ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
7 ta' Frar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 031/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kriterji ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (il-komunikazzjoni dwar iċ-ċinema) tas-26 ta' Settembru 2001 ( 1 )

1

2009/C 031/02

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.5262 — Bonnier/Schibsted/Retriever Sverige) ( 1 )

2

2009/C 031/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5168 — EADS/SSTL) ( 1 )

3

2009/C 031/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5420 — Kyocera Mita/Triumph-Adler) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 031/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

4

2009/C 031/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 031/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

2009/C 031/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

2009/C 031/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2009/C 031/10

Sejħa għal proposti 2009 — Azzjoni Preparatorja MEDIA International

15

2009/C 031/11

MEDIA 2007 — Żvilupp, Distribuzzjoni, Promozzjoni u Taħriġ — Sejħa għal proposti —EACEA/36/08 — Appoġġ għan-netwerking u l-mobilità ta' studenti u ħarrieġa fl-Ewropa

17

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2009/C 031/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5475 — Atlantia/Acciona/Itínere Chilean assets) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

2009/C 031/13

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

20

 

2009/C 031/14

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kriterji ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (il-komunikazzjoni dwar iċ-ċinema) tas-26 ta' Settembru 2001

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/01)

Kif imħabbar fil-komunkazzjonijiet mill-Kummissjoni tal-2004 (1) u l-2007 (2) li estendew il-validita' tal-kriterji ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema tal-2001 (3), il-Kummissjoni wettqet studju estensiv dwar l-impatt ekonomiku u kulturali tal-obbligi ta' infiq territorjali imposti bl-iskemi ta' appoġġ għall-films. L-istudju kien imniedi fl-24 ta' Awwissu 2006 (4) u sar workshop għall-partijiet interessati fis-6 ta' Lulju 2007 fi Brussell. Ir-riżultati tal-istudju kienu ppublikati fit-22 ta' Mejju 2008 (5).

Ir-rapport finali tal-istudju ma wasal għal ebda konklużjoni dwar l-impatt ekonomiku u kulturali tal-obbligi ta' infiq territorjali imposti bl-iskemi ta' appoġġ għall-films. Għalhekk, ir-riżultati juru l-bżonn ta' riflessjoni ulterjuri qabel ma jkun propost tibdil tal-kriterju ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat preżenti fil-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema ta' l-2001 dwar l-obbligu ta' infiq territorjali, kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tat-Trattat.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kriterji ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat attwali jistgħu għalissa jibqgħu jippromwovu l-ħolqien kulturali u ser jiżguraw li l-għajnuna mogħtija lill-produzzjoni ta' films u dik awdjoviżiva ma taffettwax il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni u kummerċ sa fejn ikun ta' ħsara għall-interess komuni. Madanakollu, numru ta' xejriet differenti tfaċċaw minn żmien il-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema tal-2001 li se jkollhom bżonn l-irfinar ta' dawn il-kriterji fi żmien debitu.

Dawn ix-xejriet jinkludu appoġġ għal aspetti oħra minbarra l-produzzjoni tal-films jew għat-TV (bħal ma huma d-distribuzzjoni tal-films u l-projezzjoni diġitali), iktar skemi reġjonali ta' appoġġ għall-films, kif ukoll kompetizzjoni bejn xi Stati Membru biex jużaw l-għajnuna mill-Istat biex jiġbdu lejhom investiment minn kumpanniji ta' produzzjoni tal-films fuq skala kbira, prinċipalment mill-Istati Uniti. Dawn huma kwistjonijiet kumplessi li se jkollhom bżonn riflessjoni mill-Istati Membri u l-korpi nazzjonali u reġjonali ta' appoġġ għall-films sabiex ikunu żviluppati kriterji xierqa.

B'konsegwenza, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli tapplika l-kriterji attwali sakemm jidħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għal xogħolijiet ċinematografiċi u xogħolijiet oħra awdjoviżivi, jew sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.


(1)  ĠU C 123, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 5.

(3)  ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6.

(4)  ĠU S 173, 12.9.2006, referenża 2006/S 173-183834.

(5)  http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#finalised


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/2


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.5262 — Bonnier/Schibsted/Retriever Sverige)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/02)

Fid-29 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5262 — Bonnier/Schibsted/Retriever Sverige, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5168 — EADS/SSTL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/03)

Fis-17 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5168. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5420 — Kyocera Mita/Triumph-Adler)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/04)

Fil-21 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5420. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-6 ta' Frar 2009

(2009/C 31/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2796

JPY

Yen Ġappuniż

116,7

DKK

Krona Daniża

7,4516

GBP

Lira Sterlina

0,8706

SEK

Krona Żvediża

10,5655

CHF

Frank Żvizzeru

1,5012

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,773

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

28,02

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

292,6

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7035

PLN

Zloty Pollakk

4,5995

RON

Leu Rumen

4,2575

TRY

Lira Turka

2,0891

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9407

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6001

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9228

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4684

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9233

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 764,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,7049

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7453

HRK

Kuna Kroata

7,4045

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 067,29

MYR

Ringgit Malażjan

4,6053

PHP

Peso Filippin

60,4

RUB

Rouble Russu

46,4607

THB

Baht Tajlandiż

44,818

BRL

Real Brażiljan

2,9229

MXN

Peso Messikan

18,3271

INR

Rupi Indjan

62,093


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2009/C 31/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li minn taħt idejhom jgħaddu l-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha tal-euro (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti euro għaċ-ċirkolazzjoni jistgħu joħorġu kwantitajiet determinati ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti tal-euro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv rappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Saarland

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita tirrappreżenta l-knisja ta' San Lwiġi ta' Saarbrücken. Fuq il-bini tal-knisja hemm miktub isem ir-reġjun “SAARLAND” u l-marka taz-zekka rrappreżentata minn waħda mill-ittri “A”, “D”, “F”, “G”, jew “J”. Fuq il-lemin tal-bini jidhru l-ittri inizjali tal-inċiżur Friedrich Brenner, “FB”. Iċ-ċirku ta' barra għandu, fuq in-naħa ta' taħt, l-isem tal-pajjiż minn fejn inħarġet il-munita: “BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND”, u fin-naħa ta' fuq, id-data tas-sena “2009” u 12-il kewba.

Għadd massimu ta' muniti li se jinħarġu: 30 miljun munita

Data approssimattiva tal-ħruġ: Frar 2009

Tinqix mad-dawra ta' barra: “EINIGKEIT UND RECHT UND FREIHEIT” u l-ajkla federali


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ tal-muniti nazzjonali kollha maħruġin fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar tibdiliet fid-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tal-euro.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 31/07)

Numru XA: XA 278/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Département de la Moselle

Skema ta' għajnuna: Aides aux investissements pour le développement de l'utilisation des énergies renouvelables, des bioénergies est des économies d'énergies dans le secteur agricole

Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général de la Moselle du 15 octobre 2007

Nefqa annwali imbassra fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: Massimu ta' EUR 270 000 kif meħtieġ u bbażata fuq ir-riżorsi disponibbli tal-baġit

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna ma għandhiex taqbeż l-intensità massima ta' għajnuniet awtorizzati, iġifieri 40 % fir-reġjuni żvantaġġati u 50 % tal-investimenti eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati (fejn tiżdied b'10 % għall-bdiewa żgħażagħ)

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għad-domanda ta' eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u b'riżerva għad-disponibbilità tal-fondi korrispondenti

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Tliet snin li jibdew jgħoddu mal-walsa tal-avviż għand il-Kummissjoni (bir-riserva ta' fondi korrispondenti)

Għan u tipi ta' għajnuniet: L-għan huwa biex jinbidlu is-sorsi ta' enerġiji li ma jiġġeddux għal sistemi ta' produzzjoni li jiġġeddu u ta' bijoenerġiji destinati biex jiżguraw it-tħaddim mingħajr skossi tal-impriża, filwaqt li tiġi kontenuta l-produzzjoni tal-gass ta' effett serra, mingħajr ma tinbigħ l-enerġija prodotta. Huma eliġibbli l-investimenti indikati hawn isfel li huma utli għat-titjib tal-kwalità u l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali:

proġetti li jagħtu eżempju u li għandhom bilanċ posittiv ambjentali u jipparteċipaw sinifikament għal ġlieda kontra l-gass ta' effett serra (massimu ta' EUR 20 000 f'għajnuniet),

tagħmir għat-tnixxif tas-silla, tal-qamħirrun,

materjali għall-irkupru tas-sħana, eċċ.

Il-qafas tal-għajnuniet għandu jkun ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u r-regoli stabbiliti minnu għandhom jiġu mħarsa kollha

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha tal-Moselle

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'Environnement et de l'Aménagement du Territoire

Division de l'Environnement et de l'Espace Rural (SAEN)

Hôtel du Département

1, rue du Pont Moreau

BP 11096

F-57036 METZ Cedex 1

Websajt: http://www.cg57.fr/front/go.do?sid=site/environnement_1076429797630/gestion_de_l_espace/agriculture

Tagħrif ieħor: Biex tiġi żgurata konformità stretta mal-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament Komunitarju għal kull tip ta' għajnuna mbassra, l-ammont ta' għajnuna jekk meħtieġ għandu jiġi mnaqqas għall-ammont kontribwit minn fondi pubbliċi oħra.

L-għajnuniet għandhom jiġu riservati għall-impriżi li ma jkunu qatt ibbenefikaw minn għajnuniet simili fl-aħħar 5 snin u għal dawk li jkunu ħallsu l-bilanċi dovuti għal każijiet preċedenti.

Numru XA: XA 280/08

L-Istat Membru: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Développement des filières atypiques, démarches qualité, volets “investissements” et “assistance technique”

Bażi ġuridika: L-Artikoli 4 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général de la Moselle du 15 octobre 2007

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema tal-għajnuna: EUR 460 000 fis-sena, EUR 400 000 minnhom għall-“investimenti” u EUR 60 000 għall-“assistenza teknika”

Intensità massima tal-għajnuna: Investimenti

L-għotja massima hija ta' EUR 20 000

Assistenza teknika

L-għajnuna massima trid tkun 80 % tal-ispejjeż sa EUR 3 000 għal kull servizz

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u suġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (suġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli)

L-għan u t-tip ta' għajnuna: L-għan huwa li jkun hemm kontribut għall-konverżjoni ta' ċerti tipi ta' produzzjonijiet agrikoli tad-dipartiment u għall-iżvilupp tal-miżuri biex titjieb il-kwalità fil-livell ta' produzzjoni primarja. Se jkun hemm promozzjoni tal-inizjattivi li jagħtu lok għal-linji ġodda ta' produzzjonijiet li joħolqu valur miżjud fuq azjendi agrikoli, proġetti innovattivi jew proġetti għal-linji atipiċi. Ċerti miżuri se jkunu fil-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 waqt li oħrajn (studji preparatorji) se jkunu fil-qafas tal-Artikolu 15

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-azjendi agrikoli tal-Moselle kollha

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'Environnement et de l'Aménagement du Territoire

Division de l'Environnement et de l'Espace Rural (SAEN)

Hôtel du Département

1, rue du Pont Moreau

BP 11096

F-57036 METZ Cedex 1

Sit tal-internet: http://www.cg57.fr/front/go.do?sid=site/environnement_1076429797630/gestion_de_l_espace/agriculture

Tagħrif ieħor: Sabiex tiġi żgurata konformità stretta mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti Komunitarji għal kull tip ta' għajnuna, il-livell ta' għajnuna se jitnaqqas, fejn hu meħtieġ, għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

L-għajnuniet se jkunu limitati għall-gruppi ta' produtturi li ma bbenifikawx minn għajnuna bħal din fil-ħames snin ta' qabel u dawk li ħallsu l-bilanċ tal-każijiet preċedenti.

Numru XA: XA 282/08

L-Istat Membru: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Diagnostic-conseil pour optimiser les investissements matériels et réduire les coûts de mécanisation (assistance technique)

Bażi ġuridika: L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Article L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général de la Moselle du 15 octobre 2007

Infiq annwali ppjanat skont l-iskema ta' għajnuna: Massimu ta' EUR 68 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli

Intensità massima tal-għajnuna: Ir-rata massima ta' għajnuna hi 80 % skont il-limiti li ġejjin:

EUR 400 għad-dijanjosi tal-konsultazzjoni rigward it-tagħmir,

EUR 500 għad-dijanjosi tal-konsultazzjoni rigward it-tnaqqis tal-ispejjeż mekkaniċi.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u suġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (suġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli)

Għan u tip ta' għajnuna: L-għan huwa li permezz tad-dijanjosi tal-konsultazzjoni u tat-taħriġ, jiġu megħjuna l-bdiewa sabiex jottimizzaw l-investimenti tanġibbli tagħhom billi jagħmlu għażliet rilevanti u jisħqu iktar fuq il-ħarsien u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali.

Il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 se jiġu rispettati

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-azjendi agrikoli kollha fil-Moselle (bdiewa, gruppi ta' bdiewa, CUMA (kooperattivi għall-użu tat-tagħmir agrikulturali))

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'Environnement et de l'Aménagement du Territoire

Division de l'Environnement et de l'Espace Rural (SAEN)

Hôtel du Département

1, rue du Pont Moreau

BP 11096

F-57036 METZ Cedex 1

Sit tal-internet: http://www.cg57.fr/front/go.do?sid=site/environnement_1076429797630/gestion_de_l_espace/agriculture

Tagħrif ieħor: Sabiex tiġi żgurata konformità stretta mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti Komunitarjigħal kull tip ta' għajnuna, il-livell ta' għajnuna se jitnaqqas, fejn hu meħtieġ, għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

L-għajnuniet se jkunu limitati għall-bdiewa li ma bbenefikawx minn għajnuna bħal din fil-ħames snin ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' dawk li ħallsu l-bilanċ tal-każijiet preċedenti

Numru: XA 348/08

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Provincie Fryslân

Titlu tal-iskema jew isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Isem il-benefiċjarju:

S. Jelsma, Mienskerwei 2, 9262 SM Suameer, Nederland

Bażi ġuridika: Kadersubsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Provincie Fryslân 2007

Subsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Provincie Fryslân 2007, Hoofdstuk 1.3. Subsidie agrarische bedrijfsverplaatsing (blz 28).

www.fryslan.nl/pmjp (landbouw, Kadersubsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Provincie Fryslan 2007)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: —

Għajnuna massima ta' darba biss: EUR 178 925

Intensità massima ta' għajnuna: Is-sussidju qiegħed jingħata f'konformità mal-Artikolu 6(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Billi l-impriża tinsab f'żona żvantaġġata fl-ambitu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-intensità massima ta' għajnuna hija ta' 50 %.

It-trasferiment qiegħed isir fl-interess pubbliku, fil-kuntest ta' żvilupp tan-Netwerk Ekoloġiku Nazzjonali (EHS) u t-titjib tal-istrutturi agrikoli, u għandu jipprovdi l-bidwi b'aktar faċilitajiet moderni u żieda fil-kapaċità produttiva tiegħu. L-ispejjeż totali eliġibbli huma EUR 357 850, liema minnhom 50 % jikkwalifikaw għall-għajnuna. L-ispejjeż jiġġarbu bħala riżultat ta' żieda fil-kapaċità tat-tank tat-tkessiħ tal-ħalib, żieda fiż-żona koperta minn twavel tal-ħażna tal-ħaxix tal-għalf u estensjoni tal-postijiet kummerċjali għall-użu ġenerali u l-ħolqien ta' faċilitajiet ta' ħażna aktar moderni, ilqugħ kubiku aktar modern u wiċċ tal-art sod aktar estensiv

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Novembru 2008, jew wara l-konferma tal-irċevuta (inkl. In-numru ta' identifikazzjoni) mill-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: L-aħħar pagament se jitħallas sa Novembru 2010 l-aħħar

Għan tal-għajnuna: Appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Għan sekondarju: Trasferiment ta' impriżi agrikoli fl-interess pubbliku, speċjalment fil-ambitu tal-iżvilupp tan-Netwerk Ekoloġiku Nazzjonali (EHS) u t-titjib tal-istrutturi agrikoli. Qiegħed isir użu mill-Artikolu 6 għat-trasferiment ta' bini tal-farms fl-interess pubbliku, u t-trasferiment għandu jirriżulta b'aktar faċilitajiet moderni u żieda fil-kapaċità produttiva

Settur(i) konċernat(i): L-Agrikoltura

Settur sekondarju: Ix-xogħol fil-qasam tal-ħalib

Isem u l-indirizz tal-Awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Fryslân (Friesland)

Sneekertrekweg 1

Leeuwarden

Postbus 20120

8900 HM Leeuwarden

Nederland

Websajt: www.fryslan.nl/regelgevingeuropa

Isem tal-utent: europa

password: regelgeving

Id-dettalji tal-iskema u l-mappa ta' żoni żvantaġġati jistgħu jinstabu fuq www.fryslan.nl/pmjp (landbouw, Kadersubsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Provincie Fryslan 2007)

Numru: XA 407/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Northern Ireland

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Northern Ireland Fallen Stock Scheme

Bażi ġuridika: L-iskema ma hijiex statutorja.

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa li jippermettu r-rimi ta' prodotti sekondarji tal-bhejjem f'konformità mar-Regolament

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-1 ta' Diċembru 2008-31 ta' Marzu 2009: GBP 0,24 miljun.

Total: GBP 0,24 miljun

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna għall-ispejjeż tal-ġbir ta' karkassi ta' stokk li miet mill-kumpaniji minn kuntrattur approvat hija sa 100 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-intensità ta' għajnuna għall-ispejjeż għar-rimi permezz ta' proċessar bis-sħana jew bl-inċinerazzjoni ta' karkassi minn kuntrattur approvat hija sa 75 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Id-data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Diċembru 2008 jew fil-publikazzjoni tal-iskema fuq il-websajt tal-Kummissjoni, liema wieħed jiġi l-aħħar

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-iskema għandha tibda fl-1 ta' Diċembru 2008 jew fil-publikazzjoni tal-iskema fuq il-websajt tal-Kummissjoni, liema wieħed jiġi l-aħħar. L-iskema se tagħlaq fil-31 ta' Marzu 2009. L-aħħar data għall-applikazzjoniet hija l-31 ta' Marzu 2009

L-għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hija l-istess bħan-National Fallen Stock Scheme (Ir-Renju Unit) XA 168/07 li tagħlaq f'Novembru 2008 jiġifieri sabiex tipprovdi sistema volontarja megħjuna mill-Istat ta' ġbir u ta' rimi ta' stokk li miet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Madankollu, l-element ta' għajnuna notifikat f'din l-iskema ġdida ta' għajnuna hija limitata għall-SMEs tal-Irlanda ta' Fuq attivi fil-produzzjoni tal-bhejjem għal ġbir u għal rimi ta' stokk li miet fl-Irlanda ta' Fuq biss

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna: Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa:

Department of Agriculture and Rural Development

Environmental Policy Branch

Room 654

Dundonald House

Upper Newtownards Road

BT4 3SB Belfast

Northern Ireland

L-organizzazzjoni li qed tħaddem l-iskema hija:

The National Fallen Stock Company Ltd

Stuart House

City Road

PE1 1QF Peterborough

Websajt: http://nfsco.co.uk/news/press-releases/northern-ireland-members/

Tagħrif ieħor: In-National Fallen Stock Scheme (Ir-Renju Unit) XA 168/07 tagħlaq f'Novembru 2008. L-iskema li ġiet notifikata issa tapplika għall-SMEs fl-Irlanda ta' Fuq biss.

Il-Kummissjoni qegħda tiġi mistiedna tinnota li:

il-kumpanija National Fallen Stock Company fil-preżent titlob miżata annwali tas-sħubija ta' GBP28 kull sena lill-membri tan-National Fallen Stock Scheme (Ir-Renju Unit) XA 168/07. Minnflok, mill-1 ta' Diċembru 2008 huma se jipproponu ħlas mill-membri ta' tariffa amministrattiva żgħira għax-xhur li huma jagħmlu użu mill-Iskema,

huwa mistenni bdil fin-National Fallen Stock Scheme fejn se tiġi mħabbra lill-kumplament tar-Renju Unit f'Jannar 2009.

Aktar tagħrif iddettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jinsabu fuq il-ħolqa virtwali li tidher hawn fuq


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 31/08)

In-numru tal-XA: XA 350/08

L-Istat Membru: Il-Finlandja

Ir-reġjun: Il-Finlandja

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon avustaminen

Il-bażi ġuridika: Valtionavustuslaki (2001/688) 6-8 §

Valtioneuvoston asetus maataloustuotteiden markkinoinnin ja tuotannon kehittämisen avustamisesta (606/2008)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Baġit totali annwali ta' EUR 3 miljun. L-għajnuna għandha tapplika fis-snin ta' bejn l-2009 u l-2013

L-intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Id-data tal-implimentazzjoni:

It-tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali:

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata lill-assoċjazzjonijiet pubbliċi rreġistrati jew lil entitajiet oħra fis-settur pubbliku. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

L-għajnuna hija bbażata fuq l-Artikolu 15

Is-settur/i kkonċernat/i: Il-kodiċi tan-NACE

A1- Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba u tal-bhejjem, il-kaċċa u l-attivitajiet relatati ta' servizz

Prodotti tal-Anness I

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Is-sit tal-internet: http://www.mmm.fi/fi/index/etusivu/maatalous/tuet/markkinoinnin_kehittaminen.html

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tingħata u tiġi amministrata mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Forestrija. L-għajnuna tammonta għal EUR 3 miljun kull sena, jiġifieri għal total ta' EUR 15-il miljun fis-snin 2009 sal-2013, inklużi. L-għajnuna tista' tingħata għall-proġetti nazzjonali l-kbar ta' żvilupp tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, fejn jiġi enfasizzat l-għarfien tal-kwalità tal-prodotti agrikoli, il-kultura tal-ikel, jew drawwiet tajba tal-ikel u l-bdil tal-informazzjoni assoċjata.

Proġett jista' jinvolvi attivitajiet biex jiġu żviluppati l-kummerċjalizzazzjoni u l-produzzjoni, bħall-provvista tal-informazzjoni, l-istudji, it-taħriġ u s-servizzi ta' pariri għall-bdiewa, il-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi kummerċjali tal-ikel, il-fieri u l-wirjiet. Il-gruppi fil-mira tal-proġett jistgħu jkunu l-bdiewa, il-konsumaturi jew dawk involuti fil-kummerċ tal-ikel bħall-kċejjen professjonali, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-esperti fil-midja jew l-esperti tan-nutrizzjoni.

L-għajnuna taħdem b'tali mod li entitajiet li ma jagħmlux profitt jużaw l-għajnuna li jirċievu biex jattivaw gruppi oħra fil-mira bħall-konsumaturi jew proġetti li minnhom jibbenefikaw il-bdiewa. Per eżempju, proġett li jipprovdi informazzjoni fuq il-benefiċċji nutrizzjonali tal-prodott jista' jkollu fil-mira lill-konsumaturi iżda l-bdiewa li jipproduċu l-prodotti inkwistjoni jistgħu wkoll jibbenefikaw b'mod indirett minnu peress li din it-tip ta' informazzjoni tista' żżid il-valur tal-prodott u għalhekk indirettament iżżid ukoll il-konsum tiegħu.

Il-proġetti ma għandhomx isemmu l-oriġini tal-prodott, prodotti jew ditti individwali u għandhom ikunu konformi mal-Att dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern. Dawn il-miżuri huma maħluqa b'mod li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.

L-intensità tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna.

Il-pubbliċità

Il-pubbliċità tista' tinvolvi, per eżempju, staġuni u temi tal-ikel li jżidu l-interess tal-konsumaturi fl-ikel li jippromwovi s-saħħa u l-benesseri. Minbarra dan, jistgħu jiġu ppublikati wkoll riċetti fi ktieb elettroniku tat-tisjir jew permezz tal-midja, per eżempju.

Attivitajiet oħra jistgħu ikunu aġġornamenti, laqgħat, żjajjar u wirjiet fuq suġġetti attwali li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-ikel agrikolu għall-ġurnalisti tal-ikel, tal-konsumaturi jew tal-finanzi u għall-iskejjel.

Siti tal-internet u materjali ta' studju fuq l-internet (li jistgħu jkunu wkoll stampati) jistgħu wkoll jiġu żviluppati, u jfornu informazzjoni, per eżempju, fuq il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-karatteristiċi u l-użu tal-għasel.

Il-“kampanja tal-infermiera” għandha l-għan li ttejjeb it-tagħrif dwar nutrizzjoni bnina min-naħa tal-infermiera tas-saħħa pubblika u tal-ġenituri u li trawwem aġir nutrizzjonali għall-familji bit-tfal billi jiġu pprovduti l-informazzjoni u l-għodda li jappoġġaw għażliet tal-ikel li jippromwovu s-saħħa u l-benesseri.

Il-kantins tal-iskejjel u oħrajn simili jistgħu jipprovdu informazzjoni fuq kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-prodotti organiċi. Il-pubbliċità tistà tkun teħtieġ ukoll diversi studji ta' riċerka bħal xogħol ta' strateġija, riċerka tas-suq jew ħarġiet ta' studju.

It-taħriġ

It-taħriġ tal-bdiewa jinkludi taħriġ dwar il-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir, li jinvolvi per eżempju l-eżami dwar żewġ sa erba' pjantiet jew faqqigħat kull darba, u dawk li jgħaddu mill-eżami b'suċċess titniżżlilhom nota fuq il-'kard tagħhom għall-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir'. Il-korsijiet ta' taħriġ dwar il-ġbir tal-faqqiegħ u tal-frott iż-żgħir jistgħu jiġu organizzati biss f'dawk iż-żminijiet tas-sena meta l-prodotti li jkun qed isir l-istudju dwarhom ikunu jinstabu fis-selvaġġ.

Il-bdiewa jeħtieġu informazzjoni, per eżempju, fuq il-karatteristiċi tal-prodotti organiċi sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-produzzjoni. Sabiex jiġi promoss dan il-għan, it-taħriġ se jiġi organizzat f'kollaborazzjoni mal-entitajiet industrijali.

Il-bdil tal-informazzjoni

Il-bdil tal-informazzjoni jista' jinvolvi l-organizzazzjoni ta' fieri, preżentazzjonijiet, kompetizzjonijiet jew attivitajiet oħra li jippromwovu l-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-industrija tal-ikel, u l-parteċipazzjoni fihom.

Il-pariri

L-għajnuna tista' tingħata wkoll lis-servizzi ta' pariri għall-bdiewa.

Numru XA: XA 353/08

Stat Membru: Il-Finlandja

Reġjun: Il-pajjiż kollu

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Elintarviketalouden laatujärjestelmien kehittäminen

Bażi ġuridika: Valtionavustuslaki (688/2001), Valtioneuvoston asetus elintarviketalouden laatujärjestelmien kehittämisen avustamisesta (638/2008)

Nefqa annwali prevista skont l-iskema: EUR 1,2 miljuni/sena. L-għajnuna għandha tapplika fis-snin ta' bejn l-2009 u l-2013

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna

Id-data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna:

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata lill-assoċjazzjonijiet pubbliċi rreġistrati u lill-organizzazzjonijiet, awtoritajiet governattivi jew lil entitajiet oħra fis-settur pubbliku. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) konċernat(i): Il-kodiċi NACE

A1- Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' u tal-bhejjem, il-kaċċa u l-attivitajiet relatati ta' servizz

Prodotti tal-Anness I

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Maa- ja metsätalousministeriö

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Websajt: http://www.laatuketju.fi/laatuketju/www/fi/hankkeet/index.php

www.finlex.fi

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tingħata u tiġi amministrata mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Forestrija. L-għajnuna tammonta għal EUR 1,2 miljun kull sena, iġifieri għal total ta' EUR 6 miljun fis-snin 2009 sal-2013, inklużi. L-għajnuna tista' tingħata għall-proġetti ta' żviluppi nazzjonali li timplimenta l-istrateġija tal-kwalità tal-ikel ikkoordinata mill-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Forestrija. Il-proġetti għandhom itejbu l-kompettività tal-industrija tal-ikel, issaħħu l-kontabbilità soċjali tagħha (li tinkludi l-iżvilupp ta' sistemi ta' traċċabilità u tal-konformità ma' politiki etiċi) u jżidu l-għarfien tal-konsumatur tal-attivitajiet tal-industrija tal-ikel.

Jista' jiġi implimentat proġett fil-forma ta' miżuri sew biex titjib il-kwalità tal-prodotti tal-ikel primarju jew tat-tħaddim jew biex titjib il-kwalità tal-ikel jew tal-attivitajiet, eżempji huma l-provvista tal-informazzjoni, studji, taħriġ u parriri lill-produtturi jew l-organizzazzjoni tal-bdil tal-informazzjoni bejn dawk li jaħdmu fl-industrija tal-ikel primarju. Il-gruppi fil-mira tal-proġett jistgħu jinkludu produtturi agrikoli, il-konsumaturi jew dawk involuti fil-kummerċ tal-ikel bħall-kċejjen professjonali, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-esperti fil-midja jew l-esperti tan-nutrizzjoni. Il-benefiċjarju aħħari huwa l-bidwi li huwa meqjus bħala SME involut fil-produzzjoni primarja.

Is-sistema ta' għajnuna taħdem b'tali mod li l-benefiċjarji (assoċjazzjonijiet reġistrati u organizzazzjonijiet, istituti ta' riċerka, awtoritajiet governattivi u entitajiet pubbliċi oħra) jużaw l-appoġġ provdut biex jiġu implimentati proġetti nazzjonali l-aktar għal benefiċċju tal-katina tal-ikel kollha. Per eżempju, proġetti li jippublikaw ix-xogħol imwettaq biex titjieb il-kwalità tal-prodott f'tali settur ta' produzzjoni jistgħu jolqtu il-konsumaturi. Madankollu, barra il-konsumaturi, il-proġett jista' indirettament jibbenefikaw l-bdiewa li jipproduċu l-prodotti inkwistjoni. Din it-tip ta' informazzjoni tista' żżid il-kunfidenza sew fil-produzzjoni u sew fil-prodott u fl-istess waqt iżżid il-valur tal-prodott, biex b'hekk jiżdied il-kunsum tiegħu.

Il-proġetti ma għandhomx isemmu l-oriġini tal-prodott, prodotti jew ditti individwali u għandhom ikunu konformi mal-Att dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern. Dawn il-miżuri huma maħluqa b'mod li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni.

L-intensità ta' għajnuna ta' 100 % pprovduta taħt ir-regoli tal-Komunità hija limitata b'Sezzjoni 6 tal-Att Finlandiż dwar it-Trasferimenti Diskrezzjonali tal-Gvern, skont liema l-ħlas ta' kumpens totali huwa possibbli biss fejn ikun iġġustifikat u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-għajnuna.

Il-pubbliċità

Il-pubbliċità tista' ma tinkludix ir-reklamar.

L-attivitajiet li ġejjien jikkostitwixxu publiċità awtorizzata:

artikoli tal-midja u stqarrijiet (eż fuq meżżi ġodda biex jiżguraw il-benessri tal-bhejjem domestiċi jew fuq sistemi ta' bdil elettronika ta' dejta għall-monitoraġġ tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli);

aġġornamenti, laqgħat, żjajjar u wirjiet fuq suġġetti attwali li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-ikel agrikolu għall-ġurnalisti tal-ikel, tal-konsumaturi jew tal-finanzi u għall-iskejjel;

l-iżvilupp ta' websajts u ta' materjali ta' studju virtwalment, fejn jistgħu ikunu ukoll f'forma stampata (eż. rekwiżiti ta' iġene għal ġbir tal-frott żgħir, jiġi żgurat li l-qmuħ huma ħielsa mill-mard, dispożizzjonijiet ta' benessi tal-bhejjem, prattiċitajiet ta' biedja konsistenti ma żvilupp sostenibbli jew drittijiet tal-konsumatur u stennijiet) u

pubbliċità għall-kċejjen professjonali (canteens fl-iskejjel jew stabbilimenti simili oħra), eż materja dwar ix-xiri ta' prodotti lokali.

Il-pubbliċità tistà teħtieġ ukoll diversi studji ta' bażi bħal xogħol ta' strateġija, riċerka tas-suq jew ħarġiet ta' studju.

It-taħriġ

It-taħriġ għall-prodotturi ta' prodotti agrikoli jista' jinvolvi, per eżempju, taħriġ ta' iġene għal minn jiġbor il-frott żgħir fejn huma jiġu aktar familjarji mal-prattika ta' iġene tajba għall-ġbir u għat-trasport. Jista' ukoll ikopri, per eżempju, spezzjoni għas-saħħa tal-bhejjem u ta' żamma ta' informazzjoni elettronika.

Il-bdil tal-informazzjoni

Il-bdil tal-informazzjoni jista' jinvolvi l-organizzazzjoni ta' preżentazzjonijiet, kompetizzjonijiet jew attivitajiet oħra li jippromwovu l-bdil tal-informazzjoni bejn l-operaturi tal-industrija tal-ikel, u l-parteċipazzjoni fihom.

Il-pariri

L-għajnuna tista' tingħata wkoll lis-servizzi ta' pariri għall-produtturi ta' prodotti agrikoli

Numru: XA 398/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: North-East England

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Living North Pennines

Bażi ġuridika: National Heritage Act (1980)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: GBP 76 508

L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hija sa 100 %, li għandha tintuża għall-ispejjeż attwali mġarrba għall-investiment jew xogħoljiet kapitali maħsuba għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv tal-impriżi agrikoli. L-għajnuna għandha titħallas f'konformità mal-Art 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-28 ta' Novembru 2008 jew mill-publikazzjoni tal-iskema mill-Kummissjoni Ewropea, skont liema waħda tiġi l-aħħar

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fit-28 ta' Novembru 2008 jew mill-publikazzjoni tal-iskema mill-Kummissjoni Ewropea, skont liema waħda tiġi l-aħħar. Għandha tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2010. L-aħħar ħlas għandu jsir fil-31 ta' Diċembru 2010

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna f'xogħoljiet kapitali hija maħsuba għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv tal-azjendi agrikoli. Ix-xogħol li għandu jsir jinkludi r-restawr tal-ħitan tal-istruttura permezz ta' tiswijiet u tikħil tal-fili tal-istruttura sabiex ma titħalliex taqgħa. Dan huwa f'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) konċernat(i): Agrikoltura — In-negozju tal-farm għandu jiġi kklassifikat bħala impriża żgħira jew ta' daqs medju (SME) skont l-Artikolu 2.5 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Heritage Lottery Fund

St Nicholas Building

St Nicholas Street

NE1 1RF Newcastle Upon Tyne

United Kingdom

Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa:

Durham County Council

County Hall

DH1 5UL Durham

United Kingdom

L-organizzazzjoni li qed tħaddem l-iskema hija:

The North Pennines AONB Partnership

Weardale Business Centre

The Old Co-op Building

1 Martin Street

Stanhope

DL13 2UY County Durham

United Kingdom

Websajt: http://www.northpennines.org.uk/getmedia.cfm?mediaid=11391

Tagħrif ieħor: Aktar tagħrif iddettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jinsabu fuq il-ħoloq virtwali li jidhru hawn fuq.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/09)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Il-Gżejjer Kanarji (Gran Canaria-Tenerife tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, Gran Canaria-Fuerte Ventura, Lanzarote, El Hierro, Tenerife tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar-La Gomera-La Palma, La Palma-Lanzarote)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku

Id-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Dirección General de Aviación Civil

Sudireción General de Transporte Aéreo

Area de Explotación

Tel.: (34-91) 59 77 505

Fax (34-91) 59 78 643

E-mail: mmederos@fomento.es


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/15


Sejħa għal proposti 2009 — Azzjoni Preparatorja MEDIA International

(2009/C 31/10)

1.   L-għanijiet u d-deskrizzjoni

L-Azzjoni Preparatorja MEDIA International hija maħsuba biex teżamina u tittestja attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-professjonisti Ewropej tal-films u l-professjonisti minn pajjiżi terzi. Tkopri:

appoġġ għat-taħriġ,

appoġġ għad-distribuzzjoni,

appoġġ għall-promozzjoni,

appoġġ għall-iżvilupp ta' netwerks taċ-ċinema,

appoġġ għad-domanda dejjem akbar tal-udjenza.

Fl-ambitu tal-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009, il-Kummissjoni qed tistieden lill-kandidati biex iressqu l-proposti.

2.   Il-Kandidati Eliġibbli

Is-sejħa hija miftuħa għal proposti minn entitajiet ġuridiċi fis-27 Stat Membru tal-UE u kwalunkwe pajjiż terz. Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009.

3.   Il-Baġit għall-proġetti

L-ammont massimu disponibbli li jaqa' taħt din is-sejħa għal proposti huwa ta' EUR 4,96 miljun.

L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż 50 %, 75 % jew 80 % tal-ispejjez totali eliġibbli, skond in-natura tal-attività.

Il-kontribut finanzjarju se jingħata fil-forma ta' għotja.

4.   L-evalwazzjoni u l-għażla

Il-proposti mressqa se jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Il-kriterji użati fl-evalwazzjoni huma definiti fil-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009. Il-proposti li jgħaddu mill-evalwazzjoni b'suċċess jiġu kklasifikati f'ordni skond il-kwalità.

Il-proċess ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet mill-Kummissjoni huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

5.   Id-data tal-għeluq biex jintbagħtul-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mit-2 ta' Ġunju 2009 lil:

Ms Aviva Silver

European Commission

Directorate-General Information Society and Media

Directorate A — Audiovisual, Media and Internet

Unit A2 — MEDIA programme and media literacy

Office BU33 02/005

B-1049 Brussels

6.   Id-dettalji kollha

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, flimkien mal-Programm ta' Ħidma għall-Azzjoni Preparatorja MEDIA International għall-2009, il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni, jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tas-sejħa għall-proposti u għandhom jitressqu fuq il-formola pprovduta.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/17


MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għal proposti —EACEA/36/08

Appoġġ għan-netwerking u l-mobilità ta' studenti u ħarrieġa fl-Ewropa

(2009/C 31/11)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta' sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jħeġġeġ l-iskambji u l-kooperazzjoni, li jappoġġja n-netwerking ta' dawk l-Ewropej involuti fit-taħriġ, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ u l-imsieħba tas-settur awdjoviżiv. Għandu l-għan ukoll li jħeġġeġ il-mobilità tal-istudenti u l-ħarrieġa fl-Ewropa.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa immirat lejn konsorzji pan-Ewropej ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ u l-imsieħba tas-settur awdjoviżiv li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-programm MEDIA msemmija hawn fuq kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Dawn l-azzjonijiet li ġejjin u l-attivitajiet tagħhom, li jseħħu fil-pajjiżi MEDIA, huma eliġibbli.

Azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti awdjoviżivi futuri biex jifhmu u jintegraw dimensjoni Ewropea f'xogħolhom billi jtejbu l-għarfien espert fl-oqsma li ġejjin:

taħriġ fil-ġestjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali,

taħriġ f'teknoloġiji awdjoviżivi ġodda,

taħriġ fl-iżvilupp tal-proġett tal-iskripts.

It-tul tal-azzjoni (kemm iddum l-eliġibilità tal-ispejjeż) huwa ta' 12-il xahar (sa massimu ta' 18-il xahar meta jkun hemm ġustifikazzjoni xierqa).

L-azzjoni trid issir bejn l-1 ta' Settembru 2009 u t-30 ta' Ġunju 2011.

4.   Kriterji għall-għoti

Il-punti għall-applikanti eliġibbli se jiġu allokati minn total ta' 100 abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li jmiss:

il-kwalità tal-kontenut tal-attività (20 punt),

il-ġestjoni tal-proġett (20 punt),

il-kwalità tal-konsorzju (20 punt),

id-dimensjoni Ewropea (20 punt),

l-impatt (20 punt).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta' EUR 1 900 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tingħata hija sussidju. L-assistenza finanzjarju mill-Kummissjoni ma tistax taqbeż il-50 % jew il-75 % tal-ispejjeż kollha eliġibbli.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2009 u f'dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Agency (EACEA)

Call for proposals EACEA 36/2008/“MEDIA Support for the networking and mobility of students and trainers in Europe”

Mr Constantin Daskalakis

BOUR 03/30

Avenue du Bourget 1

B-1140 Brussels

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmati kif dovut mill-persuna intitolata li tidħol għal impenji li jorbtu legalment għan-nom tal-organizzazzjoni li qed tapplika biss jiġu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b'fax jew email ikunu rifjutati.

7.   Tagħrif sħiħ

It-test kollu tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/information_society/media/exhibit/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida, jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test tas-sejħa.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5475 — Atlantia/Acciona/Itínere Chilean assets)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 31/12)

1.

Fit-30 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Atlantia S.p.A. (l-Italja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill u flimkien mal-impriża Acciona (Spain), il-kontroll konġunt ta' parti mill-impriża Itínere (Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Atlantia: Awtostradi fejn titħallas taxxa għall-użu tat-triq fl-Italja u barra mill-Italja,

għall-impriża Acciona: L-infrastrutturi, l-enerġija, l-ilma u s-servizzi konċessjonarji,

ġħall-impriża Itínere: L-assi li għalihom tirreferi n-notifika huma l-awtostradi fejn titħallas taxxa għall-użu tat-triq fiċ-Ċili.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5475 — Atlantia/Acciona/Itínere Chilean assets, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/20


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

(2009/C 31/13)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan qed javża li rċieva applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi.

Iż-żona koperta mill-applikazzjoni tinsab fil-provinċja tal-Brabant tat-Tramuntana u hija definita kif ġej:

(a)

linja dritta mill-punt P għall-punt A li tasal sal-intersezzjoni ta' dik il-linja mal-linja stipulata f'nofs ix-xmara Amer, ħdejn il-punt B;

(b)

imbagħad il-linja li tifforma l-linja ċentrali tax-xmara Amer u wara dak il-Bergsche Maas mill-intersezzjoni msemmija bħala “(a)” sal-punt C, li jinsab fiċ-ċentru tal-Bergsche Maas;

(c)

imbagħad linji dritti bejn il-pari ta' punti C-D u D-E;

(d)

imbagħad linja dritta li tgħaddi mill-punt E għall-punt F sal-intersezzjoni mal-linja li tifforma l-linja f'nofs ix-xmara Amer, ħdejn il-punt F;

(e)

imbagħad linja li tifforma ċ-ċentru tal-Bergsche Maas mill-intersezzjoni msemmija f'“(d)” sal-punt fejn dik il-lija taqsam il-linja tal-koordinat x = 137100,00, ħdejn il-punt G;

(f)

imbagħad il-linja tal-konfini bejn il-provinċji ta' Gelderland u Brabant tat-Tramuntana mill-intesezzjoni msemmija f'“(e)” sal-intersezzjoni mal-linja mill-punt J sal-punt I, ħdejn il-punt H;

(g)

imbagħad linja dritta mill-intersezzjoni msemmija f'“(f)” sal-punt I;

(h)

imbagħad linja dritta mill-punt I sal-punt J sal-intersezzjoni mal-linja bejn il-punti bil-koordinati x = 164000,00, y = 421000,00 u x = 189000,00, y = 373000,00, ħdejn il-punt K;

(i)

imbagħad linja dritta mill-intersezzjoni msemmija f'“(h)” sal-intersezzjoni tal-linja dritta mill-punt N sal-punt M mal-linja bejn il-punti bil-koordinati x = 164000,00, y = 421000,00 u x = 189000,00, y = 373000,00, ħdejn il-punt L;

(j)

imbagħad linja dritta bejn l-intersezzjoni msemmija f'“(i)” u l-punt M;

(k)

imbagħad linji dritti bejn il-pari ta' punti M-N, N-O u O-P

Il-koordinati tal-punti msemmija huma kif ġejjin:

Il-punt

X

Y

A

115338.00

413290.00

B

115338.00

413678.55

C

120700.00

414650.00

D

120000.00

418500.00

E

135000.00

418500.00

F

136200.28

416299.48

G

137100.00

416580.00

H

153173.00

419368.00

I

153329.00

419368.00

J

162400.00

419368.00

K

164850.00

419368.00

L

187645.83

375600.00

M

186939.00

375600.00

N

151430.00

375600.00

O

130074.00

390264.00

P

115338.00

390264.00

Iż-żona definita bil-punti li ġejjin u l-linji dritti ta' bejniethom ma tifformax parti miż-żona deskritta hawn fuq:

Il-punt

X

Y

1

130074.00

416300.00

2

130074.00

416300.00

3

130074.00

393000.00

4

130074.00

393000.00

Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' triangulazzjoni nazzjonali (“RD”).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-limiti, il-medda tkopri 2 026 km2.

B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (“Mijnbouwwet”) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (“Staatsblad”) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta' kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona definita bil-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt

ALP A/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

Nederland

Applikazzjonijiet li jaslu wara tmiem dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Għal aktar informazzjoni ċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: (31-70) 379 77 62.


7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.