ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
24ta' Jannar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 019/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 6, 10.1.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 019/02

Kawża C-84/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi — Studji mwettqa f'Ċentru ta' studji Liberi li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti — Ottiku)

2

2009/C 019/03

Kawża C-151/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Theologos-Grigorios Chatzithanasis vs Ypourgos Ygeias kai Koinonikis Allilengyis, OEEK (Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis) (Direttiva 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi — Studji mwettqa f' Ċentru ta' studji Liberi li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti — Ottiku)

2

2009/C 019/04

Kawża C-221/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg (Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra — Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali — Artikolu 18(1) KE)

3

2009/C 019/05

Kawża C-247/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/35/KE — Tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent — Parteċipazzjoni pubblika — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

3

2009/C 019/06

Kawża C-249/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE u 30 KE — Direttiva 92/43/KE — Miżura li għandha effett ekwivalenti — Awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma ta' gajdri u molluski ta' speċi indiġeni li joriġinaw minn Stati Membri oħra — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tal-ħajja tal-annimali — Żamma tal-bijodiversità u konservazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-interess tas-sajd)

4

2009/C 019/07

Kawża C-252/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Intel Corporation Inc. vs Cpm United Kingdom Limited (Direttiva 89/104/KEE — Trade marks — Artikolu 4(4)(a) — Trade marks li għandhom reputazzjoni — Protezzjoni kontra l-użu ta' trade mark identika jew simili sussegwenti — Użu li jieħu jew li jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew huwa jew jista' jkun ta' detriment għalihom)

4

2009/C 019/08

Kawża C-317/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mibdija minn Lahti Energia Oy (Direttiva 2000/76/KE — Inċinerazzjoni ta' skart — Purifikazzjoni u gassifikazzjoni — Gass mhux raffinat minn skart — Kunċett ta' skart — Impjant ta' inċinerazzjoni — Impjant ta' koinċinerazzjoni)

5

2009/C 019/09

Kawża C-330/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — l-Awstrija) — Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH vs Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta' stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Investment premium — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-benefiċċju ta' vantaġġ fiskali għal assi użati f'post ta' negozju permanenti li jinsab fit-territorju nazzjonali — Esklużjoni ta' assi pprovduti b'titolu oneruż u użati primarjament fi Stati Membri oħra — Leasing ta' vetturi — Prevenzjoni ta' prattiki abbużivi)

6

2009/C 019/10

Kawża C-391/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Glencore Grain Rotterdam BV vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Regolament (KE) Nru 800/1999 — Rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli — Artikolu 16 — Rifużjoni ddifferenzjata — Prova tat-twettiq tal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni — Produzzjoni ta' kopja jew fotokopja tad-dokument tat-trasport — Regolament (KE) Nru 1501/95 — Għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-suq taċ-ċereali — Artikolu 13 — Deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 800/1999)

6

2009/C 019/11

Kawża C-396/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema — Trasferiment ta' impriżi — Artikolu 4(2) — Bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol f'każ ta' trasferiment — Ftehim kollettiv — Tmiem tal-kuntratt tax-xogħol mill-ħaddiem — Tmiem ikkunsidrat bħala responsabbiltà ta' min iħaddem — Konsegwenzi — Kumpens għad-danni mingħand min iħaddem)

7

2009/C 019/12

Kawża C-403/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Metherma GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Düsseldorf (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 8101 u 8102 — Tkissir u tfarrik ta' biċċiet u vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana — Tungstenu u molibdenu mhux maħdumin, inklużi l-biċċiet u l-vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana — Skart u fdal)

8

2009/C 019/13

Kawża C-418/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société Papillon vs Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique (Libertà ta' stabbiliment — Tassazzjoni diretta — Taxxa fuq il-kumpanniji — Sistema ta' tassazzjoni ta' grupp ta' kumpanniji — Kumpannija parent residenti — Sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja residenti miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja mhux residenti)

8

2009/C 019/14

Kawża C-41/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 86/378/KEE u 96/97/KE — Trattament ugwali bejn irġiel u nisa — Traspożizzjoni inkompleta)

9

2009/C 019/15

Kawża C-113/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/49/KE — Impriżi ta' investiment u istituzzzjonijiet ta' kreditu — Suffiċjenza tal-kapital — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2009/C 019/16

Kawża C-223/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

10

2009/C 019/17

Kawża C-364/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Tmien Awla) tal-24 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance d'Arlon — Il-Belġju) — Marc Vandermeir vs L-Istat Belġjan — SPF Finances (Artikolu 104(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta' stabbiliment — Artikolu 43 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Vetturi bil-mutur — Użu minn persuna residenti fi Stat Membru ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta' din il-vettura fl-ewwel Stat Membru)

10

2009/C 019/18

Kawża C-436/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH vs Finanzamt Linz

11

2009/C 019/19

Kawża C-437/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz

11

2009/C 019/20

Kawża C-462/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta' Ottubru 2008 — Ümit Bekleyen vs Land Berlin

12

2009/C 019/21

Kawża C-467/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fil-31 ta' Ottubru 2008 — Sociedad General de Autores y Editores de España (SGAE) vs Padawan, S.L. u Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA)

12

2009/C 019/22

Kawża C-471/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (Il-Finlandja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Sanna Maria Parvianen vs Finnair Oyj

13

2009/C 019/23

Kawża C-476/08 P: Appell ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-59/05: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

13

2009/C 019/24

Kawża C-478/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (L-Italja) fis-6 ta' Novembru 2008 — Buzzi Unicem SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

14

2009/C 019/25

Kawża C-479/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fis-6 ta' Novembru 2008 — Dow Italia Divisione Commerciale srl vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

15

2009/C 019/26

Kawża C-481/08 P: Appell ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 minn Alcon Inc. mis-sentenza mogħtija fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-106/07, Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

15

2009/C 019/27

Kawża C-483/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl-10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

16

2009/C 019/28

Kawża C-484/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta' Novembru 2008 — Caja de Ahorros u Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)

16

2009/C 019/29

Kawża C-487/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

16

2009/C 019/30

Kawża C-492/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

17

2009/C 019/31

Kawża C-499/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta' Novembru 2008 — Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen vs Region Syddanmark

17

2009/C 019/32

Kawża C-501/08 P: Appell ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 mill-Município de Gondomar mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fil-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-324/06, Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni

18

2009/C 019/33

Kawża C-505/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

19

2009/C 019/34

Kawża C-517/08 P: Appell ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-75/06: Bayer CropScience AG et vs Il-Kummissjoni

19

2009/C 019/35

Kawża C-523/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

20

2009/C 019/36

Kawża C-524/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2009/C 019/37

Kawża C-527/08: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

20

2009/C 019/38

Kawża C-530/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

21

2009/C 019/39

Kawża C-531/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

21

2009/C 019/40

Kawża C-543/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

21

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 019/41

Kawżi magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Novembru 2008 — Hôtel Cipriani et. vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezja u ta' Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija — Ammissibbiltà — Rabta individwali — Kundizzjonijiet dwar l-effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju u dwar l-impatt fuq il-kompetizzjoni — Derogi abbażi tal-Artikolu 87(3)(b) sa (e) KE u tal-Artikolu 87(2)(b) KE — Kwalifika bħala għajnuna ġdida jew bħala għajnuna eżistenti — Prinċipji ta' ċertezza legali, ta' protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità — Obbligu ta' motivazzjoni)

23

2009/C 019/42

Kawża T-285/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Agraz et vs Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati — Għajnuna għal produzzjoni tal-prodotti pproċessati tat-tadam — Metodu ta' kalkolu għall-ammonti tal-ispejjeż — Sena tal-marketing 2000/2001 — Evalwazzjoni tad-dannu)

23

2009/C 019/43

Kawża T-471/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Karatzoglou vs AER (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Rinviju lill-Qorti tal-Prim'Istanza wara annullament — Terminazzjoni ta' kuntratt — Obbligu ta' motivazzjoni — Abbuż ta' poter — Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba)

24

2009/C 019/44

Kawża T-362/05 u T-363/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana — Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Miżura tranżitorja — Esklużjoni ta' ċerti impriżi — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi — Nuqqas)

24

2009/C 019/45

Kawża T-100/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Rajani vs UASI — Artoz-Papier (ATOZ) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti ARTOZ — Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta' użu ġenwin — Bidu tat-terminu ta' ħames snin — Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 — Obbligu ta' motivazzjoni — Artikolu 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u l-Artikolu 6 tal-KEDB)

25

2009/C 019/46

Kawża T-147/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — En Route International vs UASI (FRESHHH) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FRESHHH — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

25

2009/C 019/47

Kawża T-263/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali — Terminu ta' 24 xahar — Evalwazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu esklużi — Kontrolli fundamentali — Prinċipju ta' ne bis in idem — Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta' nuqqasijiet — Prinċipju ta' proporzjonalità)

26

2009/C 019/48

Kawża T-278/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Butir — Kontroll tal-kwantità tal-prodott miksub — Kontrolli fuq il-post — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97)

26

2009/C 019/49

Kawża T-67/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

26

2009/C 019/50

Kawża T-184/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Avon Products vs UASI (ANEW ALTERNATIVE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANEW ALTERNATIVE — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 019/51

Kawża T-212/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Barbara Becker — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BECKER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 019/52

Kawża T-275/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ebro Puleva vs UASI — Berenguel (BRILLO'S) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali brillante — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

28

2009/C 019/53

Kawża T-284/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — UASI vs López Teruel (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ammissibbiltà — Invalidità — Talba għall-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità — Kompetenza limitata tal-AIPN)

28

2009/C 019/54

Kawża T-435/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — New Look vs UASI (NEW LOOK) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

28

2009/C 019/55

Kawża T-284/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta' fondi — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Stħarriġ ġudizzjarju)

29

2009/C 019/56

Kawża T-163/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — SC Gerovital Cosmetics vs UASI — SC Farmec (GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Revoka ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2009/C 019/57

Kawża T-461/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs BEI

30

2009/C 019/58

Kawża T-483/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Giordano Enterprises vs UASI José Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)

30

2009/C 019/59

Kawża T-485/08 P: Appell ippreżentat fit-13 ta' Novembru 2008 minn Paul Lafili mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-22/07, Lafili vs Il-Kummissjoni

31

2009/C 019/60

Kawża T-487/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — Kureha vs UASI — Sanofi-Aventis (KREMEZIN)

32

2009/C 019/61

Kawża T-488/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Galileo International Technology vs UASI — GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS (GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS)

32

2009/C 019/62

Kawża T-493/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Sun World International vs UASI — Kölla Hamburg Overseas Import (SUPERIOR SEEDLESS)

33

2009/C 019/63

Kawża T-501/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more)

34

2009/C 019/64

Kawża T-507/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF)

34

2009/C 019/65

Kawża T-508/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Novembru 2008 — Bang & Olufsen vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' loudspeaker)

35

2009/C 019/66

Kawża T-510/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)

35

2009/C 019/67

Kawża T-514/08: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY'S Products)

35

2009/C 019/68

Kawża T-367/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — UPC France vs Il-Kummissjoni

36

2009/C 019/69

Kawża T-334/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni vs Northumbrian Water

36

2009/C 019/70

Kawża T-330/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2008 — Kuiburi Fruit Canning vs Il-Kunsill

36

2009/C 019/71

Kawża T-367/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2008 — Dow AgroSciences et. vs Il-Kummissjoni

36

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 019/72

Kawża F-131/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Diċembru 2008 — Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova — Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)

37

2009/C 019/73

Kawża F-6/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Dicembru 2008 — Blais vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Allowance ta' espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-BĊE — Kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż — Eżiġenzi ta' ekwità — Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

37

2009/C 019/74

Kawża F-82/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Clarke, Papathanasiou u Periañez-González vs UASI

38

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/1


(2009/C 19/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 6, 10.1.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 327, 20.12.2008

ĠU C 313, 6.12.2008

ĠU C 301, 22.11.2008

ĠU C 285, 8.11.2008

ĠU C 272, 25.10.2008

ĠU C 260, 11.10.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-84/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f'“Ċentru ta' studji Liberi’ li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)

(2009/C 19/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3, 4(1)(b) u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25).

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi naqqset milli tagħraf id-diplomi ta' ottiku mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Taljani wara li taħriġ mogħti fil-kuntest ta' ftehim skont liema taħriġ mogħti fil-Greċja minn entità privata huwa rikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;

billi tissuġġetta l-eżami tal-applikazzjoni għal rikonoxximent ta; diplomi Taljani ta' ottiku għall-ikkomunikar, mingħand l-awtoritajiet Taljani, tar-risposta għal ħames domandi li l-awtoritajiet Elleniċi indirizzawlhom preċedentement, u

billi ma ħallietx l-għażla bejn perijodu ta' adattament u li jittieħed test għall-kapaċità lill-applikanti li ressqu applikazzjonijiet għal rikonoxximent ta' diplomi Taljani ta' ottiku qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi 2916/2001 dwar l-istruttura tal-edukazzjoni universitarja jew simili u għall-irregolar ta' kwistjonijiet dwar is-settur teknoloġiku ta' dan it-tagħlim,

naqqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Theologos-Grigorios Chatzithanasis vs Ypourgos Ygeias kai Koinonikis Allilengyis, OEEK (Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis)

(Kawża C-151/07) (1)

(Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f' 'Ċentru ta' studji Liberi' li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)

(2009/C 19/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Theologos-Grigorios Chatzithanasis

Konvenuti: Ypourgos Ygeias kai Koinonikis Allilengyis, OEEK (Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikoli 149 u 150 KE, kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25) — Nuqqas ta' rikonoxximent, fl-Istat Membru ospitanti, ta' kwalifika ta' taħriġ professjonali li tagħti d-dritt li tiġi eżerċitata l-professjoni ta' ottiku fl-Istat Membru fejn l-imsemmija kwalifika nħarġet — Taħriġ miksub, fil-parti l-kbira, fi ħdan stabbiliment li jopera legalment fl-Istat Membru ospitanti, iżda li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat

Dispożittiv

L-Artikoli 1(a), 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti huma marbuta, skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din l-istess Direttiva, jirrikonoxxu diploma mogħtija minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, minkejja li tali diploma tkun ingħatat għal taħriġ imwettaq, kompletament jew parzjalment, fi stabbiliment li jinsab fl-Istat Membru opsitanti li, skont il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat tal-aħħar, mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-221/07) (1)

(Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra - Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali - Artikolu 18(1) KE)

(2009/C 19/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krystyna Zablocka-Weyhermüller

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Stuttgart — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-esportabbiltà tal-benefiċċji għall-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra (Hinterbliebenenversorgung)

Dispożittiv

L-Artikolu 18(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li permezz tagħha dan tal-aħħar jirrifjuta li jħallas ċerti benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra sempliċement minħabba l-fatt li dawn ikunu jirrisjedu fit-territorju ta' ċerti Stati Membri partikolari.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-247/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/35/KE - Tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent - Parteċipazzjoni pubblika - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2009/C 19/05)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentant: V. Jackson, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)

Dispożittiv

1)

Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-249/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Direttiva 92/43/KE - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma ta' gajdri u molluski ta' speċi indiġeni li joriġinaw minn Stati Membri oħra - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja tal-annimali - Żamma tal-bijodiversità u konservazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-interess tas-sajd)

(2009/C 19/06)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Noe, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C.M. Wissels u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 KE u 30 KE — Sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta' gajdri u molluski li joriġinaw minn Stati Membri oħra

Dispożittiv

1)

Billi stabbilixxa sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta' gajdri u molluski li joriġinaw legalment minn Stati Membri oħra u li jagħmlu parti mill-ispeċi indiġeni tal-Olanda, ir-Renju tal-Olanda naqas milli josserva l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 28 KE u 30 KE.

2)

Ir-Renju tal-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Intel Corporation Inc. vs Cpm United Kingdom Limited

(Kawża C-252/07) (1)

(Direttiva 89/104/KEE - Trade marks - Artikolu 4(4)(a) - Trade marks li għandhom reputazzjoni - Protezzjoni kontra l-użu ta' trade mark identika jew simili sussegwenti - Użu li jieħu jew li jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew huwa jew jista' jkun ta' detriment għalihom)

(2009/C 19/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Intel Corporation Inc.

Konvenuta: Cpm United Kingdom Limited

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(4)(a) u 5(2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabta fis-sens tas-sentenza C-408/01, Adidas-Salomon AG u Adidas-Benelux BV.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(4)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta' rabta, fis-sens tas-sentenza tat-23 ta' Ottubru 2003, Adidas-Salomon u Adidas Benelux (C-408/01), bejn it-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni u t-trade mark sussegwenti għandha tiġi evalwata b'mod globali, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.

2)

Il-fatt li trade mark sussegwenti tfakkar lill-konsumatur medju, li jkun normalment infurmat u raġonevolment attent u prudenti, fit-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni, huwa ekwivalenti għall-eżistenza ta' rabta, skont is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata, bejn it-trade marks konfliġġenti.

3)

Il-fatt li:

it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi, u

dawn il-prodotti jew servizzi u l-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark sussegwenti hija rreġistrata huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali, u

it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi mhux neċessarjament jimplika l-eżistenza ta' rabta, skont is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata, bejn it-trade marks konfliġġenti.

4)

L-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta' użu tat-trade mark sussegwenti li jieħu jew jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, jew li huwa jew jista' jkun ta' detriment għandha tiġi evalwata b'mod globali, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.

5)

Il-fatt li:

it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi u

dawn il-prodotti jew servizzi u l-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark sussegwenti hija rreġistrata huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali u

it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi u

trade mark sussegwenti tfakkar lill-konsumatur medju, li jkun normalment infurmat u raġonevolment attent u prudenti, fit-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni,

mhuwiex suffiċjenti sabiex tingħata l-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti jieħu jew jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, jew huwa jew jista' jkun ta' detriment għalihom, skont l-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104.

6)

L-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-użu tat-trade mark sussegwenti jista' jkun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni anki jekk din tal-aħħar mhijiex unika;

l-ewwel użu tat-trade mark sussegwenti jista' jkun suffiċjenti sabiex ikun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti;

il-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti huwa jew jista' jkun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti tippresupponi li jintwera tibdil fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hija rreġistrata wara l-użu tat-trade mark sussegwenti jew possibbiltà serja li tibdil bħal dan iseħħ fil-futur.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mibdija minn Lahti Energia Oy

(Kawża C-317/07) (1)

(Direttiva 2000/76/KE - Inċinerazzjoni ta' skart - Purifikazzjoni u gassifikazzjoni - Gass mhux raffinat minn skart - Kunċett ta' skart - Impjant ta' inċinerazzjoni - Impjant ta' koinċinerazzjoni)

(2009/C 19/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali mibdija minn

Lahti Energia Oy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), (4) u (5) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Diċembru 2000, dwar l-inċenerazzjoni ta' skart (ĠU L 332, p. 92) — Purifikazzjoni u gassifikazzjoni, f'boiler, ta' gass mhux raffinat, f'ċentrali tal-gass, minn skart — Kunċett ta' skart — Kunċetti ta' impjant ta' inċenerazzjoni u ta' koinċenerazzjoni

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta' “skart” li jinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart, ma jkoprix sustanzi fil-forma ta' gass.

2)

Il-kunċett ta' “impjant ta' inċinerazzjoni” previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/76 jikkonċerna kull apparat u tagħmir tekniku li fih isir trattament tas-sħana tal-iskart, bil-kundizzjoni li s-sustanzi li jirriżultaw mill-użu ta' dan il-proċess tas-sħana huma wara maħruqa, u li, f'dan ir-rigward, il-preżenza ta' linja ta' inċinerazzjoni mhijiex kriterju neċessarju għall-finijiet ta' tali klassifika.

3)

F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali:

fabbrika tal-gass għandha l-għan li tikseb prodotti fil-forma ta' gass, f'dan il-każ gass ippurifikat, billi tissottometti skart għal trattament tas-sħana, għandha tiġi kkunsidrata bħala “impjant ta' koinċinerazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/76;

ċentrali elettrika, li tuża, bħala kombustibbli addizzjonali, minnflok tuża prinċipalment kombustibbli fossili fl-attività tagħha ta' produzzjoni ta' enerġija, gass ippurifikat miksub mill-koinċinerazzjoni tal-iskart f'fabbrika tal-gass, ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — l-Awstrija) — Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH vs Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs

(Kawża C-330/07) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta' stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Investment premium - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-benefiċċju ta' vantaġġ fiskali għal assi użati f'post ta' negozju permanenti li jinsab fit-territorju nazzjonali - Esklużjoni ta' assi pprovduti b'titolu oneruż u użati primarjament fi Stati Membri oħra - Leasing ta' vetturi - Prevenzjoni ta' prattiki abbużivi)

(2009/C 19/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH

Konvenuta: Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva vantaġġ fiskali għall-akkwist ta' assi tanġibbli li ma ġewx użati (Investitionszuwachsprämie) għan-negozjanti li jużaw dawn l-assi f'post ta' negozju li jinsab fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

L-Artikolu 49 KE jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha l-benefiċċju ta' investment premium jiġi rrifjutat lill-impriżi li jakkwistaw assi tanġibbli għas-sempliċi raġuni li l-assi li fir-rigward tagħhom jintalab dan il-premium u li huma pprovduti b'titolu oneruż, jintużaw primarjament fi Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Glencore Grain Rotterdam BV vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-391/07) (1)

(Regolament (KE) Nru 800/1999 - Rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli - Artikolu 16 - Rifużjoni ddifferenzjata - Prova tat-twettiq tal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni - Produzzjoni ta' kopja jew fotokopja tad-dokument tat-trasport - Regolament (KE) Nru 1501/95 - Għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-suq taċ-ċereali - Artikolu 13 - Deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 800/1999)

(2009/C 19/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glencore Grain Rotterdam BV

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95, tad-29 ta' Ġunju 1995, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (ĠU L 147, p. 7) — Proċedura semplifikata: obbligu li jiġi ppreżentat dokument tat-trasport.

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95, tad-29 ta' Ġunju 1995, li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/97, tal-1 ta' Lulju 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-operatur jagħti prova li kwantità ta' mhux inqas minn 1 500 tunnellata ta' prodotti ċereali tkun telqet mit-territorju tal-Komunità abbord vapur adatt għat-trasport bil-baħar ma jeżentahx mill-obbligu, stabbilit fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, li jipproduċi kopja jew fotokopja tad-dokument tat-trasport.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy

(Kawża C-396/07) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema - Trasferiment ta' impriżi - Artikolu 4(2) - Bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol f'każ ta' trasferiment - Ftehim kollettiv - Tmiem tal-kuntratt tax-xogħol mill-ħaddiem - Tmiem ikkunsidrat bħala responsabbiltà ta' min iħaddem - Konsegwenzi - Kumpens għad-danni mingħand min iħaddem)

(2009/C 19/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mirja Juuri

Konvenuta: Fazer Amica Oy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Responsabbiltà ta' min iħaddem fil-konfront ta' ħaddiem li jirċievi l-paga mingħandu li temm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu stess wara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu marru sostanzjalment għall-agħar minħabba trasferiment ta' impriżi li kellu bħala effett l-applikazzjoni ta' ftehim kollettiv ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi ta' tmiem ta' kuntratt tax-xogħol jew ta' relazzjoni ta' xogħol fejn jiltaqgħu l-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u indipendentement minn kull nuqqas taċ-ċessjonarja fir-rigward tal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn din id-direttiva, dan ma jobbligax lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiem dritt għal kumpens mingħand iċ-ċessjonarja f'kundizzjonijiet identiċi għad-dritt li ħaddiem jista' jkollu meta min iħaddem illegalment itemm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu jew ir-relazzjoni ta' xogħol. Madankollu, il-qorti nazzjonali għandha, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, tiggarantixxi li għallinqas fl-istess ipoteżi ċ-ċessjonarja tbati l-konsegwenzi li d-dritt nazzjonali applikabbli jorbot mat-tmiem tal-kuntratt tax-xogħol jew tar-relazzjoni ta' xogħol minn naħa ta' min iħaddem, bħall-ħlas tal-paga u ta' vantaġġi oħra li jikkorrispondu, skont dan id-dritt, għall-perijodu ta' notifika li min iħaddem għandu jirrispetta.

Hija għall-qorti tar-rinviju li tevalwa s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23, skond liema l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma fi ftehim kollettiv li jiskadi fid-data tat-trasferiment ta' impriża mhuwiex iggarantit lil hinn minn din id-data.


(1)  ĠU C 629, 10.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Metherma GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-403/07) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8101 u 8102 - Tkissir u tfarrik ta' biċċiet u vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu “magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana’ - Tungstenu u molibdenu mhux maħdumin, inklużi l-biċċiet u l-vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana - Skart u fdal)

(2009/C 19/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metherma GmbH & Co.KG

Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, p. 1) — Bidla ta' klassifikazzjoni tariffarja għal biċċiet u vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha applikabbli matul is-sena 2001, jiġifieri dik li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta' Ottubru 2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-biċċiet u l-vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu “magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana” jaqgħu taħt is-subintestaturi 8101 91 10 u 8102 91 10, rispettivament. Tali biċċiet u vireg, li jaqgħu taħt il-metalli inkwistjoni mhux maħdumin u mhux taħt oġġetti minn metalli ta' valur baxx, ma jistgħux jiġu pproċessati, permezz ta' tkissir jew tfarrik, fi fdal li jaqa' taħt is-subintestaturi 8101 91 90 u 8102 91 90, rispettivament, tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société Papillon vs Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique

(Kawża C-418/07) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq il-kumpanniji - Sistema ta' tassazzjoni ta' grupp ta' kumpanniji - Kumpannija parent residenti - Sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja residenti miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja mhux residenti)

(2009/C 19/13)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Papillon

Konvenut: Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment u ġustifikazzjoni eventwali ta' sistema fiskali li tiddistingwi bejn jekk is-sussidjarja ta' kumpannija sussidjarja (Franċiża) ta' kumpannija parent (ukoll stabbilita fi Franza) hijiex miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja stabbilita f'dan l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor u mhux suġġetta għat-taxxa Franċiża fuq il-kumpanniji — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-koerenza tas-sistema fiskali

Dispożittiv

L-Artikolu 52 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Memrbu li permezz tagħha sistema ta' tassazzjoni ta' grupp hija mogħtija lil kumpannija parent residenti f'dan l-Istat Membru li tipposjedi kumpanniji sussidjarji u sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja wkoll residenti fl-imsemmi Stat Membru, iżda hija eskluża għal tali kumpannija parent jekk is-sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja residenti tagħha huma miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja residenti fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-41/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 86/378/KEE u 96/97/KE - Trattament ugwali bejn irġiel u nisa - Traspożizzjoni inkompleta)

(2009/C 19/14)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u P. Ondrůšek, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta' sigurtà soċjali (ĠU L 225, p. 40) kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi skemi tax-xogħol tas-sigurtà soċjali (ĠU L 46, p. 20).

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttivi tal-Kunsill 86/378/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta' sigurtà soċjali, u 96/97/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-Direttivi u taħt l-Artikolu 54 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Spanja

(Kawża C-113/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/49/KE - Impriżi ta' investiment u istituzzzjonijiet ta' kreditu - Suffiċjenza tal-kapital - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 19/15)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.-A. Rabanal Suárez u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, p. 201)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni), u b'mod partikolari mal-Artikoli 17, 22 sa 25, 30, 33, 35, 40, 41, 43, 44 u 50 tagħha, kif ukoll mal-Annessi I, II u VII, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-223/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 19/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Huvelin, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (ĠU L 363, p. 141).

Dispożittiv

1)

Billi m'adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Tmien Awla) tal-24 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance d'Arlon — Il-Belġju) — Marc Vandermeir vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-364/08) (1)

(Artikolu 104(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà ta' stabbiliment - Artikolu 43 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Vetturi bil-mutur - Użu minn persuna residenti fi Stat Membru ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta' din il-vettura fl-ewwel Stat Membru)

(2009/C 19/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance ta' Arlon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Vandermeir

Konvenut: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance ta' Arlon (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u/jew 49 KE — Dispożizzjoni nazzjonali ta' Stat Membru li tobbliga lil ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirresjedi f'dan l-Istat Membru sabiex jirreġistra hemmhekk il-vettura bil-mutur tiegħu li diġà hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor li fih huwa jeżerċita l-attività professjonali tiegħu għal rasu — Ostakolu għal-libertà tal-istabbiliment u/jew li jiġu pprovduti servizzi.

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teħtieġ li ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirrisjedi f'dan l-Istat Membru jirreġistra hemmhekk vettura meħuda b'leasing minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura la hija intiża li tiġi użata essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b'mod permanenti u lanqas, fil-fatt, ma hija użata b'dan il-mod.


(1)  ĠU C 260, 11.1.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH vs Finanzamt Linz

(Kawża C-436/08)

(2009/C 19/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

1.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi li awtorità nazzjonali, sabiex tevita li tiddiskrimina kontra holdings f'kumpanniji barranin li, skont il-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni u b'differenza minn holdings f'kumpanniji domestiċi, huma eżenti mit-taxxa biss jekk id-daqs tal-holding ikun ta' 25 % jew iktar (skont il-leġiżlazzjoni preżenti 10 %), tapplika l-metodu ta' imputazzjoni peress li skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof Awstrijaka (il-Qorti amministrattiva) dan ir-riżultat huwa dak li joqrob l-iżjed lejn l-intenzjoni (ipotetika) tal-leġiżlatur, filwaqt li, jekk l-iskala minima diskriminatorja ta' 25 % (10 %) fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin sempliċement ma tiġix applikata, dan iwassal għal eżenzjoni mit-taxxa?

2.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi li tiġi applikata eżenzjoni ġenerali fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi filwaqt li jiġi applikat il-metodu ta' imputazzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż; jew

l-għoti ta' eżenzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi ta' inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li jkun il-metodu ta' imputazzjoni li jiġi applikat fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova mitluba minnhom; jew

li tiġi applikata eżenzjoni ġenerali fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi, bl-istess mod bħalma tiġi applikata fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' 25 % (10 %) jew iktar, filwaqt li l-metodu ta' imputazzjoni jiġi applikat fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji barranin ta' inqas minn 25 % (10 %) u filwaqt li għall-azzjonisti jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li jipproduċu l-prova mitluba minnhom?

2.1

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-impożizzjoni fuq il-persuna taxxabbli, sabiex tiġi eżentata minn taxxa doppja ekonomika, tal-oneru tal-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż filwaqt li għall-persuna taxxabbli jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li tipproduċi din il-prova u filwaqt li din tista' tiġi prodotta mill-awtorità b'applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-assistenza reċiproka?

3.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi dispożizzjoni li tipprovdi li l-metodu ta' imputazzjoni għandu japplika fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji ta' pajjiżi terzi ta' inqas minn 25 % (10 %) li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà ta' moviment tal-kapital filwaqt li jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li tiġi prodotta l-prova tat-taxxa (fuq il-kumpanniji) imħallsa preċedentement barra mill-pajjiż, minħabba d-daqs relattivament żgħir tal-holdings, u filwaqt li hemm dispożizzjoni li tawtorizza l-applikazzjoni tal-metodu ta' imputazzjoni fir-rigward tal-holdings f'kumpanniji domestiċi b'mod ġenerali, jiġifieri indipendentement mid-daqs tal-holdings, b'tali mod li għalhekk huwa possibbli li tiġi evitata taxxa ekonomika doppja?

3.1

Jekk ir-risposta li tingħata għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi r-rifjut tal-eżenzjoni tad-dħul minn holdings f'kumpanniji ta' pajjiż terz fil-każ fejn id-daqs tal-holding ikun inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li l-eżenzjoni tad-dħul minn holdings ta' iktar minn 25 % (10 %) mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet partikolari li l-osservanza tagħhom tista' tiġi eżaminata biss permezz ta' informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat iżda tingħata, f'dawn il-każijiet, mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali?

3.2

Jekk ir-risposta li tingħata għat-tielet domanda tkun fin-negattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-esklużjoni ta' imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji barra mill-pajjiż fir-rigward ta' dħul minn holdings f'kumpanniji ta' pajjiżi terzi fil-każ fejn id-daqs tal-holding ikun inqas minn 25 % (10 %) filwaqt li l-eżenzjoni mit-taxxa għad-dħul ta' holdings ta' iktar minn 25 % (10 %) mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet partikolari li l-osservanza tagħhom tista' tiġi eżaminata biss permezz ta' informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat iżda tingħata, f'dawn il-każijiet, mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali?


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz

(Kawża C-437/08)

(2009/C 19/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Österreichische Salinen AG

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi awtorità nazzjonali milli tuża l-metodu ta' imputazzjoni sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra l-ishma f'kumpanniji barranin sa fejn, skont il-liġi, huma eżenti mit-taxxa biss meta jaqbżu l-livell ta' 25 % (attwalment, ta' 10 %), bil-kontra tal-ishma f'kumpanniji nazzjonali, peress li din il-konsegwenza tikkorrispondi l-aħjar, skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof (il-qorti amministrattiva tal-Awstrija), mar-rieda (ipotetika) tal-leġiżlatur, u jipprekludi li l-imsemmija awtorità fl-istess waqt tippermetti trasferiment tal-imputazzjoni għas-snin segwenti jew kreditu ta' taxxa għas-sena ta' telf fir-rigward, minn naħa, tat-taxxa fuq il-kumpanniji imputabbli u, min-naħa l-oħra, tat-taxxa f'ras il-għajn imputabbli?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi r-rifjut ta' trasferiment tal-imputazzjoni jew ta' kreditu ta' taxxa fil-każ ta' dividendi li ġejjin minn pajjiż terz?


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta' Ottubru 2008 — Ümit Bekleyen vs Land Berlin

(Kawża C-462/08)

(2009/C 19/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ümit Bekleyen

Konvenut: Land Berlin

Domandi preliminari

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni KEE-Turkija dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-aċċess għas-suq tax-xogħol u d-dritt korrispondenti ta' residenza wara l-ikkompletar ta' kors ta' taħriġ vokazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, jista' wkoll jiġi invokat f'sitwazzjoni fejn wild li twieled fl-Istat Membru ospitanti, u li wara mar lura mal-familja tiegħu fil-pajjiż ta' oriġini tal-familja tiegħu, jerġa' lura waħdu fl-Istat Membru kkonċernat, wara li jkun laħaq l-età maġġuri, sabiex jibda kors ta' taħriġ vokazzjonali, u dan wara għaxar snin minn meta l-ġenituri tiegħu, ċittadini Torok li kienu impjegati f'dak l-Istat Membru, kienu telqu definittivament minn dak l-Istat Membru?


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fil-31 ta' Ottubru 2008 — Sociedad General de Autores y Editores de España (SGAE) vs Padawan, S.L. u Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA)

(Kawża C-467/08)

(2009/C 19/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedad General de Autores y Editores de España (SGAE)

Konvenuta: Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA)

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta' “kumpens ġust” previst fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) jimplika jew le armonizzazzjoni, indipendentement mill-fakultà rrikonoxxuta lill-Istati Membri li jagħżlu s-sistemi ta' retribuzzjoni li jqisu rilevanti sabiex jagħmlu effettiv id-dritt għal “kumpens ġust” tad-detenturi tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali milquta mill-istabbiliment tal-eċċezzjoni ta' kopja privata għad-dritt ta' riproduzzjoni?

2)

Indipendentement mis-sistema użata minn kull Stat Membru sabiex jistabbilixxi l-kumpens ġust, dan għandu jirrispetta ekwilibriju ġust bejn il-persuni milquta, minn naħa d-detenturi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali milquta mill-eċċezzjoni ta' kopja privata, li huma kredituri ta' dan il-kumpens u, min-naħa l-oħra, l-obbligi direttament jew indirettament għall-ħlas; u jekk dan il-bilanċ jiġix iddeterminat mill-ġustifikazzjoni għal kumpens ġust, li jikkonsisti li jirrimedja d-dannu li jirriżulta mill-eċċezzjoni ta' kopja privata?

3)

Jekk fil-każijiet fejn Stat Membru jagħżel sistema ta' tassazzjoni jew ħlas lill-awtur fir-rigward tat-tagħmir, apparat u materjal ta' riproduzzjoni diġitali, din l-imposta (il-kumpens ġust għal kopja privata) għandha tkun neċessarjament marbuta, skont l-għan imfittex taħt l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE u fil-kuntest ta' din ir-regola, għall-użu preżunt ta' dan it-tagħmir u materjal sabiex jitwettqu riproduzzjonijiet li jibbenefikaw mill-eċċezzjoni ta' kopja privata, b'mod li l-applikazzjoni tal-imposta tkun iġġustifikata meta preżumibbilment it-tagħmir, apparat jew il-materjal ta' riproduzzjoni diġitali ikunu intiżi sabiex titwettaq kopja privata, u ma jkunx hekk f'każ kuntrarju.

4)

Jekk, fil-każ li Stat Membru jagħżel sistema ta' “ħlas” għal kopja privata, hija konformi mal-kunċett ta' “ħlas ġust” l-applikazzjoni non-diskriminatorja tar-referenza “ħlas” għal impriżi u professjonisti li b'mod ċar jixtru l-apparat u s-sostenn ta' riproduzzjoni diġitali għal għanijiet li mhumiex relatati ma' kopja privata?

5)

Is-sistema adottata mill-Istat Spanjol li japplika l-ħlas għal kopja privata għat-tagħmir, apparat u materjal ta' riproduzzjoni diġitali kollu b'mod indiskriminat tista' tmur kontra d-Direttiva 2001/29/KE, peress li ma tibqax teżisti konnessjoni adegwata bejn il-kumpens ġust u l-limitazzjoni tad-dritt għal kopja privata li tiġġustifikah, li tapplika b'mod sinjfikattiv għal każijiet differenti li fihom ma teżistix il-limitazzjoni ta' drittijiet li tiġġustifika l-kumpens ekonomiku?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (Il-Finlandja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Sanna Maria Parvianen vs Finnair Oyj

(Kawża C-471/08)

(2009/C 19/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin käräjäoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sanna Maria Parvianen

Konvenuta: Finnair Oyj

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fuq il-bażi ta' din id-direttiva, ħaddiema li, minħabba tqala, ġiet trasferita f'pożizzjoni fejn tagħmel xogħol li jitħallas inqas, għandha titħallas l-istess kif kienet titħallas bħala medja qabel it-trasferiment tagħha u f'dak ir-rigward, huwa rilevanti x'tip ta' allowances kienet tirċievi u fuq liema bażi l-ħaddiema kienet tirċievi dawn l-allowances b'żieda mal-paga bażika ta' kull xahar tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 1992 p. 1).


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/13


Appell ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-59/05: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-476/08 P)

(2009/C 19/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani, Δικηγόροι)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DĠ Agrikoltura) li tiċħad l-offerta tal-appellanti u li tagħti l-kuntratt lill-offerent li ntgħażel;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tal-appellanti relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza, anki jekk l-appell preżenti jiġi miċħud kif ukoll dawk tal-appell preżenti, fil-każ li dan jintlaqa'

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza T-59/05 fuq l-aggravji segwenti:

Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet irregolaritajiet proċedurali meta rrifjutat li tirrikonoxxi diskrepanza manifesta bejn il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt kif jirriżultaw mit-taqsima 5.2 tar-rapport EvCo u dawk imsemmija fit-taqsima 5.4 tal-istess rapport u billi interpretat ħażin ir-regoli proċedurali rilevanti fuq l-oneru tal-prova. B'mod aktar speċifiku, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma tirreferi għal ebda evidenza insostenn tal-kwalifika ta' diskrepanza ovvja bħala “żball tal-istampa”, u tali evidenza bl-ebda mod ma tista' tiġi dedotta mill-kontenut tar-Rapport ta' Evalwazzjoni nnifsu.

Barra minn hekk, is-sentenza tonqos milli tosserva l-konsegwenzi tal-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu tagħha ta' diliġenza u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba. Peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza, minkejja li osservat li l-Kummissjoni kisret l-istat tad-dritt, ma annullatx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għal din ir-raġuni, il-Qorti tal-Prim'Istanza bla dubju naqset milli tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset ukoll milli tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-obbligu tal-awtorità kontraenti li tagħti raġunijiet, li kienu jwassluha sabiex tannulla d-deċiżjoni ta' għoti; xi riżultati biss u xi kummenti ġenerali mir-Rapport ta' Evalwazzjoni ġew ippreżentati lill-Appellanti permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2004. F'dan is-sens, il-Qorti tal-Prim'Istanza żnaturat l-evidenza mressqa quddiema, u għal din ir-raġuni s-sentenza tagħha għandha tiġi annullata.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (L-Italja) fis-6 ta' Novembru 2008 — Buzzi Unicem SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-478/08)

(2009/C 19/24)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA et

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico et

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” stabbilit fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jista' jiġi interpretat fis-sens li, anke jekk biss bħala eċċezzjoni, l-obbligi ta' miżuri ta' sigurtà f'emerġenza, ta' dekontaminazzjoni u ta' restorazzjoni ambjentali ta' sit ikkontaminat (u/jew l-ispejjeż relatati magħhom) jistgħu jiġu imposti fuq persuna li mhijiex relatata mal-emissjoni ta' sustanzi fl-ambjent li kkawżaw tniġġis ekoloġiku tas-sit inkwistjoni jew, fil-każ li r-risposta tkun fin-negattiv, għandu jiġi kkunsidrat li dan il-prinċipju jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prassi amministrattiva li tissuġġetta persuna li mhijiex relatata mal-emissjoni ta' sustanzi fl-ambjent li kkawżaw tniġġis ekoloġiku tas-sit inkwistjoni għal obbligi ta' miżuri ta' sigurtà f'emerġenza, ta' dekontaminazzjoni u ta' restorazzjoni ambjentali ta' sit ikkontaminat (u/jew l-ispejjeż relatati magħhom), indipendentement minn kull verifika preliminari intiża li tistabbilixxi, permezz ta' ness ta' kawżalità, ir-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata, jew minħabba s-sempliċi fatt li din il-persuna topera hemmhekk jew hija proprjetarja ta' beni mmobli jew ta' impriża li jinsabu fis-sit ikkontaminat, bi ksur jew b'nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità?

2)

Il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 2050 tal-Kodiċi Ċivili [Taljan], li, fil-każ fejn ikun hemm pluralità ta' operaturi industrijali li joperaw fis-sit ikkontaminat, tagħti lill-awtorità nazzjonali s-setgħa li tissuġġettahom għall-ispejjeż tad-dekontaminazzjoni tas-sit ikkonċernat, mingħajr ma tivverifika individwalment jew preliminarjament is-sehem rispettiv tagħhom tar-responsabbiltà għat-tniġġis jew, fi kwalunkwe każ, minħabba s-sempliċi fatt li, peress li huma sidien ta' mezzi ta' produzzjoni, huma jinsabu f'sitwazzjoni li tobbligahom jassumu tali spejjeż, u konsegwentement huma oġġettivament responsabbli għad-danni li dawn jikkawżaw lill-ambjent, jew inkella, dawn l-operaturi għandhom ikunu obbligati, fi kwalunkwe każ, li jnaddfu l-ambjent imniġġes li kiber u li ġie kkonstatat, indipendentement, barra minn hekk, mill-fatt li huma materjalment ikkawżawh u mis-sehem imputabbli lilhom?

3)

Id-direttiva Komunitarja dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (Direttiva 2004/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, u, fil-każ preżenti, tal-Artikolu 7 u tal-Anness II tagħha) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna, bħala “għażliet raġonevoli għar-rimedju tad-dannu ambjentali”, interventi fuq matriċi ambjentali (li jikkonsistu, f'dan il-każ, f“konfini fiżiċi” tal-ilma tal-art mal-kosta kollha tal-baħar) li huma differenti u jmorru lilhinn minn dawk magħżula preċedentement fi tmiem ta' inkjesta kontradittorja xierqa, u li l-approvazzjoni, u sussegwentement l-implementazzjoni tagħhom diġà twettqu, u li preżentement huma fl-istadju ta' eżekuzzjoni, mingħajr fi kwalunkwe każ ma jkunu ġew evalwati l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit, l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-rigward tal-benefiċċji raġonevoli prevvedibbli, id-dannu kollaterali possibbli jew probabbli u l-effetti kontra s-saħħa u s-sigurtà pubblika, kif ukoll il-perijodi neċessarji għall-implementazzjoni prevista?

4)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tas-sit ta' interess nazzjonali ta' Priolo, id-direttiva Komunitarja dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, u, fil-każ preżenti, l-Artikolu 7 u tal-Anness II tagħha) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tagħti ex officio tali ordnijiet, bħala kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' użu leġittimu ta' artijiet li mhumiex direttament ikkonċernati mid-dekontaminazzjoni peress li dawn ikunu diġà ġew iddekontaminati jew fi kwalunkwe każ ma ġewx imniġġsa, li huma inklużi fil-konfini tas-sit ta' interess nazzjonali ta' Priolo?


(1)  ĠU L 143, p. 56.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fis-6 ta' Novembru 2008 — Dow Italia Divisione Commerciale srl vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

(Kawża C-479/08)

(2009/C 19/25)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dow Italia Divisione Commerciale srl

Konvenut: Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare et

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju “min iniġġes iħallas” jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, b'mod partikulari, l-Artikolu 2050 tal-Kodiċi Ċivili, li fil-każ fejn diversi operaturi industrijali joperaw fl-istess sit imniġġes, jippermetti lill-Awtorità Pubblika li timponu fuqhom l-oneru tad-dekontaminazzjoni tas-sit ikkonċernat, mingħajr ma tivverifika individwalment u preċedentement ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom għat-tniġġis jew, fi kwalunkwe każ, sempliċiment minħabba l-fatt li jippossjedu l-mezzi ta' produzzjoni, jinsabu f'sitwazzjoni li tobbligahom jassumu dan l-oneru u konsegwentement huma oġġettivament responsabbili għall-ħsara li joħolqu lill-ambjent, jew inkella, għandhom fi kwalunkwe każ, ikunu obbligati jirrijabilitaw iż-żona estiża madwar is-sit ikkonstatat bħala mniġġes, indipendentement minn jekk ikunux ikkawżaw it-tniġġis materjalment u mill-parti tar-responsabbiltà imputabbli lilhom?

2)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, l-Amministrazzjoni tista' teżiġi li l-ispejjeż għall-miżuri ta' sigurtà, dekontaminazzjoni u rijabilitazzjoni tal-ambjent jitħallsu mill-persuni stabbiliti fiż-żoni mniġġsa, mingħajr ma tkun aċċertata minn qabel l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-attività tagħhom u t-tniġġis ikkonstatat?

3)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, jista' jiġi impost fuq il-persuni stabbiliti fiż-żoni mniġġsa, li jieħdu azzjoni li la hija direttament marbuta u lanqas proporzjonata mal-kontribuzzjoni individwali ta' kull waħda minnhom?

4)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jiġu imposti fuq persuni li ma kkontribixxewx għall-emissjoni tas-sustanzi li jniġġsu fl-ambjent, obbligi marbuta ma' miżuri ta' sigurtà, dekontaminazzjoni u rijabilitazzjoni tal-ambjent, kif ukoll l-ispejjeż u teħid ta' azzjoni li jkunu ekwivalenti, jekk mhux saħansitra identiċi, għal dawk imposti fuq il-persuni li, bil-kontra, ikunu fil-fatt ikkontribixxew għall-emissjoni tas-sustanzi li jniġġsu fl-ambjent?

5)

Skont il-prinċipju “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Amministrazzjoni tista' timponi t-teħid ta' azzjoni, meta ma tkun saret l-ebda evalwazzjoni ta' kemm huma xierqa s-soluzzjonijiet imposti fid-dawl tas-sagrifiċċju tal-impriża kkonċernata, u li għalhekk tikkostitwixxi miżuri iktar onerużi jew li jmorru lil hinn minn dawk li huma strettament neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan li l-Awtorità hija marbuta tilħaq?


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/15


Appell ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 minn Alcon Inc. mis-sentenza mogħtija fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-106/07, Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-481/08 P)

(2009/C 19/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alcon Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li s-sentenza kkontestata għadha tiġi annullata għall-aggravji segwenti:

Żnaturament ta' fatti u ta' provi minħabba li l-konsumaturi rilevanti huma l-konsumaturi normali. Din hija kwistjoni ta' dritt li għandha tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja anki meta l-argument jitqajjem inizjalment waqt is-seduta, “da mihi fact, dabo tibi ius”.

Żball fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/90 (1) u żnaturament ta' fatti u ta' provi minħabba li, milli jidher, hija biss il-pronunzja bl-Ingliż tat-trade marks “BioVisc” u “DUOVISC” li ttieħdet inkonsiderazzjoni, u mhux il-pronunzja bil-Franċiż.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl-10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-483/08)

(2009/C 19/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance ta' Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenuta: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1), jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali u prattika amministrattiva li jistabbilixxu l-punt tat-tluq tal-azzjoni għal irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li abbażi tiegħu huwa kkalkolat it-terminu ta' preskrizzjoni ta' din l-azzjoni, fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta' Novembru 2008 — Caja de Ahorros u Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)

(Kawża C-484/08)

(2009/C 19/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caja de Ahorros u Monte de Piedad de Madrid

Konvenuta: Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista' jistabbilixxi, fil-liġi tiegħu u għall-benefiċċju tal-konsumatur, stħarriġ tan-natura inġusta ta' dawk il-klawżoli li l-istħarriġ tagħhom ma jaqax taħt l-Artikolu 4(2) ta' din id-direttiva?

2)

Konsegwentement, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-5 ta' April 1993, flimkien mal-Artikolu 8 tagħha, jipprekludi lil Stat Membru milli jistabbilixxi fis-sistema legali tiegħu, u għall-benefiċċju tal-konsumatur, stħarriġ tan-natura inġusta tal-klawżoli li jirreferu għad-“definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” jew is-“suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit” għalkemm mitkuba b'mod ċar u li jinftiehem?

3)

Interpretazzjoni tal-Artikoli 8 u 4(2) ta' din id-direttiva li tippermetti lil Stat Membru stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli li jinsabu fil-kuntratti konklużi minn konsumaturi u miktuba b'mod ċar u li jinftiehem, li jiddefinixxu bħala s-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwazzjoni bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, jew is-servizzi u l-merkanzija li jiġu pprovduti bi tpartit, hija kompatibbli mal-Artikoli 2, 3(1)9g) u 4(1) tat-Trattat KE?


(1)  ĠU L 95, p. 29.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-487/08)

(2009/C 19/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikajra li, billi eżerċita trattament differenti għad-dividendi mqassma lil azzjonisti barranin u lokali, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 tat-Trattat KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Taħt il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-kumpanniji li għandhom sehem sinjifikattiv fil-kapital ta' kumpannija sussidjarja jistgħu jnaqqsu mid-dħul taxxabbli tagħha 100 % tad-dividend gross miksub minnha. Sabiex jaqgħu taħt din is-sistema, il-kumpannji parent residenti fi Spanja għandhom ikun kellhom sehem igwali għal jew ogħla minn 5 % fil-kapital tal-kumpannija sussidjarja li tkun residenti matul perijodu mhux interrott għal mhux inqas minn sena. Id-dividendi li jkollhom ir-rekwiżiti kollha sabiex tkun applikabbli din is-sistema jiġu eżenti mit-taxxa mħallsa minn ras il-għajn.

Fir-rigward tal-kumpanniji parenti li mhumiex residenti fi Spanja, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni, jeħtieġ li jkollhom sehem ta' 20 %, li jitnaqqas għal 15 % mill-1 ta' Jannar 2007 u għal 10 % mill-1 ta' Jannar 2009. B'hekk, b'differenza mil-kumpanniji parent residenti fi Spanja, il-kumpanniji parent ta' Stati Membri oħra tal-Komunità Ewropea u ta' Stati Membri tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li għandhom sehem fil-kapital ugwali għal jew ogħla minn 5 % iżda inqas mil-limiti msemmija għandhom iħallsu t-taxxa fuq id-dividiendi mħallsa mill-kumpannija sussidjarja.

Il-Kummissjoni tqis li d-differenza fit-trattament stabbilita mil-leġiżlazzjoni Spanjola, li timponi rekwiżit ta' sehem fil-kapital ogħla fuq il-kumpannji parent li mhumiex residenti meta pparagunati ma' dawk residenti sabiex jiġu eżenti mill-ħlas tat-taxxa tad-dividendi mqassma mill-kumpannji sussidjarji residenti fit-territorju Spanjol tikkostitwixxi diskriminazzjoni li tikser l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE. Il-Kummissjoni ma ssib ebda ġustifikazzjoni għal din it-taxxa addizzjonali fuq il-kumpanniji parent ta' Stati Membri oħra u ta' Stati Membri tal-Ftehim ŻEE.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/17


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-492/08)

(2009/C 19/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi tapplika rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għas-servizzi mogħtija mill-avukati, avukati li jistgħu jidhru quddiem il-Conseil d'État u l-Cour de cassation u l-prokuraturi legali, li għalihom dawn huma mħallsa totalment jew parzjalment mill-Istat bħala għajnuna legali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkontesta l-applikazzjoni, mill-konvenuta, ta' rata mnaqqsa ta' VAT għas-servizzi pprovduti bħala għajnuna legali mill-avukati, l-avukati li jistgħu jidhru quddiem il-Conseil d'État u l-Cour de cassation kif ukoll il-prokuraturi legali, peress li l-imsemmija servizzi ma jaqgħu taħt ebda waħda mill-kategoriji msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE.

Sabiex jiġu kkonfutati t-tliet argumenti prinċipali tal-konvenuta, il-Kummissjoni l-ewwel nett tikkunsidra li l-garanzija tal-aċċess għall-ġustizzja ma tistax tkun raġuni rilevanti sabiex issir eċċezzjoni għar-rata normali tal-VAT fuq is-servizzi tal-avukati peress li din il-garanzija hija aktar marbuta mal-portata tal-għajnuna mogħtija mill-Istat, milli mar-rata ta' VAT stabbilita b'mod uniformi fuq il-livell Komunitarju.

Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, il-karattru soċjali tal-attivitajiet inkwistjoni mhuwiex suffiċjenti sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu inklużi fil-kategoriji l-oħra tas-servizzi msemmija fl-Anness III tad-direttiva, li għalihom hija permessa rata mnaqqsa meta mqabbla mar-rata normali applikabbli. Fil-fatt, b'mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, interpretazzjoni restrittiva tan-natura ta' dawn is-servizzi hija neċessarja sabiex jinżamm il-karattru eżawrjenti ta' dan l-anness.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-għan kemm tal-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll tal-Anness III tagħha mhuwiex dak li jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni bejn operaturi ekonomiċi li jipprovdu l-istess prodotti jew servizzi, iżda aktar sempliċement dak li tiġi mħeġġa armonizzazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri, billi jiġu approssimati r-rati ta' VAT applikati u billi jiġu limitati l-operazzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista' tiġi applikata rata mnaqqsa.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta' Novembru 2008 — Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen vs Region Syddanmark

(Kawża C-499/08)

(2009/C 19/31)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen.

Konvenuta: Region Syddanmark.

Domanda preliminari

Il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta' età li tinsab fl-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi Stat Membru milli jżomm fis-seħħ sitwazzjoni ġuridika fejn min iħaddem, wara li jitkeċċa ħaddiem impjegat li kien jaħdem mal-istess kumpannija għal 12, 15 jew 18-il sena, għandu, malli jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiem impjegat, iħallas ammont ekwivalenti għal xahar, xahrejn jew tliet xhur paga rispettivament, iżda li dan il-benefiċċju m'għandux jitħallas meta l-ħaddiem impjegat, meta jintemm il-kuntratt, huwa intitolat li jirċievi pensjoni tax-xjuħija minn skema ta' pensjoni li għaliha jkun ikkontribwixxa min iħaddem?


(1)  ĠU L 303, p. 16.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/18


Appell ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 mill-Município de Gondomar mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fil-10 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-324/06, Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-501/08 P)

(2009/C 19/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Município de Gondomar (rappreżentanti: J.L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza u tilqa' r-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782, tas-16 ta' Awwissu 2006, dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni;

sussidjarjament, tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza u tibgħat il-kawża quddiem l-istess Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk tal-appellanti, bis-saħħa tal-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew sussidjarjament, tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż għas-sentenza jew għad-digriet li ġġib fi tmiemha l-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.   ŻBALL TA' LIĠI FL-EVALWAZZJONI TAR-REKWIŻIT TA' INTERESS DIRETT U NUQQAS TA' MOTIVAZZJONI

Il-Município de Gondomar iqis li l-qafas legali Portugiż jinkludi partikolaritajiet li għandhom iwasslu għal interpretazzjoni differenti minn dik tal-Qorti tal-Prim'Istanza fid-digriet ta' inammissibbiltà mogħti fl-ambitu tal-kawża T-324/06, li għandha żball ta' liġi.

Fil-fatt, mil-liġi Portugiża, b'mod partikolari mill-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament għall-Applikazzjoni tal-Fondi ta' Koeżjoni fil-Portugall, approvat permezz tal-artikolu waħdieni tad-Digriet-Liġi Nru 191/2000 tas-16 ta' Awwissu, tirriżulta l-ineżistenza ta' xi forma ta' marġni diskrezzjonali tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tad-deċiżjoni dwar jekk iżżomx jew le l-għajnuna mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni lill-Município de Gondomar bħala korp responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett, li jwassal għall-konklużjoni tan-natura awtomatika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta' Koeżjoni, peress li l-leġiżlazzjoni msemmija'l fuq ma tippermettix li jinħelsu l-korpi inkarigati għal-implementazzjoni mill-obbligu li jħallsu lura l-ammonti indebitament imħallsa.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza, fid-digriet ta' inammissibbiltà mogħti fil-kawża T-324/06, naqset milli tagħmel riferiment għal din il-kwistjoni, u peress li dan kien aspett essenzjali sabiex tiġi ddeterminata l-ammissibbiltà tar-rikors, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi, b'konsegwenzi immedjati fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti mogħtija mill-Artikolu 230 KE.

Din in-nuqqas ta' deċiżjoni b'hekk tagħti lok għal nuqqas ta' motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti. Fil-fatt, skont id-duttrina u l-ġurisprudenza Komunitarja, jeżisti obbligu ġenerali ta' motivazzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija minn korpi amministrattivi u ġudizzjarji, sabiex jiġi ffaċilitat il-kompitu ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja.

In-nuqqas ta' deċiżjoni min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza rigward il-partikolaritajiet tas-sistema legali Portugiża huwa nuqqas ta' motivazzjoni li jaffettwa serjament l-interessi tal-appellanti.

2.   KSUR TAL-PRINĊIPJU TA' PROTEZZJONI ĠUDIZZJARJA EFFETTIVA

Il-Município de Gondomar jqis ukoll li hija għandha r-riskju li tiċċaħħad mid-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, minħabba li ma jkollhiex mezzi li għalihom tista' tirrikorri fuq livell nazzjonali sabiex tikkontesta t-talba għal ħlas lura tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta' Koeżjoni, peress li l-att li bih ġiet innotifikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta' Koeżjoni huwa att li ma jistax jiġi kkontestat fuq livell intern.

In-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li ma tistax tiġi kkontestata internament, kienet saret permezz ta' ittra mill-awtorità li tamministra s-settur għall-Fondi ta' Koeżjoni tal-Ministeru tal-Ambjent, tal-25 ta' Settembru 2006, li fiha sempliċement “għaddiet” id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinkludi d-dispożittiv.

L-impossibbiltà li tkun tista' tiddisponi minn mezz ta' kontestazzjoni tikser il-prinċipju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, bħal ma ġie stabbilit mid-duttrina u l-ġurisprudenza Komunitarja l-iktar reċenti.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/19


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-505/08)

(2009/C 19/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Adam, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/19


Appell ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-75/06: Bayer CropScience AG et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-517/08 P)

(2009/C 19/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA), Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-75/06;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE (1) tat-2 ta' Diċembru 2005 li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (2) u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom din is-sustanza; jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċidiha hi; u

tordna lill-appellati iħallsu l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE tat- 2 ta' Diċembru 2005 li tikkonċerna n-nuuqas ta' inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom din is-sustanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret id-dritt Komunitarju. B'mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkommetiet numru ta' żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal sabiex hija għamlet diversi żbalji ta' liġi, partikolarment:

(i)

billi naqqset li tikkonstata li l-appellanti tpoġġew f'pożizzjoni ta' force majeure bl-aġir tal-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li n-nuqqas tal-awtoritajiet kompetenti li jiddiferixxu t-termini proċedurali kien żball manifest ta' evalwazzjoni; u

(ii)

billi ddeċidiet li d-drittijiet legali u proċedurali tal-appellanti ma kinux ġew miksura.


(1)  ĠU L 317, p. 25.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ĠU L 230, p. 1.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-523/08)

(2009/C 19/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u M.-A. Rabanal Suárez, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE (1), tat-12 ta' Novembru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika, u, f'kull każ, li ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/71/KE fis-sistema legali interna skada fit-12 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 289, p. 15.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/20


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-524/08)

(2009/C 19/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/68/KE (1) tas-16 ta' Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-10 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 323, p. 1.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/20


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-527/08)

(2009/C 19/37)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, A.A. Gilly, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet tar-rikorrent lill-Qorti tal-Ġustizzja

tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE (1) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, jew f'kull każ, billi ma nnotifikax lill-Kummissjoni l-imsemmija dispożizzjonijiet, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva

tikkundanna lir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Lulju 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 28.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-530/08)

(2009/C 19/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u B. Béres, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija

Talbiet

tiddikjara li, billi ma daħħlitx fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36 fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-531/08)

(2009/C 19/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/56/KE (1)tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, jew, f'kull każ, li ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 1.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-543/08)

(2009/C 19/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, P. Guerra e Andrade u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża, billi żammet drittijiet speċjali tal-Istat f'EDP — Energias de Portugal, b'konnessjoni ma' ishma privileġġati (golden shares) tal-Istat, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 u 43 KE;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni ta' EDP jistipulaw li kull sehem jiswa vot iżda li ma jittieħdux inkunsiderazzjoni l-voti li jesprimi azzjonista li jikkonċernaw l-ishma ordinarji li mhumiex proprjetà tal-Istat li jaqbżu 5 % tal-voti kollha li jikkorrispondu għall-kapital tal-kumpannija.

Skont il-liġi Portugiża, l-Istat għandu drittijiet speċjali f'EDP irrispettivament min-numru ta' ishma li tagħhom huwa proprjetarju. Dawn id-drittijiet speċjali huma, b'mod partikolari, id-dritt ta' veto fuq id-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali fir-rigward ta' emendi għall-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni (inklużi deċiżjonijiet ta' żieda fil-kapital, ta' fużjoni, ta'ċessjoni u ta' stralċ), il-konklużjoni ta' kuntratti soċjali ta' koordinazzjoni u ta' subordinanza, u t-tneħħija jew il-limitazzjoni tad-dritt preferenzjali lill-azzjonisti fil-każ ta' żieda fil-kapital.

L-Istat għandu wkoll id-dritt speċjali li jaħtar amministratur meta jivvota kontra l-amministraturi proposti, meta dawn ikunu ġew approvati.

Il-Kummissjoni ssostni li kemm il-limitazzjoni tal-vot kif ukoll id-drittijiet speċjali jikkostitwixxu restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u għal-libertà ta' stabbiliment. Dawn il-miżuri jikkostitwixxu ostakolu għall-investiment dirett f'EDP, ostakolu għall-investiment fil-portafoll u ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment.

Dawn id-drittijiet speċjali tal-Istat jikkostitwixxu miżuri tal-Istat ġaladarba l-ishma privileġġjati ma jkunux jirriżultaw minn applikazzjoni normali tal-liġi tal-kumpanniji.

Il-limitazzjoni tal-vot, fiċ-ċirkustanzi li ġiet fis-seħħ, tikkostitwixxi wkoll miżura tal-Istat.

L-imsemmija golden shares u l-limitazzjoni tal-vot ma jissodisfawx l-aspettattivi leġittimi ta' interess ġenerali, invokati mill-Istat Portugiż, dwar, b'mod partikolari, is-sigurtà pubblika, is-sigurtà tal-provvista u tal-għoti ta' servizz pubbliku.

F'kull każ, l-Istat Portugiż mhux qed josserva l-prinċipju ta' proporzjonalità ġaladarba l-miżuri inkwistjoni mhumiex adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għanijiet imfittxija u jmorru lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.


Qorti tal-Prim' Istanza

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Novembru 2008 — Hôtel Cipriani et. vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezja u ta' Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Ammissibbiltà - Rabta individwali - Kundizzjonijiet dwar l-effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju u dwar l-impatt fuq il-kompetizzjoni - Derogi abbażi tal-Artikolu 87(3)(b) sa (e) KE u tal-Artikolu 87(2)(b) KE - Kwalifika bħala għajnuna ġdida jew bħala għajnuna eżistenti - Prinċipji ta' ċertezza legali, ta' protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2009/C 19/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-254/00: Hotel Cipriani SpA (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Marinoni, G.M. Roberti u F. Sciaudone, wara G.M. Roberti, F. Sciaudone u A. Bianchini, avukati)

Rikorrenti fil-Kawza T-270/00: Società italiana per il gas SpA (Italgas) (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, C. Tesauro, M. Pappalardo u T. Ubaldi, avukati)

Rikorrenti fil-Kawza T-277/00: Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl (Cavriago, l-Italja); u Kumitat “Venezia vuole vivere” (Venezja) (rappreżentanti: A. Bianchini u A. Vianello, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, agent, assistit minn A. Dal Ferro, avocat)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-270/00: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, wara I. Braguglia, aġenti, assistiti minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2000/394/KE tal-Kummissjoni, tal-25 ta' Novembru 1999, dwar miżuri ta' għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezja u ta' Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Hotel Cipriani SpA, is-Società italiana per il gas SpA (Italgas), Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl u l-Kumitat “Venezia vuole vivere” għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni. Coopservice u l-Kumitat “Venezia vuole vivere” għandhom ibatu wkoll l-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 355, 9.12.2000.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Agraz et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/03) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati - Għajnuna għal produzzjoni tal-prodotti pproċessati tat-tadam - Metodu ta' kalkolu għall-ammonti tal-ispejjeż - Sena tal-marketing 2000/2001 - Evalwazzjoni tad-dannu’)

(2009/C 19/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Agraz, SA (Madrid, Spanja) u s-86 rikorrent li isimhom jidher fl-Annessi I u II tas-sentenza (rappreżentanti: J.L. da Cruz Vilaça, D. Choussy u S. Estima Martins, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jikkumpensa d-dannu li r-rikorrenti batew minħabba l-metodu adottat għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1519/2000 tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Lulju 2000, li jistabbilixxi, għas-sena tal-marketing 2000/2001, il-prezz minimu u l-ammont tal-għajnuna għal prodotti tat-tadam ipproċessat (ĠU L 174, p. 29).

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Agraz, SA u lis-86 kumpannija oħra li isimhom jidher fl-Annessi I u II kumpens korrispondenti għal żieda ta' 15.54 % tal-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni li huma kienu rċevew għas-sena tal-marketing 2000/2001, kif stabbilit mill-Anness II tar-Regolament Nru 1519/2000.

2)

Dan il-kumpens huwa vvalutat mill-ġdid b'imgħaxijiet ta' kumpens, li jibdew jiddekorru mill-ħlas effettiv tal-għanjuna lil kull rikorrent u sakemm tingħata l-preżenti sentenza, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinazjament, miżjuda b'żewġ punti, peress li jirrigwarda rikorrenti li isimhom ma jidhirx fl-Anness I, u bir-rati ta' inflazzjoni annwali kkonstatat, għal-perjodu kkonċernat, mill-Eurostat fl-Istati Membru fejn huma stabbiliti, peress li jirrigwarda rikorrenti li isimhom jidher fl-Anness II.

3)

Il-kumpens, kif ivvalutat mill-ġdid, għandu jiġi miżjud bl-imgħaxijiet ta' dewmien, li jibdew jiddekorru minn meta tingħata l-preżenti sentenza sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament, miżjuda b'żewġ punti.

4)

Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, għandhom ibatu żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.

5)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż ta' Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 251, 18.10.2003.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Karatzoglou vs AER

(Kawża T-471/04) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rinviju lill-Qorti tal-Prim'Istanza wara annullament - Terminazzjoni ta' kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni - Abbuż ta' poter - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba)

(2009/C 19/43)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Karatzoglou (Préveza, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea ghar-Rikostruzzjoni (AER) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER tat-26 ta' Frar 2004 li tterminat il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. Karatzoglou u l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom għas-sottomissjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Prim'Istanza.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/05 u T-363/05) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana - Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta' ċerti impriżi - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi - Nuqqas’)

(2009/C 19/44)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja); u Cofra Srl (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-adozzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tat-12 ta' Lulju 2000 li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni skema ta' għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 — l-Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir li l-Kummissjoni adottat matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-362/05 u T-363/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda

3)

Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-362/05.

4)

Cofra Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-363/05.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Rajani vs UASI — Artoz-Papier (ATOZ)

(Kawża T-100/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti ARTOZ - Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta' użu ġenwin - Bidu tat-terminu ta' ħames snin - Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u l-Artikolu 6 tal-KEDB’)

(2009/C 19/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deepak Rajani (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dustmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Artoz-Papier AG (Lenzburg, l-Iżvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Jannar 2006 (Każ R 1126/2004-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Artoz-Papier AG u Deepak Rajani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deepak Rajani huma kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — En Route International vs UASI (FRESHHH)

(Kawża T-147/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FRESHHH - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: En Route International Ltd (Datchet, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2006 (Każ R 352/2005-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FRESHHH bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

En Route International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/06) (1)

(“FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali - Terminu ta' 24 xahar - Evalwazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu esklużi - Kontrolli fundamentali - Prinċipju ta' ne bis in idem - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta' nuqqasijiet - Prinċipju ta' proporzjonalità’)

(2009/C 19/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u G. Kanellopoulos, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/06) (1)

(“FAEGG - 'Taqsima Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Butir - Kontroll tal-kwantità tal-prodott miksub - Kontrolli fuq il-post - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97’)

(2009/C 19/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn E. O'Neill imbagħad I. Rao, aġenti, assistiti minn H. Mercer, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Oliver, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), safejn hija teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fil-qasam tal-grass tal-butir fl-industrija tal-ikel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN)

(Kawża T-67/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrenti: Ford Motor Co. (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FUN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006 2), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Avon Products vs UASI (ANEW ALTERNATIVE)

(Kawża T-184/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANEW ALTERNATIVE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Avon Products, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Heitmann-Lichtenstein u U. Stelzenmüller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Laitinen u P. Bullock, wara minn G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2007 (Każ R 1471/2006-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEW ALTERNATIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Avon Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker)

(Kawża T-212/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Barbara Becker - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BECKER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Barbara Becker (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1) dwar proċidementi ta' oppożizzjoni bejn Harman International Industries, Inc. u Barbara Becker.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1) hija annullata.

2)

It-talba ta' Harman International Industries, Inc., għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Barbara Becker hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Harman International Industries.

4)

Barbara Becker għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ebro Puleva vs UASI — Berenguel (BRILLO'S)

(Kawża T-275/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali ‘brillante’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Luis Berenguel, SL (El Barranquete-Níjar, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — UASI vs López Teruel

(Kawża T-284/07 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà - Invalidità - Talba għall-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità - Kompetenza limitata tal-AIPN’)

(2009/C 19/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u E. Maurage, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Adelaida López Teruel (Guadalajara, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u C. Ronzi, imbagħad L. Levi, avukati)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta' Mejju 2007, López Teruel vs UASI (F-97/06 li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — New Look vs UASI (NEW LOOK)

(Kawża T-435/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Look Ltd (Weymouth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2007 (Każ R 670/2007-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEW LOOK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

New Look Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-284/08) (1)

(“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Stħarriġ ġudizzjarju’)

(2009/C 19/55)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers-sur-Oise, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Spitzer, avukat, u D. Vaughan, QC, sussegwentement minn J.-P. Spitzer, D. Vaughan u M.E. Demetriou, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G.J. Van Hegleson, M. Bishop u E. Finnegan, sussegwentement minn M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentanti: G. de Bergues u A.L. During, aġenti); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Aalto u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21), safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/868/KE, hija annullata safejn tikkonċerna lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat li jħallas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-People's Mojahedin Organization of Iran.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/29


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — SC Gerovital Cosmetics vs UASI — SC Farmec (GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan)

(Kawża T-163/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 19/56)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SC Gerovital Cosmetics SA (Ilfov County, ir-Rumanija) (rappreżentant: D. Boștină, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: SC Farmec SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija) (rappreżentanti: G. Turcu u M. Rosu, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Frar 2007 (Każ R 271/2006-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn SC Farmec SA u SC Gerovital Cosmetics SA.

Dispożittiv

1)

Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

SC Gerovital Cosmetics SA u SC Farmec SA huma t-tnejn ikkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 18, 4.8.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs BEI

(Kawża T-461/08)

(2009/C 19/57)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tassenja l-kuntratt lill-kuntrattur rebbieħ;

tordna lill-Bank Ewropew tal-Investiment iħallas kumpens lir-rikorrenti tad-dannu subit minħabba l-proċedura ta' sejħa għall-offerti inkwistjoni f'ammont ta' EUR 1 940 000;

tordna lill-Bank Ewropew tal-Investiment iħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti relatati ma' dan ir-rikors, anki fil-każ li dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha mressaq abbażi tal-Artikoli 230 KE u 235 KE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tas-26 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-offerta tagħha fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti “Għajnuna għall-manutenzjoni, għall-għajnuna u għall-iżvilupp tas-sistema 'Loans Front Office' (SERAPIS) tal-Bank Ewropew tal-Investiment” (ĠU 2007/S 176-215155) u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu subit.

Ir-rikorrenti tallega li r-riżultat tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt ma ġiex ikkomunikat lilha, u tallega li kien biss b'kunbinazzjoni li saret taf bil-pubblikazzjoni tal-avviż tal-għoti tal-kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali (1) tas-26 ta' Lulju 2008. Hija tqis li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mill-konvenut bi ksur tal-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida tal-BEI għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, u tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li billi naqas milli jinnotifikaha bid-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kuntratt, billi ma mmotivax biżżejjed id-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, billi stabbilixxa kriterji li rriżultaw fi trattament mhux ugwali, billi ħawwad il-kriterji tal-għażla u tal-għoti, billi uża formula ta' evalwazzjoni diskriminatorja b'rata ta' 75 %/25 %, il-konvenut naqas mill-obbligu tiegħu li jassigura kompetizzjoni mhux distorta, u b'hekk kiser diversi drabi l-obbligi tiegħu ta' trasparenza u ta' trattament ugwali.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza, jekk tqis li l-konvenut kiser id-dritt Komunitarju dwar il-kuntratti pubbliċi u/jew il-prinċipji legali ta' trasparenza u ta' trattament ugwali, sabiex tordna lill BEI iħallas kumpens tad-dannu subit, fl-ammont ta' 50 % tas-somma ta' EUR 3 880 000 (jiġifieri EUR 1 940 000), li huwa l-ammont stmat tar-riżultat gross li r-rikorrenti kienet tirċievi fil-kuntest tal-proċedura msemmija iktar 'il fuq li kieku l-kuntratt kien jingħata lilha.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż anki fil-każ li r-rikors jiġi miċħud, b'mod konformi mal-Artikolu 87(3)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, għaliex din tqis li l-evalwazzjoni żbaljata tal-offerta tagħha min-naħa tal-konvenut, in-nuqqas ta' motivazzjoni u l-fatt li hija ma ġietx infurmata fi żmien utli bir-raġunijiet għalfejn l-offerta tal-offerent magħżul ġiet ippreferita iktar mill-offerta tagħha, obbligawha tressaq din il-proċedura.


(1)  ĠU 2008/S 144-192307.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/30


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 — Giordano Enterprises vs UASI José Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)

(Kawża T-483/08)

(2009/C 19/58)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giordano Enterprises Ltd (Jalan Merdeka, il-Malasja) (rappreżentanti: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Dias Magalhães & Filhos Lda (Arrifana, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1864/2007-2, peress li ċaħdet l-appell tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “GIORDANO” għal prodotti fil-klassi 18 u 25

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 322 534 tat-trade mark verbali “GIORDANO” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata safejn laqgħet l-oppożizzjoni ta' ċerti prodotti fil-klassi 18 u ċaħdet l-appell fil-bqija

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta sostna li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kif ukoll tar-Regola 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 filwaqt li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibbażat l-oppożizzjoni tagħha biss fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/31


Appell ippreżentat fit-13 ta' Novembru 2008 minn Paul Lafili mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-22/07, Lafili vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/08 P)

(2009/C 19/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Paul Lafili (Genk, Il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avocat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-UE tal-4 ta' Settembru 2008 fil-kawża F-22/07 safejn din ċaħdet il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikoli 4 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju tal-aspetattivi leġittimi;

konsegwentement, tilqa' t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, b'hekk,

tannulla d-deċiżjoni li tiklassifika lill-appellant fil-grad AD 13, skala 5, li tinsab f'nota tad-DĠ ADMIN tal-11 ta' Mejju 2006 u fil-karta tas-salarju tal-appellant ta' Ġunju 2006 u fil-karti tas-salarju tiegħu sussegwenti;

konsegwentement:

tordna r-reintegrazzjoni, b'effett mill-1 ta' Mejju 2006, tal-appellant fil-grad u l-iskala AD 13, skala 2 b'żamma tal-fattur tal-moltiplikazzjoni 1,1172071

tordna r-rikostruzzjoni b'mod sħiħ tal-karriera tal-appellant b'effett retroattiv mill-1 ta' Mejju 2006 sad-data tal-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad u skala hekk mibdul (inkluż iż-żieda fl-esperjenza tiegħu fil-klassifikazzjoi hekk mibdula, id-drittijiet tiegħu għall-avvanzament u d-drittijiet tal-pensjoni), inkluż il-ħlas tal-interessi għad-dewmien fuq il-bażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti, fuq l-ammonti kollha korrispondenti għad-differenza bejn is-salarju korrispondenti għall-klassifikazzjoni tiegħu li tidher fid-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni li għaliha huwa jmissu kellu dritt sad-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni regolari tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

tikundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell preżenti, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-4 ta' Settembru 2008, mogħtija fil-kawża Lafili vs Il-Kummissjoni, F-22/07, li permezz tagħha t-TSP annulla d-deċiżjoni tal-11 ta' Mejju 2006, tal-Kap tad-Diviżjoni A 6 “Struttura tal-karrieri, evalwazzjoni u promozzjoni” tad-Direttorat Ġenerali “Persunal u Amministrazzjoni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sa fejn is-sentenza appellata tiċħad il-motivi tal-appellant ibbażati fuq ksur tal-Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Personal”) u tal-Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Personal kif ukoll fuq ksur tal-prinċipji tal-aspetattivi leġittimi.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant qajjem aggravju wieħed ibbażat fuq il-ksur, fl-ewwel istanza, tal-Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Personal, tal-Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Personal, fuq il-ksur tal-prinċipji tal-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarja u tal-obbligu ta' motivazzjoni, kif ukoll fuq żnaturament tal- provi.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — Kureha vs UASI — Sanofi-Aventis (KREMEZIN)

(Kawża T-487/08)

(2009/C 19/60)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kureha Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken u O. Sude, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanofi-Aventis SA (Gentilly, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2008 fil-każ R 1631/2007-4; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “KREMEZIN” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 2 906 501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 529 937 tat-trade mark verbali “KRENOSIN” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 19 u tar-Regola 20(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1), kif ukoll abbuż ta' poter, peress li l-Bord tal-Appell kkunsidra b'mod żbaljat li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha ippruvat b'mod sodisfaċenti l-eżistenza u l-validità tat-trade mark preċedenti; Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Galileo International Technology vs UASI — GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS (GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS)

(Kawża T-488/08)

(2009/C 19/61)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Galileo Sistemas y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 403/2006-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 170 167 tat-trade mark verbali “GALILEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 2 157 501 tat-trade mark verbali “GALILEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 516 799 tat-trade mark figurattiva “powered by Galileo” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 330 084 tat-trade mark figurattiva “GALILEO INTERNATIONAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 2 159 069 tat-trade mark figurattiva “GALILEO INTERNATIONAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Sinjali preċedenti protetti f'diversi Stati Membri, b'mod partikulari, trade mark mhux reġistrata, isem kummerċjali, u sinjal, kollha użati matul il-kummerċ tal-prodotti u servizzi speċifikati.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni kontra l-prodotti u servizzi inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li: (i) il-Bord tal-Appell ma wettaqx evalwazzjoni globali tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni fir-rigward ta' trade marks b'kelma waħda, “GALILEO”; (ii) il-Bord tal-Appell ma evalwax, b'mod korrett, it-trade mark Komunitarja inkwistjoni fir-rigward tal-komponenti ta' trade mark preċedenti li jinkludu l-kelma “GALILEO”; u (iii) il-Bord tal-Appell ma evalwax, b'mod korrett, ix-xebh bejn il-prodotti; Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-konstatazzjoni taħt l-Artikoli 8(4) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/33


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Sun World International vs UASI — Kölla Hamburg Overseas Import (SUPERIOR SEEDLESS)

(Kawża T-493/08)

(2009/C 19/62)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun World International LLC (Bakersfiel, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Holah, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Każ R 1378/2007-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Is-sinjal verbali “SUPERIOR SEEDLESS” għal prodotti fil-klassi 31 — Trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 610 980

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell: (i) identifika ħażin il-pubbliku rilevanti; (ii) żbalja meta rrifjuta li jippermetti rtirar tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja fir-rigward ta' wħud mill-prodotti fil-lista; (iii) għamel assunzjoni illegali bbażata fuq in-nuqqas ta' reġistrazzjoni fir-Renju Unit jew fl-Irlanda; u (iv) evalwa inkorrettament il-provi ppreżentati.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more)

(Kawża T-501/08)

(2009/C 19/63)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: P Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Iżvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 1388/2007-4 u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, f'każ li ssir intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “see more” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni Nru 4 034 741

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Daniża “CMORE” irreġistrata bin-Nru VR 2004 01590 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 41; Trade mark verbali Finlandiża “CMORE” irreġistrata bin-Nru 231 366 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/34


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF)

(Kawża T-507/08)

(2009/C 19/64)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Psytech International Ltd (Pulloxhill, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, Solicitor u N. Saunders, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Institute for Personality & Ability Testing, Inc. (Champaign, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1012/2007-2 u tagħmel mill-ġdid it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità lill-UASI sabiex tkun tista' tipproċedi, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “16PF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42 — Trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 1 892 652

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ċ), 7(1)(d) u 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell: (i) kien imissu kkonstata abbażi tal-evidenza quddiemu li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex karattru distintiv; (ii) naqas milli jagħmel l-eżami ġuridiku korrett u naqas milli jevalwa sewwa l-evidenza quddiemu; u (iii) kien imissu kkonstata abbażi tal-evidenza quddiemu li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità saret in mala fede.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/35


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Novembru 2008 — Bang & Olufsen vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' loudspeaker)

(Kawża T-508/08)

(2009/C 19/65)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bang & Olufsen A/S (Struer, id-Danimarka) (rappreżentant: K. Wallberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punt 2 tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Settembru 2008 fil-Każ R 497/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta loudspeaker għal prodotti fil-klassijiet 9 u 20 — Applikazzjoni Nru 3 354 371

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra, b'mod żbaljat, li t-trade mark Komunitarja kkonċernata hija sinjal li jikkonsisti esklużivament f'għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodotti.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)

(Kawża T-510/08)

(2009/C 19/66)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Toqueville Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti, I. Palombella u E. Cucchiara, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Schiesaro (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Awwissu 2008, fil-Każ R-829/2008-2 Toqueville Srl vs M. Schiesaro.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità:“TOCQUEVILLE 13” (Trade mark Komunitarja Nru 1 406 982) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 41 u 42.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Toqueville Srl.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Marco Schiesaro.

Deċiżjoni kkontestata quddiem il-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa' l-applikazzjoni għar-revoka parzjali tat-trade mark inkwistjoni.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell iddikjarat inammissibbli u l-applikazzjoni għal “restitutio in integrum” fir-rigward tat-terminu għall-preżentazzjoni ta' appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 73 u 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll tal-Artikoli 2 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2869/95, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, u tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 40/94.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 — Laboratorios Byly vs UASI — Ginis (BILLY'S Products)

(Kawża T-514/08)

(2009/C 19/67)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Byly, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: L. Plaza Fernandez-Villa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasileios Ginis (Ateni, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Vasileios Ginis.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “BILLY's products” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.215.273) għal prodotti fil-klassi 3.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks verbali Komunitarji “BYLY” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 156.216), għal prodotti fil-klassi 3, u “byly” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.604.015), għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 u servizzi fil-klassi 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/36


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — UPC France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/05) (1)

(2009/C 19/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 10.12.2005.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/36


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni vs Northumbrian Water

(Kawża T-334/06) (1)

(2009/C 19/69)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/36


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2008 — Kuiburi Fruit Canning vs Il-Kunsill

(Kawża T-330/07) (1)

(2009/C 19/70)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/36


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2008 — Dow AgroSciences et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/07) (1)

(2009/C 19/71)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Diċembru 2008 — Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-131/07) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova - Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)

(2009/C 19/72)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbora Baniel-Kubinova (Alzingen, il-Lussemburgu) u tlettax–il uffiċjal ieħor tal-Parlament Ewropew, (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-diversi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum stipulata fl-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008, p. 32.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Dicembru 2008 — Blais vs BĊE

(Kawża F-6/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Allowance ta' espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-BĊE - Kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż - Eżiġenzi ta' ekwità - Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

(2009/C 19/73)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jessica Blais (Frankfurt am Main, Il-Ġermanja) [rappreżentant: B. Karthaus, avukat]

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew [rappreżentanti: F. Malfrère u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat]

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Awwissu 2007 li tirrifjuta li r-rikorrenti tingħata l-allowance ta' espatrijazzjoni għar-raġuni li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-Conditions of Employment tal-BĊE.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J. Blais għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.

3)

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008, p. 39.


24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Clarke, Papathanasiou u Periañez-González vs UASI

(Kawża F-82/08)

(2009/C 19/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nicole Clarke (Alicante, Spanja), Elisavet Papathanasiou (Alicante, Spanja) u Mercedes Periañez-González (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tal-klawżola fil-kuntratti tar-rikorrenti, peress li tipprovdi x-xoljiment awtomatiku tal-kuntratti fil-każ li r-rikorrenti ma jkunux inklużi fuq lista ta' riżerva tal-ewwel kompetizzjoni ġenerali għal-funzjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07 m'għandhom ebda effett fuq il-kuntratti tar-rikorrenti, jew l-annullament ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Barra minn hekk, talba għal kumpens għal danni.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu,

l-annullament tal-klawżola tal-Artikolu 5 tal-kuntratti ta' xogħol rispettivi tar-rikorrenti;

id-dikjarazzjoni li l-avviżi tal-kompetizzjonijiet OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07, li ġew ippubblikati fit-12 ta' Diċembru 2007 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE C 300 A, m'għandhomx effett fuq ir-rapporti ta' xogħol tar-rikorrenti;

sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti tal-UASI, skont it-tielet u r-raba' sentenza tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-12 ta' Lulju 2008 (fir-rigward tal-ewwel, it-tieni u t-tielet rikorrenti) kif ukoll tat-18 ta' Lulju 2008 (fir-rigward tat-tieni rikorrenti);

sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjonijiet ta' ċaħda tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2008, li jikkonċernaw lir-rikorrenti, innotifikati fl-10 ta' Marzu 2008, sabiex tingħata risposta għat-talbiet tar-rikorrenti skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal,

safejn dawn id-deċiżjonijiet ma jipprovdux:

konferma tal-emenda tal-kuntratti ta' xogħol indefiniti tar-rikorrenti fis-sens li titneħħa l-klawżola tal-Artikolu 5 tal-kuntratti dwar in-neċessità li ssir kompetizzjoni esterna, fl-intier tagħha, jew sussidjarjament, fir-rigward tal-ewwel frażi tagħha;

dikjarazzjoni dwar il-kontinwità tal-kuntratti indefiniti tar-rikorrenti;

dikjarazzjoni li mhemmx bżonn li r-rikorrenti jkunu kandidati ta' kompetizzjoni pubblika sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu mal-UASI bħala membri tal-persunal temporanju b'kuntratt indefinit;

kif ukoll sussidjarjament

id-dikjarazzjoni li l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-kompetizzjonijiet ippubblikati fit-12 ta' Diċembru 2007 bin-numru OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE C300A mhijiex neċessarja għall-impjieg mal-UASI bħala membri tal-persunal temporanju b'kuntratt indefinit;

l-annullament tal-ittra tad-Dipartiment tal-Persunal tal-UASI tad-19 ta' Diċembru 2007, li fiha l-UASI jistabbilixxi rabta bejn il-kompetizzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE C 300 A, tat-12 ta' Diċembru 2007, u l-klawżola tal-Artikolu 5 tal-kuntratti ta' xogħol tar-rikorrenti,

sussidjarjament, l-annullament tal-kompetizzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE C 300 A, tat-12 ta' Diċembru 2007, peress li jippreġudikaw lir-rikorrenti;

li l-UASI jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti kumpens għal dannu minħabba preġudizzju għal danni immaterjali u morali subiti; liema ammont għandu jiġi stabbilit b'mod xieraq mill-Qorti tal-Prim'Istanza, skont it-talbiet tar-rikorrenti;

li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) jiġi kkundannat għall-ispejjeż.