ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.093.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 93

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
22 ta' April 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2009/C 093/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2009/8)

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni

2009/C 093/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2009 dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Civaux, Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

2

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2009/C 093/03

Opinjoni tal-bank ċentrali ewropew tal-5 ta’ Marzu 2009 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (CON/2009/17)

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 093/04

Rata tal-kambju tal-euro

16

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 093/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2009/C 093/06

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/166/09 u EPSO/AD/167/09

21

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 093/07

Avviż ta' tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

22

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ April 2009

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(BĊE/2009/8)

2009/C 93/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, accountant reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. (“PWC”), li aġixxa fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank (DNB) mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit.

(3)

Josephus Andreas Nijhuis irriżenja minn PWC b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2008. Għalhekk id-DNB jeħtieġ li jaħtar awdituri ġodda.

(4)

Id-DNB jixtieq jagħżel lil PWC bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 3 de Abril de 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean Claude-TRICHET


OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/2


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ April 2009

dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Civaux, Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2009/C 93/02

Fl-24 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern ta’ Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Civaux.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza mill-impjant sal-eqreb punt f'pajjiż ġar, jiġifieri l-gżira ta’ Jersey (iċ-Channel Islands, Dipendenza tal-Kuruna Brittanika), hija madwar 360 km. Għall-Istati Membri, id-distanza hija ta' madwar 400 km għal Spanja u madwar 470 km għar-Renju Unit u l-Belġju.

(2)

Il-modifika ppjanata se twassal għal tnaqqis ġenerali fil-limiti għar-rimi ta' gassijiet u likwidi, ħlief għat-tritju likwidu, li għalih hija prevista żieda.

(3)

Matul l-operat normali, il-modifika ppjanata mhix se ġġib magħha esponiment li jista' jolqot is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż ġar.

(4)

Fil-każ ta' rilaxxi mhux ippjanati ta' tnixxijiet radjoattivi li jistgħu jirriżultaw minn inċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali oriġinali, il-modifika ppjanata fis-sistema ta' ġestjoni tal-fjuwil mhijiex se twassal għal dożi li jistgħu jolqtu s-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż ġar.

B'konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Civaux, Franza, kemm fl-operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali, mhux mistenni li tirriżulta fit-tniġġis radjuattiv tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor jew pajjiż ġar.


Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Marzu 2009

fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

(CON/2009/17)

2009/C 93/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-22 ta’ Ottubru 2008 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1) (minn issa ’l quddiem id-“direttiva proposta”) (2).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-riforma tal-arranġamenti superviżorji fis-settur finanzjarju

1.

Il-BĊE jenfasizza li l-osservazzjonijiet speċifiċi f’din l-opinjoni huma mingħajr preġudizzju għall-kontribuzzjonijiet possibbli fil-futur biex jitwessa’ d-dibattitu Ewropew fuq ir-riforma tal-arranġamenti superviżorji (3) Ewropej, speċjalment fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet mill-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli li waqqfet il-Kummissjoni (4).

Strumenti legali għall-implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni bankarja Ewropea

2.

Il-BĊE esprima l-fehma tiegħu diversi drabi (5) fis-sens li l-istruttura kurrenti tad-Direttivi 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (abbozzata mill-ġdid) (6) u 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar is-suffiċjenza kapitali ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (abbozzata mill-ġdid) (7) m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala l-eżitu mixtieq finali, imma pjuttost pass wieħed f’proċess fit-tul lejn it-twaqqif ta’, skont il-prinċipji u l-għanijiet żviluppati taħt il-metodu Lamfalussy, sett ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji ġewwa l-Unjoni Ewropea. Id-Direttiva 2006/48/KE tirrikorri b’mod limitat għall-komitoloġija u għandha skop limitat għall-miżuri ta’ implimentazzjoni (8). L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Basel II (9) ipprovdiet opportunità unika għar-reviżjoni tad-Direttiva 2006/48/KE fuq dawn il-linji imma din ma ġietx użata. Għalhekk, għad fadal ħafna xi jsir fil-qasam bankarju biex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tal-metodu regolatorju Lamfalussy. Dan il-proċess ikun jeħtieġ: (i) li l-atti legali Komunitarji tal-Livell 1 jiġu limitati għal prinċipji ta’ qafas li jirriflettu l-għażliet politiċi bażiċi u kwistjonijiet sostantivi; u (ii) id-dispożizzjonijiet tekniċi jitpoġġew flimkien f’regolament tal-Livell 2 wieħed jew diversi applikabbli direttament li, b’użu ikbar tal-komitoloġija, gradwalment joħorġu bħala l-korp ewlieni ta’ regoli tekniċi applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE. F’dan ir-rigward, il-BĊE huwa tal-fehma li l-maġġoranza tal-annessi tekniċi tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jiġu adottati direttament bħala miżuri tal-Livell 2 u, safejn ikunu kompatibbli mal-flessibbiltà meħtieġa għall-implimentazzjoni nazzjonali, bħala regolamenti tal-Kummissjoni.

3.

L-użu limitat possibbli ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 sostanzjali u strutturati fil-kuntest tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE jagħti rwol iktar prominenti lil-linji ta’ gwida fil-Livell 3 tal-qafas Lamfalussy. F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li d-direttiva proposta tintroduċi għall-ewwel darba fid-Direttiva 2006/48/KE referenzi espressi għal-linji ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) (10). Il-BĊE jirrikonoxxi bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ dawn il-Linji ta’ Gwida, ix-xogħol konsiderevoli magħmul mis-CEBS fil-konverġenza ta’ standards u prattiċi superviżorji u l-bżonn li tiġi żgurata l-konformità tal-Istati Membri. Madankollu, minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, dawn il-linji ta’ gwida ma jiggarantixxux l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-Istati Membri. Skont il-prinċipji ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar” (11) għandhom jiġu evitati referenzi espliċiti għal linji ta’ gwida mhux vinkolanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Minflok, il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tispeċifika l-oqsma fejn is-CEBS tintalab tikkontribwixxi biex tittejjeb il-konverġenza ta’ prattiċi superviżorji. Barra minn hekk, skont il-metodu Lamfalussy u l-parir mogħti fil-paragrafu 2 u biex tkompli tingħata kontribuzzjoni għall-adozzjoni ta’ qafas legali armonizzat fil-livell tal-UE, jista’ jkun mixtieq f’ċerti każijiet li l-leġiżlatur Komunitarju jikkonverti l-kontenut sostantiv ta’ dawn il-linji ta’ gwida CEBS tal-Livell 3 li mhumiex vinkolanti f’leġiżlazzjoni Komunitarja vinkolanti, jew fil-Livell 1 taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni jew fil-forma ta’ miżuri ta’ implimentazzjonital-Livell 2 li jiġu adottati mill-Kummissjoni taħt il-poteri tagħha ta’ komitoloġija u japplikaw b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha (12).

4.

Il-BĊE jifhem li numru ta’ emendi proposti mill-Kummissjoni fir-rigward tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE ġew ipprovokati mit-taqlib finanzjarju riċenti u r-ristrutturar ta’ dawn id-direttivi ma kienx konċepibbli fil-kuntest kurrenti. Iżda, fil-fehma tal-BĊE reviżjoni radikali ta’ dawk id-direttivi skont il-prinċipji deskritti hawn fuq tikkontribwixxi ħafna biex titjieb it-trasparenza u ċ-ċertezza legali tal-leġiżlazzjoni bankarja Komunitarja. It-taqlib fis-suq ta’ bħalissa enfasizza wkoll l-importanza ta’ strumenti legali li jistgħu jiġu emendati malajr biex jadattaw għal ċirkostanzi li jinbidlu, jiġifieri miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2, biex il-prinċipji ta’ qafas jitħallew biss għal atti tal-Livell 1 riġidi billi ġeneralment ikunu iktar permanenti. Il-BĊE jixtieq iħeġġeġ lil-leġiżlatur tal-UE, fid-dawl ukoll tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli, biex jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet memmijin hawn fuq.

Komitoloġija

5.

Riċentement il-Kummissjoni pproponiet żewġ abbozzi ta’ direttivi ta’ implimentazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskju (13). Il-BĊE jinnota li wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom x’jaqsmu mat-titolizzazzjoni (securitisation) u l-metodoloġiji użati minn istituzzjonijiet ta’ valutazzjoni ta’ kreditu estern. Filwaqt li l-BĊE m’għandu l-ebda osservazzjonijiet partikolari dwar dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi, jaqbel mal-fehmiet tal-Kummissjoni dwar is-sekwenza tal-miżuri tal-Livell 1 u l-Livell 2 (14), li: (i) bħala regola u biex ikun hemm koerenza legali u trasparenza, miżuri tal-Livell 2 m’għandhomx jippreċedu l-miżuri tal-Livell 1 u b’hekk ikun hemm ir-riskju li tiġi evitata d-diskussjoni fuq is-sustanza tagħhom; u (ii) ix-xogħol fuq il-Livell 1 u 2 għandu jsir kemm jista’ jkun b’mod parallel. Dan jiffaċilita l-eżerċizzju mill-BĊE tar-rwol konsultattiv tiegħu taħt l-Artikolu 105(4) tat-Trattat fuq atti Komunitarji proposti (inklużi abbozzi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2).

Osservazzjonijiet speċifiċi

L-iskoperturi interbankarji u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja (l-Artikolu 113(3) u (4) ġdid propost tad-Direttiva 2006/48/KE)

6.

Il-BĊE ġeneralment jilqa’ l-għan tad-direttiva proposta, li huwa biex tittejjeb il-ġestjoni tar-riskju u l-likwidità f’istituzzjonijiet ta’ kreditu inkluż fir-rigward tal-iskoperturi interbankarji (15). B’mod partikolari, il-BĊE jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li l-iskoperturi interbankarji jippreżentaw riskju sinjifikanti billi l-banek, għalkemm huma rregolati, jistgħu jfallu u skoperturi kbar ikun jeħtieġu ġestjoni prudenti ħafna (16).

7.

Il-BĊE jinnota li d-direttiva proposta tintroduċi eżenzjoni għal “elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-iskoperturi... ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss u jkunu fil-munita tal-Istat Membru li jkun qed jeżerċita din l-għażla, dejjem jekk din il-munita ma tkunx l-euro” (17). Il-BĊE huwa tal-fehma li d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq tqajjem tħassib fir-rigward tal-ekwità u li din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata biex tipprovdi għal trattament ugwali fost l-Istati Membri.

8.

Barra minn hekk, il-BĊE jitlob li jkun hemm kawtela meta jiġu ddisinjati miżuri fuq il-limiti għall-iskoperturi interbankarji billi l-miżuri proposti għandhom jevitaw li jtellfu l-fluss bla xkiel ta’ likwidità fis-suq interbankarju. Minn perspettiva tal-implimentazzjoni ta’ politika monetarja, jekk jiġi ristrett il-fluss bla xkiel ta’ likwidità fis-suq interbankarju, partikolarment b’maturitajiet qosra li ħafna huma mil-lum għall-għada (overnight) jew sa ġimgħa dan ma jkunx mixtieq, kemm f’ċirkustanzi normali jew fit-taqlib tas-suq finanzjarju kurrenti. Fil-fatt, fi żminijiet normali l-attivitajiet kummerċjali tal-kontropartijiet tal-Eurosistema huma strumentali fir-ridistribuzzjoni tal-likwidità f’terminu qasir fis-suq u għalhekk m’għandhomx jiġu ristretti billi dan ikun ta’ detriment għat-treġija mingħajr xkiel tar-rati tas-suq tal-flus f’terminu qasir lejn rata minima tal-offerta fuq l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlieni tal-Eurosistema.

9.

Fir-rigward ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-BĊE jenfasizza li s-self b’maturità qasira ma jfissirx riskju ta’ kobor simili pparagunat mas-self b’maturità itwal. Barra minn hekk, il-kwalità tal-kreditu tvarja wkoll fost il-kontropartijiet. Fir-rigward tal-limitu propost fuq skoperturi interbankarji ta’ 25 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-ammont ta’ EUR 150 miljun (18), immaterjalment mill-maturità tagħhom, l-analiżi kwantitattiva interna tal-BĊE tissuġġerixxi li s-sehem mhux negliġibbli tal-banek kien ikunu ristrett fl-attivitajiet ta’ self mil-lum għall-għada tagħhom f’numru sostanzjali ta’ tranżazzjonijiet kieku l-limitu kien f’postu qabel il-bidu tat-taqlib fis-swieq finanzjarji f’Awwissu 2007. Dan jikkostitwixxi bidla sostanzali u mhux mixtieqa meta pparagunata mal-qafas legali tal-UE kurrenti, li jippermetti li l-Istat Membri jeżentaw għal kollox jew parzjalment “pretenzjonijiet fuq u skoperturi oħrajn għal istituzzjonijiet, b’maturità ta’ sena jew iżjed” mill-applikazzjoni ta’ regoli fuq skoperturi kbar (19). Minn perspettiva ta’ implimentazzjoni tal-politika monetarja, il-BĊE huwa tal-fehma li l-limitu propost hawn fuq jirrestrinġi l-fluss bla xkiel tal-likwidità ġewwa s-suq interbankarju u jista’ jkun ta’ detriment għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq tal-flus tal-euro. F’dan il-kuntest, filwaqt li l-BĊE jenfasizza li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom stabbiliti miżuri ta’ mitigazzjoni u l-għodod ta’ monitoraġġ skont ir-rekwiżiti mfissra fl-Anness V tad-Direttiva 2006/48/KE biex jindirizzaw riskji potenzjali assoċjati ma’ skoperturi interbankarji għal terminu qasir, huwa jilqa’, madankollu, l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni minn talbiet b’maturità qasira ħafna, eż. ta’ ġimgħa jew anqas, mill-applikazzjoni ta’ sistema tal-iskoperturi kbar. Barra minn hekk, jilqa’ analiżi mal-UE kollha tas-suq tal-flus u – abbażi ta’ din l-analiżi – l-introduzzjoni possibbli ta’ ċerti miżuri bħal eżenzjoni fuq pretenzjonijiet b’maturità ta’ iktar minn ġimgħa.

Kwistjonijiet ta’ likwidità (Annessi V u XI ġodda u l-Artikolu 41)

10.

Fil-fehma tal-BĊE, l-emendi għad-Direttiva 2006/48/KE dwar ir-riskju ta’ likwidità (20), li jimplimentaw ix-xogħol imwettaq mill-Basel Committee on Banking Supervision (BCBS) (21) (Kumitat ta’ Basilea fuq is-Superviżjoni Bankarja) u s-CEBS (22), huma pass neċessarju u mixtieq minħabba l-importanza tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità li ġie żvelat fit-taqlib tas-suq kurrenti. F’dan ir-rigward, invista ta’ xogħol possibbli fil-ġejjieni mill-Kummissjoni, huwa importanti li tiġi pprovduta aktar gwida fuq l-aspetti ewlenin bħad-definizzjoni u l-iffissar tat-tolleranza tar-riskju (23) u l-adegwatezza ta’ buffers ta’ likwidità (24). Meta jiġu kkunsidrati l-ħidmiet tal-istabbiltà finanzjarja, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-banek ċentrali jkollhom aċċess xieraq għall-informazzjoni relatata mal-pjanijiet ta’ ffinanzjar ta’ kontinġenza tal-banek.

11.

Il-BĊE jinnota li, fil-parir tekniku riċenti tiegħu lill-Kummissjoni fuq il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità (25), is-CEBS jirrakkomanda li s-superviżuri tal-gruppi transkonfinali għandhom jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom mill-qrib, speċjalment permezz ta’ skambji ta’ informazzjoni mtejbin, u partikolarment fil-kulleġġi ta’ superviżuri, biex jiġu mifhuma aħjar il-profili tar-riskju tal-likwidità u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-ħtiġijiet. Meta jkun xieraq, is-CEBS tissuġġerixxi li s-superviżuri għandhom jikkunsidraw attivament li jiddelegaw lis-superviżuri tal-pajjiż oriġinali xogħlijiet relatati mas-superviżjoni tal-likwidità tal-friegħi. Fir-rigward tax-xogħol li għaddej fuq il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u prattiċi tal-konċessjonijiet tal-likwidità (26), il-BĊE jinnota li konsegwenza waħda tal-unjoni ekonomika u monetarja hija li l-Istat Membru tal-oriġini biss għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni tal-likwidità tal-friegħi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ġewwa ż-żona tal-euro. Fil-kuntest ta’ reviżjoni futura tad-Direttiva 2006/48/KE, għandha ssir distinzjoni bejn l-Istati Membri tal-oriġini u ospitanti li adottaw l-euro u dawk li m’għamlux hekk. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini jew ospitanti ikollhom valuta differenti, il-fergħa għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ likwidità tal-Istat Membru ospitanti. Iżda, ġewwa ż-żona tal-euro, din id-distinzjoni tilfet ir-rilevanza tagħha għall-friegħi billi għandhom l-istess karta tal-bilanċ bħall-uffiċċju ewlieni, fl-istess valuta, u m’għandhomx bżonn xi fondi jew kapital proprji. Barra minn dan, l-iskemi ta’ depożitu-garanzija introdotti u rikonoxxuti uffiċjalment fi Stat Membru wieħed għandhom ikopru d-depożitanti fi friegħi mwaqqfa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri oħrajn.

12.

Il-BĊE jirrakkomanda wkoll li jiġi emendat l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/48/KE li japplika għar-responsabbiltà għall-miżuri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja biex tiġi kkunsidrata l-eżistenza tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ).

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni (l-Artikolu ġdid propost 42a(2), l-Artikolu 49 u l-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2006/48/KE)

13.

Il-BĊE jappoġġa l-kjarifikazzjoni tal-obbligi eżistenti tal-qsim ta’ koordinazzjoni u informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ stabbiltà finanzjarja f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluż żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji. Il-kjarifikazzjoni ta’ obbligi eżistenti hija aċċettabbli ħafna fir-rigward tal-qsim tal-inform-azzjoni fuq gruppi bankarji speċifiċi bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-banek ċentrali.

14.

Il-BĊE jinnota li, filwaqt li d-Direttiva 2006/48/KE tipprovdi li l-awtoritajiet superviżorji m’għandhomx jiġu pprevenuti milli jittrażmettu informazzjoni lil banek ċentrali, inkluż il-BĊE (27), fil-ħidmiet tagħhom (28), id-direttiva proposta tipprovdi li, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fid-Direttiva 2006/48/KE (29), l-Istati Membri għandhom jippermettu ’l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jikkommunikaw l-informazzjoni lill-banek ċentrali fil-Komunità. Kemm f’sitwazzjonijiet ta’ “żminijiet normali” u f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, id-direttiva proposta tipprovdi li din il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni tapplika meta l-informazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-ħidmiet tal-banek ċentrali. Il-BĊE jilqa’ dawn l-emendi, u b’mod partikolari l-introduzzjoni fid-Direttiva 2006/48/KE ta’ referenza espressa għal lista mhux eżawrejnti ta’ ħidmiet tal-banek ċentrali, inkluż it-tmexxija tal-politika monetarja, is-sorveljanza ta’ sistemi ta’ ħlas u s-sald (settlement) ta’ titoli, u s-salvagwardja ta’ stabbilità finanzjarja li għaliha din il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni tkun rilevanti. Il-BĊE jagħmel ukoll dawn iż-żewġ osservazzjonijiet. L-ewwel nett, filwaqt li l-lista ta’ ħidmiet ta’ hawn fuq tirreferi għal “sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta’ sald tat-titolizzazzjonijiet” (30), ikun xieraq li tiżdied referenza għal “sistemi ta’ kklerjar” u li dan il-kliem jituża konsistentement: “sistemi ta’ pagament, ikklerjar u ta’ sald tat-titolizzazzjonijiet” fid-Direttiva 2006/48/KE kollha. It-tieni nett, ir-referenza għal ħidmiet “statutorji” jimplika li dawn il-ħidmiet ngħataw mil-liġi. Billi, f’ċerti każijiet, il-funzjonijiet bħall-ħidma tal-istabbiltà finanzjarja tal-bank ċentrali jistgħu ma jiġux definiti bil-liġi, il-kelma “statutorja” għandha titħassar.

15.

Il-BĊE jifhem li l-emendi proposti mhumiex intiżi biex jimmodifikaw il-qafas kurrenti għall-qsim ta’ informazzjoni bejn l-awtoritjajiet superviżorji u l-banek ċentrali f’sitwazzjonijiet normali imma jridu li jtejbu iktar il-qsim ta’ informazzjoni fost dawn l-awtoritjajiet meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-BĊE jikkunsidra li huwa mixtieq li jkun hemm lok għal konverġenza ikbar tan-natura ta’ dawn l-obbligi biex tiġi evitata assimetrija mhux mixtieqa fl-informazzjoni disponibbli għall-banek ċentrali f’ċirkustanzi normali u f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (31). L-esperjenza tal-banek ċentrali tal-Eurosistema tissuġġerixxi li hemm sinerġiji sinjifikanti relatati mal-informazzjoni bejn il-banek ċentrali u l-funzjonijiet ta’ sorveljanza prudenzjali. Dan jikkonferma l-ħtieġa biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-valutazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja tal-banek ċentrali u s-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali (32). Fil-prattika, kif diġà ġie indikat f’opinjonijiet preċedenti (33), is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet individwali għandha tibbenefika mill-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-istabbilità finanzjarja tal-banek ċentrali li min-naħa tagħhom għandhom jistrieħu wkoll fuq it-tagħrif ġej mis-superviżuri. Bħala eżempju, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkommunikaw regolarment f’ċirkustanzi normali ma’ superviżuri u banek ċentrali oħrajn, kemm ġewwa kif ukoll bejn il-fruntieri, biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effettiva fis-superviżjoni u s-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità. Din il-komunikazzjoni għandha ssir regolarment matul il-ħinijiet normali, imma n-natura u l-frekwenza tal-qsim tal-informazzjoni għandhom jiġu adattati kif jixraq matul żminijiet ta’ stress (34).

Kulleġġ ta’ supeviżuri (l-Artikoli 42a, 129 u 131a ġodda proposti)

16.

Il-BĊE jilqa’ t-tisħiħ propost tal-bażi legali tal-kulleġġi ta’ superviżuri (35). Dan huwa pass biex tintlaħaq l-konverġenza superviżorja u tiġi żgurata l-konsistenza fl-Istati Membri kollha. B’mod partikolari, il-BĊE jikkunsidra li l-użu ta’ kulleġġi superviżorji jsaħħaħ il-kooperazzjoni fis-superviżjoni minn jum għal jum ta’ banek traskonfinali, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ stabbiltà finanzjarja u l-koordinazzjoni tal-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Id-dimensjoni Komunitarja tal-mandat tal-awtoritjaiet ta’ superviżjoni nazzjonali

17.

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għan riaffermat f’diversi okkażjonijiet mill-Ecofin li tittejjeb id-dimensjoni Komunitarja fil-mandat tas-superviżuri nazzjonali, kif rifless fid-direttiva proposta billi l-kwistjonijietta’ stabbiltà finanzjarja għandhom jiġu vvalutati fil-livell ta’ bejn il-fruntieri (36). F’dan il-kuntest, il-BĊE jilqa’ d-dispożizzjonijiet dwar il-kunsiderazzjoni tal-impatt potenzjali ta’ deċiżjoni fuq l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji fl-Istati Membri kollha kkonċernati. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-BĊE jissuġġerixxi li dejjem issir referenza għall-“impatt potenzjali” ta’ deċiżjoni minflok tal-“effett” tagħha (37). Il-BĊE huwa tal-fehma wkoll li, għall-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, jistgħu jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni ma’ Stati Membri kkonċernati oħrajn simili għal dawk li hemm fid-direttivi oħrajn tas-settur finanzjarju meta l-kulleġġi ma jkunux jistgħu jintużaw għal dan l-iskop (38).

It-titolizzazzjoni (Securitisation) (l-Artikolu 122a ġdid propost)

18.

L-għanijiet tal-miżuri proposti fuq rekwiżiti kapitali u ġestjoni ta’ riskju għat-titolizzazzjoni (39) jinkludu b’mod partikolari: (i) id-dmir għall-finanzjaturi u/jew oriġinaturi li jżommu “interess ekonomiku materjali nett” (40) fit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni; (ii) ir-rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jifhmu aħjar ir-riskji meħudin bħala investituri fit-titolizzazzjonijiet; (iii) it-titjib ta’ prattiċi ta’ żvelar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu bħala oriġinaturi jew finanzjaturi; u (iv) it-tisħiħ ta’ prattiċi superviżorji minn awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-titolizzzazzjoni. Il-BĊE jappoġġa ġeneralment l-introduzzjoni ta’ dawn l-emendi proposti li għandhom l-għan li jallinjaw l-inċentivi fost il-parteċipanti fis-suq tat-titolizzazzjoni (41). Fl-istess ħin, il-BĊE jenfasizza l-bżonn li jsir użu minn suq ta’ titolizzazzjoni sekondarju li jaħdem tajjeb, likwidu u wiesa’, partikolarment fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ titoli sostnuti mill-assi bħala garanzija għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja.

L-ewwel nett, jekk din id-direttiva proposta tibqa’ att tal-Livell 1, minkejja l-parir mogħti fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ din l-opinjoni, il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa li (i) jiġi ċċarat l-iskop ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet; (ii) jiġi ddefint “interess ekonomiku materjali nett”; u (iii) it-termini jintużaw b’mod konsistenti biex tiżdied il-konverġenza fl-implimentazzjoni tagħhom u biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju. Ħtiġijiet ta’ diliġenza dovuta li jiddiferenzjaw bejn il-kotba tal-kummerċ u dawk li mhumiex tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, skont l-orizzonti ta’ investiment rispettivi, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll biex jiġu evitati riperkussjonijiet potenzjalment negattivi f’attivitajiet tat-tiswir tas-suq.

It-tieni nett, il-BĊE jinnota li, filwaqt li ż-żamma ta’ interess ekonomiku materjali jista’, fit-teorija, ikun mod qawwi għall-allinjament ta’ inċentivi, l-implimentazzjoni prattika tiegħu jista’ joffri xi sfidi (42). Għalhekk, il-BĊE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-applikazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet proposti fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, kif ukoll jiġi kkunsidrat il-bżonn biex jerġa’ jkun hemm il-funzjonament tas-swieq tat-titolizzazzjoni. Barra minn dan, il-BĊE jieħu nota ta’ din il-premessa proposta mill-Kunsill dwar il-miżuri biex jiġi indirizat in-nuqqas ta’ allinjament tal-istrutturi tat-titolizzazzjoni u l-bżonn biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-koerenza fir-regolamenti kollha rilevanti fis-settur finanzjarju (43).

It-tielet nett, il-BĊE jara l-vantaġġ ta’ reviżjoni ġenerali tat-terminoloġija tat-titolizzazzjoni użata kemm fid-Direttiva 2006/48/KE u fid-direttiva proposta biex tiġi allinjata iktar mill-qrib mat-terminoloġija legali tas-soltu u biex tiġi żgurata aktar ċertezza legali (44).

Fl-aħħar nett, għandha tiġi investigata l-interazzjoni tal-ħtieġa ta’ żamma ta’ interess ekonomiku materjali nett mar-rekwiżiti tal-kontabbiltà (45). F’dan il-kuntest, il-BĊE jara l-mertu fl-iżvilupp ta’ gwida mill-International Accounting Standards Board (IASB) fuq International Financial Reporting Standards (IFRS) 39 (46) u l-ħarġa Nru 12 (47) tal-iStanding Interpretation Committee (SIC) tal-IASB biex jiġi indirizzat l-impatt potenzjali tad-dispożizzjonijiet relatati mat-titolizzazzjoni tad-direttiva proposta fuq regoli ta’ tneħħija mill-karti tal-bilanċ ta’ titolizzazzjonijiet (dereognition) u konsolidazzjoni.

Osservazzjoni legali u tekniċi addizzjonali

19.

Meta ssir referenza għall-BĊE, il-SEBĊ u l-banek ċentrali nazzjonali tas-SEBĊ, il-BĊE jirrakkomanda l-użu ta’ kliem konsistenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (minn issa ’l quddiem l-“Istatut SEBĊ”) biex ma jiġux ikkonsolidati kunċetti antikwati u biex jiġi ffaċilitat il-qari tad-Direttiva.

20.

Id-Direttiva 2006/48/KE hija kkaratterizzata minn numru ta’ referenzi f’sensiela jew ċirkolari li jaffettwaw iċ-ċarezza tagħha u kemm tinftiehem (48). Barra minn hekk, numru ta’ referenzi mhumiex ifformulati “b’mod li l-element ċentrali tad-dispożizzjoni li ssir referenza għaliha jkun jista’ jinftiehem mingħajr konsultazzjoni tad-dispożizzjoni kkonċernata”. (49) Din il-prattika infeliċi qed tiġi segwita fid-direttiva proposta (50). Il-BĊE jirrakkomanda, anki għaċ-ċarezza legali u t-trasparenza, li dawn id-dispożizzjonijiet jerġgħu jiġu abbozzati biex ikun possibbli li jinqraw u jinftehmu mingħajr ma jiġu kkonsultati dispożizzjonijiet oħra varji tad-Direttiva 2006/48/KE.

21.

Id-Direttiva 2006/48/KE tirreferi għal “awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-superviżjoni ta’ sistemi ta’ ħlas” (51). Il-BĊE innota konsistentement f’diversi okkażjonijiet li l-Artikolu 105(2) tat-Trattat u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdu l-bażi legali għall-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-Eurosistema u li, barra minn dan, il-kompetenza ta’ sorveljanza tal-Eurosistema tirriżuta mill-Artikolu 22 tal-Istatut tal-SEBĊ (52). Il-BĊE jikkunsidra li l-Artikolu 105(2) tat-Trattat u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tal-SEBĊ jeskludu l-interferenza fil-kompetenza tas-sorveljanza tal-Eurosistema minn kull korp tal-Komunitàjew nazzjonali ħlief għal bank ċentrali li jaġixxi fil-qafas tas-SEBĊ/Eurosistema (53). F’dan l-isfond, skont il-pożizzjoni meħuda f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra (54), il-BĊE jirrakkomanda li dik ir-referenza titħassar (55).

22.

L-attivitajiet tal-ikklerjar, tas-sald u tal-kustodja jiġġeneraw tip speċifiku ta’ skopertura li m’għandhiex tiġi ttrattata b’mod simili għall-iskoperturi li jirriżultaw mis-soltu attivitajiet ta’ self interbankarju. Ir-raġunijiet ewlenin huma li dawn l-iskoperturi huma ta’ maturità b’terminu qasir ħafna billi solitament huma mil-lum għall-għada u mhumiex fil-kontroll tal-istituzzjonijiet ikkonċernati billi dawn l-iskoperturi huma fil-biċċa l-kbira r-riżultat ta’ attività tal-klijienti. Għalkemm għandu jkun hemm miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni u ta’ monitoraġġ biex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali assoċjati ma’ dawn l-attivitajiet, il-BĊE jappoġġa l-eżenzjoni f’dan is-sens introdotta fid-direttiva proposta (56). Il-proposti tal-abbozzar jidhru fl-Anness biex din l-eżenzjoni tiġi kkjarifikata iktar.

Proposti tal-abbozzar

Fejn il-pariri ta’ hawn fuq iwasslu għal tibdil fid-direttiva proposta, il-proposti tal-abbozzar jidhru fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, tal-5 ta’ Marzu 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean Claude TRICHET


(1)  KUMM(2008) 602 finali, l-1 ta’ Ottubru 2008. Disponibbli f’www.eur-lex.europa.eu

(2)  Din l-opinjoni hija bbażata fuq il-verżjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 li fuqha l-BĊE ġie kkonsultat formalment. Id-direttiva proposta kienet is-suġġett ta’ iktar emendi fil-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill.

(3)  Ara l-paragrafu 8 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza, Kunsill Ewropew, tal-15 - 16 ta’ Ottubru 2008, disponibbli fil-websajt tal-Kunsill f’www.consilium.europa.eu u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, “Minn kriżi finanzjarja għall-irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni”, KUMM(2008) 706 finali tad-29 ta’ Ottubru 2008, disponibbli fil-websajt tal-Kummissjoni f'www.ec.europa.eu

(4)  Ir-rapport tal-grupp de Larosière tal-25 ta’ Frar 2009 huwa disponibbli f’www.europa.eu

(5)  Ara l-paragrafu 6 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2004/7 tal-20 ta’ Frar 2004 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/765/KEE, 93/6/KEE u 94/19/KE u d-Direttivi 2000/12/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida tal-kumitat ta’ servizzi finanzjarji (KUMM(2003) 659 finali), (ĠU C 58, 6.3.2004, p. 23); il-paragrafi 6 sa 10 tal-Opinjoni BĊE CON/2005/4 ta’ 17 ta’ Frar 2005 fuq it-talba tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar proposta għal direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jabbozzaw mill-ġdid id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tad-ditti ta’ l-investiment u ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU C 52, 2.3.2005, p. 37) u l-paragrafu 3.5 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2006/60 tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar proposta għal Direttiva li temenda ċerti Direttivi tal-Komunità fir-rigward ta’ regoli proċedurali u kriterji ta’ stima għall-valutazzjoni prudenti ta’ akkwisti u żidiet ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fis-settur finanzjarju (ĠU C 27, 7.2.2007, p. 1).

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(8)  Ara l-Artikoli 150 u 151 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-emendi għal dawn id-dispożizzjonijiet fid-direttiva proposta.

(9)  Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżoni Bankarja, “Konverġenza Internazzjonali dwar Capital Measurement u Standards Kapitali: Qafas irrivedut”, Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS), Ġunju 2004; disponibbli fil-websajt tal-BIS f’www.bis.org

(10)  Ara f’dan ir-rigward il-premessi ġodda 1 u 7, l-Artikolu 42b, l-Artikolu 63a(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 131a(2).

(11)  Ara f’dan ir-rigward il-Gwida Prattika Komuni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għall-persuni involuti fl-abbozzar tat-testi leġiżlattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji, partikolarment ir-Rakkomandazzjonijiet 12 u 17, paġni 38 u 54, disponibbli fil-websajt Europa f’www.europa.eu

(12)  Il-kumitat Lamfalussy innifsu indika fl-2001 li dawn ir-rakkomandazzjonijiet interpretattivi u standards komuni “dwar kwistjonijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE – meta jkun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati fid-dritt Komunitarju permezz ta’ proċedura tal-Livell 2”(ara l-Final report of the Committee of Wise Men on the regulation of European securities markets (Ir-rapport finali tal-Kumitat tal-Għorrief fuq ir-regolament tas-swieq tat-titoli), 15.2.2001, p. 37, disponibbli fil-websajt Europa f’www.europa.eu).

(13)  Abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskju u l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskju, disponibbli fil-websajt tal-Kummissjoni f’www.ec.europa.eu

(14)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy – It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza, 20.11.2007, KUMM(2007) 727 finali, disponibbli fil-websajt tal-Kummissjoni f’www.ec.europa.eu

(15)  Ara l-paragrafi 6.2.3 u 6.4.5 tal-Memorandum Spjegattiv mad-direttiva proposta, paġni 8 u 10.

(16)  Ara l-paragrafu 6.2.3 tal-Memorandum Spjegattiv mad-direttiva proposta, p. 8.

(17)  Artikolu 113(4)(f) propost.

(18)  Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(1) propost.

(19)  L-Artikolu 113(3)(i) ġdid.

(20)  Ara l-Anness V ġdid.

(21)  Ara l-Principles for Sound Liquidity Risk Management and Supervsision, Basel Committee on Banking Supervision (Prinċipji għall-Ġestjoni Soda u s-Superviżjoni tar-Riskju tal-Likwidità, Kumitat ta’ Basilea fuq is-Superviżjoni Bankarja), Settembru 2008, disponibbli fil-websajt tal-BIS f’www.bis.org

(22)  Ara l-First part of the CEBS’ technical advice on liquidity risk management (l-Ewwel parti tal-parir tekniku tas-CEBS fuq il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità – Survey of the current regulatory frameworks adopted by the EEA regulators (Stħarriġ tal-qafas regolatorju kurrenti adottat mir-regolaturi taż-ŻEE), 15.8.2007 u s-Second part of the CEBS’s technical advice to the European Commission on liquidity risk management – Analysis of specific issues listed by the Commission and challenges not currently addressed in the EEA, (it-Tieni parti tal-parir tekniku tas-CEBS lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità – Analiżi ta’ kwistjonijiet speċifiċi elenkati mill-Kummissjoni u sfidi li bħalissa mhumiex indirizzati fiż-ŻEE) 18.9.2008, CEBS 2008 147, disponibbli fil-websajt tas-CEBS f’www.c-ebs.org

(23)  Ara l-punt 14a ġdid tal-Anness V.

(24)  Ara l-punti 14 u 18 ġodda tal-Anness V u l-punt il-ġdid 1(e) tal-Anness XI.

(25)  Second part of the CEBS’s technical advice to the European Commission on liquidity risk management – Analysis of specific issues listed by the Commission and challenges not currently addressed in the EEA, Recommendation 29, pp. 11 and 64-66 (it-Tieni parti tal-parir tekniku tas-CEBS lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità – Analiżi ta’ kwistjonijiet speċifiċi elenkati mill-Kummissjoni u sfidi li bħalissa mhumiex indirizzati fiż-ŻEE), 18.9.2008 CEBS 2008 147, Rakkomandazzjoni 29, paġni 11 u 64-66, disponibbli fil-websajt tas-CEBS f’www.c-ebs.org

(26)  Ara l-Executive summary regarding work on delegation (Sommarju eżekuttiv dwar xogħol fuq delegazzjoni), 3.9.2008 disponibbli fil-websajt tas-CEBS f’www.c-ebs.org

(27)  L-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(28)  Ara l-Artikolu 49(a) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 49(a) il-ġdid.

(29)  L-Artikolu 130(1)(i) ġdid.

(30)  Ara wkoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(31)  Qabbel l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2006/48/KE mal-aħħar paragrafu ġdid propost tal-istess artikolu taħt id-direttiva proposta.

(32)  Report of the Financial Stability Forum on Enhancing Market and Institutional Resilience (Rapport tal-Forum tal-Istabbiltà Finanzjarja fuq it-Titjib tas-Saħħa tas-suq u Istituzzjonali), 7.4.2008, Rakkomandazzjoni V.8, paġni 42-43 li jispeċifika li “Superviżuri u banek ċentrali għandhom itejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni inkluż fil-valutazzjoni tar-riskji tal-istabbilità finanzjarja. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun mgħaġġel matul perijodi ta’ taqlib fis-suq”. Disponibbli fuq il-Financial Stability Forum (Forum ta’ Stabbiltà Finanzjarja) f’www.fsforum.org

(33)  Ara, pereżempju, il-paragrafu 2.4.1 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2007/33 tal-5 Novembru 2007 fuq talba tal-Ministeru Awstrijak tal-Finanzi fuq abbozz ta’ liġi li temenda l-Liġi Bankarja, il-Liġi fuq banek tat-tifdil, il-Liġi fuq l-Awtorità Superviżorja tas-Suq Finanzjarju u l-Liġi fuq Oesterreichische Nationalbank u l-paragrafu 2.4.1 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2006/15 tad-9 ta’ Marzu 2006 fuq talba tal-Ministru Pollakk tal-Finanzi fuq abbozz ta’ liġi fuq is-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. L-opinjonijiet tal-BĊE kollha huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu

(34)  Ara l-Prinċipju 17 fuq paġni 14-36 tal-Principles for Sound Liquidity Risk Management and Supervision, disponibbli fil-websajt tal-BIS f’www.bis.org. L-aspetti l-oħra dwar il-likwidità huma indirizzati fil-paragrafi 11 u 12 ta’ din l-opinjoni.

(35)  Ara l-Artikolu 131a l-ġdid.

(36)  Ara l-konklużjonijiet ta’ Ecofin tas-7 ta’ Ottubru 2008, p. 17, disponibbli fil-websajt tal-Kunsill Ewropew f’www.consilium.europa.eu

(37)  Qabbel il-premessa 6 tad-direttiva proposta mal-Artikolu 40(3) ġdid u t-tielet sentenza tal-punt 1a ġdid tal-Anness XI.

(38)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 132(3) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(39)  Ara l-Artikolu 122a l-ġdid.

(40)  Kif imsemmi fl-Artikolu 122a(1) il-ġdid.

(41)  Il-BĊE huwa konxju li dan l-artikolu l-ġdid tad-direttiva proposta kien suġġett għal iktar emendi fil-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill.

(42)  Ara l-analiżi ppreżentata fir-rapport tal-BĊE fuq The incentive structure of the “originate and distribute model”, Diċembru 2008, disponibbli fil-websajt f’www.ecb.europa.eu

(43)  Ara l-premessa 15 proposta, l-aħħar sentenza tal-approċċ ġenerali miftiehem mill-Kunsill fid-19 ta’ Novembru 2008 (disponibbli fi: http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/08/st16/st16216.en08.pdf) li jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni fiħsiebha tressaq il-proposti leġiżlattivi xierqa, wara li jiġi kkunsidrat kif dovut l-impatt tal-miżuri proposti.

(44)  Għal deskrizzjoni qasira tal-liġijiet nazzjonali applikabbli għat-titolizzazzjoni fil-15-il Stat Membru, ara r-rapport mill-European Financial Markets Lawyers Group (EFMLG) fuq ostakoli legali għat-titolizzazzjonijiet transkonfinali fl-UE, 7.5.2007, disponibbli fil-websajt tal-EFMLG f’www.efmlg.org

(45)  Rapport tal-BĊE fuq Strutturi Bankarji tal-UE, p. 24.

(46)  “Financial Instruments: Recognition and Measurement” (Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl), irrilaxxat f’Diċembru 2003.

(47)  “Consolidation – Special Purpose Entities” (“Konsolidazzjoni – Entitajiet bi Skop Speċjali”).

(48)  Ara l-Gwida Prattika Komuni u partikolarment ir-Rakkomandazzjoni 16, disponibbli fil-websajt Europa f’www.europa.eu

(49)  Rakkomandazzjoni 16.7 tal-Gwida Prattika Komuni, disponibbli fil-websajt Europa f’www.europa.eu

(50)  Ara, pereżempju, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 129(2) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 129(1)(b).

(51)  L-Artikolu 49(b) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(52)  Ara, pereżempju, il-paragrafu 7 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/99/19 tal-20 ta’ Jannar 2000 fuq talba tal-Ministeru tal-Lussemburgu għat-Teżor u l-Baġit fuq abbozz ta’ proposta leġiżlattiva li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli fil-liġi tal-5 ta’ April 1993, kif emendata, li tirrigwarda s-settur finanzjarju u li tikkomplimenta l-liġi tat-23 ta’ Diċembru 1998 li toħloq kummissjoni inkarigata mis-sorveljanza prudenzjali tas-settur finanzjarju u, aktar riċenti, il-paragrafu 7.2 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2006/23 tat-22 ta’ Mejju 2006 fuq talba tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta.

(53)  Il-BĊE nnota wkoll f’opinjonijiet riċenti fuq abbozzi ta’ liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li l-banek ċentrali tal-Eurosistema jwettqu s-sorveljanza ta’ sistemi ta’ ħlas skont il-politika ta’ sorveljanza komuni ddefinita mill-Kunsill Governattiv, li japplika wkoll għall-banek ċentrali oħrajn wara l-adozzjoni tal-euro mill-Istat Membru inkwistjoni (ara, pereżempju, il-paragrafi 13 sa 16 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2005/24 tal-15 ta’ Lulju 2005 fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Ċeka fuq abbozz ta’ liġi fuq l-integrazzjoni ta’ superviżuri tas-suq finanzjarju u, iktar ricenti, il-paragrafi 3.9 u 3.10 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2008/83 tat-2 ta’ Diċembru 2008 fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ungeriż fuq abbozz ta’ liġi li jemenda l-Liġi fuq il-Magyar Nemzeti Bank. Barra minn hekk, Stati Membri oħrajn barra ż-żona tal-euro emendaw il-liġijiet rispettivi tagħhom. Bħalissa, fir-Renju Unit, il-Bank of England jissorvelja s-sistemi ta’ ħlas fuq bażi mhux statutorja. Parti 5 tal-Abbozz Bankarju li bħalissa qiegħed fil-parlament Britanniku (disponibbli fil-websajt tal-Parlament tar-Renju Unit f’www.parliament.uk, p. 87) għandu jifformalizza r-rwol tal-Bank of England fis-sorveljanza ta’ sistemi ta’ ħlas.

(54)  Ara, l-paragrafu 14 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2001/25 tat-13 ta’ Settembru 2001 fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU C 271, 26.9.2001, p. 10).

(55)  Inkluż fil-premessa 26 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(56)  Artikolu 106(2)(c) ġdid.


ANNESS

PROPOSTI TAL-ABBOZZAR

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE  (1)

Emenda 1

Premessa 6 tad-direttiva proposta

6.

Il-mandati tal-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dimensjoni Komunitarja. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-effett tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħrajn kollha.

6.

Il-mandati tal-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dimensjoni Komunitarja. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-effett l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħrajn kollha.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 17 tal-opinjoni

Emenda 2

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 4(23)

Artikolu 4

23.

“banek ċentrali” jinkludu l-Bank Ċentrali Ewropew ħlief meta jiġi indikat mod ieħor;

[L-ebda emenda fid-direttiva proposta]

Artikolu 4

23.

“banek ċentrali” jinkludu l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew ħlief meta jiġi indikat mod ieħor

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 19 tal-opinjoni

Emenda 3

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 41

Artikolu 41

Stati Membri ospitanti għandhom, sakemm ikun hemm koordinament ikbar, iżommu r-responsabbiltà f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għas-superviżjoni tal-likwidità tal-friegħi tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa għat-tisħiħ tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri ospitanti għandhom iżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-miżuri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja tagħhom.

[L-ebda emenda fid-direttiva proposta]

Artikolu 41

Stati Membri ospitanti għandhom, sakemm ikun hemm koordinament ikbar, iżommu r-responsabbiltà f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għas-superviżjoni tal-likwidità tal-friegħi tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa għat-tisħiħ tas-Sistema Monetarja Ewropea, Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u, meta jkun applikabbli, l-Istati Membri ospitanti għandhom iżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-miżuri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja tagħhom.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 11 u 12 tal-opinjoni

Emenda 4

Artikolu 1(4) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 42a(2)

Artikolu 42a

2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti li fih tkun ġiet stabbilita fergħa li hi sistemikament rilevanti t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 132(1)(c) u (d) u jwettqu l-ħidmiet imsemmijin fl-Artikolu 129(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-oriġini ssir konxja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza f’istituzzjoni tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50.

Artikolu 42a

2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti li fih tkun ġiet stabbilita fergħa li hi sistemikament rilevanti t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 132(1)(c) u (d) u jwettqu l-ħidmiet imsemmijin fl-Artikolu 129(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-oriġini ssir konxja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza f’istituzzjoni tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-banek ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 19 tal-opinjoni

Emenda 5

Artikolu 1(6) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 49

Artikolu 49

Din it-Taqsima m’għandhiex tipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrażmetti informazzjoni lil dawn għall-isko tal-ħidmiet tagħhom:

“(a)

il-banek ċentrali u entitajiet oħra li għandhom funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta dan it-tagħrif ikun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; u”

(b)

meta jkun xieraq, lil awtortitajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas.

Din it-Taqsima ma tipprevjenix lil dawn l-awtortiajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 45.

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw tagħrif lil banek ċentrali fil-Komunità f'każ fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.”

Artikolu 49

Din it-Taqsima m’għandhiex tipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrażmetti informazzjoni lil dawn għall-iskop tal-ħidmiet tagħhom:

“(a)

(a) il-banek ċentrali u entitajiet oħra li għandhom funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta dan it-tagħrif ikun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ikklerjar u ta’ sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; u

“(a)

(a) il-banek ċentrali u entitajiet oħra li għandhom funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta dan it-tagħrif ikun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ikklerjar u ta’ sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; u”

Din it-Taqsima ma tipprevjenix lil dawn l-awtortiajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 45.

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw tagħrif lil banek ċentrali fil-Komunità f'każ fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.”

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 14 u 19 u 21 tal-opinjoni

Emenda 6

Artikolu 1(16)(a) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 106(2)(c)

Artikolu 106

2.

L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda element minn dawn li ġejjin:

...

(c)

fil-każ tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment ta’ flus jew ta’ servizzi ta’ kklerjar u sald tat-titolizzazzjonijiet lill-klijenti, irċevuti tard f’każ ta’ finazjament u skoperturi oħrajn li jinbtu minn attività min-naħa tal-klijent, li ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss.

Artikolu 106

2.

L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda element minn dawn li ġejjin:

...

(c)

fil-każ tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment ta’ flus jew ta’ servizzi ta’ kklerjar u ta’ strumenti finanzjarji, sald tat-titolizzazzjonijiet u kustodja lill-klijenti, irċevuti tard f’każ ta’ finazjament u skoperturi oħrajn li jinbtu minn attività min-naħa tal-klijent, li ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 22 tal-opinjoni

Emenda 7

Artikolu 1(21)(d) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 113(4)

Artikolu 113

4.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-iskoperturi li ġejjin għal kollox jew b’mod parzjali mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1):

f)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji tat-tali istituzzjonijiet, ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss u jkunu fil-munita tal-Istat Membru li jkun qed jeżerċita din l-għażla, dejjem jekk din il-munita ma tkunx l-euro.

Artikolu 113

4.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-iskoperturi li ġejjin għal kollox jew b’mod parzjali mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1):

f)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji tat-tali istituzzjonijiet u ma jdumux aktar minn sebat ijem tan-negozju li jkun imiss u jkunu fil-munita tal-Istat Membru li jkun qed jeżerċita din l-għażla, dejjem jekk din il-munita ma tkunx l-euro.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafi 6 u 9 tal-opinjoni

Emenda 8

Artikolu 1(29) tad-direttiva proposta

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 130(1)

Artikolu 130

1.

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sistemikament rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu, suġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika t-tagħrif kollu li hu essenzjali għalihom biex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Jekk l-awtorità msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din għandha twissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 125 u 126.

Meta jkun possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni ddefiniti eżistenti.

Artikolu 130

1.

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sistemikament rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu, suġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-banek Ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika t-tagħrif kollu li hu essenzjali għalihom biex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Jekk bank ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali l-awtorità msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din għandha twissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 125 u 126.

Meta jkun possibbli, l-awtoritajietà kompetenti u banek ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali l-awtorità msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni ddefiniti eżistenti.

Ġustifikazzjoni – Ara l-paragrafu 19 tal-opinjoni


(1)  Il-korp tat-test ingassat (strikethrough) jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar test. Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jdaħħal test ġdid.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ April 2009

2009/C 93/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2932

JPY

Yen Ġappuniż

126,82

DKK

Krona Daniża

7,4492

GBP

Lira Sterlina

0,88860

SEK

Krona Żvediża

11,1760

CHF

Frank Żvizzeru

1,5114

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7940

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,035

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

300,35

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,4177

RON

Leu Rumen

4,2438

TRY

Lira Turka

2,1511

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8509

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6051

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0223

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3347

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9493

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 744,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8312

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8354

HRK

Kuna Kroata

7,3839

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 063,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,7131

PHP

Peso Filippin

62,700

RUB

Rouble Russu

44,1807

THB

Baht Tajlandiż

45,986

BRL

Real Brażiljan

2,9052

MXN

Peso Messikan

17,3677

INR

Rupi Indjan

65,2710


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 93/05

In-Numru tal-Għajnuna: XA 432/08

L-Istat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Titlu tal-iskema tal-għajnuna: Landwirtschaft – Nachhaltigkeit

Il-bażi legali: Gesetz über die Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank vom 11.11.1998 (Gesetz für Baden-Württemberg (GBl.) vom 18.11.1998, S. 581), zuletzt geändert durch Gesetz vom 11.12.2007 (GBl. vom 14.12.2007, S. 581) in Verbindung mit dem Programmmerkblatt Landwirtschaft – Nachhaltigkeit

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Għandu jingħata self b'rati baxxi tal-interess. Il-valur mistenni tas-self tal-għajnuna huwa € 500,000. Il-kontribuzzjoni tal-assistenza qed tiġi pprovduta mill-Landwirtschaftliche Rentenbank; l-“L-Bank” ma huwiex qiegħed jipprovdi l-kontribuzzjoni tiegħu stess għall-assistenza.

Intesità massima tal-għajnuna: Mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont massimu tal-għajnuna mogħti lill-impriża individwali ma jistax jaqbeż l-€ 400,000 fi kwalunkwe perjodu tat-tliet snin tal-kummerċ. Fil-każ ta' akkumulazzjoni ma' fondi oħra pubbliċi li għandhom x'jaqsmu mal-istess spejjeż eliġibbli, għandu jkun hemm konformità mal-valuri tal-limitu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Id-data tal-implimentazzjoni: Skont il-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, iżda mhux qabel it-2 ta' Jannar 2009.

It-tul ta’ żmien tal-iskema: Sat-30 ta' Ġunju 2014.

L-għan tal-għajnuna: Sabiex tassisti lill-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli skont l-Anness I tat-Trattat tal-KE (barra mill-industriji tas-sajd u l-akwakultura) billi tappoġġja l-investiment fil-produzzjoni agrikola primarja. Investiment sabiex jiġi ppreservat u mtejjeb l-ambjent naturali, jew sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tal-kwalità tal-ħajja tal-annimali. Investiment sabiex titjieb il-kwalità tal-produzzjoni (Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iżpejjeż eliġibbli jinkludu (a) il-kostruzzjoni, l-akkwist jew l-modernizzazzjoni tal-proprjetà immobbli; (b) ix-xiri jew ix-xiri b’rati tal-makkinarju u t-tagħmir, inkluż is-software tal-kompjuter, sal-valur tas-suq tal-oġġett; jew (c) spejjeż ġenerali li għandhom x'jaqsmu man-nefqa skont il-punti (a) u (b), bħall-miżati tal-periti, l-inġiniera u tal-konsulenti, u l-istudji tal-fattibbiltà. Hemm garanzija li l-għajnuna mhijiex se tingħata b'kontravenzjoni ta' kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni stipulata fir-Regolamenti tal-Kunsill li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq, anke meta projbizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawn jirreferu biss għall-appoġġ tal-Komunità.

Is-settur(i) kkonċernat(i): L-agrikoltura, il-vitikultura, l-ortikultura.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Landeskreditbank Baden–Württemberg – Förderbank

Postfach 10 29 43

70025 Stuttgart

DEUTSCHLAND

Sit elettroniku: www.l-bank.de/landwirtschaft-nachhaltigkeit

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 435/08

Stat Membru: Spanja.

Reġjun: Castilla y León (provincia de Salamanca).

Titlu tal-iskema ta’ għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones dirigidas a las Denominaciones de Origen, Indicaciones Geográficas Protegidas, Asociaciones con Marca de Garantía, Asociaciones de Vinos de Calidad Producidos en Región Determinada de la provincia de Salamanca y a las entidades asociativas que promuevan el reconocimiento de alguna de estas figuras de calidad, anualidad 2009.

Bażi ġuridika: Proyecto de bases reguladoras de la convocatoria de subvenciones dirigidas a a las Denominaciones de Origen, Indicaciones Geográficas Protegidas, Asociaciones con Marca de Garantía, Asociaciones de Vinos de Calidad Producidos en Región Determinada de la provincia de Salamanca y a las entidades asociativas que promuevan el reconocimiento de alguna de estas figuras de calidad, anualidad 2009.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa ppjanata għall-iskema ta’ għajnuna għall-2009 hija ta’ EUR 60 000 (sittin elf euro).

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont massimu tas-sussidju ma għandux jaqbeż il-50 % jew is-70 % tan-nefqa eliġibbli, skont il-każ, b’limitu ta’ EUR 12 000 għal kull applikant.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2009.

Għan tal-għajnuna: L-għan ta’ dan is-sussidju huwa t-tħeġġiġ tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità fil-provinċja ta’ Salamanca li jkollhom Denominazzjoni ta’ Oriġini, Indikazzjoni Ġeografika Protetta, Marka ta’ Garanzija, jew li jkollhom status ta’ Nbejjed ta’ Kwalità Prodotti f'Reġjun Speċifiku.

Din l-iskema ta’ għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju għall-produzzjoni agrikola.

L-attivitajiet li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli huma dawk relatati mal-parteċipazzjoni f’fieri organizzati mill-Gvern Lokali (Diputación) jew fieri agroalimentari li fihom jipparteċipa l-Gvern Lokali ta’ Salamanca, it-twettiq ta’ studji li jippromwovu r-rikonoxximent ta’ marka ta’ kwalità jew it-titjib tal-kwalità ta’ prodotti li jkollhom marka ta’ kwalità, u l-attivitajiet ta’ promozzjoni tal-kwalità alimentari.

L-ispejjeż li ġejjin jitqiesu eliġibbli għall-għajnuna:

1.

Ir-reġistrazzjoni, il-kiri tal-ispazju u tal-istand, is-sigurtà, l-istewards u l-ħlasijiet tal-parteċipazzjoni.

2.

Il-pubblikazzjonijiet marbutin mal-attività.

3.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

1.

L-istudji dwar il-ħolqien u r-rikonoxximent ta’ marka ta’ kwalità (Denominazzjoni ta’ Oriġini, Indikazzjoni Ġeografika Protetta, Marka ta’ Garanzija jew Inbid ta’ Kwalità prodott f’Reġjun Speċifiku) ta’ prodotti agrikoli tal-provinċja ta’ Salamanca.

2.

Studji oħra li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-prodotti agrikoli tal-provinċja ta’ Salamanca li diġà jkollhom waħda mill-marki ta’ kwalità msemmija fil-punt preċedenti.

1.

L-ispejjeż għall-parteċipazzjoni f’fieri nazzjonali: il-kiri tal-ispazju u tal-istand, is-sigurtà, l-istewards, il-ħlasijiet tal-parteċipazzjoni, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-pubblikazzjonijiet marbuta mal-attività.

2.

Il-preżentazzjoni tal-prodotti ta’ kwalità fil-livell nazzjonali u provinċjali: jistgħu jiġu sussidjati biss il-kiri tal-istallazzjonijiet fejn issir il-preżentazzjoni, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-pubblikazzjonijiet marbutin mal-attività.

3.

Pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew websajts li jagħtu tagħrif dwar il-produtturi minn reġjun speċifiku jew ta’ prodott speċifiku, sakemm dan it-tagħrif u l-preżentazzjoni tiegħu jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jingħataw l-istess opportunità biex ikunu inklużi fihom.

Settur(i) benefiċjarju/I: Is-settur agroalimentari.

Isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Excma. Diputación Provincial de Salamanca

C/Felipe Espino no 1

37002 Salamanca

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.lasalina.es/areas/eh//ProyConvocatorias/2009/Denominaciones.pdf

Tagħrif ieħor: Dan is-sussidju huwa kompatibbli ma’ kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor għall-attività sussidjata mogħti minn kwalunkwe awtorità jew organizzazzjoni pubblika jew privata, nazzjonali, Komunitarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Jekk l-applikant ikun ingħata għajnuna oħra – għall-istess għan – li ma tkunx kompatibbli ma’ dik li tingħata mingħand il-Gvern Lokali, għandu japplika l-Artikolu 33 tar-Real Decreto 887/2006, de 21 de julio, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley General de Subvenciones (ir-Real Decreto 887/2006, tal-21 ta’ Lulju li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni rigward il-Ley General de Subvenciones).

Madankollu, l-ammont tas-sussidji li jingħataw mill-Gvern Lokali qatt ma għandu jaqbeż l-ispejjeż tal-attività sussidjata, kemm l-ammont waħdu kif ukoll flimkien ma’ sussidji, għajnuna, dħul jew riżorsi oħra.

Bl-istess mod, is-sussidju mhuwiex kompatibbli mal-ebda sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor għall-istess attività sussidjata, mogħtija mill-Gvern Lokali ta’ Salamanca sew permezz ta’ konċessjoni diretta, sew permezz ta’ proċedura ta’ konkors kompetittiv, fejn l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jikkoinċidu.

Numru XA: XA 439/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Il-Provinċja awtonoma ta’ Bolzano

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja li tirċievi l-għajnuna individwali: Il-kriterji u l-modalità marbuta mal-għoti tal-għajnuna għall-assistenza teknika fl-agrikoltura

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 4, Virgola 1, Ittra p) tal-liġi provinċjali tal-14 ta' Diċembru 1998, nru 11, u l-emendi sussegwenti

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont annwali totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 300 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: L-għoti ta' assistenza teknika fis-settur agrikolu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni ġenerali marbuta mal-annimali u l-ħxejjex

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ripartizione provinciale agricoltura

Via Brennero, 6

39100 Bolzano

ITALIA

Sit tal-Internet: http://www.egov.bz.it/DownloadAttachment.aspx?id=1013721

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 440/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla-La Mancha

Titolu tal-iskema ta’ għajnuna: Ayudas para la integración cooperativa sin vinculación patrimonial.

Bażi legali: Convocatorias de ayudas para las cooperativas agrarias:

Orden de 8/6/2000 de la Consejería de Agricultura y Medio Ambiente por la que se establecen los programas de fomento de la calidad agroalimentaria en Castilla-La Mancha (FOCAL 2000) programa 1 cooperativismo agrario

Orden de de la Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para la mejora de las estructuras asociativas agrarias en Castilla-La Mancha y se convocan dichas ayudas para el año 2009.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Ammont globali ta’ EUR 50 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: It-80 % tal-ispejjeż eliġibbli

L-ispejjeż għat-twaqqif tal-entità.

L-ispejjeż amministrattivi tal-persunal.

Ix-xiri ta’ materjal tal-uffiċċju (inklużi kompjuters u programmi informatiċi).

Spejjeż ġenerali, legali u amministrattivi.

Data tal-implimentazzjoni: B'seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Għaqdiet ta’ produtturi (l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikultura, it-trobbija tal-bhejjem, il-forestrija u s-sajd.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural,

C/Pintor Matías Moreno, no 4,

45004 Toledo

Indirizz tal-internet:: Proviżjonalment: http://www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/cooperativismo/cooperativismo.htm, u www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3 meta jiġi ppubblikat.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/21


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/166/09 u EPSO/AD/167/09

2009/C 93/06

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali

 

EPSO/AD/166/09

għar-reklutaġġ ta' Tradutturi (AD5) fil-lingwa Bulgara

 

EPSO/AD/167/09

għar-reklutaġġ ta’ Tradutturi (AD 5) fil-lingwa Rumena

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bil-Bulgaru u bir-Rumen fil-Ġurnal Uffiċjali C 93 A tat-22 ta' April 2009.

Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni

22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/22


Avviż ta' tnedija ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

2009/C 93/07

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-import - azzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba saret minn Silmak DOOEL (“l-applikant”), produttur esportatur minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

L-ambitu tar-reviżjoni huwa limitat għall-eżami tad-dumping safejn għandu x'jaqsam l-applikant.

2.   Prodott

Il-prodott taħt reviżjoni huwa ferro-silikon li joriġina minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (“il-prodott ikkonċernat”) attwalment ikklassifikat fil-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 (2) fuq importazzjonijiet ta' ferro-silikon li joriġinaw, fost oħrajn, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija msejsa fuq evidenza prima facie, pprovduta mill-applikant, li ċ-ċirkustanzi, li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dan it-tibdil huwa ta' natura permanenti.

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex ikun ikkumpensat id-dumping. Tqabbil tal-valur normali kompost tal-applikant u l-prezzijiet tiegħu tal-esportazz-joni lejn il-Komunità jindika li l-marġni ta' dumping jidher li huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura.

Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet imsejsa fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex ikun ikkumpensat id-dumping.

5.   Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tivvaluta l-bżonn għall-issuktar, għat-tneħħija jew għall-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant.

Jekk jinstab li l-miżuri għandhom jitneħħew jew jiġu emendati għall-applikant, jista' jkun meħtieġ li tiġi emendata r-rata tad-dazju attwalment applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn kumpaniji li ma jissemmewx individwalment fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 172/2008.

(a)   Il-kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien preskritt stipulat fil-punt 6(a).

(b)   Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u dawn id-dokumenti ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien preskritt stipulat fil-punt 6(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien preskritt stipulat fil-punt 6(b).

6.   Iż-żmien preskritt

(a)   Għall-partijiet biex jippreżentaw ruħhom, jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet interessati kollha, jekk id-dikjarazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn kemm il-parti tippreżenta lilha nnifisha fil-perjodu msemmi qabel.

(b)   Seduti ta’ smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess żmien preskritt ta’ 40 jum.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati (3) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li se tkun immarkata bħala “Għal Spezzjoni Mill-Partijiet Interessati”.

L-indirizz għall-korrispondenza tal-Kummissjoni:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: N-105 4/92

B-1049 Brussels

Faks (32-2) 295 65 05

8.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Proċessar ta’ dejta personali

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (4)

11.   Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet ta’ difiża tagħhom, huma jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-DĠ għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2008, p. 6.

(3)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa mħares skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim tal-Anti-Dumping).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.