ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
20 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kunsill

2008/C 326/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gverinijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-istabbiliment ta' Netwerk għal kooperazzjoni leġislattiva bejn il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

 

Kunsill

2008/C 326/02

Abbozz ta' emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

3

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 326/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5345 — Terex Corporation/Fantuzzi Group) ( 1 )

4

2008/C 326/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5383 — Salzgitter/Norddeutsche Affinerie) ( 1 )

4

2008/C 326/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5369 — Sodexo/Zehnacker) ( 1 )

5

2008/C 326/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5400 — LCR/EXEL/Argent) ( 1 )

5

2008/C 326/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5397 — Veolia Transport/SNCM) ( 1 )

6

2008/C 326/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5093 — DP World/Conti 7/Rickmers/DP World Breakbulk/JV) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2008/C 326/09

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012

7

 

Kummissjoni

2008/C 326/10

Rata tal-kambju ta' l-euro

26

 

Ombudsman Ewropew

2008/C 326/11

Rapport Annwali 2007

27

2008/C 326/12

Dispożizzjonijiet implementattivi

28

 

2008/C 326/13

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kunsill

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gverinijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-istabbiliment ta' Netwerk għal kooperazzjoni leġislattiva bejn il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(2008/C 326/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL- ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

Billi:

1.

L-għarfien tal-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħrajn kif ukoll ta' ċerti pajjiżi terzi huwa għodda essenzjali għall-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari għall-abbozzar ta' leġislazzjoni u għat-traspożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li ġeneralment taqa' fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, inkluż partikolarment il-liġi ċivili u kriminali, dejjem billi wieħed iżomm f'moħħu li l-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri għandhom kompetenzi li jvarjaw.

2.

Il-kisba ta' informazzjoni tista' tkun imprevedibbli u kkumplikata.

3.

Il-Ministeri tal-Ġustizzja għandhom informazzjoni preċiża ħafna dwar il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, dwar il-ġurisprudenza relatata tagħhom u dwar ir-riformi prinċipali li għaddejjin.

4.

Bil-għan li l-Ministeri tal-Ġustizzja jingħataw aċċess effettiv għall-leġislazzjoni nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn, għandu jiġi stabbilit netwerk ta' kooperazzjoni leġislattiva.

5.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea għandha l-objettiv li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha spazju ta' ġustizzja, libertà u sigurtà. Il-ħolqien ta' dan l-ispazju għandu jkun iffaċilitat b'għarfien reċiproku aħjar tas-sistemi ġudizzjarji u legali tal-Istati Membri u l-leġislazzjoni tagħhom, kif ukoll bl-iskambju ta' informazzjoni dwar proġetti ta' riforma legali.

6.

Il-ħolqien ta' “Netwerk għal kooperazzjoni leġislattiva bejn il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea” għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta' dak l-objettiv u għall-promozzjoni ta' intendiment aħjar tal-liġijiet tal-Istati Membri l-oħrajn, li min-naħa tiegħu huwa wieħed mill-mezzi biex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka u jiffavorixxi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku. Huwa għandu jippermetti wkoll li jitwettqu studji dwar il-liġi komparattiva dwar kwistjonijiet leġislattivi jew legali attwali li għandhom jitwettqu b'mod konġuni mill-Ministeri tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN IR-RIŻOLUZZJONI:

(1)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu gradwalment “Netwerk għal kooperazzjoni leġislattiva bejn il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “in-Netwerk”. Il-parteċipazzjoni fin-Netwerk tkun fuq bażi volontarja.

(2)

1.

Il-kompitu tan-Netwerk għandu jkun li jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea dwar il-leġislazzjoni fis-seħħ, dwar is-sistemi ġudizzjarji u legali, u dwar proġetti prinċipali ta' riforma legali. B'mod partikolari, għandu jippermetti:

(a)

li fuq talba, jipprovdi lill-membri tan-Netwerk b'informazzjoni koerenti u aġġornata dwar il-leġislazz- jonj u bi ġurisprudenza dwar suġġetti magħżulin;

(b)

li jingħata aċċess għar-riżultati tar-riċerka dwar il-liġi komparattiva mwettqa mill-Ministeri tal-Ġustizzja ta' kull Stat f'oqsma tal-liġi li ġeneralment jaqgħu fl-isfera ta' kompetenza ta' dawk il-Ministeri, inkluż fil-kuntest ta' riformi mwettqin mill-Istati Membri jew it-traspożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea;

(c)

li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar proġetti maġġuri ta' riforma legali, filwaqt li jikkonforma mal-obbligu tal-kunfidenzjalità li huma marbutin bih il-korpi tal-Istati.

2.

M'għandu jkun hemm l-ebda obbligu li tiġi pprovduta traduzzjoni tad-dokumentazzjoni li tingħata.

(3)

In-Netwerk għandu jkun appoġġat minn amministratur li hu responsabbli mill-operazzjoni amministrattiva u teknika tan-Netwerk. Sakemm jinħatar tali amministratur, Stat Membru inizjalment ikun responsabbli mill-operazzjoni amministrattiva u teknika tan-Netwerk.

(4)

Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent, preferibbilment fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Madankollu, kull Stat Membru għandu jaħtar numru limitat ta' korrispondenti oħra jekk dan ikun meqjus meħtieġ minħabba l-eżistenza ta' sistemi legali separati jew id-distribuzzjoni domestika ta' kompetenzi.

(5)

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-amministratur tan-Netwerk dwar:

(a)

il-kunjom, l-isem u l-pożizzjoni tal-korrispondent(i);

(b)

l-għarfien tal-lingwa ta' kull korrispondent; u

(c)

il-faċilitajiet ta' komunikazzjoni disponibbli għall-korrispondent(i), bin-numri (tat-telefon) u l-indirizzi (tal-posta elettronika) eżatti eċċ.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-amministratur tan-Netwerk dwar kwalunkwe bidla rigward id-data tal-korrispondent(i) tiegħu kif previst skont dan il-paragrafu.

(6)

Korrispondent għandu jibgħat talba, preferibbilment b'mezzi elettroniċi, lill-korrispondent(i) adatt(i) ta' Stat membru ieħor jew ta' Stati membri oħra. Il-korrispondent għandu wkoll jibgħat kopja tat-talba lill-amministratur tan-Netwerk.

(7)

Il-korrispondent għandu jiżgura li t-talba mibgħuta:

taqa' fl-isfera ta' kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja tiegħu, jew tikkonċerna kwistjonijiet li ġeneralment jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeri tal-Ġustizzja, bħal-liġi ċivili u kriminali,

hija fformulata b'mod preċiż,

ma timponix piż ta' ħidma irraġonevoli fuq il-korrispondenti l-oħrajn u/jew id-dipartimenti tal-Ministeri tal-Ġustizzja li jiffurmaw in-Netwerk.

(8)

Il-korrispondenti li taslilhom tali talba għandhom jagħmlu ħilithom kollha li jwieġbu għal dik it-talba f'perijodu raġonevoli, mingħajr obbligu li jipprovdu traduzzjoni tad-dokumentazzjoni mogħtija, bħal testi leġislattivi, (abbozz ta') leġislazzjoni, rapporti u studji.

Jekk il-korrispondent li lilu tkun intbagħtet it-talba mhuwiex f'pożizzjoni li jweġibha, hu jew hi għandhom jgħaddu t-talba lill-awtorità kompetenti li tkun tista' tagħmel dan, u jinfurmaw lill-korrispondent rikjedenti dwar dan.

Fejn ma jkunx possibbli li korrispondent jwieġeb għal talba jew li jidentifika minnufih l-awtorità kompetenti, hu jew hi għandhom jinfurmaw lill-korrispondent rikjedenti.

(9)

It-tweġibiet mogħtijin minn korrispondent għandhom ikunu aċċessibbli għan-Netwerk kollu, soġġetti għall-qbil tal-korrispondent li lilu kienet indirizzata t-talba.

(10)

Biex jiġi ffaċilitat l-operat prattiku tan-Netwerk, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korrispondent(i) tiegħu ikollu għarfien adegwat ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea apparti minn dak tal-lingwa nazzjonali tiegħu(tagħhom), b'kont meħud tal-ħtieġa li għandu jkun jista' jikkomunika mal-korrispondenti fl-Istati Membri l-oħrajn.

(11)

Il-laqgħat tal-korrispondenti għandhom ikunu organizzati meta jkun adatt. Tali laqgħat għandhom jinfetħu għal udjenza akbar għall-fini li jiġu analizzati suġġetti magħżula mill-perspettiva tal-liġi komparattiva, sabiex jiġi kkonsolidat in-Netwerk u jitrawwem l-iskambju ta' ideat u esperjenzi fost il-membri.

(12)

Biex ikunu ffaċilitati l-iskambji, in-Netwerk u l-korrispondenti tiegħu għandhom jużaw l-opportunitajiet l-aktar adegwati li joffru l-komunikazzjoni moderna u t-teknoloġiji informatiċi, b'mod partikolari f'konformità mal-iżvilupp reċenti tal-Ġustizzja Elettronika Ewropea.

(13)

Jekk meħtieġ, in-Netwerk għandu jingħata forma legali adegwata.

(14)

In-Netwerk għandu jiżviluppa linji gwida interni dwar arranġament prattiċi għall-operazzjoni tiegħu, inklużi l-kwistjonijiet lingwistiċi.

(15)

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tkun mistiedna tipparteċipa fin-Netwerk.

(16)

Il-Kunsill għandu jirrevedi l-applikazzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tagħha. Tali reviżjoni għandha fost oħrajn tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċess ta' żvilupp, ir-regoli ta' amministrazzjoni, il-kisbiet u l-funzjonament prattiku tan-Netwerk;

(b)

is-sitwazzjoni finanzjarja tan-Netwerk;

(c)

il-possibiltà li jingħata aċċess lill-Istati terzi u l-missjonijiet tal-PESD għall-informazzjoni li diġà hija disponibbli fin-Netwerk.

Fid-dawl tar-riżultati ta' tali reviżjoni, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti sabiex tittejjeb aktar is-sitwazzjoni jekk u fejn hu meħtieġ.


II Komunikazzjonijiet

FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

Kunsill

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/3


Abbozz ta' emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

(2008/C 326/02)

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Billi:

(1)

L-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u l-materja prima qajmu tħassib speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq faċilità ġdida għar-rispons fil-pront għall-prezzijiet għoljin ħafna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (1) u ż-żewġ għanijiet ta' awtorità baġetarja, waqt il-ftehim ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, qablu li jipprovdu parti mill-finanzjament ta' din il-faċilità mir-Riżerva tal-Għajnuna f'Emerġenza.

(2)

Minħabba li l-ammont li fadal mir-Riżerva tal-Għajnuna f'Emerġenza għas-sena 2008 m'huwiex biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-faċilità tal-ikel, hemm bżonn ta' żieda sabiex ir-Riżerva tkun tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-faċilità tal-ikel.

(3)

Sabiex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali r-Riżerva tal-Għajnuna f'Emerġenza għandha tiżdied għal EUR 479,218 miljun fi prezzijiet kurrenti, unikament u eċċezzjonalment għas-sena 2008.

(4)

Punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġetarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda għandu għalhekk jiġi emendat skont il-ħtieġa,

ftiehmu kif ġej:

F'punt 25 is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-ewwel subparagrafu:

“Dan l-ammont għandu jiġi miżjud eċċezzjonalment għal EUR 479,218 miljun għas-sena 2008 fi prezzijiet kurrenti.”

Magħmul fi Strasbourg, 18 ta' Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Hans-Gert POETTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Eric WOERTH

Għall-Kummissjoni

Il-President

Dalia GRYBAUSKAITE


(1)  COM(2008)0450 — 2008/0149(COD).


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5345 — Terex Corporation/Fantuzzi Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/03)

Fid-19 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5345. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5383 — Salzgitter/Norddeutsche Affinerie)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/04)

Fil-15 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5383. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5369 — Sodexo/Zehnacker)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/05)

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5369. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5400 — LCR/EXEL/Argent)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/06)

Fis-16 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5400. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5397 — Veolia Transport/SNCM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/07)

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5397. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5093 — DP World/Conti 7/Rickmers/DP World Breakbulk/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 326/08)

Fit-18 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5093. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/7


Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012

(2008/C 326/09)

Introduzzjoni

Id-drogi illeċiti huma preokkupazzjoni ewlenija għaċ-ċittadini tal-Ewropa, theddida prinċipali għas-sigurtà u s-saħħa tas-soċjetà Ewropea u theddida għall-kondizzjonijiet tal-għajxien mad-dinja kollha.

F'Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew approva b'mod unanimu l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi għall-2005-2012 (1), li timmira lejn il-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni, benesseri u koeżjoni soċjali permezz tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-użu tad-drogi.

L-adozzjoni tal-Istrateġija fiha nnifisha kienet sinjal ċar li t-tħassib politiku dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea kollha jmur lil hinn mid-differenzi li jeżistu fl-approċċ użat fl-Istati Membri. L-Istrateġija, implimentata permezz ta' żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE suċċessivi kontra d-Drogi, ikkonfermat li l-Istati Membri kollha jissottoskrivu għall-istess sett ta' prinċipji bażiċi: li għandu jkun hemm approċċ ibbilanċjat lejn it-tnaqqis tal-provvista u d-domanda għad-drogi, li jkun ibbażat l-ewwel u qabel kollox fuq il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE u li jkun jirrispetta b'kull mod il-valuri fundaturi tal-Unjoni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. L-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħha jimmiraw li jipproteġu u jtejbu l-benesseri tas-soċjetà u tal-individwu, li jipproteġu s-saħħa pubblika, li joffru livell għoli ta' sigurtà għall-pubbliku ġenerali. Dan għandu jkun akkumpanjat minn miżuri orizzontali fejn il-politika dwar id-drogi tkun ibbażata fuq data affidabbli fir-rigward tan-natura u l-limitu tal-problema, fuq koordinazzjoni u kooperazzjoni — dejjem aktar — transkonfinali mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u lejhom. L-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħha huma bbażati wkoll fuq il-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU, li huma strumenti legali prinċipali biex tiġi indirizzata l-problema dinjija tad-drogi.

L-Istrateġija dwar id-Drogi tipprovdi wkoll il-qafas għal żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni konsekuttivi ta' erba' snin il-wieħed. L-ewwel Pjan ta' Azzjoni (2005-2008)  (2) stabbilixxa aktar minn 80 azzjoni biex jgħinu fil-koordinazzjoni tal-oqsma prinċipali ta' intervent mill-gvern fil-qasam tad-drogi illegali, li jkopru s-saħħa pubblika, l-infurzar tal-liġi, id-dwana, il-ġustizzja kriminali u r-relazzjonijiet esterni. Filwaqt li l-implimentazzjoni hija ta' spiss ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha rwol attiv fil-faċilitazzjoni u l-evalwazzjoni tal-ħidma li tkun qiegħda ssir, minbarra li tissorvelja l-leġislazzjoni ta' kontra d-droga, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI dwar it-Traffikar ta' Drogi Illeċiti, fir-rigward ta' liema ser tirrapporta f'nofs l-2009. Barra minn hekk, iggwidata mil-lezzjonijiet mitgħallma f'dawn l-aħħar erba' snin, il-Kummissjoni issa qed tipproponi Pjan ta' Azzjoni ieħor (it-tieni wieħed) (2009-2012) li għandu jiġi endorsjat mill-Kunsill.

X'kiseb s'issa l-Pjan ta' Azzjoni attwali kontra d-Drogi?

Il-Pjan attwali jiddikjara bħala l-mira aħħarija tiegħu li:

“…inaqqas b'mod sinifikattiv il-prevalenza tal-użu tad-drogi fost il-popolazzjoni u jnaqqas il-ħsara soċjali u lis-saħħa tal-bniedem ikkaġunata mill-użu tad-drogi illeċiti u l-kummerċ fihom”.

Ir-rapport ta' evalwazzjoni (3) huwa sforz konġunt bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Europol u n-netwerks tal-NGOs Ewropej rappreżentati fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili. Din hija l-aktar valutazzjoni estensiva tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drogi sal-ġurnata tal-lum u turi li l-objettivi tal-Pjan attwali ntlaħqu parzjalment:

fl-UE għad hemm livell għoli ta' użu tad-droga. Id-data disponibbli tissuġġerixxi li l-użu tal-eroina, il-kannabis u drogi sintetiċi sar stabbli jew qed jonqos iżda l-użu tal-kokaina qed jiżdied f'numru ta' Stati Membri. In-numru totali ta' persuni fl-UE li f'xi ħin għamlu użu mid-drogi (“prevalenza matul ħajjithom kollha”) — huwa stmat għal madwar 70 miljun fil-każ tal-kannabis, mill-inqas 12-il miljun fil-każ tal-kokaina, 9,5 miljun fil-każ tal-ekstasi, u 11-il miljun fil-każ tal-amfetamini, filwaqt li huwa magħruf li mill-inqas nofs miljun persuna qed jirċievu trattament ta' sostituzzjoni għal drogi bħall-eroina (4),

għalkemm ma hemm l-ebda raġuni għall-kompjaċenza, id-data disponibbli għal pajjiżi komparabbli f'partijiet oħra tad-dinja turi li l-konsum tal-kannabis, tal-kokaina u ta' anfetamini fl-UE huwa iżjed baxx, b'mod sinifikanti, mill-konsum, pereżempju, fl-Istati Uniti. L-istess huwa veru għan-numru ta' infezzjonijiet b'HIV rappurtati relatati mal-injezzjonijiet tad-drogi,

l-evalwazzjoni turi wkoll li l-linji politiċi tal-Istati Membri kontra d-drogi qed jikkonverġu u li qed ikun hemm preferenza għall-appoġġ tal-linji politiċi nazzjonali bi pjanijiet ta' azzjoni,

l-evidenza miġbura s'issa turi li l-UE qed jirnexxielha tal-inqas trażżan il-fenomenu soċjali kumpless tal-użu u l-abbuż mifrux ta' sustanzi fost il-popolazzjoni, u li qed tiffoka dejjem aktar fuq miżuri biex tiġi indirizzata l-ħsara kkaġunata mid-drogi lill-individwi u lis-soċjetà. Huwa importanti li wieħed jinnota li hija għamlet dan minkejja l-fatt li matul il-perijodu taħt reviżjoni l-produzzjoni illeċita dinjija tal-opiates żdiedet sew u li kien hemm traffikar mingħajr preċedent ta' kokaina lejn l-UEF dan l-isfond ta' fornitura akbar sew, ir-reputazzjoni tal-UE fil-ġestjoni tal-problema tidher f'dawl aktar pożittiv,

f'termini ta' kooperazzjoni internazzjonali, issa hemm koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet tal-UE f'fora internazzjonali dwar id-drogi, bħal pereżempju fil-Kummissjoni tan-NU Kontra d-Drogi Narkotiċi (KDN). Barra minn hekk, l-approċċ integrat u bbilanċjata tal-UE fir-rigward tad-droga kull ma jmur qed dejjem aktar iservi ta' mudell għal pajjiżi oħra madwar id-dinja.

Il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2005-2008) huwa eżerċizzju ambizzjuż. Filwaqt li diġà sar progress f'bosta oqsma, ġew identifikati wkoll xi nuqqasijiet.

Problemi marbuta mal-koordinazzjoni tal-politika jibqgħu jippersistu f'bosta oqsma, u minkejja li l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-użu, il-prevenzjoni u t-trattament fil-każ tad-droga fl-UE tjiebet b'mod konsistenti, għad hemm nuqqasijiet konsiderevoli fl-għarfien: hemm nuqqas persistenti ta' data affidabbli dwar il-provvista tad-drogi kif ukoll dwar l-ambitu u l-eżiti tal-assistenza relatata mad-droga lil pajjiżi terzi.

Kif jista' jiżdied l-impenn fis-soċjetà biex jitnaqqas l-użu tad-drogi

Huwa ċar li l-UE jeħtieġ tagħmel iżjed biex tnaqqas l-impatt tal-problemi tas-saħħa, soċjali, tal-iżvilupp u ekonomiċi kkawżati mill-użu tad-drogi. Jekk miljuni ta' Ewropej ħadu, xi darba f'ħajjithom, id-drogi jew qed jagħmlu dan fil-preżent, jeżisti distakk bejn il-politika pubblika u l-imġiba pubblika li l-ebda soċjetà ma tista' tinjora.

Hemm evidenza li tissuġġerixxi li wieħed mill-aktar approċċi (kost-) effettivi biex jiġi indirizzat l-użu tad-drogi huwa li s-servizzi pubbliċi involuti fi prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u infurzar tal-liġi, jaħdmu flimkien fi sħubija ma' organizzazzjonijiet volontarji u dawk li jipprovdu s-servizzi. Fi kliem ieħor, alleanza bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet maħluqa minnhom u għalihom.

Wasal iż-żmien li l-poplu Ewropew jitqiegħed fiċ-ċentru tal-politika f'dan il-qasam u li ċ-ċittadini Ewropej jiġu involuti aktar. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni għenet biex jiġi stabbilit il-Forum tas-Soċjetà Ċivili Ewropew kontra d-Droga, fl-2006. Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Droga, il-Kummissjoni ser teżamina, matul iż-żmien tal-Pjan ta' Azzjoni li jmiss, possibilitajiet biex timmobilizza lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'impenn formali biex jagħmlu dak li huwa meħtieġ fil-livell tagħhom u bil-mezzi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex inaqqsu l-ħsara li d-drogi jikkawżaw lin-nies. Idea li għandha tiġi żviluppat f'dan ir-rigward hija l-formulazzjoni ta' “Alleanza Ewropea dwar id-Drogi”, li timmira li timmobilizza firxa wiesgħa ta' strutturi tas-soċjetà ċivili li huma attivi kemm fil-qasam tad-drogi kif ukoll barra.

Lejn Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drogi 2009-2012

L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tittratta fenomenu kumpless li jirrikjedi approċċ għall-perijodu fit-tul biex ikun hemm bidla. L-istrateġija hija ċċentrata fuq żewġ dimensjonijiet ewlenin tal-politika dwar id-drogi, it-tnaqqis fid-domanda għad-drogi u t-tnaqqis fil-provvista tad-drogi, li huma kkumplimentati minn tliet temi trasversali, il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-informazzjoni, ir-riċerka u l-evalwazzjoni.

B'appoġġ għall-Istrateġija, il-Kummissjoni tipproponi Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drogi (2009-2012), li jibni fuq il-qafas eżistenti iżda anke fuq il-lezzjonijiet meħuda matul dawn l-aħħar erba' snin. B'kont debitu għal-leġislazzjoni nazzjonali, huwa jidentifika l-prijoritajiet li ġejjin:

1.   Titjib tal-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku

Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drogi jista' jissaħħaħ kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali sabiex il-linji politiċi dwar id-drogi jkunu rilevanti għall-professjonisti u s-soċjetà ċivili, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu lil dawn l-istrutturi li jipprovdu informazzjoni li tgħin fil-formazzjoni tal-politika.

2.   Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

Jeħtieġ li ntejbu ulterjorment l-effettività tal-miżuri biex jitnaqqas l-użu tad-drogi u l-konsegwenzi tiegħu billi jittejbu l-kopertura, il-kwalità u l-effettività tal-interventi għat-tnaqqis tad-domanda, jiġifieri: is-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara. Dan jinkludi attenzjoni partikolari għall-gruppi vulnerabbli u l-prevenzjoni tal-użu ta' tipi ta' drogi differenti (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, inkluż l-alkoħol, sustanzi volatili u t-tabakk).

3.   Tnaqqis fil-provvista tad-drogi

Neħtieġu infurzar tal-liġi aktar effettiv fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-kapaċitajiet tal-Europol u ta' strutturi oħar tal-UE. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq approċċ iggwidat mill-intelligence li sistematikament jipprijoritizza lill-fornituri li jkunu qed jikkawżaw l-akbar ħsara jew li jkunu tal-aktar theddida serja. Il-ħidma mwettqa attwalment biex jissaħħu r-rabtiet u l-koerenza bejn id-data użata mid-diversi entitatijiet tal-ĠAI tal-UE ser tkun meħtieġa b'appoġġ għal dan. Għandhom jiġu appoġġati operazzjonijet aktar ikkoordinati permezz ta' pjattaformi tas-sigurtà reġjonali. Il-pjattaformi l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti mingħajr sovrapożizzjoni u jkunu kompatibbli mal-istrutturi eżistenti.

4.   Titjib fil-kooperazzjoni internazzjonali

L-effettività tal-UE, id-donatur ewlieni tad-dinja fil-ġlieda għal soluzzjonijiet sostenibbli għall-problema globali tad-drogi, tibbenefika bil-bosta minn koordinazzjoni aħjar tal-linji politiċi nazzjonali u Komunitarji. Aħna lesti nintensifikaw l-impenn tagħna fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dan ir-rigward, filwaqt li naffermaw mill-ġdid li kontroll effettiv tad-drogi jrid ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' “approċċ bilanċjat” — b'enfasi fuq il-fatt li l-koltivazzjoni ta' drogi illeċiti hija komponent importanti tal-provvista tad-drogi.

5.   Titjib tal-intendiment tal-problema

Jeħtieġ li nżidu l-għarfien tagħna dwar l-aspetti kollha tal-użu tad-drogi permezz ta' aktar riċerka u data b'koordinazzjoni aħjar, inkluża data dwar il-kriminalità relatata mad-drogi u dwar kif jaħdem is-suq tal-provvista tad-drogi illeċiti.

Il-Pjan ta' Azzjoni li ġej huwa maħsub bħala qafas għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet u biex jiżdied valur Ewropew fejn adatt.

I.   

KOORDINAZZJONI

Prijorità prinċipali: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-politika

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta' żmien

Parti responsabbli

Indikaturi

Għodda ta' valutazzjoni

1.

Li jiġi żgurat li approċċ bilanċjata u integrat jiġi rifless fil-linji politiċi nazzjonali u fl-approċċ tal-UE lejn il-pajjiżi terzi u f'fora internazzjonali

1.

L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom jikkoordinaw b'mod effettiv il-politika dwar id-drogi biex tirrifletti l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE 2005-2012 kontra d-Drogi u dan il-Pjan ta' Azzjoni

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Kunsill

Objettivi tal-Istrateġija tal-UE kontra d-Drogi u Pjanijiet ta' Azzjoni inklużi fil-linji politiċi nazzjonali

Il-politika dwar id-droga fil-livell tal-UE tirrifletti l-objettivi tal-Istrateġija dwar id-Drogi

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

2.

Li tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell tal-UE

2.

Il-Grupp ta' Ħidma Orizzontali tal-Kunsill dwar id-Drogi (HDG), bħala l-grupp ta' ħidma bir-responsabbiltà ta' tmexxija u gwida fir-rigward tad-drogi fil-Kunsill, għandu jikkoordina b'mod pro-attiv il-politika tal-UE dwar id-drogi. L-HDG għandu jidentifika oqsma speċifiċi ta' ħidma fi gruppi ta' ħidma oħra tal-Kunsill u jaħdem lejn koordinazzjoni effettiva

Azzjoni kontinwa

Kunsill

Gruppi ta' Ħidma Rilevanti tal-Kunsill (5) jinfurmaw/jinvolvu lill-HDG b'mod attiv u viċiversa

Rapport dwar il-ħidma relatata mad-drogi tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill lill-HDG

3.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw koerenza bejn il-politika interna u esterna dwar id-drogi

Azzjoni kontinwa

COM

Kunsill

Koerenza miksuba bejn il-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

Sal-2010: COM Komunikazzjoni dwar il-koerenza bejn il-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni fil-politika interna u dik esterna dwar id-drogi

4.

Il-Kunsill għandu jeżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-problema tad-drogi darba fis-sena, abbażi tar-reviżjoni annwali tal-progress tal-Kummissjoni, rapporti rilevanti mħejjija mill-EMCDDA, l-Europol u l-Eurojust

Azzjoni kontinwa

Kunsill

COM

SM

EMCDDA

Europol

Eurojust

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Konklużjonijiet tal-Presidenza

5.

Il-Presidenza għandha torganizza laqgħat bejn il-koordinaturi nazzjonali dwar id-droga jew l-ekwivalenti tagħhom fuq bażi regolari biex il-koordinazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi u urgenti li jeħtieġu azzjoni tavvanza. Il-koordinaturi għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu għall-eżami annwali tas-sitwazzjoni min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-problema tad-drogi (ara l-azzjoni 4 hawn fuq)

Darbtejn fis-sena

PRES

SM

Impatt effettiv fuq il-koordinazzjoni tal-politika

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Rapport mill-Presidenza lill-HDG

3.

Li tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali

6.

B'kont meħud tal-ħidma fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni fir-rigward tad-drogi fl-Istati Membri kollha tal-UE mwettqa mill-EMCDDA, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-koordinazzjoni inter-dipartimentali dwar id-drogi biex jiżguraw li l-pożizzjonijiet koordinati jkunu ppreżentati fil-livell tal-UE u li l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE jitmexxew għall-aktar livell implimentattiv effettiv

Azzjoni kontinwa

SM

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fl-HDG u fi gruppi ta' ħidma oħra huma koerenti

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rappurtar nazzjonali Reitox

4.

Li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi

7.

Mill-inqas darba fis-sena l-Kummissjoni għandha tfittex rispons dwar il-politika dwar id-drogi mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

Azzjoni kontinwa

COM

Il-Forum jiltaqa' mil-inqas darba fis-sena

Il-Kummissjoni tirrapporta l-eżitu lill-HDG

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapporti mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

8.

Il-Kummissjoni għandha tvara inizjattiva, “L-Alleanza Ewropea dwar id-Drogi”, fejn tistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE kollha (inklużi, pereżempju, skejjel, intrapriżi kummerċjali, korpi pubbliċi u NGOs) biex jieħdu sehem f'qafas komuni mfassal biex joħloq impenn politiku dwar il-problemi tad-drogi fis-soċjetà u biex jieħdu azzjoni dwarhom

Azzjoni kontinwa

COM

Impenn wiesa' għall-Alleanza (COM)

Rapport ta' valutazzjoni tal-attività

9.

L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-soċjetà ċivili fil-livelli adatti kollha tal-politika dwar id-drogi, skont il-prattiċi nazzjonali

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Is-soċjetà ċivili tieħu sehem fid-djalogu nazzjonali

Tinġabar informazzjoni mis-soċjetà ċivili

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport mill-Istati Membri lil COM

II.   

TNAQQIS TAD-DOMANDA

Prijorità prinċipali: It-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, u l-konsegwenzi għas-saħħa u dawk soċjali tal-użu tad-drogi permezz tat-titjib tal-kopertura, il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta' żmien

Parti Responsabbli

Indikatur

Għodda ta' valutazzjoni

5.

Il-prevenzjoni tal-użu tad-drogi u r-risjki marbutin miegħu

10.

Azzjoni biex tkun promossa l-innovazzjoni fi, u jkunu sistematikament disponibbli, programmi u interventi ta' prevenzjoni universali bbażati fuq l-evidenza u evalwati f'sitwazzjonijiet differenti (pereżempju, immirati lejn iż-żgħażagħ f'ċentri taż-żgħażagħ, u skejjel u lejn l-adulti, fil-postijiet tax-xogħol u fil-ħabs), bil-għan li jkun prevenut jew ritardjat l-ewwel użu tad-drogi. Il-prevenzjoni għandha tkopri wkoll l-użu ta' aktar minn droga waħda (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, b'mod partikolari l-alkoħol) kif ukoll id-drogi u s-sewqan

Azzjoni kontinwa

SM

Disponibbiltà akbar ta' programmi evalwati u strateġiji komprensivi bbażati fuq l-evidenza fl-Istati Membri, inklużi dawk immirati lejn l-ewwel użu

Il-prevalenza tal-użu tad-droga fost iż-zagħżagħ u l-perċezzjoni tal-użu tad-droga bejn il-pari

Rappurtar nazzjonali Reitox

Stħarriġ tal-ESPAD & l-HSBC dwar it-tfal tal-iskola

6.

Il-prevenzjoni ta' imġiba ta' riskju għoli tal-utenti tad-drogi — inkluż l-utenti tad-drogi li jinjettaw — permezz ta' prevenzjoni mmirata

11.

Azzjoni biex ikunu żviluppati ulterjorment tekniki ta' skoperta bikrija u intervent u tkun implimentata prevenzjoni selettiva evalwata u effettiva għal gruppi vulnerabbli f'riskju kbir li jiżviluppaw problemi tad-drogi, inkluż l-użu tad-drogi b'injezzjoni

Azzjoni kontinwa

SM

Tendenzi fl-użu tad-drogi

Analiżi tar-riskju u fatturi protettivi fl-użu tad-drogi

Disponibbiltà akbar ta' programmi ta' prevenzjoni mmirati evalwati skont l-eżitu fl-Istati Membri

Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tal-PDU

Rappurtar nazzjonali Reitox

12.

Azzjoni biex tkun żviluppata u implimentata ulterjorment prevenzjoni indikattiva effettiva u evalwata għal gruppi ta' riskju għoli speċifiċi ta' utenti li jagħmlu użu minn aktar minn droga waħda, billi jkun offrut aċċess faċli għas-servizzi li joffru pariri, għall-ġestjoni ta' imġiba problematika u ħidma ta' outreach fejn rilevanti

Azzjoni kontinwa

SM

Tendenzi fl-użu tad-drogi

Analiżi tar-riskju u fatturi protettivi fl-użu tad-drogi

Disponibbiltà akbar ta' programmi ta' prevenzjoni mmirati evalwati skont l-eżitu fl-Istati Membri

Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tal-PDU

Rappurtar nazzjonali Reitox

7.

It-titjib tal-effettività tat-trattament mid-drogi u r-rijabilitazzjoni permezz tat-titjib tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi

13.

Iż-żieda tal-effettività u l-firxa ta' possibbiltajiet għat-trattament mid-drogi bbażati fuq l-evidenza li jkopru varjetà ta' approċċi psikosoċjali u farmakoloġiċi li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti tad-drogi (inkluż trattament rilevanti adattat għal drogi ġodda jew tipi ġodda ta' użu)

Azzjoni kontinwa

SM

Tendenzi fl-eżitu u ż-żamma tad-domanda għal trattament

Disponibbiltà akbar ta' trattament diversifikat u bbażat fuq l-evidenza fl-Istati Membri

Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tat-TDI

Rappurtar nazzjonali Reitox

14.

Azzjoni biex jitwasslu l-programmi ta' rijabilitazzjoni u reintegrazzjoni soċjali innovattivi eżistenti b'eżiti li jistgħu jitkejlu u biex jiġu żviluppati oħrajn

Azzjoni kontinwa

SM

Disponibbiltà u effettività akbar, meta jkun possibbli, ta' programmi ta' rijabilitazzjoni u reintegrazzjoni fl-Istati Membri

Data dwar id-disponibbilta ta' reintegrazzjoni soċjali

Rappurtar nazzjonali Reitox

15.

Azzjoni biex tkun irriklamata, fejn ikun il-każ, l-eżistenza ta' servizzi ta' trattament u rijabilitazzjoni u l-varjetà ta' possibbiltajiet li joffru dawn is-servizzi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għal udjenzi ta' mira potenzjali

Azzjoni kontinwa

SM

Strateġiji ta' informazzjoni stabbiliti fl-Istati Membri

Reġistru pubbliku tas-servizzi disponibbli (pereżempju l-portal tal-internet)

Rappurtar nazzjonali Reitox

16.

Azzjoni biex jiżdied l-użu ta', tkun monitorjata l-implimentazzjoni ta' u jiġu żviluppati ulterjorment alternattivi effettivi għall-ħabs għal dawk li jagħmlu użu mid-drogi u li jwettqu xi reat

Azzjoni kontinwa

SM

Disponibbiltà akbar ta' ATP

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ATP (COM)

 

8.

Li jittejbu l-kwalità u l-effetività tal-attivitajiet għat-tnaqqis fid-domanda tad-drogi, b'kont meħud tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti tad-drogi skont is-sess, l-isfond kulturali, l-età, eċċ.

17.

Azzjoni biex jiġu żviluppati, implimentati u skambjati linji gwida dwar prattika tajba/standards ta' kwalità tal-interventi u s-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara

2009-2012

SM

COM

EMCDDA

L-eżistenza ta' linji gwida rilevanti u/jew standards ta' kwalità

Il-livell ta' implimentazzjoni tal-linji gwida u/jew l-istandards

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rappurtar nazzjonali Reitox

18.

L-Istati Membri għandhom jistħarrġu d-disponibbiltà u l-effettività tas-servizzi tal-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsar u r-rijabilitazzjoni, b'risons għal ħtiġijiet speċifiċi, abbażi ta' qafas metodoloġiku li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni — bl-appoġġ tal-EMCDDA — u li jkun kompatibbli mal-metodoloġiji eżistenti

2012

SM

COM

EMCDDA

Qafas metodoloġiku għall-istħarriġ żviluppat

In-numru ta' Stati Membri li jtemmu l-istħarriġ

Inventarju tal-COM tar-rapporti ta' stħarriġ tal-Istati Membri

19.

Azzjoni biex jiġi żviluppat kunsens tal-UE dwar l-istandards ta' kwalità u valuri indikattivi minimi għal interventi u servizzi ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni b'kont meħud tal-ħtiġijiet ta' gruppi speċifiċi u l-ħidma mwettqa fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali

2012

SM

Kunsill

COM

EMCDDA

L-iżvilupp tal-kunsens dwar l-istandards ta' kwalità u l-valuri ta' limitu għal interventi u servizzi ta' prevenzjoni, trattatment, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni

Proposta minn COM dwar il-kunsens tal-UE

Konklużjonijiet tal-Kunsill

20.

Azzjoni biex jiġu żviluppati, skont il-każ, servizzi għal minoranzi, inkluż, pereżempju, migranti

Azzjoni kontinwa

SM

Disponibbiltà ta' servizzi rilevanti

Rappurtar nazzjonali Reitox

9.

L-għoti ta' aċċess għall-kura tas-saħħa għall-utenti tad-drogi fil-ħabs għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara relatati mas-saħħa assoċjata mal-użu tad-drogi

21.

Azzjoni biex jiġu żviluppati u implimentata servizzi ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u rijabilitazzjoni għall-persuni fil-ħabs, li jkunu ekwivalenti għas-servizzi disponibbli barra l-ħabs. Għandha titqiegħed enfasi partikolari fuq l-kura ta' segwitu wara r-rilaxx mill-ħabs

Azzjoni kontinwa

SM

Linji politiċi u interventi implimentati speċifikament biex ikun hemm servizzi tad-drogi fil-ħabs u s-segwitu ta' dawk li m'għadhomx aktar ħabsin.

It-tnaqqis tal-problemi tas-saħħa marbutin mal-użu tad-droga fil-ħabs

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rappurtar nazzjonali Reitox

22.

L-Istati Membri għandhom jendorsjaw u jimplimentaw fil-ħabsijiet indikaturi biex ikun monitorjati l-użu tad-drogi, il-problemi tas-saħħa relatati mad-drogi u l-forniment ta' servizzi tad-drogi abbażi ta' qafas metodoloġiku żviluppat mill-Kummissjoni — bl-appoġġ tal-EMCDDA li jkun kompatibbli mal-metodoloġiji eżistenti, u b'kont meħud tal-ħidma mwettqa mill-UNODC (fil-qasam tal-proġett tal-HIV/AIDS u treat.net) u mid-WHO (Saħħa fil-ħabsijiet)

Azzjoni kontinwa

SM

COM

EMCDDA

Indikatur biex ikunu monitorati l-użu tad-drogi, il-problemi tas-saħħa relatati mad-drogi u s-servizzi tad-drogi ppjanati u implimentati

Rapport dwar il-progress

Protokoll ta' monitoraġġ standardizzat għas-sitwazzjoni u r-risponsi relatati mal-użu tad-drogi fil-ħabsijiet

10.

Li jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara biex titnaqqas il-firxa tal-HIV/AIDS, l-epatite Ċ u mard infettuż ieħor li jinsab fid-demm relatat mal-użu tad-drogi u biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet fl-UE relatati mal-użu tad-drogi

23.

Azzjoni biex ikun provdut aċċess għal, u titjieb il-kopertura ta', servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara u l-varjetà ta' possibbiltajiet li dawn is-servizzi joffru bħala parti integrali nit-tnaqqis fid-domanda għad-drogi, billi jsir użu mill-interventi li għandhom effettività ppruvata, meta dawn ikunu disponibbli (6)

Azzjoni kontinwa

SM

COM għandha tirraporta dwar il-progress

Tnaqqis fil-mard infettuż relatat mad-drogi

Tnaqqis fin-numru ta' mwiet relatati mad-drogi

Kopertura aħjar tas-servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara

Stħarriġ ta' segwitu tal-COM ta' CR 2003/488/KE

Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tad-DRID

Indikatur epidemjoloġiku ewlieni tad-DRD

III.   

TNAQQIS TAL-PROVVISTA

Prijorità prinċipali: Titjib li jista' jitkejjel fl-effettività tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tad-drogi fil-livell tal-UE. L-Europol, l-Eurojust u strutturi oħra tal-UE għandhom jeżerċitaw bis-sħih ir-rwoli rispettivi li għalihom inħolqu, fl-interess ta' effiċjenza, kompatibbiltà mal-UE ta' inizjattivi nazzjonali, koodinazzjoni intra-UE, u ekonomiji ta' skala

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta' żmien

Parti Responsabbli

Indikatur

Għodda ta' valutazzjoni

11.

Li tiġi mtejba l-kooperazzjoni effettiva fl-infuzar tal-liġi fl-UE għall-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi

24.

Azzjoni biex jiġu mmirati organizzazzjonijiet kriminali u theddid li qed jiżviluppa ġdid, bl-użu ta' approċċ iggwidat mill-intelligence (ibbażat fuq il-metodoloġija tal-Mudell ta' Intelligence Kriminali Ewropew (ECIM)) li jagħti prijorità lin-netwerks kriminali u s-swieq li huma tal-akbar theddid

Azzjoni kontinwa

SM

Europol

Eurojust

Kunsill

Numru ta' organizzazzjonijiet kriminali li huma ta' theddida serja li huma taħt il-mira tal-Istati Membri bl-użu tal-kunċett tal-ECIM

Numru u natura ta' theddid li qed jiżviluppa ġdid (bħal drogi ġodda, rotot u metodi ta' traffikar ġodda, metodi ta' produzzjoni ġodda) identifikat

Valutazzjoni tal-UE ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata (VTKO) (u konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata)

25.

Operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi multidixxiplinarji li jinvolvu lill-Europol u l-Eurojust, kif ukoll lill-pulizija, lid-dwana u lis-servizzi tal-kontroll tal-fruntiera, ser jintużaw aktar permezz ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, gruppi konġunti ta' investigazzjoni (JIT) u operazzjonijiet doganali konġunti (JCO). L-Istati Membri ser jeżaminaw liema miżuri huma possibbli biex ikun iffaċilitat u mgħaġġel il-proċess u biex ikun inkoraġġut użu akbar ta' dawn l-istrumenti f'każijiet ta' drogi

Azzjoni kontinwa

SM

Europol

Eurojust

Numru u eżitu ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali relatati mad-drogi, JITs u JCOs

Numru ta' Stati Membri involuti

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport mill-Istati Membri lil COM

Rapport ta' valutazzjoni dwar ir-riżultati miksuba

26.

Azzjoni biex tittejjeb il-kwalità tad-data tal-intelligence provduta permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol lill-Europol u l-proġetti relatati tiegħu inklużi l-Fajls ta' Ħidma ta' Analiżi (AWF). L-enfasi għandha tkun fuq il-kriminalità organizzata serja u l-kooperazzjoni minn dawk l-Istati Membri li qed ikollhom l-akbar impatt fuq is-swieq usa' tad-drogi tal-UE

2012

SM

Europol

Rapport tal-Europol li jivvaluta l-kwantità u l-kwalità tad-data riċevuta

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport ta' valutazzjoni tal-Europol

27.

Implimentazzjoni ta' proġetti COSPOL relatati mad-drogi, b'attenzjoni speċjali mogħtija lil

kontribut ta' livelli adatti ta' ħila fil-laqgħat ta' COSPOL

valur miżjud f'termini ta' intelligence adatta u kapaċità ta' investigazzjoni, u l-użu adatt għal dan il-għan ta' Fajls ta' Ħidma Analitika (AWF) li diġà jeżistu jew oħrajn futuri

2012

SM

Europol

Ħila tal-Istati Membri rappreżentati fil-laqgħat tat-tmexxija u l-anzjanità tar-rappreżentanza tal-Istati Membri

Rapport tal-muturi ta' COSPOL li jivvaluta ż-żieda f'riżultati operattivi identifikabbli

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport mill-Istati Membri lil COM

28.

Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) (7) għandu jipprovdi taħriġ avvanzat rilevanti (8) għall-uffiċjali anzjani tal-pulizija u tad-dwana u uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi permezz tal-kulleġġi nazzjonali għat-taħriġ tal-pulizija

Azzjoni kontinwa

CEPOL

SM

Kurrikulum żviluppat għall-infurzar tal-liġi dwar id-drogi

Taħriġ rilevanti addizzjonali inkluż f' CEPOL AWP

Numru ta' korsijiet ta' taħriġ

Numru ta' uffiċjali mħarrġa

Kurrikulum ippubblikat

Rapport annwali ta' CEPOL

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

29.

Azzjoni biex isir użu aktar sistematiku mill-uffiċjali ta' kollegament tal-Istat Membru u l-maġistrati ta' kollegament, fejn ikun il-każ, f'pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol b'kont meħud tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/ĠAI tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-użu komuni tal-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fil-verżjoni tal-24 ta' Lulju 2006, Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/560/ĠAI

Azzjoni kontinwa

SM

Europol

Eurojust

Żieda fil-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi operattiva internazzjonali rrappurtata mill-Istati Membri, Europol, Eurojust

Numru ta' kooperazzjonijiet għall-infurzar tal-liġi internazzjonali

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport ta' evalwazzjoni dwar il-kontributi mill-Istati Membri, Europol u Eurojust

30.

Azzjoni biex tiġi adottata u implimentata sistema mifruxa mal-UE li permezz tagħha jista' jsir profil forensiku fir-rigward tal-infurzar tal-liġi għad-drogi sintetiċi u għal drogi oħra, fejn adatt, abbażi tal-esperjenza miksuba permezz ta' proġetti bħal SYNERGY u CHAIN, l-istruttura u l-ħila tal-Europol kif ukoll taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, u minn attivitajiet attwali tal-Istati Membri ta' infurzar tal-liġi u esperjenzi f'dan il-qasam

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Europol

Sistema jew sistemi eżistenti

Reviżjoni tal-Progress 2012 (inkluża l-valutazzjoni tal-valur)

12.

Li tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-produzzjoni, it-traffikar tad-drogi u/jew il-prekursuri, u l-money laundering relatat ma' dan it-traffiku

31.

Azzjoni biex jiġi inkoraġġut l-użu sħiħ tal-istrumenti eżistenti tal-UE dwar assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, ta' mandati ta' arrest Ewropej, u ta' sanzjonijiet maħruġa mill-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Eurojust

Rapport dwar l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet

Żieda fin-numru ta' talbiet ta' assistenza reċiproka

Żieda fin-numru ta' mandati ta' arrest Ewropej

Indikaturi oħra li għandhom jiġu żviluppati (ara l-azzjoni 61)

Valutazzjoni minn COM tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu tad-drogi

Reviżjoni tal-progress minn COM (indikaturi ġodda)

32.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, fejn ikun il-każ, l-iżvilupp ta' programmi għall-protezzjoni tax-xhieda u l-esplorazzjoni tal-valur miżjud potenzjali ta' kooperazzjoni konġunta f'dan il-qasam

2012

SM

COM

Eurojust

Leġislazzjoni nazzjonali eżistenti

Rapport finali mill-Presidenza

33.

Azzjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE sabiex tinkiseb l-applikazzjoni sħiħa tal-istrumenti legali relatati mar-rikonoxximent reċiproku tal-konfiska ta' ordnijiet

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Kunsill

Eurojust

Europol

Il-Komunikazzjoni ta' COM adottata

Valutazzjonijiet tal-assi sekwestrati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapporti mill-Istati Membri lil COM dwar l-assi sekwestrati

34.

Azzjoni biex ikun appoġġat l-istabbiliment ta' Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi effettivi fl-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI u biex ikunu appoġġati ulterjorment l-Istati Membri involuti permezz tan-netwerk CARIN. Azzjoni biex ikunu appoġġati investigazzjonijiet permezz tal-Europol u AWFs tal-Europol relatati

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Europol

Eurojust

Żieda fin-numru ta' investigazzjonijiet appoġġati relatati mal-intraċċar u l-identifikazzjjoni tal-assi

Żieda fin-numru u l-valur ta' kontanti u assi kkonfiskati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport implimentattiv ta' COM dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI

13.

Li jkun hemm rispons rapidu u effettiv fil-livell operattiv, ta' politika u dak politiku għal theddid li qed jirriżulta ġdid (pereżempju drogi li qed jidhru għall-ewwel darba, rotot ġodda)

35.

Azzjoni biex jiġu stabbiliti, fejn meħtieġ, pjattaformi ta' sigurtà reġjonali (pereżempju MAOC-N, Baħar Baltiku TF) biex jiġġieldu theddid li qed jirriżulta ġdid permezz ta' risponsi operattivi kkoordinati. Azzjoni bħal din għandha tkun kompatibbli ma' arranġamenti legali u operattivi fil-livell tal-UE u bbażata fuq valutazzjonijiet ta' theddid speċifiku (ara wkoll azzjoni 48). Il-pjattaformi l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti mingħajr sovrapożizzjoni u jkunu kompatibbli mal-istrutturi eżistenti

Azzjoni kontinwa

SM

Kunsill

Europol

COM

Fi żmien relattivament qasir inħolqu miżuri ta' rispons biex ir-riskju jkun ittrattat b'mod pro-attiv u biex jiġi minimizzat it-theddid

Żieda fin-numru ta' operazzjonjiet kriminali mfixkla (sekwestri, tibdil fil-mod kif id-droga tiġi ttraffikata)

Rapporti minn pjattaformi ta' sigurtà reġjonali

Rapport ta' valutazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill

Rapport ta' evalwazzjoni tal-pjattaformi ta' sigurtà

36.

L-UE għandha tiffoka fuq sforzi konġunti u kkoordinati bejn l-Istati Membri u r-reġjuni li huma l-aktar esposti għal fenomeni partikolari marbuta mal-produzzjoni/it-traffikar tad-drogi, f'kooperazzjoni mal-Europol skont il-każ

Azzjoni kontinwa

SM

Europol

Eurojust

Kunsill

Eżiti operattivi u strateġiċi tal-azzjoni tal-Istati Membri

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport mill-Istati Membri lil COM

14.

Li titnaqqas il-produzzjoni u l-provvista ta' drogi sintetiċi

37.

L-Istati Membri għandhom, b'mod attiv, ikomplu bil-kooperazzjoni/operazzjonijiet konġunti marbutin mal-infurzar tal-liġi f'dan il-qasam u jikkondividu l-intelligence u l-aħjar prattika. Għandu jsir l-aħjar użu mill-Fajl ta' Ħidma Analitika SYNERGY tal-Europol, il-komponenti (9) tiegħu u l-EJUP u l-inizjattivi COSPOL assoċjati

Azzjoni kontinwa

SM

Europol

Eurojust

Eżiti ta' proġetti konġunti mibdija/mitmuma

Faċilitajiet ta' produzzjoni żmantellati rrappurtati lill-EILCS

Numru ta' rapporti SYNERGY li tħejjew

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

15.

Li jitnaqqsu d-diverżjoni u t-traffikar fl-UE jew minnha ta' prekursuri tad-drogi użati għall-produzzjoni ta' drogi illeċiti

38.

L-UE għandha tiżviluppa pożizzjoni ċara u magħquda dwar din il-kwistjoni fil-livell internazzjonali u fil-fora internazzjonali rilevanti, abbażi tal-leġislazzjoni eżistenti u prattiki kooperattivi mas-settur privat permezz ta' koordinazzjoni effettiva permezz tal-kumitati rilevanti tal-Kunsill

Azzjoni kontinwa

COM

Kunsill

SM

Pożizzjonijiet konġunti tal-UE f'fora internazzjonali

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport ta' COM dwar il-prattiki kollha

39.

Is-servizzi doganali u tal-fruntiera għandhom jintegraw il-kontrolli tal-prekursuri f'livell strateġiku, b'hekk itejbu l-effettività tal-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntiera billi jimplimentaw il-Sistema Komunitarja ta' Ġestjoni tar-Riskju u jikkoordinaw aktar mill-qrib ma' aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħra impenjati fil-ġlieda kontra l-produzzjoni tad-drogi u t-traffikar

Azzjoni kontinwa

SM

Titjib fil-kontroll tal-prekursuri, il-kxif, is-sekwestru u t-tħejjija ta' profil tas-sitwazzjoni meta mqabbla mal-2008

Tfassil ta' profili għad-determinazzjoni tal-prekursuri kimiċi

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapport mill-Istati Membri lil COM

40.

L-UE għandha tagħti appoġġ sħiħ lill-kooperazzjoni operattiva internazzjonali mmirata lejn il-prevenzjoni tad-diverżjoni tal-prekursuri tad-droga, bħall-proġetti PRISM u COHESION immexxijin mill-INCB. Il-kooperazzjoni operattiva fost l-awtoritajiet tal-investigazzjoni fl-UE għandha tkun appoġġata mill-qafas ta' kooperazzjoni EJUP u l-qafas ta' kooperazzjoni Europol-AWF. Dan il-qafas ta' kooperazzjoni għandu jkun ulterjorment intensifikat/utilizzat

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Żieda fin-numru ta' kunsinni mwaqqfa u/jew sekwestrati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

41.

Mill-perspettiva tal-infurzar tal-liġi u dik iggwidata mill-intelligence, l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw bis-sħiħ il-proġetti tal-Europol relatati mad-drogi u l-EJUP, bil-ħsieb li jiġu miġġielda n-netwerks kriminali involuti fit-traffikar tal-prekursuri

Azzjoni kontinwa

SM

EJUP

Europol

Żieda fir-rappurtar lill-proġetti tal-Europol dwar it-traffikar tal-prekursuri mill-Istati Membri u EJUP

Rapport ta' Progress tal-Istati Membri u EJUP

42.

Biex tiġi evalwata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontroll tal-prekursuri tad-droga u l-implimentazzjoni tagħha

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Konklużjoni tal-evalwazzjoni

Rapport ippubblikat

43.

L-UE għandha tiżviluppa u tisfrutta, fejn ikun possibbli f'konsultazzjoni mal-Europol, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi identifikati bħala s-sors ewlieni tal-perkursuri tad-drogi sintetiċi prinċipali

Azzjoni kontinwa

COM

Ftehimiet stabbiliti

Tnaqqis fil-kunsinni illeċiti ta' perkursuri tad-drogi mill-pajjiżi kkonċernati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapporti mill-Istati Membri lil COM

44.

Il-Kummissjoni, OLAF, Europol, EJUP u COSPOL għandhom itejbu l-kooperazzjoni inter-dixxiplinarja bil-ħsieb li jistabbilixxu inizjattivi konġunti

Azzjoni kontinwa

COM

SM/EJUP

Europol

Numru ta' laqgħat/inizjattivi konġunti interdixxiplinari stabbiliti

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

IV.   

KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Prijorità prinċipali: It-titjieb tal-effettività tal-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drogi permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji politiċi fl-UE. Li tiġi promossa l-projezzjoni konsistenti madwar id-dinja tal-approċċ bilanċjata Ewropew fir-rigward tal-problema tad-drogi

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta' żmien

Parti Responsabbli

Indikatur

Għodda ta' valutazzjoni

16.

Li sistematikament jiġu inklużi interessi ta' politika tal-UE dwar id-drogi ma' pajjiżi terzi u reġjuni fejn adatt u fl-aġenda usa' ta' żvilupp u sigurtà. Li dan isir abbażi ta' ppjanar u koordinazzjoni strateġiċi bejn l-atturi kollha kkonċernati

45.

Azzjoni biex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi jirriflettu l-objettivi tal-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE fir-rigward tad-Drogi

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-droga riflessi dejjem aktar fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

Ftehimiet, dokumenti ta' strateġija, pjanijiet ta' azzjoni, eċċ.

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

46.

Azzjoni biex tittejjeb l-effettività tal-oqfsa eżistenti kontra d-drogi bħall-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Koordinazzjoni bejn l-UE u l-LAC, id-Djalogu Speċjalizzat UE-Andean u tat-“Trojki tad-Drogi” ma' pajjiżi terzi u reġjuni, bl-identifikazzjoni ta' oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni u l-istabbiliment ta' indikaturi tal-eżitu

Azzjoni kontinwa

Kunsill

COM

Inizjattivi ta' kooperazzjoni stabbiliti u implimentati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

47.

F'konformità mad-deċiżjonijiet u l-istrateġiji politiċi tal-UE u bl-appoġġ tal-programmi ta' assistenza tal-Istati Membri u tal-KE, biex jiġi indirizzat tħassib relatat mal-problema tad-drogi fil-pajjiżi produtturi u fil-pajjiżi fuq ir-rotot (ġodda) ta' traffikar, bħall-Afrika tal-Punent, permezz ta' proġetti mmirati biex inaqsu d-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom, inklużi miżuri ta' żvilupp alternattiv, u biex tiġi prevenuta d-diverżjoni tal-prekursuri kimiċi. L-assistenza għandha tiġi kkoordinata, fejn ikun il-każ, mal-pjanijiet ta' azzjoni kontra d-drogi bejn l-UE u pajjiżi u reġjuni terzi ( ara l-Azzjonijiet 51 u 60)

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-drogi riflessi fil-proġetti ffinanzjati

Il-proġetti ffinanzjati jirriflettu bilanċ bejn it-tnaqqis fid-domanda u l-provvista

Sinerġiji stabbiliti bejn l-Istati Membri u l-programmi ta' finanzjament tal-KE

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

48.

Azzjoni biex tiżdied il-kooperazzjoni reġjonali u intrareġjonali biex titnaqqas id-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom f'pajjiżi terzi bl-appoġġ tal-programmi ta' finanzjament tal-Istati Membri u tal-KE, bħall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, l-Istrument għall-Istabbbiltà u l-Istrument Ewropew tal-Politika tal-Viċinat

Azzjoni kontinwa

COM

SM

Inizjattivi ġodda ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati

Sinerġiji stabbiliti bejn l-Istati Membri u l-programmi ta' finanzjament tal-KE

Żieda fin-numru u l-baġit ġenerali tal-proġetti ffinanzjati

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

49.

Fl-interess tal-koordinazzjoni, biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ dwar l-assistenza tal-EU relatata mal-problema tad-drogi mogħtija lil pajjiżi terzi

Annwali

Kunsill

SM

COM

Mekkaniżmu stabbilit

Rapporti annwali minn dan il-mekkaniżmu

Ħarsa ġenerali tal-proġetti tal-KE u tal-Istati Membri relatati mad-drogi f'pajjiżi terzi

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

50.

Azzjoni biex isir stħarriġ dwar l-ambitu u l-eżitu tal-proġetti tal-KE relatati mad-drogi f'pajjiżi terzi

2010

COM

Stħarriġ imwettaq

Ir-rapport ta' stħarriġ tal-COM ippubblikat

51.

Azzjoni biex jiġu aġġornati u implimentati l-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Drogi għar-Repubbliki Asjatiċi Ċentrali (10); l-Amerika Latina u l-Karibew (11); u l-Balkani tal-Punent u l-Pajjiżi Kandidati (12)

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Prijoritajiet identifikati

Livell ta' implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

52.

L-użu tal-mekkaniżmu konsultattiv tal-Grupp ta' Dublin u ż-żamma ta' djalogu attiv mal-pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Mini Gruppi ta' Dublin

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Grupp ta' Dublin

Numru ta' rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Dublin implimentati

Rapporti tal-Grupp ta' Dublin

17.

Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-UE għall-iżvilupp alternattiv (kif definit fid-dokument 9597/06 CORDROGUE 44 u UNODC/CND/2008/WG.3/CRP.4) f'kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b'kont meħud tad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-bniedem u l-kondizzjonijiet ta' qafas speċifiċi

53.

Azzjoni biex ikun intensifikat l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi ta' żvilupp alternattivi, filwaqt li jkun żgurat li l-interventi jkunu b'sekwenza adatta u l-assistenza għall-iżvilupp ma tkunx soġġetta għat-tnaqqis tal-koltivazzjoni tal-pjanti li minnhom jiġu prodotti drogi illeċiti u biex ikunu finanzjati inizjattivi għall-prevenzjoni tal-koltivazzjoni ta' pjanti li minnhom jiġu prodotti drogi illeċiti

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Numru ta' proġetti u programmi ffinanzjati f'konformità mal-approċċ tal-UE dwar l-iżvilupp alternattiv (9598/06 CORDROGUE 44 u UNODC/CND/2008/WG.3/CRP.4)

Tnaqqis rappurtat fil-koltivazzjoni ta' pjanti li minnhom jiġu prodotti d-drogi illeċiti u tkattir tal-iżvilupp ekonomiku fil-livell tal-partijiet interessati primarji (13) f'pajjiżi terzi appoġġati finanzjarjament mill-fondi tal-UE

(Proġett/Programmi) Ftehimiet

Sistema interna ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta' Proġetti u Programmi u rapporti

Statistika Nazzjonali ta' pajjiżi terzi

Rapporti mill-Istati Membri lil COM

54.

Azzjoni biex l-iżvilupp alternattiv jiġi inkluż fl-aġenda tal-iżvilupp usa' tal-Istati Membri u biex il-pajjiżi terzi jkunu mħeġġa jintegraw l-iżvilupp alternattiv fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Linji politiċi, strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li jirriflettu l-kwistjonijiet relatati mad-drogi

Strateġiji għat-Tnaqqis tal-Faqar (STF), Strateġiji ta' Assistenza għall-Pajjiżi (SAP), Strateġiji ta' Żvilupp Nazzjonali, Pjani ta' Azzjoni (Nazzjonali)

Rapporti mill-Istati Membri lil COM

55.

Azzjoni b'kontribut għal inizjattivi f'ambjent ta' drogi bil-għan tat-tnaqqis tal-faqar, il-kunflitt u l-vulnerabbiltà permezz tal-appoġġ ta' mezzi tal-għajxien legali, vijabbli u sostenibbli

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Numru ta' inizjattivi appoġġati

Impatt tal-inizjattivi appoġġati fuq is-sostenibbiltà ta' sistemi ta' modi ta' għajxien legali:

is-sigurtà alimentari u l-ħolqien tal-qligħ tal-foqra jiżdiedu,

l-aċċess tal-persuni foqra għal infrastruttura soċjali u produttiva jiżdied,

numru ta' proġetti evalwati li wrew impatt pożittiv

Inizjattivi

Rapporti mill-Istati Membri lil COM

Sistema interna ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta' Proġetti u Programmi u rapporti

Stħarriġ tal-linja ta' bażi implimentat mid-WHO, id-WFP, l-FAO

18.

Li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-UE fil-kuntest multilaterali u jiġi promoss approċċ integrat u bilanċjat

56.

Azzjoni biex ikunu żgurati koordinazzjoni u kontinwità aħjar bejn l-HDG u d-delegazzjonijiet tal-Istati Membri għall-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi (CND), inkluż permezz tal-kondiviżjoni adatta tal-piż fost l-Istati Membri fuq l-inizjattiva tal-Presidenza

2009

Kunsill

PRES

SM

Il-koordinazzjoni bejn id-delegazzjonjiet ta' Vjenna u l-HDG imsaħħa

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

57.

Azzjoni biex jiġu mħejjija, ikkoordinati u adottati pożizzjonijiet komuni riżoluzzjonjiet konġunti tal-UE fis-CND

Azzjoni kontinwa

PRES

SM

COM

Kunsill

Numru ta' riżoluzzjonijiet konġunti tal-UE

Il-pożizzjonijiet komuni tal-UE appoġġati minn regjuni oħra

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Indikatur ta' Konverġenza (9099/05 CORDROGUE 27)

58.

Azzjoni biex tiġi ppreżentata pożizzjoni tal-UE fil-parti ta' livell għoli tat-52 CND dwar l-evalwazzjoni ta' u s-segwitu għall-UNGASS '98 (14), b'riflessjoni tal-prinċipji fundamentali tal-politika tal-UE dwar id-drogi

2009

Kunsill

SM

COM

Inklużjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE fid-Dikjarazzjoni Politika tan-NU

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

59.

Azzjoni biex ikunu kkoordinati attivitajiet ma' fora jew programmi internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-UNODC, il-Grupp ta' Pompidou, id-WHO, l-UNAIDS, id-WCO u l-Interpol

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Informazzjoni reċiproka regolari dwar l-attivitajiet f'fora adatti, b'mod partikolari l-laqgħat tal-HDG

Koordinazzjoni msaħħa

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

19.

L-appoġġ għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

60.

Azzjoni biex tiġi provduta l-assistenza teknika u assistenza oħra meħtieġa lil dawn il-pajjiżi biex isiru familjari mal-acquis tal-UE fil-qasam tad-drogi u biex jiġu megħjuna jwettqu l-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk adottati fil-pjan ta' azzjoni dwar id-drogi mal-Balkani tal-Punent (15)

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Kunsill

EMCDDA

Europol

Il-pajjiżi li qed jikkonformaw dejjem aktar mal-acquis tal-UE

In-numru u l-kwalità tal-proġetti li tlestew

Avvanz fid-djalogu u/jew fil-kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-UE

Livell ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

Rapporti tal-pajjiżi

20.

Li titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjizi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

61.

Azzjoni biex jittejjeb id-djalogu dwar id-drogi mal-pajjizi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat f'kuntest bilaterali jew regjonali, b'mod partikolari permezz ta' sottokumitati eżistenti

Azzjoni kontinwa

SM

COM

Riżultat effettiv tad-djalogu

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

62.

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lil dawn il-pajjiżi biex jużaw l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat biex jimplimentaw il-taqsimiet tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV relatati mad-drogi

Azzjoni kontinwa

COM

Numru ta' proġetti relatati mad-drogi implimentati taħt l-Istrument tal-PEV

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

V.   

INFORMAZZJONI, RIĊERKA U EVALWAZZJONI

Prijorità prinċipali: It-titjib tal-intendiment tal-aspetti kollha tal-fenomenu tal-użu tad-drogi sabiex titwessa' l-bażi tal-għarfien għall-politika pubblika u ż-żieda tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-implikazzjonijiet soċjali u tas-saħħa marbutin mal-użu tad-drogi, u biex issir riċerka

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta' żmien

Parti Responsabbli

Indikatur

Għodda ta' valutazzjoni

21.

L-espansjoni tal-bażi tal-għarfien fil-qasam tad-drogi permezz tal-promozzjoni tar-riċerka

63.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom:

jidentifikaw prijoritajiet futuri tal-UE fir-rigward tar-riċerka fil-qasam tad-drogi illeċiti u l-mekkaniżmi meħtieġa biex jitkattar għarfien ġdid,

jiżviluppaw approċċi u teknoloġiji ġodda,

isaħħu l-kapaċità ta' riċerka permezz tal-iżvilupp u l-iffukar tad-direzzjoni strateġika tagħha u jieħdu passi biex itejbu l-kooperazzjoni fl-UE

2009

SM

COM

EMCDDA

Kunsill

Prijoritajiet ta' riċerka stabbiliti

Mekkaniżmi identifikati u stabbiliti

Proposta minn COM dwar ir-riċerka fl-UE

Konklużjonijiet tal-Kunsill

22.

Li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni preċiża u rilevanti għall-politika fil-qasam tad-drogi illeċiti

64.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Punti Fokali Nazzjonali tar-Reitox (16) (PFN) bir-riżorsi meħtieġa biex jirrispettaw l-obbligi u l-istandards ta' kwalità tas-sħubija fl-EMCDDA. Il-PFNs għandhom jikkontribwixxu għall-EMCDDA abbazi ta' ftehimiet annwali u bl-appoġġ adatt mill-EMCDDA

Azzjoni kontinwa

SM

EMCDDA

Skambju ta' data meħtieġa għal finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-livell ta' finanzjament tar-Reitox u ta' riżorsi oħra jaqbel mal-ħtiġijiet

Il-PFN jikkontribwixxu skont standards mifthiema

Rapport annwali tal-EMCDDA dwar il-kapaċità tal-PFN

Rappurtar nazzjonali Reitox

23.

Li jiġu żviluppati ulterjorment strumenti għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fir-rigward tad-drogi u l-effettività tar-risponsi għaliha

65.

Azzjoni biex jittejbu ulterjorment u jiġu implimentati bis-sħiħ il-ħames indikaturi epidemjoloġiċi ewlenin tal-EMCDDA u l-iżvilupp ta' indikaturi u miżuri ġodda fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

2012

SM

EMCDDA

COM

Żieda fil-konformità tal-Istati Membri mal-kriteiji tal-implimentazzjoni għall-indikaturi ewlenin

Titjib tal-indikaturi relatati mad-domanda għal trattament u l-użu problematiku (17)

Indikaturi/miżuri għal riabilitazzjoni u reintegrazzjoni

Miżuri fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

Numru ta' Stati Membri li implimentaw bis-sħiħ l-Indikatur tad-Domanda għal Trattament

Rapport ta' konformità tal-EMCDDA

Dokument tas-servizzi ta' COM dwar data relatata mad-drogi

66.

Azzjoni biex jitwettaq studju xjentifiku biex jiġi vvalutat l-użu tal-internet bħala għodda fir-rigward tat-traffikar illeċitu tad-drogi u biex jiġi analizzat liema miżuri nazzjonali, Ewropej u/jew internazzjonali jistgħu jkunu effettivi għal din il-ġlieda

2010

SM

COM

Eżiti tal-istudju xjentifiku

Rapport tal-istudju minn COM

67.

Azzjoni biex jiġu żviluppati indikaturi ewlenin għall-ġbir ta' data rilevanti għall-politika fir-rigward tal-kriminalità relatata mad-drogi, il-koltivazzjoni illegali, is-swieq tad-drogi u l-interventi maħsuba biex inaqqsu l-provvista u biex tkun żviluppata strateġija għall-ġbir ta' din id-data

Azzjoni kontinwa

COM

EMCDDA

Europol

SM

Indikaturi prinċipali identifikati

Strategija ta' implimentazzjoni żviluppata

Dokument tas-servizzi ta' COM dwar data relatata mad-drogi

68.

Azzjoni biex jiġu żviluppati strumenti analitiċi biex ikunu valutati aħjar l-effettività u l-impatt tal-politika dwar id-drogi (pereżempju għodda ta' evalwazzjoni mudell, indiċi tal-effettività tal-politika, analiżi tan-nefqa pubblika, eċċ.)

2010

COM

EMCDDA

SM

Strumenti analitiċi żviluppati

Analiżi aktar preċiża tas-sitwazzjoni fir-rigward tad-drogi

Studji ta' COM

EMCDDA

69.

Azzjoni biex jiġi evalwat il-funzjonament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, u jekk ikun meħtieġ, tiġi emendata

2010

COM

Kunsill

EMCDDA

Europol

EMEA

Valutazzjoni mwettqa

Emenda possibbli proposta

Rapport ta' valutazzjoni

24.

Li tiġi żgurata evalwazzjoni kontinwa tal-politika dwar id-drogi

70.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jipperfezzjonaw il-linji politiċi nazzjonali dwar id-drogi fuq bażi regolari jew kontinwa

Azzjoni kontinwa

SM

Numru ta' pajjiżi li evalwaw il-linji politiċi dwar id-drogi

Rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri ppubblikati

71.

Azzjoni biex tiġi ppreżentata reviżjoni annwali tal-progress lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, u biex jiġu ppreżentati indikaturi adattati/mtejba u l-mekkaniżmi ta' rappurtar għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fejn adatt u meħtieġ

Annwali

COM

EMCDDA

Europol

SM

Kunsill

Rapport annwali dwar il-progress miskub ippreżentat

Disponibilità ta' indikaturi rilevanti

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress

72.

Għandha titwettaq valutazzjoni esterna u indipendenti tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2009-2012, segwita minn perijodu ta' riflessjoni qabel is-segwitu

2012

COM

Kunsill

SM

Valutazzjoni tal-kisba ta' azzjonijiet individwali

L-impatt fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-problema tad-drogi huwa magħruf

Rapport ta' evalwazzjoni esterna ppubblikat


(1)  15074/04 CORDROGUE 77 SAN 187 ENFOPOL 187 RELEX 564

(2)  ĠU C 168, 8.7.2005, p. 1.

(3)  Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni — Rapport tal-Evalwazzjoni Finali tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2005-2008) (dok. 13407/08 ADD 3).

(4)  Ir-Rapport Annwali 2007 tal-EMCDDA.

(5)  Dawn il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill jinkludu: il-Gruppi ta' Ħidma tal-Pulizija u dak Doganali, il-Grupp Multidixxiplinari dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa, Gruppi ta' Ħidma tal-Affarijiet Esterni u l-Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet Ekonomiċi.

(6)  Din l-azzjoni hija bbażata fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2003/488/KE) dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga.

(7)  Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI.

(8)  Inkluż l-iżmantelliment ta' laboratorji ta' drogi illeċiti.

(9)  Is-Sinerġija tal-Proġett tinkludi l-Fajl ta' Ħidma Analitika (AWF), is-Sistema ta' Paragun ta' Laboratorju Illeċiti tal-Europol (EILCS) u s-Sistema tal-Logo tal-Ekstasi, din tal-aħħar inkorporata fis-Sistema ġenerali ta' Sekwestru tad-Drogi Sintentiċi tal-Europol (ESDSS).

(10)  12353/02 CORDROGUE 78 CORDROGUE 78 CODRO 1 NIS 107.

(11)  7163/1/99 REV 1 CORDROGUE 19 CODRO 2; Dikjarazzjoni tal-Port ta' Spanja — 10451/07 CORDROGUE 34 COLAT 9 AMLAT 54.

(12)  5062/2/03 REV 2 CORDROGUE 3 COWEB 76 + COR 1.

(13)  13501/1/08 REV 1 CORDROGUE 71 UD 172, Anness III.

(14)  Dikjarazzjoni Politika (riżoluzzjoni S-20/2, anness) tal-għoxrin Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(15)  5062/2/03 REV 2 CORDROGUE 3 COWEB 76 + COR 1.

(16)  Réseau Européen d'Information sur les Drogues et les Toxicomanies.

(17)  L-indikatur tal-EMCDDA għandu jinġieb f'konformità mal-kriterji ta' rilevanza għas-saħħa pubblika (bħall-intensità tal-użu u l-konsegwenzi għas-saħħa) inklużi klassifikazzjonijiet internazzjonali (DSM-V/ICD-10).


Kummissjoni

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/26


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-19 ta' Diċembru 2008

(2008/C 326/10)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3940

JPY

Yen Ġappuniż

124,74

DKK

Krona Daniża

7,4498

GBP

Lira Sterlina

0,92870

SEK

Krona Żvediża

10,8585

CHF

Frank Żvizzeru

1,5448

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,8335

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,335

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,84

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7081

PLN

Zloty Pollakk

4,0825

RON

Leu Rumen

3,9313

SKK

Krona Slovakka

30,230

TRY

Lira Turka

2,1190

AUD

Dollaru Awstraljan

2,0470

CAD

Dollaru Kanadiż

1,7100

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8035

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4309

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0329

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 832,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6085

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,5440

HRK

Kuna Kroata

7,2372

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 438,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,8379

PHP

Peso Filippin

65,380

RUB

Rouble Russu

38,9660

THB

Baht Tajlandiż

48,093

BRL

Real Brażiljan

3,3024

MXN

Peso Messikan

18,3241


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Ombudsman Ewropew

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/27


Rapport Annwali 2007

(2008/C 326/11)

L-Ombudsman Ewropew ippreżenta lill-Parlament Ewropew ir-Rapport Annwali għas-sena 2007, skond Artiklu 195(1) mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea u Artiklu 3(8) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew fuq ir-Regolamenti u l-Kundizzjonijiet Ġenerali li jitrattaw ix-xogħol ta' l-Ombudsman Ewropew.

Ir-Rapport Annwali, kif ukoll Ġabra fil-Qosor li tikkonsisti f`Sommarju Eżekuttiv u Statistiċi huma disponibbli mis-sit uffiċjali ta' l-internet ta' l-Ombudsman Ewropew, bl-23 lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni fuq:

http://www.ombudsman.europa.eu

Min jixtieq kopja ta' dawn il-pubblikazzjonijiet, jista' jagħmel dan bla ebda ħlas billi jikkuntattja l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman Ewropew, f' dan l-indirizz:

1, Avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

F-67001 Strasbourg Cedex

Tel. (33-3) 88 17 23 13

Fax (33-3) 88 17 90 62

E-mail: eo@ombudsman.europa.eu


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/28


Dispożizzjonijiet implementattivi

(2008/C 326/12)

L-Ombudsman Ewropew irreveda d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2003 u li ġew emendati l-aħħar fil-5 ta' April 2004. Ir-reviżjonijiet jirriflettu l-emendi li għamel il-Parlament għall-Istatut ta' l-Ombudsman (1) u jagħmlu ċerti tibdiliet oħra abbażi ta' l-esperjenza li nkisbet mill-2004. Ir-reviżjonijiet se jkunu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2009.

Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ombudsman hawnhekk:

http://www.ombudsman.europa.eu

Kopji stampati jistgħu jingħataw b'xejn mill-uffiċċju ta' l-Ombudsman Ewropew:

1, Avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

F-67001 Strasbourg Cedex

Tel. (33-3) 88 17 23 13

Fax (33-3) 88 17 90 62

E-mail: eo@ombudsman.europa.eu


(1)  Id-Deċiżjoni 2008/587/KE Euratom tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008, li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman (ĠU L 189, 17.7.2008, p. 25).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 326/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.