ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.102.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
1 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 102/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 90, 18.4.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 102/02

Kawża C-205/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur t-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE — Ftehim konklużi mir-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qasam ta’ investimenti)

2

2009/C 102/03

Kawża C-249/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Sveżja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE — Ftehim konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, ir-Repubblika Araba tal-Eġittu, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Madagaskar, il-Malażja, ir-Repubblika Iżlamista tal-Pakistan, ir-Repubblika tal-Peru, ir-Repubblika ta’ Senegal, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Tuneżija, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika ta’ Yemen, u dik li kienet Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja)

2

2009/C 102/04

Kawża C-88/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Artikoli 28 KE u 30 KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2001/83/KE — Prodotti mediċinali veġetali — Prodotti kklassifikati bħala prodotti mediċinali — Prodotti legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati bħala supplimenti tal-ikel jew prodotti tad-dieta fi Stati Membri oħra — Kunċett ta’ prodott mediċinali — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Ostakolu — Ġustifikazzjoni — Saħħa pubblika — Protezzjoni tal-konsumaturi — Proporzjonalità — Deċiżjoni Nru 3052/95/KE — Proċedura ta’ informazzjoni reċiproka dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan il-Komunità)

3

2009/C 102/05

Kawża C-222/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (UTECA) vs Administración General del Estado (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 12 KE — Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza — Artikolu 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE — Libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati KE — Artikolu 87 KE — Għajnuna mill-Istat — Direttiva 89/552/KEE — Twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni — Obbligu fuq l-operaturi tat-televiżjoni, li jirriżervaw parti mid-dħul tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, b’60 % mill-imsemmi ffinanzjar jkun iddedikat għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali tar-Renju ta’ Spanja u li huma fil-parti l-kbira tagħhom prodotti mill-industrija ċinematografika Spanjola)

4

2009/C 102/06

Kawża C-302/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Londra – Ir-Renju Unit) – J D Wetherspoon PLC vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs (L-Ewwel u s-Sitt Direttivi tal-VAT — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità — Regoli dwar l-arrotondament ta’ ammonti tal-VAT — Metodi u livelli ta’ arrotondament)

5

2009/C 102/07

Kawża C-C-350/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Landessozialgericht – il-Ġermanja) Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall- Berufsgenossenschaft (Kompetizzjoni — Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE — Affiljazzjoni obbligatorja ma’ korp li jipprovdi assigurazzjoni kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol — Kunċett ta’ impriża — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 49 KE u 50 KE — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Riskju ta’ ħsara serja għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali)

5

2009/C 102/08

Kawża C-388/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England) vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform) (Direttiva 2000/78 — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Diskriminazzjoni marbuta mal-età — Sensji minħabba l-irtirar — Ġustifikazzjoni)

6

2009/C 102/09

Kawża C-479/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 809/2007 — Definizzjoni tal-kunċett ta’ għeżul tal-mitlaq — Għażel tat-tunnara — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni)

7

2009/C 102/10

Kawża C-545/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad – Il-Bulgarija) – Apis-Hristovich EOOD vs Lakorda AD (Direttiva Nru 96/9/KE — Protezzjoni legali ta’ databases — Dritt sui generis — Kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database — Estrazzjoni — Parti sostanzjali tal-kontenut ta’ database — Database elettronika ta’ data ġuridika uffiċjali)

7

2009/C 102/11

Kawża C-556/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika komuni tas-sajd — Regolament (KE) Nru 894/97 — Għeżul tal-mitlaq — Kunċett — Xibka tas-sajd magħrufa bħala tunnara — Projbizzjoni tas-sajd ta’ ċerti speċi — Regolament (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 2371/2002 — Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni)

8

2009/C 102/12

Kawża C-507/08: Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

9

2009/C 102/13

Kawża C-14/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2009 – Hava Genc vs Land Berlin

10

2009/C 102/14

Kawża C-45/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Frar 2009 – Gisela Rosenbladt vs Oellerking Gebäudereinigungsges.mbH

10

2009/C 102/15

Kawża C-49/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

11

2009/C 102/16

Kawża C-63/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 4 de Barcelona (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2009 – Axel Walz vs Clickair S.A.

11

2009/C 102/17

Kawża C-70/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fis-17 ta’ Frar 2009 – Alexander Hengartner u Rudolf Gasser

12

2009/C 102/18

Kawża C-72/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-18 ta’ Frar 2009 – Établissements Rimbaud SA vs Directeur général des impôts, Directeur des services fiscaux d’Aix-en-Provence

12

2009/C 102/19

Kawża C-74/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-18 ta’ Frar 2009 – Bâtiments et Ponts Construction SA, Thyssenkrupp Industrieservice vs Berlaymont 2000 SA

12

2009/C 102/20

Kawża C-75/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2009 – Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

13

2009/C 102/21

Kawża C-77/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2009 – Gowan Comercio Internacional e servicos limitada vs Ministero della Salute

13

2009/C 102/22

Kawża C-78/09 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2009 minn Compagnie des bateaux mouches SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-365/06, Bateaux mouches vs UASI

13

2009/C 102/23

Kawża C-81/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

14

2009/C 102/24

Kawża C-82/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Dimos Agios Nikolaos Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxos kai Trofimon

14

2009/C 102/25

Kawża C-83/09 P: Appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-25 ta’ Frar 2009 mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-388/02, Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta minn Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Land Sachsen-Anhalt

15

2009/C 102/26

Kawża C-85/09 P: Appell ippreżentat fis-27 ta' Frar 2009 mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fis-17 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-137/07, Portela – Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

16

2009/C 102/27

Kawża C-86/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

16

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 102/28

Kawża T-156/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu 2009 – R vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali fuq perijodu ta’ prova — Rapport dwar il-perijodu ta’ prova — Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju — Terminu tar-rikors — Tardività)

18

2009/C 102/29

Kawża T-47/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2009 – Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch vs UASI (diegesellschafter.de)

18

2009/C 102/30

Kawża T-55/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2009 – Swarovski vs UASI – Swarovski (Daniel Swarovski Privat)

18

2009/C 102/31

Kawża T-57/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2009 – Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

19

2009/C 102/32

Kawża T-60/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)

20

2009/C 102/33

Kawża T-61/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Meica vs UASI – Bösinger Fleischwaren (Schinken King)

21

2009/C 102/34

Kawża T-62/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2009 – Bernhard Rintisch vs UASI – Bariatrix Europe (PROTI SNACK)

21

2009/C 102/35

Kawża T-63/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2009 – Volkswagen vs UASI – Suzuki Motor (SWIFT GTi)

22

2009/C 102/36

Kawża T-64/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Micro Shaping vs UASI (>packaging)

23

2009/C 102/37

Kawża T-65/09 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2009 minn Enzo Reali mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-136/06, Reali vs Il-Kummissjoni

23

2009/C 102/38

Kawża T-72/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Pilkington Group et vs Il-Kummissjoni

24

2009/C 102/39

Kawża T-73/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Compagnie de Saint-Gobain vs Il-Kummissjoni

25

2009/C 102/40

Kawża T-74/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Franza vs Il-Kummissjoni

26

2009/C 102/41

Kawża T-76/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

27

2009/C 102/42

Kawża T-78/09 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-148/06, Collée vs Il-Parlament

28

2009/C 102/43

Kawża T-80/09 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-52/05, Q vs Il-Kummissjoni

28

2009/C 102/44

Kawża T-82/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 – Dennekamp vs Il-Parlament

29

2009/C 102/45

Kawża T-88/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 – Idromacchine et vs Il-Kummissjoni

30

2009/C 102/46

Kawża T-90/09: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 – Mojo Concerts u Amsterdam Music Dome Exploitatie vs Il-Kummissjoni

31

2009/C 102/47

Kawża T-91/09 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 minn Carina Skareby mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/07, Skaraby vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 102/48

Kawża T-95/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2009 – United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 102/49

Kawża T-98/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 – Tubesca vs UASI – Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

33

2009/C 102/50

Kawża T-99/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2009 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

34

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 102/51

Kawża F-104/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Arpaillanage et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Reklutaġġ — Klassifikazzjoni — Ex esperti individwali — Diploma — Esperjenza professjonali — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

36

2009/C 102/52

Kawża F-24/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 – Lafleur Tighe vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal kuntrattwali — Reklutaġġ — Klassifikazzjoni fil-grad — Ex esperti individwali — Esperjenza professjonali — Lawrea — Ċertifikat ta’ ekwivalenza — Ammissibbiltà — Fatt ġdid u sostanzjali)

36

2009/C 102/53

Kawża F-63/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2009 – Patsarika vs Cedefop (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Assenjazzjoni mill-ġdid — Drittijiet tad-difiża — Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta’ prova — Proċedura fil-kontumaċja)

37

2009/C 102/54

Kawża F-98/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009 – Petrilli vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Ammissibbiltà — Att li jikkawża preġudizzju — Artikoli 3b u 88 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg — Tul tal-kuntratt — Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 dwar it-terminu massimu tal-użu tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni — Legalità)

37

2009/C 102/55

Kawża F-100/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009 – Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Trasferiment ta’ parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż tal-impjieg — Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma — Kont ta’ tfaddil għal xiri ta’ proprjetà — Irkupru ta’ pagament mhux dovut — Kundizzjonijiet — Irregolarità tat-trasferimenti — Natura evidenti tal-irregolarità)

38

2009/C 102/56

Kawża F-106/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009 – Giaprakis vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Trasferiment ta’ parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż ta’ impjieg — Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma — Tifdil għal xiri ta’ proprjetà (Épargne-logement) — Irkupru ta’ pagament mhux dovut — Kundizzjonijiet — Irregolarità tat-trasferimenti — Natura evidenti tal-irregolarità)

38

2009/C 102/57

Kawża F-4/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Hambura vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Persunal temporanju — Reklutaġġ — Proċedura ta’ għażla — Nuqqas ta’ ammissjoni — Avviż ta’ reklutaġġ PE/95/S — Nuqqas ta’ użu tal-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Proċedura amministrattiva minn qabel)

39

2009/C 102/58

Kawża F-7/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2009 – Schönberger vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Għoti ta’ punti ta’ mertu — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

39

2009/C 102/59

Kawża F-88/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Domínguez González vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Assistent tekniku — Eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

40

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/1


(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 102/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 90, 18.4.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 82, 4.4.2009

ĠU C 69, 21.3.2009

ĠU C 55, 7.3.2009

ĠU C 44, 21.2.2009

ĠU C 32, 7.2.2009

ĠU C 19, 24.1.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-205/06) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur t-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE - Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE - Ftehim konklużi mir-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qasam ta’ investimenti)

2009/C 102/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: H. Støvlbæk, B. Martenczuk u C. Tufvesson, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija [rappreżentanti: C. Pesendorfer u G. Thallinger, aġenti]

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u. C. Blaschke, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, K. Szíjjártó u M. Fehér, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 307(2) KE – Nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet bejn ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fil-Komunitajiet u t-Trattat KE – Ftehim bilaterali konklużi mir-Repubblika tal-Awstrija mar-Repubblika tal-Korea, il-Cape Verde, iċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u t-Turkija fil-qasam tal-investimenti

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tirrikorri għall-mezzi xierqa sabiex telimina l-inkompatibbiltajiet relatati mad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ trasferiment ta’ kapital li jinsabu fil-ftehim ta’ investimenti konklużi mar-Repubblika tal-Awstrija mar-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Sveżja

(Kawża C-249/06) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE - Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE - Ftehim konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, ir-Repubblika Araba tal-Eġittu, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Madagaskar, il-Malażja, ir-Repubblika Iżlamista tal-Pakistan, ir-Repubblika tal-Peru, ir-Repubblika ta’ Senegal, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Tuneżija, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika ta’ Yemen, u dik li kienet Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja)

2009/C 102/03

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Tufvesson, B. Martenczuk u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk u K. Wistrand, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, K. Szíjjártó u M. Fehér, aġenti, ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti).

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 307(2) KE – Nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet bejn ftehimijiet bilaterali, konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fil-Komunitajiet Ewropej, u t-Tratta KE – Ftehimijiet bilaterali konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, u sittax-il pajjiż ieħor, fil-qasam tal-investimenti

Dispożittiv

1)

Billi naqas milli jirrikorri għall-miżuri opportuni sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet relatati mad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ trasferiment ta’ kapital li jinsabu fil-ftehim ta’ investimenti konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, ir-Repubblika Araba tal-Eġittu, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Madagaskar, il-Malażja, ir-Repubblika Iżlamista tal-Pakistan, ir-Repubblika tal-Peru, ir-Repubblika ta’ Senegal, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Tuneżija, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika ta’ Yemen, u dik li kienet Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE.

2)

Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundanat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-88/07) (1)

(Artikoli 28 KE u 30 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2001/83/KE - Prodotti mediċinali veġetali - Prodotti kklassifikati bħala prodotti mediċinali - Prodotti legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati bħala supplimenti tal-ikel jew prodotti tad-dieta fi Stati Membri oħra - Kunċett ta’ “prodott mediċinali” - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Ostakolu - Ġustifikazzjoni - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-konsumaturi - Proporzjonalità - Deċiżjoni Nru 3052/95/KE - Proċedura ta’ informazzjoni reċiproka dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan il-Komunità)

2009/C 102/04

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 28 u 30 KE – Ksur tal-Artikoli 1 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 3052/95/KE, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li tistabbilixxi proċedura għall-iskambju tat-tagħrif dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija ġewwa l-Komunità (ĠU L 321, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja

billi rtira mis-suq diversi prodotti ppreparati abbażi ta’ speċijiet veġetali, legalment immanifatturati u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, skont prassi amministrattiva li tikkonsisti fl-irtirar mis-suq tal-prodotti kollha li fihom speċijiet veġetali mediċinali li mhumiex inklużi fl-anness tad-digriet ministerjali dwar il-ħolqien ta’ reġistru tal-preparazzjonijiet abbażi ta’ speċijiet veġetali mediċinali (Orden Ministerial por la que se establece el registro para preparados a base de especies vegetales), tat-3 ta’ Ottubru 1973, kif emendat, u lanqas fl-anness tad-digriet SCO/190/2004, tal-Ministeru tas-Saħħa u tal-Konsum, li jistabbilixxi l-lista tal-pjanti li l-bejgħ tagħhom lill-pubbliku huwa pprojbit jew limitat minħabba t-tossiċità tagħhom (Orden SCO/190/2004 por la que se establece la lista de plantas cuya venta al público queda prohibida o restringida por razón de su toxicidad), tat-28 ta’ Jannar 2004, ħlief preparazzjoni magħmula esklużivament minn pjanta mediċinali waħda jew iżjed jew minn partijiet sħaħ, biċċiet jew trab ta’ dawn, minħabba li huma kkunsidrati bħala prodotti mediċinali kkummerċjalizzati mingħajr l-awtorizzazzjoni obbligatorja ta’ tqegħid fis-suq, u

billi ma nnotifikax din il-miżura lill-Kummissjoni tal-Komuitajiet Ewropej,

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (UTECA) vs Administración General del Estado

(Kawża C-222/07) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 12 KE - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza - Artikolu 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE - Libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati KE - Artikolu 87 KE - Għajnuna mill-Istat - Direttiva 89/552/KEE - Twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni - Obbligu fuq l-operaturi tat-televiżjoni, li jirriżervaw parti mid-dħul tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, b’60 % mill-imsemmi ffinanzjar jkun iddedikat għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali tar-Renju ta’ Spanja u li huma fil-parti l-kbira tagħhom prodotti mill-industrija ċinematografika Spanjola)

2009/C 102/05

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (UTECA)

Konvenuta: Administración General del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Supremo – Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 87(3) KE u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23) – Obbligu fuq l-operaturi tat-televiżjoni li jirriżervaw perċentwali mid-dħul tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, b’60 % mill-imsemmi ffinanzjar jkun iddedikat għal xogħlijiet bil-lingwa oriġinali Spanjola prodotti fil-biċċa l-kbira mill-industrija ċinematografika Spanjola

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 1997, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3 tiegħu kif ukoll l-Artikolu 12 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga l-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5 % mid-dħul tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, speċifikament, 60 % minn dan il-5 % għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 87 KE għandu jiġu interpretat fis-sens li miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga l-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5 % mid-dħul tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, speċifikament, 60 % minn dan il-5 % għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru, ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-industrija ċinematografika ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Londra – Ir-Renju Unit) – J D Wetherspoon PLC vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-302/07) (1)

(L-Ewwel u s-Sitt Direttivi tal-VAT - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Regoli dwar l-arrotondament ta’ ammonti tal-VAT - Metodi u livelli ta’ arrotondament)

2009/C 102/06

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Vat and Duties Tribunal, Londra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J D Wetherspoon PLC

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – VAT and Duties Tribunal, Londra – Interpretazzjoni tal-Artikoli 11A(1)(a), 12(3)(a) u 22(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1) u tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU L 71, p.1301) – Regoli dwar l-arrotondament ta’ ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Dispożittiv

1)

Id-dritt Komunitarju, fl-istat preżenti tiegħu, ma jinkludix istruzzjoni speċifika li tikkonċerna l-metodu ta’ arrotondament ta’ ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-metodi ta’ arrotondament ta’ ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud, b’dawn l-Istati jkunu marbuta, li meta jistabbilixxu dan, jirrispettaw il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema komuni ta’ din it-taxxa, b’mod partikolari dawk tan-newtralità fiskali u tal-proporzjonalità. B’mod partikolari, id-dritt Komunitarju, minn naħa, ma jipprojbixxix l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li teħtieġ l-arrotondament għal ċifra ogħla ta’ ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-frazzjoni tal-iżgħar unità tal-valuta inkwistjoni hija indaqs jew ogħla minn 0.5, u min-naħa l-oħra, ma teħtieġx li l-persuni taxxabbli jkunu awtorizzati jarrotondaw ’l isfel l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta dan l-ammont jinkludi frazzjoni tal-iżgħar unità tal-valuta nazzjonali.

2)

Fil-każ ta’ bejgħ bi prezz li jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika, kull Stat Membru huwa responsabbli li jistabbilixxi, fil-limiti tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari b’rispett għall-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, il-livell li fih l-arrotondament ta’ ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jinkludi frazzjoni tal-iżgħar unità tal-valuta nazzjonali jista’ jew għandu jseħħ.

3)

Peress li l-kummerċjanti li jikkalkulaw il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ta’ oġġetti u tal-provvista tagħhom ta’ servizzi li jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud jinstabu f’sitwazzjoni differenti minn dawk li jwettqu l-istess tip ta’ tranżazzjonijiet bi prezzijiet mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud, dawn tal-ewwel ma jistgħux jibbenefikaw mill-prinċipju tan-newtralità fiskali sabiex jitolbu l-awtorizzazzjoni li jseħħ l-arrotondament ’l isfel fil-livell tal-linja ta’ prodotti u tat-tranżazzjoni ta’ ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuti.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Landessozialgericht – il-Ġermanja) Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall- Berufsgenossenschaft

(Kawża C-C-350/07) (1)

(Kompetizzjoni - Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE - Affiljazzjoni obbligatorja ma’ korp li jipprovdi assigurazzjoni kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol - Kunċett ta’ “impriża” - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 49 KE u 50 KE - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Riskju ta’ ħsara serja għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali)

2009/C 102/07

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Landessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kattner Stahlbau GmbH

Konvenuta: Maschinenbau- und Metall- Berufsgenossenschaft

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Sächsischen Landessozialgerichts – Interpretazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE, kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema li tipprovdi assigurazzjoni obbligatorja kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol, komposta minn diversi assoċjazzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq ix-xogħol (“Berufsgenossenschaft”) u li timponi fuq l-impriżi affiljazzjoni obbligatorja mal-assoċjazzjoni li għandha l-kompetenza territorjali u dik fil-qasam tax-xogħol – Klassifikazzjoni bħala “impriża” fis-sens ta’ l-Artikoli 81 u 82 KE ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq ix-xogħol, li jistgħu jiffissaw l-ammont tal-kontribuzzjonijiet b’mod awtonomu mingħajr ma hemm limitu massimu stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 81 KE u 82 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp bħall-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li magħha l-impriżi ta’ qasam ta’ attività u ta’ territorju speċifiku għandhom l-obbligu li jkunu affiljati miegħu skont l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol, ma jikkostitwixxix impriża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet iżda għandu funzjoni ta’ natura esklużivament soċjali b’mod li dan il-korp jaħdem fil-kuntest ta’ sistema li timplementa l-prinċipju tas-solidarjetà u li din is-sistema hija suġġetta għall-kontroll tal-Istat, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverfika.

2)

L-Artikoli 49 KE u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-impriżi ta’ qasam ta’ attivita u ta’ territorju speċifiku għandhom l-obbligu li jkunu affiljati ma’ korp bħall-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm din is-sistema ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li jassigura bilanċ finanzjarju ta’ qasam tas-sigurtà soċjali, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England) vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform)

(Kawża C-388/07) (1)

(Direttiva 2000/78 - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Diskriminazzjoni marbuta mal-età - Sensji minħabba l-irtirar - Ġustifikazzjoni)

2009/C 102/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England)

Konvenuta: Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) – Kamp ta’ applikazzjoni – Regoli nazzjonali li jippermettu lil min iħaddem ikeċċi impjegati li għandhom 65 sena jew iktar għal irtirar

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita fl-Artikoli 3, 7(4) u (5) u kif ukoll 30 tar-Regolament tal-2006 dwar l-ugwalità fir-rigward tax-xogħol (età) [Employment Equality (Age) Regulations 2006], taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix miżura nazzjonali li, bħall-Artikolu 3 tar-Regolament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkontjenix elenku preċiż tal-għanijiet li jiġġustifikaw li tkun tista’ issir deroga mill-prinċipju tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età. Madankollu, l-imsemmi Artikolu 6(1) jipprovdi l-possibbiltà li ssir deroga minn dan il-prinċipju biss għall-uniċi miżuri ġġustifikati minn għanijiet leġittimi ta’ politika soċjali bħal dawk relatati mal-politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol jew tat-taħriġ professjonali. Hija biss il-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tosservax tali għan leġittimu u jekk l-awtorità leġiżlattiva jew regolamentari nazzjonali setgħetx leġittimament tqis, fid-dawl tal-marġni diskrezzjonali li jgawdu minnu l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-politika soċjali, li l-mezzi magħżula kienu approprjati u neċessarji għat-twettiq ta’ dan il-għan.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 78 jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jipprevedu, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, ċerti forom ta’ trattament differenti bbażat fuq l-età meta dan huwa “objettivament u raġonevolment” iġġustifikat minn għan leġittimu, bħall-politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol jew tat-taħriġ professjonali, u li l-mezzi għat-twettiq ta’ dan il-għan huma approprjati u neċessarji. Dan l-Artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu n-natura leġittima tal-għan invokat bħala ġustifikazzjoni sabiex jintlaħaq il-limitu probatorju mgħolli. Mhemmx lok li tingħata importanza partikolari lill-fatt li l-kelma “raġonevolment”, użata fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmija Direttiva, mhijiex imniżżla fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-479/07) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 809/2007 - Definizzjoni tal-kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” - Għażel tat-tunnara - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni)

2009/C 102/09

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Gregorio Merino, M.-M. Joséphidès u E. Chaboureau, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin, M. van Heezik u M. T. van Rijn, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament – L-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 809/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift nets (għeżul tal-mitlaq) (ĠU L 182, p.1) – Kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” – Inklużjoni f’dan il-kunċett ta’ parit, bħat-tunnara – Interpretazzjoni żbaljata tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad – Il-Bulgarija) – Apis-Hristovich EOOD vs Lakorda AD

(Kawża C-545/07) (1)

(Direttiva Nru 96/9/KE - Protezzjoni legali ta’ databases - Dritt sui generis - Kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database - Estrazzjoni - Parti sostanzjali tal-kontenut ta’ database - Database elettronika ta’ data ġuridika uffiċjali)

2009/C 102/10

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apis-Hristovich EOOD

Konvenuta: Lakorda AD

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Qorti muniċipali ta’ Sofia – Direttiva Nru 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, p. 20) – Kunċetti ta’ estrazzjoni u użu – Databases legali fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza fi Stat Membru

Dispożittiv

1)

Id-delimitazzjoni tal-kunċetti rispettivi ta’ “trasferiment permanenti” u ta’ “trasferiment temporanju” skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, hija bbażata fuq il-kriterju tad-dewmien ta’ konservazzjoni tal-elementi estratti minn database protetta fuq apparat differenti minn dak ta’ din id-database. Il-mument tal-eżistenza ta’ estrazzjoni, skont l-Artikolu 7, minn database protetta, aċċessibbli elettronikament, jikkorrispondi għall-mument meta jiġu stabbiliti elementi intiżi mill-att ta’ trasferiment fuq apparat differenti minn dak ta’ din id-database. Dan il-kunċett ta’ estrazzjoni huwa indipendenti mill-għan segwit mill-awtur tal-att inkwistjoni, mill-bidliet eventwalment magħmula minn dan l-awtur għall-kontenut tal-elementi hekk ittrasferiti kif ukoll mid-differenzi eventwali relatati mal-organizzazzjoni strutturali tad-databases ikkonċernati.

Iċ-ċirkustanza li karatteristiċi materjali u tekniċi preżenti fil-kontenut ta’ database protetta ta’ min għamel id-database jinsabu wkoll fil-kontenut ta’ database ta’ persuna oħra tista’ tiġi interpretata bħala prova tal-eżistenza ta’ estrazzjoni, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, sakemm tali koinċidenza tista’ tiġi spjegata minn fatturi oħra barra trasferiment li seħħ bejn iż-żewġ databases ikkonċernati. Il-fatt li elementi miksuba minn min għamel id-database minn sorsi mhux aċċessibbli għall-pubbliku jinsabu wkoll fid-database ta’ persuna oħra mhuwiex biżżejjed, inkwantu tali, sabiex juri l-eżistenza ta’ tali estrazzjoni, iżda jista’ jikkostitwixxi prova tagħha.

In-natura tal-programmi informatiċi użati għall-ġestjoni ta’ żewġ databases elettroniċi ma tikkostitwixxix element ta’ evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ estrazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9.

2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 għandu jiġi interpretat fis-sens li, quddiem ġabra sħiħa ta’ elementi li jinkludu gruppi sussidjarji separati, il-volum tal-elementi allegatament estratti u/jew użati mill-ġdid ta’ wieħed minn dawn il-gurppi sussidjarji għandu, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ estrazzjoni u/jew ta’ użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali, evalwata b’mod kwantitattiv, tal-kontenut ta’ database, skont dan l-Artikolu, jiġi pparagunat mal-volum tal-kontenut totali ta’ dan il-grupp sussidjarju jekk dan tal-aħħar jikkostitwixxi, inkwantu tali, database li tirrispondi għall-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-protezzjoni permezz tad-dritt sui generis. F’każ kuntrarju, u sa fejn din il-ġabra tikkostitwixxi tali database protetta, il-paragun għandu jsir bejn il-volum tal-elementi allegatament estratti u/jew użati mill-ġdid tal-gruppi sussidjarji differenti ta’ din il-ġabra u l-volum tal-kontenut totali tagħha.

Iċ-ċirkustanza li elementi allegatament estratti u/jew użati mill-ġdid minn database protetta permezz tad-dritt sui generis inkisbu minn min għamel id-database minn sorsi mhux aċċessibbli lill-pubbliku tista’, skont l-importanza tal-mezzi umani, tekniċi u/jew finanzjajri użati minn min għamel id-database sabiex jiġbor l-elementi inkwisjtoni minn tali sorsi, ikollha effett fuq il-kwalifika tagħhom b’mod sostanzjali, mill-aspett kwalitattiv, tal-kontenut tad-database ikkonċernata, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9.

In-natura uffiċjali u aċċessibbli lill-pubbliku ta’ parti mill-elementi li jinsabu f’database ma teżentax lill-qorti nazzjonali milli tivverifika, sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ estrazzjoni u/jew ta’ użu mill-ġdid dwar parti sostanzjali tal-kontenut ta’ din id-database, jekk l-elementi allegatament estratti u/jew użati mill-ġdid minn din id-database jikkostitwixxu, mill-aspett kwantitattiv, parti sostanzjali tal-kontenut totali tagħha jew, skont il-każ, jekk jikkostitwixxux, mill-aspett kwalitattiv, tali parti sostanzjali peress li jirrappreżentaw, mill-aspetti ta’ kisba, ta’ verifika jew ta’ preżentazzjoni, investiment uman, tekniku jew finanzjarju sinjifikattiv.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-556/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 894/97 - Għeżul tal-mitlaq - Kunċett - Xibka tas-sajd magħrufa bħala “tunnara” - Projbizzjoni tas-sajd ta’ ċerti speċi - Regolament (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 2371/2002 - Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni)

2009/C 102/11

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Nolin, M. Van Heezik u T van Rijn, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. During, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika komuni tas-sajd – Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU L 261, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd – Approvazzjoni tat-tunnara mill-awtoritajiet nazzjonali minkejja l-projbizzjoni Komunitarja tal-għeżula tal-mitlaq ta’ tul superjuri jew ugwali għal 2.5 km – Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tikkontrolla, tispezzjoni u tissorvelja b’mod sodisfaċenti l-attività tas-sajd fir-rigward tal-projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq għall-qbid ta’ ċerti speċi u billi ma ħaditx ħsieb li jittieħdu miżuri xierqa kontra l-persuni responsabbli għall-ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-użu tal-għeżul tal-mitlaq, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998, kif ukoll tal-Artikoli 23(1) u (2), 24 u 25(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/9


Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-507/08)

2009/C 102/12

Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito, J. Javorský u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika Slovakka, billi ma eżegwietx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat C 25/05 (ex NN 21/2005) mogħtija mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s. [notifikata taħt in-numru C (2006) 2082 (1)], ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 249 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fid-deċiżjoni tagħha tas-7 ta’ Ġunju 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat C 25/05 (ex NN 21/2005) mogħtija mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżuri li r-Repubblika Slovakka ħadet favur Frucona Košice a.s. jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE u li din l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni. Fl-istess ħin, hija ordnat lir-Repubblika Slovakka li tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment.

Sa llum, l-għajnuna mogħtija lil Frucona ma ġietx rimborsata.

L-għajnuna mill-Istat ingħatat lil Frucona fil-forma ta’ annullament tad-dejn fiskali, li ġie approvat mill-qorti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri. Ir-Repubblika Slovakka ppruvat tirkupra l-għajnuna illegalment mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja. Il-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet ir-rikors, fost oħrjan, għar-raġuni li l-obbligu ta’ Frucona li tirrimborsa d-dejn tagħha lill-amministrazzjoni fiskali skada ex lege. Il-qorti tal-appell ikkonfermat is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza, fost l-oħrajn, għar-raġuni li s-sentenza fuq il-ftehim mal-kredituri ma tistax tkun is-suġġett ta’ eżami peress illi, inkwantu res judicata, hija għandha tiġi osservata mill-organi kollha, inkluża l-qorti tal-appell, u li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, ma osservatx id-dispożizzjonijiet ta’ dritt intern li jirregolaw il-kunflitt bejn il-proċedura ta’ ftehim mal-kredituri u l-proċedura eżekuttiva.

Is-sentenzi taż-żewġ qrati jipprekludu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Mhuwiex biżżejjed li r-Repubblika Slovakka tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha. L-użu ta’ dawn il-mezzi għandu jwassal għall-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni, mingħajr ma r-Repubblika Slovakka tiġi meqjusa li naqset milli twettaq l-obbligi tagħha. In-nuqqas ta’ twettaq tal-obbligu ta’ rkupru tal-Istat Membru jiġi stabbilit meta l-passi meħuda mill-Istat Membru ma jkunux wasslu għal irkupru effettiv tas-somom dovuti.


(1)  ĠU L 112, 30.4.2007, p. 14.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2009 – Hava Genc vs Land Berlin

(Kawża C-14/09)

2009/C 102/13

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hava Genc

Konvenuta: Land Berlin

Domandi preliminari

1)

Ċittadin Tork, li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru u li jipprovdi, fuq perijodu estiż, favur persuna oħra u taħt l-istruzzjonijiet tagħha servizzi ta’ ċertu valur ekonomiku li għalihom huwa jikseb bħala korrispettiv remunerazzjoni, huwa ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija anki meta ż-żmien iddedikat għal din l-attività professjonali jikkostitwixxi biss 14 % tan-numru ta’ sigħat previsti fil-ftehim kollettiv għal ħaddiem li jaħdem full-time (f’dan il-każ, 5.5 sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa minflok 39 siegħa) u meta l-uniku dħul mill-impjieg tiegħu jammonta biss għal 25 % mid-dħul minimu meħtieġ għall-għajxien skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni (f’dan il-każ, EUR 175 meta mqabbla ma’ madwar EUR 715)?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

2)

Ċittadin Tork jista’ jinvoka d-dritt għall-moviment liberu li għandu taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija fil-kwalità tiegħu ta’ ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, anki meta l-għan tad-dħul tiegħu fl-Istat Membru inkwistjoni (f’dan il-każ: ir-riunifikazzjoni tal-konjuġi) ma jkunx għadu jeżisti, meta ebda interess ieħor li ħaqqu protezzjoni ma jiġġustifika li huwa jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru u meta l-possibbiltà li jkompli attività professjonali minuri fl-imsemmi Stat ma tistax titqies bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-fatt li dan iċ-ċittadin jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru, minħabba li, b’mod partikolari, ma pprovax serjament jintegra ruħu b’mod stabbli fuq il-livell ekonomiku mingħajr ma jitlob il-ħlas ta’ benefiċċji soċjali għall-għajxien tiegħu?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Frar 2009 – Gisela Rosenbladt vs Oellerking Gebäudereinigungsges.mbH

(Kawża C-45/09)

2009/C 102/14

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gisela Rosenbladt

Konvenuta: Oellerking Gebäudereinigungsges.mbH

Domandi preliminari

1)

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi ġenerali dwar it-trattament ugwali (Allgemeines Gleichbehandlungsgesetz, AGG), dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv, li jagħmlu distinzjoni bbażata fuq l-età mingħajr ma l-imsemmija liġi tawtorizza dan b’mod espliċitu (kif kienet tagħmel qabel fil-punt 7 tat-tielet sentenza tal-Artikolu 10 tagħha), huma kompatibbli mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stabbilita mill-Artikoli 1 u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali, li tawtorizza lill-Istat, lill-imsieħba soċjali partijiet fi ftehim kollettiv u lill-partijiet f’kuntratt individwali ta’ xogħol li jipprovdu għat-terminazzjoni awtomatika tar-relazzjoni ta’ xogħol meta l-persuna kkonċernata tilħaq età speċifika (f’dan il-każ, 65 sena) tikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilita mill-Artikoli 1 u 2(1) tad-Direttiva 2000/78 meta, fl-Istat Membru kkonċernat, klawżoli f’dan is-sens ġew applikati, b’mod kostanti, għal għexieren ta’ snin u għadhom jiġu applikati għar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ kważi l-impjegati kollha, indipendentement mis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali jew demografika u mis-sitwazzjoni prevalenti fil-fatt fis-suq tax-xogħol?

3)

Ftehim kollettiv, li jawtorizza lil min iħaddem li jtemm relazzjoni ta’ xogħol meta l-persuna kkonċernata tilħaq età speċifika (f’dan il-każ, 65 sena), jikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilita mill-Artikoli 1 u 2(1) tad-Direttiva 2000/78 meta, fl-Istat Membru kkonċernat, klawżoli f’dan is-sens ġew applikati, b’mod kostanti, għal għexieren ta’ snin u għadhom jiġu applikati għar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ kważi l-impjegati kollha, indipendentement mis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali jew demografija u mis-sitwazzjoni prevalenti fil-fatt fis-suq tax-xogħol?

4)

L-Istat li jiddikjara ta’ applikazzjoni ġenerali ftehim kollettiv li jawtorizza lil min iħaddem li jtemm ir-relazzjoni ta’ xogħol meta l-persuna kkonċernata tilħaq età speċifika (f’dan il-każ, 65 sena) u li jżomm din l-applikazzjoni ġenerali, jikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilita mill-Artikoli 1 u 2(1) tad-Direttiva 2000/78 meta huwa jagħmel dan indipendentement mis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali jew demografija u mis-sitwazzjoni effettiva fis-suq tax-xogħol?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/11


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-49/09)

2009/C 102/15

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi applikat rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 7% għal provvisti, għall-importazzjoni u għall-akkwisti intra-Komunitarji ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ għal trabi u ta’ żraben tat-tfal fuq il-bażi tal-Artikolu 41(2) tal-Liġi tat-Taxxa fuq Merkanzija u Servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług) tal-11 ta’ Marzu 2004, flimkien mal-intestaturi 45 u 47 tal-Anness III ta’ dik il-liġi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (1) flimkien mal-Anness III tagħha;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-fehma tar-rikorrenti, l-applikazzjoni min-naħa tar-Repubblika tal-Polonja ta’ rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 7% għal provvisti, għall-importazzjoni u għall-akkwisti intra-Komunitarji ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ għal trabi u ta’ żraben tat-tfal fuq il-bażi tal-Artikolu 41(2) tal-Liġi tat-Taxxa fuq Merkanzija u Servizzi tal-11 ta’ Marzu 2004, flimkien mal-intestaturi 45 u 47 tal-Anness III ta’ dik il-liġi, tmur kontra d-dispożizzjonijiet ċari tal-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112/KE. L-applikazzjoni ta’ dik ir-rata mnaqqsa tal-VAT għall-merkanzija msemmija iktar ’il fuq mhijiex inkluża f’xi deroga mogħtija lir-Repubblika tal-Polonja fil-punt 1(a) u (b) tal-Kapitolu 9 (“Tassazzjoni”) tal-Anness XII għall-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja għall-Unjoni Ewropea jew fl-Artikolu 128 tad-Direttiva 2006/112/KE.


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 4 de Barcelona (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2009 – Axel Walz vs Clickair S.A.

(Kawża C-63/09)

2009/C 102/16

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 4 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Axel Walz

Konvenuta: Clickair S.A..

Domandi preliminari

Il-limitu ta’ responsabbiltà li jirreferi għalih l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (Il-Konvenzjoni ta’ Montreal) tat-28 ta’ Mejju 1999, jinkludi d-danni materjali kif ukoll morali li jirriżultaw mit-telf tal-bagalji?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fis-17 ta’ Frar 2009 – Alexander Hengartner u Rudolf Gasser

(Kawża C-70/09)

2009/C 102/17

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alexander Hengartner u Rudolf Gasser

Konvenut: Vorarlberger Landesregierung

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn kaċċatur ibigħ fit-territorju nazzjonali s-selvaġġina li huwa jkun ikkaċċja, l-eżerċizzju tal-kaċċa jikkostitwixxi attività ta’ persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE, anki jekk din l-attività, b’mod ġenerali, ma tkunx intiża li tħalli profitt?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-18 ta’ Frar 2009 – Établissements Rimbaud SA vs Directeur général des impôts, Directeur des services fiscaux d’Aix-en-Provence

(Kawża C-72/09)

2009/C 102/18

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Établissements Rimbaud SA

Konvenuti: Directeur général des impôts, Directeur des services fiscaux d’Aix-en-Provence

Domanda preliminari

L-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 990 D et seq. tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, fil-verżjoni tagħhom applikabbli dak iż-żmien, li teżenta mit-taxxa ta’ 3 % fuq il-valur fis-suq tal-proprjetà immobbli li tinsab fi Franza lill-kumpanniji li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fi Franza u li, fir-rigward ta’ kumpannija li m’għandhiex is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħha f’pajjiż fiż-Żona Ekonomika Ewropea, mhux membru tal-Unjoni Ewropea, tagħmel dik l-eżenzjoni suġġetta jew għal konvenzjoni dwar għajnuna amministrattiva, iffirmata bejn Franza u dan l-Istat bil-għan li jiġu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, jew għaċ-ċirkustanza li, b’applikazzjoni ta’ trattat li jinkludi klawżola ta’ non-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, dawn il-persuni ġuridiċi m’għandhomx ikunu suġġetti għal taxxa akbar minn dik li għaliha huma suġġetti l-kumpanniji stabbiliti fi Franza?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-18 ta’ Frar 2009 – Bâtiments et Ponts Construction SA, Thyssenkrupp Industrieservice vs Berlaymont 2000 SA

(Kawża C-74/09)

2009/C 102/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bâtiments et Ponts Construction SA, Thyssenkrupp Industrieservice

Konvenuta: Berlaymont 2000 SA

Domandi preliminari

1)

L-obbligu li tkun irreġistrat sabiex tkun tista’ tingħata kuntratt pubbliku fil-Belġju, bħall-obbligu impost mill-Artikolu I.G. tal-ispeċifikazzjonijiet speċjali applikabbli f’din il-kawża, ma jkunx kuntrarju għall-prinċipju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (1) jekk jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtorità kontraenti teskludi mill-għoti tal-kuntratt l-imprenditur barrani li jkun għamel offerta u li ma jkunx irreġistrat iżda jkun ressaq ċertifikati ekwivalenti maħruġa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tiegħu?

2)

Ma jkunx kuntrarju għall-prinċipju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] jekk awtorità kontraenti Belġjana tingħatalha s-setgħa li tobbliga lill-offerenti barranin jissuġġettaw għal awtorità Belġjana – il-Commission d’enregistrement des entrepreneurs (Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta’ imprendituri) – l-eżami tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa lilhom mill-awtoritajiet fiskali u soċjali tal-Istat tagħhom li jattestaw li l-pożizzjoni tagħhom hija regolari fir-rigward tal-obbligi fiskali u soċjali tagħhom?


(1)  ĠU L 199, p. 54.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2009 – Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

(Kawża C-75/09)

2009/C 102/20

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agra Srl.

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru [374/1990], ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992, u fid-dawl tal-Artikolu 84(3) tat-Test uniku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fil-qasam doganali (Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 43/1973), id-dritt tal-Agenzia delle Dogane li tagħmel reviżjoni tal-konstatazzjoni ikun preskritt u/jew jiddekadi wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tad-dikjarazzjoni doganali, jew dan it-terminu jista’ jiġi imwaqqaf u/jew sospiż, meta tkun għaddejja proċedura kriminali dwar il-ksur tad-dazji doganali previsti mill-konstatazzjoni?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2009 – Gowan Comercio Internacional e servicos limitada vs Ministero della Salute

(Kawża C-77/09)

2009/C 102/21

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gowan Comercio Internacional e servicos limitada.

Konvenut: Ministero della Salute

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/134 li llimitat b’mod sinjifikattiv l-użu tal-fenarimol hija valida fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni teknika-xjentifika mwettqa mill-Istat relatur, li jidher li jikkonkludi li r-riskju li jirriżulta minn dan l-użu huwa aċċettabbli?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/13


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2009 minn Compagnie des bateaux mouches SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-365/06, Bateaux mouches vs UASI

(Kawża C-78/09 P)

2009/C 102/22

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Compagnie des bateaux mouches SA (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Jean-Noël Castanet

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara r-rikors tal-kumpannija Compagnie des bateaux mouches ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Diċembru 2008 (Kawża T-365/06);

tikkundanna lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tallega l-ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (1). F’dan ir-rigward, hija tilmenta, fl-ewwel lok, illi l-Qorti tal-Prim’Istanza injorat il-karattru distintiv intrinsiku li t-trade mark kellha sa mill-bidu nett. Fit-tieni lok, dan il-karattru distintiv inżamm u ġie msaħħaħ matul iż-żmien permezz tal-użu tat-trade mark mill-appellanti. Fil-fatt, it-trade mark “BATEAUX MOUCHES” hija indikata fuq il-bastimenti użati mill-appellanti – u minnha biss – sabiex tagħmel dawriet turistiċi fuq ix-xmara Seine, filwaqt li t-tiftix tat-termini “bateaux mouches” permezz tal-għodda ta’ tiftix tal-internet iwassal direttament għas-sit tal-appellanti stess u din tal-aħħar implementat politika attiva sabiex tiddefendi t-trade mark tagħha minn kull użu abbużiv.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti tal-Prim’Istanza talli interpretat b’mod żbaljat il-kriterji ta’ ġurisprudenza li jippermettu li jiġi stabbilit il-ksib, permezz tal-użu, tal-karattru distintiv tat-trade mark “BATEAUX MOUCHES”. Fil-fatt, l-elementi li jistgħu juru l-karattru distintiv tat-trade mark, bħall-parti mis-suq miżmuma mit-trade mark, l-intensità, l-estent ġeografiku u t-tul taż-żmien tal-użu ta’ din it-trade mark, il-kobor tal-investimenti li l-impriża tagħmel sabiex tippromwoviha, il-proporzjon fl-oqsma kkonċernati ta’ dawk li jidentifikaw, permezz tat-trade mark, il-prodott jew is-servizz bħala li jkun ġej minn impriża partikolari, kellhom jiġu evalwati mill-Qorti tal-Prim’Istanza b’mod globali u mhux parzjali.


(1)  ĠU 1994, L 11, p. 1.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

(Kawża C-81/09)

2009/C 102/23

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idryma Typou A.E.

Konvenut: Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis (Ministru tal-Istampa u x-Xandir)

Domandi preliminari

Id-Direttiva 68/151/KEE, li fl-Artikolu 1 tagħha tipprovdi li “[i]l-miżuri ta’ kordinazzjoni preskritti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpaniji li ġejjin: […] fil-Greċja: ανώνυμη εταιρία [kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata], […]”, tistabbilixxi regola li tipprojbixxi l-adozzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4(3) tal-Liġi 2328/1995, sa fejn tali dispożizzjoni tipprovdi li l-multi previsti fil-paragrafi preċedenti ta’ dan l-artikolu għal ksur tal-leġiżlazzjoni u tar-regoli tad-deontoloġija li jirregolaw il-funzjonament tal-istazzjonijiet televiżivi huma imposti b’mod konġunt u in solidum, mhux biss fuq il-kumpannija detentriċi tal-awtorizzazzjoni għall-ħolqien u għall-użu ta’ stazzjoni televiżiv, iżda ukoll fuq l-azzjonisti kollha li jżommu perċentwali ta’ ishma ta’ iktar minn 2,5%?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Dimos Agios Nikolaos Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxos kai Trofimon

(Kawża C-82/09)

2009/C 102/24

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dimos Agios Nikolaos Kriti

Konvenuta: Ypourgos Agrotikis Anaptyxos kai Trofimon

Domandi preliminari

1)

Id-definizzjonijiet tal-kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “art oħra bis-siġar”, inklużi fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003, japplikaw ukoll għall-materji relatati mal-protezzjoni u, b’mod iktar ġenerali, mal-ġestjoni ta’ “foresti” u ta’ “artijiet oħra bis-siġar”, fis-sens tal-imsemmija definizzjonijiet, u li mhumiex espliċitament irregolati minn dan ir-regolament iżda li madankollu huma pprovduti fis-sistema legali nazzjonali?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, is-sistema legali nazzjonali tista’ tiddefinixxi, bħala “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar”, artijiet li la huma “foresti” u lanqas “artijiet oħra bis-siġar”, fis-sens tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, fil-każ li s-sistema legali nazzjonali tista’ tiddefinixxi bħala “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar”, artijiet li mhumiex “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar” fis-sens tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003, tali definizzjoni tista’ tkun differenti minn dik stabbilita fl-imsemmi regolament kemm fir-rigward tal-elementi li jikkostitwixxu dawn il-kunċetti, fis-sens tar-regolament, kif ukoll fir-rigward tad-determinazzjoni numerika tad-data ta’ dawn l-elementi kostituttivi li, skont il-każ, jistgħu jkunu bħal dawk previsti fir-regolament, jew inkella għandu jitqies li din id-definizzjoni tas-sistema legali nazzjonali, għalkemm tista’ ċertament tinkludi elementi li jikkostitwixxu l-kunċetti ta’ “foresta” jew ta’ “art oħra bis-siġar” li huma differenti minn dawk inklużi fid-definizzjonijiet tar-regolament, madankollu, fir-rigward tal-elementi komuni, huwa permissibbli biss li dawn ma jiġux stabbiliti b’mod numeriku u li, f’każ ta’ determinazzjoni numerika, din ma tistax teskludi d-determinazzjoni numerika stabbilita fir-regolament?


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/15


Appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-25 ta’ Frar 2009 mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-388/02, Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta minn Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Land Sachsen-Anhalt

(Kawża C-83/09 P)

2009/C 102/25

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u V. Kreuschitz, aġenti)

Appellati: Kronoply GmbH & Co. KG, Kronotex GmbH & Co. KG, Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u Land Sachsen-Anhalt

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta;

tiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni kontenzjuża;

tikkundanna lil Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konklużjoni li partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE għandhom id-dritt li jressqu kawża kontra deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-Istat tmur kontra r-rekwiżiti dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors stabbiliti fl-Artikolu 230(4) KE. Min-naħa tagħhom, partijiet interessati li mhumiex parti fil-proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat ma għandhomx drittijiet li jistgħu jiġu invokati permezz ta’ rikors. Għall-kuntrarju, sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna tkunx ikkonċernata individwalment għandha tiġi applikata l-formula żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Plaumann. Skont din il-formula, ir-rikorrent ikun ikkonċernat individwalment biss jekk l-għajnuna jkollha konsegwenzi ekonomiċi fuqu.

Barra minn hekk, fis-sentenza appellata t-talbiet tar-rikorrenti ngħataw interpretazzjoni ġdida li mhijiex permissibbli. Skont il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat argumenti sostantivi tal-appellanti, li din ma kinitx ressqet, dwar il-protezzjoni tal-allegat dritt tagħha li tressaq rikors u dan minkejja li r-rikors kien ammissibbli biss għall-protezzjoni tal-allegati drittijiet proċedurali.

Is-sentenza appellata twassal, fl-aħħar mill-aħħar, għall-introduzzjoni ta’ dritt għal actio popularis kontra deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-Istat, liema dritt ma jeżistix fid-dritt Komunitarju.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/16


Appell ippreżentat fis-27 ta' Frar 2009 mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fis-17 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-137/07, Portela – Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-85/09 P)

2009/C 102/26

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Portela – Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

tannulla parzjalment id-digriet appellat fil-parti li tikkunsidra li ma ġietx stabbilita r-rabta kawżali bejn in-nuqqas tal-Kummissjoni u l-preġudizzju allegatament subit (punti 96, 07, 99, 100 u 101 tad-digriet appellat) mill-appellanta.

Kif ukoll, billi tiddeċiedi mill-ġdid l-appell fuq il-mertu, sabiex,

preliminarjament tiddikjara li, f’dan il-każ ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni; tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti; u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi, inklużi dawk tal-appellanta.

sussidjarjament, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, sabiex din tivverifika li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali; tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumpens għad-danni allegatament subiti; u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż – inklużi dawk tal-appellanta – għal dan l-appell u għall-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-digriet appellat, peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma weġbitx għall-argumenti invokati mill-appellanta, fil-punti 92 u 93 tar-rikors inizjali, li jgħidu li n-nuqqas ta’ rappreżentant tal-produttur fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li hu obbligatorju skont id-direttiva, ipprekluda l-proċess ta’ stima u ta’ konformità magħmul mill-korp innotifikat, kif ukoll, l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li ma ġietx imsejħa sabiex tintervjeni fil-proċedura ta’ salvagwardja, peress li l-awtorità Portugiża Infarmed ma mexietx skont l-Artikolu 14B tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (1) tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/79/KE (2) tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi djanjostiċi in vitro;

żball ta’ evalwazzjoni tar-rabta kawżali bejn l-imġiba tal-Kummissjoni u d-dannu subit mill-appellanta u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 8 u 14B tad-direttiva, min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

ksur tad-drittijiet tad-difiża peress li ma tatx lok għal miżuri istruttorji kif mitlub mill-appellanta.


(1)  ĠU L 169, p. 1.

(2)  ĠU L 331, p. 1.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-86/09)

2009/C 102/27

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Manchester

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Future Health Technologies Ltd

Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li servizzi huma mwettqa minn stabbiliment li għandu jkun ikkunsidrat bħala stabbiliment debitament rikonoxxut ta’ natura simili għal sptar jew ċentru għat-trattament mediku jew dijanjosi skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1), l-espressjoni “sptar u kura medika” fl-Artikolu 132(1)(b) għandha tkun interpretata bħala li tinkludi s-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):

a)

L-għoti lill-ġenituri ta’ tarbija li għadha ma twelditx ta’ kitt tat-tgħamir mediku neċessarju sabiex jippermetti lil professjonist mediku indipendenti li jkun qiegħed jassisti t-twelid jiġbor id-demm mill-kurdun umbelikali tat-tarbija ftit wara t-twelid;

b)

L-ittestjar tad-demm hekk miġbur f’faċilità mibnija għal dan il-għan sabiex ikun żgurat li dan ma jkunx ikkontaminat b’xi kundizzjoni medika li tista’ tkun trażmessa permezz tad-demm jew permezz ta’ estratt ta’ ċelluli staminali mid-demm fil-każ tal-użu terapewtiku taċ-ċelluli staminali (b’ittestjar simili li jsir għal darb’oħra wara 6 xhur);

c)

L-ipproċessar tal-imsemmi demm minn u taħt is-superviżjoni ta’ professjonisti mediċi kkwalifikati kif xieraq sabiex ikun estratt kampjun ta’ ċelluli staminali li jistgħu jintużaw għal użu mediku terapewtiku;

d)

Il-ħażna tad-demm u taċ-ċelluli staminali f’kundizzjonijiet xjentifikament ikkontrollati intiżi sabiex id-demm u ċ-ċelluli staminali jinżammu u jkunu ppreservati f’kundizzjoni perfetta; u/jew

e)

Ir-rilaxx tad-demm fuq talba tal-ġenituri (sakemm il-wild ikollu 18-il sena) għal użu fi trattament mediku?

2)

Sussidjarjament, il-kunċett ta’ attivitajiet li huma “relatati mill-viċin” għal sptar u kura medika fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali tal-VAT għandu jkun interpretat b’mod li jinkludi s-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq jew xi wħud minnhom (u f’dan il-każ liema)?

3)

F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li l-imsemmija servizzi huma mwettqa minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist mediku kkwalifikat kif xieraq wieħed jew iktar, l-espressjoni l-espressjoni “il-provvediment [provvista] ta’ kura medika” fl-Artikolu 132(1)(ċ) għandha tkun interpretata b’mod li tinkludi is-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):

f)

L-għoti lill-ġenituri ta’ tarbija li għadha ma twelditx ta’ kitt tat-tgħamir mediku neċessarju sabiex jippermetti lil professjonist mediku indipendenti li jkun qiegħed jassisti t-twelid jiġbor id-demm mill-kurdun umbelikali tat-tarbija ftit wara t-tweild;

g)

L-ittestjar tad-demm hekk miġbur f’faċilità mibnija għal dan il-għan sabiex ikun żgurat li dan ma jkunx ikkontaminat b’xi kundizzjoni medika li tista’ tkun trażmessa permezz tad-demm jew permezz ta’ estratt ta’ ċelluli staminali mid-demm fil-każ ta’ użu terapewtiku taċ-ċelluli staminali (b’ittestjar simili li jsir għal darb’oħra wara 6 xhur);

h)

L-ipproċessar tal-imsemmi demm minn u taħt is-superviżjoni ta’ professjonisti mediċi kkwalifikati kif xieraq sabiex ikun estratt kampjun ta’ ċelluli staminali li jistgħu jintużaw għal użu mediku terapewtiku;

i)

Il-ħażna tad-demm u taċ-ċelluli staminali f’kundizzjonijiet xjentifikament ikkontrollati intiżi sabiex id-demm u ċ-ċelluli staminali jinżammu u jkunu ppreservati f’kundizzjoni perfetta; u/jew

j)

Ir-rilaxx tad-demm fuq talba tal-ġenituri (sakemm il-wild ikollu 18-il sena) għal użu fi trattament mediku?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Qorti tal-Prim' Istanza

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu 2009 – R vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali fuq perijodu ta’ prova - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Terminu tar-rikors - Tardività”)

2009/C 102/28

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanta: R (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Y. Minatchy, avocat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tad-19 ta’ Frar 2008, R vs Il-Kummissjoni (F-49/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ din id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

R għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/18


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2009 – Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch vs UASI (diegesellschafter.de)

(Kawża T-47/09)

2009/C 102/29

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Piltz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2008, fil-Każ R 1094/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “diegesellschafter.de” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 (Applikazzjoni Nru 4 606 372)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma jeżisti ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/18


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2009 – Swarovski vs UASI – Swarovski (Daniel Swarovski Privat)

(Kawża T-55/09)

2009/C 102/30

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Swarovski (Volders, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Küppers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swarovski AG (Triesen, Liechtenstein)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell fil-Każ R 0348/2008-1 tad-9 ta’ Novembru 2008;

tiċħad l-appell;

tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Daniel Swarovski Privat”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 8, 9, 15, 16, 18, 20, 21, 26, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 39 u 44 (Applikazzjoni Nru 3 981 099)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Swarovski AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “DANIEL SWAROVSKI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 21, 25 u 41 (trade mark Komunitarja Nru 3 895 133); it-trade mark verbali “Swarovski” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 6, 8, 9, 11, 16, 18, 19, 20, 21, 24, 25, 28, 34, 35 u 41 (trade mark Komunitarja Nru 3 895 091); it-trade mark verbali “Swarovski” għal servizzi fil-klassi 36 (trade mark verbali Awstrijaka Nru 218 795); it-trade mark verbali “Swarovski” għal prodotti fil-klassijiet 11, 16, 21 u 34 (trade mark verbali Awstrijaka Nru 96 389) u t-trade mark verbali “Swarovski” għal prodotti fil-klassijiet 8, 9, 11, 14, 18, 21, 25 u 26 (reġistrazzjoni internazzjonali għall-Italja Nru 528 189)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba li ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, u lanqas id-dannu mitlub għat-trade mark preċedenti u, barra minn dan, ma ġietx stabbilita b’mod xieraq il-portata tal-protezzjoni tat-trade marks preċedenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal- 20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/19


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2009 – Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-57/09)

2009/C 102/31

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux (Ixelles, il-Belgju) (rappreżentant: N. Keramidas, lawyer)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata fir-rigward tas-Sejħa għal Offerti miftuħa UCA-218-07 għall-provvista ta’ “Manutenzjoni teknika – help desk u servizzi ta’ intervenzjoni fuq il-post għall-kompjuters, printers u tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill” (1) ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Diċembru 2008 u deċiżjonijiet tal-Kunsill sussegwenti relatati inklużi dik li jingħata l-kuntratt lill-kuntrattur li ntgħażel;

tordna lill-Kunsill iħallas kumpens għal danni sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni ta’ ammont ta’ EUR 2 937 902 jew proprzjoni ta’ dan l-ammont skont id-data li fiha tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti anki jekk ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata fir-rigward tas-Sejħa għal Offerti miftuħa UCA-218-07 għall-provvista ta’ “Manutenzjoni teknika – help desk u servizzi ta’ intervenzjoni fuq il-post għall-kompjuters, printers u tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill” u li jingħata l-kuntratt lill-kuntrattur li ntgħażel. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għad-dannu li allegatament sostniet minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tqajjem erbgħa motivi.

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-konvenut wettaq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward: in-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-offerenti magħżul, in-nuqqas ta’ kontrolli ta’ sigurtà tan-NATO għall-persunal tal-offerenti magħżul, il-fatt li l-offerenti magħżul ma kienx jiddisponi mill-persunal offert, il-kwalifikazzjonijiet tal-persunal tal-offerenti magħżul fil-konfront ta’ dawk tar-rikorrenti, il-punti ta’ trasferiment tal-għarfien u l-evalwazzjoni tan-numru ta’ persunal propost mill-offerenti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli josserva l-obbligi ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza.

Fit-tielet lok, issostni li s-sejħa għal offerti kien fiha diversa informazzjoni inkonsistenti u mhux eżatta.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti tqis li l-konvenut kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.


(1)  ĠU 2008/S 91-122796.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)

(Kawża T-60/09)

2009/C 102/32

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (Solms, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Zinnecker u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stabilator sp. z o.o. (Gdynia, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Diċembru 2008 fil-Każijiet Magħquda R 483/2008-4 u R 705/2008-4.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Stabilator sp. z o.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “stabilator” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 068 961)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “STABILAT” għal prodotti fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata parzjalment u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, jew minn tal-inqas ta’ assoċjazzjoni, bejn it-trade marks kontenzjużi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/21


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Meica vs UASI – Bösinger Fleischwaren (Schinken King)

(Kawża T-61/09)

2009/C 102/33

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bösinger Fleischwaren GmbH (Bösingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1).

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bösinger Fleischwaren GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Schinken King” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 (Applikazzjoni Nru 3 720 968)

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “Curry King” (Trade mark Komunitarja Nru 2 885 077) għal prodotti fil-klassi 30 u t-trade marks verbali Ġermaniżi “Curry King” (Nru 39902969,9) u “King” (Nru 30404434,2) għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni jew, mill-inqas, ta’ assoċjazzjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u tat-tieni parti tal-Artikolu 74(1) peress li d-deċiżjoni mhijiex motivata suffiċjentement.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/21


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2009 – Bernhard Rintisch vs UASI – Bariatrix Europe (PROTI SNACK)

(Kawża T-62/09)

2009/C 102/34

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bariatrix Europe Inc. SAS (Guilherand Granges, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 740/2008-4 u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “PROTI SNACK” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – applikazzjoni Nru 4 992 145

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “PROTI” rreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 702 429 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark figurattiva “PROTIPOWER” irreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 608 644 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark verbali “PROTIPLUS” irreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 549 559 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; l-isem kummerċjali “PROTITOP” irreġistrat fil-Ġermanja taħt in-numru 39 629 195 għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma evalwax il-fondatezza tal-oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma eżerċitax is-setgħa diskrezzjonali tiegħu jew għall-inqas ma spjegax kif kien eżerċita din is-setgħa; abbuż ta’ poter sa fejn il-Bord tal-Appell ma kkunsidrax dokumenti u provi mressqa mir-rikorrent.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2009 – Volkswagen vs UASI – Suzuki Motor (SWIFT GTi)

(Kawża T-63/09)

2009/C 102/35

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Suzuki Motor Corporation

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2008, fil-Każ R-749/2007-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Suzuki Motor Corporation

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SWIFT GTi” għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 456 084)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali rreġistrata fil-Ġermanja “GTi” (Nru 39 406 386) u t-trade mark verbali internazzjonali “GTI” (Nru 717 592) għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Micro Shaping vs UASI (>packaging)

(Kawża T-64/09)

2009/C 102/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Micro Shaping Ltd (Worthing, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Franke, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Każ R 1063/2008-1 – dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 006354311 “>packaging”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “>packaging” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 17 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 354 311)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv neċessarju u ma jeżisti l-ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà, kif ukoll tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/23


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2009 minn Enzo Reali mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-136/06, Reali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/09 P)

2009/C 102/37

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Enzo Reali (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant qed jitlob l-annullament tas-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża F-136/06 (1), li ċaħdet ir-rikors li permezz tiegħu l-appellant talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabili għall-konklużjoni tal-kuntratti li kklassifikatu fi grad u fi skala fid-data tad-dħul tiegħu fis-servizz tal-Kummissjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

Fl-ewwel lok, huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li l-eċċezzjoni ta’ illegalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet mid-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, imqajma fir-rikors fl-ewwel istanza, kienet inammissibbli peress li ma kienx qajjem dan l-istess motiv fl-ilment tiegħu fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża. L-appellant isostni li l-kwistjoni ta’ inkompetenza tal-Kummissjoni li għaliha tirreferi l-eċċezzjoni ta’ illegalità tiegħu kien imissha tqajmet ex officio mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Sussidjarjament, l-appellant isostni li, anki li kieku t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma kienx marbut jistħarreġ ex officio din il-kwistjoni, dan il-motiv kellu jitqies bħala ammissibbli sa fejn il-legalità tal-kriterju speċifiku tal-klassifikazzjoni tiegħu kienet diġà ġiet ikkontestata fl-ilment oriġinali.

Fit-tieni lok, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi waqt l-eżami tal-kwalifiki tiegħu. Huwa jsostni li l-evalwazzjoni tal-valur ta’ diploma għandha titwettaq fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih tkun inkisbet id-diploma peress li dan jaqa’ esklużivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien arbitrarjament illimita l-portata tal-leġiżlazzjoni Taljana applikabbli u żnaturaha.

Fit-tielet lok, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni meta eżamina l-valur tal-kwalifiki tal-appellant u qabbilhom ma’ dawk ta’ persuna li kisbet diploma tal-ewwel livell.

Fir-raba’ lok, l-appellant jesponi li s-sentenza appellata fiha argument kuntradittorju sa fejn, fl-opinjoni tiegħu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidher li, filwaqt li kkunsidra l-leġiżlazzjoni Taljana, ma applikahiex sabiex isolvi l-kawża preżenti.


(1)  Li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/24


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Pilkington Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/09)

2009/C 102/38

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit), Pilkington Automotive Ltd (Lathom, ir-Renju Unit), Pilkington Automotive Deutschland GmbH (Witten, il-Ġermanja), Pilkington Holding GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja), Pilkington Italia SpA (San Salvo, l-Italja) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-annullament tal-Artikolu 1(ċ) tad-deċiżjoni, jew sussidjarjament, tordna l-annullament tal-Artikolu 1(ċ) sa fejn dan jistabbilixxi li Pilkington kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE qabel Jannar 1999;

tordna l-annullament tal-Artikolu 2(ċ) tad-deċiżjoni u/jew tordna tnaqqis sostanzjali tal-multa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali, abbażi tal-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 tat-12 ta’ Novembru 2008 (Każ COMP/39.125 – ħġieġ tal-karozzi) u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(ċ) tagħha li jistabbilixxi li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE billi ħadu sehem, mill-10 ta’ Marzu 1998 sat-3 ta’ Settembru 2002, f’numru ta’ akkordji u/jew prattiċi miftehma fis-settur tal-ħġieġ tal-karozzi fiż-ŻEE, jew, sussidjarjament, l-annullament tal-Artikolu 1(ċ) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tistabbilixxi li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE qabel il-15 ta’ Jannar 1999. Barra minn hekk, u konsegwentement, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-Artikolu 2(ċ) tad-deċiżjoni kkontestata, li jimponi multa fuq ir-rikorrenti, flimkien u in solidum, ta’ EUR 370 miljun u/jew tnaqqis kunsiderevoli ta’ din il-multa.

Ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv fid-dritt insostenn tar-rikors tagħhom, li tlieta minnhom jirrigwardaw żbalji serji fil-kwalifika tal-fatti tal-ksur mid-deċiżjoni, seba’ jirrigwardaw żbalji fl-iffissar tal-multa, u l-aħħar wieħed jirrigwarda l-fatt li ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ jiġġustifikaw l-eżerċizzju min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas il-multa b’mod kunsiderevoli.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) billi evalwat b’mod żbaljat in-natura, u billi b’hekk issopravalutat kunsiderevolment il-gravità tal-ksur allegat. B’mod partikolari, dawn isostnu li l-Kummissjoni essenzjalment ikkwalifikat il-ksur b’mod żbaljat, peress li l-aġir inkwistjoni ma kienx totalment kartell, b’regoli stabbiliti bil-quddiem, u peress li ma kellux skop fuq il-livell tas-suq kollu.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 billi evalwat b’mod żbaljat it-tul tal-ksur allegat min-naħa tar-rikorrenti, u b’mod partikolari billi kkonkludiet li dawn kienu ħadu sehem fi ksur uniku u kontinwat sa mill-10 ta’ Marzu 1998.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 billi evalwat b’mod żbaljat u billi issopravalutat kunsiderevolment il-firxa tar-rwol ta’ kull waħda mir-rikorrenti fil-ksur allegat.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2) billi imponiet multa manifestament eċċessiva fid-dawl tan-natura ġenerali tal-aġir deskritt fid-deċiżjoni; b’mod partikolari billi ffissat għal 16% l-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa, skont il-punti 19 sa 23 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi.

Fil-ħames lok, ir-rikorrenti josservaw li, minħabba l-iżball deskritt fit-tieni motiv espost fil-qosor iktar ‘il fuq, il-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi meta kkalkulat l-ammont bażiku għall-multa imposta fuq ir-rikorrenti billi użat koeffiċjent multiplikatur abbażi ta’ tul ta’ żmien ta’ erbgħa snin u nofs.

Fis-sitt lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi billi waqt l-iffissar tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi attenwanti rilevanti f’dak li jirrigwardhom.

Fis-seba’ lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew l-Artikolu 253 KE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi billi użat ċifri ta’ bejgħ li ma kinux tajbin għall-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Fit-tmien lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi billi imponiet multa fuq ir-rikorrenti li hija, irrispettivament minn kull ilment invokat fil-motivi l-oħra esposti fil-qosor iktar ’il fuq, manifestament sproporzjonata fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.

Fid-disa’ lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 u/jew il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi peress li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti hija kunsiderevolment eċċessiva fid-dawl tal-obbligu tal-Kummissjoni, abbażi tad-dritt Komunitarju, li tassigura trattament ugwali lill-partijiet waqt l-impożizzjoni tal-multi skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Fl-għaxar lok, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE u/jew l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kif ukoll il-paragrafu 32 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi billi imponiet fuq ir-rikorrenti multa li teċċedi l-limiti previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet.

Fil-ħdax-il lok, ir-rikorrenti josservaw li l-multa li ġiet imposta fuqhom hija, f’kull każ, manifestament sproporzjonata, eċċessiva u mhux xierqa, u konsegwentement huma jsostnu li l-Qorti tal-Prim’Istanza għandha tagħmel użu mill-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha abbażi tal-Artikolu 229 KE u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 sabiex tirrevedi l-livell tal-multa u b’hekk tnaqqasha b’mod kunsiderevoli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, tal-4 ta’ Jannar 2003, p. 1).

(2)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, p. 2).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/25


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Compagnie de Saint-Gobain vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/09)

2009/C 102/39

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie de Saint-Gobain (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: P. Hubert u E. Durand, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2008) 6815 finali dwar proċedura ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi); kif ukoll il-motivi wara d-dispożittiv, sa fejn il-Compagnie de Saint-Gobain kienet id-destinatarja ta’ din id-deċiżjoni, u li tasal għall-konsegwenzi kollha dwar l-ammont tal-multa;

sussidjarjament, indipendentement mill-fatt li l-Compagnie de Saint-Gobain tkun jew ma tkunx id-destinatarja tad-deċiżjoni, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq il-kumpanniji tal-grupp Saint-Gobain;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, fil-Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi, li permezz tagħha, il-Kummissjoni kienet ikkonstatat li ċerti impriżi, kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi qasmu kuntratti ta’ provvista ta’ ħġieġ għall-vetturi u billi kkoordinaw il-politika tagħhom tal-prezzijiet u strateġiji ta’ provvista fis-suq Ewropew ta’ ħġieġ tal-vetturi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi bbażati:

fuq ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) u tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni peress li l-Compagnie de Saint-Gobain kienet id-destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata bħala kumpannija parent tal-kumpannija Saint-Gobain Glass France SA mingħajr ma ħadet sehem personalment u direttament fil-ksur;

fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, ta’ ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni, peress li l-Kummissjoni ma wrietx li t-totalità tad-dħul mill-bejgħ kollu tal-grupp Saint-Gobain setgħa jservi ta’ bażi għall-piena;

fuq ksur tal-prinċipji tal-aspettattiva leġittima u tan-non retroattività, meta l-Kummissjoni allegatament applikat linji gwida ġodda tal-2006 dwar il-kalkolu tal-multi (2) b’mod retroattiv għal fatti li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom u li twettqu totalment qabel din id-data;

fuq ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-ebda fattur ta’ reċidiviżmu ma setgħa leġittimament jiġi kkunsidrat.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).

(2)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2009 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/09)

2009/C 102/40

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) sa fejn hija teskludi ċerti spejjeż imġarrba mir-Repubblika ta’ Franza favur xi organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix fir-rigward tas-snin finanzjarji 2005 u 2006;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn hija teskludi ċerti spejjeż imġarrba mir-Repubblika ta’ Franza matul is-snin 2005 u 2006.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi bbażati fuq:

interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11(2)(d) tar-Regolament Nru 2200/96 (1) sa fejn, bil-kontra ta’ dak li kkonkludiet il-Kummissjoni, il-Gvern Franċiż jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbliliti minn din id-dispożizzjoni, peress li kull produttur għandu l-mezzi meħtieġa u peress li, b’mod konformi mal-għan ta’ dan ir-Regolament ta’ effikaċja ekonomika, il-fatt li kull produttur ikollu l-mezzi meħtieġa, jista’ f’ċerti ċirkustanzi, ikun aktar adattat mill-użu ta’ ċentru waħdieni għall-klassifikazzjoni, ħażna u imballaġġ ipprovdut mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament Nru 2200/96 sa fejn il-Kummissjoni, b’mod żbaljat, ikkunsidrat li l-Gvern Franċiż ma osservax il-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni li tgħid li l-istatut tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandu jobbliga lill-membri produtturi sabiex ibigħu l-produzzjoni kollha tagħhom permezz tal-organizzazzjoni ta’ produtturi, filwaqt li l-leġiżlazzjoni Franċiża tipprevedi rwol attiv għall-organizzazzjoni ta’ produtturi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u fl-iffissar tal-prezz tal-bejgħ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/27


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

(Kawża T-76/09)

2009/C 102/41

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg (Lahn), il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar (Valencia), Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inten (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 852/2008-2; u

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35 u 39 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 841 136

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Nru 4 304 622 tat-trade mark Komunitarja “mundi pharma” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li ma kienx hemm xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/28


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-148/06, Collée vs Il-Parlament

(Kawża T-78/09 P)

2009/C 102/42

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: C. Burgos u A. Lukošiūtė, aġenti)

Appellat: Laurent Collée (Lussemburgu, Il-Lussemburgu)

Talbiet tal-appellant

tannulla kompletament is-sentenza appellata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi definitivament fuq il-kawża billi tiċħad ir-rikors ta’ L. Collée bħala infondat;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż skont id-dritt.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-appell preżenti, il-Parlament qiegħed jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-11 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-kawża Collée vs Il-Parlament, F-148/06, li fiha t-TSP annulla d-deċiżjoni tal-Parlament li tattribwixxi żewġ punti ta’ mertu lil L. Collée fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2004.

Insostenn tal-appell tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ aggravji li jirrigwardaw:

żnaturament tal-fatti u tal-provi, billi t-TSP ddeċieda li L. Collée ma rċeviex it-tielet punt ta’ mertu għar-raġuni biss li l-merti tiegħu ma kinux superjuri għal dawk tal-uffiċjali li kisbu tliet punti, meta fil-fatt l-eżami komparattiv magħmul sabiex titwieġeb it-talba amministrattiva ta’ L. Collée jindika fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu li huwa ma kienx fl-istess livell bħal dak tal-uffiċjali li kisbu tliet punti;

nuqqas ta’ motivazzjoni, billi t-TSP ma spjegax ir-raġunijiet għaliex huwa injora l-ġurisprudenza preċedenti, kif ukoll kontradizzjoni fil-motivazzjoni, min-naħa, fil-punti 42 u 46 fil-konfront tal-punt 18 tas-sentenza appellata u, min-naħa l-oħra, fil-punti 43 u 46 fil-konfront tal-punti 44 u 45 tal-imsemmija sentenza;

ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-ġurisprudenza relattiva għalih, sa fejn ir-rekwiżit ta’ superjorità tal-merti applikat mill-Parlament fl-għoti tat-tielet punt ma jikkontradixxix l-Artikolu 45 tar-Regolament; b’hekk uffiċjal ikun irid ikun superjuri fl-ordni nieżel ta’ mertu fil-konfront tal-aħħar uffiċjal li jkun kiseb it-tliet punti;

ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali billi l-Parlament qed jiġi kkritikat talli kiser dan il-prinċipju, meta fil-fatt L. Collée ma kienx jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik ta’ uffiċjali li kisbu tliet punti ta’ mertu.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/28


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-52/05, Q vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-80/09 P)

2009/C 102/43

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u B. Eggers, aġenti)

Appellat: Q (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża F-52/05 sa fejn tilqa’ t-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda impliċita ta’ miżura ta’ tbegħid, kif ukoll it-talbiet għad-danni marbuta mal-miżura ta’ tbegħid u l-ksur tal-obbligu ta’ premura;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Q quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-52/05 sa fejn dan intlaqa’ mill-imsemmi Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi skont id-dritt fuq l-ispejjeż tal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll tal-appell;

b’mod sussidjarju,

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża F-52/05;

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, il-Kummissjoni qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tad-9 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-kawża Q vs Il-Kummissjoni, F-52/05, li biha t-TSP annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa minn Q dwar allegat fastidju psikoloġiku sa fejn ma ttieħdux miżuri provviżorji ta’ tbegħid u kkundanna lill-Kumissjoni tħallas lil Q s-somma ta’ EUR 18 000 EUR bħala danni.

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tressaq żewġ aggravji bbażati:

fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-TSP meta ddeċieda li “ċertu injorar tal-obbligu ta’ premura” kien jikkostitwixxi aġir illegali li jinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, sa fejn i) il-ksur tal-obbligu ta’ premura mhuwiex suffiċjentement serju sabiex jinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità u ii) it-TSP ddeċieda li kien hemm ksur ta’ dan l-obbligu ta’ premura minkejja li ma kienx hemm fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-TSP meta ddeċieda li r-rifjut impliċitu ta’ miżura ta’ tbegħid jinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, sa fejn it-TSP naqas milli jivverifika jekk hemmx ksur suffiċjentement serju ta’ regola ta’ dritt li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 – Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-82/09)

2009/C 102/44

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: G. -J. Dennekamp (Giethoorn, l-Olanda) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Stoffer, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, inklużi l-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti u l-ispejjeż relatati mat-talba għal proċedura mħaffa.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-20 ta’ Ottubru 2008, ir-rikorrent talab lill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), jagħtih aċċess (i) għad-dokumenti kollha li juru liema Membri tal-Parlament (iktar ’il quddiem il-“MP”) huma wkoll membri tal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali, (ii) għal-lista tal-ismijiet tal-MP li kienu membri tal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali fl-1 ta’ Settembru 2005 u (iii) għal-lista ta’ ismijiet tal-membri preżenti tal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali li għalihom il-Parlament iħallas kontribuzzjoni ta’ kull xahar. Il-Parlament ċaħad it-talba tar-rikorrent u kkonferma ċ-ċaħda tiegħu fid-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2008.

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2008)22050, tas-17 ta’ Diċembru 2008, dwar iċ-ċaħda ta’ aċċess għal dokumenti li r-rikorrent talab fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Ir-rikorrent isostni li ċ-ċaħda hija bbażata fuq żball ta’ evalwazzjoni u tikkostitwixxi ksur manifest tar-regoli u l-prinċipji dwar l-aċċess għal dokumenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2). Għaldaqstant, il-Parlament kiser id-dritt tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 255 KE, l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jissottometti li d-deċiżjoni hija vvizzjata minħabba s-segwenti żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni.

(a)

Skont ir-rikorrent, il-Parlament kiser l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u żbalja meta bbaża ċ-ċaħda tiegħu fuq l-Artikolu 4(1)(b) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq, minħabba li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba ma jistax jippreġudika l-ħajja privata tal-MP ikkonċernati.

(b)

Barra minn hekk, il-Parlament allegatament implementa b’mod żbaljat ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, minħabba li żbalja meta kkonstata li t-talba tar-rikorrent għandha tkun evalwata taħt ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(c)

Barra minn hekk, ir-rikorrent jissottometti li l-Parlament naqas milli jistabbilixxi bilanċ ġust bejn l-interessi pubbliċi moqdija bl-iżvelar u l-interessi privati allegatament affettwati. Huwa naqas ukoll milli jevalwa safejn l-allegati interessi privati jkunu attwalment u speċifikament ippreġudikati.

(d)

Il-Parlament kiser, skont ir-rikorrent, l-Artikolu 235 KE minħabba li ma pprovdiex raġunijiet adegwati għar-rifjut tiegħu. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni ma turix li l-Parlament għamel evalwazzjoni konkreta għal kull wieħed mid-dokumenti individwali li sar riferiment għalihom fit-talba għal aċċess tar-rikorrent.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001 L 145, p. 43).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU 2001 L 8, p. 1).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/30


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 – Idromacchine et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/09)

2009/C 102/45

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Idromacchine Srl (Porto Marghera, l-Italja) Alessandro Capuzzo (Mirano, l-Italja), Roberto Capuzzo (Mogliano Veneto, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, avukat, G. Donà, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

A)

Tikkundanna lill-Kommissjoni tal-Komunitajiet Ewropej:

1)

għad-dannu materjali, tħallas lil Idromacchine Srl is-somma ta’ Euro 5 459 641,28 (jew somma oħra stabbilita sussegwentement mill-Qorti tal-Prim’Istanza).

2)

għad-dannu morali,

tħallas lil Idromacchine Srl somma stabbilita ex aequo et bono bħala indikazzjoni, f’ammont ekwivalenti għal persentaġġ sinjifikattiv (per eżempju, minn 30 % sa 50 %) tad-dannu materjali;

tħallas lil Alessandro Capuzzo u Roberto Capuzzo somma stabbilita ex aequo et bono għal kull wieħed minnhom, anke din bħala indikazzjoni f’ammont ekwivalenti għal persentaġġ sinjifikattiv (per eżempju, minn 30 % sa 50 %) tad-dannu materjali;

3)

tirrijabilita l-immaġni ta’ Idromacchine Srl u ta’ Alessandro Capuzzo u Roberto Capuzzo, skont kif il-Qorti tal-Prim’Istanza tqis xieraq (per eżempju, permezz ta’ pubblikazzjoni ad hoc fil-Ġurnal Uffiċjali u/jew permezz ta’ ittra indirizzata lill-operaturi ewlenin fis-settur ikkonċernat, filwaqt li tordna r-rettifika tal-informazzjoni relativa għar-rikorrenti li dehret fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2005, sensiela C 42, paġni 15 et seq.

B)

Tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li minn naħa, il-publikazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem ta’ Idromacchine Srl, terza persuna fil-konfront tad-destinatarju formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Diċembru 2004 C(2004) 5426 finali, li dehret fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2005, sensiela C 42, paġni 15 et seq. u min-naħa l-oħra, tal-informazzjoni li tista’ toħloq preġudizzju li tikkonċerna lill-kumpannija inkwistjoni, tikkostitwixxi ksur gravi ta’ diversi prinċipji tad-dritt Komunitarju u konsegwentement, huma jitolbu kumpens għad-dannu materjali u morali li huma subew minħabba dan il-fatt

B’mod partikolari, billi ppubblikat l-informazzjoni msemmija hawn fuq mingħajr ma għamlet il-verifiki neċessarji, fosthom prinċipalment dik li tisma’ minn qabel lir-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset mid-dmirijiet ta’ diliġenza, tal-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża u tas-sigriet professjonali.

Fi kwalunkwe każ, peress li d-deċiżjoni ppubblikata mhijiex indirizzata lil Idromacchine Srl, il-pubblikazzjoni tad-data li tikkonċernaha għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura mhux proporzjonata mal-għan tal-Kummissjoni, li tillimita ruħha li tirreni pubbliċi kwistjonijiet relativi għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarja fil-qasam tal-kompetizzjoni.

F’dak li jirrigwarda d-danni invokati, il-pubblikazzjoni fit-termini indikati iktar ’il fuq, ġabet fix-xejn id-dħul mill-bejgħ ta’ Idromacchine Srl fis-settur tagħha, u ppreġudikat b’mod serju r-reputazzjoni tal-kumpannija u tal-persuni li jirrippreżentawha.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2009 – Mojo Concerts u Amsterdam Music Dome Exploitatie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/09)

2009/C 102/46

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Mojo Concerts BV (Delft, l-Olanda) u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV (Delft, l-Olanda) (rappreżentant: S. Beeston, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-investiment mill-muniċipalità ta’ Rotterdam fil-kumpless Ahoy [Għajnuna mill-Istat C 4/2008 (ex N 97/2007, ex CP 91/2007)]

Skont ir-rikorrenti, ir-raġunament tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata juri żball manifest ta’ evalwazzjoni u li d-diversi stadji tar-raġunament mhumiex fondati u/jew mhumiex fondati biżżejjed.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-valur tal-kera u l-valur tal-ishma f’Ahoy li ġew stabbiliti ma jikkorrispondux mal-valur tas-suq. Barra minn hekk, investiment li jwassal biss għal żamma tal-valur investit jista’ effettivament joħloq vantaġġ. Minbarra dan, meta ġew stabbiliti l-valur tal-kera u l-valur tal-ishma, l-investiment ma tteħidx inkunsiderazzjoni. Skont ir-rikorrenti, ir-restrizzjonijiet kuntrattwali li fuqhom ftiehmu l-muniċipalità u l-operatur ma jwaqqfux l-investiment milli joħloq valur miżjud. Fl-aħħar nett, il-ftehim tat-tqassim tal-profitti ma joffrix garanzija addizzjonali għall-konformità tat-tranżazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll difetti proċedurali u difetti fil-motivazzjoni, billi l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, jew ma ħaditx biżżejjed inkunsiderazzjoni, l-argumenti ppreżentati minnhom, inkwantu partijiet mill-fajl ġew ikklassfikati b’mod żbaljat bħala kunfidenzjali u inkwantu r-rikorrenti ma ġewx informati bl-elementi kollha tal-fajl, li jikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smigħ.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/32


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 minn Carina Skareby mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/07, Skaraby vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/09 P)

2009/C 102/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża F-34/07;

tilqa’ t-talbiet għal annullament u għal danni ppreżentati mill-appellanti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-Kawża Skareby vs Il-Kummissjoni, F-34/07, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellanti kienet talbet, minn naħa, l-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tagħha għas-sena 2005, u min-naħa l-oħra, id-danni.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni tliet aggravji bbażati fuq żball ta’ klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, ksur tal-Artikolu 5 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u difett fil-motivazzjoni, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li ma wettqitx l-evalwazzjoni tal-appellanti għall-perijodu bejn Jannar sa Settembru 2005, minkejja li r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tal-appellanti għas-sena 2005 huwa sempliċement, kważi kelma b’kelma, riproduzzjoni kważi-identika tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tal-appellanti għas-sena 2004.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2009 – United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09)

2009/C 102/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Phosphorus (Warringthon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-noninklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6281) (1). Il-miżuri kkontestati jidħlu fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2009.

Ir-rikorrenti tressaq tliet motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, m’hemmx ġustifikazzjoni xjentifika suffiċjenti għall-konklużjonijiet magħmula fid-deċiżjoni kkontestata u li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-provi xjentifiċi disponibbli kollha bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414 (2) u tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1490/2002 (3).

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali sostanzjali, jiġifieri l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1490/2002, peress li l-allegat aġir kunfliġġenti u kontradittorju tagħha ċaħħad lir-rikorrenti mid-dritt li tirrevoka s-sostenn ta’ sustanza bi skambju għal perijodu ta’ tneħħija estiż sakemm is-sottomissjoni mill-ġdid tal-fajl tkun għadha pendenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tadotta d-deċiżjoni kkontestata fit-termini proċedurali applikabbli u għaldaqstant kisret l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 1490/2002.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju bħall-prinċipju tal-aspettativi leġittimi, il-prinċipju ta’ smigħ xieraq u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif iddikjarat fl-Artikolu 5 KE peress li, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni setgħet testendi t-termini applikabbli sabiex l-EFSA tingħata iktar żmien sabiex tirrevedi l-informazzjoni u d-data ppreżentata mir-rikorrenti. Hija ssostni wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-evalwazzjoni tar-RMS u tal-EFSA u għaldaqstant naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 253 KE.


(1)  ĠU L 326, p. 35.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002, tal-14 ta’ Awwissu 2002, li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU 2002 L 224, p. 23).


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 – Tubesca vs UASI – Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

(Kawża T-98/09)

2009/C 102/49

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tubesca (Ailly-sur-Noye, Franza) (rappreżentant: F. Greffe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tubos del Mediterráneo, SA (Sagunto, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fis-17 ta’ Diċembru 2008, fil-Każ R 518/2008-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tubos del Mediterráneo, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 35 u 42 – Applikazzjoni Nru 4 085 098

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali u t-trade mark figurattiva internazzjonali “TUBESCA” għal prodotti fil-klassijiet 6, 19 u 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment; reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: għall-konsumatur ta’ attenzjoni medja jew għall-utent finali teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, speċjalment minħabba li t-trade marks “TUBESCA” huma magħrufa sew u ferm distintivi.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/34


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2009 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-99/09)

2009/C 102/50

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-ittra tat-2 ta’ Frar 2009, Nru 000841 (dokument Nru 1) tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali, li għandha bħala suġġett il-“Ħlas mill-Kummissjoni ta’ ammont differenti mill-ammont mitlub” u li fiha d-deċiżjoni segwenti: “Konsegwentement, id-data li minnha l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra inammissibbli l-ispejjeż relativi għall-miżura 1.7 tal-POR 2000-2006 hija d-29 ta’ Ġunju 2007 u mhux is-17 ta’ Mejju 2006, kif kien ġie indikat fin-nota msemmija iktar ’il fuq tat-22 ta’ Diċembru 2008”;

tannulla l-ittra tas-6 ta’ Frar 2009, Nru 001059 (dokument Nru 2) tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali, li għandha bħala suġġett “l-interruzzjoni tat-talba għall-ħlas u t-talbiet għal informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 POR Campania” u li fiha d-deċiżjoni segwenti: “Konsegwentement, id-data li minnha l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra inammissibbli l-ispejjeż relativi għall-miżura 1.7 tal-POR 2000-2006 hija d-29 ta’ Ġunju 2007 u mhux is-17 ta’ Mejju 2006, kif kien ġie indikat preċedentement”;

tannulla l-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2008, Nru 012480 (dokument 3) tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali, li għandha bħala suġġett il-POR Campania 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1 PO 007) – Konsegwenzi tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu 2007/2195 fuq immaniġġar tal-iskart fil-Campania, li permezz tagħha “il-Kummissjoni titlob li jitnaqqsu, mit-talba li jmiss għall-ħlas, l-ispejjeż kollha li saru skont il-miżura 1.7, li seħħew wara d-29 ta’ Ġunju 2007”.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tas-subparagrafu (f) tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 32(3) u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 32(3), kif ukoll tal-Artikolu 39(2) u (3) tar-Regolament Nru 1260/1999 (1). Hija tinvoka b’mod partikolari l-motivi segwenti:

a)

Sabiex talba għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ fond strutturali tista’ tiġi ddikjarata inammissibbli għar-raġuni li huma pendenti proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, jeħtieġ li s-suġġett speċifiku ta’ din il-proċedura tkun perfettament identika għas-suġġett tat-talba għall-ħlas.

b)

Fil-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tikkritika s-sitwazzjoni tal-eliminazzjoni finali tal-iskart għar-raġuni li l-istrutturi neċessarji (inċineraturi, land fills) sabiex tiġi implementata din il-fażi tal-“għażla” tal-iskart b’mod konformi mad-direttiva huma nieqsa. Min-naħa l-oħra, fażijiet oħra ta’ din l-“għażla” u ta’ metodi oħra ta’ mmaniġġar tal-iskart, differenti mill-eliminazzjoni finali, huma estranji għall-għan speċifiku tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-metodi varji ta’ rkupru tal-iskart, li jinvolvi ġbir ta’ skart isseparat. Madankollu, il-miżura 1.7 tal-POR Campania 2000 u l-operazzjonijiet (proġetti) li hija tinkludi jirreferu preċiżament għall-fażi tal-irkupru tal-iskart u tal-ġbir ta’ skart separat li huwa prerekwiżit.

c)

Fin-nota tal-20 ta’ Ottubru 2008 imsemmija fin-noti kkontestati, il-Kummissjoni esprimiet ċerta perplessità f’dak li jirrigwarda l-pjan tal-immaniġġar tal-iskart tat-28 ta’ Diċembru 2007. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-argumenti kkritikati fir-rigward tal-pjan ta’ immaniġjar tat-28 ta’ Diċembru 2007 ma qatt għamel parti mis-suġġett tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu 2007/2195, jekk xejn minħabba li din kienet ibbażata fuq is-sitwazzjoni eżistenti fit-terminu tal-opinjoni motivata, jiġifieri fl-1 ta’ Marzu 2008.

d)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra t-talbiet għall-ħlas taħt il-miżura 1.7 bħala inammissibbli għar-raġuni li “ma jeżistux garanziji suffiċjenti fir-rigwarda tat-twettiq korrett tal-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR fil-kuntest tal-miżura 1.7” qatt ma setgħet tiġi adottata taħt it-tieni ipoteżi tas-subparagrafu (f) tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 32(3) (proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu pendenti). Din setgħet l-aktar tiġi adottata taħt l-ewwel ipoteżi msemmija f’din id-dispożizzjoni (sospensjoni tal-ħlasijiet taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1260/1999). Iżda dan kien iwassal għal dibattitu li l-Kummissjoni riedet tevita.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni wkoll il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, fil-każ preżenti n-nuqqas ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999 (KE) tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, p. 1).


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Arpaillanage et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/06) (1)

(Servizz pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni - Ex esperti individwali - Diploma - Esperjenza professjonali - Eċċezzjoni ta’ illegalità)

2009/C 102/51

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Joséphine Arpaillanage et (Santiago, iċ-Ċili) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Sulce u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità Kompetenti li Tikkonkludi Kuntratti (AKTK) dwar l-iffissar tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tar-rikorrenti, kif jirriżultaw mill-kuntratti tagħhom ta’ aġent kuntrattwali, safejn in-numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali rikonoxxut lilhom mill-AKTK huwa inqas minn numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali effettivament akkumultat mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006, p. 35.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 – Lafleur Tighe vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad - Ex esperti individwali - Esperjenza professjonali - Lawrea - Ċertifikat ta’ ekwivalenza - Ammissibbiltà - Fatt ġdid u sostanzjali)

2009/C 102/52

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Virginie Lafleur Tighe (Makati, il-Filippini) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grupp ta’ funzjoni IV, fil-grad 13, skala 1, fir-reklutaġġ tagħha bħala aġent kuntrattwali, peress li fil-kalkolu tal-esperjenza professjonali tagħha ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-perijodu inkluż fil-kisba tal-ewwel lawrea (Bachelor) u l-kisba tat-tieni lawrea tagħha (Masters), u min-naħa l-oħra, ir-riklassifikazzjoni retroattiva tar-rikorrenti fil-grad 14.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007, p. 36.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2009 – Patsarika vs Cedefop

(Kawża F-63/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Assenjazzjoni mill-ġdid - Drittijiet tad-difiża - Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Proċedura fil-kontumaċja)

2009/C 102/53

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Maria Patsarika (Thessalonika, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop tal-20 ta’ Settembru 2006 li twaqqaf il-kuntratt għal żmien fiss tar-rikorrenti wara l-perijodu ta’ prova tagħha u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Patsarika għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha.

3)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu u kwart mill-ispejjeż ta’ M. Patsarik.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007, p. 43.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009 – Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju - Artikoli 3b u 88 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg - Tul tal-kuntratt - Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 dwar it-terminu massimu tal-użu tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni - Legalità)

2009/C 102/54

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nicole Petrilli (Woluwé-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentant: J.-L. Lodomez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad, skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 dwar it-terminu massimu tal-użu tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni, it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb it-tiġdid tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-20 ta’ Lulju 2007 li tiċħad il-talba għal ksib tat-tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt favur N. Petrilli hija annullata.

2)

Il-partijiet, f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru minn meta tingħata din is-sentenza interlokutorja, għandhom jew jinfurmaw lit-Tribunal dwar l-ammont tal-kumpens pekunjarju li jkun ġie miftihem bejn il-partijiet minħabba l-illegalità tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2007 jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, jippreżentawlu t -talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tal-kumpens.

3)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2008, p. 48.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/38


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009 – Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-100/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Trasferiment ta’ parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż tal-impjieg - Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Kont ta’ tfaddil għal xiri ta’ proprjetà - Irkupru ta’ pagament mhux dovut - Kundizzjonijiet - Irregolarità tat-trasferimenti - Natura evidenti tal-irregolarità)

2009/C 102/55

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kyriakos Tsirimiagos (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Cervilla, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2006 li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa lir-rikorrent skont il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti tiegħu ttrasferita fi Franza minn April 2004 sa Mejju 2005 minħabba l-allegat non-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan it-trasferiment – Talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2006, kif emendata mid-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2007, hija annullata sa fejn hija tordna l-irkupru tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għat-trasferimenti mwettqa minn K. Tsirimiagos lejn il-kont ta’ tfaddil għal xiri ta’ proprjetà tiegħu, minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta’ EUR 15 300.

2)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat jirrimborsa lil K. Tsirimiagos l-ammont, flimkien mal-interessi moratorji, ikkalkolat fuq ir-remunerazzjoni tiegħu, li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni għat-trasferimenti mwettqa lejn il-kont ta’ tfaddil għal xiri ta’ proprjetà tiegħu, minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta’ EUR 15 300; dawn l-interessi jiddekorru mid-data tal-irkupru u sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Eworpew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid u applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat isostni, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż tar-rikorrent.

5)

Ir-rikorrent ibati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007, p. 73.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/38


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009 – Giaprakis vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-106/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Trasferiment ta’ parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż ta’ impjieg - Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Tifdil għal xiri ta’ proprjetà (Épargne-logement) - Irkupru ta’ pagament mhux dovut - Kundizzjonijiet - Irregolarità tat-trasferimenti - Natura evidenti tal-irregolarità)

2009/C 102/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stavros Giaprakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Cervilla, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2006 li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa lir-rikorrent bħala koeffiċjent ta’ korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti tiegħu tiegħu ttrasferita fi Franza minn April 2004 sa Ġunju 2005, minħabba l-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan it-trasferiment – Talba għad-danni

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2006, li tordna l-irkupru tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti ta’ P. Giaprakis transferita fi Franza minn April 2004 sa Ġunju 2005, għal ammont ta’ EUR 1 246,06 hija annullata.

2)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lura lil P. Giaprakis l-ammont ta’ EUR 1 246,06, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-irkupru sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament u applikabbli tul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

4)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007, p. 49.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Hambura vs Il-Parlament

(Kawża F-4/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Reklutaġġ - Proċedura ta’ għażla - Nuqqas ta’ ammissjoni - Avviż ta’ reklutaġġ PE/95/S - Nuqqas ta’ użu tal-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Proċedura amministrattiva minn qabel)

2009/C 102/57

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Johannes Hambura (Soultzbach, Franza) (rappreżentant: S. Hambura, avukat)

Konvenut: Il-Parlament tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat ġenerali tal-persunal tal-5 ta’ Diċembru 2007 li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent, l-annullament tal-kompetizzjoni PE/95/S, qasam: mediċina u l-bidu mill-ġdid tal-proċedura tal-kompetizzjoni billi jippermetti l-użu ta’ formola elettronika ta’ applikazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. Hambura huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008, p. 50.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2009 – Schönberger vs Il-Parlament

(Kawża F-7/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Għoti ta’ punti ta’ mertu - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

2009/C 102/58

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2007 li r-rikorrent jingħata numru ta’ punti ta’ prijorità inqas minn dak mixtieq mir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet li bihom il-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti t-tielet punt ta’ mertu lil P. Schönberger fil-proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 huma annullati.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008, p. 69.


1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/40


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Domínguez González vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/07) (1)

(Servizz pubbliku - Assistent tekniku - Eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

2009/C 102/59

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Luís Domínguez González (Girona, Spanja) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn R. Nicolazzi Angelats, sussegwentement minn R. Nicolazzi Angelats u M.-C. Oller Gil, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu mal-ECHO wara r-riżultat tal-eżami mediku.

Dispożittiv

1)

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma għandux ġurisdizzjoni sabiex jieħu konjizzjoni tar-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008, p. 34.