ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 038/07 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2009/C 038/08 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 038/09 |
||
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Kummissjoni |
|
2009/C 038/10 |
||
|
||
2009/C 038/11 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/1 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/01)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
18.12.2008 |
||
Għajnuna Nru |
NN 56/08 |
||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||
Reġjun |
Il-Ġermanja |
||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Raumfahrtprogramm |
||
Il-bażi legali |
Haushaltsgesetz des Bundes, Einzelplan 09, Kapitel 0902, Titel 683 35 und 892 35 |
||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni |
||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 33-40 miljun Baġit globali: EUR 210 miljun |
||
L-intensità |
100 % |
||
It-tul ta' żmien |
1.1.2008-31.12.2013 |
||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
19.11.2008 |
|||||
Għajnuna Nru |
N 574/08 |
|||||
Stat Membru |
Il-Belġju |
|||||
Reġjun |
— |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
State guarantee in favour of Fortis Bank |
|||||
Il-bażi legali |
Arrêté royal du 16 octobre 2008 pris en exécution de l'article 117 bis de la loi du 2 août 2002 relative à la surveillance du secteur financier et aux services financiers |
|||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
|||||
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija, Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà |
|||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Garanzija |
|||||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 150 000 miljun |
|||||
L-intensità |
— |
|||||
It-tul ta' żmien |
19.11.2008-19.5.2009 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/3 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/02)
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
10.9.2008 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 11/08 |
L-Istat Membru |
L-Italja |
Ir-reġjun |
— |
It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Proroga (parziale) dell'aiuto N 810/02. Piano di incentivazione per il trasporto di merci per ferrovia — articolo 38 della legge 1o agosto 2002, n. 166. Aiuto a favore della società Autostrada ferroviaria alpina (AFA) |
Il-bażi ġuridika |
Convenzione del 28 luglio 2003 relativa al finanziamento di un servizio sperimentale di autostrada ferroviaria alpina tra Bourgneuf-Aiton, in Francia e Orbassano, in Italia |
It-tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
L-estensjoni tal-fażi sperimentali tal-awtostrada ferrovjarja fl-Alpi bil-ħsieb li t-trakkijiet mit-triq jiġu ttrasferiti għal fuq il-ferrovija |
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju dirett |
Il-baġit |
EUR 7 sa 8 miljun fis-sena għall-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2009 |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
3 snin (mill-2007 sal-2009) |
Is-setturi ekonomiċi |
It-trasport ferrovjarju |
L-isem u l-indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
— |
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
10.9.2008 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
NN 34/08 |
L-Istat Membru |
Franza |
Ir-reġjun |
— |
It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Prolongement du cas NN 155/03 — Mise en œuvre d'un service expérimental d'autoroute ferroviaire. Aide en faveur de la société Autoroute Ferroviaire Alpine (AFA) |
Il-bażi ġuridika |
Convention du 28 juillet 2003 relative au financement d'un service expérimental d'autoroute ferroviaire alpine entre Bourgneuf-Aiton, en France et Orbassano, en Italie |
It-tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
L-estensjoni tal-fażi sperimentali tal-awtostrada ferrovjarja fl-Alpi bil-ħsieb li t-trakkijiet mit-triq jiġu ttrasferiti għal fuq il-ferrovija |
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju dirett |
Il-baġit |
EUR 7 sa 8 miljun fis-sena għall-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2009 |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
3 snin (mill-2007 sal-2009) |
Is-setturi ekonomiċi |
It-trasport ferrovjarju |
L-isem u l-indrizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna |
— |
Aktar tagħrif |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/5 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/03)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
8.10.2008 |
Għajnuna Nru |
N 1/08 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Soutien de l'Agence d'innovation industrielle en faveur du Programme H2E |
Il-bażi legali |
Soutien de l'Agence d'innovation industrielle en faveur des programmes mobilisateurs pour l'innovation industrielle |
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, Għotja rimborsabbli |
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 67,6 miljun |
L-intensità |
40 % |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2014 |
Setturi ekonomiċi |
L-enerġija |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
— |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
18.12.2008 |
|||
Għajnuna Nru |
N 576/08 |
|||
Stat Membru |
Spanja |
|||
Reġjun |
Madrid |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayudas a la producción de cortometrajes — Madrid — modificación de la ayuda N 564/07 |
|||
Il-bażi legali |
Ley 2/95, de 8 marzo, de Subvenciones de la Comunidad de Madrid; Ley 38/2003 de 17 noviembre, General de Subvenciones (Ley Estatal); Orden por la que se establecen las bases reguladores para la concesión de ayudas a empresas privadas dedicadas al sector audiovisual y cinematográfico; Proyecto de orden de la Consejería de Cultura y Turismo, por la que se convocan ayudas a la producción cinematográfica para el año 2009 |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Kultura |
|||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
|||
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 0,4 miljun Baġit globali: EUR 0,4 miljun |
|||
L-intensità |
100 % |
|||
It-tul ta' żmien |
29.11.2008-27.11.2009 |
|||
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
18.12.2008 |
Għajnuna Nru |
N 595/08 |
Stat Membru |
L-Italja |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Incentivi fiscali, consistenti in crediti d'imposta e detassazione degli utili, concessi ad imprese di produzione in relazione alla realizzazione di opere cinematografiche |
Il-bażi legali |
Legge del 24 dicembre 2007 n. 244 (disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello stato — Legge finanziaria per il 2008): articolo 1, commi da 325 a 343, con limitato riferimento alle misure previste nei seguenti commi: comma 327, lettera a — comma 335 — comma 338 (limitatamente a imprese di produzione cinematografica) nota: il comma 327, lettera a) dell'art. 1 della legge n. 244/2007, abrogato dall'art. 5, comma 9, lett. A) del decreto-legge del 27 maggio 2008, n. 93, e' stato ripristinato dall'art. 63, comma 13-ter, del decreto-legge del 25 giugno 2008, n. 112, convertito con modificazioni dalla legge del 6 agosto 2008, n. 133 disposizioni di applicazione: schemi di decreti interministeriali di attuazione ministero beni e attivita' culturali — ministero dell'economia e delle finanze (art. 1, commi 333, 336 e 340, legge n. 244 del 2007) con allegate tabelle a — b — c — d |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Kultura |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Allowance fiskali, Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 41,6 miljun Baġit globali: EUR 104 miljun |
L-intensità |
50 % |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2010 |
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Ministero dell'Economia e delle Finanze |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5224 — EDF/British Energy)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/04)
Fit-22 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5224. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5220 — ENI/Distrigaz)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/05)
Fil-15 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5220. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/9 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5228 — Rabobank/BGZ)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 38/06)
Fil-11 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5228. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/10 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Is-16 ta' Frar 2009
(2009/C 38/07)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2765 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,33 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4525 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,8945 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,923 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4883 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,777 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
29,15 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
303,35 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7084 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,787 |
RON |
Leu Rumen |
4,3162 |
TRY |
Lira Turka |
2,1248 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9622 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5912 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,8979 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4638 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9369 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 826,58 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,8193 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7236 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4047 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 266,94 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6177 |
PHP |
Peso Filippin |
60,59 |
RUB |
Rouble Russu |
44,9847 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,914 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,8958 |
MXN |
Peso Messikan |
18,605 |
INR |
Rupi Indjan |
62,063 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/11 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)
(2009/C 38/08)
ESO (1) |
Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat (u d-dokument ta' referenza) |
Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit |
Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit (Nota 1) |
CEN |
EN 581-1:2006 Għamara li titħalla fil-beraħ — Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta' kkampjar, domestiċi u f'kuntratti — Parti 1. Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà |
— |
|
CEN |
EN 913:1996 Tagħmir tal-ġinnastika — Rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 916:2003 Tagħmir tal-ġinnastika — Kaxxi għall-qbiż arkobatiku minn fuqhom — Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar inkluża sigurta |
— |
|
CEN |
EN 957-1:2005 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-2:2003 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 2: Tagħmir għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-4:1996 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-5:1996 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 5: Tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-6:2001 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 6: Treadmills, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-7:1998 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 7: magni tal-qdif, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-8:1998 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta' turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ. Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-9:2003 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 9: Tagħmir ta' taħriġ elittiku, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 957-10:2005 Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b'rota fissa jew bla rota libera, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1129-1:1995 Għamara — Sodod li jingħalqu u jintrefgħu — Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà u ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1129-2:1995 Għamara — Sodod li jingħalqu u jintrefgħu — Rekwiżiti ta' sigurtà u ttestjar — Parti 2: Metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1130-1:1996 Għamara — Bennieni u sodod għal użu domestiku — Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà |
— |
|
CEN |
EN 1130-2:1996 Għamara — Bennieni u sodod għal użu domestiku — Parti 2: Metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1273:2005 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal — Frejms għall-mixi tat-trabi — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1400-1:2002 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal — Gażażi għal trabi u tfal żgħar — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà u informazzjoni fuq il-prodott |
— |
|
CEN |
EN 1400-2:2002 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal — Gażażi għal trabi u tfal żgħar — Parti 2:Rekwiżiti mekkaniċi u testijet |
— |
|
CEN |
EN 1400-3:2002 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal — Gażażi għal trabi u tfal żgħar — Parti 3: Rekwiżiti kimiċi and testijiet |
— |
|
CEN |
EN 1466:2004 Oġġetti li jintużaw fil-kura tat-tfal — Bennieni żgħar jinġarru u fuqiex jitqiegħdu — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 1651:1999 Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut — Arneżijiet — Rekwiżiti ta' sigurtà u testijiet tas-saħħa |
— |
|
CEN |
EN ISO 9994:2006 Lajters — Specifikazzjoni ta' sigurtà (ISO 9994:2005) |
— |
|
CEN |
EN 12196:2003 Tagħmir tal-ġinnastika — Żwiemel għal prattiċi akrobatiċi — Rekwiżiti funzjonali u ta' sigurtà, metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 12197:1997 Tagħmir tal-ġinnastika — Żbarri orizzontali — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 12346:1998 Tagħmir tal-ġinnastika — Żbarri mal-ħajt, slielem kannizzata u frejms tat-tixbit — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 12432:1998 Tagħmir tal-Ġinnasju — Travi ta' l-ibbilanċjar — Rekwiżiti funzjonali u ta' sigurtà, metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 12491:2001 Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut — Paraxut ta' emerġenza — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 12586:1999 Artikli għall-kura tat-tfal — Ħolder ta' gażażi — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar EN 12586:1999/AC:2002 |
— |
|
CEN |
EN 12655:1998 Tagħmir tal-ġinnastika — Ċrieki mdendlin — Rekwiżiti funzjonali u ta' sigurtà, metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 13138-2:2002 Għajnuniet li jżommu fil-wiċċ għall tagħlim kif tgħum — Parti 2: Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar li jridu jsiru għal għajnuniet li jżommu fil-wiċċ |
— |
|
CEN |
EN 13209-1:2004 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Pramms tat-trabi — Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar — Parti 1: Pramms bid-dahar iffrejmjat |
— |
|
CEN |
EN 13319:2000 Aċċessorji għall-għadis taħt l-ilma — Apparat biex ikejjel il-fond u apparati li jkejjlu l-fond u l-ħin flimkien — Rekwiżiti funzjonali u ta' sigurtà, metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 13899:2003 Tagħmir għal sports fuq ir-roti — Skejz bir-roti — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14059:2002 Lampi taż-żejt dekorattivi — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14344:2004 Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom — Mqagħad għat-tfal għal roti — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14350-1:2004 Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom — Apparat tax-xorb — Parti 1: Rekwiżiti u testijiet ġenerali u mekkaniċi |
— |
|
CEN |
EN 14682:2004 Sigurtà ta' lbies tat-tfal — Qfieli u lazzijiet fi lbies tat-tfal — Speċifikazzjonijiet |
— |
|
CEN |
EN 14764:2005 Roti għall-użu fl-ibliet u fit-toroq — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14766:2005 Mountain-bicycles — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14781:2005 Roti għat-tlielaq — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar |
— |
|
CEN |
EN 14872:2006 Roti — Aċċessorji għal roti — Kontenitur fejn jinġarru l-bagalji |
— |
|
Nota 1 |
Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor. |
Nota:
— |
kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3), |
— |
il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità, |
— |
din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista. |
Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f'
http://europa.eu.int/comm/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/
(1) ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar:
— |
CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, TEl.(32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cenorm.be), |
— |
Cenelec: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, tel.(32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org), |
— |
ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, tel.(33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org). |
(2) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(3) ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/15 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma Programm Konġunt tal-Għixien Megħjun Kontestwalment (AAL)
(2009/C 38/09)
B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma Programm Konġunt ta' l-Għixien Megħjun Kontestwalment.
Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: AAL-2009-2.
Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:
http://aal-europe.eu
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/16 |
Il-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u għal prodotti tal-ikel (titlu mhux uffiċjali)
(2009/C 38/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“BŘEZNICKÝ LEŽÁK”
Nru tal-KE: CZ-PGI-0005-0398-19.10.2004
DPO ( ) IĠP (X)
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv.
1. Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru
Isem: |
Úřad průmyslového vlastnictví |
Indirizz: |
Antonína Čermáka 2a, 160 68 Praha 6, Česká republika |
Tel. |
+420 220383111 |
Fax |
+420 224324718 |
Email: |
posta@upv.cz |
2. Grupp
Isem: |
Pivovar Herold Březnice, a. s. |
Indirizz: |
Pivovar Herold, 262 72 Březnice, Česká republika |
Tel. |
+420 318682047 |
Fax |
+420 318682546 |
posta elettronika: |
herold@heroldbeer.com |
Kompożizzjoni: |
Prodotturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
Din l-applikazzjoni tidderoga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 minħabba l-fatt li fiż-żona jeżisti produttur wieħed biss. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti peress li l-applikant huwa l-unika produttur fiż-żona definita u, minħabba l-użu tal-ilma lokali bil-proprjetajiet karatteristiċi, “Březnický ležák” hija differenti minn birer magħmula fiż-żoni fil-qrib (ara 4.6).
3. It-tip ta' Prodott
Klassi 2.1: Birra
4. Speċifikazzjoni
(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Titlu: “Březnický ležák”
4.2. Spjegazzjoni: “Březnický ležák” hija birra ffermentata moderatament għal medju kkaratterizzata minn togħma delikata imma distintivament morra, b'togħma qawwija fil-palat, kulur rikk dehbi ta' 8-12,5 EBC, livell għoli ta' freskezza b'aroma nadifa ta' ħops u mingħajr togħmiet estranji, pH ta' 4,41-4,74, ċarezza ta' 0,30-0,52 EBC, kontenut tal-alkoħol ta' 4,69-5,53 u estratt oriġinali ta' 11,00-12,99 %.
Materja prima:
Ingredjenti bażiċi:
Malt minn xgħir imsajjar, li għandu jkun konformi mal-parametri li ġejjin:
ħops imfarrak mill-varjetà Žatecký poloraný červeňák, estratt tal-ħops, zokkor prodott mill-pitravi taz-zokkor, u jintuża ilma mill-bjar artesjani u mħaffrin. Ingredjenti oħra: il-ħmira għall-produzzjoni tal-birra, aċidu askorbiku. L-ilma jrid ikun mill-muniċipalità ta' Březnice.
4.3. Iż-żona ġeografika: Il-muniċipalità ta' Březnice.
4.4. Prova tal-oriġini: Ir-reġistrazzjonijiet tal-fornimenti u tal-fornituri tal-ingredjenti jinżammu mill-produttur u ippreservati għal-skopijiet ta' kontrolli sussegwenti. Jinżammu wkoll ir-reġistrazzjonijiet tax-xerrejja tal-prodotti kompluta. Jitwettaq kontroll dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjoni u jiġi rreġistrat skond kull lott ta' birra. Il-kontroll jitwettaq mill-persunal tal-birrerija u, kif rikjest, minn laboratorju estern u ovvjament minn korp ta' monitoraġġ kompetenti, Státní zemědělská a potravinářská inspekce (L-Awtorità għall-Agrikoltura Ċeka u għall-Ispezzjoni tal-Ikel).
L-ilma użat għall-produzzjoni tal-birra huwa kkontrollat fl-laboratorju estern akkreditat. Jitwettqu l-analiżijiet mikrobijoloġiċi, bijoloġiċi u kimiċi. Il-bjar reġistrati minn fejn jiġi l-ilma huma sors tal-ilma magħruf.
Kull lott huwa mmonitorjat għall-kwalità u l-konformità mal-ispeċifikazzjoni matul il-proċess tal-produzzjoni kollu: Il-kwalità tax-xgħir, il-konformità mal-parametri applikati lix-xgħir mitħun u mgħolli, il-progress fil-kamra tal-fermentazzjoni, il-parametri applikabbli fit-tankijiet fejn titħalla toqgħod il-birra u r-riżultati tal-filtrazzjoni jiġu kontrollati kollha.
4.5. Metodu ta' produzzjoni: “Březnický ležák” tiġi prodotta bl-użu ta' teknoloġija tradizzjonali. L-ingredjenti bażiċi huma x-xgħir (għall-proprjetajiet, ara 4.2), ħops ippreparat (ara 4.2), estratt tal-ħops, pitrava taz-zokkor, ilma, ħmira għall-produzzjoni tal-birra, aċidu askorbiku. Il-metodu ta' produzzjoni:
Il-produzzjoni tax-xgħir: ix-xgħir jista' jinxtara jew jiġi prodott fil-birrerija u l-produzzjoni ssegwi l-metodu klassiku: Ix-xgħir jitħalla fl-ilma (f'tankijiet fondi għal perjodu ta' 72 siegħa sakemm il-livell ta' umdità jilħaq 45-46 %), il-ġerminazzjoni (fuq il-qiegħa fejn ixerrdu dan ix-xgħir għal bejn 6-7 ijiem, b'temperatura tal-massa ta' bejn 12 u 22 °C), it-tnixxif (fil-forn għal 2 x 24 siegħa f'temperatura ta' bejn 25-85 °C), it-tindif u l-ħażna.
Il-preparazzjoni tax-xgħir: l-użin, it-tifrik.
Il-post fejn tiġi prodotta l-birra (l-ingredjenti primarji huma x-xgħir mfarrak u l-ilma, u l-post fejn tiġi prodotta l-birra jkollu disinn sempliċi u klassiku b'żewġ reċipjenti, u jintuża metodu ta' dekozzjoni ta' mmaxxjar doppju għal bejn 8-9 sigħat): it-taħlit (għal 20 minuta fl-ilma b'temperatura ta' 37 °C, jibqa jissaħħan għal 52 °C għal 20 minuta), immaxxjar (metodu ta' dekozzjoni ta' mmaxxjar doppju): l-ewwel maxx titpoġġa f'kitla (il-bdil tal-istrutturi kimiċi tal-proteini għal 15-il minuta f'temperatura ta' bejn 62-64 °C, sakkarifikazzjoni għal 30 minuta f'temperatura ta' bejn 72-74 °C, titgħalla għal 20 minuta, titgħadda minn sifun għal ġewwa bittija, it-temperatura tiżdied għal 65 °C), it-tieni maxx titpoġġa fil-kitla (sakkarifikazzjoni għal 30 minuta f'temperatura ta' bejn 72-74 °C, titgħalla għal 25 minuta, immaxxjar għal 200 minuta b'temperatura ta' 75 °C fil-bittija, tissaffa miz-zokkor żejjed (titħalla toqgħod għal 30 minuta); titraxxax biex tirtab, tissaffa l-ewwel taħlita ta' xgħir mitħun, it-taħlita ewlenija ta' xgħir mitħun, jintefa' r-raxx, għal total ta' madwar 130 minuta; Tinħareġ l-ewwel taħlita msajra ta' xgħir mitħun, jitgħalla l-ħop (jiżdiedu l-ħops u z-zokkor, 90-120 minuta, ħoppjar fi 3 stadji: 1. Fil-bidu tal-proċess tal-ewwel taħlita ta' xgħir mitħun, 2 taħlit ta' xgħir mitħun, fil-bidu ta' tgħollija tal-ħop, 3,20 minuta qabel it-tmiem tat-tgħollija tal-ħops).
Titħalla tibred t-taħlita ħħoppjata ta' xgħir mitħun: is-separazzjoni u t-tneħħija tal-qamħ użat (ġewwa belliegħa tal-ilma tonda), titħalla tibred it-taħlita ta' xgħir mitħun għat-temperatura ta' fermentazzjoni ta' bejn 6-9 °C).
Il-kamra tal-fermentazzjoni ( il-fermentazzjoni ġewwa tankijiet miftuħa minn 7 sa 9 ijiem f'temperatura bejn 6-11,5 °C filwaqt li l-ħmira tal-produtturi tal-birra li tkun qed tiffermenta fil-qiegħ tkun qiegħda attiva): Il-kultura tal-ħmira distillata tiżdied mat-taħlita ta' xgħir mitħun (0,5 litru ta' ħmira għal kull ettolitru ta' taħlita tax-xgħir), pitching, fermentazzjoni primarja (f'temperatura ambjentali ta' 10 °C).
Il-kantina fejn titħalla toqgħod il-birra: jiżdiedu l-istabbilizzaturi, is-saturazzjoni ta' CO2, kjarifikazzjoni, il-fermentazzjoni sekondarja (tankijiet magħluqa fejn titħalla toqgħod il-birra, 45-70 jum, bit-temperatura tal-kantina bejn 2-4 °C).
It-tisfija tal-birra: it tisfija (filter tax-xemgħa dijatomiku), it-tieni tisfija (filter ta' folja sterilizzanti).
It-tankijiet tal-birra mdawwla: jiġu miżjuda l-antiossidanti u dijossidu tal-karbonju.
It-tiswib (fi fliexken jew btieti), l-ippakkjar, il-ħażna, il-kunsinna.
It-tiswiba fi fliexken (fliexken tan-0,5 litru u 0,335 litru): Il-ħasil tal-fliexken f'ħassiel tal-fliexken, il-monitoraġġ tal-indafa tal-fliexken, il-mili tal-fliexken, il-pastorizzazzjoni, l-ittikkettjar, l-ippakkjar (jitpoġġew f'qartalli jew f'kaxxi tal-kartun, il-kunsinna.
It-tiswiba fi btieti (btieti tat-30 litru u 50 litru): il-pastorizzazzjoni f'leħħa (flash pasteurisation, il-mili tal-btieti, l-ippakkjar, il-kunsinna.
Il-produzzjoni tal-birra trid tilħaq l-istadju tat-tieni fermentazzjoni, it-tisfija u t-trasferiment għat-tankijiet tal-birra mdawwla fiż-żona definita. It-tiswib, l-ippakkjar, il-ħażna u l-kunsinna jistgħu jsiru xi mkien ieħor.
4.6. Ir-rabta: L-ewwel referenza miktuba lill-birrerija fi Březnice tmur lura għall-1506. Inbniet birrerija barokka ġdida fis-seklu 18, u ġiet sussegwentement mibnija mill-ġdid u estiża. Fl-1945 saret il-proprjetà tal-Istat taċ-Ċekoslovakkja. Madwar l-1960 l-iżvilupp tat-tħaffir fil-minjieri għall-uranju fil-viċinanza wassal għall-akbar tkabbir tal-birrerija fl-istorja tagħha. Bit-tnaqqis tat-tħaffir fil-minjieri għall-uranju, il-produzzjoni tal-birra naqset sew u l-birrerija kienet iddestinata biex tagħlaq. Madankollu fl-1989, Výzkumný ústav pivovarský a sladařský (l-Istitut tar-Riċerka għad-Distillazzjoni u x-Xgħir) ħa f'idejh il-ġestjoni tal-birrerija, bniha mill-ġdid u qajjem mill-ġdid il-produzzjoni tal-birra tradizzjonali ta' Březnice, li baqgħet sejra sa mill-1999 mill-uniku produttur attwali — il-kumpanija Pivovar Herold Březnice, a.s.
Ġeneralment jintuża l-ilma minerali tal-ogħla kwalità jiġi ppumpjat mill-bjar protetti artesjani u mħaffrin fil-muniċipalità ta' Březnice biex tiġi prodotta “Březnický ležák” u l-birra ta' Březnice. Il-bjar attwalment huma 14-16-il metru fondi u l-ispieri 37,5 u 61 metru fond. Huma stabbiliti fil-granodijoriti fiż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali, massa differenzjata u varjata. Fit-termini ġeoloġiċi iż-żona madwar Březnice hija magħmula minn bijotit ta' grana medja blu fil-griż u bijotit amfiboliku granodijoriti. Il-konfini bejn iż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali u l-metabasiti tal-Jílovské Belt jinsabu fil-qrib. Il-bjar u l-ispieri huma fornuti b'ilma minn xquq fil-blat u b'ilma miż-żona esposta għall-elementi bi xquq qrib wiċċ l-art kemm miż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali u sa ċertu punt, mill-metabasiti tal-Jílovské Belt. Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art permezz ta' xquq fil-granodijoriti hija pjuttost attiva minħabba il-livell sostanzjali ta' fissurazzjoni u tiġi supplimentata parzjalment biss minn tnixxija ta' preċipitazzjoni atmosferika peress li l-xquqmhumiex issiġillati. Il-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona madwar Březnice jistgħu jiġu klassifikati bħala moderatament sħan bi preċipitazzjoni ftit taħt in-normal. It-togħma karatteristika tal-birra u l-effetti ta' benefiċċju għad-dieta li ġejjin mill-istess proċess teknoloġiku li jiddependi mhux biss fuq l-ingredjenti iżda wkoll fuq il-kompożizzjoni tal-ilma (il-komponenti ewlenin, traċċi ta' sustanzi u proporzjon ta' persentaġġ). Huwa prattikament impossibli biex issib żona oħra fejn, tuża l-istess teknoloġija mingħajr l-ilma miż-żona definita, tista' tiġi prodotta l-birra tal-istess kwalità u togħma
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Březnický ležák” tniżżlet taħt in-Nru 148 fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tar-Repubblika Ċeka fit-2 ta' April 1984.
4.7. Korp ta' spezzjoni:
Isem: |
Státní zemědělská a potravinářská inspekce, Inspektorát v Praze |
Indirizz: |
Za Opravnou 300/6, 150 00 Praha 5, Česká republika |
Tel. |
+420 257199512 |
Fax |
+420 257199529 |
Email: |
praha@szpi.gov.cz |
4.8. L-ittikkettar: —
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.