ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2009.105.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 105A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
7 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

2009/C 105A/01

Avviż ta' konkors ġenerali: Programmatur Analista — Referenza: EF/TA/09/01

1

2009/C 105A/02

Avviż ta' konkors ġenerali: Maniġer tar-Riċerka fil-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani — Referenza: EF/TA/09/07

2

 

2009/C 105A/03

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

s3

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

7.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 105/1


AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI: PROGRAMMATUR ANALISTA

REFERENZA: EF/TA/09/01

(2009/C 105 A/01)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol (Eurofound), b'sede f'Dublin, fl-Irlanda, qed tfittex li tirrekluta Programmatur Analista.

Il-kandidat li jintgħażel għandu jirrapporta lill-Kap tal-Unità tal-ICT (Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni) u jkun responsabbli għal xi wħud mill-punti li ġejjin jew għall-punti kollha:

Implimentazzjoni tas-Server Microsoft Office Sharepoint 2007 (MOSS) inkluż il-konfigurazzjoni, l-integrazzjoni tiegħu ma' sistemi eżistenti, tibdil skont id-domanda u l-programmazzjoni.

It-tfassil mill-ġdid u l-iżvilupp tal-Intranet: It-tfassil u l-implimentazzjoni ta' soluzzjoni xierqa għat-titjib tal-Intranet tal-Eurofound u l-applikazzjonijiet relatati.

Analiżi ta' ħtiġijiet, speċifikazzjoni u implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-intrapriżi, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-persunal tal-Eurofound li jaħdmu mal-unitajiet ta' negozju relevanti.

L-implimentazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-appoġġ għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-Intranet b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kuntratturi esterni tal-programmazzjoni tal-Eurofound.

Kollaborazzjoni mill-qrib ma' membri oħra tat-tim tal-ICT sabiex ikun provdut appoġġ tat-tip ICT u tas-sejba ta' żbalji (trouble shooting) permezz tal-Għajnuna teknika (Helpdesk) tal-ICT.

Dmirijiet u responsabbiltajiet oħra li jistgħu jiġu assenjati.

Dan il-konkors huwa miftuħ għal kandidati li:

huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini;

ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-leġiżlazzjoni dwar is-servizz militari;

ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-personalità rigward l-idoneità fil-qadi tad-dmirijiet speċifikati;

ikollhom għarfien estensiv ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Eurofound;

edukazzjoni sekondarja mitmuma b'livell avvanzat attestat b'diploma li tagħti aċċess għal studji universitarji;

tal-anqas tliet snin esperjenza wara t-tmiem tad-diploma, inkluż sentejn ta' esperjenza f'kariga simili.

Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AST, Grad 3, bħala Aġent Temporanju b'kuntratt ta' żmien indeterminat.

Dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-proċeduri ta' applikazzjoni u selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tal-websajt tal-Eurofound: www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż tal-post battal peress li applikazzjonijiet inkompluti ser jiġu eliminati.

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel mill-websajt.

Data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet: 7 ta' Ġunju 2009


7.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 105/2


AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI: MANIĠER TAR-RIĊERKA FIL-ĠESTJONI TAR-RIŻORSI UMANI

REFERENZA: EF/TA/09/07

(2009/C 105 A/02)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), b'sede f'Dublin, fl-Irlanda, qed tfittex li tirrekluta Maniġer tar-Riċerka (M/F) fil-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani.

Il-kariga ta' Maniġer tar-Riċerka — HRM se tkun ibbażata fl-Unità għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Iżvilupp fuq il-Post tax-Xogħol li tanalizza l-fatturi li jirriżultaw f'tibdil — il-globalizzazzjoni, il-bidla teknoloġika u t-tixjiħ demografiku — u teżamina l-impatt ta' dawn il-fatturi fid-dinja tax-xogħol. L-unità għandha l-intenzjoni li ssaħħaħ il-kapaċità tagħha biex teżamina l-kwistjonijiet assoċjati tal-organizzazzjoni tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, il-produttività, il-kapaċità innovattiva, il-motivazzjoni u l-iżvilupp tal-kapital uman mill-perspettiva ta' kumpanija.

Il-kandidat li jintgħażel ikollu għarfien espert u esperjenza ta' suċċessi fil-ġestjoni internazzjonali tar-riżorsi umani u jkun jista' japplika l-esperjenza prattika tiegħu fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' riċerka fl-oqsma deskritti hawn fuq. Il-kandidat magħżul, li jirrapporta lill-Kap tal-Unità għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Iżvilupp fuq il-Post tax-Xogħol, ikollu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' dan l-orjentament ġdid, b'enfasi fuq il-livell tal-kumpanija.

Dan il-konkors huwa miftuħ għal kandidati li:

huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini;

ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-leġiżlazzjoni dwar is-servizz militari;

ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-personalità rigward l-idoneità fil-qadi tad-dmirijiet speċifikati;

ikollhom għarfien estensiv ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Eurofound;

ikollhom edukazzjoni universitarja tal-anqas 4 snin li jwasslu għal lawrja fil-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani jew fl-Amministrazzjoni Kummerċjali;

ikollhom tal-anqas sitt snin esperjenza professjonali relevanti wara li jkunu kisbu l-lawrja universitarja;

Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AD, Grad 7, bħala Aġent Temporanju b'kuntratt ta' żmien indeterminat.

Dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-applikazzjoni u l-proċeduri ta' selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tal-websajt tal-Eurofound: www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż tal-post battal peress li applikazzjonijiet inkompluti ser jiġu eliminati.

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel mill-websajt.

Data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet: 7 ta' Ġunju 2009


7.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 105/s3


REVIŻJONI TAL-ĠU C A “KOMPETIZZJONI”

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

9

(DE/EN/FR)

10

(IT)

12

(DE/FR)

13

 

14

(DE/EN/FR)

16

(DE/EN/FR)

17

(BG/ET/LT/LV/MT/RO)

20

 

21

(DE/EN/FR)

23

 

24

(DE/FR/NL)

25

(BG/ET/LT/LV/MT/RO)

28

(DE/EN/FR)

34

(FR)

36

(GA/EN)

37

 

38

 

39

(SV)

41

(DE/EN/FR)

42

(EN)

45

 

46

(DE/EN/FR)

47

 

52

(DA/FI/MT)

58

(DE/EN/FR)

59

(DE/EN/ES/FR/PT/SV)

62

(BG/CS/LT/LV/MT/PL/RO/SK)

63

 

70

 

71

 

75

(DE/EN/FR)

80

(FR)

84

(BG/RO)

86

 

91

 

93

(BG/RO)

94

 

95

 

97

(DE/EN/FR)

98

 

99

(GA/EN)

103

 

104

(CS/PL)

105