ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
7 ta' Frar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 032/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 19, 24.1.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 032/02

Kawża C-380/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali — Terminu — Direttiva 2000/35/KE — Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4))

2

2009/C 032/03

Kawża C-52/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Marknadsdomstolen, l-Isvezja) — Kanal 5 Ltd, TV 4 AB vs Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå (STIM) (Drittijiet tal-awtur — Soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju de facto — Ġbir ta' royalties għax-xandir bit-televiżjoni ta' xogħlijiet mużikali — Metodu ta' kalkolu ta' dawn ir-royalties — Pożizzjoni dominanti — Abbuż)

2

2009/C 032/04

Kawża C-174/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 10 KE — Direttiva 2006/112/KE — Sitt Direttiva tal-VAT — Obbligi taħt is-sistema interna — Verifika ta' operazzjonijiet taxxabbli — Amnestija)

3

2009/C 032/05

Kawża C-285/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Prim'Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — A.T. vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften (Direttiva 90/434/KEE — Skambju ta' ishma transkonfinali — Newtralità fiskali — Kundizzjonijiet — Artikoli 43 u 56 KE — Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tissuġġetta ż-żamma tal-valur kontabbli tal-ishma miġjuba għall-ishma ġodda rċevuti, u għaldaqstant in-newtralità fiskali tat-trasferiment, għad-differiment ta' dan il-valur fil-bilanċ fiskali tal-kumpannija li tikseb [akkwirenti] barranija — Kompatibbiltà)

3

2009/C 032/06

Kawża C-293/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Żoni ta' protezzjoni speċjali — Miżuri ta' protezzjoni insuffiċjenti)

4

2009/C 032/07

Kawża C-295/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Département du Loiret, Scott SA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Prezz preferenzjali ta' art — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Irkupru ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Valur attwali tal-għajnuna — Rata ta' imgħax komposta — Nuqqas ta' motivazzjoni — Annullament totali — Ammissibilità)

4

2009/C 032/08

Kawża C-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain (Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen — Artikolu 54 — Prinċipju ta' ne bis in idem — Kamp ta' applikazzjoni — Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Kunċett ta' sentenza definittiva — Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali — Kunċett ta' piena li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed)

5

2009/C 032/09

Kawża C-334/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Freistaat Sachsen (Appell — Għajnuna mill-Istat — Pjan ta' skema ta' għajnuna favur impriżi żgħar u medji — Kompatibbiltà mas-suq komuni — Kriterji tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat — Applikazzjoni ratione temporis — Pjan innotifikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 — Deċiżjoni li tittieħed wara d-dħul fis-seħħ — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Notifika kompleta)

5

2009/C 032/10

Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris — Franza) — Kip Europe SA, Kip (UK) Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH (C-362/07), Hewlett Packard International SARL (C-363/07) vs Administration des douanes — Direction Générale des douanes et droits indirects (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifika tat-tariffi — Apparat multifunzjonali — Apparat magħmul minn modulu għall-istampar lejżer u minn modulu ta' skanjar, b'funzjoni ta' fotokopjatur — Intestatura 8471 — Intestatura 9009)

6

2009/C 032/11

Kawża C-371/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, AstraZeneca A/S vs Skatteministeriet (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 6(2) — Provvista ta' servizzi mingħajr ħlas magħmula mill-persuna taxxabbli għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozju tagħha — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) — Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu fis-seħħ l-esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis ipprovduti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fid-data meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ)

7

2009/C 032/12

Kawża C-387/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ancona — l-Italja) — MI. VER Srl, Daniele Antonelli vs Provincia di Macerata (Skart — Kunċett ta' ħażna temporanja — Direttiva 75/442/KEE — Deċiżjoni 2000/532/KE — Possibiltà li jitħallat skart li jikkorrispondi għal kodiċijiet differenti — Kunċett ta' ippakkjar imħallat)

7

2009/C 032/13

Kawża C-407/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13A(1)(f) — Eżenzjonijiet — Kundizzjonijiet — Provvisti ta' servizzi mwettqa minn gruppi awtonomi — Servizzi pprovduti lil membru jew diversi membri tal-grupp)

8

2009/C 032/14

Kawża C-486/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione) — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) vs Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl (Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ċereali — Qamħirrum — Iffissar tal-prezz — Tnaqqis applikabbli)

9

2009/C 032/15

Kawża C-524/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE u 30 KE — Reġistrazzjoni ta' vetturi antiki użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Rekwiżiti tekniċi dwar l-emissjonijiet li jniġġsu u l-livell tal-ħoss — Saħħa pubblika — Protezzjoni tal-ambjent)

9

2009/C 032/16

Kawża C-57/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Gateway, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fujitsu Siemens Computers GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Trade marks preċedenti li jinkludu s-sinjal verbali GATEWAY — Sinjal verbail ACTIVY Media Gateway — Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti matul l-evalwazzjoni globali tas-sinjali kunfliġġenti)

10

2009/C 032/17

Kawża C-239/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Moviment liberu tal-persuni — Adattament ta' ċerti direttivi minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Eworpea — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previstt)

10

2009/C 032/18

Kawża C-330/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

11

2009/C 032/19

Kawża C-445/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fid-9 ta' Ottubru 2008 — Kurt Wierer vs Land Baden-Württemberg

11

2009/C 032/20

Kawża C-455/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

12

2009/C 032/21

Kawża C-474/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

13

2009/C 032/22

Kawża C-475/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

13

2009/C 032/23

Kawża C-480/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (England and Wales) fis-7 ta' Novembru 2008 — Maria Teixeira vs London Borough of Lambeth, Secretary of State for the Home Department

14

2009/C 032/24

Kawża C-482/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

15

2009/C 032/25

Kawża C-485/08 P: Appell ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 minn Claudia Gualtieri mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħtija fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-284/06, Gualtieri vs Il-Kummissjoni

15

2009/C 032/26

Kawża C-494/08 P: Appell ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 minn Prana Haus GmbH mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-226/07, Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

17

2009/C 032/27

Kawża C-495/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

17

2009/C 032/28

Kawża C-508/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

18

2009/C 032/29

Kawża C-509/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

18

2009/C 032/30

Kawża C-511/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta' Novembru 2008 — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V. vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH

19

2009/C 032/31

Kawża C-513/08 P: Appell ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio kontra d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla), tad-9 ta' Settembru 2008, fil-Kawża T-143/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 032/32

Kawża C-514/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Atenor Group SA vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

20

2009/C 032/33

Kawża C-516/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

20

2009/C 032/34

Kawża C-518/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-27 ta' Novembru 2008 — Fundació Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société des Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María Del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

20

2009/C 032/35

Kawża C-521/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

21

2009/C 032/36

Kawża C-528/08 P: Appell ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-144/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

21

2009/C 032/37

Kawża C-532/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

22

2009/C 032/38

Kawża C-535/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-3 ta' Diċembru 2008 — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania et

22

2009/C 032/39

Kawża C-546/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

22

2009/C 032/40

Kawża C-547/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

23

2009/C 032/41

Kawża C-548/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja

23

2009/C 032/42

Kawża C-555/08: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

23

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 032/43

Kawża T-57/99: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Nardone vs il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Mard fuq il-post tax-xogħol — Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra)

24

2009/C 032/44

Kawża T-388/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor — Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà — Status ta' persuna kkonċernata — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali — Nuqqas ta' diffikultajiet serji)

24

2009/C 032/45

Kawża T-196/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehim konklużi mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport mal-kumpannija tal-ajru Ryanair — Eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku — Applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq)

25

2009/C 032/46

Kawża T-462/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — HEG u Graphite India vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Politika kummerċjali komuni — Dazji kontra d-dumping — Dazji kompensatorji — Importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja — Drittijiet tad-difiża — Trattament ugwali — Determinazzjoni tal-ħsara — Rabta kawżali)

25

2009/C 032/47

Kawża T-462/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — JTEKT vs UASI (IFS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IFS — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru (KE) Nru 40/94)

26

2009/C 032/48

Kawża T-90/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Tomorrow Focus vs UASI — Information Builders (Tomorrow Focus) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

26

2009/C 032/49

Kawżi magħquda T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Budějovický Budvar vs UASI — Anheuser-Busch (BUD) (Trade mark Komunitarju — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali u figurattiva BUD — Denominazzjonijiet bud — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 032/50

Kawża T-228/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Giorgio Beverly Hills vs UASI — WHG (GIORGIO BEVERLY HILLS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORGIO BEVERLY HILLS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORGIO — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 032/51

Kawża T-259/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

28

2009/C 032/52

Kawża T-339/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid — Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli — Regolament (KE) Nru 1493/1999 — Iffissar tal-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtijin lill-Istati Membri — Deċiżjoni 2006/669/KE — Natura vinkolanti tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 — Prinċipji ta' kooperazzjoni leali, ta' bona fide u ta' amministrazzjoni tajba, ta' proporzjonalità u tal-effett utli)

28

2009/C 032/53

Kawża T-365/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Bateaux Mouches vs UASI — Castanet (BATEAUX MOUCHES) (Trade marks Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali BATEAUX MOUCHES — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 40/94)

29

2009/C 032/54

Kawża T-412/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 10 ta' Diċembru 2008 — Vitro Corporativo vs UASI — VKR Holding (Vitro) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja figurattiva Vitro — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

29

2009/C 032/55

Kawża T-86/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Deichmann-Schuhe vs UASI — Design for Woman (DEITECH) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DEITECH — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti DEI-tex — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

30

2009/C 032/56

Kawża T-101/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Dada vs UASI — Dada (DADA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DADA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94)

30

2009/C 032/57

Kawża T-136/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Diċembru 2008 — Colgate-Palmolive vs UASI — CMS Hasche Sigle (VISIBLE WHITE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali VISIBLE WHITE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

31

2009/C 032/58

Kawża T-290/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

31

2009/C 032/59

Kawża T-295/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Vitro Corporativo vs UASI — VKR Holding (Vitro) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Vitro — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

32

2009/C 032/60

Kawża T-335/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Mergel et vs UASI (Patentconsult) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Patentconsult — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

32

2009/C 032/61

Kawża T-351/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Somm Srl vs UASI (Struttura li tagħti d-dell) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Struttura li tagħti d-dell — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

32

2009/C 032/62

Kawża T-357/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Focus Magazin Verlag vs UASI — Editorial Planeta (FOCUS Radio) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FOCUS Radio — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti FOCUS MILENIUM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

33

2009/C 032/63

Kawża T-174/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cooperação e Desenvolvimento Regional (Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratt ta'għajnuna finanzjarja konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta' interess ġenerali — Proġett Encata — Rimborż ta' ħlas bil-quddiem — Imgħax għal ħlas tardiv — Proċedura in kontumaċja)

33

2009/C 032/64

Kawżi magħquda T-8/95 u T-9/95: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Pelle u Konrad vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ħalib — Imposta addizzjonali — Kwantità ta' referenza — Regolament (KE) Nru 2187/93 — Kumpens tal-produtturi — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2009/C 032/65

Kawża T-393/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva azinphos-methyl — Inklużjoni fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE — Nuqqas ta' proposta ġdida mill-Kummissjoni wara l-oppożizzjoni tal-Kunsill — Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta' sejħa biex tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà)

34

2009/C 032/66

Kawża T-188/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Fastweb vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali — Telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Deċiżjoni adottata fil-mori tal-kawża, mill-Istat Membru, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriża, li qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament — Tneħħija tal-interess ġuridiku — M'hemmx lok għal deċiżjoni)

35

2009/C 032/67

Kawża T-13/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Koinotita Grammatikou vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Fond ta' Koeżjoni — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà)

35

2009/C 032/68

Kawża T-392/08 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tad-19 ta' Novembru 2008 — AEPI vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna t-tmiem ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

35

2009/C 032/69

Kawża T-410/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — GEMA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

36

2009/C 032/70

Kawża T-425/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Diċembru 2008 — KODA vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li torda l-waqfien ta' prattika miftiehma fir-rigward ta' amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

36

2009/C 032/71

Kawża T-433/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — SIAE vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

36

2009/C 032/72

Kawża T-471/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2008 — Toland vs Il-Parlament

37

2009/C 032/73

Kawża T-474/08: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2008 — Umbach vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 032/74

Kawża T-482/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

38

2009/C 032/75

Kawża T-484/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Longevity Health Products vs UASI — Merck (Kids Vits)

38

2009/C 032/76

Kawża T-491/08 P: Appell ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 minn Philippe Bui Van mis-sentenza mogħtija fil-11 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/07, Bui Van vs Il-Kummissjoni

39

2009/C 032/77

Kawża T-492/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 — Wessang vs UASI — Greinwald (star foods)

40

2009/C 032/78

Kawża T-494/08: Rikors ippreżentat fll-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 032/79

Kawża T-495/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 032/80

Kawża T-496/08: Rikors ippreżentat fil-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 032/81

Kawża T-497/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

42

2009/C 032/82

Kawża T-498/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

42

2009/C 032/83

Kawża T-499/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 032/84

Kawża T-500/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 032/85

Kawża T-509/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

44

2009/C 032/86

Kawża T-511/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afganistan

44

2009/C 032/87

Kawża T-522/08: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 — Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Mary Quant (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

45

2009/C 032/88

Kawża T-523/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 — Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Mary Quant Cosmetics Japan (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

46

2009/C 032/89

Kawża T-527/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs TMT Pragma

46

2009/C 032/90

Kawża T-529/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni

47

2009/C 032/91

Kawża T-530/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Guipúzcoa vs Il-Kummissjoni

47

2009/C 032/92

Kawża T-531/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni

48

2009/C 032/93

Kawża T-56/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Stichting IEA Secretariat Nederland et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

48

2009/C 032/94

Kawża T-66/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — British Sky Broadcasting Group vs UASI — Vortex (SKY)

48

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 032/95

Kawża F-83/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Schell vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Punti ta' prijorità — Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal)

49

2009/C 032/96

Kawża F-113/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Bouis et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni msejħa tat-tieni filliera — Proċedura ta' promozzjoni 2005 — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Trattament ugwali — Ammissibbiltà)

49

2009/C 032/97

Kawża F-116/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Buckingham et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni msejħa tat-tieni filliera — Proċedura ta' promozzjoni 2005 — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Trattament ugwali — Ammissibbiltà)

50

2009/C 032/98

Kawża F-136/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Reali vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal kuntrattwali — Reklutaġġ — Klassifikazzjoni fi grad — Esperjenza professjonali — Diploma — Ekwivalenza)

50

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


(2009/C 32/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 19, 24.1.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 6, 10.1.2009

ĠU C 327, 20.12.2008

ĠU C 313, 6.12.2008

ĠU C 301, 22.11.2008

ĠU C 285, 8.11.2008

ĠU C 272, 25.10.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-380/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Terminu - Direttiva 2000/35/KE - Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4))

(2009/C 32/02)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Schima u S. Pardo Quintillán, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p. 35) — Perijodu ta' 90 jum għall-ħlas ta' ċerti prodotti tal-ikel u ta' prodotti tal-konsum

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Marknadsdomstolen, l-Isvezja) — Kanal 5 Ltd, TV 4 AB vs Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå (STIM)

(Kawża C-52/07) (1)

(Drittijiet tal-awtur - Soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju de facto - Ġbir ta' royalties għax-xandir bit-televiżjoni ta' xogħlijiet mużikali - Metodu ta' kalkolu ta' dawn ir-royalties - Pożizzjoni dominanti - Abbuż)

(2009/C 32/03)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Marknadsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kanal 5 Ltd, TV 4 AB

Konvenuta: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå (STIM)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Marknadsdomstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82 KE — Ħlasijiet ta' royalties magħmula minn stazzjonijiet kummerċjali televiżivi lil organizzazzjoni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' drittijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet mużikali — Kalkolu tar-royalties ibbażat fuq perċentwal tad-dħul minn, fost oħrajn, abbonamenti u reklami

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur li jkollha pożizzjoni dominanti fuq parti sostanzjali tas-suq komuni ma tkunx qed tisfrutta b'mod abbużiv din il-pożizzjoni meta, bħala rimunerazzjoni dovuta għax-xandir fuq it-televiżjoni ta' xogħlijiet mużikali protetti mid-drittijiet tal-awtur, tapplika, fil-konfront ta' xandara tat-televiżjoni privati, skala ta' royalties li tipprovdi li l-ammont tar-royalties għandu jkun jikkorrispondi għal parti mid-dħul ta' dawn ix-xandara, sakemm din il-parti tkun globalment proporzjonali għall-kwantità ta' xogħlijiet mużikali protetti mid-drittijiet tal-awtur li effettivament ġew, jew li setgħu jiġu, imxandra fuq it-televiżjoni u sakemm ma jkunx jeżisti metodu ieħor li jippermetti li jiġu identifikati u kkwantifikati b'mod iktar preċiż kemm l-użu ta' dawn ix-xogħlijiet kif ukoll l-udjenza, mingħajr, madankollu, ma jkun jinvolvi żieda sproporzjonata fl-ispejjeż relatati mal-amministrazzjoni tal-kuntratti u mas-sorveljanza tal-użu tax-xogħlijiet mużikali protetti mid-drittijiet tal-awtur.

2)

L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, billi tikkalkula r-royalties miġbura bħala rimunerazzjoni dovuta għax-xandir fuq it-televiżjoni ta' xogħlijiet mużikali protetti mid-drittijiet tal-awtur b'mod differenti skont jekk ix-xandar tat-televiżjoni jkunx pubbliku jew privat, soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur tista' tuża b'mod abbużiv il-pożizzjoni dominanti tagħha fis-sens tal-imsemmi artikolu meta hija tapplika fil-konfront ta' dawn ix-xandara kundizzjonijiet mhux ugwali għal servizzi ekwivalenti u li minħabba f'hekk tqegħedhom fi żvantaġġ kompetittiv, dejjem sakemm din il-prattika ma tkunx oġġettivament iġġustifikata.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-174/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 10 KE - Direttiva 2006/112/KE - Sitt Direttiva tal-VAT - Obbligi taħt is-sistema interna - Verifika ta' operazzjonijiet taxxabbli - Amnestija)

(2009/C 32/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, u G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 22 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) issostitwita, mill-1 ta' Jannar 2007, mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Obbligi taħt is-sistema interna — Liġi nazzjonali li tirrinunzja għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa waqt sekwenza ta' perijodi fiskali

Dispożittiv

1)

Billi estendiet, permezz tal-Artikolu 2(44) tal-Liġi Nru 350, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2004) [legge n. 350, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2004)], tal-24 ta' Diċembru 2003, għas-sena 2002 l-amnestija fiskali prevista fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi Nru 289, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2003) [legge n. 289, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2003)], tas-27 ta' Diċembru 2002, u billi pprovdiet, għalhekk, rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul il-perijodu ta' tassazzjoni relattiv għas-sena 2002, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1)(a), (ċ) u (d), u 193 sa 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, li mill-1 ta' Jannar 2007 ħadu post l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif ukoll taħt l-Artikolu 10 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Prim'Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — A.T. vs Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

(Kawża C-285/07) (1)

(Direttiva 90/434/KEE - Skambju ta' ishma transkonfinali - Newtralità fiskali - Kundizzjonijiet - Artikoli 43 u 56 KE - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tissuġġetta ż-żamma tal-valur kontabbli tal-ishma miġjuba għall-ishma ġodda rċevuti, u għaldaqstant in-newtralità fiskali tat-trasferiment, għad-differiment ta' dan il-valur fil-bilanċ fiskali tal-kumpannija li tikseb [akkwirenti] barranija - Kompatibbiltà)

(2009/C 32/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.T.

Konvenuta: Finanzamt Stuttgart-Körperschaften

Fil-preżenza ta': Bundesministerium der Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 1) u tal-Artikoli 43 u 56 KE — Azzjonist li jirċievi allokazzjoni ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija akwirenti bi skambju għal titoli miżmuma mill-kumpannija akkwistata — Tassazzjoni tal-azzjonist tal-kumpannija akkwistata — Leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru li tissuġġetta l-possibbiltà, tal-azzjonist, li jattribwixxi l-valur skond il-kotba tal-azzjonijiet (Buchwertansatz) għat-titoli rċevuti bi skambju, taħt il-kundizzjoni li l-kumpannija akwirenti tattribwixxi hija wkoll, il-valur skont il-kotba lit-titoli skambjati (doppelte Buchwertverknüpfung)

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li skontha skambju ta' ishma jagħti lok għall-intaxxar, fil-kap tal-azzjonisti tal-kumpannija akkwistata, ta' profitt kapitali ta' trasferiment li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispejjeż inizjali ta' akkwist tal-ishma ttrasferiti u l-valur tas-suq tagħhom, sakemm il-kumpannija li tikseb [akkwirenti] ma tiddiferixxix il-valur kontabbli storiku tal-ishma ttrasferiti fil-bilanċ tagħha tat-taxxa.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-293/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Żoni ta' protezzjoni speċjali - Miżuri ta' protezzjoni insuffiċjenti)

(2009/C 32/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis, D. Recchia u M. Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) flimkien mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, kif emendata bl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Nuqqas ta' protezzjoni taż-żoni ta' protezzjoni speċjali (ŻPS) — Eżistenza ta' attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta' preservazzjoni taż-ŻPS u tal-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa ta' natura tali li tassigura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta' protezzjoni speċjali fid-dawl tal-għanijiet ta' konservazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta' din id-direttiva kif ukoll taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tagħha, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 4.8.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Département du Loiret, Scott SA

(Kawża C-295/07 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Prezz preferenzjali ta' art - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Irkupru ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Valur attwali tal-għajnuna - Rata ta' imgħax komposta - Nuqqas ta' motivazzjoni - Annullament totali - Ammissibilità)

(2009/C 32/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Flett, aġent)

Appellati: Département du Loiret, Scott SA (rappreżentanti: J. Lever QC, J. Gardner, Barrister u G. Peretz, Barristers, R. Griffith u M. Papadakis, solicitors]

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Marzu 2007, Département du Loiret vs Il-Kummissjoni (T-369/00), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta' Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1), sa fejn din tirrigwarda l-għajnuna mogħtija taħt il-forma ta' prezz preferenzjali ta' art imsemmi fl-ewwel Artikolu tagħha — Metodu ta' kalkolu tal-imgħax dovut fuq l-ammonti riċevuti illegalment: rata ta' imgħax sempliċi jew komposta? — Motivazzjoni tal-għażla ta' dan il-metodu u qlib tal-oneru tal-prova — Mument li fih għandha tiġi evalwata l-eżistenza ta' vantaġġ illegali

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-29 ta' Marzu 2007, Département du Loiret vs Il-Kummissjoni (T-369/00), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain

(Kawża C-297/07) (1)

(Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta' “ne bis in idem’ - Kamp ta' applikazzjoni - Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti - Kunċett ta' “sentenza definittiva’ - Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali - Kunċett ta' piena “li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed’)

(2009/C 32/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Regensburg

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Klaus Bourquain

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Regensburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU 2000, L 239, p. 19) — Interpretazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem — Kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Nuqqas ta' eżekuzzjoni u ta' kundanna koperta sussegwentement minn miżuri ta' amnestija ġenerali

Dispożittiv

Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit mill-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta' Ġunju 1990, japplika għal proċeduri kriminali mibdija fi Stat Kontraenti fir-rigward ta' fatti li l-akkużat ikun diġà ġie definittivament ikkundannat għalihom fi Stat Kontraenti ieħor, filwaqt li, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru li fih ikun ġie kkundannat u minħabba partikolaritajiet proċedurali bħal dawk fil-proċeduri prinċipali, il-piena li tkun ingħatatlu qatt ma kienet setgħet tiġi infurzata direttament.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-334/07 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Pjan ta' skema ta' għajnuna favur impriżi żgħar u medji - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kriterji tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat - Applikazzjoni ratione temporis - Pjan innotifikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 - Deċiżjoni li tittieħed wara d-dħul fis-seħħ - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Notifika kompleta)

(2009/C 32/09)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Gross)

Appellat: Freistaat Saschen (rappreżentant: Th. Lübbig, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-3 ta' Mejju 2007, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (T-357/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/226/KE, tal-24 ta' Settembru 2002, dwar l-iskema ta' għajnuna li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li timplementa — “Programm favur impriżi żgħar u medji — Titjib tal-operazzjonijiet tal-impriżi tas-Sassonja” — Programmi sekondarji 1 (formazzjoni), 4 (parteċipazzjoni f'fieri u espożizzjonijiet), 5 (kooperazzjoni) u 7 (promozzjoni tal-istil) (ĠU L 91, p. 13) — Applikabbiltà tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, tat-12 ta' Jannar 2001, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għal pjanijiet ta' għajnuna innotifikati lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-3 ta' Mejju 2007, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (T-357/02), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris — Franza) — Kip Europe SA, Kip (UK) Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH (C-362/07), Hewlett Packard International SARL (C-363/07) vs Administration des douanes — Direction Générale des douanes et droits indirects

(Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifika tat-tariffi - Apparat multifunzjonali - Apparat magħmul minn modulu għall-istampar lejżer u minn modulu ta' skanjar, b'funzjoni ta' fotokopjatur - Intestatura 8471 - Intestatura 9009)

(2009/C 32/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris — Franza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kip Europe SA, Kip (UK) Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH (C-362/07), Hewlett Packard International SARL (C-363/07)

Konvenuta: Administration des douanes — Direction Générale des douanes et droits indirects

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d'Instance du VIIeme arrondissement de Paris (Franza) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p. 1) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, u l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 70, p. 9) — Apparat multifunzjonali magħmul mill-assemblaġġ ta' modulu lejżer printer, ta' modulu scanner u ta' modulu kompjuter — Klassifikazzjoni taħt l-intestatura tat-tariffi 8471 60 40 (Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data) fuq il-bażi tar-regola ġenerali tal-interpretazzjoni tan-NM 3b) (funzjoni ta' stampar li tagħti lill-magna l-“karatteristiċi essenzjali”) jew taħt l-intestatura 9009 12 00 (Apparat għal fotokopjar) skont in-nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-NM (apparat li jwettaq b'mod awtonomu funzjoni speċifika — l-ikkupjar — differenti mill-ipproċessar tad-data).

Dispożittiv

1)

In-nota 5 E tal-kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li jwettaq “funzjoni speċifika [oħra] minbarra l-ipproċessar ta' data” biss dak l-apparat li jinkorpora magna awtomatika għall-ipproċessar ta' data jew li jaħdem flimkien ma' magna bħal din, li l-funzjoni tiegħu ma jkollhiex x'taqsam mal-ipproċessar ta' data.

2)

Jekk il-funzjoni ta' fotokopjatur li jwettaq l-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija sekondarja meta mqabbla mal-funzjonijiet ta' stampar u ta' skanjar, huwa għandu jkun ikkunsidrat bħala unitajiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar ta' data fis-sens tan-nota 5 B tal-kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1719/2005, unitajiet li, skont in-nota 5 C ta' dan il-kapitolu, jekk huma ppreżentati separatament, jaqgħu taħt l-intestatura 8471 ta' din in-nomenklatura. F'każ bħal dan, is-subintestatura rilevanti għandha tkun stabbilita skont in-nota 3 tat-Taqsima XVI tal-imsemmija nomenklatura. Min-naħa l-oħra, jekk l-importanza ta' din il-funzjoni ta' fotokopjatur hija ekwivalenti għal dik taż-żewġ funzjonijiet l-oħra, dan l-apparat għandu jkun ikklassifikat, skont il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali, għall-interpretazzjoni ta' din l-istess nomenklatura, taħt l-intestatura li tikkorrispondi mal-modulu li jagħti lill-imsemmi apparat il-karattru essenzjali tiegħu. Jekk ikun impossibbli li dan jiġi stabbilit, huwa għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 9009 skont il-punt 3(ċ), tar-regoli ġenerali.

3)

L-eżami tal-ħames domandi ma żvela ebda element li jista' jaffettwa l-validità tal-punt 4 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 289, 10.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, AstraZeneca A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-371/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 6(2) - Provvista ta' servizzi mingħajr ħlas magħmula mill-persuna taxxabbli għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozju tagħha - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) - Possibbiltà għall-Istati Membri li jżommu fis-seħħ l-esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis ipprovduti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fid-data meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ)

(2009/C 32/11)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danfoss A/S, AstraZeneca A/S

Konvenuta: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal-deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(2) u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Dritt ta' tnaqqis tat-taxxa relatata ma' ikliet mogħtija mingħajr ħlas lill-klijenti u lill-persunal fil-kantin ta' kumpannija — Possibilità li l-Istati Membri jżommu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni tagħhom fil-qasam tal-esklużjoni tad-drittt tat-tnaqqis fid-data li fiha daħlet fis-seħħ id-Direttiva.

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru japplika, wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input fuq l-ispejjeż marbuta mal-ikliet ipprovduti mingħajr ħlas lil kuntatti tan-negozju u lill-persunal fil-kuntest tal-laqgħat tan-negozju, meta, fid-data tad-dħul fis-seħħ, din l-esklużjoni ma kinitx effettivament applikabbli għal dawn l-ispejjeż, minħabba fi prattika amministrattiva li tintaxxa l-provvisti pprovduti minn dawn il-kantins sal-prezz tagħhom ta' produzzjoni kkalkulat fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni, jiġifieri l-prezz tal-materja prima kif ukoll l-ispiża tal-pagi relatati mal-preparazzjoni u l-bejgħ ta' dan l-ikel u x-xorb kif ukoll l-amministrazzjoni tal-kantins, sabiex ikun hemm dritt għal tnaqqis sħiħ tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.

2)

L-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, minn naħa, ma tkoprix l-provvista mingħajr ħlas ta' ikliet fil-kantins ta' impriżi għal kuntatti tan-negozju meta jkun hemm laqgħat miżmuma fil-bini ta' dawn l-impriżi, billi jirriżulta minn informazzjoni oġġettiva — li hija għall-qorti tar-rinviju sabiex tivverfika — li dawn l-ikliet huma pprovduti għal skopijiet strettament professjonali. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tkopri fil-prinċipju l-provvista mingħajr ħlas ta' ikliet minn impriża lill-persunal tagħha fil-bini tagħha, sakemm — li huwa wkoll għall-qorti tar-rinviju sabiex tivverfika — l-eżiġenzi tal-impriżi, bħal dawk li jiggarantixxu t-tkomplija u t-tmexxija tajba tal-laqgħat tax-xogħol, titlob li l-provvista tal-ikliet tiġi assigurata minn min iħaddem.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ancona — l-Italja) — MI. VER Srl, Daniele Antonelli vs Provincia di Macerata

(Kawża C-387/07) (1)

(Skart - Kunċett ta' “ħażna temporanja’ - Direttiva 75/442/KEE - Deċiżjoni 2000/532/KE - Possibiltà li jitħallat skart li jikkorrispondi għal kodiċijiet differenti - Kunċett ta' “ippakkjar imħallat’)

(2009/C 32/12)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Ancona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MI. VER Srl, Daniele Antonelli

Konvenuta: Provincia di Macerata

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Ancona — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, p. 3) — Kunċett ta' ħażna temporanja — Fakultà tal-produttur li jħallat flimkien tipi differenti ta' skart li jaqgħu taħt kodiċijiet differenti tal-Katalgu Ewropew ta' Skart previst mid-Deċiżjoni 2000/532/KE.

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ma jipprekludux lill-produttur tal-iskart milli jħallat skart li jikkorrispondi għal kodiċijiet differenti fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 2000/532 matul iż-żmien ta' ħażna temporanja tiegħu, sakemm isir il-ġbir, fil-lok fejn ikun prodott. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jobbligaw lill-produttur tal-iskart jagħżlu u jaħżnu separatament matul iż-żmien tal-ħażna temporanja sakemm isir il-ġbir, fil-lok fejn ikun prodott, billi juża għal dan il-għan il-kodiċijiet tal-imsemmija lista, jekk iqisu li tali miżuri huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003.

2)

Peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirripproduċi l-lista tal-iskart annessa mad-Deċiżjoni 2000/532, il-kodiċi 15 01 06 li jikkorrispondi għall-“iskart imħallat” jista' jintuża biex jidentifika l-iskart kompost minn ippakkjar ta' materjali differenti miġbura flimkien.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-407/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13A(1)(f) - Eżenzjonijiet - Kundizzjonijiet - Provvisti ta' servizzi mwettqa minn gruppi awtonomi - Servizzi pprovduti lil membru jew diversi membri tal-grupp)

(2009/C 32/13)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminarja — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13.A.(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi sabiex jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta' attività eżenti mit-taxxa.

Dispożittiv

L-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandu jiġi interpretat fis-sens li, sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra previsti minn din id-dispożizzjoni huma sodisfatti, is-servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn dawn il-gruppi awtonomi jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjoni anki jekk dawn is-servizzi huma pprovduti lil wieħed jew xi wħud mill-imsemmija membri.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione) — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) vs Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl

(Kawża C-486/07) (1)

(Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ċereali - Qamħirrum - Iffissar tal-prezz - Tnaqqis applikabbli)

(2009/C 32/14)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

Konvenut: Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 181, p. 21), tal-Artikolu 4A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/1992 tad-19 ta' Marzu 1992 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent (ĠU L 74, p. 18) u tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f'idejn l-aġenziji ta' intervent (ĠU L 191, p. 76) — Tnaqqis applikabbli minħabba grad ta' umdità għola minn dak previst għall-kwalità standard — Applikabbiltà għall-bejgħ ta' qamħirrum.

Dispożittiv

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f'idejn l-aġenziji ta' intervent, flimkien mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 4(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/1992 tad-19 ta' Marzu 1992 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2486/1992 tas-27 ta' Awwissu 1992 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' bejgħ permezz ta' sejħa għall-offerti ta' qamħirrun li qiegħed għand l-aġenziji ta' intervent nazzjonali, it-tnaqqis tal-prezz skont ir-rata ta' umdità, prevista għall-qamħ durum fit-tabella II tal-Anness II tar-Regolament Nru 689/92, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 2486/92, ma tapplikax.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-524/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Reġistrazzjoni ta' vetturi antiki użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra - Rekwiżiti tekniċi dwar l-emissjonijiet li jniġġsu u l-livell tal-ħoss - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-ambjent)

(2009/C 32/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl u G. Eberhard, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-reġistrazzjoni ta' vetturi użati importati u preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra għas-sodisfazzjon ta' ċerti rekwiżiti tekniċi, meta l-vetturi użati li jinsabu diġà fis-suq nazzjonali u li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżiti f'każ ta' reġistrazzjoni ġdida

Dispożittiv

1)

Billi teżiġi li, bl-għan li jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fl-Awstrija, vetturi preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, li ma ġewx suġġetti, minħabba l-fatt li huma antiki, għal approvazzjoni Komunitarja, jissodisfaw il-valuri ta' limitu fir-rigward ta' emissjonijiet li jniġġsu u ta' ħoss iktar stretti minn dawk li kellhom jissodisfaw inizjalment, b'mod partikolari, il-valuri stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, u bid-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur, filwaqt li l-vetturi li għandhom l-istess karatteristiċi u li huma diġà awtorizzati sabiex jiċċirkolaw fl-Awstrija mhumiex suġġetti għal dan ir-rekwiżit meta jiġu rreġistrati mill-ġdid f'dan l-Istat Membru, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Gateway, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fujitsu Siemens Computers GmbH

(Kawża C-57/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade marks preċedenti li jinkludu s-sinjal verbali “GATEWAY’ - Sinjal verbail “ACTIVY Media Gateway’ - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti matul l-evalwazzjoni globali tas-sinjali kunfliġġenti)

(2009/C 32/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gateway, Inc. [rappreżentant: C.R. Jones, Solicitor]

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent], Fujitsu Siemens Computers GmbH

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla), tas-27 ta' Novembru 2007, fil-kawża T-434/05, Gateway, Inc. vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali li fihom l-element verbali “GATEWAY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37 u 38 kontra d-deċiżjoni R 1068/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta' Settembru 2005, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Activy Media Ġateway” għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Gateway Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-239/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Moviment liberu tal-persuni - Adattament ta' ċerti direttivi minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Eworpea - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previstt)

(2009/C 32/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Huvelin, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-330/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 32/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u U. Wölker, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fid-9 ta' Ottubru 2008 — Kurt Wierer vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-445/08)

(2009/C 32/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kurt Wierer

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-26 ta' Ġunju 2008 (Wiedemann, kawżi magħquda C-329/06 u C-343/06, u Zerche, kawżi magħquda C-334/06 sa C-336/06), jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan u l-qrati nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, meta jeżaminaw l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mar-residenza skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991 (1) mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, jibbażaw ruħhom, għad-detriment tal-possessur tal-liċenzja, fuq id-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni li dan ikun ipprovda fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, kif kien obbligat li jagħmel minħabba l-obbligu ta' kooperazzjoni impost fuqu taħt il-liġi proċedurali nazzjonali fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-fatti rilevanti għall-każ ineżami?

2)

Jekk ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

Il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-26 ta' Ġunju 2008 (Wiedemann, kawżi magħquda C-329/06 u C-343/06, u Zerche, kawżi magħquda C-334/06 sa C-336/06), jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan u l-qrati nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, meta jeżaminaw l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mar-residenza skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/439/KEE mill-Istat li joħroġ il-liċenzja, jagħmlu, f'każ fejn ikun hemm indizji konkreti li fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan dawn ir-rekwiżiti ma kinux sodisfatti, investigazzjonijiet addizzjonali esklużivament fl-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, pereżempju mal-awtoritajiet li jżommu reġistri, ma' nies li jikru proprjetà jew ma' min iħaddem, u li jużaw il-fatti li jirriżultaw minn dawn l-investigazzjonijiet, sakemm ikunu ġew stabbiliti b'mod konklużiv, waħedhom jew flimkien ma' informazzjoni diġà eżistenti mogħtija mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja jew mill-possessur tal-liċenzja stess?


(1)  ĠU L 237, p. 1.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-455/08)

(2009/C 32/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos, M. Konstantinidis u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, bis-saħħa tal-Artikolu 49 tas-S.I. Nru 329 tal-2006, il-miżura ta' traspożizzjoni Irlandiża tad-Direttiva 2004/18/KE (1), u l-Artikolu 51 tas-S.I. Nru 50 tal-2007, il-miżura Irlandiża ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE (2), l-Irlanda stabbiliet ir-regoli għan-notifika tad-deċiżjonijiet ta' għoti tal-awtoritajiet u tal-entitajiet aġġudikatriċi u r-raġunijiet tagħhom lill-offerenti b'tali mod li fil-prattika jista' jimplika li sakemm offerent ikun mgħarraf b'mod sħiħ bir-raġunijiet ta' ċaħda tal-offerta tagħhom, il-perijodu ta' waqfien għall-konklużjoni tal-kuntratt ikun diġà skada;

għaldaqstant, l-Irlanda naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva 89/665/KEE (3) u l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva 92/13/KEE (4), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi mogħtija fil-kawża C-81/98 (5) (is-“sentenza Alcatel”) u l-kawża C-212/02 (6) (Il-Kummissjoni vs L-Awstrija).

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

S.I. Nru 329 Irlandiża

L-Artikolu 49 tas-S.I Nru 329 Irlandiża, li hija l-miżura Irlandiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, jeżiġi li l-offerenti jkunu mgħarrfa bid-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni bl-iktar metodi ta' komunikazzjoni mgħaġġla kemm jista' jkun prattiku wara li l-awtorità tieħu d-deċiżjoni. Skont il-kalkolu li jsir mid-data meta jkunu mgħarrfa bid-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni, il-perijodu ta' waqfien li għandu jgħaddi qabel il-konklużjoni tal-kuntratt irid ikun mill-inqas 14-il ġurnata.

Madankollu, taħt il-liġi Irlandiża, l-awtorità tal-kuntratti hija obbligata li tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta biss meta tirċievi din it-talba. L-Awtorità tal-kuntratti għandha tagħti r-raġunijiet “kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata”. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ifisser li l-perijodu ta' waqfien jista' jkun ġà skada sakemm offerent ikun informat b'mod sħiħ bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta.

Sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Alcatel u Il-Kummissjoni vs L-Awstrija huwa essenzjali li d-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni tkun motivata f'tul ta' żmien xieraq sabiex tista' tkun suġġetta għal appell effettiv, li jitressaq fil-perijodu ta' waqfien. Il-Kummissjoni ssostni li r-regoli Irlandiżi mhumiex konformi ma' dan ir-rekwiżit peress li ma jiggarantux li l-offerenti jkunu mgħarrfa bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħhom. Dan jimpedixxi d-dritt tal-offerenti għal rimedji legali effettivi, kif mitlub mid-Direttiva 89/665/KEE.

S.I. Nru 50 tal-2007 Irlandiża

Skont l-Artikolu 51 tas-S.I. Nru 50 tal-2007, li hija l-miżura ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KEC, meta entitajiet kontraenti jinnotifikaw lill-offerenti bid-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni jridu jindikaw lill-offerenti li ma jkunu ntagħżlu “ir-raġunijiet prinċipali, jew ir-raġunijiet, għaliex l-offerta mhijiex l-offerta maqgħżula”. Il-“karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula” jridu jiġu kkomunikati mill-entità kontraenti lill-offerenti “kemm jista' jkun malajr fil-prattika, u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il ġurnata” wara li titressaq talba għal dan il-għan. Il-perijodu ta' waqfien huwa ta' 14-il ġurnata, ikkalkolat min-notifika tad-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan ifisser li l-perijodu ta' waqfien jista' jkun ġà skada sakemm offerent li ma ntagħżilx ikun mgħarraf bis-sħiħ bir-raġunijiet ta' ċaħda tal-offerta tiegħu.

Il-Kummissjoni tissottometti li, fir-rigward tal-proċeduri ta' aġġudikazzjoni koperti mid-Direttivi 2004/17/KE u 92/13/KEE, il-leġiżlazzjoni Irlandiża tistabbilixxi r-regoli għan-notifika tal-offerenti b'mod li jiġi ristrett id-dritt ta' dawk l-offerenti li ma ntgħażlux għal rimedji legali effettivi u mhux konformi mad-direttivi dwar rimedji fis-seħħ, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114).

(2)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1).

(3)  Direttiva tal Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, p. 33).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta' Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjon (ĠU L 76, p. 14).

(5)  C-81/98 — Alcatel Austria AG et, Siemens AG Österreich, Sag-Schrack Anlagentechnik AK vs Bundesministerium für Wissenschaft und Verkehr — Sentenza tat-28 ta' Ottubru 1999 (ĠU L 76, p. 14).

(6)  C-212/02 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Awstrija — Sentenza tal-24 ta' Ġunju 2004.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-474/08)

(2009/C 32/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u B. Schima, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li,

peress li ma pprovdiex li każijiet ta' rifjut ta' aċċess għan-netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasport jistgħu jitressqu quddiem l-awtorità regolatorja li għandha tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni vinkolanti fi żmien xahrejn, skont l-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (1),

peress li neħħa ċerti elementi determinanti għall-kalkolu tat-tariffi mill-kompetenzi tal-awtorità regolatorja previsti fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/54/KE,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummisjoni ssostni, fl-ewwel lok, li ma kienx hemm traspożizzjoni, fid-dritt Belġjan, tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2003/54/KE. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Belġjana li jirrigwardaw l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku huma fil-fatt tant ġenerali li ma jippermettux li jiġi ddeterminat b'ċertezza jekk jeżistix dritt ta' appell individwali mid-deċiżjonijiet ta' rifjut ta' aċċess għan-netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trażmissjoni tal-elettriku. B'mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet ma jistabbilixxu ebda qafas speċifiku ta' proċedura u ma jipprevedu ebda terminu fir-rigward tar-risposta tal-awtorità ta' regolazzjoni, f'dan il-każ il-Kummissjoni nazzjonali ta' regolazzjoni tal-elettriku (CRE).

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenut li kiser l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/54/KE inkwantu kkonferixxa lir-Re, jew lil awtorità oħra għajr is-CRE, is-setgħa li jiffissa regoli partikolari li jikkonċernaw id-deprezzamenti u l-marġni ta' profitt relatati mal-investimenti ta' interess nazzjonali u ta' interess Ewropew. Din il-proċedura mhijiex kompatibbli mal-artikolu iċċitat iktar 'il fuq, peress li ma jidhirx li l-awtorità ta' regolazzjoni għandha, f'dawn iż-żewġ ipoteżijiet, influwenza fuq il-metodoloġiji użati għall-kalkolu jew l-iffissar tat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni.


(1)  ĠU L 176, p. 37.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-475/08)

(2009/C 32/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u B. Schima, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

Tikkonstata li,

billi ma nnominax l-operaturi tas-sistemi, kif jirrikjedi l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1),

billi ma jipprovdix biss aċċess regolat iżda wkoll aċċess negozjat ta' terzi għas-sistema, kuntrarjarment għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/55/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 25(2) tagħha,

billi ma ttrasponix l-Artikolu 22(3)(d) u (e) u (4) tad-Direttiva 2003/55/KE,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din il-direttiva.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem tliet ilmenti insostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, hija tikkritika lill-konvenut talli huwa ma nnominax l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni, tal-ħażna tal-gass u tat-terminali tal-gass naturali likwifikat, kif stipulat fl-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 2003/55/KE.

Sussegwentement hija tikkritika lill-konvenut talli huwa ħoloq inċertezza legali fir-rigward tal-kompetituri ġodda inkwantu huwa jagħti l-impressjoni li l-aċċess negozjat għas-sistema huwa alternattiva għall-aċċess regolat. Issa jirriżulta ċar mill-Artikoli 18 u 25(2) tad-Direttiva 2003/55/KE li l-aċċess regolat jirrappreżenta l-unika possibbiltà ta' aċċess ta' terzi għas-sistema u li hija l-awtorità regolatorja biss li tista' tiffissa jew tapprova, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, għall-inqas il-metodoloġiji użati biex jinħadmu jew jiġu stabbiliti t-tariffi.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li, billi eżenta l-infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass naturali mill-applikazzjoni tad-direttiva, il-konvenut ma ttrasponiex korrettament l-Artikolu 22(3)(d) tad-Direttiva, f'dak li jirrigwarda l-obbligu ta' pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, u l-Artikolu 22(3)(e) tal-istess direttiva, dwar l-obbligu ta' konsultazzjoni mal-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn ikkonċernati mill-każijiet ta' interkonnessjoni ta' dawn l-infrastrutturi. Barra minn hekk, il-konvenut ma stipulax fil-liġi nazzjonali tiegħu l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, bid-deċiżjoni dwar tali deroga kif ukoll b'kull informazzjoni rilevanti oħra relatata magħha, kif previst fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva.


(1)  ĠU L 176, p. 57.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (England and Wales) fis-7 ta' Novembru 2008 — Maria Teixeira vs London Borough of Lambeth, Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-480/08)

(2009/C 32/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Teixeira.

Konvenuti: London Borough of Lambeth, Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

F'ċirkustanzi fejn (i) ċittadina tal-Unjoni Ewropea waslet fir-Renju Unit (ii) iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea ħadmet matul ċerti perijodi fir-Renju Unit (iii) iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea waqfet milli taħdem, iżda ma telqitx mir-Renju Unit (iv) iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea ma żammitx l-istatus tagħha bħala ħaddiem u m'għandha l-ebda dritt ta' residenza taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE (1) u lanqas id-dritt li tirrisjedi b'mod permanenti taħt l-Artikolu 16 ta' din l-istess direttiva (v) it-tifel/tifla taċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea beda/bdiet l-edukazzjoni fi żmien meta din iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea ma kinitx taħdem, iżda segwa/segwiet l-istudji tiegħu/tagħha fir-Renju Unit matul perijodi li fihom iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea ħadmet fir-Renju Unit, (vi) iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea hija l-persuna li tassigura, prinċipalment, il-manteniment tat-tifel/tifla tagħha u (vii) iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea u t-tifel/tifla tagħha mhumiex fil-pożizzjoni li jmantnu lilhom infushom:

1)

iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea tibbenefika minn dritt ta' residenza fir-Renju Unit jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004?;

jew

2)

(i)

iċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea tibbenefika minn dritt ta' residenza li jirriżulta mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968 (2), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma jkollha tissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38 tad-29 ta' April 2004; u

(ii)

jekk iva, hija għandu jkollha riżorsi suffiċjenti sabiex ma ssirx piż fuq is-sistema ta' għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul il-perijodu ta' residenza maħsub u assigurazzjoni tal-mard kompluta fl-Istat Membru ospitanti?

(iii)

jekk iva, it-tifel/tifla għandu/għandha jkun beda/bdiet l-istudji f'mument meta ċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea kienet taħdem, sabiex jibbenefika/tibbenefika minn dritt ta' residenza li jirriżulta mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jew huwa suffiċjenti li ċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea tkun ħadmet f'ċerti mumenti wara li t-tifel/tifla beda/bdiet l-istudji tiegħu/tagħha?

(iv)

id-dritt ta' residenza li ċ-ċittadina tal-Unjoni Ewropea tibbenefika minnu minħabba l-fatt li hija tassigura, prinċipalment, il-manteniment tat-tifel/tifla li jsegwi/ssegwi l-istudji, jispiċċa meta t-tifel/tifla jilħaq/tilħaq l-età ta' tminxtax-il-sena?

3)

jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, is-sitwazzjoni hija differenti f'ċirkustanzi bħal dawk fil-każ preżenti fejn it-tifel/tifla beda/bdiet l-istudji qabel id-data li fiha d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta' April 2004, kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri, iżda li l-omm ma saritx il-persuna li tassigura, prinċipalment, il-manteniment tat-tifel/tifla u ma talbitx id-dritt ta' residenza minħabba li hija kienet il-persuna li tassigura, prinċipalment, il-manteniment tat-tifel/tifla sa Marzu 2007, jiġifieri wara d-data li fiha d-direttiva kellha tiġi trasposta?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 158, p. 77).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta' Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-482/08)

(2009/C 32/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, T. Ward, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008, li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (1);

tistabbilixxi, wara l-annullament tad-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija, li d-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jibqgħu effettivi, ħlief safejn dawn jeskludu lir-Renju Unit milli jipparteċipa fid-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju Unit ġie miċħud id-dritt li jipparteċipa fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija minħabba li l-Kunsill qies li l-miżura tikkostitwixxi żvilupp f'dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fiha r-Renju Unit ma jipparteċipax — jiġifieri l-politika komuni dwar il-viża. B'hekk, il-Kunsill iqis li r-Renju Unit mhuwiex marbut mid-Deċiżjoni jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

Ir-Renju Unit isostni li l-Kunsill kien żbaljat meta kkonkluda li d-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fiha r-Renju Unit ma jipparteċipax. Id-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija mhijiex żvilupp tal-politika komuni dwar il-viża, iżda hija pjuttost miżura ta' kooperazzjoni tal-pulizija. La l-għan u lanqas il-kontenut tal-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija ma jsemmu l-politika komuni dwar il-viża. Kollha kemm hi tikkonċerna pjuttost l-iskambju ta' informazzjoni mdaħħla mill-awtoritajiet tal-viża mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra. Dan jirrifletti l-għażla tal-bażi legali tal-Kunsill, b'mod partikolari l-Artikoli 30(1)(b) u 34(2)(ċ) TUE.

L-annullament tad-Deċiżjoni għall-Aċċess tal-VIS mill-Pulizija hija wkoll mitluba għaliex l-esklużjoni tar-Renju Unit mill-adozzjoni tagħha tagħti lok għall-ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali u/jew il-ksur tat-Trattat, fis-sens tal-Artikolu 35(6) UE.


(1)  ĠU L 218, p. 129.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Appell ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 minn Claudia Gualtieri mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħtija fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-284/06, Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-485/08 P)

(2009/C 32/25)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanta: Claudia Gualtieri (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanta

tiċħad kull talba jew eċċezzjoni oħra, kif ukoll kull aggravju ieħor,

tieħu d-deċiżjonijiet u tesponi d-dikjarazzjonijiet l-iktar opportuni,

tilqa' l-aggravji hawn esposti dwar il-kwistjonijiet differenti ttrattati u għal kull talba relatata magħhom, integralment ripetuti, f'kull każ, fil-preżenti,

tistabbilixxi l-prinċipji tad-dritt li skonthom l-SNE, l-esperti nazzjonali sekondati, u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej huma marbutin permezz ta' kuntratt ta' xogħol imqabbel ma' dak ta' membru tal-persunal temporanju u li l-allowances mħallsa lill-SNE huma ta' natura remuneratorja;

tiddikjara li servizzi ta' xogħol ekwivalenti għandhom, skont id-dritt Komunitarju, jiġu rremunerati b'pagi identiċi u li, f'kull każ, il-ħlas lil persuni miżżewġin ta' eventwali kumpensi differenti minn dawk imħallsa lill-persuni miżżewġin jew li jgħixu mas-sieħeb iwassal għal diskriminazzjoni kontra membru ta' familja legali;

sussidjarjament, tiddikjara li l-allowances kollha previsti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni SNE huma integralment dovuti lill-appellanta mid-data tas-separazzjoni de facto jew mir-reġistrazzjoni tal-att tad-divorzju quddiem il-Qorti ta' Brussell;

u tannulla, konsegwentement, interament jew parzjalment s-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fl-10 ta' Settembru u nnotifikata l-għada, u tilqa' interament jew parzjalment it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza u fl-appell jew tirrinvija s-sentenza lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq kwalunkwe deċiżjoni neċessarja fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi jew, sussidjarjament, dawk sostnuti fil-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Preliminarjament, mid-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-Istatut ġuridiku tal-SNE jirriżulta b'mod indiskutibbli u ċar li r-rabta ta' espert nazzjonali mal-amministrazzjoni ta' oriġini hija sospiża matul it-tul ta' żmien kollu tas-sekondament u li matul dan il-perijodu l-espert nazzjonali sekondat huma integrat kompletament fl-organizzazzjoni tal-Kummissjoni, u li fl-interess esklussiv tagħha huwa għandu jiżvolġi s-servizzi tiegħu, bil-konsegwenza li l-pożizzjoni legali tiegħu hija mqabbla (b'mod iktar preċiż: identika) għal dik tal-aġenti (għall-inqas il-membri tal-persunal temporanji) li huma mqabbla, minn naħa tagħhom, għall-uffiċjali fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' aspetti oħrajn relattivi għall-paga.

Għal din ir-raġuni, kif ukoll bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141(2) KE ( li skonthom il-kunċett ta' paga jinkludi wkoll kwalunkwe remunerazzjonijiet oħra, sew jekk fi flus jew in natura li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, mingħand min iħaddmu), norma ta' grad superjuri meta mqabbla mal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni SNE, u mar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Artikolu 62(3): “[ir]-remunerazzjoni għandha tkun magħmula mill-paga bażika, allowances tal-familja u allowances oħra”), l-allowances imħallsa lill-SNE għandhom, bħal dawk tal-istess natura dovuti lill-uffiċjali u lill-aġenti, natura remuneratorja.

Għaldaqstant, hija fakkret l-eżistenza ta' prinċipju ġenerali, stabbilit b'mod partikolari fid-dritt Komunitarju, li skontu għal servizzi ta' xogħol li huma ugwali, il-pagi għandhom ikunu identiċi, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 KEDB, tad-Direttiva 2000/43/KE (1) tad-29 ta' Ġunju 2000, tad-Direttiva 2000/78/KE (2) tas-27 ta' Novembru 2000 u tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 136, tal-Artikolu 137(i) u tal-Artikolu 141(1) KE.

Għall-kuntrarju, l-interpretazzjoni segwita mill-Qorti tal-Prim'Istanza tgħid li żewġ ħaddiema li jagħmlu l-istess servizz ta' xogħol ikunu mħallsa b'mod inugwali jekk is-sieħeb ta' wieħed minnhom ikun diġà residenti fi Brussell fil-mument tal-att ta' sekondament, u tipprovoka diskriminazzjoni serja kontra l-membri tal-familja legali, minkejja l-protezzjoni importanti li tibbenefika minnha din l-istituzzjoni fil-leġiżlazzjonijiet interni u internazzjonali, kif ukoll it-tendenza li tiġi mqabbla miegħu l-koabitazzjoni de facto fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri differenti, fir-Regolamenti tal-Uffiċjali (l-Artikolu 1(2) u (2)(c) tal-Anness VII) u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.

Barra minn hekk, il-ħlas integrali tal-allowances għandhom isiru għall-inqas mid-data taċ-ċessjoni tal-konkubinaġġ, peress li fid-dispożizzjonijiet regolamentari m'hemmx indizju tal-allegata neċessità li jsir referiment għall-mument inizjali tar-relazzjoni, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni bidliet ulterjuri.

Fir-rigward tal-eċċezzjoni ta' illegalità tal-Artikolu 20 tad-deċiżjoni SNE, l-appellanta rrilevat billi rreferiet għall-Artikolu 241KE li r-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt li fuqhom hija bbażata l-eċċezzjoni kienu ġew esposti b'mod iddettaljat u komprensibbli, b'tali mod li l-konvenuta ma qajmitx oġġezzjoni u li jidher b'mod ċar li r-referenza għall-Artikolu 241 ċċitata hawn fuq kienet intiża sabiex tinkiseb, f'kull każ, deċiżjoni fuq il-kwistjonijiet dedotti, u dan l-istess fil-każ tal-ipoteżi kkontestata ta' natura tardiva tar-rikors.

Barra minn hekk, l-appellanta rrinunċjat għall-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u hija talbet ir-riforma tad-deċiżjoni fuq l-ispejjeż tal-kawża li, skont l-Artikoli 87 u 88 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, kellhom jiġu mħallsa lura integralment. Fl-aħħar nett, hija osservat li l-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza ttrattat u ddeċidiet il-kawża fuq il-mertu jikkostitwixxi r-rikonoxximent inekwivoku tal-ammissibbiltà tar-rikors, li ma jistax jitqiegħed iktar inkwistjoni f'dan l-istadju.

Għaldaqstant, fit-talbiet ġie mitlub li l-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha, wara li stabbiliet il-prinċipji ta' dritt li skonthom l-SNE huma marbuta mal-Kummissjoni permezz ta' kuntratt ta' xogħol komparabbli għal dawk tal-membri tal-persunal temporanji u li l-allowances imħallsa mill-imsemmija SNE għandhom natura remuneratorja, tiddikjara li, skont id-dritt Komunitarju, minħabba l-ugwaljanza ta' servizzi ta' xogħol għandhom jiġu mħallsa pagi identiċi u li, f'kull każ, il-ħlas ta' kumpensi eventwali lill-persuni miżżewġin li huma differenti minn dawk imħallsa lil persuni mhux miżżewġin jew li jgħixu mas-sieħeb iwassal għal diskriminazzjoni kontra l-membri tal-familja legali, jew, sussidjarjament, li l-allowances previsti fl-Artikolu 17 tad-deċiżjoni SNE huma dovuti integralment lill-appellanta mid-data tas-separazzjoni de facto jew mir-reġistrazzjoni tal-att tad-divorżju quddiem il-Qorti ta' Brussell.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta' Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, p. 22).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/ KE, tas-27 ta' Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Appell ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 minn Prana Haus GmbH mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-226/07, Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-494/08 P)

(2009/C 32/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanta: Prana Haus GmbH (rappreżentant: N. Hebeis, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanta

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Settembru 2008, Kawża T-226/07 (Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)).

Tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-kwistjoni tirrigwarda jekk id-denominazzjoni “PRANAHAUS” għal prodotti “ġarrieri ta' kull tip għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni rrekordjati; stampati” u għas-“servizzi ta' bejgħ bl-imnut […] għal prodotti ta' użu ta' kuljum” tistax tiġi rreġistrata bħala trade mark. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li “PRANAHAUS” tikkostitwixxi indikazzjoni li tkopri l-imsemmija prodotti u servizzi b'mod dirett u konkret.

Permezz ta' dan l-appell, l-appellanta tinvoka l-ksur tar-raġuni assoluta għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni deskrittiva pprovduta fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod eċċessiv il-kunċett legali “sabiex jindikaw” li jinsab fl-Artikolu 7(1)(c) bi ksur tal-formulazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta l-eżami żbaljat li twettaq dwar il-kwistjoni jekk id-denominazzjoni “PRANAHAUS” tikkostitwixxix deskrizzjoni suffiċjentement diretta jew konkreta bejn l-imsemmija prodotti u servizzi, b'mod li l-pubbliku destinatarju jara fiha “b'mod dirett jew intuwittiv”“deskrizzjoni” ta' tali prodotti u servizzi. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma kkunsidratx li hemm il-bżonn għal raġunijiet diversi u kumplessi sabiex tiġi rikonoxxuta fid-denominazzjoni “PRANAHAUS”, anki tifsira differenti. Fl-istess kuntest, barra minn hekk, ma ġewx meħuda inkunsiderazzjoni dawn il-fatti deċisivi, bil-konsegwenza li kien hemm interpretazzjoni żbaljata tal-fatti. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli timmotiva, kif kien neċessarju, safejn id-denominazzjoni “PRANAHAUS” tkun xierqa sabiex tiddeskrivi l-prodotti u s-servizzi konkreti. Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza m'aċċettatx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk sostniet li hemm ħtieġa tad-disponibbiltà tad-deskrizzjoni “PRANAHAUS” għall-kompetitur


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-495/08)

(2009/C 32/27)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laingelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illi peress li naqas milli jipprovdi li deċiżjonijiet individwali sabiex ma ssirx stima tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) kif emendata għandhom ikunu sostnuti b'motivazzjoni suffiċjenti, u peress li naqas li jissuġġetta l-applikazzjonijiet ROMP ippreżentati f'Wales qabel il-15 ta' Novembru 2000 għar-rekwiżiti ta' dik id-direttiva, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dik id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għandhom jingħataw raġunijiet biss jekk stima tal-impatt ambjentali (environmental impact assessment) tinstab li hija meħtieġa; jekk, għal kwalunkwe raġuni, l-awtorità tal-ippjanar relevanti jew is-Segretarju tal-Istat jikkonkludi li l-ebda stima tal-impatt ambjentali mhija meħtieġa, ir-regolamenti ma jirrikjedux illi jingħataw raġunijiet insostenn ta' dik il-konklużjoni. Il-Kummissjoni tissottometti illi deċiżjonijiet individwali meħuda minn Stati Membri sabiex ma ssirx stima tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4(2) sa (4) tad-direttiva għandhom jiġu sostnuti b'motivazzjoni xierqa.

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ma adottax leġiżlazzjoni f'Wales li tissuġġetta l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning (“ROMP”) għar-rekwiżiti tad-direttiva.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-508/08)

(2009/C 32/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Malti

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Aquilina, K. Simonsson, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta

Talbiet

tiddikjara li, billi ffirmat, mingħajr ma saret sejħa għal offerti minn qabel, kuntratt esklużiv ta' servizz pubbliku mal-kumpanija “Gozo Channel Company Ltd.” (GCCL), fis-16 ta' April 2004, ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3577/1992 (1) tas-7 ta' Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta' liberta' li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri, b'mod speċifiku l-Artikoli l u 4 tiegħu,

tikkundanna lir-Repubblika ta' Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Biex ikunu jistgħu jipprovdu għal kuntratt eskluziv sabiex ikopri s-servizz marittimu bejn Malta u Għawdex, l-awtoritajiet Maltin għandhom ikunu f'pożizzjoni li juru li dan il-kuntratt huwa neċessarju sabiex jimponu l-obbligi ta' servizz pubbliku li huma jqisu neċessarji ħalli jiżguraw livell ta' servizz xieraq fir-rotta inkwistjoni, u li dan il-kuntratt huwa proporzjonat fid-dawl tal-għan imfittex.

Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi mal-ewwel li servizz sodisfaċjenti huwa assolutament fundamentali għar-rotta bejn Malta u Għawdex, hija tikkonstata min-naħa l-oħra li f'dan il-każ l-awtoritajiet Maltin bl-ebda mod ma ressqu din il-prova: f'dan is-sens, huma lanqas fittxew li jistabbilixxu jekk operatur jew operaturi privati kinux lesti li jiżguraw dan is-servizz bl-istess kundizzjonijiet fuq bażi purament kummerċjali. Barra minn hekk, huma ma wrewx li l-esklużività mogħtija lil GCCL hija mezz xieraq u proporzjonat sabiex jintlaħaq dan il-għan.

Barra min hekk, iċ-ċirkustanza li dan il-kuntratt ġie konkluż mingħajr ma qabel saret sejħa għal offerti Komunitarja miftuħa, intiża li tiżgura aċċess non-diskriminatorju għas-suq għal kull operatur interessat, tmur kontra r-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament Nru 3577/92.


(1)  ĠU L 364, p. 7.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-509/08)

(2009/C 32/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Sénéchal u I. Hadjiyiannis, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 2004, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (1), u f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/108/KE skada fl-20 ta' Jannar 2007. Issa fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji, jew, f'kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 390, p. 24.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta' Novembru 2008 — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V. vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH

(Kawża C-511/08)

(2009/C 32/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V.

Konvenuta: Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispejjeż relatati mal-kunsinna tal-prodotti jkunu sostnuti mill-konsumatur anke meta dan ikun irtira mill-kuntratt?


(1)  ĠU L 144, p. 19.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Appell ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio kontra d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla), tad-9 ta' Settembru 2008, fil-Kawża T-143/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-513/08 P)

(2009/C 32/31)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

1. F'kull każ:

(1.a)

tannulla s-sentenza appellata in toto;

(1.b)

tiddikjara li l-appell inkwistjoni huwa perfettament ammissibbli;

u barra minn hekk:

2/A prinċipalment: (2/A.l) tannulla d-deċiżjoni kkontestata; (2/A.2) tannulla, safejn meħtieġ, il-kalkolu Nru 58; (2/A.3) tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' ċħid ta' dan l-appell; (2/A.4) tikkundanna lill-appellata, abbażi tal-paragrafi segwenti, tħallas lill-appellant is-somma ta' EUR 324.09 (tliet mija u erba' u għoxrin Ewro u disa' ċenteżmi), jew dik is-somma, ikbar jew iżgħar minn dik imsemmija hawn fuq, li din il-Qorti tqis ġusta u ekwa; (2/A.5) tikkundanna lill-appellata, safejn huwa neċessarju, li tħallas lill-appellant, b'mod konformi mal-liġijiet applikabbli għall-każ, dak li huwa dovut lilu u li għadu ma ġiex rimborżat lilu mill-ispejjeż tal-eżami mediku tat-28 ta' Settembru 2005; (2/A.6) tikkundanna lill-appellata tħallas lill-appellant l-interessi għad-dewmien fuq is-somom imsemmija fil-punti preċedenti 2/A.4 u 2/A.5 ta' dan ir-rikors tal-appell, f'dan il-każ bil-kapitalizzazzjoni, bid-dies a quo u d-dies a quem li għandhom jiġu ddeterminati skont l-atti tal-kawża inkwistjoni; (2/A.7) tikkundanna lill-appellata tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha tal-proċeduri

kif ukoll,

2/B. sussidjarjament, terġa' tibgħat il-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din terġa' tiddeċiedi fuq il-mertu tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żnaturament u distorsjoni tal-fatti kif ukoll tal-affermazzjonijiet tal-appellant esposti fin-noti ta' osservazzjonijiet tiegħu, anki minħabba l-ineżattezza materjali tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza (b'mod partikolari l-punti 36, 38, 39 u 41 tad-Digriet appellat).

2.

Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-kunċett ta' att li jista' jiġi kkontestat, anki minħabba konfużjoni, nuqqas ta' razzjonalità, nuqqas ta' loġika, ksur tal-Artikolu 231 tat-Trattat KE u twarrib tal-ġurisprudenza relatata mal-effetti tal-annullament, min-naħa tal-Qorti Komunitarja, ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja, ksur tal-prinċipju tal-awtorità tar-res iudicata, ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (b'mod partikolari l-punti 39 u 41 tad-Digriet appellat).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Atenor Group SA vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-514/08)

(2009/C 32/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atenor Group SA

Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis ta' dividendi riċevuti bħala dħul intaxxat definittivament għall-eżistenza ta' profitt taxxabbli tal-kumpannija parent?


(1)  ĠU L 225, p. 6.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-516/08)

(2009/C 32/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (1), jew, f'kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/70/KEE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU 2006, L 214, p. 29.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-27 ta' Novembru 2008 — Fundació Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société des Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María Del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

(Kawża C-518/08)

(2009/C 32/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundació Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos

Konvenuta: Société des Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

Domandi preliminari

1)

Sussegwentement għad-Direttiva [2001/84/KE] tas-27 ta' Settembru 2001 (1), Franza tista' żżomm dritt ta' bejgħ mill-ġdid irriżervat lill-werrieta bl-esklużjoni tal-legatarji jew aventi kawża?

2)

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva [2001/84/KE] tas-27 ta' Settembru 2001 jippermettu li Franza jkollha sistema ta' deroga?


(1)  Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta' xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, p. 32).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-521/08)

(2009/C 32/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u A.A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1), jew, f'kull każ, billi naqset milli tikkomunikhom lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li fih kellha tiġi trasposta d-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Appell ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-144/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-528/08 P)

(2009/C 32/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

1. F'kull każ:

(l.a)

tannulla d-digriet appellat in toto;

(l.b)

tiddikjara li l-appell inkwistjoni huwa perfettament ammissibbli;

u barra minn hekk:

2/A prinċipalment: (2/A.l) tannulla d-deċiżjoni kkontestata; (2/A.2) tannulla sa fejn meħtieġ, il-lista tar-rimburżar tat-18 ta' Lulju 2005 (iktar 'il quddiem, “il-lista tar-rimburżar tat-18 ta' Lulju 2005”); (2/A.3) tannulla sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li ċaħdet it-talba inkwistjoni tal-appellant; (2/A.4) tikkundanna lill-appellata bħala ħlas lura tal-bqija ta' 100 % tal-ispejjeż, jiġifieri sabiex jinkiseb il-ħlas lura tal-100 % tal-ispejjeż mediċi inkwistjoni, bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-aġir illegali tal-appellata, li jammontaw għas somma ta' EUR 89,56 (jiġifieri disgħa u tmenin euro u 56ċ) jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li din il-Qorti jidrilha li hija ġusta u ekwa; (2/A.5) tikkundanna lill-appellata tħallas lill-appellant l-interessi għad-dewmien ta' ħlas fuq is-sommom imsemmija preċedentement fil-punt 2.A.4 ta' dan ir-rikors tall-appell, f'dan il-każ bil-kapitalizzazzjoni, bid-dies a quo u d-dies ad quem li għandhom jiġu determinati skont l-atti tal-kawża inkwistjoni; (2/A.6) tikkundanna lill-appellata tħallas lura favur l-appellant, l-isejjeż kollha tal-kawża sostnuti;

2/B. sussidjarjament, tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din terġa' tiddeċiedi fuq il-mertu tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żnaturament u distorsjoni tal-fatti kif ukoll tal-affermazzjonijiet tal-appellant fl-atti ppreżentati minnu, minħabba l-ineżattezza materjali tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza (b'mod partikolari l-punti 29, 31, 34 u 38 tad-digriet appellat).

2.

Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-kunċett ta' att li jista' jiġi kkontestat, anki minħabba konfużjoni, nuqqas ta' motivazzjoni, nuqqas ta' loġika, ksur tal-Artikolu 231 tat-Trattat KE u nuqqas ta' għarfien tal-ġurisprudenza relattiva għall-effetti tal-annullament, min-naħa tal-Qorti Komunitarja, ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja, ksur tal-prinċipju tal-awtorità tar-res iudicata, ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (b'mod partikolari l-punti 32 u 34 tad-digriet appellat).

3.

Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-kunċett ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja.

4.

Ksur tal-prinċipju tal-qorti kompetenti skont il-liġi u irregolaritajiet fil-proċeduri (errores in procedendo) ta' serjetà tali li jaffettwaw id-drittijiet tal-appellant, b'mod partikulari d-drittijiet għal difiża, kif ukoll għal smigħ xieraq.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-532/08)

(2009/C 32/37)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek, A.A. Gilly, Aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew f'kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 309, p. 15.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-3 ta' Diċembru 2008 — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania et

(Kawża C-535/08)

(2009/C 32/38)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Catena Rita Pignataro

Konvenut: Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania et

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat UE, l-Artikolu 3 tal-ewwel Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, eżegwibbli permezz tal-Liġi Nru 848 tal-1955, l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 4 tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali u l-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi, eżegwibbli permezz tal-Liġi Nru 881 tal-1977, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma kompatibbli jew le mal-leġiżlazzjoni reġjonali inkluża fl-Artikolu 1C, fil-punt (c) tat-tlettax-il paragrafu tal-Artikolu 14A, fil-punt (d) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 15, fil-punt (a) tas-seba' paragrafu tal-Artikolu 16A, fil-punti (b) u (c) tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 17B tal-L.R Nru 29 tal-1951, li jeskludu l-eliġibbiltà taċ-ċittadini li ma jkunux jirrisjedu fi Sqallija meta ssir il-preżentata tal-kandidaturi għall-parteċipazzjoni fl-elezzjoni tal-Assemblea Regionale Siciliana?

2)

L-Artikoli 17 KE u 18 KE (oriġinarjament l-Artikolu 8 A tat-Trattat KE) jipprekludu leġiżlazzjoni reġjonali (bħal dik deskritta fil-punt 3.1) jew huma kompatibbli magħha?


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-546/08)

(2009/C 32/39)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja

Talbiet

Tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 (1), dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 309, p. 15.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-547/08)

(2009/C 32/40)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Iżvezja

Talbiet

tikkonstata li, billi naqas milli jadotta il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta' Awwissu 2006 (1), li tintroduċi miżuri ta' implementazzjoni għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta' “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għall-proċeduri ta' diliġenza dovuta simplifikata mal-klijent u għall-eżenzjoni mill attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, jew, f'kull każ, billi naqas milli jinnotifika lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 214, p. 29.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja

(Kawża C-548/08)

(2009/C 32/41)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Stølvbæk u U. Jonsson, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżveżja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 (1) dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżveżja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Iżveżja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-555/08)

(2009/C 32/42)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Nyberg)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja

Talbiet

tikkonstata illi, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 (1) dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, fir-rigward ta' kumpanniji finanzjarji fil-bżonn ta' sostenn minn sors pubbliku, b'mod partikulari banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 1.


Qorti tal-Prim' Istanza

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Nardone vs il-Kummissjoni

(Kawża T-57/99) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Mard fuq il-post tax-xogħol - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra’)

(2009/C 32/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, u sussegwentement L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn J.L. Fagnart, avukat)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali adottat mill-Kummissjoni meta esponiet lir-rikorrent għal atmosfera ta' trab u kkontaminata bl-asbestos.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Albert Nardone kumpens ta' EUR 66 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 160, 5.6.1999.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/02) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor - Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà - Status ta' persuna kkonċernata - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali - Nuqqas ta' diffikultajiet serji’)

(2009/C 32/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja); u Kronotex GmbH & Co. KG (Heiligengrabe) (rappreżentanti: inizjalment R. Nierer, u sussegwentement R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, u sussegwentement V. Kreuschitz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Zellstoff Stendal GmbH (Arneburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u K.U. Karl, u sussegwentement T. Müller-Ibold, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.D. Plessing u M. Lumma, aġenti); u Land Sachsen-Anhalt (Il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta' fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG huma kkundannati jbatu, barra mill-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll minn Zellstoff Stendal GmbH u l-Land Sachsen-Anhalt.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 44, 22.2.2003.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/04) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Ftehim konklużi mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport mal-kumpannija tal-ajru Ryanair - Eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku - Applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq)

(2009/C 32/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment D. Gleeson, A. Collins, SC, V. Power u D. McCann, solicitors, u sussegwentement V. Power, D. McCann, solicitors, J. Swift, QC, J. Holmes, barrister, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Kahn, aġent)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: Association of European Airlines (AEA) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis u J. Heithecker, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta' Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpannija tal-ajru Ryanair meta hija stabbilixxiet ruħha f'Charleroi (ĠU L 137, p. 1)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta' Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpannija tal-ajru Ryanair meta hija stabbilixxiet ruħha f'Charleroi hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' Ryanair Ltd.

3)

L-Association of European Airlines (AEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 228, 11.9.2004.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — HEG u Graphite India vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-462/04) (1)

(“Politika kummerċjali komuni - Dazji kontra d-dumping - Dazji kompensatorji - Importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja - Drittijiet tad-difiża - Trattament ugwali - Determinazzjoni tal-ħsara - Rabta kawżali’)

(2009/C 32/46)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorreni: HEG Ltd (New Delhi, l-Indja) u Graphite India (Kolkata, l-Indja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn K. Adamantopoulos, avukat, u J. Branton, solicitor, sussegwentement minn J. Branton)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrish, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004, tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi taxxa kompensatorja definittiva [dazju kompensatorju definittiv] u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta [id-dazju provviżorju impost] fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 4) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HEG Ltd u Graphite India Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 19.3.2005.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — JTEKT vs UASI (IFS)

(Kawża T-462/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IFS - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JTEKT Corp., li qabel kienet Toyoda Koki Kabushiki Kaisha (Aichi-ken, il-Ġappun) (rappreżentanti: inizjalment J. Wachinger u M. Zöbisch, sussegwentement M. De Zorti, M. Koch u T. Grimm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni R 1157/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Settembru (Każ R 1157/2004-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali IFS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Settembru 2005 (Każ R 1157/2004-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' JTEKT Corp.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Tomorrow Focus vs UASI — Information Builders (Tomorrow Focus)

(Kawża T-90/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tomorrow Focus (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn U. Gürtler, sussegwentement minn J. Berlinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Information Builders (Netherlands) BV (Amstelveen, l-Olanda)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Jannar 2006 (Każ R 116/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Information Builders (Netherlands) BV u Tomorrow Focus AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tomorrow Focus AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Budějovický Budvar vs UASI — Anheuser-Busch (BUD)

(Kawżi magħquda T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06) (1)

(“Trade mark Komunitarju - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali u figurattiva BUD - Denominazzjonijiet ‘bud’ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Budějovický Budvar, národní podnik (Česke Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: F. Fajgenbaum u C. Petsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentata minn V. von Bomhard, A. Renck, B. Goebel u A. Pohlmann, sussegwentement irrappreżentata minn V. von Bomhard, A. Renck u B. Goebel, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, mogħtija fl-14 ta' Ġunju (Każ R 234/2005-2), fit-28 ta' Ġunju (Każijiet R 241/2005-2 u R 802/2004-2) u fl-1 ta' Settemrbu 2006 (Każ R 305/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.

2)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), mogħtija fl-14 ta' Ġunju (Każ R 234/2005-2), fit-28 ta' Ġunju (Każijiet R 241/2005-2 u R 802/2004-2) u fl-1 ta' Settembru 2006 (Każ R 305/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc., huma annullati.

3)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta' Budějovický Budvar, národní podnik.

4)

Minbarra l-ispejjeż tagħha, Anheuser-Busch hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta' Budějovický Budvar, národní podnik.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Giorgio Beverly Hills vs UASI — WHG (GIORGIO BEVERLY HILLS)

(Kawża T-228/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORGIO BEVERLY HILLS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORGIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Beverly Hills, Inc. (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn M. Schaeffer, sussegwentement minn K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każijiet magħquda R 107/2005 u R 187/2005-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH u Giorgio Beverly Hills, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każijiet R 107/2005 u R 187/2005-2) hija annullata, safejn din ċaħdet l-appell fil-Każ R 187/2005-2.

2)

L-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

3)

WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO)

(Kawża T-259/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Navisa Industrial Vinícola Española, SA (Montilla, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Ġunju 2006 (Każ R 865/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Navisa Industrial Vinícola Española, SA u Miguel Torres, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 29, 2.12.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-339/06) (1)

(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli - Regolament (KE) Nru 1493/1999 - Iffissar tal-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtijin lill-Istati Membri - Deċiżjoni 2006/669/KE - Natura vinkolanti tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 - Prinċipji ta' kooperazzjoni leali, ta' bona fide u ta' amministrazzjoni tajba, ta' proporzjonalità u tal-effett utli’)

(2009/C 32/52)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Griega (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaioannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, M. Konstantinidis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/669/KE tal-4 ta' Ottubru 2006, li tiffissa għas-sena finanzjarja 2006 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri, għal numru speċifiku ta' ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni mil-ġdid ta' għelieqi għad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (ĠU 2006, L 275, p. 62).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Bateaux Mouches vs UASI — Castanet (BATEAUX MOUCHES)

(Kawża T-365/06) (1)

(“Trade marks Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali BATEAUX MOUCHES - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 32/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. de Leusse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Jean-Noël Castanet (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sulzer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1172/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Jean-Noël Castanet u l-Compagnie des bateaux mouches SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 10 ta' Diċembru 2008 — Vitro Corporativo vs UASI — VKR Holding (Vitro)

(Kawża T-412/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja figurattiva Vitro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Vitro Corporativo, SA de CV (Garza García, Nuevo Léon, Il-Messiku) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: VKR Holding A/S (Søborg, Id-Danimarka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-13 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1364/2005-2), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Deichmann-Schuhe vs UASI — Design for Woman (DEITECH)

(Kawża T-86/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DEITECH - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti DEI-tex - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment O. Rauscher, sussegwentement O. Rauscher u A. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Design for Woman SA (Bogotá, il-Kolombja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG u Design for Woman SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2) hija parzjalment annullata safejn hija ssostni li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti ma ġietx stabbilita għal dak li jirrigwarda ż-“żraben”, li jaqgħu taħt il-klassi 25, koperti mill-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Dada vs UASI — Dada (DADA)

(Kawża T-101/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DADA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 32/56)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Dada SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Locurto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Dada Srl (Udine, l-Italja) (rappreżentanti: M. Cartella u M. Fazzini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2007 (Każ R 1342/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dada Srl u Dada SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dada SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Diċembru 2008 — Colgate-Palmolive vs UASI — CMS Hasche Sigle (VISIBLE WHITE)

(Kawża T-136/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali VISIBLE WHITE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/57)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler, H. Harmeling u K.U. Plath, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: CMS Hasche Sigle (Kolonja, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Frar 2007 (Każ R 165/2005-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn CMS Hasche Sigle u Colgate-Palmolive Co.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)

(Kawża T-290/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/58)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. –C. Plate, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Riera Blanco, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

3)

Metronia, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Vitro Corporativo vs UASI — VKR Holding (Vitro)

(Kawża T-295/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Vitro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/59)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Vitro Corporativo, SA de CV (Garza García, Nuevo Léon, il-Messiku) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: VKR Holding A/S (Søborg, id-Danimarka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 1640/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Mergel et vs UASI (Patentconsult)

(Kawża T-335/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Patentconsult - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volker Mergel (Wiesbaden, il-Ġermanja); Klaus Kampfenkel (Hofheim, il-Ġermanja); Burkart Bill (Darmstadt, il-Ġermanja); u Andreas Herden (Wiesbaden) (rappreżentant: G. Friderichs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Ġunju 2007 (Każ R 299/2007-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Patentconsult bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill u Andreas Herden huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Somm Srl vs UASI (Struttura li tagħti d-dell)

(Kawża T-351/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Struttura li tagħti d-dell - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/61)

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Somm Srl (San Mauro Torinese, l-Italja) (rappreżentant: M. Ferro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1653/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, li jirrappreżenta struttura li tagħti d-dell, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Somm Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Focus Magazin Verlag vs UASI — Editorial Planeta (FOCUS Radio)

(Kawża T-357/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FOCUS Radio - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti FOCUS MILENIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Müller, R. Schweizer u T. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Editorial Planeta, SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Lulju 2007 (każ R 269/2005-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Editorial Planeta, SA, u Focus Magazin Verlag GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Focus Magazin Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cooperação e Desenvolvimento Regional

(Kawża T-174/08) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta'għajnuna finanzjarja konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta' interess ġenerali - Proġett Encata - Rimborż ta' ħlas bil-quddiem - Imgħax għal ħlas tardiv - Proċedura in kontumaċja’)

(2009/C 32/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA (Setúbal, Portugal)

Suġġett

Rikors abbażi tal-Artikolu 238 KE, bil-għan li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura parti mis-somma mogħtija bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-imgħax għal ħlas tardiv, fil-qafas tal-kuntratt SU 1001 (SU) Encata.

Dispożittiv

1)

Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 63 349,27, flimkien mal-imgħax għal ħlas tardiv:

bir-rata ta' 6,29 % fis-sena mill-31 ta' Jannar 2001 sad-data ta' din is-sentenza;

bir-rata annwali applikabbli skont il-liġi Irlandiża, attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840, emendat, sar rata ta' 6,29 % fis-sena, mid-data ta' din is-sentenza sal-ħlas totali tad-dejn.

2)

Cooperação e Desenvolvimento Regional hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/34


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Pelle u Konrad vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-8/95 u T-9/95) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ħalib - Imposta addizzjonali - Kwantità ta' referenza - Regolament (KE) Nru 2187/93 - Kumpens tal-produtturi - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 32/64)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilhelm Pelle (Kluse-Ahlen, il-Ġermanja); u Ernst-Reinhard Konrad (Löllbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meisterernst, M. Düsing, D. Manstetten, F. Schulze u W. Haneklaus, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjomi Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Brautigam u A.-M. Colaert, sussegwentement minn A.-M. Colaert, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn D. Booß u M. Niejahr, sussegwentement minn M. Niejahr u T. van Rijn, aġenti, assistiti inizjalment minn H.-J. Rabe u G. Berrisch, sussegwentement minn H.-J. Rabe u M. Núñez-Müller, avukati)

Suġġett

Talbiet għal kumpens skont l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tat-Trattat KE (li sar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84, tal-31 ta' Marzu 1984, li jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-imposta msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 90, p. 13), kif ikkompletat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1371/84, tas-16 ta' Mejju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 (ĠU L 132, p. 11).

Dispożittiv

1)

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dawn ir-rikorsi.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 74, 25.3.1995.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/34


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva azinphos-methyl - Inklużjoni fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE - Nuqqas ta' proposta ġdida mill-Kummissjoni wara l-oppożizzjoni tal-Kunsill - Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta' sejħa biex tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà’)

(2009/C 32/65)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Makhteshim-Agan Holding BV (Amsterdam, l-Olanda); Makhteshim-Agan Italia Srl (Bergamo, l-Italja); u Magan Italia Srl (Bergamo) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li allegatament tinsab f'ittra tat-12 ta' Ottubru 2006, li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), jew, sussidjarjament, talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni billi din tal-aħħar naqset illegalment milli tippreżenta tali proposta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl u Magan Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

3)

Il-European Crop Protection Association għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Fastweb vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-188/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali - Telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni adottata fil-mori tal-kawża, mill-Istat Membru, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriża, li qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament - Tneħħija tal-interess ġuridiku - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

(2009/C 32/66)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fastweb SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u T. Ubaldi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Martenczuk, G. Conte u E. Righini, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u D. Gerard, avukati); u Centro Europa 7 Srl (Ruma) (rappreżentanti: R. Mastroianni, F. Ferraro u M. Condinanzi, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE, tal-24 ta' Jannar 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Koinotita Grammatikou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/08) (1)

(Rikors għal annullament - Fond ta' Koeżjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)

(2009/C 32/67)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Koinotita Grammatikou (il-Greċja) (rappreżentanti: M. Chaïntarlis u A. Papakonstantinou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni C (2004) 5509 tal-Kummissjoni, tal-21 ta' Diċembru 2004, dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Koeżjoni għat-twettiq ta' progett imsemmi “Kostruzzjoni ta' sit ta' landfill fil-faċilità ta' mmaniġġjar tal-iskart integrat fil-grigal ta' Attika f'‘Mavro Vouno Grammatikou’”

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Koinotita Grammatikou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 79, tad-29.3.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tad-19 ta' Novembru 2008 — AEPI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/08 R)

(“Miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna t-tmiem ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 32/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Xanthopoulos u T. Asprogerakas Grivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — GEMA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-410/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 32/69)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bechtold u I. Brinker, avukati, assistiti mill-Professur J. Schwarze)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, O. Weber u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn hija kkonċernata r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Diċembru 2008 — KODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li torda l-waqfien ta' prattika miftiehma fir-rigward ta' amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 32/70)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: KODA (Kopenħagen, Id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær u J. Borum, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C (2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — SIAE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 32/71)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, M. Mandel, L. Vullo u S. Valentino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2008 — Toland vs Il-Parlament

(Kawża T-471/08)

(2009/C 32/72)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ciarán Toland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burke, Solicitor, E. Regan, SC)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla Deċiżjoni A(2008) 10636 tal-Viċi-President Dianna Wallis MEP tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Awwissu 2008 indirizzata lill-Ciaran Toland sa fejn din irrifjutat lir-rikorrenti l-aċċess għar-Rapport Intern ta' Verifika Nru 06/02 konkluż fid-9 ta' Jannar 2008 tas-Servizz Intern ta' Verifika tal-Parlament Ewropew intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”;

tordna lill-Parlament Ewropew jagħti aċċess lir-rikorrenti għar-Rapport ta' Verifika Interna Nru 06/02 konkluż fid-9 ta' Jannar 2008 tas-Servizz tal-Verifika Interna tal-Parlament Ewropew intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”;

tikkundanna il-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-11 ta' Ġunju 2008, ir-rikorrenti talbet lill-Parlament Ewropew għal aċċess għar-Rapport Annwali 2006 tas-Servizz tal-Verifika Interna tal-Parlament Ewropew, li jinkludi is-16-il rapport ta' verifika msemmija fil-paragrafu 24 tar-Reżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008. B'ittra tat-23 ta' Ġunju 2008, ir-rikorrenti ngħatat aċċess parzjali għal wieħed mir-rapporti, ir-Rapport Intern ta' Verifika 07/01, u għamel applikazzjoni konfermatorja fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 1049/2001 (1) għal aċċess sħiħ għas-16-il rapport ta' verifika. B'ittra tal-11 ta' Awwissu 2008, li r-rikorrenti saret taf biha fl-20 ta' Awwissu 2008, il-Viċi President tal-Parlament Ewropew laqa' l-applikazzjoni u ta aċċess għal 13 mir-Rapporti Interni ta' Verifiki mitluba, aċċess parzjali għal 2 mir-rapporti l-oħra, filwaqt li rrifjutat aċċess għal wieħed minnhom.

Fuq il-bażi tal-applikazzjoni tiegħu magħmula skont l-Artikolu 230 KE u skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni A (2008) 10636 tal-11 ta' Awwissu 2008, safejn din ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex ikollha aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-Servizz Intern ta' Verifika intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vizzjata minn żbalji manifesti ta' liġi u ta' fatt, hija sproporzjonata u tonqos milli tagħti motivazzjoni, billi:

(a)

ma ressqet l-ebda raġunijiet ammissibbli skont il-liġi għar-rifjut ta' aċċess;

(b)

tuża marġini ta' diskrezzjoni li m'għandhix, billi ma ħaditx inkusiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni;

(ċ)

ma ressqet l-ebda raġunijiet leġittimi għar-rifjut tal-aċċess taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

(d)

naqset milli tikkunsidra jekk kienx hemm interess pubbliku prevalenti fuq ir-raġunijiet għal rifjut bħala sekondarji;

(e)

il-Viċi President naqas milli jistabbilixxi li l-interessi tad-demokrazija, ftuħ u t-trasparenza huma interessi pubbliċi prevalenti fuq ir-raġunijiet għal rifjut;

(f)

hija rrikonnoxxiet li r-Rapport Intern ta' Verifika għamel rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni fi ħdan il-proċess regolatorju u leġiżlattiv jew naqset milli ssib li l-interessi tad-demokrazija, ftuħ u t-trasparenza fil-proċess regolatorju u leġiżlattiv huma kwistjonijiet ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadin li jikkostitwixxu interess pubbliku prelevanti fl-iżvelar.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001 L 145, p. 43).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/37


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2008 — Umbach vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/08)

(2009/C 32/73)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter C. Umbach (rappreżentant: M. Stephani, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Settembru 2008, Nru SG.E.3/MV/psi D(2008) 6991.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li huwa jkollu aċċess sħiħ u illimitat għal dokumenti relatati ma' programm TACIS u ma' kuntratt TACIS li r-rikorrent kien parti fih. Ir-rikorrent isostni li l-aċċess għad-dokumenti inkwistjoni huwa neċessarju għad-difiża tiegħu fil-kuntest ta' rikors għar-rimbors tal-ammont imħallas lilu, ippreżentat kontrih mill-Kummissjoni wara li ġie xolt il-kuntratt TACIS.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka, minn naħa, il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari, il-ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal smigħ xieraq, peress li, bħala wieħed mill-partijiet, huwa għandu jkollu aċċess sħiħ u liberu għad-dokumenti li huma neċessarji għad-difiża tiegħu u sabiex ikun jista' jasserixxi validament id-drittijiet tiegħu fil-konfront tal-Kummissjoni.

Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent isostni li dritt għall-aċċess sħiħ u liberu għall-atti jirriżulta wkoll mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), safejn il-Kummissjoni, b'mod partikolari, eżerċitat b'mod żbaljat id-diskrezzjoni mogħtija lilha skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-482/08)

(2009/C 32/74)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “Atlas Transport” għat-trasport (trasport ta' oġġetti), klassi 39 (trade mark Komunitarja Nru 545 681)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: A. Hartmann

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għar-revoka milqugħa

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), kif ukoll tar-Regoli 22 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kriterji żbaljati għall-prova tal-użu għal skopijiet kawtelatorji u minn żball ta' evalwazzjoni tal-elementi ta' prova ppreżentati; żball ta' applikazzjoni tal-prinċipji proċedurali li huma d-dritt għal smigħ, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, id-dritt għal stqarrija tar-raġunijiet, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, u s-setgħa diskrezzjonali


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995, L 303, p. 1).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Longevity Health Products vs UASI — Merck (Kids Vits)

(Kawża T-484/08)

(2009/C 32/75)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara ammissibbli r-rikors tal-kumpannija Longevity Health Products, Inc.,

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tat-28 ta' Awwissu 2008 u tirrifjuta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità mressqa minn Merck KgaA kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 979 143, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Kids Vits” fir-rigward ta' prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 979 143)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Merck KGaA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “VIDS4KIDS” fir-rigward ta' prodotti fil-klassi 5 (Reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 3 128 196)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 40/94 (1) peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/39


Appell ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 minn Philippe Bui Van mis-sentenza mogħtija fil-11 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/07, Bui Van vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/08 P)

(2009/C 32/76)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentant: P. Nelissen Grade, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-11 ta' Settembru 2008, fil-Kawża F-51/07;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2007 li tiċħad l-ilment tal-appellant;

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-4 ta' Ottubru 2006 sa fejn ikklassifikat mill-ġdid lill-appellant fil-grad AST 3, skala 2, meta inizjalment kien ikklassifikat fil-grad AST 4, skala 2;

tikkonferma d-deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 li ħatret lill-appellant fil-grad AST 4, skala 2;

tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effeti li jimplika l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari l-klassifika fil-grad AST 4, skala 2, kif ukoll ir-retroattività tal-ħatra għall-grad AST 4, skala 2, mid-data li beda l-funzjonijiet tiegħu;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-11 ta' Settembru 2008, mogħtija fil-kawża Bui Van vs Il-Kummissjoni, F-51/07, li biha t-TSP ikkundanna lill-appellata tħallas is-somma ta' EUR 1 500 lill-appellant bħala danni u ċaħad il-kumplament tar-rikors li kien intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li kklassifikat mill-ġdid lill-appellant fil-grad AST 3 meta inizjalment kien ġie kklassifikat fil-grad AST 4.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni tliet aggravji.

L-ewwel nett, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn tikkunsidra, filwaqt li tirrikonoxxi li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellant, li l-fatt li l-appellant ma nstemax ma għandu ebda konsegwenza fuq ir-regolarità tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.

It-tieni nett, inkonnessjoni mal-motiv li l-appellant ressaq fl-ewwel istanza u li huwa bbażat fuq żball manifest ta' evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipji ta' ċertezza legali u ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, it-TSP ikkonferma, b'mod żbaljat, id-deċiżjoni amministrattiva, tal-4 ta' Ottubru 2006, li naqqset il-grad tal-appellant mill-grad AST 4 għall-grad AST 3 peress li kkunsidra, b'mod żbaljat, li l-aspettattivi leġittimi li invoka l-appellant fl-att tal-ħatra għall-grad AST ma kinux jeżitu, u dan peress li l-appellant kellu jkun jaf, minħabba nota f'qiegħ il-paġna li hemm fl-avviż tal-kompetizzjoni, li l-ħatra tiegħu għall-grad AST 4 kienet irregolari u peress li r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej il-ġodda, applikabbli wara l-avviż ta' kompetizzjoni, setgħu jintużaw kontra tiegħu. L-appellant isostni li l-imsemmija nota ta' qiegħ il-paġna ma tistax temenda d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ fil-mument tal-avviż ta' kompetizzjoni.

It-tielet nett, il-TSP injora, b'mod żbaljat, il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali minkejja li l-Awtorità tal-Ħatra, filwaqt li naqqset il-grad tal-appellant għall-grad AST 3, kienet laqgħet l-ilmenti imressqa minn tliet uffiċjali oħra li essenzjalment jinsabu fl-istess pożizzjoni bħall-appellant.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 — Wessang vs UASI — Greinwald (star foods)

(Kawża T-492/08)

(2009/C 32/77)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Wessang (Zimmerbach, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Greinwald GmbH (Kempten, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Bord tal-Appell tal-UASI fis-17 ta' Settembru 2008;

tilqa' l-oppożizzjoni magħmula minn Nicolas WESSANG fis-26 ta' Settembru 2005 kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark STAR FOODS + grafika Nru 004105615;

tiċħad din l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 004105615 kollha kemm hija;

tordna lill-kumpannija Greinwald GmbH tbati l-ispejjeż kollha mġarrba minn Nicolas WESSANG fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni, fil-proċedimenti ta' appell u f'dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Greinwald GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “star foods” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — Applikazzjoni Nru 4 105 615

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks figurattiva u verbali Komunitarji “STAR SNACKS” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: Skont ir-rikorrent, teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks konfliġġenti, billi dawn jixxiebhu ħafna kemm minn perspettiva viżwali kif ukoll minn perspettiva fonetika jew kunċettwali u jirrigwardaw prodotti li jixxiebhu, jew li saħansitra huma identiċi.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Rikors ippreżentat fll-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/08)

(2009/C 32/78)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Aarhus. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tad-9 ta' Ottubru 2008. Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut tal-Kummissjoni jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija tafferma, qabel kollox, li l-Kummissjoni wettqet exami ġenerali minnflok eżami individwali tad-dokumenti li għalihom hija talbet aċċess. Hija ssostni b'mod partikolari li l-Kummissjoni ma evalwatx suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi l-eżistenza ta' riskju preċiż, reali u prevedibbli li jiġu ppreġudikati l-interessi protetti previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament. Barra minn hekk, hija ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li l-iżvelar parzjali tad-dokumenti kien jippreġudika l-protezzjoni tal-pariri legali, l-għanijiet ta' investigazzjoni, jew il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni u, konsegwentement, kisret l-Artikolu 4(6) tar-Regolament, u li ma applikatx b'mod korrett il-prinċipju ta' proporzjonalità. Fl-aħħar, hija ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tad-dritt għal trasparenza u għal ftuħ, li tinvoka r-rikorrenti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut għal aċċess impliċitu min-naħa tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni ta' din tal-aħħar, tad-9 ta' Otturbu 2008, jiksru l-obbligu ta' motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE u l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-495/08)

(2009/C 32/79)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Iralanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Alghero. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tat-8 ta' Ottubru 2008. ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08 Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/41


Rikors ippreżentat fil-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/08)

(2009/C 32/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Berlin-Schönefeld.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-497/08)

(2009/C 32/81)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/08)

(2009/C 32/82)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Lübeck Blankensee.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/08)

(2009/C 32/83)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Pau. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tat-23 ta' Ottubru 2008. Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/08)

(2009/C 32/84)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Tampere-Pirkkala. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tal-31 ta' Ottubru 2008. Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/08)

(2009/C 32/85)

Lingwa tal-kawża: Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Bratislava. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tas-26 ta' Settembru 2008. Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afganistan

(Kawża T-511/08)

(2009/C 32/86)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unity OSG FZE (Dubai, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: C. Bryant u J. McEwen, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (“EUPOL Afganistan”)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (“EUPOL Afganistan”) (i) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti rigward il-kuntratt għall-provvista ta' servizzi ta' sigurtà u protezzjoni mill-qrib fl-Afganistan, (ii) li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor kif ikkomunikat lir-rikorrenti b'ittra tat-23 ta' Novembru 2008;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Fid-19 ta' Diċembru 2007, ir-rikorrenti kkonkludiet kuntratt mal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (1) (“EUPOL Afganistan”) għall-provvista ta' servizzi tas-sigurtà. F'Settembru 2008, EUPOL Afganistan ħarġet avviż ta' sejħa għal offerti dwar il-provvista ta' servizzi ta' sigurtà u protezzjoni mill-qrib li ġie ppubblikat (2) fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea b'relazzjoni mal-programm “EuropeAid” u skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-Kapitolu 1 tar-Regolament Finanzjarju 1605/2002 (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni 2342/2002 (4).

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-EUPOL Afganistan tat-23 ta' Novembru 2008, li biha r-rikorrenti ġiet informata li l-offerta tagħha ma kinitx intlaqgħet u li l-kuntratt kien se jingħata lil Armor Group, fuq il-bażi tar-raġunijiet segwenti:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut kiser il-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni previsti fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tissottometti li nkisru l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti matul il-proċedura għall-għoti tal-kuntratti kif stabbiliti fl-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikoli 120(2)(d) u 148 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li nkiser ir-rekwiżit li jiġi ppubblikat avviż ta' kuntratt l-ewwel fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, qabel ma jiġi ppubblikat xi mkien ieħor, kif stabbilit fl-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. Skont ir-rikorrenti, dan ir-rekwiżit inkiser minħabba li l-kuntratt ġie ppubblikat l-ewwel fuq il-websajt EuropeAid, minflok fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti ssostni li nkiser ir-rekwiżit li jiġu rrispettati t-termini minimi taħt il-proċedura limitata aċċellerata prevista fl-Artikolu 142(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli jirrispetta r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 158(a) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, għal perijodu ta' waqfien bejn id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt u l-firma tal-kuntratt. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli jipprovdi raġunijiet xierqa, skont l-Artikolu 253 KE.


(1)  Imwaqqfa fit-30 ta' Mejju 2007, skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK (ĠU 2007 L 139, p. 33)

(2)  L-avviż ġie ppubblikat fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tas-7 ta' Ottubru 2008, 2008/S 194-255613.

(3)  ĠU 2002 L 248, p. 1.

(4)  ĠU 2002 L 357, p. 1.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 — Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Mary Quant (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

(Kawża T-522/08)

(2009/C 32/87)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mary Quant Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punti 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata u li jiġu mibdula b'deċiżjoni oħra li permezz tagħha tiġi rreġistrata t-trade mark Komunitarja Nru 3.291.234 għal prodotti mitluba kollha fil-klassi 3 tal-Klassifikazzjoni (li jinkludu “sapun, fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xaghar”) u li MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni, u

tikkundanna lill-UASI u lil kwalunkwe intervenjenti jew kull parti rrappreżentata oħra għall-ispejjeż ta' din il-kawża,

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura roża b'ċentru isfar, fuq sfond aħdar ċar bil-kliem AGATHA RUIZ DE LA PRADA (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.291.234) għal prodotti fil-klassijiet 3, 4, 5, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 24, 25, 27 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura sewda, b'ċentru tal-istess kulur li huwa ddefinit b'ċirkonferenza bajda: trade marks Brittaniċi għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25 u 26, u trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 20, 24, 25 u 26.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 — Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Mary Quant Cosmetics Japan (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

(Kawża T-523/08)

(2009/C 32/88)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mary Quant Cosmetics Japan Ltd (Tokyo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punti 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata u li jiġu mibdula b'deċiżjoni oħra li permezz tagħha tiġi rreġistrata t-trade mark Komunitarja Nru 3.291.234 għal prodotti mitluba kollha fil-klassi 3 tal-Klassifikazzjoni (li jinkludu “sapun, fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xaghar”) u li MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni, u

tikkundanna lill-UASI u lil kwalunkwe intervenjent jew kull parti rrappreżentata oħra għall-ispejjeż ta' din il-kawża,

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura roża b'ċentru isfar, fuq sfond aħdar ċar bil-kliem AGATHA RUIZ DE LA PRADA (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.291.234) għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 14 u 21, fost oħrajn.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: MARY QUANT Cosmetics Japan Ltd.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta fjura sewda, b'ċentru tal-istess kulur li huwa ddefinit b'ċirkonferenza bajda: trade marks Brittaniċi għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5, u Komunitarja, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs TMT Pragma

(Kawża T-527/08)

(2009/C 32/89)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Moretto, avukat, A.M. Rouchaud-Joët, aġent u F. Mirza, aġent)

Konvenuta: TMT Pragma Srl (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lill-Kummissjoni l-ammont ta' EUR 30 700,23, dovut prinċipalment, flimkien mal-imgħax għal dewmien bir-rata ta' imgħax legali Spanjola, mid-29 ta' Awwissu 2004 sad-data tal-ħlas kollu tad-dejn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta' dan ir-rikors huwa t-talba għall-kundanna tal-konvenuta għar-rimbors ta' l-ammont ta' EUR 30 700,23, flimkien mal-imgħax għal dewmien, ammont li jirrappreżenta parti mill-ħlas magħmul mir-rikorrenti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru UR-96-SC.1105, stipulat fil-kuntest tar-IV programm qafas tar-riċerka u żvilupp teknoloġiku. Il-kuntratt, konkluż ma' ċentri Ewropej ta' riċerka oħrajn, kien jipprevedi t-twettieq ta' proġett, imsemmi “integrated urban transport concepts and market orientated urban transport systems/on demand urban transport systems — INTRAMUROS”.

Insostenn tat-talbiet tagħha r-rikorrenti ssostni li mill-verifika tal-kontabbiltà magħmulha f'Ġunju 2000 irriżulta li xi spejjeż personali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn u għal materjal konsumabbli u informatiku, ma kienux iġġustifikati u ma setgħux għalhekk ikunu allokati għall-proġett.

B'nota ta' debitu tal-14 ta' Lulju 2004, il-Kummissjoni poġġiet lill-konvenuta fil-mora sabiex tħallas l-ammont inkwistjoni, bl-eventwali imgħax għal dewmien, f'każ ta' nuqqas ta' ħlas.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-529/08)

(2009/C 32/90)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, abogado, u M. Morales Isasi, abogada)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tal-ittra tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/53778 [COMP/H4/NM/ed D(2008) 247], tat-2 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha qed jintalab li l-irkupru tal-imgħaxijiet, li għalihom jirreferu d-Deċiżjonijiet 2002/820/KE u 2002/892/KE, tal-11 ta' Lulju 2001 (proċess ta' ksur 2007/2215) għandu jitwettaq billi jiġi applikat l-imgħax kompost, u

tikkundanna lill-Kummissjoni ħall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-proċedura għandha bħala suġġett il-kontestazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni, fil-proċedura ta' implementazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-11 ta' Lulju 2001, dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat imwettqa minn Spanja favur l-impriżi ta' Álava fil-forma ta' kreditu ta' taxxa ta' 45 % tal-investimenti (Deċiżjoni 2002/820/KE) u l-iskema ta' għajnuna mill-Istat applikata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda li nħolqu f'Álava (Deċiżjoni 2002/892/KE) (1) tqis li r-rata ta' imgħax applikabbli għall-irkupru hija dik komposta.

Skont ir-rikorrenti, din id-deċiżjoni tikkostitwixxi bidla ċara de facto tal-imsemmija deċiżjonijiet tal-11 ta' Lulju 2001 li, minn naħa, ifisser abbuż manifest ta' poter u att li jmur kontra l-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba. F'dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-applikazzjoni ta' rata ta' imgħax komposta ġiet introdotta għall-ewwel darba fid-dritt Komunitarju mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni 7694/2004, tal-21 ta' April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, p. 1). Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax ratione temporis għad-deċiżjonijiet tal-11 ta' Lulju 2001.

Il-bidla fil-kontenut reali ta' dawn id-deċiżjonijiet, f'dak li jikkonċerna r-rata ta' imgħax applikabbli, li l-Kummissjoni tapplika tfisser, bl-istess mod, ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, li jirriżulta mill-fatt li l-awtorijiet li għandhom l-obbligu li jimplementaw id-deċiżjonijiet tas-11 ta' Lulju 2001, bħal fil-każ tal-impriżi milquta, tqiegħdu f'pożizzjoni differenti fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (u l-impriżi) milquta mid-deċiżjonijiet ta' irkupru ta' għajuna attwali jew qabel Lulju 2001, fejn lilhom ma kinitx intalbet l-applikazzjoni ta' rata ta' imgħax komposta fil-proċedura ta' rkupru ta' għajnuna.

Fl-aħħar nett, skont ir-rikorrenti, flimkien mar-rekwiżit ta' imgħax kompost, il-Kummissjoni qed timponi sanzjoni li mhux prevista mid-dritt Komunitarju.


(1)  Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ġew ikkontestati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza (Kawżi T-227/01 Diputación Floral de Álava u Gobierno Vasco vs Il-Kummissjoni, u T-230/01 Diputación Floral u Gobierno Vasco vs Il-Kummissjoni, li għadhom sub iudice).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Guipúzcoa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-530/08)

(2009/C 32/91)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, abogado u M. Morales Isasi, abogada)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tal-ittra tad-Direttorat Ġeneral tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/53778 [COMP/H4/NM/ed D(2008)247], tat-2 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha huwa mitlub li l-irkupru tal-imgħaxijiet, li għalihom jirreferu d-Deċiżjonijiet 2002/894/KE u 2002/540/KE, tal-11 ta' Lulju 2001 (proċess ta' ksur 2007/2215) għandu jitwettaq billi jiġi applikat l-imgħax kompost), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-529/08 Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/48


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/08)

(2009/C 32/92)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, abogado, u M. Morales Isasi, abogada)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità tal-ittra tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/53778 [COMP/H4/NM/ed D(2008)247], tat-2 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha qed jintalab li l-irkupru tal-imgħaxijiet, li għalihom jirreferu d-Deċiżjonijiet 2003/27/KE u 2002/806/KE, tal-11 ta' Lulju 2001 (proċess ta' ksur 2007/2215) għandu jitwettaq billi jiġi applikat l-imgħax kompost), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-529/08 Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/48


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Stichting IEA Secretariat Nederland et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-56/08) (1)

(2009/C 32/93)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/48


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — British Sky Broadcasting Group vs UASI — Vortex (SKY)

(Kawża T-66/08) (1)

(2009/C 32/94)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Schell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal)

(2009/C 32/95)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Arno Schell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament, prinċipalment, tal-listi tal-uffiċjali promossi taħt il-proċeduri ta' promozzjoni 2004 u 2005, safejn dawn il-listi ma jinkludux l-isem tar-rikorrent u, sussidjarjament, tal-attribuzzjoni tal-punti ta' promozzjoni għall-proċeduri ta' promozzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006, p. 18.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Bouis et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni msejħa tat-“tieni filliera’ - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali - Ammissibbiltà)

(2009/C 32/96)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Didier Bouis (Overijse, il-Belġju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Servizz Pubbliku — Fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti la fil-lista ta' meritu u lanqas fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A*13 skont il-proċedura ta' promozzjoni 2005; fit-tieni lok l-annullament tad-deċiżjonijiet li jingħataw punti ta' prijorità tranżitorji, peress li dawn tal-aħħar huma limitati għal punt kull sena ta' senjorità tal-grad; fit-tielet lok, l-annullament tad-deċiżjonijiet li ma jingħatawx punti oħra ta' prijorità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006, p. 49.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Buckingham et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-116/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni msejħa tat-“tieni filliera’ - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali - Ammissibbiltà)

(2009/C 32/97)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Buckingham et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoest, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u Katarzyna Herrmann, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2005, ippubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 85-2005, safejn din id-deċiżjoni ma tagħti lir-rikorrenti, uffiċjali fil-grad A*12, ebda punt ta' prijorità bħala rikonoxximent tax-xogħol imwettaq fl-interess tal-istituzzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2004.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006, p. 66.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Reali vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-136/06) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Esperjenza professjonali - Diploma - Ekwivalenza)

(2009/C 32/98)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enzo Reali (Firenze, l-Italja) [rappreżentant: S.A. Pappas, avocat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Curall u M.Velardo, aġenti]

Suġġett

Servizz Pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tat-30 ta' Awwissu 2006 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, membru tal-persunal kuntrattwali, sabiex jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-grad 14 għall-grad 16 tal-grupp tal-funzjoni IV, minħabba l-valur li għandu jiġi attribwit lid-diploma tiegħu ta' “Laurea in Scienze agrarie” fil-kalkolu tal-esperjenza professjonali tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007, p. 38.