistenza ta’ metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni u l-karatteristiċi distintivi tal-prodott (punt 28);

jitlob lill-Kummissjoni tqis il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà u żieda fil-qasam tal-baġit tagħha għall-promozzjoni (punt 34);

jipproponi li l-Kummissjoni tirrivedi ċ-ċertifikazzjoni STG (punt 38).

Rapporteur

:

Milner Whiteman OBE (UK/UEN-AE), Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Bridgnorth

Dokument ta’ referenza

Green Paper dwar il-politika tal-prodotti agrikoli: l-istandards tal-prodotti, ir-rekwiżiti tal-biedja u l-iskemi dwar il-kwalità

COM(2008) 641 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ġenerali

1.

jinsab kuntent bil-Green Paper, għaliex l-għanijiet tagħha huma li jiġi żviluppat qafas biex jingħataw appoġġ u protezzjoni lill-produzzjoni agrikola ta’ kwalità fl-UE u biex tissaħħaħ ir-relazzjoni mal-konsumaturi, u b’hekk tiġi miġġielda l-kompetizzjoni inġusta minħabba l-użu qarrieqi tad-denominazzjonijiet li jeżistu. Dan iwassal għas-sostenibbiltà dejjiema tar-reġjuni u tal-pajsaġġi reġjonali u tal-identità tagħhom, imnaqqxa mill-bdiewa u mill-prodotti tagħhom, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali tal-ġejjieni u għat-tnaqqis tar-riskji ta’ tnaqqis tal-popolazzjoni rurali;

2.

iħeġġeġ biex jinħoloq qafas ta’ appoġġ li joffri stabbiltà fit-tul għad-deċiżjonijiet ta’ investiment billi jiġu mħeġġa miżuri maħsuba għas-suq fosthom il-leġiżlazzjoni li tintroduċi l-ittikettjar li jispeċifika l-pajjiż tar-razzett minn fejn ġej il-prodott u l-promozzjoni tal-istandards ta’ produzzjoni tal-UE, l-aktar fl-oqsma tas-sikurezza u l-iġjene tal-ikel, il-ħarsien tal-ambjent u l-metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni;

3.

jittama li l-Green Paper tagħti spinta u ssaħħaħ il-kontribut tal-Politika Agrikola Komuni lejn l-iżgurar ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja. M’hemmx dubju li r-Regolamenti 510/06 u 509/06 dwar id-denominazzjoni tal-oriġini s’issa ma ġewx implimentati wisq, tant li nissusspettaw li l-konsumaturi jinsabu mifxula dwar it-tifsira tal-akronimi u l-espressjonijiet, bħal DPO, IĠP, STG u l-biedja organika. Għalhekk jeħtieġ li jiġu riveduti u rranġati l-inizjattivi promozzjonali u informattivi dwar dawn il-prodotti u li jintrabtu sewwa flimkien l-attivitajiet tal-ewwel u tat-tieni pilastru tal-PAK sabiex tiġi appoġjata produzzjoni ta’ kwalità għolja u biex jitnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u kontroll;

4.

jenfasizza li t-tendenza lejn prodotti uniformi u l-konċentrazzjoni tal-produzzjoni huma fatturi li jesponu lill-bdiewa għall-bidliet fis-suq globali u li jheddu d-diversità territorjali;

5.

jilqa’ l-fatt li l-Green Paper tagħraf li l-kwalità agrikola hija fiha nnifisha marbuta mat-tradizzjonijiet, l-iżvilupp u s-sostenibbiltà reġjonali, iżda dawn jeħtieġ li jitkattru u jitħarsu permezz ta’ skemi bħal dik tal-Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) u għandu jitwaqqaf reġistru internazzjonali li jħares il-proprjetà intelletwali tagħhom mill-falsifikazzjoni frekwenti ħafna tad-denominazzjoni;

6.

iqis bħala importanti l-appoġġ tal-iżvilupp tal-inizjattivi bħalma huma s-swieq tal-bdiewa u l-bejgħ dirett, li jaqbżu l-intermedjarji u b’hekk iqassru l-katina kummerċjali: dawn l-inizjattivi, barra milli jnaqqsu l-prezz għall-konsumaturi u l-konsum taż-żejt u b’hekk it-tniġġis tal-ambjent, iżidu l-importanza tal-prodott lokali u tradizzjonali, filwaqt li jirrispettaw il-karattru staġjonali tagħhom, joffru garanzija akbar ta’ freskezza, ġenwinità u tjubija u jistgħu jiġu kkontrollati aħjar;

7.

jaqbel ħafna li l-aktar arma b’saħħitha tal-bdiewa tal-UE hija l-“kwalità”, li fl-ikel il-konsumaturi qegħdin ifittxu togħma, tradizzjoni, awtentiċità u prodott li ġej mir-reġjun tagħhom, kif ukoll il-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tal-ambjent. Għalhekk il-bdiewa tal-UE għandhom opportunità konkreta sabiex jiddistingwixxu b’mod ċar il-prodotti tagħhom fis-suq, u għalhekk jiksbu remunerazzjoni għolja lura;

8.

jaqbel, li fil-perspettiva tan-negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, huwa imperattiv li, f’suq globali dejjem aktar miftuħ, il-kwalità tal-ikel u l-istandards tas-sigurtà tal-UE jistgħu jiġu kkomunikati u ppreżentati lill-konsumaturi bħala kwalità favorevoli, u f’ħafna każijiet distinta, tal-prodott. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-indikazzjonijiet ġeografiċi mill-imsieħba kummerċjali tal-UE;

9.

jenfasizza l-ħtieġa għal qafas li jista’ jlaħħaq mat-talbiet li dejjem qed jiżdiedu tal-konsumaturi globali u tal-bdiewa fl-UE. Bħala riżultat, il-bdiewa jeħtieġu miżuri ta’ appoġġ, bħal aktar flessibbiltà u żieda fil-baġit promozzjonali għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni kemm jekk huma indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll jekk huma skemi privati ġestiti mill-bdiewa, b’kundizzjoni li dawn ikunu appoġġjati minn garanzija tal-awtoritajiet pubbliċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità u l-oriġini ta’ dawn il-prodotti. Dawn l-iskemi huma flessibli u jirrispondu minnufih għad-domandi ġodda mill-bidwi u mis-suq.

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

10.

jidhirlu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom esperjenza vasta u kompetenza stabbilita biex jinfluwenzaw u jappoġġjaw produzzjoni agrikola ta’ kwalità bl-azzjonijiet tagħhom fil-ġestjoni tal-pjanijiet tal-UE għall-iżvilupp rurali, l-ippjanar territorjali u l-iżvilupp reġjonali. Jeżistu ħafna każijiet fejn l-awtoritajiet rawmu l-kwalità billi appoġġjaw skemi bħall-IĠ;

11.

josserva l-istruttura l-ġdida tal-PAK (appoġġ diżakkoppjat) u kif il-bdiewa tal-UE qed ikunu dejjem aktar esposti għas-suq dinji. Għalhekk jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-istandards ogħla ta’ produzzjoni u kwalità li jintlaħqu mill-bdiewa tal-UE (f’oqsma bħas-sostenibbiltà, il-garanziji iġeniċi u sanitarji tal-uċuh u l-prodotti, il-kundizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, il-benesseri tal-annimali u l-iżvilupp territorjali tar-reġjuni) meta mqabbla ma’ dawk ta’ pajjiżi terzi u li dawn l-istandards ikomplu jiġu kkumpensati permezz tal-pagamenti diretti tal-UE wara l-2013. Dan huwa partikolarment importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali peress li l-ħidma agrikola tal-UE tagħġen l-ekonomija, il-pajsaġġ u l-komunità fir-reġjuni kollha;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut għall-kwalità agrikola u jippromovuha b’mod komprensiv permezz tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali tal-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali biex jiġu stabbiliti prijoritajiet u biex jiġu implimentati programmi li rnexxielhom joħolqu u jagħtu vantaġġi ta’ vera lill-bdiewa tal-UE;

13.

jinnota r-riżultati pożittivi tal-inizjattivi favur territorjalizzazzjoni mġedda tal-agrikoltura, li joħolqu rabtiet aktar b’saħħithom fost it-territorju ta’ oriġini, il-konsumaturi u l-agrikoltura; is-swieq tal-bdiewa u l-attivitajiet fl-iskejjel huma eżempji konkreti li bihom iċ-ċittadini u b’mod partikolari t-tfal jsiru aktar midħla tal-prodotti agrikoli, il-metodi tagħhom ta’ produzzjoni, il-kwalitajiet organolettiċi tagħhom u l-istaġun partikolari tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja t-tixrid ta’ dawn il-prattiki tajbin;

14.

jagħraf il-fatt li l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu d-domanda għall-prodotti agrikoli ta’ kwalità, permezz tal-ħidma tagħhom biex itejbu l-akkwisti pubbliċi fl-oqsma kollha fosthom l-ikliet tal-iskejjel u l-isptarijiet, jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-kisba tal-għanijiet tal-Green Paper: għalhekk jittama li jkun hemm estensjoni gradwali tagħhom permezz ta’ forom xierqa ta’ sostenn. Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti li tnedew mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’kunsiderazzjoni għal ċerti elementi, bħat-tnaqqis tal-iskart alimentari fil-canteens u l-kwalità tal-prodotti agrikoli;

15.

jenfasizza wkoll l-azzjoni li ttieħdet minn bosta awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE f’pajjiżi terzi – fil-kuntest tal-programmi ta’ żvilupp – sabiex jappoġġjaw il-metodi agrikoli tradizzjonali u jirrispettaw l-ekosistemi, il-bijodiversità u l-ħtiġijiet tal-konsumatur lokali;

Rekwiżiti tal-produzzjoni u standards ta’ kummerċjalizzazzjoni

16.

jixtieq ifakkar lill-Kummissjoni li l-bdiewa, il-konsumaturi u l-industrija għadhom ma jaċċettawx li jkun hemm skema u logo tal-UE (dan ġie enfasizzat dan l-aħħar fil-konferenza tal-Kummissjoni dwar l-istandards fi Frar 2007). Tista’ tinbena rabta u relazzjoni aħjar mal-konsumaturi billi t-tikketta tindika b’mod ċar l-oriġini u l-kwalità speċifika tal-produzzjoni. Barra minn hekk, iż-żmien li jieħu l-ħolqien ta’ logo, l-ispiża li jiswew lill-bdiewa l-ispezzjonijiet ta’ konformità u l-komunikazzjoni mal-konsumaturi mhumiex meqjusa bħala siewja. Is-suq u l-bdiewa żviluppaw ukoll is-sistemi tagħhom biex jilħqu dawn l-għanijiet, għalhekk biex jittejbu l-valur għall-flus u l-komunikazzjoni mal-konsumaturi nħeġġu li jiġu appoġjati l-IĠ u l-iskemi privati ta’ ċertifikazzjoni tal-bdiewa, dejjem sakemm dawn ikunu appoġġjati minn garanzija tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-kwalità u l-oriġini ta’ dawn il-prodotti, u fejn il-konsumatur jingħata tagħrif ċar mingħajr ma jinħolqu spejjeż amministrativi u finanzjarji oħra;

17.

iħeġġeġ li ssir semplifikazzjoni fil-qasam tal-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni iżda jenfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita relazzjoni aktar stretta bejn il-ħtiġjiet tal-produzzjoni u l-prodott miksub permezz ta’ kjarifika terminoloġika, applikazzjoni legali u informazzjoni korretta lill-konsumatur permezz tal-ittikettjar. Jemmen li hemm bżonn li jitneħħew l-ostakli li ftit li xejn huma ta’ għajnuna kif ukoll id-derivattivi kwantitattivi fir-rigward tal-kunċett tal-kwalità tal-ikel. Għalhekk jilqa’ b’sodisafazzjoni il-proposta li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar li tħassar l-istandards dwar id-dimensjonijiet u l-forma tat-tipi differenti ta’ frott u ħaxix. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri ibsin u stretti li jħarsu ’l-bdiewa u ’l-konsumaturi u jirbħu l-fiduċja tagħhom. Dan huwa partikolarment importanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel ġenetikament modifikat li jkun fih il-GMOs (organiżmi ġenetikament modifikati). Madankollu, miżuri bħal dawn m’għandhomx jiddupplikaw il-protezzjoni offruta minn leġiżlazzjoni oħra li tipprevjeni li l-konsumaturi jiġu mqarrqa. Definizzjonijiet ċari tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni jew l-istabbiliment ta’ karatteristiċi li jirregolaw l-użu ta’ ċerti termini jistgħu jgħinu biex dan iseħħ, bħal “fil-beraħ” (free range) u “nieqes mill-karbonju”. Jaf ikun siewi li jiġu definiti kemm il-prodotti ġeneriċi kif ukoll ir-rekwiżiti minimi tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni. Jaf ikun ukoll siewi li tingħata definizzjoni Komunitarja ċara ta’ ċerti “termini riżervati” jew li jkunu indikati l-metodi ta’ produzzjoni lokali, bħal “prodotti mill-irziezet”, “prodotti tradizzjonali”, “prodotti tal-muntanji” u dawk mhux ġenetikament modifikati. B’livell xieraq ta’ awtospezzjoni kostanti, dawn it-termini jistgħu jiddaħħlu fuq it-tikketti fuq bażi volontarja;

18.

jenfasizza t-talba kostanti tal-konsumaturi tal-UE li jkunu jafu liema pajjiż tkabbar fih l-ikel tagħhom. Hemm dejjem aktar eżempji li juru li l-konsumaturi qed jitqarrqu f’dan il-qasam. Għalhekk il-Kumitat jitlob biex l-ittikkettjar obbligatorju li jgħid f’liema pajjiż tkabbru l-prodotti jiġi estiż għall-prodotti primarji u nofshom proċessati u ingredjenti bażiċi ta’ prodotti proċessati, bħall-perżut u l-ġobon;

19.

jipproponi li fl-Istati Membri tiġi armonizzata r-rata tal-VAT fuq il-prodotti tal-agrikoltura u tat-torbija, peress li kompetizzjoni ġusta bejn il-bdiewa twassal għal prodotti bi kwalità aħjar;

Skemi speċifiċi tal-UE dwar il-kwalità

20.

jisħaq dwar il-ħtieġa li jintrebħu l-fiduċja u l-kunfidenza tal-konsumaturi kollha fis-sistema tal-UE tal-IĠ. Teżisti ħtieġa ċara li l-konsumatur ikun infurmat aħjar dwar in-natura tas-sistemi, il-proprjetà intelletwali tagħhom li hija mħarsa fuq livell internazzjonali u kif fihom infushom huma marbuta mal-komunitajiet reġjonali; għaldaqstant huwa importanti ħafna li jiġu organizzati kampanji promozzjonali, b’baġit speċifiku, li jinfurmaw lill-konsumatur dwar dan. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/06, l-Istati Membri, b’mod uffiċjali, ser jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwaqqfu l-użu illegali tat-titli tad-DPO u tal-IĠP fil-pajjiżi tagħhom;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li tinżera’ l-kunfidenza fil-konsumaturi permezz ta’ trasparenza sħiħa. It-tikketti tal-IĠ għandhom għalhekk jiġu estiżi għal prodotti proċessati. Sabiex ma tiddgħajjifx l-integrità futura tal-IĠ meta l-prodotti b’IĠ jitniżżlu fuq it-tabella tal-prodott finali jeħtieġ li l-proporzjon tal-ingredjent ikun karatteristika prinċipali tal-oġġett u li l-użu tal-IĠ jkun ġie awtorizzat mill-assoċjazzjoni u l-awtoritajiet ikkonċernati;

22.

fir-rigward tal-Indikazzjoni Ġeografika, jemmen li huwa importanti li jiġu stabbiliti kriterji li jistgħu jintużaw sabiex jiġi deċiż jekk isem hux ġenerali jew jistax jiġi protett bħala IĠ. Il-lista tal-prodotti tista’ tiġi estiża sabiex tinkludi l-berries u l-faqqiegħ salvaġġ, u prodotti derivati minnhom. Għandu jiġi assigurat li l-lista tal-prodotti tinkludi prodotti li jsiru mill-berries u mill-frott. IġsIl-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-eżistenza ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni kollettivi li huma rikonoxxuti fl-Istati Membri (skemi ta’ kwalità speċifiċi), u għandha tipproponi sensiela ta’ regoli komuni għall-Istati Membri sabiex dawn il-mekkaniżmi ta’ kwalità jiġu rikonoxxuti;

23.

jemmen li l-korpi u l-proċeduri li jikkontrollow u jiċċertifikaw prodotti organiċi għandhom ikunu standardizzati, sabiex is-sigurtà tal-ikel u l-kunfidenza tal-konsumatur ikunu jistgħu jissaħħu permezz ta’ logo organiku ġdid tal-UE, li għandu jiżgura li l-istess kriterji għall-produzzjoni, il-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni jintużaw madwar l-UE kollha, u li tingħata għajnuna sabiex jiġu solvuti problemi u ssir aktar promozzjoni tas-suq organiku uniku tal-UE u li jista’ jaqdi rwol effettiv fl-iżgurar li l-konsumaturi jkunu mgħarrfa aħjar dwar l-eżistenza ta’ regoli komuni u effettivi kif ukoll kontrolli għal prodotti organiċi madwar l-UE;

24.

isostni li fil-futur ma għandhomx jitqiesu skemi ġodda iżda għandhom jiġu appoġġjati skemi eżistenti f’oqsma bħall-benesseri tal-annimali. L-appoġġ tal-Kummissjoni permezz tal-linji gwida u l-kredibbiltà ikun milqugħ, iżda ma hemm bżonn tal-ebda proposta għall-iżvilupp ta’ logos ġodda f’suq tal-konsumaturi fejn diġà jintgħarfu l-logos eżistenti u l-valuri tagħhom huma magħrufa, bħal pereżempju l-logo Franċiż “label rouge”;

25.

flok dan, jemmen li jeħtieġ li tiġi introdotta sistema ta’ sanzjonijiet għall-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti u li l-individwi ssusspettati li wettqu dawn il-prattiki għandhom jiġu identifikati u mmonitorjati, u li jiġu proposti sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha tal-UE;

26.

jinnota, fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti, li jkun xieraq li jiddaħħal l-obbligu għall-Istati Membri kollha biex jipproteġu d-denominazzjoni tal-oriġini b’mod uffiċjali mill-abbuż jew l-imitazzjonijiet. Barra minn hekk jipproponi, li jkun hemm differenza bejn il-proċeduri u r-regoli li jħarsu l-prodotti b’denominazzjoni protetta li għandhom reputazzjoni mifruxa fuq livell internazzjonali u li jiġu esportati ħafna, u li għalhekk jgħaddu minn riskju kbir ta’ falsifikazzjoni jew qerq, minn dawk li jħarsu prodotti li jinbiegħu l-aktar fis-suq lokali u li għalhekk għandhom riskju iżgħar li l-marka tiġi użata ħażin. Għal din il-kategorija ta’ prodotti, jissuġġerixxi proċedura ta’ rikonoxximent issemplifikata li tippermetti l-ħarsien fil-livell nazzjonali u reġjonali. Hekk kif isiru żviluppi partikolarment mgħaġġla f’xi setturi, kemm tat-teknika produttiva kif ukoll tat-teknoloġiji tal-ipproċessar, tkun ta’ għajnuna l-introduzzjoni ta’ proċeduri ssemplifikati għall-addattament tar-regoli ta’ produzzjoni;

27.

Ta’ min nippromovu l-estensjoni tal-protezzjoni tad-DPO u l-IĠP anki fil-kuntest tad-WTO. Għandna wkoll inħeġġu l-konklużjoni tal-ftehim bilaterali mal-pajjiżi differenti barra mill-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tat-tikketti agroalimentari. Meta wieħed iqis l-ammont kbir ta’ talbiet ġodda għal IĠs minn pajjiżi terzi, il-KtR jipproponi li tiġi analizzata l-possibbiltà li titwaqqaf aġenzija Ewropea għall-kwalità tal-prodotti agrikoli. Ikun xi jkun il-każ, jekk prodotti humiex esportati jew le, għandhom jibbenefikaw minn ċertifikazzjoni tal-UE. L-għamla ta’ ħarsien internazzjoni tista’ tkun differenti skont ir-riskju li l-isem tal-prodott jintuża b’mod illegali. Pereżempju, ismijiet ta’ prodotti li huma f’periklu kbir li jintużaw b’mod illegali u li huma esportati jkollhom jeżiġu l-ħarsien internazzjonali fi ħdan id-WTO. Il-proċedura tista’ tkun iktar sempliċi għal prodotti fejn ir-riskju huwa inqas li jinbiegħu fuq skala lokali – jista’ jinvolvi l-Istat Membru li jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni u jgħarraf lil Brussell (simili għal-livell proviżorju attwali ta’ ħarsien), u l-prodott li qed jitħares mil-liġi Ewropea. Huwa essenzjali wkoll li jiġi żgurat li l-IĠs huma mħarsa fl-UE, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissorveljaw it-territorji tagħhom stess, u b’hekk l-Istati Membri jkunu responsabbli għal kull azzjoni li tittieħed meta ismijiet ta’ prodotti jintużaw b’mod illegali jew jekk prodotti rreġistrati jiġu kkuppjati. Il-KtR jipproponi li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika dwar dan fl-Artikolu 13 tar-Regolament 510/06. Ħarsien uffiċjali għandu jiġi appoġġjat mill-Kummissjoni fil-livell internazzjonali u fl-UE b’mod partikulari;

28.

jidhirlu li jeħtieġ li jiġi pprojbit b’mod ċar l-użu ta’ organiżmi li jkunu modifikati ġenetikament fl-istadji kollha ta’ produzzjoni tad-DPO (Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini), l-IĠP (Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti) u l-STG (Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti) sabiex tiġi żgurata u mħarsa l-eżistenza ta’ metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni u l-karatteristiċi distintivi tal-prodott;

Skemi ta’ ċertifikazzjoni

29.

jirrakkomanda li għandu jitħeġġeġ livell ogħla ta’ parteċipazzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u li s-swieq imexxu t-triq f’dan il-qasam. Skemi privati strutturati tajjeb immaniġġjati mill-produtturi huma iktar effiċjenti mil-leġiżlazzjoni u għalhekk jistgħu jirrispondu aktar malajr għall-eżiġenzi lokali, pereżempju bħal l-iskemi fl-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja;

30.

jemmen li l-iskemi eżistenti ta’ ċertifikazzjoni għal prodotti b’valur miżjud jissodisfaw aħjar l-eżiġenzi tas-soċjetà kieku jagħtu informazzjoni ċara u affidabbli dwar il-lokalità u l-metodi tal-biedja u l-kontenut sustanzjuż;

31.

jemmen li linji gwida komuni jkunu utli u jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu mgħarrfa aħjar dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tkun żgurata l-kwalità bażika tal-ikel. Għandhom jitfasslu linji gwida minn kumitati indipendenti fejn intlaħaq kunsens mill-partijiet interesssati kollha sinifikanti tal-katina tal-ikel, hi x’inhi l-lokazzjoni tagħhom;

32.

jappoġġja l-fehma li biex l-iskemi privati jirnexxu jridu jiġu involuti l-produtturi. Huwa importanti wkoll li l-gruppi tal-produtturi jingħataw l-appoġġ totali li għandhom bżonn. Dan jiżgura li l-kontrolli, l-ispejjeż u l-istandards ikunu tassew ta’ ġid għall-bdiewa tal-UE;

33.

jenfasizza l-ħtieġa li jitqies il-piż finanzjarju u amministrattiv għall-produtturi ż-żgħar li jużaw prattiki agrikoli mhux industrijali; f’kuntest bħal dan, jistieden li jinżammu d-derogi li ngħataw għal dawn it-tipi ta’ produzzjoni li strutturalment ma jistgħux jikkonformaw mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli;

Punti oħrajn

34.

jitlob lill-Kummissjoni tqis il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà u żieda fil-qasam tal-baġit tagħha għall-promozzjoni. Jeħtieġ li jiġu riveduti l-prijoritajiet ta’ dan il-baġit biex l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ liema tip huma jingħataw aktar kunsiderazzjoni;

35.

jemmen li kieku r-regoli tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-promozzjoni tal-ikel jittaffew, il-bdiewa tal-UE jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti aktar u jiżviluppaw sistemi ta’ kummerċalizzazzjoni aħjar u jissaħħu u jittejbu l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi ta’ kwalità tal-Komunità (DPO, IĠP, STG, il-logo tar-Reġjuni Ultraperiferiċi, il-Biedja Organika);

36.

jitlob sabiex jitwaqqfu faċilitajiet ta’ mikrokreditu għall-bdiewa żgħar li jinvestu fit-titjib tal-kwalità tal-prodott u fis-sigurtà tal-prodott lokali. F’dan il-kuntest jissuġġerixxi li titqies il-possibbiltà li r-riżorsi li llum huma miżmuma għall-miżuri ta’ intervent jintużaw għall-produtturi li jadottaw metodi ta’ produzzjoni li jwasslu għal agrikoltura ġusta u sostenibbli;

37.

Ma hemmx bżonn li jiġi mħeġġeġ il-ħolqien ta’ skemi ġodda ta’ ċertifikazzjoni biex ma jkunx hemm konfużjoni u kumplikazzjonijiet amministrattivi. Madankollu, ikun siewi kieku jkun hemm linji gwida li jiżguraw kontenut oġġettiv għaċ-ċertifikazzjonijiet l-oħra (ISO, BIO, eċċ.) għal prodotti li huma differenti minn dawk DPO u IĠP. Ikun għaqli wkoll li tiżdied u tiġi kkoordinata aħjar il-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet differenti ta’ kontroll;

38.

jipproponi li l-Kummissjoni tirrivedi ċ-ċertifikazzjoni STG (speċjalitajiet tradizzjonali garantiti) u tintroduċi Grad Speċjali ta’ Marka Ewropea tal-Ikel, bil-għan li tkun sistema ta’ ċertifikazzjoni ġdida għall-prodotti tradizzjonali/lokali/artiġjanali li, billi tiġbor flimkien grupp ta’ parametri ta’ kwalità minima, tassoċja valuri oħra marbuta mal-qasam tal-produzzjoni, l-ekonomija lokali/reġjonali, il-ġestjoni sostenibbli tal-art, il-kontribut tagħhom għall-preservazzjoni tal-popolazzjoni rurali, it-turiżmu, il-kwalità tal-ħajja lokali, eċċ. Is-sistema ta’ ċertifikazzjoni għandha tuża termini bħal ma huma prodott tradizzjonali, prodott lokali, prodott reġjonali, eċċ.;

39.

il-Kummissjoni hija mħeġġa tagħti appoġġ finanzjarju, kemm fis-suq uniku kif ukoll fil-pajjiżi terzi, għall-għoti ta’ informazzjoni u għall-kampanji ta’ riklamar biex jippromovu u jispjegaw xi jfissru l-bosta tikketti ta’ kwalità tal-prodotti tal-irziezet Ewropej, kif ukoll il-kundizzjonijiet u r-regoli ta’ produzzjoni estensivi li jridu jiġu rrispettati mill-bdiewa Ewropej meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra (fejn jidħol l-ambjent u l-benessri tal-annimali, l-istandards għoljin tas-sikurezza tal-ikel, eċċ.).

Brussell, 13 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/34


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Green Paper migrazzjoni u mobilità

2009/C 120/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jemmen li jekk l-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Istati Membri jiġu indirizzati fil-livell Ewropew, dan jirrappreżenta valur miżjud li jista’ jagħti spinta konsiderevoli lit-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni fl-Istati Membri. L-edukazzjoni hija l-muftieħ tal-integrazzjoni u ta’ parteċipazzjoni effettiva fil-ħajja soċjali u professjonali;

b’rabta ma’ dan, jenfasizza r-rwol partikulari li ser jaqdi l-Kumitat tar-Reġjuni fil-ġejjieni, billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali f’ċerti Stati Membri huma responsabbli għall-edukazzjoni fl-iskejjel;

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol ċentrali tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u tal-iskola fl-integrazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni u f’dan il-kuntest jenfasizza b’mod partikulari l-importanza ta’ għarfien sod tal-lingwi, jew waħda mil-lingwi, ta’ tagħlim u ta’ komunikazzjoni, tal-pajjiż ta’ residenza;

jara ż-żieda fl-immigrazzjoni bħala punt pożittiv, mhux biss mil-lat kulturali iżda wkoll mill-aspett tad-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea, li jista’ jirrappreżenta vantaġġ f’termini ta’ pożizzjoni fis-suq globali jekk l-għarfien lingwistiku eżistenti jiġi vvalorizzat kif jixraq; għaldaqstant iwissi kontra l-perċezzjoni tal-immigrazzjoni unikament bħala piż fuq l-Istati Membri tal-UE u jħeġġiġhom iħarsu lejha wkoll bħala opportunità fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-kwistjonijiet li ġejjin, li ma ġewx indirizzati fil-Green Paper, fil-qafas ta’ analiżi dettaljata tas-suġġett fil-livell Ewropew:

iż-żieda fil-parteċipazzjoni edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

il-motivazzjoni tal-ġenituri minn sfond ta’ migrazzjoni li jagħmlu użu mill-offerta ta’ tagħlim eżistenti;

it-taħriġ vokazzjonali tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni (inklużi aspetti ta’ parir professjonali kif ukoll promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi orjentata lejn ix-xogħol).

Rapporteur

:

Ursula Männle (DE/PPE), Membru tal-Landtag tal-Bavarja

Dokument ta’ referenza

Green Paper “Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE”

COM (2008) 423 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Ewropa fi ħdan l-Istrateġija ta’ Liżbona, u f’dan il-kuntest jemmen li t-tisħiħ tal-aspett edukattiv fit-trijanglu tal-għarfien ikun siewi ferm;

2.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni għandha tkun konformi mal-Artikoli 149 u 150 KE u tirrispetta l-eżiġenzi tas-sussidjarjetà;

3.

għalhekk jilqa’ l-fatt li fil-Green Paper il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-politika tal-edukazzjoni hija responsabbiltà sħiħa tal-Istati Membri;

4.

jinnota, b’rabta mat-titolu tal-Green Paper, li l-opportunitajiet u l-isfidi jeżistu fuq kollox fil-livell tas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri u li minħabba l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati, wieħed ma jistax jitkellem dwar sistemi edukattivi tal-UE, billi d-deċiżjonijiet politiċi fil-qasam tal-edukazzjoni jittieħdu fil-livell nazzjonali, u fejn hemm bżonn, fil-livell reġjonali u lokali;

5.

jemmen li minkejja din l-osservazzjoni dwar il-livell ewlieni ta’ referenza, il-fatt li l-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Istati Membri jiġu indirizzati fil-livell Ewropew jirrappreżenta valur miżjud li jista’ jagħti spinta konsiderevoli lit-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni fl-Istati Membri;

6.

jikkunsidra li skambju dettaljat tal-informazzjoni u l-esperjenza bejn l-Istati Membri jkun ta’ benefiċċju kbir u jemmen li f’dan il-kuntest it-tixrid ta’ proċeduri li nstabu effettivi fl-Istati Membri huwa partikolarment importanti;

7.

b’rabta ma’ dan, jenfasizza r-rwol partikulari tal-Kumitat tar-Reġjuni, billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali f’ċerti Stati Membri huma responsabbli, xi kultant saħansitra b’mod esklużiv, għall-edukazzjoni fl-iskejjel;

8.

jagħti importanza kbira lir-riżultati tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan il-programm ta’ ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”, jilqa’ b’mod partikulari l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ peer learning li bis-saħħa tagħhom wieħed ikun jista’ jidħol iktar fil-fond fil-proċess ta’ tagħlim reċiproku, u f’dan il-kuntest jirringrazzja lill-membri tal-grupp ta’ peer learning “Aċċess għall-edukazzjoni u integrazzjoni soċjali” għall-ħidma tagħhom;

9.

għalhekk huwa favur l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li waqt is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008 tiġi ppreżentata Green Paper dwar il-migrazzjoni u l-mobilità bħala kontribut għall-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni u fl-istess ħin għall-ħarsien tal-koeżjoni soċjali;

10.

jilqa’ l-valur fit-tul tax-xogħol ta’ pubbliċità għas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u b’rabta ma’ dan jirreferi b’mod partikulari għad-domanda kbira għall-poster ta’ Jum l-Ewropa 2008;

11.

jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea biex il-pubbliku Ewropew ikollu aċċess għall-qagħda edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni permezz ta’ konsultazzjoni pubblika wiesgħa, u jinsab ħerqan ħafna li jara r-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni;

12.

huwa tal-opinjoni li l-perijodu ta’ ħames xhur ippjanat għall-konsultazzjoni huwa biżżejjed biex tittieħed pożizzjoni ċara dwar is-suġġett, u jitlob lill-membri tiegħu jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ta’ persuni interessati fil-konsultazzjoni Ewropea fil-livell reġjonali u lokali;

13.

madankollu, jinnota li f’Diċembru 2008, jiġifieri qabel tmiem il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ser tressaq proposti għal qafas ġdid għall-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, li jista’ jkollhom impatt fuq id-dibattitu dwar il-politika ta’ integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni, u jistenna li l-Kummissjoni tikkunsidra b’mod xieraq l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni;

14.

jappoġġja d-definizzjoni magħżula mill-Kummissjoni Ewropea għat-terminu “minn sfond ta’ migrazzjoni”, li fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istudji tal-OECD dwar l-evalwazzjoni internazzjonali tal-istudenti (PISA), tinkludi wkoll il-persuni, jew it-tfal tal-persuni li għandhom in-nazzjonalità tal-Istat Membru fejn jgħixu mit-twelid jew wara proċedura ta’ naturalizzazzjoni;

15.

jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħejji rapport iktar iffukat billi tillimita l-kontenut tiegħu għat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni li huma wkoll soċjoekonomikament żvantaġġati, billi l-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li dan il-grupp ta’ persuni huwa l-iktar grupp fil-bżonn;

16.

fid-dawl tal-flussi kbar ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri, jemmen li hemm bżonn li s-sistemi edukattivi jiġu appoġġjati fil-livell nazzjonali. Dan jista’ jsir billi jiġu ppubblikati r-riżultati ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni kif ukoll billi tissaħħaħ il-konsiderazzjoni tal-kwistjoni fil-livell Ewropew;

17.

jaqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ssostni li l-edukazzjoni hija l-muftieħ tal-integrazzjoni u ta’ parteċipazzjoni effettiva fil-ħajja soċjali u professjonali;

18.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol ċentrali tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u tal-iskola fl-integrazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni u f’dan il-kuntest jenfasizza b’mod partikulari l-importanza ta’ għarfien sod tal-lingwi, jew waħda mil-lingwi, ta’ tagħlim u ta’ komunikazzjoni tal-pajjiż ta’ residenza;

19.

jara ż-żieda fiċ-ċifri tal-immigrazzjoni bħala punt pożittiv, mhux biss mil-lat kulturali iżda wkoll mill-aspett tad-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea, li jista’ jirrappreżenta vantaġġ f’termini ta’ pożizzjoni fis-suq globali jekk l-għarfien lingwistiku eżistenti jiġi vvalorizzat kif jixraq;

20.

b’rabta ma’ dan, b’mod ġenerali huwa jsostni li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-potenzjal kulturali, lingwistiku u intellettwali tal-migranti u li r-rwol tal-migranti legali bħala medjaturi tal-iskambju reċiproku bejn il-kulturi għandu jiġi promoss;

21.

għaldaqstant iwissi kontra l-perċezzjoni tal-immigrazzjoni unikament bħala piż fuq l-Istati Membri tal-UE u jħeġġiġhom iħarsu lejha wkoll bħala opportunità fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

22.

jenfasizza l-importanza tar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi bażiċi għat-tagħlim tul il-ħajja b’rabta mal-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

Il-qagħda edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni

23.

jinsab imħasseb dwar il-qagħda edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni hekk kif ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea; iqis li l-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni hija sfida politika kibra u jenfasizza l-fatt li għandha tittieħed azzjoni minnufih f’dan ir-rigward;

24.

jaqbel mal-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea li jekk ma jirnexxilniex nintegraw lit-tfal u liż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni fl-iskejjel, dan jista’ jirrappreżenta l-ewwel ħolqa f’katina ta’ fallimenti, li twassal għall-abbandun tal-istudji u għall-qgħad minħabba nuqqas ta’ kwalifiki u b’hekk għall-falliment tal-integrazzjoni soċjali;

25.

jemmen li hemm diversi fatturi (fosthom għarfien limitat wisq tal-lingwa ta’ tagħlim u b’hekk l-impossibbiltà li t-tfal isegwu l-lezzjonijiet, ħaġa li twassal għal nuqqas ta’ motivazzjoni; in-nuqqas ta’ flessibbiltà tas-sistemi edukattivi, li ma joffrux metodi edukattivi adattati għall-bżonnijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni; in-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni fid-dar familjali u attenzjoni u superviżjoni extrakurrikulari insuffiċjenti min-naħa tal-ġenituri) involuti fid-differenzi ta’ prestazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

26.

jaqbel bis-sħiħ mal-istqarrija li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fil-komunikazzjoni tagħha “Intejbu l-Kompetenzi għas-Seklu 21: Aġenda għall-Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel”, li l-iskola waħedha ma tistax tibbilanċja l-iżvantaġġi li huma soġġetti għalihom it-tfal tal-iskola;

27.

jenfasizza l-fatt li huwa persważ li integrazzjoni ta’ suċċess tal-persuni minn sfond ta’ migrazzjoni titlob rieda qawwija, ħin, impenn u moħħ miftuħ mill-partijiet ikkonċernati kollha;

28.

għalhekk jiddispjaċih li l-Green Paper ma tagħmilx referenza għar-responsabbiltà personali tal-ġenituri kif ukoll, sa ċertu punt, ir-responsabbiltà, skont l-età tagħhom, tat-tfal u ż-żgħażagħ stess, li minkejja l-qagħda speċifika tagħhom, għandhom juru x-xewqa li jintegraw u li fil-qafas li qiegħed jiġi pprovdut lilhom għandhom jieħdu l-inizjattiva li jippruvaw itaffu jew jegħlbu l-iżvantaġġi soċjoekonomiċi eżistenti billi, pereżempju, jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi jew jiksbu kwalifiki addizzjonali;

29.

iqis l-obbligu li t-tfal jattendu l-iskola bħala garanzija essenzjali sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni jirnexxilhom jintegraw ruħhom, u jappoġġja bis-sħiħ kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-iskola u l-ġenituri għat-tħaris ta’ dan l-obbligu. Dan jgħodd ukoll għall-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika u l-għawm kif ukoll fil-ħarġiet mal-iskola;

30.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li approċċi importanti għas-soluzzjoni ta’ problemi jistgħu jinstabu fi ħdan sħubija msaħħa ma’ għadd kbir ta’ gruppi involuti fil-qasam tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ (kindergartens, skejjel, impjiegi għaż-żgħażagħ). Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li l-familja tista’ taqdi rwol essenzjali f’dan il-qasam billi din għandha impatt kbir fuq l-istennijiet li jinħolqu fir-rigward tal-ħajja b’mod ġenerali u b’hekk il-prestazzjoni edukattiva individwali;

31.

jemmen li huwa importanti ferm li t-tfal minn sfond ta’ migrazzjoni jidħlu fis-sistema edukattiva kemm jista’ jkun kmieni, billi huwa assolutament essenzjali għalihom li jitgħallmu jitkellmu bil-lingwi, jew b’waħda mil-lingwi, tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom b’mod korrett u mexxej sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-sistema edukattiva. Dan jippermetti li d-diffikultajiet lingwistiċi jiġu indirizzati jew megħluba qabel l-iskola primarja u b’hekk tissawwar bażi importanti għal parteċipazzjoni ugwali fil-lezzjonijiet;

32.

għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll dawk lokali u reġjonali sabiex jagħtu importanza ikbar lill-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

33.

f’dan il-kuntest iħeġġeġ b’mod partikulari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-kompetenzi tagħhom;

Il-miżuri konkreti proposti li jistgħu jittieħdu fil-livell politiku bil-għan li jinfluwenzaw il-qagħda edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni b’mod pożittiv

34.

japprezza l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea, fit-tfassil tal-Green Paper tagħha, ma tillimitax ruħha għal deskrizzjoni tal-qagħda tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni iżda tagħti stampa ġenerali ta’ diversi kunċetti politiċi għall-indirizzar tal-problemi attwali;

35.

barra minn hekk, jilqa’ l-fatt li d-dokument ta’ ħidma li jikkompleta l-Green Paper tal-Kummissjoni [SEK (2008) 2173] jinkludi lista dettaljata ta’ inizjattivi oħra ta’ politika edukattiva għall-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni, inklużi xi referenzi għal dokumentazzjoni disponibbli fuq l-Internet li tagħti stampa iktar wiesgħa tal-isforzi mwettqa minn Stati Membri individwali kif ukoll minn pajjiżi barra mill-Ewropa;

36.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfittxija għal soluzzjonijiet prattiċi għal integrazzjoni aħjar tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

37.

jemmen li l-attivitajiet edukattivi fi stabbilimenti għall-edukazzjoni bikrija kif ukoll it-tagħlim fl-ewwel snin huma partikolarment deċiżivi għas-suċċess edukattiv tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni, għax dan il-perijodu għandu impatt kbir fuq il-ħajja edukattiva tat-tfal kollha kemm hi;

38.

f’dan il-kuntest isejjaħ għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-iskejjel u l-libreriji pubbliċi sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ isiru iktar familjari mad-dinja tal-kotba u b’hekk jiġi appoġġjat l-iżvilupp lingwistiku tat-tfal u ż-żgħażagħ kif ukoll is-sentiment ta’ parteċipazzjoni fis-soċjetà;

39.

b’rabta ma’ dan, jemmen li l-kindergartens u l-iskejjel għandhom jagħtu attenzjoni partikulari lill-appoġġ bikri ta’ kull tifel u lill-iżvilupp tal-kunfidenza fih innifsu kif ukoll lill-awtonomija tiegħu fil-qafas tal-orjentazzjoni bikrija tiegħu f’termini ta’ valuri interkulturali. Hawnhekk l-esperjenzi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kunfidenza, il-forom ta’ espressjoni u l-perspettivi differenti għandhom jingħataw importanza partikulari sabiex it-tfal jitħeġġu jiżviluppaw sistema bażika ta’ tifsir u valuri li tgħinhom isibu triqithom f’dinja kumplessa u jiffaċċjaw il-kriżijiet, bidliet u tranżizzjonijiet;

40.

jirrakkomanda li l-kurrikulu tal-kindergartens u l-iskejjel primarji jinkludi l-objettiv tal-“empatija” bħala parti mill-istudji soċjali, sabiex it-tfal ikunu kapaċi jpoġġu lilhom innifishom fil-ħsibijiet u d-dinja ta’ ħaddieħor u juru rispett u jżommu moħħhom miftuħ fir-rigward tat-twemmin ta’ ħaddieħor;

41.

jitlob li tingħata attenzjoni partikulari lill-perspettiva tal-ġeneru;

42.

huwa tal-fehma li l-aħjar mod kif jistgħu jiġu solvuti l-problemi tad-differenzi fil-prestazzjoni skolastika tat-tfal minn sfond ta’ migrazzjoni huwa permezz tal-implimentazzjoni ta’ pakkett ta’ miżuri li fih it-tagħlim tal-lingwi jkun attività orizzontali fl-istadji kollha tal-edukazzjoni.

43.

barra minn hekk, jirrakkomanda li tissawwar stampa pożittiva tal-fenomenu tal-“isfond ta’ migrazzjoni” fl-iskejjel bħala kunċett ta’ tagħlim orizzontali, sabiex l-istudenti jqisu l-isfond ta’ migrazzjoni tal-familji tagħhom jew ta’ sħabhom bħala aspett pożittiv u arrikkiment;

44.

jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ mingħajr kwalifiki u l-ġenituri tagħhom jibbenefikaw minn servizz ta’ parir dwar il-possibbiltajiet skolastiċi u professjonali li huma disponibbli għalihom sabiex jiksbu aċċess għal professjoni;

45.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jallokaw il-fondi li jirriżultaw mit-tnaqqis fid-demografija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea lill-qasam tal-edukazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-tagħmir tal-istabbilimenti edukattivi;

46.

jirrakkomanda, fir-rigward tal-integrazzjoni tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti minn sfond ta’ migrazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni, li, pereżempju, turi l-integrazzjoni ta’ persunaġġi tal-ħajja pubblika minn sfond ta’ migrazzjoni;

47.

jenfasizza d-dritt tal-migranti għat-tħaris tal-lingwa materna tagħhom u jirrakkomanda l-promozzjoni tal-multilingwiżmu;

48.

jappella lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, bħala entitajiet li jħaddmu lin-nies, sabiex iħarrġu lil impjegati b’kompetenzi interkulturali u jekk hemm bżonn iżidu l-proporzjon ta’ impjegati minn sfond ta’ migrazzjoni, bil-konsiderazzjoni tal-adegwatezza, il-kompetenza u l-prestazzjoni tagħhom u bi ħlas għall-kompetenzi lingwistiċi u interkulturali tagħhom;

Konsiderazzjoni tal-kwistjoni fil-livell Ewropew

49.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-interess tal-Istati Membri għal kooperazzjoni Ewropea favur l-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni jista’ jintwera billi jiġu ppreżentati l-aħjar prattiki tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, u li dan jista’ jissarraf f’valur miżjud Ewropew;

50.

madankollu, f’dan il-kuntest jenfasizza li l-problemi marbutin ma’ dan – hekk kif tispjega l-Green Paper – ma jistgħux jiġu solvuti fil-livell Ewropew, iżda jistgħu biss jiġu diskussi. Id-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri politiċi hija r-responsabbiltà tal-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

51.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej janalizzaw sa liema punt l-azzjonijiet tal-programmi Komunitarji bħall-Programm ta’ Azzjoni għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013) jew il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw għall-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni jew għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, jew kif il-proġetti li diġà jinsabu fil-fażi ta’ ppjanar jistgħu jiġu adattati għad-direttivi Komunitarji eżistenti sabiex ikun hemm il-possibbiltà reali li jiġu ffinanzjati;

52.

b’rabta ma’ dan, jirreferi għall-importanza tal-fond Ewropew għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jitlob lill-membri tiegħu jippromovu fil-livell reġjonali u lokali l-iżvilupp ta’ dan il-fond għall-finanzjament ta’ miżuri favur l-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

53.

jistenna li l-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha fl-abbozz ta’ qafas strateġiku tal-Kummisssjoni Ewropea għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ li għandu jieħu post il-programm ta’ ħidma attwali “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”;

54.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-kwistjonijiet li ġejjin, li ma ġewx indirizzati fil-Green Paper, fil-qafas ta’ analiżi dettaljata tas-suġġett fil-livell Ewropew:

iż-żieda fil-parteċipazzjoni edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

il-motivazzjoni tal-ġenituri minn sfond ta’ migrazzjoni li jagħmlu użu mill-offerta ta’ tagħlim eżistenti;

it-taħriġ vokazzjonali tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni (inklużi aspetti ta’ parir professjonali kif ukoll promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi orjentata lejn ix-xogħol);

55.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ l-użu ta’ indikaturi u benchmarks ta’ prestazzjoni u attendenza skolastika tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

56.

ifakkar, b’rabta mal-approvazzjoni tal-istrument Ewropew għall-benchmarks tal-edukazzjoni ġenerali u professjonali, li l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2003 enfasizzaw il-fatt li l-benchmarks Ewropej ma jinkludux l-objettivi ta’ Stati individwali u ma jistipulaw l-ebda deċiżjoni li għandha tittieħed minn gvernijiet individwali, anke jekk ċerti miżuri nazzjonali bbażati fuq prijoritajiet nazzjonali ser jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu dawn il-benchmarks;

57.

jinnota li f’Mejju 2007, taħt il-Presidenza Ġermaniża, ġie approvat qafas koerenti għall-indikaturi u l-benchmarks għall-monitoraġġ tal-progress miksub fir-rigward tal-objettivi ta’ Liżbona fil-qasam tal-edukazzjoni ġenerali u professjonali, u li l-Istati Membri ma mxewx mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jadottaw indikaturi ġodda għall-qasam tal-iskola, kemm għal raġunijiet ta’ prinċipju kif ukoll minħabba l-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji marbutin mal-adozzjoni ta’ dawn l-indikaturi;

58.

jenfasizza li fi ħdan il-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni, il-benchmarks Ewropej għandhom jibqgħu eċċezzjoni u l-ambitu ta’ applikazzjoni tagħhom m’għandux jiġi estiż lil hinn mill-ħames benchmarks eżistenti, b’mod partikulari billi qiegħed isir dejjem iktar evidenti li sal-2010 l-objettivi Ewropej fuq bażi volontarja mhumiex ser ikunu jistgħu jintlaħqu f’erba’ każijiet minn ħamsa;

59.

jinsisti li l-ħolqien ta’ indikaturi ġodda jista’ joħloq spejjeż amministrattivi addizzjonali konsiderevoli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u fid-dawl tal-isforzi tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-burokrazija, dawn għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ir-riżultati tal-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ikunu pożittivi;

60.

f’dan il-kuntest jemmen li għandna niffokaw l-isforzi tagħna fuq l-indikaturi u l-benchmarks Ewropej attwali;

61.

għalhekk ma jarax valur miżjud Ewropew fl-użu ta’ indikaturi u benchmarks ġodda, iżda pjuttost f’inventarju tal-prattiki t-tajba dwar il-prestazzjoni u l-attendenza skolastika tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

62.

huwa konvint li inventarju bħal dan jista’ jkun element ċentrali ta’ skambju mtejjeb tal-informazzjoni u l-esperjenza fil-qafas tal-kooperazzjoni futura tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni, u jista’ jagħti impuls konsiderevoli lill-iżvilupp ta’ politika tal-integrazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

63.

għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni – wara l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-konsultazzjoni u diskussjoni fi ħdan il-korpi Ewropej ikkonċernati – sabiex tfassal inventarju bħal dan b’soluzzjonijiet konkreti u prattiċi għall-problemi attwali tal-prestazzjoni u l-attendenza skolastika tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u jekk hemm bżonn tal-grupp tal-peer learning “Aċċess għall-edukazzjoni u l-integrazzjoni soċjali”;

64.

jemmen li jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħti aċċess għal dan l-inventarju lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; inventarju bħal dan jista’ jkopri, fost affarijiet oħra, il-punti li ġejjin:

It-tfal: inklużjoni kemm jista’ jkun bikrija fi stabbiliment ta’ tagħlim għat-tfal żgħar li joffri servizz adegwat u adattat għall-bżonnijiet individwali tat-tfal, li jippromovi t-tagħlim tal-lingwa u jagħmel dijanjosi tal-problemi lingwistiċi, kif ukoll parteċipazzjoni fi programmi ta’ terapija tat-tlissin fejn hemm bżonn;

It-tfal u ż-żgħażagħ: miżuri ta’ appoġġ lingwistiku fil-livelli kollha waqt il-perijodu tal-iskola obbligatorja, jekk hemm bżonn permezz ta’ lezzjonijiet tal-lingwa temporanji għat-tfal u ż-żgħażagħ bi problemi konsiderevoli fil-lingwa ta’ tagħlim sa ma jkunu jistgħu jlaħħqu mal-bqija tal-klassi; it-twaqqif ta’ netwerks ta’ “assistenti edukattivi” li jappoġġġjaw lit-tfal u liż-żgħażagħ fl-iskola u f’sitwazzjonijiet ta’ taħriġ;

Il-ġenituri: spjegazzjoni sistematika u preċiża tal-possibbiltajiet tas-sistema edukattiva permezz ta’ fuljetti informattivi b’iktar minn lingwa waħda maħruġa mill-awtoritajiet edukattivi; espansjoni tal-opportunitajiet għat-tagħlim tal-lingwa għall-ġenituri minn sfond ta’ migrazzjoni; billi l-ommijiet għandhom rwol kruċjali x’jaqdu, għandhom jinħolqu opportunitajiet ta’ kwalifiki lingwistiċi għall-ommijiet li ma jafux biżżejjed bil-lingwa ta’ tagħlim tat-tfal tagħhom biex jgħinuhom jiżviluppaw l-għarfien tagħhom; analiżi tal-possibbiltà li jiġu impjegati u mħarrġa volontarji multilingwi li jgħinu lill-ġenituri jindirizzaw l-iżvantaġġi lingwistiċi, kulturali u soċjali;

L-għalliema: konsiderazzjoni fil-fond tal-aspetti marbutin mal-immigrazzjoni fil-kors tal-għalliema (taħriġ inizjali kif ukoll dak superjuri u kontinwu); it-tħeġġiġ ta’ persuni minn sfond ta’ migrazzjoni biex jagħmlu l-kors tal-għalliema, sabiex iservu ta’ eżempju għat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni tal-bibien li tiftaħ l-edukazzjoni;

L-iskejjel: il-provvista ta’ appoġġ għall-iskejjel b’perċentaġġ kbir ta’ migranti, b’mod speċjali permezz ta’ klassijiet iżgħar, l-appoġġ tal-għalliema bis-saħħa ta’ assistenti soċjopedagoġiċi taż-żgħażagħ, l-organizzazzjoni ta’ għajnuna għax-xogħol skolastiku tad-dar wara l-iskola u l-ħolqien ta’ sistemi ta’ tuturi fejn l-istudenti l-kbar, minn sfond ta’ migrazzjoni jew le, jgħinu lil dawk iżgħar minnhom; fejn hemm bżonn, jistgħu jiġu organizzati workshops interkulturali speċifiċi għal kull skola, li jiġu ppreżentati fil-ħajja skolastika ta’ kuljum u li fihom issir enfasi partikulari fuq l-ilsna tal-migranti fi ħdan il-gruppi ta’ attività;

L-assistenti soċjali u taż-żgħażagħ: dawn għandhom jiżviluppaw rabta iktar b’saħħitha mal-iskejjel sabiex jappoġġjaw lit-tfal u liż-żgħażagħ minn familji minn sfond ta’ migrazzjoni, li huma wkoll soċjoekonomikament żvantaġġati;

65.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tat-tagħlim elettroniku (e-learning), li ma jinvolvix irbit ta’ ħin jew spazju u li joffri possibbiltajiet ta’ tagħlim ġodda kif ukoll l-opportunità li wieħed isir jaf lil nies u kulturi f’reġjuni mbiegħda, u f’dan il-qafas iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi oqsma ta’ applikazzjoni għall-metodi ta’ tagħlim elettroniku għall-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni;

66.

jagħti importanza kbira lill-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (OECD, UNESCO) u f’dan il-kuntest jappella għal tisħiħ tas-sinġeriji, b’mod speċjali mal-Kunsill tal-Ewropa;

Ir-rwol tad-Direttiva 77/486/KEE dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta’ ħaddiema migranti

67.

jinnota li l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/486/KEE dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta’ ħaddiema migranti huwa limitat għaċ-ċittadini tal-UE u li skont il-Kummissjoni Ewropea l-implimentazzjoni tagħha s’issa kienet irregolari;

68.

jemmen li l-fatt li d-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-fatt li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jirregolaw ċerti aspetti tal-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni li huma jqisu importanti permezz ta’ ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri individwali kif ukoll ma’ pajjiżi terzi huwa sinjal li la l-kontenut tad-Direttiva u lanqas l-istrument tad-Direttiva fih innifsu ma jirrappreżentaw risposta għall-iżviluppi li jiffurmaw il-qagħda tal-migrazzjoni fl-Ewropa llum;

69.

jinnota li fil-Green Paper il-Kummissjoni Ewropea qajmet dubji serji fir-rigward ta’ kemm ikun xieraq li d-Direttiva tinżamm;

70.

f’dan il-kuntest jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jirrevokaw id-Direttiva 77/486/KEE dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta’ ħaddiema migranti.

Brussell, 13 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/41


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar servizz universali għal komunikazzjonijiet elettroniċi u netwerks tal-ġejjieni u l-internet

2009/C 120/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li l-ħtieġa għal aċċess funzjonali għall-internet bi prezz raġonevoli huwa essenzjali għat-tkabbir u l-inklużjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-UE.

jinnota li bħala servizz li jista’ jitqabbel ma’ utilitajiet oħra bħall-ilma u l-elettriku, il-Broadband qed jitqies dejjem iktar bħala r-“raba’ utilità”.

jenfasizza li hemm bżonn li l-UE tiggarantixxi li servizzi u komunikazzjonijiet ta’ kwalità għolja jiġu offerti bi prezzijiet raġonevoli lir-residenti u l-konsumaturi kollha, indipendentement mis-sitwazzjoni soċjali jew ġeografika tagħhom.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u r-responsabilità tagħhom li jikkontribwixxu biex jiġi assigurat aċċess għall-broadband bi prezz raġonevoli f’żoni fejn il-mekkaniżmi tas-suq ma jkunux biżżejjed, li jkunu quddiem nett fit-tmexxija ta’ proġetti piloti bil-għan li “titnaqqas il-firda fl-aċċessibilità elettronika”, u li jiżviluppaw approċċi ġodda li jipprovdu servizzi elettroniċi pubbliċi ċċentrati fuq iċ-ċittadin.

analizza u ddiskuta f’diversi okkażjonijiet il-firxa ta’ soluzzjonijiet li qed jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa u jirrkonoxxi li ma teżistix soluzzjoni waħda li tkopri kull każ. Xi ħaġa xierqa għal ċentru urban kbir forsi ma tkunx tajba għal żoni oħra, bħal reġjun muntanjuż b’terren kumpless u selvaġġ, jew popolazzjoni baxxa fejn huma meħtieġa sforzi żejda biex jiġi pprovdut kwalunkwe tip ta’ servizz.

Rapporteur

:

Robert Bright (UK/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Newport

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tieni reviżjoni perjodika tal-ambitu tas-servizz universali ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/22/KE

COM(2008) 572 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Komunikazzjoni dwar netwerks tal-ġejjieni u l-internet

COM(2008) 594 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI (KtR)

A.   Servizz universali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi

Kummenti ġenerali

1.

għandu d-dmir jiżgura li kull min jitlob servizz universali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi (komunikazzjonijiet-e) jiġi pprovdut bis-servizzi essenzjali għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà u għall-iżvilupp tagħha, jilqa’ t-tieni reviżjoni perjodika tal-ambitu tas-servizz universali ma’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan huwa pass importanti fir-reviżjoni tal-ugwaljanza fl-aċċess, l-inklusività u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet tal-kummerċ fl-UE. Bħala servizz li jista’ jitqabbel ma’ utilitajiet oħra bħall-ilma u l-elettriku, il-Broadband qed jitqies dejjem iktar bħala r-“raba’ utilità”. Il-KtR identifika l-ICT bħala mutur għal iktar kompetittività u servizzi pubbliċi aqwa, fi ħdan l-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda tal-UE, sabiex:

it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jservu ta’ bażi għal soċjetà tal-informazzjoni li hija miftuħa għal kulħadd u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-membri kollha tas-soċjetà, inklużi dawk b’diżabilitajiet, l-anzjani u kull min hu fil-periklu tal-esklużjoni soċjali.

il-komunikazzjonijiet elettroniċi jindirizzaw il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ aċċessibilità għal ċittadini li jgħixu f’dawn ir-reġjuni (l-aktar fiż-żoni rurali) li bħalissa m’għandhomx aċċess xieraq għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni.

is-servizz universali għal komunikazzjonijiet elettroniċi, li jesiġi servizz minimu ddefinit ta’ kwalità jew veloċità speċifikata disponibbli għall-utenti kollha, ikun f’pożizzjoni aħjar biex jagħlaq il-firda diġitali fil-ġejjieni.

is-servizz universali jiġi aġġornat, meta wieħed iqis li minn mindu ġie implimentat l-ambitu tiegħu baqa’ ma nbidilx u għadu restritt għal konnessjoni waħda.

l-użu tal-Internet jista’ jiżdied fil-ġejjieni u fl-Unjoni Ewropea mhuwiex limitat minn kwistjonijiet bħal skarsezza dejjem tikber ta’ indirizzi IP (Internet Protocol) jew ta’ sigurtà. F’dan il-kuntest, il-KTR jilqa’ l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-“Internet tal-oġġetti” u jixtieq jenfasizza l-bżonn għal trasferiment mill-protokoll tal-Internet IPv4 għall-IPv6 aġġornat li jiffaċilita l-espansjoni tal-Internet b’konsegwenza diretta fuq il-kompetittività tal-Ewropa.

2.

jappoġġja l-erba’ elementi speċifiċi fl-ambitu tad-direttiva dwar is-servizz universali u jenfasizza li l-iżvilupp futur tal-aċċess għal broadband, tas-servizz universali u tal-internet ser ikollu implikazzjonijiet importanti għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-Istati Membri tal-UE. Hemm bżonn li l-UE tiggarantixxi li servizzi u komunikazzjonijiet ta’ kwalità għolja jiġu offerti bi prezzijiet raġonevoli lir-residenti jew il-konsumaturi kollha, indipendentement mis-sitwazzjoni soċjali jew ġeografika tagħhom, kif ukoll li titqies id-dimensjoni reġjonali b’mod iktar ċar meta jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi tal-miżuri (1).

3.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u r-responsabilità tagħhom li jikkontribwixxu biex jiġi assigurat aċċess għall-broadband bi prezz raġonevoli f’oqsma fejn il-mekkaniżmi tas-suq ma jkunux biżżejjed, li jkunu quddiem nett fit-tmexxija ta’ proġetti piloti bil-għan li “titnaqqas il-firda fl-aċċessibilità elettronika”, u li jiżviluppaw approċċi ġodda li jipprovdu servizzi elettroniċi pubbliċi ċċentrati fuq iċ-ċittadin (2);

4.

jenfasizza l-ħtieġa li l-politika tat-telekomunikazzjoni tal-UE tkun flessibbli u wiesgħa b’mod ġenerali fl-ambitu tagħha sabiex tkun tista’ tadatta għal bidliet mgħaġġlin u mhux prevedibbli fit-teknoloġija u fis-suq, li jkollhom impatt fuq is-setturi l-oħra tas-soċjetà (3).

5.

jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati miżuri fundamentali, f’oqsma ta’ prijorità orizzontali, favur opportunitajiet indaqs (eż. is-siti elettroniċi pubbliċi jkunu aċċessibbli għal kulħadd jew tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-broadband). Huwa essenzjali intervent fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex dan jiġi żgurat (4).

6.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinbeda riflessjoni dwar ir-rwol futur tas-servizz universali fil-provvediment ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari fir-rigward il-provvediment ta’ aċċess usa’ għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-utenti kollha, inklużi dawk b’diżabilitajiet.

Aċċess universali suffiċjenti pprovdut mis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

7.

jappoġġja l-Kummissjoni fit-twettiq ta’ reviżjoni tas-servizz universali fin-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi regolari u frekwenti.

8.

jenfasizza li l-ħtieġa għal aċċess funzjonali għall-internet bi prezz raġonevoli huwa essenzjali għat-tkabbir u l-inklużjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-UE.

9.

jirrikonoxxi b’mod fundamentali li hemm nuqqas ta’ ugwaljanza u differenza fl-aċċess, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp madwar l-Istati Membri tal-UE, l-iktar f’dawk ir-reġjuni (l-iktar fiż-żoni rurali) li huma neqsin mill-penetrazzjoni ta’ aċċess funzjonali għall-internet bi prezz raġonevoli meta jitqabblu ma’ żoni urbani u metropolitani.

10.

huwa mħasseb li nħolqot firda mhux biss ta’ natura diġitali iżda wkoll waħda soċjali u ekonomika li tistrieħ dejjem iktar fuq it-tekonoloġiji diġitali u l-aċċess għalihom.

11.

jirrikonoxxi d-diffikultajiet li s-swieq għandhom biex jipprovdu netwerks tal-broadband ta’ veloċità qawwija u bi prezz raġonevoli lil ċerti żoni ġeografiċi u jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa politiki u tipprovdi gwida li jirrikonoxxu l-falliment tas-suq u jiffaċilitaw inizjattivi mill-istat u mis-settur pubbliku bil-għan li jiġu żviluppati netwerks miftuħa, separati b’mod funzjonali, minn servizzi f’dawk iż-żoni.

Rati ta’ data suffiċjenti sabiex ikun permess aċċess funzjonali għall-internet

12.

jenfasizza li l-aċċess għal broadband bi prezz raġonevoli madwar l-UE huwa kundizzjoni bażika sabiex jiġu garantiti l-kwalità tas-servizzi pubbliċi, il-promozzjoni tal-kompetittività u l-produttività. (5) Aċċess għal broadband ta’ kwalità għolja bi prezz raġonevili jista’ jżid l-aċċessibilità u l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, waqt li jkun iktar faċli għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju biex joffru l-prodotti tagħhom għall-bejgħ. Reġjuni u komunitajiet remoti, b’mod speċjali dawk ultraperiferiċi huma mistennija jibbenefikaw b’mod konsiderevoli minn aċċess usa’ u iktar veloċi għas-servizzi tal-broadband (6).

13.

jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li huma ekonomikament inqas żviluppati, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li jipprovdu l-ICT għal konverġenza effettiva, u b’hekk jevitaw ir-riskju tal-esklużjoni. (7)

14.

itenni li l-mira ta’ Riga għal Broadband li jilħaq 90 % tal-popolazzjoni tal-UE sal-2010, iżda li, waħdu, dan l-objettiv mhuwiex biżżejjed u jrid jiġi kkumplimentat minn fatturi oħrajn: il-firxa ġeografika, id-densità tal-popolazzjoni, eċċetra. Fadal differenza sostanzjali bejn l-Istati Membri u l-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea li s’issa hija koperta 70 % biss tal-popolazzjoni rurali tal-UE. (8)

15.

iħeġġeġ il-promozzjoni ta’ miżuri mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jistgħu jservu ta’ eżempji ta’ soluzzjonijiet dwar servizzi ta’ gvern elettroniku bbażati fuq l-utenti għall-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali u għall-assigurazzjoni tal-aħjar kondizzjonijiet għall-intrapriżi u l-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tal-ICT. (9)

16.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-broadband bħala servizz li huwa dejjem mixgħul, u li jippermetti l-użu simultanju tas-servizzi tal-leħen u tad-data b’veloċitajiet minimi għad-“download” u l-“upload” li huma suffiċjenti għal aċċess funzjonali għall-internet fir-reġjuni kollha.

Referenza għal broadband fl-ambitu emendat ta’ obbligu għal servizz universali

17.

jenfasizza li firda diġitali persistenti toħloq l-esklużjoni soċjali u ekonomika. Il-ksib ta’ opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċess u l-kompetenzi diġitali huwa bżonn għas-soċjetà; fl-istess waqt, joffri wkoll potenzjal ekonomiku li għadu ma ġiex sfruttat. Huwa importanti li l-ICT jintuża bħala “strument soċjali”; b’hekk, l-istrateġiji tal-ICT jintrabtu mal-politiki soċjali Komunitarji (10) u bħala strument ta’ żvilupp lokali u reġjonali marbut mal-politika ta’ koeżjoni;

18.

jesprimi tħassib serju ħafna li ostaklu komuni fl-implimentazzjoni tal-broadband huwa r-riskju tal-falliment tas-suq, fejn operaturi privati jaraw ftit dħul mill-investiment infrastrutturali f’żoni remoti, rurali u ta’ densità baxxa tal-popolazzjoni jew fejn it-terren muntanjuż ifisser li huwa xogħol kumpless u oneruż. (11)

19.

jipproponi l-inklużjoni ta’ mekkaniżmi għall-promozzjoni ta’ aċċess broadband funzjonali għall-internet fiż-żoni rurali, reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni u r-reġjuni ultraperiferiċi. Jekk hemm bżonn għandu jkun hemm appoġġ għall-investiment fl-iżvilupp tal-ICT u tal-infrastruttura mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew, b’kooperazzjoni magħhom, mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jew permezz ta’ inizjattivi lokali. (12)

20.

isejjaħ għall-formulazzjoni ta’ miżuri speċifiċi bħal Fondi Strutturali tal-UE bil-għan li jiġu żgurata ċ-ċarezza u l-konsistenza fil-forniment ta’ aċċess funzjonali għall-internet madwar ir-reġjuni tal-UE qabel ir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Term (MTR) ta’ dawn il-programmi fl-2010.

21.

jirrikonoxxi l-kontribut importanti li sar mill-portali tal-UE fil-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattika bejn il-partijiet interessati kollha fit-tfassil u l-iżvilupp tan-netwerks tal-Broadband b’aċċess miftuħ permezz tal-użu tal-fondi tal-UE u dawk nazzjonali u reġjonali b’konformità mar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat (eż. http://www.broadband-europe.eu)

22.

waqt li jirrikonoxxi li t-teknoloġija tal-Broadband għandha impatt qawwi fuq iktar żvilupp tas-Suq Uniku Ewropew kollu kemm hu, iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi, fil-politiki mġedda tagħha li qed jitressqu biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ekonomika attwali, li jiġi kkunsidrat l-użu tal-mekkaniżmi kollha disponibbli għall-promozzjoni tal-investiment f’dawn l-infrastrutturi.

23.

jemmen li l-kompetittività tal-UE, l-ambitu u l-kwalità tas-servizzi, il-produttività, u fl-aħħar nett, ir-rata tal-impjieg f’ħafna setturi oħrajn jistgħu jiddependu b’mod qawwi fuq id-disponibilità ta’ aċċess funzjonali għall-internet b’veloċità qawwija.

24.

f’ambjent fejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll istituzzjonijiet oħra jipprovdu iktar u iktar servizzi liċ-ċittadini permezz ta’ mezzi elettroniċi (“gvern elettroniku”, “e-Saħħa”, “e-Tagħlim”, “e-Akkwist”), aċċess xieraq għat-teknoloġiji tal-broadband qed isir dejjem iktar importanti fil-kuntest tal-parteċipazzjoni demokratika (“e-Inklużjoni”) (13). Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew tista’ wkoll tissaħħaħ billi jitjieb l-aċċess tal-broadband għall-amministrazzjoni pubblika, partikolarment fid-dawl tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-UE li qed tiġi trasposta bħalissa.

Flessibilità suffiċjenti tal-obbligu ta’ servizz universali li jieħu ħsieb l-iżvilupp kollu tas-suq madwar l-Istati Membri kollha

25.

huwa tal-fehma li l-Kumitat tar-Reġjuni analizza u ddiskuta f’diversi okkażjonijiet il-firxa ta’ soluzzjonijiet li qed jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa u jirrkonoxxi li ma teżistix soluzzjoniu waħda li tkopri kull każ. Xi ħaġa xierqa għal ċentru urban kbir forsi ma tkunx tajba għa żoni oħra, bħal reġjun muntanjuż b’terren kumpless u selvaġġ, jew popolazzjoni baxxa fejn huma meħtieġa sforzi żejda biex jiġi pprovdut kwalunkwe tiħ ta’ servizz (14).

26.

jirrikonoxxi li għad baqa’ inugwaljanzi konsiderevoli fir-rigward tal-kompetenzi diġitali. Dan jaffettwa lill-anzjani, lil dawk b’livell baxx ta’ edukazzjoni, il-persuni li huma ekonomikament inattivi u dawk li m’għandhomx l-għarfien diġitali neċessarju sabiex jiżviluppaw bis-sħiħ il-kapaċitajiet diġitali tagħhom fid-dinja tax-xogħol.

27.

jisħaq fuq l-importanza ta’ taħriġ u tagħlim adattati għall-ħtiġijiet li joriġinaw minn progress diġitali kontinwu fis-soċjetà kollha, b’kunsiderazzjoni speċjali għal dawn il-gruppi vulnerabbli (15).

28.

jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-firda bejn l-implimentazzjoni tal-broadband u l-użu reali tiegħu, li mhuwiex qed jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu minħabba l-fatt li l-ħiliet diġitali fost il-pubbliku jistgħu jittejbu. Sabiex tingħalaq din il-firda, jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-livell lokali u f’livell ogħla, sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-użu tal-broadband, pereżempju avvenimenti ta’ dimostrazzjoni tal-internet, il-provvediment ta’ punti ta’ aċċess pubbliċi (16), il-finanzjament ta’ proġetti edukattivi mmexxija minn assoċjazzjonijiet tar-residenti u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħrajn bil-għan li jgħallmu l-ħiliet diġitali, kif ukoll it-tħeġġiġ tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-broadband.

B.   Netwerks tal-ġejjieni u l-internet

Kummenti ġenerali

29.

waqt li għandu d-dmir li jevalwa l-iżvilupp ġenerazzjonali li jmiss tat-teknoloġiji tal-internet, jilqa’ l-opportunità biex jirrevedi l-avvanzi teknoloġiċi ġodda tan-netwerks tal-ġejjieni u l-Internet tal-Oġġetti.

30.

jirrikonoxxi li l-internet hu wieħed mill-iktar innovazzjonijiet brillanti tal-epoka tagħna. Il-potenzjal tiegħu biex jiġġenera tkabbir ekonomiku jista’ jwassal għal benefiċċji sostanzjali bħall-ħolqien ta’ servizzi ġodda, il-ftuħ ta’ investiment ġdid u ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, żjieda fil-produttività, tnaqqis fl-ispejjeż u żjieda fil-kwalità tal-ħajja (17).

31.

jinnota li f’qasir żmien, l-internet ta’ veloċità għolja (broadband) saret fundamentali għall-ekonomiji moderni. Bidlet il-mod kif ikollna aċċess għall-internet u kif nużawh.

32.

jilqa’ l-fatt li bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar in-netwerks tal-ġejjieni, il-Kummissjoni Ewropea trid twitti t-triq għal possibilment l-ikbar revoluzzjoni li qatt ra l-internet, bl-emerġenza tal-Internet tal-Oġġetti.

L-isfidi li qed tiffaċċja l-politika

33.

jesprimi t-tama li l-għan ġenerali tal-komunikazzjoni futura u l-aġġornament eventwali tal-qafas regolatorju ser ikunu li tiġi promossa l-kompetizzjoni u jirrikonoxxi l-objettiv biex tiġi żgurata d-disponibilità ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni suġġetti għal kompetizzjoni madwar il-Komunità (18).

34.

jaqsam mal-Kummissjoni l-fehma li t-trasferiment ta’ servizzi ta’ kontenut kreattiv għall-ambjent tal-internet huwa bidla ewlenija u jenfasizza li l-kontenut tas-servizzi l-ġodda u tal-media diġitali ġodda għandu jkun ippjanat, mhux biss fuq il-bażi ta’ kriterji ekonomiċi iżda wkoll jiġi żviluppat skont il-ħtiġijiet soċjali u kulturali (19).

35.

iħeġġeġ lill-KtR biex jenfasizza l-importanza li tinżamm d-diversità u l-identità kulturali f’soċjetà Ewropea pluralista fid-dinja diġitali tal-ġejjieni. (20)

36.

jisħaq fuq l-importanza ta’ approċċ ġdid li jipprovdi servizzi elettroniċi pubbliċi ċċentrati fuq iċ-ċittadin, u fuq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma inkarigati mill-iżvilupp ta’ dan l-approċċ. Dan il-kompitu huwa ta’ rilevanza partikolari għar-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi u rurali, kif ukoll għall-komunitajiet tal-gżejjer fejn il-benefiċċji soċjoekonomiċi marbuta mal-iżvilupp tal-ICT huma vitali għall-koeżjoni u joffru l-ikbar valur miżjud (21).

37.

jenfasizza li sabiex tiġi evitata l-marġinliazzazzjoni mis-servizzi pubbliċi, l-amministrazzjonijiet għandhom jieħdu approċċ fuq bosta kanali, fejn jippermettu l-utenti jinteraġixxu permezz ta’ kwalunkwe mezz li huma jippriferu (ħanut fiżiku, sit tal-internet, televiżjoni diġitali, telefonija ċellulari, eċċetra) (22).

38.

jenfasizza r-rwol imsejjes fuq il-Komunità tal-web interattiv (WEB 2.0), li qed iġib miegħu revoluzzjoni fil-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali, waqt li jiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ trasparenza fil-mekkaniżmi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u t-tisħiħ tad-demokrazija parteċipattiva;

39.

isejjaħ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa aktar gwida dwar kif ir-reġjuni u l-bliet għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari għall-aġġornament għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-broadband fejn hemm falliment tas-suq għal servizzi bħal dawn u għall-implimentazzjoni tal-broadband mingħajr fil fir-reġjuni.

40.

jisħaq dwar il-ħtieġa li jitfassal l-Internet tal-Oġġetti tal-ġejjieni, b’mod li jkun jista’ tlaħħaq mar-riskji ġodda għat-tfal u ż-żgħażagħ li jinħolqu mill-konverġenza diġitali kontinwa, iż-żjieda fl-aċċess għall-broadband, u t-tagħmir tal-utent aħħari li kapaċi jirċievi l-internet (23).

41.

isejjaħ biex tingħata importanza speċjali lis-sikurezza tat-tranżazzjonijiet u għall-ġlieda kontra l-kontenut tal-internet illegali u li jagħmel ħsara (24). Is-soċjetà hija partikolarment sensittiva għal kwistjonijiet ta’ ħarsien tal-konsumatur u tal-ħarsien tad-data personali (25).

42.

jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-attenzjoni li tat il-Kummisjsoni Ewropea lit-tisħiħ tal-ħarsien tal-privatezza u tad-data personali tal-individwi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

43.

isejjaħ għal dispożizzjonijiet imsaħħa relatati mas-sikurezza u mekkaniżmi ta’ infurzar mtejba u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-fatt li ċerti miżuri għall-iżgurar tas-sikurezza tan-netwerk u tal-ħarsien tal-konsumatur jesiġu koordinazzjoni u implimentazzjoni fil-livell internazzjonali aktar milli f’dak tal-UE. (26)

44.

jesprimi t-tama li jsiru attivitajiet oħrajn li jkollhom l-għan li jistimulaw u jħeġġu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex jiġi ttrattat il-kontenut illegali u l-kontenut li jagħmel ħsara fuq l-internet, u li jippromovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika bejn għadd kbir ta’ partijiet interessati fil-livell lokali, reġjonali, Ewropej u internazzjonali (27).

45.

jirrikonoxxi l-ħtiġijiet tas-settur edukattiv fir-rigward ta’ servizzi funzjonali tal-broadband u għall-ħolqien ta’ materjali għat-tagħlim dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni u ħiliet fil-mezzi tax-xandir li jkopru ambjenti online li huma sikuri. Jenfasizza wkoll li l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu mmirati biss lejn il-ħarsien tat-tfal iżda wkoll lejn it-tagħlim ta’ ħila kompetenti u attiva tal-użu sikur tal-internet (l-għoti tas-setgħa). (28)

46.

jirrakkomanda li jiġu kkoordinati l-attivitajiet investigattivi fl-oqsma rilevanti ġewwa u barra l-UE u li jiġi żviluppat għarfien dwar il-modi ta’ kif in-nies jużaw it-teknoloġiji online, ir-riskji assoċjati u l-effetti possibbli ta’ ħsara li jista’ jkollu fuqhom l-użu tat-teknoloġiji online, inklużi kwistjonijiet tekniċi, psikoloġiċi u soċjali (29).

47.

jesprimi l-fehma li s-suċċess tal-politika regolatorja dwar it-telekomunikazzjonijiet ma jistax jiġi evalwat b’mod preċiż fil-livell nazzjonali, peress li d-differenzi fit-telekomunikazzjonijiiet u fil-provvediment ta’ servizzi ma jeżistux biss bejn ir-reġjuni tal-UE iżda wkoll fir-reġjuni nnifishom: pereżempju bi bliet b’popolazzjoni kbira u żoni rurali f’kull reġjun li huma differenti b’mod sostanzjali mill-medja nazzjonali. (30)

48.

isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tissorvelja aħjar id-disponibilità u l-kwalità tas-servizzi f’livell ġeografiku iktar baxx milli sar s’issa, sabiex tingħata iktar attenzjoni lid-differenzi bejn is-swieq reġjonali u bil-għan li tiġi żgurata l-inklusività (31).

Azzjonijiet speċifiċi

49.

jenfasizza li l-kompetizzjoni ħielsa fil-qasam tat-telekomunikazzjoni ma twassalx għal aċċess u servizzi ugwali għar-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha. Id-dispożizzjonijiet dwar servizz universali għandhom ikunu riveduti b’mod kostanti u proattiv sabiex jiggarantixxu aċċess li huwa verament universali għas-soċjetà tal-informazzjoni (32).

50.

jipproponi l-inklużjoni ta’ servizzi broadband fi ħdan l-ambitu tad-direttiva attwali tas-servizzi universali u jesiġi li r-regolaturi nazzjonali jistipulaw b’mod trasparenti l-firxa ta’ miżuri, jqisu l-mod kif qed jevolvu t-teknoloġiji u l-veloċitajiet, jinnotaw fid-dettall ir-riżorsi u fl-aħħar mill-aħħar sanzjonijiet li ser jużaw biex jgħinu jimplimentaw Internet funzjonali u miftuħ f’dan l-Istat Membru. Il-KtR ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm quddiemha li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-konsumaturi aħħarija fir-reġjuni kkonċernati m’għandhomx jiġu penalizzati finanzjarjament jew jiffaċċjaw dewmien mill-operaturi li qed jkunu qed jistennew biex jaraw x’se joħroġmill- arranġamenti l-ġodda għal servizzi universali f’dak l-Istat Membru (33).

51.

jipproponi li għandha tiġi stabbilita lista ta’ kriterji definiti b’mod ċar (densità tal-popolazzjoni, it-tip ta' terren, il-prestazzjoni tan-netwerk, l-orografija) biex tidentifika r-reġjuni prijoritarji fejn is-suq ikun falla.

52.

jaħseb li fil-ġejjieni l-livell meħtieġ ta’ servizz universali m’għandux ikun baxx wisq biex jilħaq il-ħtiġijiet eżistenti u futuri tal-utenti attwali. Għandu jirriferi għal konnessjoni funzjonali tal-internet iktar rapida li tippermetti għal avvanzi rapidi tat-teknoloġija fil-ġejjieni. L-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġuti jistipulaw rekwiżiti iktar stretti għal servizz universali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva attwali. (34)

53.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu identifikati u kkunsidrati mudelli differenti għall-provvediment ta’ broadband lid-djar permezz tal-użu ta’ netwerks b’aċċess miftuħ miċ-ċentrali tat-telekomunikazzjoni.

54.

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi, partikolarment fil-livell muniċipali, biex jinvestu fin-netwerks il-ġodda u li jnaqqsu l-ispejjeż tal-inġinerija ċivili billi jiffaċilitaw l-aċċess għat-tubi tagħhom jew billi jikkoordinaw dawn l-aġġornamenti max-xogħol fit-toroq jew fuq utilitajiet oħra, bħal tal-elettriku jew tad-drenaġġ.

55.

jesiġi l-aċċess għal infrastrutturi, permezz tal-awtoritajiet pubbliċi u l-utilitajiet, billi jiġu pprovduti tubi suffiċjenti b’aċċess miftuħ f’siti mhux mibnija u billi jittraċċa l-infrastruttura li diġà teżisti jew billi l-pjanijiet tal-ħidmiet ċivili jkunu pubbliċi u jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz u s-sidien tal-bini meta qed jitqiegħdu l-kejbils f’binjiet ġodda.

56.

jirrakkomanda li jiġu identifikati modi ġodda u flessibbli li huma effettivi għal interventi, kemm permezz ta’ politiki li jipprovdu appoġġ ekonomiku lil skemi tal-infrastruttura mfassla fil-livell lokali jew reġjonali u kkoordinati fil-livelli nazzjonali u tal-UE, kif ukoll permezz ta’ linji gwida dwar il-mod kif jiġu indirizzati fallimenti tas-suq, li huma komuni fiż-żoni msemmija qabel, skont il-prinċipji tal-UE tal-kompetizzjoni ħielsa. (35)

57.

jirrakkomanda iktar l-inkoraġġiment u l-iskambju tal-aħjar prattika (36) ta’ inizjattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jagħmlu użu ottimali tal-Fondi Strutturali, il-Fond tal-Iżvilupp Rurali u l-Għajnuna mill-Istat fil-provvista u l-użu tal-broadband. F’diversi okkażjonijiet il-KtR wera l-ħtieġa għal dan l-approċċ u l-benefiċċji tiegħu.

58.

jitlob lill-Kummissjoni tuża l-indikaturi fir-rigward tat-tixrid u l-użu tal-ICT fir-reġjuni, ħalli b’hekk ikun hemm sors kontinwu ta’ konklużjonijiet li jkunu utli u neċessarji għall-adozzjoni ta’ miżuri li jwasslu għal konverġenza soċjoekonomika u teknoloġika bejn ir-reġjuni (37).

59.

isejjaħ għal proposti sodi għall-promozzjoni tal-interessi tal-utenti u tal-konsumaturi jekk iseħħ l-aġġornament tad-Direttiva tas-Servizz Universali. (38)

60.

Isejjaħ lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-involviment tal-pubbliku bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni u s-servizzi amministrattivi billi tiġi stabbilita faċilità online permanenti fejn utenti jkunu jistgħu jibagħtu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom. (39)

Brussell, 13 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  CdR 520/99 fin

(2)  CdR 5/2008 fin

(3)  CdR 520/1999 fin

(4)  CdR 5/2008 fin

(5)  CdR 5/2008 fin, CdR 272/2006 fin,

(6)  CdR 252/2005 fin

(7)  CdR 5/2008 fin

(8)  CdR 272/2006 fin

(9)  CdR 5/2008 fin

(10)  CdR 5/2008 fin

(11)  CdR 272/2006 fin

(12)  CdR 4/2008 fin

(13)  Ir-rwol ewlieni li jaqdi l-aċċess għal servizzi tal-broadband f’numru ta’ setturi oħrajn tal-ekonomija u tal-amministrazzjoni pubblika ġie enfasizzat f’opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat tar-Reġjuni; ara: Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Frar 2007 dwar “Innaqqsu l-inugwaljanzi fir-rigward tal-broadband” u “Pjan ta’ azzjoni i2010 għall-gvern elettroniku”, ĠU C 146, 30 ta’ Ġunju 2007, pġ. 63-68, punti 1.3 sa 1.5; Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ April 2000 (nota fil-qiegħ nru 1), punt 2.3.

(14)  CdR 272/2006 fin

(15)  CdR 5/2008 fin

(16)  CdR 272/2006 fin

(17)  CdR 272/2007 fin

(18)  CdR 274/2000 fin

(19)  CdR 252/2005 fin

(20)  CdR 94/2008 fin

(21)  CdR 5/2008 fin

(22)  CdR 272/2006 fin

(23)  IDATE, Mejju 2006: ara l-appendiċi.

(24)  CdR 252/2005 fin

(25)  CdR 252/2005 fin

(26)  CdR 4/2008 fin

(27)  CdR 174/2008 fin

(28)  CdR 174/2008 fin

(29)  CdR 174/2008 fin

(30)  CdR 52/2001 fin

(31)  CdR 274/2000 fin

(32)  CdR 520/99 fin

(33)  CdR 272/2006 fin

(34)  CdR 274/2000 fin

(35)  CdR 272/2006 fin

(36)  http://www.broadband-europe.eu

(37)  CdR 5/2008 fin

(38)  CdR 274/2000 fin

(39)  CdR 272/2006 fin


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Reġjuni

78 sessjoni plenarja tal-KTR it-12 u t-13 ta' Frar 2008

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/47


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar trasport aktar ekoloġiku

2009/C 120/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-fatt li, għall-ewwel darba, fi proposta għal Direttiva ġdida qed jitqies il-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, u li din il-proposta għal emenda tad-Direttiva dwar il-ħlas għall-użu tat-toroq hija bbażata fuq diversi studji li analizzaw il-kwistjoni fil-fond;

ifakkar li skont il-White Paper tat-trasport, l-għanijiet tal-politika Ewropea tat-trasport huma: it-twaqqif ta’ bilanċ ġdid bejn id-diversi mezzi ta’ trasport, sistema ta’ tassazzjoni imsejsa fuq prinċipji komuni u indipendenti mill-mezz ta’ trasport ikkonċernat għal allokazzjoni imtejba tal-ispejjeż tat-trasport, kundizzjonijiet ugwali għall-mezzi ta’ trasport differenti, l-internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż soċjali u ambjentali, il-fatt li l-ħlas għall-użu tal-infrastruttura jinkludi l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni li huma marbuta mal-inċidenti, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju ferrovjarju u l-konġestjoni, u l-fatt li dawn il-prinċipji japplikaw għal kull mezz ta’ trasport u għal kull kategorija ta’ utenti;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed mill-aktar għanijiet importanti tal-politika Ewropea tat-trasport huwa li l-ferroviji jieħdu post it-trasport bit-triq fil-qasam tat-trasport transkonfinali tal-merkanzija, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport transkonfinali tal-merkanzija tqila. L-UE għandha tiżgura li dan l-għan jitwettaq permezz ta’ miżuri adattati u fid-dawl tal-kapaċità disponibbli biex dan ikun jista’ jseħħ;

jinsab konvint li l-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni tar-rotot tat-TEN ma tistax titħalla f’idejn l-Istati Membri. Minflok għandu jkun hemm sistema trasparenti bbażata fuq kriterji adegwati, u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jallokaw l-ispejjeż esterni tagħhom u jużaw id-dħul iġġenerat għal għan partikolari.

Rapporteur

:

Is-Sur Herwig van Staa (AT/PPE), President tal-Parlament tal-Land ta’ Tirol

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Trasport aktar ekoloġiku”

COM(2008) 433 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni”

COM(2008) 435 finali

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

COM(2008) 436 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju maħsuba għall-flotta eżistenti”

COM(2008) 432 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

ifakkar li fil-White Paper tagħha “Il-politika Ewropea tat-trasport sal-2010: pjan ta’ rotta għall-ġejjieni” tat-12 ta’ Settembru 2001, COM(2001)370, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-għan li stipula l-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg, li l-prezzijiet jibdew jirriflettu r-realtà u ssejjaħ għall-internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż soċjali u ambjentali permezz ta’ politika tat-trasport sostenibbli;

2.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tisħaq fuq il-bżonn ta’ miżuri li permezz tagħhom tispiċċa r-rabta bejn iż-żieda fit-traffiku u ż-żieda fil-PGD billi jitnaqqas it-traffiku mit-toroq filwaqt li jiżdiedu t-trasport ferrovjarju, it-trasport pubbliku tal-passiġġieri u t-trasport bil-baħar. Il-Kummissjoni żżid tgħid li t-tassazzjoni għandha tkun imsejsa fuq prinċipji komuni u indipendenti mill-mezz ta’ trasport ikkonċernat sabiex id-distribuzzjoni tal-ispejjeż bejn il-mezzi ta’ trasport tkun ibbilanċjata u permezz t’hekk jitwaqqfu kundizzjonijiet ugwali għall-mezzi ta’ trasport differenti. Hija tagħmilha ċara li l-ħlas għall-użu tal-infrastruttura għandu jinkludi l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni li huma marbuta mal-inċidenti, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju u l-konġestjoni tat-traffiku;

3.

jiddispjaċih li r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-trasport (Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2006, COM(2006) 314) ftit li xejn tippreżenta inizjattivi ġodda sabiex titwaqqaf sistema ta’ prezzijiet tat-trasport li tirrifletti r-realtà. L-uniku strument ġdid jinsab fil-kapitolu “L-iċċarġjar intelliġenti”, li jipproponi skemi ta’ ħlas għall-użu tat-toroq biex jiġu ffinanzjati l-infrastruttura u t-titjib tat-trasport. Dan il-ħlas għandu jirrifletti l-impatt ambjentali jew ir-riskji tal-konġestjoni, b’mod partikolari fil-bliet u fiż-żoni sensittivi mil-lat ambjentali, fejn jistgħu jintużaw forom oħra tal-allokazzjoni tal-kapaċità bħall-iskambji kummerċjali tad-drittijiet ta’ tranżitu;

4.

jinnota li bil-pakkett dwar trasport aktar ekoloġiku (Greening Transport Package), li jinkludi wkoll il-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-sistema ta’ ħlas fit-toroq, il-Kummissjoni qed taqdi dmirha, hekk kif stipulat f’Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/38/KE, li tippreżenta mudell applikabbli b’mod ġenerali u trasparenti għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha sabiex fil-ġejjieni jservi bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ħlasijiet għall-infrastruttura. Dan il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn stima tal-impatt tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għal kull mezz tat-trasport, u minn strateġija ta’ implimentazzjoni gradwali tal-mudell għal kull mezz ta’ trasport;

5.

ifakkar li l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport hija pass importanti, però għandha tkun akkumpanjata minn miżuri oħra maħsuba biex jagħmlu l-offerta tat-trasport aktar attraenti kemm għan-negozji kif ukoll għall-utenti privati, li għandu jkollhom aċċess għal biżżejjed infrastrutturi biex jintlaqgħu l-bżonnijiet tagħhom. F’dan il-kuntest hemm bżonn li jsir progress fil-pakkett ta’ miżuri bil-għan li jinħolqu netwerks ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija – hawnhekk għandha tingħata prijorità l-ewwel u qabel kollox lin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, li jiġu żviluppati bl-aħjar mod possibbli s-sistemi ta’ skambju ferrovjarju, u li jinstabu soluzzjonijiet minnufih għall-problemi li jinqalgħu mid-differenzi bejn il-gauges;

Id-Direttiva dwar il-ħlas għall-użu tat-toroq

6.

jilqa’ l-fatt li, għall-ewwel darba, fi proposta għal Direttiva ġdida qed jitqies il-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, u li din il-proposta għal emenda tad-Direttiva dwar il-ħlas għall-użu tat-toroq, hija bbażata fuq diversi studji li analizzaw il-kwistjoni fil-fond;

7.

jilqa’ wkoll il-fatt li b’konformità ma’ Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/38/KE, il-Kummissjoni Ewropea ffinanzjat studju dwar l-aħjar prassi għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni u li fl-2007 ppreżentat ktejjeb dwar il-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni fis-settur tat-trasport (Handbook on estimation of external cost in the transport sector, 2007);

8.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed mill-aktar għanijiet importanti tal-politika Ewropea tat-trasport huwa li l-ferroviji jieħdu post it-trasport bit-triq fil-qasam tat-trasport transkonfinali tal-merkanzija, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport transkonfinali tal-merkanzija tqila. L-UE għandha tiżgura li dan l-għan jitwettaq permezz ta’ miżuri adattati u fid-dawl tal-kapaċità disponibbli biex dan ikun jista’ jseħħ, u għandha taħdem biex tiżgura li jintużaw l-infrastrutturi meħtieġa, speċjalment fil-kuntest tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport;

9.

ifakkar li skont il-White Paper tat-trasport, l-għanijiet tal-politika Ewropea tat-trasport huma: it-twaqqif ta’ bilanċ ġdid bejn id-diversi mezzi ta’ trasport, sistema ta’ tassazzjoni imsejsa fuq prinċipji komuni u indipendenti mill-mezz ta’ trasport ikkonċernat għal allokazzjoni imtejba tal-ispejjeż tat-trasport, kundizzjonijiet ugwali għall-mezzi ta’ trasport differenti, l-internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż soċjali u ambjentali, li l-ħlas għall-użu tal-infrastruttura jinkludi l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni li huma marbuta mal-inċidenti, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju ferrovjarju u l-konġestjoni, u li dawn il-prinċipji japplikaw għal kull mezz ta’ trasport u għal kull kategorija ta’ utenti;

10.

jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni ma inkludietx l-ispejjeż tal-inċidenti fl-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq u josserva li dawn l-ispejjeż huma esklużi fuq il-bażi tal-fatt li jeżistu l-poloz tal-assigurazzjoni tal-kumpaniji. Fil-fehma tal-KtR, ħafna drabi, il-poloz tal-assigurazzjoni mhumiex inċentiv biżżejjed biex jiżguraw sewqan għaqli. Lanqas ma jqisu l-ispejjeż soċjali li jista’ jkollu inċident tat-traffiku. Għalhekk ikun xieraq li l-UE toħloq qafas biex tevalwa u tikkalkula l-ispejjeż esterni tal-inċidenti. B’hekk kull Stat Membru jkun jista’ jiddeċiedi jekk l-ispejjeż esterni tal-inċidenti għandhomx jiġu internalizzati skont il-poloz tal-assigurazzjoni jew b’mod ieħor;

11.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea temmen fil-bżonn ta’ bidla fl-attitudni soċjali lejn it-trasport u fil-promozzjoni tal-użu mifrux tal-mezzi tat-trasport pubbliku miċ-ċittadini għax din l-attitudni hija marbuta mal-għanijiet tal-UE fil-qasam tal-ambjent u l-klima. Hija temmen ukoll li l-miżuri tal-UE favur il-mobilità sostenibbli m’għandhomx jitqiesu biss fid-dawl ta’ Artikolu 71 tat-TKE iżda wkoll fid-dawl ta’ Artikoli 6, 174 ff u 176 tat-TKE għaliex wieħed mill-għanijiet ċentrali tal-politika komuni tat-trasport huwa li t-trasport isir aktar ekoloġiku u effiċjenti;

12.

jinsab imħasseb dwar jekk din il-proposta hix adattata biex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika Ewropea tat-trasport għax ma tiġbor fiha l-ebda proposta għall-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni li kienet proposta fid-Direttiva 2006/38/KE. Barra minn hekk, skont il-proposta tal-Kummissjoni hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar jekk hux ser jgħollu n-nollijiet tat-TEN-T u kif. Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll il-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi Skandinavi fir-rigward tat-taxxa fuq it-trasport tal-merkanzija;

13.

jinnota li fost l-għanijiet tal-qafas leġiżlattiv f’dan il-qasam insibu l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ħlas li hija waħda mill-mezzi ta’ kif jistgħu jitneħħew l-ostakli għall-kompetizzjoni, u li diġà kienet teżisti dispożizzjoni għal trasport aktar ekoloġiku fil-forma ta’ sistemi ta’ ħlas ibbażati fuq il-kategorija tal-vettura;

14.

madankollu jittama li l-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi risposta aktar effiċjenti għall-problemi li qed joħolqu d-differenzi kbar li jeżistu bejn l-ispejjeż u t-taxxi, bħan-nuqqas ta’ bilanċ fl-użu ta’ mezzi ta’ trasport differenti u l-piż żejjed fuq ċerti infrastrutturi, b’mod speċjali fid-dawl tal-fatt li l-qafas leġiżlattiv attwali għas-sistemi ta’ ħlas għall-użu tat-toroq, ma rnexxilux isolvi dan in-nuqqas ta’ bilanċ;

15.

jinnota li l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tarmonizza t-taxxi fuq il-karburanti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għadhom ma wasslu għall-ebda tibdil u li għalhekk għad hemm differenzi kbar bejn il-prezz tal-karburanti fl-Ewropa. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tagħmel sforz biex tnaqqas id-differenzi kbar fit-tassazzjoni fuq il-karburanti. Sakemm it-taxxi fuq il-karburanti jiġu armonizzati b’mod komprensiv, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinternalizzaw l-ispejjeż esterni tal-effetti tal-bidla fil-klima;

16.

iħeġġeġ tnaqqis gradwali u fuq perijodu fit-tul tad-differenzi l-kbar fis-sistema tat-taxxa fil-qasam tat-trasport (pereżempju t-taxxi fuq il-vetturi, it-taxxa fuq iż-żejt, eċċ.) u użu aktar trasparenti tad-dħul mit-taxxi;

17.

jiddispjaċih li għadhom jeżistu d-differenzi bejn l-ispejjeż tal-infrastruttura fil-qasam tat-trasport transkonfinali tal-merkanzija, u li xi pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, bħall-Iżvizzera, sejrin aħjar mill-Istati Membri f’dan il-qasam; jenfasizza l-fatt li minkejja t-tibdil u t-titjib li sar dan l-aħħar fis-sistemi tal-ħlas għall-użu tat-toroq ftit li xejn sar progress, li għad hemm differenzi kbar bejn in-nollijiet miġbura fuq rotot komparabbli, u li dawn id-differenzi fl-ispejjeż qed iwasslu għal bdil fir-rotot u b’hekk jostakolaw il-kompetizzjoni; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni toħloq il-miżuri neċessarji u tappoġġja lill-Istati Membri sabiex meta jsir bdil fir-rotot tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jiġu kkunsidrati l-impatt ta’ dan il-bdil fuq l-ambjent, is-sigurtà tat-trasport u l-kundizzjonijiet tat-toroq;

18.

huwa konxju li l-punt tat-tluq tal-proposti kollha tal-Kummissjoni Ewropa fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport huwa l-assigurazzjoni tal-erba’ libertajiet fundamentali, b’mod partikolari il-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi, u li l-politika Ewropea tat-trasport għandha fuq kollox tiżgura li t-trasport jaħdem tajjeb, mingħajr problemi tekniċi u bi spejjeż baxxi;

19.

madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li b’mod speċjali fir-reġjuni sensittivi li huma milquta sew minn spejjeż esterni tat-trasport, l-impatt ta’ ammont kbir ta’ traffiku fuq is-saħħa tal-poplu u fuq l-ambjent huwa serju ħafna. Il-moviment liberu tal-merkanzija għalhekk għandu impatt negattiv sinifikanti fuq ir-reġjuni sensittivi; jirrimarka li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandu jiġi kkunsidrat il-ħarsien tal-ambjent. Hija tgħid ukoll li l-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa pubblika huma sfida għall-politika Ewropea tat-trasport tant li l-għan prinċipali li tinħoloq sistema tat-trasport moderna issa għandu jqis mhux biss il-fatturi ekonomiċi u soċjali iżda wkoll dawk ambjentali sabiex titwaqqaf sistema sostenibbli fuq perijodu fit-tul;

20.

jisħaq li s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej hija prezzjuża u li l-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija mingħajr l-ebda limiti m’għandux jikkomprometti d-drittijiet fundamentali tas-saħħa u ta’ ambjent nadif. Fl-istess waqt, dawn id-drittijiet għandhom jikkonformaw mar-rispett tal-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti permezz tal-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa. F’dan il-kuntest, il-miżuri edukattivi u informattivi dwar is-sigurtà tat-traffiku tat-triq fl-iskejjel u fil-mezzi tax-xandir pubbliċi ser jaqdu rwol essenzjali;

21.

jemmen li, filwaqt li fil-qafas tad-Direttiva 1999/62/KE, in-nollijiet li jitħallsu għall-użu tat-triq jiġu kkalkulati fuq l-ispiża tal-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk ikkonċernat, din il-proposta ma toffri l-ebda soluzzjoni għall-problema fundamentali tad-differenzi kbar li jeżistu bejn it-taxxi fis-settur tat-trasport billi ma tobbligax lill-Istati Membri li jiġbru t-taxxi tal-użu tat-triq fuq in-netwerk TEN: ir-rati massimi ġew stabbiliti iżda r-rati minimi ma ġewx, barra minn hekk, l-Istati Membri stess jiddeċiedu kif ser jużaw il-qligħ iġġenerat minn dan id-dħul u ma jeżisti l-ebda għan komuni li lejh ser imur il-qligħ;

22.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li d-dħul mill-internalizzazzjoni jitwarrab għat-tnaqqis tal-impatt negattiv tat-trasport fuq in-netwerk TEN. L-ispejjeż tal-konġestjoni għandhom jitqiesu jekk ikun hemm pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi kif għandhom jissolvew il-problemi ta’ konġestjoni, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jintuża dejjem l-istess mezz ta’ trasport;

23.

fid-dawl tad-dibattitu kontroversjali dwar il-proposta tal-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ ċertezza attwali fis-swieq finanzjarji u l-biża’ minn riċessjoni, il-Kumitiat jiddubita kemm l-Istati Membri kollha ser japplikaw is-sistema għall-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni;

24.

jinsab konvint li l-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni tar-rotot tat-TEN ma tistax titħalla f’idejn l-Istati Membri. Minflok għandu jkun hemm sistema trasparenti bbażata fuq kriterji adegwati, u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jallokaw l-ispejjeż esterni tagħhom u jużaw id-dħul iġġenerat għal għan partikolari;

25.

josserva li f’ħafna Stati Membri r-reġjuni u l-muniċipalitajiet huma responsabbli għal parti kbira min-netwerk tat-toroq. L-introduzzjoni ta’ taxxi tal-użu ta’ żona waħda jew parti minn triq tista’ twassal għal distribuzzjoni mill-ġdid u xejn mixtieqa tat-traffiku. Għalhekk huwa importanti li d-Direttiva tispeċifika li dawk kollha li huma responsabbli mill-ġestjoni tat-toroq fil-livell lokali u reġjonali jkollhom sehem fil-mod ta’ kif titfassal is-sistema tat-taxxi għall-użu tat-toroq u kif ser jintuża d-dħul li ġej minnhom;

26.

jitlob għall-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha (fl-oqsma tas-saħħa, il-ħarsien tal-klima, l-ambjent b’mod ġenerali, l-ispejjeż relatati ma’ inċidenti, l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż tal-produzzjoni, tal-manutenzjoni u r-rimi tal-vetturi, l-impatt fuq il-persuni mexjin u ċ-ċiklisti, l-użu tal-art) u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-proposta tagħha u żżid fiha pjan ibbażat fuq diversi livelli għall-implimentazzjoni tal-ispejjeż esterni;

27.

jiddispjaċih li skont din il-proposta, l-għan tal-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni huwa li jipprovdu soluzzjoni speċifika għall-problemi gravi fil-bliet il-kbar, filwaqt li m’hemmx allokazzjoni tal-ispejjeż esterni li ġejjin minn toroq interurbani, tant li n-nuqqas ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni fuq ir-rotta sħiħa ser ifisser li t-trasport tal-merkanzija mhux ser jibda jaqa’ fuq it-trasport ferrovjarju u li l-bidliet li ser isiru favur it-trasport li jħares l-ambjent ser ikunu marġinali;

28.

fid-dawl tal-eżiġenzi ekonomiċi (just in time delivery) jiddubita kemm it-taxxi tal-konġestjoni tat-traffiku, għolja kemm ikunu għolja, ser ikollhom l-impatt mistenni;

29.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għanijiet ambizzjużi tal-Kumissjoni Ewropea (prezzijiet li jirriflettu r-realtà, kundizzjonijiet ugwali għall-mezzi ta’ trasport differenti) jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ applikazzjoni mifruxa tas-sistema;

30.

għalhekk jitlob li din is-sistema tingħata spinta ’l quddiem u tiġi appoġġjata sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn minħabba l-klima ekonomika l-implimentazzjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż tibda tapplika biss fiż-żoni urbani b’ħafna nies (jiġifieri għall-konġestjoni u t-tniġġis tal-arja);

31.

jiddispjaċih li l-finanzjament transversali ma jistax jintrabat mal-allokazzjoni tal-ispejjeż esterni għax il-finanzjament transversali huwa strument finanzjajru filwaqt li l-ispejjeż esterni, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra;

32.

jiddispjaċih li l-proposta ma tinkludix kunsiderazzjoni globali tal-ispejjeż esterni kollha fuq in-netwerk sħiħ – din il-kunsiderazzjoni hija importanti immens sabiex għall-ġarr tal-merkanzija jibdew jintużaw mezzi ta’ trasport li jirrispettaw l-ambjent, bil-għan li t-trasport tal-merkanzija jibda jseħħ aktar permezz tat-trasport ferrovjarju permezz ta’ żieda fil-ħlas għall-użu tal-art;

33.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li b’riżultat tan-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fis-sistemi tat-tassazzjoni u b’mod partikolari minħabba li ma jeżistix l-obbligu ta’ ħlas minimu għall-użu tat-triq, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, in-nuqqas ta’ ugwaljanza bejn in-nollijiet għall-użu ta’ rotot ta’ tranżitu differenti qed tkompli tiżdied;

34.

jenfasizza li fl-interess tas-sigurtà tat-traffiku tat-triq għandu jiġi evitat l-użu sproporzjonat ta’ rotot ta’ tranżitu partikolari u għandhom isiru sforzi biex jittejbu ċerti rotot u jinħolqu rotot ferrovjarji u fuq il-baħar alternattivi u ekoloġiċi; hemm bżonn li nkomplu nippromovu r-rotot tal-baħar li jeżistu u li nappoġġjaw il-ftuħ ta’ rotot bħal dawn ġodda għax dan jista’ jnaqqas l-intensità tat-trasport tal-merkanzija bit-triq;

35.

jemmen li din il-proposta hija l-ewwel pass biex tiġi evitata l-konġestjoni fl-infrastruttura tat-toroq u biex tiżgura li l-mezzi ta’ trasport li jirrispettaw l-ambjent jingħataw sehem akbar fis-suq;

36.

jinnota li d-Direttiva riveduta tapplika biss għall-vetturi ta’ merkanzija itqal minn 12-il tunnellata. Huwa jemmen li m’hemm l-ebda raġuni għala d-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-vetturi li jġorru l-merkanzija tqila kollha sa mid-dħul fis-seħħ tagħha;

37.

jenfasizza li minħabba ż-żieda sproporzjonata fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, u fid-dawl tal-limiti imposti mill-istandards ambjentali tal-Ewropa, l-industrija u l-impriżi ftit li xejn għandhom ċans ikomplu jiżviluppaw. Għaldaqsant il-poplu qed jiffaċċja kemm riskji għal saħħtu kif ukoll tnaqqis fl-opportunitajiet ekonomiċi li għandu;

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bdil fir-rotot huwa ostaklu inaċċettabli għal uħud mir-rotot ta’ tranżitu, u l-kundizzjonijiet xejn ugwali fejn jidħol ħlas ifixklu l-kompetizzjoni fil-Komunità;

39.

għaldaqstant, jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jintroduċu l-miżuri leġiżlattivi possibbli kollha biex jiżguraw sistemi ta’ ħlas għall-użu tat-toroq ugwali fid-diversi rotot ta’ tranżitu u b’hekk jeqirdu l-bdil tar-rotot għal dejjem, filwaqt li jikkunsidraw l-analiżi tal-istat u l-kapaċità ta’ rotot differenti, il-ħtiġijiet tas-suq u l-iżvilupp fiż-żoni kkonċernati;

40.

bħala sors ta’ informazzjoni, jirreferi għat-tabelli dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Alpi li jinsabu fl-Anness; dawn it-tabelli juru d-diskrepanza bejn is-sistemi differenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq fir-rotot prinċipali fi Franza, l-Iżvizzera u l-Awstrija;

Tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju

41.

jaqbel mal-Kummissjoni li jridu jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-istorbju mill-ferroviji tal-merkanzija u jilqa’ l-miżuri li qed tipproponi l-Kummissjoni. It-tagħmir tal-vaguni tal-merkanzija bi brejkijiet bi storbju baxx jista’ jkun soluzzjoni effettiva u relattivament irħisa. Il-Kumitat jemmen li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mal-istorbju ferrovjarju (TSI tal-istorbju) għandhom jinkludu wkoll limiti fuq l-istorbju għall-vetturi ferrovjarji li jeżistu u għandu jiġi stabbilit ukoll limitu ta’ żmien għat-tagħmir mill-ġdid tal-vetturi. Huwa jitlob lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibbiltà li tidentifika u twaqqaf limitu fuq l-elementi li jistgħu jirriżultaw meta jibbrejkjaw il-ferroviji u li jistgħu jkunu perikolużi, sabiex ma ssirx ħsara permanenti fuq il-binarji ferrovjarji. Huwa jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra metodi operattivi moderni u miżuri li jżidu l-kapaċità tal-infrastruttura sabiex il-ferroviji jkollhom inqas bżonn li jibbrejkjaw. Dan jista’ jżid l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tat-trasport ferrovjarju u jnaqqas l-istorbju u l-ħsara fuq il-binarji.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/52


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ajru Uniku Ewropew II

2009/C 120/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Jenfasizza l-fatt li t-trasport bl-ajru huwa ta’ importanza kbira għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, għall-kompetittività u l-benessri kemm fir-reġjuni kif ukoll fl-Ewropa kollha kemm hi.

Jemmen li huwa importanti li jitqies il-kuntest operazzjonali nazzjonali u/jew reġjonali fit-twaqqif ta’ objettivi ta’ prestazzjoni madwar l-Ewropa peress li mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti l-istess miri kemm għal ajruporti bi traffiku qawwi kif ukoll għal dawk b’inqas traffiku. Huwa importanti li jinżamm is-Servizz tal-Informazzjoni dwar it-Titjiriet tal-Ajrudromi (AFIS), minflok li l-ajruporti jkollhom jużaw l-ATC, peress li dan ikun ta’ spiża ikbar għall-ajruporti ż-żgħar. L-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex iqisu dawn l-aspetti.

Jitlob biex tiġi kkjarifikata l-proposta sabiex it-tariffi tat-traffiku tal-ajru jiġu użati għall-iffinanzjar ta’ proġetti komuni, fir-rigward tal-użu possibbli ta’ finanzjament ieħor u kif il-korp nazzjonali jew reġjonali li qed jibbenefika minn proġett bħal dan ser jipparteċipa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Jirrakkomanda li l-kompetenzi mogħtija lill-EASE jkunu limitati għal ajrudromi li jservu t-traffiku professjonali mmexxi mir-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti, dan billi tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Jemmen li huwa importanti li regoli ta’ implimentazzjoni għall-ajrudromi jitfasslu b’relazzjoni mal-livell ta’ kumplessità tal-ajrudomu partikulari u l-kwalità tal-operazzjonijiet u ċ-ċifri tat-traffiku tiegħu, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-ajrudromi bi ftit traffiku u l-ammont ta’ persunal li jaħdmu fihom.

Rapporteur

:

Is-Sinjura Lea Saukkonen (FI/PPE) Viċi membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Ħelsinki

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni

COM(2008) 388 finali – 2008/0127 (COD)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Ajru Uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar

COM(2008) 389 finali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/23/KE

COM(2008) 390 finali – 2008/0128 (COD)

I   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Daħla

1

jenfasizza l-fatt li t-trasport bl-ajru huwa ta’ importanza kbira għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, għall-kompetittività u l-benessri kemm fir-reġjuni kif ukoll fl-Ewropa kollha kemm hi. It-trasport fl-ajru jiżgura konnessjonijiet rapidi u flessibbli bejn ir-reġjuni tal-Ewropa u mal-bqija tad-dinja;

2

huwa konvint li titjib fil-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni Ewropea mhux biss iġib miegħu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti iżda wkoll jassigura ċaqliq iktar flessibbli u sigur, waqt li jiġu kkunsidrati aħjar il-kwistjonijiet dwar il-ħarsien ambjentali u l-isfidi tal-bidla fil-klima;

3

jenfasizza li jeħtieġ li jiġu żviluppati u mtejba l-kapaċità u l-opportunitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali biex jaħdmu flimkien bħala unità waħda magħquda li taħdem bla xkiel fl-istess blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FAB), waqt li fl-istess ħin jikkonformaw mar-regoli miftiehma mal-UE;

4

itenni l-fehma tiegħu li ajruporti reġjonali għandhom jitqiesu bħala assi partikularment importanti għall-iżvilupp tal-ekonomiji reġjonali u lokali u li l-importanza soċjali u ekonomika tat-trasport fl-ajru ser tikber bit-tkabbir tal-Unjoni (1);

5

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li hemm differenzi kbar bejn l-ajruporti Ewropej. Jeżistu differenzi kbar rigward ir-rekwiżiti kemm għall-ġestjoni tat-traffiku kif ukoll is-sikurezza meta ajruporti fi bliet Ewropej jitqabblu ma’ dawk f’żoni fil-periferiji jew reġjuni gżejjer b’popolazzjoni żgħira ħafna;

Kummenti Ġenerali

6

jinnota li l-proposta biex jiġi emendat il-qafas leġiżlattiv tal-Ajru Uniku Ewropew hija parti minn pakkett usa’ li jinkludi wkoll l-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) biex tkopri l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-ajrudromi;

7

jirrimarka li l-pakkett ta’ Regolamenti għandu l-għan li jsaħħaħ it-trasport fl-ajru b’tali mod li l-konfini jew il-limitazzjonijiet nazzjonali ma jkunux jistgħu jwaqqfu użu l-iktar effettiv tal-ispazju tal-ajru jew attivitajiet oħrajn;

8

jinnota li l-proposta hija msejsa fuq rapport mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-qafas regolatorju tal-avjazzjoni Ewropea u r-rapport tal-Kummissjoni tal-Eurocontrol dwar l-Analiżi tal-Prestazzjoni intitolat “L-Evalwazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Blokk ta’ Spazju tal-Ajru Funzjonali u l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-prestazzjoni”;

9

jinnota li l-proposta għandha bħala bażi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-prestazzjoni tas-sistema Ewropea attwali għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru qed tilħaq il-limiti tagħha. Ir-raġuni ewlenija għal dan hija n-nuqqas ta’ approċċ li jagħmel użu minn netwerk, in-nuqqas kontinwu ta’ suq kompletament deregolat, il-fatt li l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ma jgawdux minn moviment liberu fis-suq tax-xogħol, u arranġamenti istituzzjonali għall-ġestjoni tat-traffiku fl-ajru;

10

jirrikkonoxxi li l-operazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew jista’ jissaħħaħ bis-saħħa tar-regolazzjoni tal-prestazzjoni, ta’ qafas uniku ta’ sikurezza, billi jinfetħu l-bibien għal teknoloġiji ġodda u permezz tal-ġestjoni tal-kapaċità fil-post;

11

jirrikonoxxi li, skont il-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli tat-trasport fl-ajru, il-ġestjoni tat-traffiku fl-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jeħtieġ li jittejbu sabiex jilħqu mal-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, bil-għan li jinħoloq Ajru Uniku Ewropew;

12

jilqa’ s-sostituzzjoni ta’ strutturi regolatorji ddupplikati b’qafas Komunitarju li jkopri l-fażijiet kollha tat-titjira fin-netwerk tat-trasport tal-ajru;

13

jilqa’ l-proposta biex titjieb il-prestazzjoni tas-sistema għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru billi jitqiesu l-aspetti tas-sikurezza, li huwa fl-interess tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru;

14

jilqa’ l-fatt li fl-iżvilupp tas-sistema tat-trasport fl-ajru jitqiesu l-konsiderazzjonijiet ambjentali sabiex il-benefiċċji tat-trasport fl-ajru għall-ekonomiji reġjonali jistgħu jiġu rekonċiljati b’mod ibbilanċjat mal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-ambjent;

15

jilqa’ l-emenda għad-definizzjoni tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali sabiex issir iktar enfasi fuq il-prestazzjoni tas-servizz, u dan ser iwassal biex ikun iktar faċli li jiġu implimentati l-objettivi tar-Regolament b’mod xieraq, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ reġjuni differenti;

16

jappoġġja l-Proġett Pilota dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM), li għandu jkun id-dokument li jirregola l-iżvilupp f’dan il-kamp u jipprovdi wkoll il-qafas li fih jistgħu jiġu żviluppati l-operazzjonijiet tal-ajruporti reġjonali bħala parti min-netwerk tas-servizz tat-traffiku tal-ajru;

17

jemmen li huwa importanti li tiġi introdotta r-regolazzjoni tal-prestazzjoni. Din għandha tinkludi indikaturi tal-prestazzjoni madwar il-Komunità kollha, reviżjoni perjodika tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u funzjonijiet u proċeduri tan-netwerk għall-ġbir tad-data mill-partijiet kollha rilevanti;

18

jenfasizza l-importanza tat-tfassil u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni meta jiġu stabbiliti miri tal-prestazzjoni li jorbtu. Fil-livell Komunitarju, miri ġenerali biss għandhom jiġu stabbiliti, li mbagħad jiġu speċifikati fid-dettall fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

19

jikkunsidra r-rekwiżit li l-korp tar-reviżjoni jaġixxi b’mod indipendenti huwa l-approċċ tajjeb;

20

jappoġġja r-rekwiżit li Stat Membru ma jistax jirrifjuta li jaħtar fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, fuq il-bażi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tistipula rekwiżiti relatati mas-sjieda nazzjonali jew il-post fejn tali fornitur jopera;

21

iħoss li t-twaqqif ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali sal-2012 ser ikun sfida iżda minkejja kollox huwa fattibbli. Iżda, madankollu, ser jesiġi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, il-fornituri tas-servizz u l-ajruporti;

22

jemmen li rendikont iddettaljat tal-informazzjoni finanzjarja tal-fornituri tas-servizz u l-projbizzjoni ta’ sussidji reċiproki bejn servizzi tal-kontroll taż-żona u s-servizzi tal-ajruporti għan-navigazzjoni tal-ajru ifissru sistemi ta’ tariffi aktar trasparenti;

23

jaħseb li l-istima tat-tariffi fis-snin futuri hija parti mill-ippjanar iktar fit-tul tal-attivitajiet tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-proposta li tariffi jiġu stabbiliti għal bosta snin bil-quddiem tista’ tgħin lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jippjanaw l-attivitajiet tagħhom, jekk ikollhom idea liema tariffi ser ikollhom iħallsu fis-snin li ġejjin;

24

jiġbed l-attenzjoni għall-proposta li l-Kummissjoni toħroġ rapport mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u, jekk ikun hemm bżonn, tippreżenta proposta għall-applikazzjoni ta’ prinċipji tas-suq għal servizzi varji tan-navigazzjoni tal-ajru, bħall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza, il-meteoroloġija u t-tagħrif aeronawtiku. Operazzjonijiet kosteffettivi huma parti normali tal-attività kummerċjali, iżda wieħed irid jirrikonoxxi li f’żoni fejn hemm ftit traffiku mhuwiex possibbli li jiġu provduti servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru bi profitt u/jew b’mod li jippromovi l-kompetizzjoni;

25

jappoġġja l-proposta li tiġi mwarrba d-definizzjoni li tillimta blokk ta’ ispazju tal-ajru funzjonali għall-ispazju tal-ajru aktar ’il fuq. Il-proposta l-ġdida ser tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew u t-tħaddim bla xkiel tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

26

jirrikonoxxi l-proposta li permezz tagħha l-Komunità u l-Istati Membri ser jitolbu lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) biex tistabbilixxi u tagħraf Reġjun Uniku Ewropew għat-Tagħrif dwar it-Titjiriet (EFIR), iżda ma jemminx li din hija kwistjoni urġenti peress li ma ġietx preżentata evidenza dwar il-vantaġġi konkreti li jistgħu jinkisbu mit-twaqqif tiegħu;

27

jaħseb li huwa importanti li jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-evalwazzjoni tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk u l-funzjonijiet ta’ appoġġ u kif l-għarfien espert tal-Eurocontrol jista’ jintuża għall-konsiderazzjoni tal-organizzazzjoni mill-ġdid tal-funzjonijiet;

28

jaħseb li l-proposta għal konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjira u l-islots fl-ajruports u l-koordinament neċessarju ma’ reġjuni fil-viċinat hija importanti mil-lat ta’ operazzjoni bla xkiel u effiċjenti tat-traffiku tal-ajru;

29

jemmen li jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza fl-ajru fl-Ewropa u jilqa’ l-estensjoni tal-mandat tal-EASA. Serje ta’ standards armonizzati mfassla minn aġenzija waħda, u applikabbli b’mod kemm jista’ jkun unifomi madwar il-Komunità, tkun ta’ għajnuna għall-promozzjoni tas-sikurezza fl-ajru u fl-istess ħin tnaqqas il-problemi għal-linji tal-ajru u l-avjazzjoni li jirriżultaw minn applikazzjoni tal-istandards li tvarja minn pajjiż għal pajjiż;

30

iħoss li l-ambitu tal-applikazzjoni tal-proposta għall-estensjoni tal-mandat tal-EASA huwa wiesa’ wisq u jista’ joħloq piż mhux raġjonevili fuq ajruporti reġjonali żgħar, b’mod partikulari, u b’hekk jxekkel l-attivitajiet tagħhom;

31

jemmen li l-mandat tal-EASA għandu jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ sikurezza, sabiex il-missjoni tal-aġenzija tibqa’ ċara;

32

jaħseb li huwa essenzjali li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn il-qasam ċivili u dak militari fil-livelli kollha sabiex jiġi żgurat li n-netwerk tat-trasport tal-ajru Ewropew jiffunzjona kemm jista’ jkun b’mod effettiv u jikseb l-objettivi ta’ prestazzjoni tiegħu.

II   KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

33

jemmen li huwa importanti li jitqies il-kuntest operazzjonali nazzjonali u/jew reġjonali fit-twaqqif ta’ objettivi ta’ prestazzjoni madwar l-Ewropa peress li mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti l-istess miri kemm għal ajruporti bi traffiku qawwi kif ukoll għal dawk b’inqas traffiku. Huwa importanti li jinżamm is-Servizz tal-Informazzjoni dwar it-Titjiriet tal-Ajrudromi (AFIS), minflok li l-ajruporti jkollhom jużaw l-ATC, peress li dan ikun ta’ spiża ikbar għall-ajruporti ż-żgħar. L-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex iqisu dawn l-aspetti;

34

jaħseb li huwa importanti li l-ġbir ta’ informazzjoni biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ prestazzjoni jsir b’rabta ma’ prattiki ta’ rappurtaġġ li diġà jeżistu;

35

jemmen li huwa importanti li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-preżentazzjoni mill-fornituri tas-servizz tad-dħul u l-ispejjeż ta’ kull servizz individwali tkun tista’ ssir skont il-prattiki ta’ kontabilità tagħhom stess, safejn dawn diġà jeżistu;

36

jitlob biex tiġi kkjarifikata l-proposta sabiex it-tariffi tat-traffiku tal-ajru jiġu użati għall-iffinanzjar ta’ proġetti komuni, fir-rigward tal-użu possibbli ta’ finanzjament ieħor u kif il-korp nazzjonali jew reġjonali li qed jibbenefika minn proġett bħal dan ser jipparteċipa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

37

jaħseb li hemm bżonn li jiġu kkjarifikati l-bidliet ippjanati fis-sistema tat-tariffi fir-rigward ta’ kif it-tariffi ser jiġu stabbiliti għal bosta snin bil-quddiem u kif il-fornituri tas-servizz li joperaw fuq bażi kummerċjali jistgħu jbassru bidliet fl-ispejjeż marbuta mal-pagi u mal-operat matul perijodu kuntrattwali bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Analiżi ta’ dan it-tip issir l-aħjar fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali;

38

jirrakkomanda li l-ġestjoni tan-netwerk u tal-attivitajiet relatati, li huma importanti għal operazzjonijiet f’dan is-settur, jiġu deskritti f’iktar dettall, minflok ma ssir biss referenza fuq fuq tagħhom, kif sar fil-proposta. B’dan il-mod ikun iktar faċli li jiġi evalwat l-impatt tagħhom, kif ukoll kif, safejn hija kkonċernata r-riforma tal-istrutturi amministrattivi, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru jistgħu jipparteċipaw b’mod xieraq fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet;

39

jirrakkomanda li l-kompetenzi mogħtija lill-EASE jkunu limitati għal ajrudromi li jservu t-traffiku professjonali mmexxi mir-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti, dan billi tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-prinċipju tas-sussidjarjetà;

40

jemmen li huwa importanti li regoli ta’ implimentazzjoni għall-ajrudromi jitfasslu b’relazzjoni mal-livell ta’ kumplessità tal-ajrudomu partikulari u l-kwalità tal-operazzjonijiet u ċ-ċifri tat-traffiku tiegħu, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-ajrudromi bi ftit traffiku u l-ammont ta’ persunal li jaħdmu fihom;

41

fir-rigward tal-proposta sabiex jiġi estiż il-mandat tal-EASA mil-lat tal-ksib ta’ regolazzjoni tajba, il-Kumitat jaħseb li huwa importanti li:

jiġi vverifikat li l-funzjonijiet tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-ICAO;

ma jkunx hemm duplikazzjoni fil-proposta għall-emendar tar-Regolament dwar il-mandat tal-EASA u r-Regolamenti dwar l-Ajru Uniku Ewropew u li ma jkunx hemm duplikazzjoni fil-proċeduri, pereżempju fir-rigward ta’ liċenzji;

jkun hemm dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa jew xi arranġamenti oħrajn li jiżguraw il-kontinwazzjoni, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, tal-validità tal-liċenzji maħruġa fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru, li hija proposta biex tiġi revokata;

tingħata definizzjoni iktar preċiża tat-tagħmir tal-ajrudrom li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament billi tiġi limitata għal tagħmir tas-sikurezza fl-ajru;

jiġi speċifikat li r-rekwiżit għall-operatur tal-ajrudrom li tgħid “Dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli trid tiġi stabbilita u miżmuma aġġornata” jiġi limitat għal data essenzjali għall-avjaturi;

jiġi rivedut ir-rekwiżit għall-operatur tal-ajrudrom li juri li jeżistu proċeduri li jipprovdu l-ajruplani bil-karburant sabiex ma timponix dmirijiet superviżorji fuq l-operatur tal-ajrudrom li jagħmlu parti mill-mandat tal-awtoritajiet.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  CdR 76/2005 u CDR 63/2004.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/56


Abbozz ta’ Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni tal-EMAS u l-Ekotikketta

2009/C 120/11

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iqis li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ambjent tal-organizzazzjonijiet u l-Ekotikketta tal-prodotti huma mezzi tajbin u bbażati fis-suq biex tiġi mħeġġa r-responsabbiltà lejn l-ambjent fost l-atturi varji fis-soċjetà u jogħla l-livell tal-ħarsien tal-ambjent;

iqis li r-regolament tal-EMAS huwa strument siewi għal ħafna tipi ta’ organizzazzjonijiet, li jistgħu jgawdu b’ħafna modi differenti mill-fatt li jadottawh, pereżempju t-tnaqqis fil-ħsara lill-ambjent, tnaqqis fl-ispejjeż (x’jiġri mill-enerġija u mill-iskart), titjib fl-immaġni ekoloġika, ċertezza ta’ konformità mal-liġijiet dwar l-ambjent, effiċjenza fl-operat, eċċ.;

jemmen li hemm bżonn ukoll li jiġi definit l-ambitu tal-valutazzjoni dwar il-prestazzjoni ekoloġika għall-organizzazzjonijiet skont l-iskema tal-EMAS, kif ukoll ir-rekwiżiti xierqa għall-awditjar ambjentali f’livelli differenti, fosthom il-livell primarju (produzzjoni), sekondarju (l-akkwist) u terzjarju (oħrajn) ta’ analiżi. L-informazzjoni, il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa għall-awditjar ambjentali ma jinstabux fl-SMEs jew fl-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha; għall-kuntrarju, ikollhom bżonn konsulenti esterni;

iqis li ż-żamma tal-proċedura ta’ valutazzjoni minn qabel bħala importanti għall-kredibbiltà u l-affidabbiltà tal-Ekotikketta. Biex il-korp responsabbli għat-tikketta jissodisfa l-livelli tal-ISO, irid jara, kemm qabel kif ukoll wara, li l-prodott li għalih hemm it-talba għall-Ekotikketta jilħaq il-kriterji tal-Ekotikketta. Il-proposta li minn valutazzjoni nduru għal reġistrar u wara monitoraġġ thedded b’mod serju l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tat-tikketta.

Rapporteur ġenerali

:

Is-Sinjura Britt Lundberg (FI/ALDE), Membru tal-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Åland

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja – COM(2008) 401 finali – 2008/0152 (COD)

u

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) – COM(2008) 402 finali – 2008/0154 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali (EMAS u Ekotiketta)

1.

iqis li r-reviżjoni tal-iskema tal-EMAS u l-Ekotikketta tal-UE hija partikolarment meħtieġa u jappoġġja b’mod sħiħ l-għanijiet tal-UE li ssostni politika tal-prodott u ta’ konsum, kif inhu stabbilit mill-ftehim ta’ Liżbona u l-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli tal-Komunità, bil-ħsieb ukoll li jintlaħqu l-miri tal-politika dwar il-klima tal-Komunità;

2.

jemmen li r-reviżjonijiet huma meħtieġa b’mod partikolari għaliex l-ebda waħda mill-iskemi ma’ ġiet adottata jew kellha l-impatt li kien immirat li jkollha oriġinarjament;

3.

iqis li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ambjent tal-organizzazzjonijiet u l-Ekotikketta tal-prodotti huma mezzi tajbin u bbażati fis-suq biex tiġi mħeġġa r-responsabbiltà lejn l-ambjent fost l-atturi varji fis-soċjetà u jogħla l-livell tal-ħarsien tal-ambjent;

4.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wkoll jistgħu jużaw dawn is-sistemi iktar, u li l-leġislazzjoni riveduta u l-miżuri ta’ appoġġ tal-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni għall-potenzjal li l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, żgħar jew kbar, jużawhom;

5.

iqis li għalkemm il-proposta dwar l-iskema tal-EMAS fiha regoli, proċeduri u rekwiżiti li huma pjuttost iddettaljati, xorta hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (peress li l-implimentazzjoni hija f’idejn l-Istati Membri jew l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom). L-iskema tal-Ekotikketta mhijiex esklussiva, iżda tista’ topera b’mod parallel mal-iskemi nazzjonali u reġjonali, sakemm dawn huma bbażati fuq kriterji rigorużi;

6.

jemmen li l-ebda waħda miż-żewġ skemi, li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni volontarja, ma toħloq piżijiet mhux meħtieġa – l-iżvilupp u r-reviżjoni tal-kriterji għall-Ekotikketta huma flessibbli, u l-proposta għall-iskema tal-EMAS tipprovdi regoli flessibbli;

7.

jemmen li l-proposta taqbel mal-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar Regolamenti Aħjar (is-simplifikazzjoni tal-liġijiet u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għan-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi);

Oġġezzjonijiet għar-reviżjoni tar-regolament tal-EMAS

8.

iqis li r-regolament tal-EMAS huwa strument siewi għal ħafna tipi ta’ organizzazzjonijiet, li jistgħu jgawdu b’ħafna modi differenti mill-fatt li jadottawh, pereżempju t-tnaqqis fil-ħsara lill-ambjent, tnaqqis fl-ispejjeż (x’jiġri mill-enerġija u mill-iskart), titjib fl-immaġni ekoloġika, ċertezza ta’ konformità mal-liġijiet dwar l-ambjent, effiċjenza fl-operat, eċċ.;

9.

jappoġġja l-iffissar ta’ miri kwantitattivi li jistgħu jitkejlu għan-numru ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS għall-ħames u l-għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament;

10.

jemmen li tkun ħaġa li tgħin biex il-miri jintlaħqu kieku l-Istati Membri jiġu mitluba li jiffissaw il-miri tagħhom biex jikber in-numru ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS

11.

jaqbel ferm li l-viżibbiltà tal-EMAS tikber b’kull mezz possibbli, peress li pereżempju fil-pajjiżi nordiċi l-EMAS ma tantx hu magħruf jew użat fis-settur pubbliku;

12.

jemmen li l-istruttura tar-regolament għandu jqis il-perspettiva tal-organizzazzjonijiet li qed jippjanaw li jadottaw l-EMAS. Kwistjoni ewlenija għal organizzazzjonijiet bhal dawn hija l-istruttura tal-iskema tal-EMAS, li tinsab moħbija fl-Anness II tal-proposta. L-eħfef mod kif dan in-nuqqas jiġi rattifikat huwa li l-Anness II isir artikolu fih innifsu, bit-titlu “L-istruttura u r-rekwiżiti tal-iskema tal-EMAS”;

13.

jilqa’ s-suġġeriment li s-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu jistgħu jiksbu għarfien sħiħ jew parzjali tal-EMAS, jekk dan jiġi applikat ikun jista’ jgħin lill-organizzazzjonijiet biex jaqilbu minn dawn l-iskemi għall-EMAS. Dan ikun jipprovdi lill-iskema tal-EMAS numru kbir ta’ applikanti potenzjali għar-reġistrazzjoni mal-EMAS li diġà qed jersqu lejn l-eliġibbiltà għall-EMAS. Dan għandu jtejjeb ukoll il-kredibbiltà tal-iskemi lokali, peress li huma jkunu parti mill-iskema tal-EMAS;

14.

iqis li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal skemi li huma parzjalment konformi mal-EMAS, biex l-applikazzjonijiet ma jsirux għal elementi separati ta’ skema ta’ ġestjoni tal-ambjent li ma jistgħux jiġu definiti bħala skema ta’ dat-tip;

15.

jissuġġerixxi li rekwiżiti minimi ta’ dat-tip jistgħu jkunu pereżempju dawn li ġejjin: politika ambjentali li twassal għal impenn kontinwu lejn it-titjib; reviżjoni ambjentali li tispeċifika l-aspetti ambjentali tal-organizzazzjoni li għandhom effett importanti fuq l-ambjent; konformità mad-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni ambjentali; għanijiet ambjentali li jkopru aspetti importanti ambjentali; programm ambjentali jew pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi r-responsabbiltajiet, il-miżuri u l-iskeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri biex jintlaħqu l-objettivi ekoloġiċi; riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni ta’ programm ambjentali; komunikazzjoni interna dwar l-iskema tal-ġestjoni tal-ambjent f’livelli varji fi ħdan l-organizzazzjoni; u awditjar estern tal-iskema tal-ġestjoni tal-ambjent;

16.

iqis li għandhom jitjiebu l-linji gwida jew ir-rappurtar ambjentali li hemm fl-Anness IV tal-proposta. B’mod partikolari huwa importanti għan-negozji fis-settur tas-servizzi żgħar u medji, u pereżempju għall-atturi lokali, li jikkalkulaw in-numru ta’ previsti, bħalma hi l-effiċjenza tal-materjali. L-ammont ta’ materjal użat tant huwa kbir li anke biex tiġbor id-data, anke għall-aktar materjali importanti ta’ spiss hija biċċa xogħol impossibbli. L-impatt tal-organizzazzjonijiet fuq il-bijodiversità huwa wkoll negliġibbli għall-maġġoranza tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet iż-żgħar tas-settur pubbliku, u r-rekwiżiti ta’ rapportaġġ li jaffettwawhom m’għandhomx jiġu proposti;

17.

jemmen li hemm bżonn ukoll li jiġi definit l-ambitu tal-valutazzjoni dwar il-prestazzjoni ekoloġika għall-organizzazzjonijiet skont l-iskema tal-EMAS, kif ukoll ir-rekwiżiti xierqa għall-awditjar ambjentali f’livelli differenti, fosthom il-livell primarju (produzzjoni), sekondarju (l-akkwist) u terzjarju (oħrajn) ta’ analiżi. L-informazzjoni, il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa għall-awditjar ambjentali ma jinstabux fl-SMEs jew fl-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha; għall-kuntrarju, jkollhom bżonn konsulenti esterni;

18.

Għandu d-dubji tiegħu dwar l-ispejjeż li hemm għall-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji privati fl-applikazzjoni tal-EMAS u l-iskemi tal-ekotikketta; jemmen li tkun possibbli parteċipazzjoni aktar wiesgħa fiż-żewġ skemi kieku l-miżati jistgħu jitneħħew jew jitnaqqsu. Madankollu għandha ssir distinzjoni bejn l-EMAS fuq naħa u l-ekotikketta fuq in-naħa l-oħra minħabba fl-istruttura differenti tal-ispiża għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

19.

iqis li għandu jiħfief il-piż amministrattiv fuq in-negozji meta dawn idaħħlu l-EMAS, għalkemm it-tnaqqis fil-burokrazija żejda qatt m’għandu jirriżulta f’telfien tal-kredibbiltà tas-sistema tal-EMAS f’għajnejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-konsumaturi, jew l-organizzazzjonijiet li x’aktarx jistgħu jidħlu fl-iskema;

L-iskema tal-Ekotikketta

20.

iqis l-għanijiet li ġew stabbiliti bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, speċjalment għaliex jiftħu l-possibbiltà tal-iżvilupp tal-kriterji tal-Ekotikketta għal partijiet interessati differenti u jqassru l-proċess tal-aċċettazzjoni, peress li b’dan il-mod prodotti ġodda jistgħu jiddaħħlu aktar malajr fl-iskema tat-tikketta;

21.

jappella li l-isem “UE” jiżdied mat-tikketta nnifisha biex tkun aktar ċara għall-pubbliku ġenerali li l-Ekotikketta hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea;

22.

iqis il-proċedura tal-iżvilupp tal-kriterji mqassra fi skemi oħra tal-Ekotikketta bħala utli għal gruppi ta’ prodotti, peress li pereżempju t-tabella “swan” fil-pajjiżi nordiċi u l-“Blue Angel” Ġermaniża tant huma tikketti magħrufa f’pajjiżhom li jistgħu jagħtu spinta lill-Ekotikketta tal-UE;

23.

jaqbel mal-proposta li titneħħa l-miżata annwali għall-prodotti li ngħataw l-Ekotikketta, peress li din tneħħi l-ostaklu finanzjarju biex ħafna SMEs jingħaqdu mal-iskema;

24.

jilqa’ l-proposta li l-partijiet ikkonċernati jintalbu li jipproduċu manwal għall-awtoritajiet li jiġġudikaw il-kuntratti pubbliċi. Dan iħaffef l-inkorporazzjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta fil-proċeduri tal-akkwist għall-kuntratturi pubbliċi. Il-manwal imsemmi jagħti appoġġ tajjeb ħafna għall-ħidma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

iqis li ż-żamma tal-proċedura ta’ valutazzjoni minn qabel bħala importanti għall-kredibbiltà u l-affidabbiltà tal-Ekotikketta. It-tikketta tal-Ekotikketta hija skema ta’ tikketta bbażata fuq il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja skont l-ISO 14024, vverifikat minn parti terza. Biex il-korp responsabbli għat-tikketta jissodisfa l-livelli tal-ISO jrid jara, kemm qabel kif ukoll wara, li l-prodott li għalih hemm it-talba għall-Ekotikketta jilħaq il-kriterji tal-Ekotikketta. Il-proposta li minn valutazzjoni induru għal reġistrar u wara monitoraġġ thedded b’mod serju l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tat-tikketta;

26.

ma jaqbilx mal-proposta li l-kriterji nazzjonali jew reġjonali għall-iskemi ta’ tikkettii jridu jkunu tal-anqas stretti daqs il-kriterji tal-Ekotikketta Komunitarja fil-każ ta’ dawk il-gruppi ta’ prodotti li għalihom diġà jeżistu kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. L-istrateġija ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar applikabbli skont l-iskemi differenti ta’ tikkettar għandha tiġi vvalutata fil-kuntest rilevanti u b’rabta kemm mal-ambjent kif ukoll mas-suq. Diversi fatturi ta’ tikkettar, bħalma huwa l-istat tal-ambjent, l-istrapazzar u r-reżistenza tal-ambjent, ivarjaw ħafna bejn reġjuni tal-UE;

27.

jemmen li huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jżidu l-attività tagħhom biex in-nies isiru aktar konxji u infurmati dwar l-Ekotikketta. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni man-negozjanti għandha mnejn tkun l-aktar mezz effettiv, peress li mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-ħwienet huma l-punt li fih l-aktar li jsiru deċiżjonijiet ta’ għażla u xiri ta’ prodotti, u għalhekk il-ħwienet għandhom qawwa kbira biex jinfluwenzaw dawn id-deċiżjonijiet;

28.

iqis li t-tkabbir progressiv fl-ammont ta’ prodotti u servizzi li huma disponibbli għall-konsumaturi, li jissodisfaw il-kriterji biex tinkiseb l-Ekotikketta Komunitarja, għandu jkun wieħed mill-għanijiet prijoritarji. Dan it-tkabbir għandu jiġi promoss billi jkun hemm appoġġ għall-iżvilupp ta’ metodi ta’ disinn għall-prodotti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti rilevanti, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Għalhekk jirrakkomanda li l-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw programmi biex jippromovu d-disinn ekoloġiku (bbażat fost l-oħrajn fuq kriterji ekoloġiċi tal-Ekotikketta li diġà jeżistu), biex jappoġġja n-negozji f’dan il-qasam, u biex jagħti sostenn lill-proġetti pilota;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL EMENDI

Emenda 1

Regolament tal-EMAS

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 7

Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.

Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendulha l-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal ħames snin, u/jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

ma jkun hemm l-ebda riskji ambjentali,

(b)

l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda tibdiliet operattivi ppjanati rigward is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, u

(ċ)

ma jeżistu l-ebda problemi lokali ambjentali sinifikanti.

2.

Sabiex tinkiseb l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tressaq talba lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra l-organizzazzjoni, u għandha tagħti provi li l-kundizzjonijiet għad-deroga jkunu sodisfatti.

3.

L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, għal sentejn, għandhom iressqu r-rapport dwar ir-rendiment ambjentali mhux ivvalidat lill-Korp Kompetenti f’kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw ir-rapport tagħhom dwar ir-rendiment ambjentali.

Artikolu 7

Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.

Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendulha l-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal ħames snin, u/jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

ma jkun hemm l-ebda riskji ambjentali,

(b)

l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda tibdiliet operattivi ppjanati rigward is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, u

(ċ)

ma jeżistu l-ebda problemi lokali ambjentali sinifikanti.

2.

Sabiex tinkiseb l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tressaq talba lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra l-organizzazzjoni, u għandha tagħti provi li l-kundizzjonijiet għad-deroga jkunu sodisfatti.

3.

L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, għal sentejn, għandhom iressqu r-rapport dwar ir-rendiment ambjentali mhux ivvalidat lill-Korp Kompetenti f’kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw ir-rapport tagħhom dwar ir-rendiment ambjentali.

4.

Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jingħataw estensjoni sa ħames snin taħt l-Artikolu 6(1), iċ-ċirklu tal-verifika ser ikun adattat kif xieraq.

Raġuni

Hija mhedda hawnhekk l-intenzjoni ddikjarata tar-Regolament EMAS III li jappoġġja b’mod partikolari lill-SMEs, billi minn naħa, estensjoni ta’ ħames snin ser tkun possibbli iżda min-naħa l-oħra, fl-istess ħin iċ-ċiklu tal-verifika ta’ tliet snin mhux ser jinbidel. Jeħtieġ li ż-żewġ ċiklu jiġu kkoordinati.

Emenda 2

Regolament tal-EMAS

Artikolu 9(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.

Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Sakemm id-dokumentazzjoni tkun sħiħa, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott.

4.

Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Sakemm id-dokumentazzjoni tkun sħiħa u tkun ġiet ivverifikata mill-korp kompetenti, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott.

Raġuni

Sabiex l-istandard ISO jintlaħaq jeħtieġ li l-korp kompetenti jagħmel ċert minn qabel li l-prodott li għalih intalbet l-Ekotikketta jissodisfa l-kriterji tal-Ekotikketta. Il-proposta li ssir bidla minn evalwazzjoni għal reġistrazzjoni u monitoraġġ wara li tingħata t-tikketta thedded b’mod serju l-kredibilità u l-affidabilità tat-tikketta (m’humiex biżżejjed spezzjonijiet ta’ darba fill).

Emenda 3

Regolament tal-EMAS

Artikolu 43(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a)

reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS; (a) a register of environmental verifiers and EMAS registered organisations;

(b)

database ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali u ta’ rapporti dwar ir-rendiment ambjentali fil-format elettroniku

2.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a)

reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS; (a) a register of environmental verifiers and EMAS registered organisations;

(b)

database ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali u ta’ rapporti dwar ir-rendiment ambjentali fil-format elettroniku

(c)

bażi ta’ data tal-aħjar prattiki tal-EMAS f’setturi ambjentali differenti (eż. l-enerġija, l-iskart, l-akkwist, il-komunikazzjoni).

Raġuni

L-impatt tal-introduzzjoni tal-iskema tal-EMAS jista’ jittejjeb li kieku kien hemm xi gwida faċli li tippreżenta l-kisbiet tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-EMAS fi sferi differenti tal-ħarsien ambjentali (l-iskart, l-enerġija, l-akkwist, eċċ). Eżempji ta’ prattiki tajbin, li jinkorporaw l-iffrankar tal-ispejjeż, jistgħu jħeġġu wkoll lil xi organizzazzjonijiet biex jissieħbu fl-iskema tal-EMAS.

Emenda 4

Regolament tal-EMAS

Artikolu 39(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

Bla ħsara għal-leġislazzjoni Komunitarja, partikolarment dik dwar il-kompetizzjoni, dik fiskali, u dik dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-EMAS. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu, fi kwalunkwe waħda miż-żewġ forom li ġejjin:

(a)

għajnuna regolatorja, sabiex l-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS titqies bħala

konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi marbuta mal-ambjent

li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti;

2.

Bla ħsara għal-leġislazzjoni Komunitarja, partikolarment dik dwar il-kompetizzjoni, dik fiskali, u dik dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-EMAS. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu, fi kwalunkwe waħda miż-żewġ forom li ġejjin:

(a)

għajnuna regolatorja, eż. permessi ekoloġiċi itwal u rekwiżiti ta’ rappurtaġġ inqas stretti għall-konformità mal-permess sabiex l-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS titqies bħala

konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi marbuta mal-ambjent

li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti;

Raġuni

Il-liġi għandu jkollha indikazzjoni ċara li l-organizazzjonijiet li jipparteċipaw fl-EMAS għandhom jirċievu l-għajnuna pubblika, anke f’affarijiet marbuta mal-permessi ambjentali.

Emenda 5

Regolament tal-EMAS

Artikolu 45(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni, għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

1.

L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jikkoordinaw skemi tal-EMS nazzjonali jew reġjonali jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni, għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

M’hemmx raġuni li wieħed jillimita d-dritt li ssir proposta b’konformità mal-Artikolu 39 għall-Istati Membri, peress li l-korpi li jkunu qed imexxu s-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali lokalment għandhom l-aħjar għarfien ta’ dawk is-sistemi u għalhekk jistgħu jagħmlu proposti informati dwar il-konformità mal-EMAS.

Emenda 6

Regolament tal-EMAS

Artikolu 4(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4 –   Tħejjijiet għar-reġistrazzjoni

5.

L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati mal-ambjent, li jkunu ġew identifikati.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu dikjarazzjoni dwar il-konformità mill-awtorità/ajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 33(5).

Organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirreferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi tal-ambjent applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu beħsiebhom iressqu applikazzjoni.

Artikolu 4 –   Tħejjijiet għar-reġistrazzjoni

5.

L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati mal-ambjent, li jkunu ġew identifikati.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu dikjarazzjoni dwar il-konformità mill-awtorità/ajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 33(5).

Organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirreferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi tal-ambjent applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu beħsiebhom iressqu applikazzjoni.

Raġuni

Il-possibbiltà li kumpanija titlob dikjarazzjoni dwar il-konformità mingħand l-awtorità kompetenti tirrappreżenta inkonsistenza serja fis-sistema u tikkontradixxi l-prinċipju tal-EMAS bħala sistema ta’ responsabbiltà “pprovata”. Dikjarazzjoni bħal din ixxekkel ukoll vantaġġ importanti tal-EMAS għall-awtoritajiet. Għaliex f’dan il-każ l-EMAS ma jservix biex inaqqas il-burokrazija u l-piż amministrattiv, iżda pjuttost bil-kontra. Wieħed ma jkunx jista’ jkompli joffri bħala ġustifikazzjoni l-fatt li l-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS jibbenefikaw minn sostituzzjoni tar-rekwiżiti legali u vantaġġi f’termini tal-ħlasijiet tar-reġistrazzjoni u b’hekk ir-reġistrazzjoni mal-EMAS issir inqas attraenti għall-kumpaniji.

Emenda 7

Regolament tal-EMAS

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 7 -   Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.

Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendulha l-frekwenza triennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal ħames snin, u/jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha:

a)

ma jkun hemm l-ebda riskji ambjentali,

b)

l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda tibdiliet operattivi ppjanati rigward is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, u

ċ)

ma jeżistu l-ebda problemi lokali ambjentali sinifikanti.

Artikolu 7 -   Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.

Il-Korpi Kompetenti għandhom Il-verifikatur ambjentali, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, għandu jestendi l-frekwenza triennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal ħames snin, u/jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha:

a)

ma jkun hemm l-ebda riskji ambjentali,

b)

l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda tibdiliet operattivi ppjanati rigward is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, u

ċ)

ma jeżistu l-ebda problemi lokali ambjentali sinifikanti.

Raġuni

L-implimentazzjoni ta’ proċedura uffiċjali mal-korp kompetenti għall-estensjoni taċ-ċiklu ta’ validazzjoni twassal għal piż burokratiku żejjed u hija kontroproduttiva għall-SMEs. S’issa l-estensjoni taċ-ċiklu ta’ validazzjoni saret fuq qbil dirett bejn il-verifikatur ambjentali u l-kumpanija, mingħajr il-bżonn ta’ talba speċifika. Il-proċedura attwali wriet li hija effikaċi u li l-verifikatur ambjentali huwa fl-aqwa pożizzjoni biex jifhem is-sitwazzjoni li fiha tinsab kumpanija.

Emenda 8

Regolament tal-EMAS

Artikolu 28 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 28

It-tħaddim tal-Akkreditazzjoni

1.

Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħtura mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-superviżjoni tal-attivitajiet imwettqa minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 28

It-tħaddim tal-Akkreditazzjoni

1.

Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħtura mill-Istati Membri – b’rispett għad-distribuzzjoni attwali tar-responsabbiltajiet fi ħdan kull Stat Membru – abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-superviżjoni tal-attivitajiet imwettqa minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.

Raġuni

Ir-Regolament (KE) Nru. 765/2008 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta’ prodotti fis-suq li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 339/93 finali f’paragrafu 11 jistqarr:

(11)

L-istabbiliment ta’ korp nazzjonali ta’ akkreditament uniformi għandu jkun bla ħsara għall-allokazzjoni ta’ funzjonijiet fi ħdan l-Istati Membri.

Emenda 9

Regolament tal-EMAS

Artikolu 12(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 12 –   Obbligi tal-proċess ta’ reġistrazzjoni

2.

Il-korpi kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-Istat Membru, inklużi d-dikjarazzjonijiet ambjentali jew ir-rapporti ta’ rendiment ambjentali tagħhom fil-format elettroniku, u jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar.

Ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli fuq websajt.

Artikolu 12 –   Obbligi tal-proċess ta’ reġistrazzjoni

2.

Il-korpi kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-Istat Membru, inklużi d-dikjarazzjonijiet ambjentali jew ir-rapporti ta’ rendiment ambjentali tagħhom l-aktar reċenti fil-format elettroniku, u jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar.

Ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli fuq websajt.

Raġuni

Ir-referenza għad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew ir-rapporti ta’ rendiment għandha tispeċifika li din hija l-iktar dikjarazzjoni jew rapport reċenti.

Barra minn hekk, xi organizzazzjonijiet jagħmlu d-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom aċċessibbli fuq talba (skont l-Artikolu 6(3)), bil-għan li jkollhom reġistru ta’ partijiet interessati; b’hekk ma jkunux iridu li d-dikjarazzjoni tkun aċċessibbli fil-pubbliku mingħajr talba minn qabel.

Għaldaqstant, organizzazzjonijiet m’għandhomx ikunu obbligati jitfgħu d-dikjarazzjoni jew rapport tagħhom fuq sit tal-Internet sabiex jiġu kkonsultati mingħajr talba minn qabel. Minflok, il-Korpi Kompetenti jistgħu jagħtu servizz simili fejn ikun neċessarju li ssir talba minn kwalunkwe organizzazzjoni biex dawn id-dokumenti jiġu kkonsultati, u b’hekk jingħata r-reġistru rilevanti meta jintalab biss.

Emenda 10

Regolament tal-EMAS

Artikolu 14(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 14 –   Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru

3.

Organizzazzjoni rreġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti, fi żmien xahar li jkollha tagħmel dan, kwalunkwe mir-rekwiżiti li ġejjin:

a)

l-aġġornamenti vvalidati tad-dikjarazzjonijiet ambjentali, ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, jew id-dikjarazzjoni ffirmata kif tissemma fl-Artikolu 24(9);

b)

formola, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI mill-organizzazzjoni.

Artikolu 14 –   Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru

3.

Organizzazzjoni rreġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti, fi żmien xahar tliet xhur li jkollha tagħmel dan, kwalunkwe mir-rekwiżiti li ġejjin:

a)

l-aġġornamenti vvalidati tad-dikjarazzjonijiet ambjentali, ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, jew id-dikjarazzjoni ffirmata kif tissemma fl-Artikolu 24(9);

b)

formola, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI mill-organizzazzjoni.

Raġuni

L-iskadenza għat-tressiq tad-dokumenti neqsin għandha tiżdied għal tliet xhur mid-data tat-talba, sabiex l-organizzazzjonijiet ikollhom ħin biżżejjed biex ilestu d-dokumenti u jivverifikawhom, jekk ikun hemm bżonn, peress li dan jiddependi wkoll mid-disponibilità tal-verifikatur.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/65


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali

2009/C 120/12

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Jemmen li l-mobbiltà tal-pazjenti m’għandhiex thedded lis-sistema tas-saħħa nazzjonali fl-UE, la mil-lat ekonomiku u lanqas minn dak finanzjarju;

Huwa tal-fehma li r-reġjuni mal-fruntiera għandhom jingħataw attenzjoni partikolari fil-kuntest tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tas-saħħa;

Isostni li għandu jinħoloq bilanċ bejn l-iżvilupp tal-kooperazzjoni Ewropea – li hija siewja għall-partijiet ikkonċernati kollha – u r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

Jirrakkomanda li wieħed jiżgura li anke l-aktar gruppi ta’ pazjenti esposti u vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom stipulati fil-liġi Komunitarja;

Jirrakkomanda li l-Istati Membri ta’ affiljazzjoni jingħataw id-dritt mingħajr restrizzjoni li jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel biex persuna tingħata l-kura fi sptar ta’ Stat Membru ieħor;

Huwa tal-fehma li meta jitwaqqaf il-Kumitat biex jappoġġja lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, għandu jintuża l-għarfien espert li jeżisti diġà fil-livell lokali u reġjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi involut f’din il-ħidma.

Rapporteur

:

Is-Sur Karsten Uno Petersen (DK/PSE), Membru tal-Kunsill Reġjonali tad-Danimarka t’Isfel

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

COM(2008) 414 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-fatt li l-għan tal-Proposta għal Direttiva huwa li tipproponi ċarezza legali tad-drittijiet tal-pazjenti b’rabta ma’ diversi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bil-għan li titwitta t-triq għal applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva ta’ dawn id-drittijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa;

2.

jippreżumi li l-Artikolu 152 TKE, li jistipula li l-kura tas-saħħa tinsab f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, ġie rispettat, u jfakkar li l-politika tas-saħħa hija prinċipalment fil-kompetenza tal-Istati Membri;

3.

jilqa’ u jappoġġja l-fatt li s-saħħa hija prezzjuża għal kulħadd u għandha titħares permezz ta’ politiki u miżuri effiċjenti u trasparenti fl-Istati Membri, fl-UE u fil-livell dinji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali – li huma responsabbli għas-servizzi tas-saħħa u l-kura tas-saħħa – jissieħbu u jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma ta’ kooperazzjoni tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika;

4.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-moviment liberu tas-servizzi u s-saħħa pubblika huma oqsma li fihom il-kompetenzi jinqasmu bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea. Għal din ir-raġuni għandha ssir analiżi ta’ jekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ġiex rispettat fil-proposti leġiżlattivi li saru f’dawn l-oqsma;

5.

Barra minn hekk, jisħaq li hemm bżonn issir distinzjoni bejn il-moviment liberu tal-persuni (jiġifieri l-pazjenti) u l-moviment liberu tas-servizzi, li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni tas-suq intern. Peress li s-saħħa hija kwistjoni ta’ interess ġenerali, il-KtR ma jaqbilx li l-kura tas-saħħa tiġi soġġetta għar-regoli tas-suq intern. L-Istati Membri, u fejn ikun il-każ l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, għandhom jibqgħu jirregolaw il-kura tas-saħħa sabiex jiggarantixxu l-kwalità u l-aċċessibbiltà tagħha billi jqisu l-limiti finanzjarji;

6.

jassumi li l-bilanċ ekonomiku fis-servizzi tas-saħħa huwa kompetenza nazzjonali u din il-kompetenza għandha tiġi garantita. L-impatt tal-Proposta għal Direttiva jista’ jkun kbir ħafna, speċjalment fil-livell lokali, bħal ngħidu aħna fir-reġjuni mal-fruntiera u fl-Istati Membri ż-żgħar. Il-mobbiltà tal-pazjenti m’għandhiex thedded lis-sistema tas-saħħa nazzjonali fl-UE, la mil-lat ekonomiku u lanqas minn dak finanzjarju;

7.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, b’rabta mal-paragun li jsir bejn is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi l-oħra fil-Proposta għal Direttiva, ma tibbażax l-approċċ tagħha fuq il-ħsieb li jsir profitt ekonomiku, iżda għandha tikkunsidra l-kriterji relatati mas-saħħa tal-individwu, mal-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-prevenzjoni, mal-kura medika u mal-kwalità tal-ħajja;

8.

huwa tal-fehma li r-reġjuni mal-fruntiera għandhom jingħataw attenzjoni partikolari fil-kuntest tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tas-saħħa. Barra minn hekk, huwa importanti ħafna li nappoġġjaw il-miżuri fil-qasam tas-saħħa u nsaħħu s-saħħa pubblika fl-Istati Membri li għandhom bżonn l-aktar bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi u l-iżbilanċi bejn l-Istati Membri biex b’hekk joqorbu dejjem aktar lejn l-ogħla livell ta’ kura tas-saħħa fl-UE;

9.

barra minn dan jemmen li l-inizjattiva futura m’għandhiex ixxekkel l-inizjattivi u r-regoli tal-Istati Membri li jiggarantixxu livell għoli ta’ sigurtà għall-pazjenti kif ukoll ir-regoli relatati mad-drittijiet tal-pazjenti;

10.

jinnota li d-drittijiet tal-pazjenti stipulati fil-Proposta għal Direttiva jolqtu l-aktar lil grupp partikolari ta’ pazjenti bi programm fiss ta’ kura (jiġifieri mhux urġenzi) u lill-pazjenti fir-reġjuni mal-fruntiera. Però d-drittijiet ta’ dawn il-pazjenti m’għandhomx jiġu qabel id-drittijiet ta’ pazjenti oħra, pereżempju l-pazjenti li jkollhom bżonn kura urġenti, li huma l-akbar grupp ta’ pazjenti.

Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri

11.

isostni li għandu jinħoloq bilanċ bejn l-iżvilupp tal-kooperazzjoni Ewropea – li hija siewja għall-partijiet ikkonċernati kollha – u r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà – li skontu l-Istati Membri, jew f’ċerti każi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, iridu jiggarantixxu sistemi tas-saħħa li jaħdmu tajjeb. Il-Kumitat jistqarr li għandhom jiġu ċċarati dawk il-partijiet fil-Proposta għal Direttiva fejn l-Istati Membri jintalbu jaġġustaw is-sistemi tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali tagħhom, u l-ambitu ta’ dawn l-aġġustamenti b’rabta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

12.

f’dan il-kuntest jagħmel referenza għan-Netwerk ta’ Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni (1) li, wara li kkonsulta l-partijiet differenti tan-netwerk, ħejja rapport dwar il-Proposta għal Direttiva. Fost ħwejjeġ oħra dan ir-rapport jgħid li l-Proposta għal Direttiva kapaċi ddgħajjef is-sistemi ta’ kontroll attwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

13.

huwa tal-opinjoni wkoll li wieħed m’għandux biss jipproteġi liċ-ċittadini u jinformahom dwar id-drittijiet tagħhom stipulati fil-liġi Komunitarja, iżda għandha titqies dejjem aktar ukoll il-possibbiltà li titfassal sistema reattiva u aċċessibbli sabiex il-pazjenti kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u l-possibbiltajiet li għandhom. Għandna niżguraw ukoll li anke l-aktar gruppi ta’ pazjenti esposti u vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom stipulati fil-liġi Komunitarja. Dawn il-gruppi ta’ pazjenti jinkludu, pereżempju, l-anzjani li ftit li xejn jafu jitkellmu b’lingwi barranin, jew pazjenti li ma jistgħux jiċċaqalqu minħabba raġjunijiet fiżiċi jew psikoloġiċi. Għandha ssir ukoll diskussjoni dwar jekk l-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandhiex tagħti r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni matul il-kura medika, u l-ispiża totali m’għandhiex tkun iktar mill-prezz tal-kura fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni;

14.

jaqbel li l-Istati Membri, jew f’ċerti każi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jiggarantixxu sistema tas-saħħa li taħdem tajjeb. Din is-sistema għandha tissejjes fuq il-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, huwa importanti:

li jkun hemm mekkaniżmi sabiex jiggarantixxu u jissorveljaw li jinżammu l-istandards;

li l-pazjenti jingħataw l-informazzjoni rilevanti sabiex ikun jistgħu jagħmlu għażla infurmata rigward l-għajnuna medika u l-kura li jirċievu;

li jkun hemm sistema għall-ilmenti tal-pazjenti;

li l-impjegati fil-qasam tas-saħħa jkollhom sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali;

li titħares sew id-data personali;

li l-pazjenti kollha jiġu ttrattati bl-istess mod, indipendentement minn liema Stat Membru tal-UE jkunu ġejjin.

Dawn l-oqsma huma l-fulkru ta’ sistema tas-saħħa li taħdem tajjeb, u għandhom jibqgħu fost ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri jew f’ċerti każi l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Proposta għal Direttiva m’għandhiex tkun l-ewwel pass lejn l-armonizzazzjoni;

Għalkemm ir-responsabbiltà għall-ħolqien ta’ standards ta’ kwalità f’dan ir-rigward hija f’idejn l-Istati Membri jew, f’xi każi, f’idejn l-awtoritajiet territorjali kompetenti, xejn ma jżomm lill-korpi tal-UE milli jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn il-kriterji jsiru aktar standardizzati jew li jħeġġu l-kooperazzjoni billi jwaqqfu netwerks u servizzi ta’ referenza;

15.

jilqa’ l-fatt li l-Proposta għal Direttiva tistipula li s-servizzi tas-saħħa għandhom jingħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-Istat Membru li jipprovdi l-kura;

Il-konsultazzjoni u l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE

16.

jilqa’ l-fatt li l-proċeduri amministrattivi tal-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għall-konsultazzjoni u r-referenza għand tabib ieħor baqgħu l-istess bil-kundizzjoni li dawn mhumiex diskriminatorji u ma jxekklux il-moviment liberu;

17.

jilqa’ l-fatt li l-Proposta għal Direttiva tenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jżommu mal-istess kundizzjonijiet, kriterji ġenerali u formalitajiet legali u amministrattivi, f’każ ta’ kura jew rimborż tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, eż. it-tabib tal-familja jista’ jibgħat lill-pazjent għand speċjalista;

18.

jirrakkomanda li l-Istati Membri ta’ affiljazzjoni jingħataw id-dritt mingħajr restrizzjoni li jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel biex persuna tingħata l-kura fi sptar ta’ Stat Membru ieħor. B’hekk tkun tista’ tiġi ppjanata sistema tas-saħħa effettiva, u jiġu evitati l-problemi marbuta mal-flussi ta’ pazjenti deħlin u ħerġin. Fl-istess ħin jitnaqqas ir-riskju li l-flussi ta’ pazjenti jtellfu (jew ikunu jistgħu jtellfu) il-bilanċ ekonomiku u l-bilanċ tas-sistemi tas-saħħa, jew ixekklu l-possibbiltà li tiġi ppjanata s-sistema tas-saħħa, inklużi l-ippjanar tal-kapaċità, iż-żieda tal-effiċjenza u l-aċċessibbiltà. Barra minn dan, sistema ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tikkontribwixxi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-Istati Membri li jipprovdu l-kura. Id-Direttiva tal-Kummissjoni għandha tressaq sensiela ta’ kriterji għal meta l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jkun jista’ ma jaċċettax l-awtorizzazzjoni, peress li mingħajr kriterji stabbiliti d-Direttiva kollha tista’ tiddgħajjef. Fl-aħħar nett, sistema ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tgħin ukoll sabiex isir enfasi fuq saħħet il-pazjent, biex b’hekk ikun jista’ jkun hemm, pereżempju, ir-riabilitazzjoni u għajnuna oħra wara li tintemm il-kura.

19.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-differenza bejn il-kura fl-isptar u s-servizzi tas-saħħa li m’hemmx għalfejn jingħataw fl-isptar tista’ toħloq xi problemi billi l-kura tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għaldaqstant, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jew f’ċerti każi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jiddeċiedu liema kura għandha tingħata fl-isptar. Din id-deċiżjoni għandha ssir fid-dawl tal-għarfien u l-iżviluppi l-ġodda kif ukoll fil-kuntest tal-kundizzjonijiet lokali u reġjonali;

20.

iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jiggarantixxu l-użu transkonfinali ta’ kapaċitajiet u servizzi tal-kura tas-saħħa li ma jintużawx fil-pajjiż. Dawn l-inizjattivi m’għandux ikollhom impatt negattiv fuq it-tqassim xieraq tar-riżorsi mediċi u tal-kura tas-saħħa, inkluż il-personal, fl-Istati Membri u bejniethom – dan jista’ jiġri, pereżempju, minħabba d-differenzi fis-sistemi tal-ħlas;

21.

jemmen li l-fatt li tingħata kura lil pazjenti minn Stati Membri oħra m’għandux ikollu konsegwenzi negattivi fuq il-kapaċità u l-obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li jipprovdi l-kura liċ-ċittadini tiegħu stess;

22.

fil-prinċipju jagħraf il-ħtieġa li jinħolqu punti ta’ kuntatt li joffru lill-pazjenti informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom b’rabta mas-servizzi tas-saħħa transkonfinali – bil-għan li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni xierqa dwar id-drittijiet tagħhom. Il-punti ta’ kuntatt għandhom jitmexxew mill-korpi eżistenti, jekk ikunu jeżistu. Dawn il-punti ta’ kuntatt m’għandu jkollhom l-ebda funzjoni legali, iżda għandhom sempliċement jipprovdu l-informazzjoni;

Ir-rimborż tal-ispejjeż tal-kura

23.

jappoġġja l-fatt li l-ispejjeż tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali jistgħu jiġu rimborżati biss meta dawn is-servizzi jkunu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn ikun assigurat il-pazjent. Il-Kumitat jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li l-pazjenti ma jistgħux jagħmlu profitt mis-servizzi tas-saħħa transkonfinali;

24.

jenfasizza li l-provveditur tal-kura tas-saħħa għandu jitħallas lura l-ispejjeż kollha b’mod effettiv li jkunu saru b’rabta mal-kura li tingħata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni huwa obbligat iħallas lura biss l-ispejjeż tal-kura li ma jaqbżux l-ispejjeż li kienu jsiru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż li verament ikunu saru għall-kura tas-saħħa mogħtija. L-ispejjeż addizzjonali l-oħra għandhom jitħallsu mill-pazjent;

25.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-prattika, ta’ sikwit jinqalgħu l-problemi bir-rimborż tal-ispejjeż; għalhekk jitlob li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw u jassiguraw il-ħlas tal-ispejjeż tal-kura. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ ftehimiet bejn id-dipartimenti tas-sigurtajiet soċjali u min jipprovdi s-servizzi mediċi jew inkella ftehimiet bejn l-Istati Membri stess, kif ukoll permezz ta’ miżuri li jiggarantixxu l-ħlas min-naħa tal-pazjent;

26.

jixtieq li jiġu ċċarati d-drittijiet taċ-ċittadini li jirriżultaw mill-Proposta għal Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali u mir-Regolament 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali;

Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa

27.

jirrakkomanda li fil-Proposta għal Direttiva jiġu regolati biss setturi li huma marbuta direttament mad-drittijiet tal-pazjenti;

28.

jirrimarka li l-farmaċewtiċi huma regolati mil-liġi nazzjonali, u l-liġi Komunitarja m’għandhiex ixxekkel l-adozzjoni ta’ standards nazzjonali għoljin tas-sigurtà tal-pazjenti fir-rigward tar-riċetti u l-mediċini. Barra minn dan, l-isforzi għall-armonizzazzjoni m’għandhomx jillimitaw il-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli fil-qasam farmaċewtiku bil-għan li jiksbu l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni tal-pazjenti, li jiggarantixxu l-bilanċ ekonomiku u li jirregolaw l-infiq pubbliku fuq il-farmaċewtiċi;

29.

jemmen li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta’ netwerk fil-qasam tas-saħħa – netwerk li jinkludi l-kooperazzjoni fil-kura speċjalizzata ħafna u fil-kura li titlob ammont kbir ta’ riżorsi. Il-kooperazzjoni f’tipi partikolari ta’ kura toħloq il-valur miżjud u b’hekk tippromovi l-innovazzjoni, il-kwalità u l-użu effiċjenti tar-riżorsi. Madankollu, dawn in-netwerks ta’ referenza m’għandhomx jarmonizzaw jew jirregolaw il-kura speċjalizzata ħafna;

30.

isostni li l-miżuri tal-Kummissjoni relatati mas-sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jistgħu jintużaw bejn l-Istati Membri (interoperabbiltà) m’għandhomx ixekklu l-miżuri nazzjonali f’dan il-qasam. Jilqa’ l-fatt li l-miżuri tal-Kummissjoni jirriflettu l-iżvilupp tekniku, jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali, u għandhom jiddeterminaw l-istandards u t-terminoloġija meħtieġa għall-interoperabbiltà;

31.

f’dan ir-rigward jemmen li l-kooperazzjoni strutturata u kkoordinata fil-livell Ewropew għall-iskambju tal-esperjenzi, għat-tixrid tal-għarfien u fir-riċerka relatata mal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa tista’ toħloq valur miżjud għall-Istati Membri. Però l-kooperazzjoni m’għandhiex tinvolvi l-armonizzazzjoni u r-regolazzjoni;

32.

huwa tal-opinjoni li l-aċċess għad-data u l-informazzjoni valida u ta’ kwalità għolja huwa fundamentali. Madankollu, id-data għandha tinkiseb mid-data li diġà nġabret fl-Istati Membri;

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

33.

ifakkar li f’bosta Stati Membri huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jippjanaw, imexxu, jisfruttaw u jkomplu jiżviluppaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa; u dawn l-awtoritajiet jinsabu qrib iċ-ċittadini. Għaldaqstant, huma kisbu għarfien espert fil-qasam tas-saħħa u jaqdu rwol essenzjali f’dan l-istess qasam;

34.

jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fl-attivitajiet u l-inizjattivi Komunitarji marbuta mas-saħħa;

35.

barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu proċessi biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom stess jiġu involuti sa minn stadju bikri fit-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi Ewropej fil-qasam tas-saħħa;

36.

huwa tal-fehma li meta jitwaqqaf il-Kumitat biex jappoġġja lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, għandu jintuża l-għarfien espert li jeżisti diġà fil-livell lokali u reġjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi involut f’din il-ħidma.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

L-ewwel konsiderazzjoni – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu i 152, 95 u 16 tiegħu,

Raġuni

Kif semma r-rapporteur f’punt 2 tal-opinjoni, u kif stqarret il-Kummissjoni fl-ewwel premessa tal-Proposta għal Direttiva, ir-referenza li jagħmel l-Artikolu 152 tat-Trattat għal livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana tagħti l-leġittimità politika lil din il-Proposta għal Direttiva. Huwa xieraq ukoll li jiġi enfasizzat ir-rwol importanti li jaqdu s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali – imsemmija fl-Artikolu 16 tat-Trattat – fil-kura tas-saħħa.

Emenda 2

Żid premessa ġdida wara premessa 3:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(3a)

Id-diverġenżi li jeżistu bejn l-objettivi tal-politika tas-saħħa u l-objettivi tas-suq intern tas-servizzi jfissru li, meta jinqala’ konflitt, għandha dejjem tingħata prijorità lill-objettivi tal-politika tas-saħħa għal raġunijiet konvinċenti ta’ interess pubbliku (pereżempju: is-saħħa pubblika, l-objettivi tal-politika soċjali, iż-żamma tal-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali, eċċ.).

Emenda 3

Premessa 10 – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

10)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri l-metodi ta’ provvista ta’ kura tas-saħħa kif ġej:

L-użu tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż (jiġifieri: pazjent li jmur għand provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għal trattament); l-hekk imsejħa “mobbiltà tal-pazjent”;

Provvediment transkonfinali ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: twassil ta’ servizz minn territorju ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor); bħas-servizzi telemediċi, djanjosi remota u preskrizzjoni, servizzi tal-laboratorji;

Il-preżenza permanenti ta’ provveditur ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: il-ħolqien tal-provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); kif ukoll,

Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa, pereżempju li jmorru temporanjament fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi).

(10)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri l-metodi ta’ provvista ta’ kura tas-saħħa kif ġej:

L-użu tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż (jiġifieri: pazjent li jmur għand provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għal trattament); l-hekk imsejħa “mobbiltà tal-pazjent”;

Provvediment transkonfinali ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: twassil ta’ servizz minn territorju ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor); bħas-servizzi telemediċi, djanjosi remota u preskrizzjoni, servizzi tal-laboratorji;

Il-preżenza permanenti ta’ provveditur ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: il-ħolqien tal-provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); kif ukoll,

Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa, pereżempju li jmorru temporanjament fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi).

Raġuni

It-tielet inċiż tat-test propost mill-Kummissjoni jikkonċerna kwistjoni relatata mad-Direttiva Nru 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern. Biex nevitaw li jkun hemm impjegati li jitilfu x-xogħol minħabba li jitqiesu żejda u kull inċertezza legali nissuġġerixxu li dan l-inċiż jitħassar.

Ir-raba’ inċiż tat-test propost mill-Kummissjoni jikkonċerna kwistjoni relatata mad-Direttiva 2005/36/KE tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. Biex nevitaw li jkun hemm impjegati li jitilfu x-xogħol minħabba li jitqiesu żejda u kull inċertezza legali nissuġġerixxu li dan l-inċiż jitħassar.

Emenda 4

Premessa 31 – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(31)

L-evidenza disponibbli tindika li l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ moviment ħieles fir-rigward tal-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema statutorja ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ma tfixkilx is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri jew is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li wieħed ma jistax jeskludi li r-riskju possibbli ta’ tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista’ jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta’ ħelsien tal-għoti ta’ servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta’ sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż għal kura fl-isptar riċevuta fi Stat Membru ieħor, fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: kieku t-trattament ingħata fit-territorju tiegħu, l-ispiża kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu u l-ħruġ konsegwenti ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tad-direttiva jfixkel b’mod serju jew hemm probabbiltà li jfixkel b’mod sejru l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali u/jew dan il-ħruġ ta’ pazjenti jfixkel b’mod serju, jew huwa probabbli li jfixkel l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat. Hekk kif l-evalwazzjoni tal-impatt preċiż tal-ħruġ mistenni ta’ pazjenti jeħtieġ suppożizzjonijiet u kalkoli kumplessi, id-Direttiva tippermetti sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jistenna li s-sistema tas-sigurtà soċjali se tiġi mfixkla b’mod serju. Dan għandu jkopri wkoll każi ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li jeżistu diġà li huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.

(31)

L-evidenza disponibbli tindika li l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ moviment ħieles fir-rigward tal-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema statutorja ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ma tfixkilx is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri jew is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li wieħed ma jistax jeskludi li r-riskju possibbli ta’ tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista’ jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta’ ħelsien tal-għoti ta’ servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta’ sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż għal kura fl-isptar riċevuta fi Stat Membru ieħor.,fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: kieku t-trattament ingħata fit-territorju tiegħu, l-ispiża kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu u l-ħruġ konsegwenti ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tad-direttiva jfixkel b’mod serju jew hemm probabbiltà li jfixkel b’mod sejru l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali u/jew dan il-ħruġ ta’ pazjenti jfixkel b’mod serju, jew huwa probabbli li jfixkel l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat. Hekk kif l-evalwazzjoni tal-impatt preċiż tal-ħruġ mistenni ta’ pazjenti jeħtieġ suppożizzjonijiet u kalkoli kumplessi, id-Direttiva tippermetti sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jistenna li s-sistema tas-sigurtà soċjali se tiġi mfixkla b’mod serju. Dan għandu jkopri wkoll każi ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li jeżistu diġà li huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8. Tinħtieġ sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel sabiex tiżgura lill-pazjenti transkonfinali li ser jingħataw kura u jitħallsu lura mis-sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ pajjiżhom. Sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel bħal din hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Raġuni

1)

X’inhi “l-evidenza disponibbli” dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ moviment ħieles fl-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor? Hu x’inhu l-każ, ma jkunx xieraq li tingħata l-impressjoni li l-għan tal-Proposta għal Direttiva kien li tħeġġeġ il-moviment ħieles tal-pazjenti.

2)

Ir-raġuni għat-tieni parti tal-emenda hija ovvja.

Emenda 5

Artikolu 1 – Għan – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ għall-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fid-dawl tal-fatt li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw u joffru s-servizzi tas-saħħa u l-kura medika.

Raġuni

Huwa importanti li sa mill-bidu jkun ċar li l-Proposta għal Direttiva tirrispetta r-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri għas-servizzi tas-saħħa u li l-kontribut Komunitarju għandu jikkomplementa l-politiki nazzjonali fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 6

Artikolu 2 – Ambitu – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2 -   Ambitu

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Artikolu 2 -   Ambitu

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-aċċess transkonfinali għall- provvediment ta’ kura tas-saħħa għal pazjenti individwali irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 7

Artikolu 4 – Tifsiriet – (b) – Ħassar:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4 –   Tifsiriet

(b)

“kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew il-kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa;

Artikolu 4 –   Tifsiriet

(b)

“kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assiguratajew il-kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa;

Raġuni

Dak li jgħodd mhuwiex il-pajjiż fejn huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa iżda l-pajjiż ta’ affiljazzjoni tal-pazjent.

Emenda 8

Artikolu 4 – Tifsiriet – (d) – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4 –   Tifsiriet

(d)

“professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE;

Artikolu 4 –   Tifsiriet

(d)

“professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE;

Raġuni

Għandha ssir referenza għal “tabib” billi f’diversi Stati Membri, fosthom Spanja, il-grad universitarju ta’ “tabib tal-mediċina” (MD) mhux dejjem meħtieġ biex wieħed jipprattika ta’ tabib.

Emenda 9

Artikolu 5 – Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament – Biddel it-titolu:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5 –

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Artikolu 5 –

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membriu li jipprovdi t-trattament

Raġuni

Artikolu 5 jindirizza wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri ta’ affiljazzjoni.

Emenda 10

Artikolu 5 – Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5 –   Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

1.

L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

(a)

il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

(b)

l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b’mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

(ċ)

il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

(d)

il-pazjenti għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u huma garantiti rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu;

(e)

sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

(f)

id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

(g)

pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skont il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ trattament.

2.

Kull miżura meħuda mill-Istati Membri, meta jimplimentaw dan l-Artikolu, għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u d-Direttiva 2000/31/KE dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku.

3.

Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b’livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 5 –   Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u li jipprovdi t-trattament

1.

L-Istati Membri ta’ trattament li jipprovdu l-kura għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu Dan għandu jsir fid-dawl tal-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, u għandu jiġi garantit li: dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

(a)

il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

(b)

l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b’mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

(c)

il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

(d)

il-pazjenti għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u huma garantiti rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu;

(e)

sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

(f a)

id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

(g b)

pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skont il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru li jipprovdi l-kurata’ trattament.

2.

Kull miżura meħuda mill-Istati Membri, meta jimplimentaw dan l-Artikolu, għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u d-Direttiva 2000/31/KE dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku.

3.

Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b’livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Raġuni

Artikolu 5 jindirizza wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri ta’ affiljazzjoni.

Il-proposta biex jiġi emendat l-Artikolu 5 hija ġġustifikata, l-ewwel u qabel kollox, mill-fatt li l-Artikolu 152 TKE jistipula li l-orgranizzazzjoni u l-għoti tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika huma kompetenza esklużiva tal-Istati Membri.

Bil-proposta tagħha biex is-sistemi tas-saħħa nazzjonali jissodisfaw sensiela ta’ objettivi, fosthom li jistabbilixxu standards ċari ta’ kwalità għal kura tas-saħħa jew sistemi ta’ kontroll, il-Kummissjoni tkun qed tindaħal fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali u b’hekk ma tkunx qed tirrispetta l-Artikolu 152 TKE.

Emenda 11

Artikolu 6 – paragrafi 1 u 2 – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6 –   Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

2.

L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

Artikolu 6 –   Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. fejn Il-kura it-trattament ikkonċernata huwa għandha tiġi inkluża fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. Fl-aħħar nett, kundizzjoni oħra għandha tkun li l-kura ma tkunx tista’ tingħata mingħajr telf ta’ żmien fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni. L-istituzzjoni kompetenti fl L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandha u j tħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja jew tas-saħħa tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

2.

L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

Raġuni

L-għan tal-Proposta għal Direttiva huwa li tiċċara d-drittijiet tal-pazjenti skont is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

Il-frażi “mingħajr telf ta’ żmien” intużat fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (jiġifieri fil-każi Watts u Inizan), u għaldaqstant għandha tintuża l-istess frażi fil-Proposta għal Direttiva. Il-Qorti stabbilixxiet li l-kura mogħtija fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni soċjali tal-persuna assigurata għandha tingħata jekk l-Istat Membru fejn joqgħod il-pazjent ma jistax jipprovdi l-kura meħtieġa mingħajr telf ta’ żmien. Il-kunċett ta’ “telf ta’ żmien” għandu jiġi interpretat fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet mediċi li jsiru f’kull każ individwali.

L-emendi l-oħra jiċċaraw il-fatt li l-ispejjeż għandhom jitħallsu lura mhux mill-Istat Membru iżda mill-istituzzjoni(jiet) tal-assigurazzjoni soċjali kkonċernata, u li mhux l-ispejjeż koperti mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja biss għandhom jitħallsu lura iżda wkoll l-ispejjeż koperti mis-sistemi tas-saħħa ffinanzjati mill-Istat.

Emenda 12

Artikolu 6 – Żid paragrafi 3 u 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6:   Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

2.

L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

3.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

4.

L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skont dan il-mekkaniżmu m’għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

5.

Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta’ data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Artikolu 6:   Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa il-kura kkonċernata hija fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

2.

L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

3.

L-ispejjeż (kollha) li jsiru b’rabta mal-kura tas-saħħa għandhom jitħallsu lura lill-provveditur tal-kura tas-saħħa.

4.

L-Istati Membri jistgħu jieħdu xi miżuri biex jiffaċilitaw u jassiguraw il-ħlas tal-ispejjeż tal-kura.

3. 5.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

4. 6.

L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skont dan il-mekkaniżmu m’għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

5. 7.

Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta’ data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Raġuni

Ir-regoli dwar ir-rimborż finanzjarju tal-Istat Membru li jipprovdi l-kura kif ukoll il-kwistjoni prattika tal-ħlas ma ġewx indirizzati fil-Proposta għal Direttiva. Bl-introduzzjoni ta’ paragrafu ġdid (paragrafu 3) fl-Artikolu 6 tad-Direttiva jiġu garantiti l-istabbiltà finanzjarja u s-sigurtà tal-provvista fis-sistema tal-Istat Membru li jipprovdi l-kura billi jiġi żgurat li l-Istat Membru li jipprovdi l-kura jitħallas tal-ispejjeż kollha li jkunu saru b’rabta mal-kura tas-saħħa, u permezz tal-istess paragrafu tiġi implimentata t-talba li ssir f’punt 24 tal-opinjoni. Bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ paragrafu 4, l-Istati Membri ser ikunu jistgħu jiddeċiedu kif jitħallsu l-ispejjeż tal-kura jew jiggarantixxu l-ħlas effettiv.

Emenda 13

Artikolu 8 – Kura fl-isptar u speċjalizzata – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, kura fl-isptar għandha tfisser:

(a)

kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

(b)

kura tas-saħħa, inkluża f’lista speċifika, li ma teħtieġx akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent għal mill-anqas lejl wieħed. Din il-lista għandha tiġi limitata għal:

kura tas-saħħa li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati u għoljin ħafna; jew

kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta’ riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

2.

Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

3.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; kif ukoll

(b)

l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b’mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(i)

il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(ii)

l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

4.

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali biex jiġi evitat impatt tali, u m’għandhiex tikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja.

5.

L-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

1.

Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, kura fl-isptar għandha tfisser:

(a)

kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

(b)

kura tas-saħħa, inkluża f’lista speċifika, li ma teħtieġx akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent għal mill-anqas lejl wieħed. Din il-lista għandha tiġi limitata għal tista’ tinkludi:

kura tas-saħħa li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati u għoljin ħafna; jew

kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti tipi ta’ kura li huma ta’ riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

c)

tipi oħra ta’ kura li minħabba n-natura tal-marda jkun aħjar jekk jingħataw fi sptar.

2.

Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).minn kull Stat Membru u għandha tiġi aġġornata regolarment sabiex tkun tista’ tiġi adattata għas-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ kull Stat Membru, jew f’ċerti każi tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali.

3.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu l-possibbiltà li jista’ jistipula sistema ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor jekk il-kura tas-saħħa tkun koperta mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru. meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; kif ukoll

(b)

l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b’mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(i)

il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(ii)

l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

4.

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali biex jiġi evitat impatt tali, u m’għandhiex tikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja.

4.

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jitħarsu d-drittijiet tal-pazjenti u biex jiġu assigurati l-ippjanar u l-iffinanzjar tal-kura tas-saħħa fl-isptar, u m’għandhiex tkun mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja.

5.

Il-kura ppjanata għal pazjenti minn Stati Membri oħra m’għandhiex taffettwa l-kapaċità jew l-obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi l-kura liċ-ċittadini tiegħu.

5. 6.

L-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

Raġuni

Mhux possibbli li titħejja lista komuni eżawrjenti bit-tipi ta’ kura kollha li għandhom jitqiesu bħala kura li tingħata fl-isptar peress li l-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tvarja minn Stat Membru għal ieħor.

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel (paragrafu 3) ma titqisx li hi konformi mal-Artikolu 152 TKE. Bħalissa parti żgħira biss mill-pazjenti fis-sistema tas-saħħa qed jibbenefikaw mill-mobbiltà tal-pazjenti minn Stat Membru għal ieħor. Però bl-adozzjoni tad-Direttiva l-mobbiltà tal-pazjenti mistennija tiżdied, speċjalment fir-reġjuni mal-fruntiera u għal xi tipi ta’ kura, bħall-operazzjonijiet ippjanati minn qabel.

F’dan il-kuntest il-Kumtitat qed jissuġġerixxi li jinħolqu sistemi ġenerali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel biex persuna tingħata l-kura fi sptar ta’ Stat Membru ieħor b’tali mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw u jippjanaw is-sistema tas-saħħa globali tagħhom. B’din is-sistema ġenerali l-Istati Membri li jipprovdu l-kura ikollhom aktar sigurtà fir-rigward tal-ħlas għas-servizzi li jkunu pprovdew billi l-pazjenti jkollhom l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni biex jingħataw il-kura fi sptar ta’ Stat Membru ieħor.

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tikkontribwixxi wkoll biex il-pazjenti jingħataw l-għażliet ta’ kura rilevanti u biex il-kura tkun verament meħtieġa u sigura għall-pazjenti. B’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jserrħu moħħhom dwar il-kura tagħhom fi Stat Membru tal-UE ieħor, u jkollhom il-garanzija li ser jingħataw l-appoġġ meħtieġ wara li jirċievu l-kura.

Fl-aħħar nett, għandha ssir enfasi fuq il-fatt li l-Istati Membri li jipprovdu l-kura jistgħu jirrifjutaw il-pazjenti minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità. Dan huwa essenzjali biex huma jkunu jistgħu jorganizzaw u jikkontrollaw is-sistemi tas-saħħa nazzjonali.

Emenda 14

Artikolu 12 – Punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

2.

Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, u ma’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari fl-Istat Membru ta’ trattament, u mal-Kummissjoni:

(a)

jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(b)

jgħin lill-pazjenti jħarsu d-drittijiet tagħhom u jfittxu rikors xieraq fil-każ li tirriżulta l-ħsara mill-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor; il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu b’mod partikolari jgħarraf lill-pazjenti dwar l-għażliet disponibbli sabiex jissolva kull kunflitt, jgħinhom fl-identifikazzjoni tal-iskema xierqa ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għall-każ speċifiku u jgħinhom biex jissorveljaw it-tilwim tagħhom fejn meħtieġ;

(ċ)

jiġbor tagħrif iddetaljat dwar il-korpi nazzjonali li joperaw riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qrati u jiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ dawn il-korpi;

(d)

jiffaċilita l-iżvilupp ta’ skema ta’ riżoluzzjoni internazzjonali barra l-qrati għal tilwim li jirriżulta minn kura tas-saħħa transkonfinali;

3.

Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta:

(a)

il-miżuri meħtieġa għat-tmexxija tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali stipulati f’dan l-Artikolu;

(b)

in-natura u t-tip ta’ data li trid tinġabar u titqassam fin-netwerk;

(ċ)

linji ta’ gwida dwar it-tagħrif għall-pazjenti stipulati fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

1.

L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

2.

Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jikkoopera , b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, u ma’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari fl-Istat Membru ta’ trattament, u mal-Kummissjoni biex

(a)

jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolaridwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(b)

jgħin lill-pazjenti jħarsu d-drittijiet tagħhom u jfittxu rikors xieraq fil-każ li tirriżulta l-ħsara mill-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor; il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu b’mod partikolari jgħarraf lill-pazjenti dwar l-għażliet disponibbli sabiex jissolva kull kunflitt, jgħinhom fl-identifikazzjoni tal-iskema xierqa ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għall-każ speċifiku u jgħinhom biex jissorveljaw it-tilwim tagħhom fejn meħtieġ;

(c)

jiġbor tagħrif iddetaljat dwar il-korpi nazzjonali li joperaw riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qrati u jiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ dawn il-korpi;

(d)

jiffaċilita l-iżvilupp ta’ skema ta’ riżoluzzjoni internazzjonali barra l-qrati għal tilwim li jirriżulta minn kura tas-saħħa transkonfinali;

3.

Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta:

(a)

il-miżuri meħtieġa għat-tmexxija tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali stipulati f’dan l-Artikolu;

(b)

in-natura u t-tip ta’ data li trid tinġabar u titqassam fin-netwerk;

(c)

linji ta’ gwida dwar it-tagħrif għall-pazjenti stipulati fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Importanti ħafna li l-pazjenti jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-possibbiltajiet ta’ kura fi Stat Membru tal-UE ieħor. Madankollu, fil-Proposta għal Direttiva l-obbligu tal-Istati Membri li jinformaw lill-pazjenti huwa wiesa’ wisq biex ikun jista’ jiġi implimentat fil-prattika. Barra minn hekk, mhux ċar xi trid tgħid eżatt il-Kummissjoni bl-obbligu legali rigward ir-“riżoluzzjoni barra l-qrati”. Għaldaqstant, ir-rwol u l-kompetenzi tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu identifikati b’mod aktar ċar.

Emenda 15

Artikolu 15 – Netwerks ta’ referenza Ewropej – Neħħi t-test:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa. Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

2.

L-għanijiet tan-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom ikunu:

(a)

li jgħinu sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-kooperazzjoni Ewropea fir-rigward ta’ kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna u għal sistemi tal-kura tas-saħħa minn innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)

li jgħinu fil-promozzjoni ta’ aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u effettiva meta mqabbla mal-ispejjeż għall-pazjenti kollha b’kundizzjoni medika li jeħtieġu konċentrazzjoni partikolari ta’ riżorsi jew għarfien espert;

(ċ)

li jimmassimizzaw l-użu effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż ta’ riżorsi billi jikkonċentrawhom fuq fejn huwa xieraq;

(d)

li jgħinu fl-iskambju tal-għarfien u jipprovdu taħriġ għal professjonisti tas-saħħa;

(e)

li jipprovdu punti ta’ referenza ta’ kwalità u ta’ sigurtà u li jgħinu l-iżvilupp u t-tqassim tal-aħjar prassi fi u barra n-netwerk;

(f)

li jgħinu lill-Istati Membri b’għadd insuffiċjenti ta’ pazjenti b’kundizzjoni medika partikolari jew li m’għandhomx it-teknoloġija jew l-għarfien espert biex jipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi speċjalizzati ħafna tal-ogħla kwalità;

3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

(i)

għandhom il-kapaċitajiet xierqa biex jiġu djanjostikati, segwiti u mmaniġjati pazjenti b’evidenza ta’ riżultati tajba sa fejn ikun applikabbli;

(ii)

għandhom kapaċità u attività suffiċjenti biex jipprovdu servizzi rilevanti u jżommu l-kwalità tas-servizzi pprovduti;

(iii)

għandhom il-kapaċità li jipprovdu parir espert, dijanjożi jew konferma tad-dijanjożi, li jipproduċu u jżommu mal-linji ta’ gwida ta’ prassi tajba u li jimplimentaw miżuri ta’ riżultat u kontroll tal-kwalità;

(iv)

jistgħu juru strateġija multidixxiplinarja;

(v)

jipprovdu livell għoli ta’ għarfien espert u esperjenza dokumentata permezz ta’ pubblikazzjonijiet, għotjiet jew pożizzjonijiet onorarji, attivitajiet ta’ tagħlim u taħriġ;

(vi)

jipprovdu kontribuzzjonijiet qawwija għar-riċerka;

(vii)

huma involuti fis-sorveljanza epidemoloġika, bħar-reġistri;

(viii)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma’ ċentri u netwerks oħrajn ta’ għarfien espert fil-livell nazzjonali u internazzjonali u l-kapaċità li joħolqu netwerks;

(ix)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet ta’ pazjenti fejn jeżistu assoċjazzjonijiet bħal dawn;

(b)

il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej.

4.

Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa. Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

2.

L-għanijiet tan-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom ikunu:

(a)

li jgħinu sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-kooperazzjoni Ewropea fir-rigward ta’ kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna u għal sistemi tal-kura tas-saħħa minn innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa

(b)

li jgħinu fil-promozzjoni ta’ aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u effettiva meta mqabbla mal-ispejjeż għall-pazjenti kollha b’kundizzjoni medika li jeħtieġu konċentrazzjoni partikolari ta’ riżorsi jew għarfien espert;

(c)

li jimmassimizzaw l-użu effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż ta’ riżorsi billi jikkonċentrawhom fuq fejn huwa xieraq;

(d)

li jgħinu fl-iskambju tal-għarfien u jipprovdu taħriġ għal professjonisti tas-saħħa;

(e)

li jipprovdu punti ta’ referenza ta’ kwalità u ta’ sigurtà u li jgħinu l-iżvilupp u t-tqassim tal-aħjar prassi fi u barra n-netwerk;

(f)

li jgħinu lill-Istati Membri b’għadd insuffiċjenti ta’ pazjenti b’kundizzjoni medika partikolari jew li m’għandhomx it-teknoloġija jew l-għarfien espert biex jipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi speċjalizzati ħafna tal-ogħla kwalità.

3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

(i)

għandhom il-kapaċitajiet xierqa biex jiġu djanjostikati, segwiti u mmaniġjati pazjenti b’evidenza ta’ riżultati tajba sa fejn ikun applikabbli;

(ii)

għandhom kapaċità u attività suffiċjenti biex jipprovdu servizzi rilevanti u jżommu l-kwalità tas-servizzi pprovduti;

(iii)

għandhom il-kapaċità li jipprovdu parir espert, dijanjożi jew konferma tad-dijanjożi, li jipproduċu u jżommu mal-linji gwida ta’ prassi tajba u li jimplimentaw miżuri ta’ riżultat u kontroll tal-kwalità;

(iv)

jistgħu juru strateġija multidixxiplinarja;

(v)

jipprovdu livell għoli ta’ għarfien espert u esperjenza dokumentata permezz ta’ pubblikazzjonijiet, għotjiet jew pożizzjonijiet onorarji, attivitajiet ta’ tagħlim u taħriġ;

(vi)

jipprovdu kontribuzzjonijiet qawwija għar-riċerka;

(vii)

huma involuti fis-sorveljanza epidemoloġika, bħar-reġistri;

(viii)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma’ ċentri u netwerks oħrajn ta’ għarfien espert fil-livell nazzjonali u internazzjonali u l-kapaċità li joħolqu netwerks;

(ix)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet ta’ pazjenti fejn jeżistu assoċjazzjonijiet bħal dawn;

(b)

il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej.

4.

Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Raġuni

Il-KtR jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali fl-UE għaliex toħloq valur miżjud għall-Istati Membri. Però l-kooperazzjoni fil-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna jew fit-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda m’għandhiex tkun regolata permezz ta’ Direttiva għax b’hekk l-Istati Membri jkunu qed jiġu obbligati legalment li jikkooperaw. Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni minn din il-lenti nindunaw li din id-dispożizzjoni mhix konformi mal-għanijiet tad-Direttiva mniżżlin f’Artikolu 1.

Emenda 16

Artikolu 17 – Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda – Neħħi t-test:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ netwerk li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa.

2.

L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

(a)

jappoġġja il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

(b)

jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f’waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

3.

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

4.

Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

1.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ netwerk li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa.

2.

L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

(a)

jappoġġja il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

(b)

jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f’waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

3.

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

4.

Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

Raġuni

Il-KtR jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali fl-UE għaliex toħloq valur miżjud għall-Istati Membri. Però l-kooperazzjoni fil-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna jew fit-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda m’għandhiex tkun regolata permezz ta’ Direttiva għax b’hekk l-Istati Membri jkunu qed jiġu obbligati legalment li jikkooperaw. Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni minn din il-lenti nindunaw li din id-dispożizzjoni mhix konformi mal-għanijiet tad-Direttiva mniżżlin f’Artikolu 1.

Emenda 17

Artikolu 18(1) – Ġbir ta’ data għall-għanijiet ta’ statistika u ta’ sorveljanza – Biddel:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika u komplementarja għall-finijiet ta’ sorveljanza dwar il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali, il-kura pprovduta, il-provvedituri u l-pazjenti, l-ispiża u r-riżultati. Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta’ statistiċi u dwar il-ħarsien ta’ data personali.

1.

L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika u komplementarja għall-finijiet ta’ sorveljanza dwar il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali, il-kura pprovduta, il-provvedituri u l-pazjenti, l-ispiża u r-riżultati. Għandhom jiġbru din id-data b’mod esklużiv bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta’ statistiċi u dwar il-ħarsien ta’ data personali.

Raġuni

Il-KtR japprova l-ġbir ta’ data lil hinn mill-fruntieri bil-kundizzjoni li tinġabar u titqassam biss id-data li diġà hija disponibbli. Ir-raġuni hija li biex tinġabar data ġdida jista’ jkun hemm bżonn ta’ ħafna riżorsi. Jekk tinġabar data ġdida, għandha ssir analiżi ta’ jekk il-benefiċċju/l-impatt li toħloq id-data miġbura humiex biżżejjed biex jikkorrispondu għall-ħin li ntuża biex tinġabar id-data.

Brussell, 12 ta’ Frar 2009

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Rapport dwar il-konsultazzjoni tan-Netwerk ta’ Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, http://subsidiarity.cor.europa.eu